KARIGIJEWBENEFIZZJIEKKLESJASTIĊI   ġKAP. 6.   1
KAPITOLU 6* 
ORDINANZA DWAR IL-ĦATRA GĦAL KARIGI 
JEW BENEFIZZJI EKKLESJASTIĊI MINN 
POTENZA BARRANIJA
Biex tagħmel disposizzjonijiet dwar il-ħatra għal karigi jew benefizzji
ekklesjastiċi minn Potenza barranija.
(13 ta’ Jannar, 1838)#
Saret ligi bl-ORDINANZA PROMULGATA BIL-PROKLAMA NRU. I
TA’ l-1838, kif emendata bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965.
Titolu fil-qosor. 
għal Karigi jew Benefizzji Ekklesjastiċi minn Potenza barranija. 
Validità tal-
preżentazzjoni, 
kollazzjoni jew 
ħatra għal kariga 
jew benefizzju 
ekklesjastiku minn 
Potenza barranija.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
2. Jekk favur persuna ssir minn Potenza barranija, jew bis-
saħħa ta’ att li jidher bħala maħruġ minn Potenza barranija,
preżentazzjoni, kollazzjoni jew ħatra għal kariga jew benefizzju
ekklesjastiku f’Malta, dik il-preżentazzjoni, kollazzjoni jew ħatra,
ma jkunux validi sakemm ma jiġux approvati mill-Prim Ministru.
Ħatra mill-
Arċisqof ta’ Malta 
ta’ ekonomu ta’ 
kariga jew 
benefizzju battal.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
3. Fiż-żmien li jkunu battala karigi jew benefizzji
ekklesjastiċi f’Malta, li għalihom il-preżentazzjoni, il-kollazzjoni
jew il-ħatra kienet soltu ssir minn Potenza barranija, il-ħatra li,
f’dawn il-każijiet, kienet soltu ssir, ta’ ekonomu jew ekonomi biex
jiġbru u jamministraw il-frottijiet li, kieku dik il-kariga jew
benefizzju ma kinux battala, kienu jkunu jmissu lill-possessur ta’
dik il-kariga jew benefizzju, għandha ssir, bil-kunsens u bl-
approvazzjoni tal-Prim Ministru, mill-Arċisqof ta’ Malta, jew mill-
Vigarju Kapitolari pro tempore:
mill-Prim Ministru 
per lapsum 
temporis.
Iżda jekk l-Arċisqof hawn fuq imsemmi, jew il-Vigarju
Kapitolari ta’ Malta, fi żmien ħmistax-il ġurnata milli titbattal il-
kariga jew il-benefizzju, ma jipproponix lill-Prim Ministru persuna
jew persuni approvati minn dan ta’ l-aħħar, il-ħatra ssir mill-Prim
Ministru waħdu; u l-ekonomu jew l-ekonomi hekk maħtura jkunu
responsabbli lejn il-persuna jew persuni li, wara, jiġu legalment
imdaħħlin, skond din l-Ordinanza, f’dik il-kariga jew benefizzju,
bl-istess mod bħal ma l-ekonomu jew ekonomi maħtura mill-
Arċisqof jew mill-Vigarju Kapitolari ta’ Malta, matul iż-żmien li l-
kariga jew il-benefizzju jkunu battala, huma issa, b’liġi
responsabbli.
*Ara l-Ordinanza dwar l-Estensjoni ta’ Privileġġi għall-Isqof ta’ Għawdex
(Kapitolu 15).
#Ara Gazzetta tal-Gvern Nru. 1415 tas-17 ta’ Jannar, 1838.
