WEGĦDIETTA’ŻWIEĠ ġKAP. 5.   1
KAPITOLU 5 
LIĠI DWAR WEGĦDIET TA’ ŻWIEĠ
Biex tneħħi s-setgħa lill-qrati li jordnaw l-esekuzzjoni speċifika ta’
wegħdiet u kuntratti ta’ żwieġ, u biex tagħti rimedji oħra għall-ksur
tagħhom.
(28 ta’ Ġunju, 1834)*
Saret liġi bil-PROKLAMA NRU. VI  TA’ l-1834.
Titolu fil-qosor. 
Żwieġ.
Il-qrati ma 
għandhomx setgħa 
li jordnaw l-
esekuzzjoni 
speċifika ta’ 
wegħdiet ta’ 
żwieġ.
2. Ebda qorti f’Malta ma għandha ġurisdizzjoni, setgħa jew
awtorità li ġġiegħel bil-fors, tiġġudika, tiddigrieta jew tordna
speċifikatament lil persuna li tesegwixxi jew tkompli wegħda ta’
żwieġ magħmula lil persuna oħra, jew kuntratt jew ftehim li tkun
għamlet ma’ persuna oħra dwar ċelebrazzjoni ta’ żwieġ.
Azzjoni għad-
danni.
3. (l) B’dana kollu, jekk persuna kapaċi skond il-liġi li
tobbliga ruħha, jew persuna li ma tkunx hekk kapaċi minħabba li
tkun taħt is-setgħa tal-missier jew taħt setgħa leġittima oħra jew
taħt xi limitazzjoni, iżda li taġixxi bil-kunsens mogħti lilha kif
imiss mill-persuna jew persuni li jkollhom skond il-liġi dik is-
setgħa, tagħmel dik il-wegħda, kuntratt, jew ftehim kif jingħad
hawn fuq, u tiksirhom volontarjament u illegalment, jew, wara li
tagħmel il-wegħda, kuntratt, jew ftehim fuq imsemmijin, tirrifjuta
illegalment li tesegwihom fi żmien xieraq, wara li tiġi mitluba, (u
jekk hux biżżejjed dan iż-żmien hija kompetenti li tiġġudika l-
qorti), il-parti offiża għandha jedd li teżerċita l-azzjoni ta’ danni
kontra l-parti ħatja ta’ dak il-ksur jew ta’ dak in-nuqqas ta’
esekuzzjoni, b’dak il-mod, u taħt l-istess regoli stabbiliti mil-liġi
għat-talba ta’ danni għall-ksur ta’ kull wegħda, kuntratt, jew ftehim
ieħor.
(2) F’kull azzjoni bħal din, il-parti offiża għandha l-jedd titlob,
mhux biss id-danni u l-ispejjeż li jkunu fil-fatt ġew ikkaġunati u li
jkollhom jingħataw skond il-liġi, iżda wkoll dik is-somma
raġonevoli ta’ flus, b’kumpens għall-inġurja ikkaġunata, li l-qorti,
fid-diskrezzjoni tagħha, meta tqis il-karattru u l-kondizzjoni tal-
partijiet kif ukoll iċ-ċirkostanzi l-oħra kollha tal-każ, jidhrilha li
hija xierqa, u li, wara li tisma’ l-kawża, tagħti u tiffissa.
(3) Mid-deċiżjoni tal-qorti jista’ jsir appell bl-istess mod u taħt
l-istess regoli li l-liġi tistabbilixxi għall-appelli minn sentenzi jew
digrieti fuq ksur ta’ wegħdiet, kuntratti, jew ftehim ieħor. 
* Maħruġa fit-2 ta’ Lulju, 1834, Gazzetta tal-Gvern Nru. 1224.
