KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     1
KAPITOLU 363
ATT DWAR KUNSILLI LOKALI
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Kunsilli Lokali.
23 ta’ Lulju, 1993
1 ta’ Jannar, 1994
1 ta’ April, 1995
1 ta’ April, 1996
L-ATT XV ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviż Legali 53 ta’ l-1995, bl-Att XII ta’ l-1995, bl-
Avviżi Legali 170 ta’ l-1995, 28 u 97 ta’ l-1996; bl-Atti: VIII, XIII u XV ta’ l-1996; bl-Avviż
Legali 205 ta’ l-1996; bl-Att XVI ta’ l-1997; u bl-Avviżi Legali 107 ta’ l-1997, 87, 225 ta’ l-
1998,  bl-Att XXI ta’ l-1999; bl-Avviżi Legali 7, 19 u 77 ta’ l-2001, u 48, 79 u 153 ta’ l-2002;
bl-Att XII ta’ l-2002; bl-Avviż Legali 117 ta’ l-2003; u bl-Att XVI ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
TAQSIMA I.  Titolu u Tifsir 1-2
TAQSIMA II.  Kostituzzjoni ta’ Kunsilli 3-24 
TAQSIMA III. Il-Kariga ta’ Sindku 25-32
TAQSIMA IV.  Funzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali, Proċedura u Laqgħat 33-48
TAQSIMA V.  Uffiċjali u Mpjegati 49-54 
TAQSIMA VI.  Finanzi 55-68
TAQSIMA VII. Mixxellanji 69-78
SKEDI
L-EWWEL SKEDA  Stemmi 
IT-TIENI SKEDA Lokalitajiet u l-konfini tagħhom 
IT-TIELET SKEDA Regolamenti ta’ l-1993 dwar l-Elezzjonijiet ta’
Kunsilli Lokali 
IR-RABA’ SKEDA Ħwejjeġ esklużi mir-responsabbiltà  ta’ Kunsilli
Lokali
IL-ĦAMES SKEDA Ġurament tal-Ħatra ta’ Kunsillieri/Sindku/Viċi
Sindku 
IS-SITT SKEDA Ordnijiet Permanenti 
IS-SEBA’ SKEDA Elezzjoni ta’ Sindku u Viċi Sindku 
IT-TMIEN SKEDA Organizzazzjonijiet mhux tal-Gvern Approvati 
ID-DISA’ SKEDA Lista ta’ Pajjiżi Membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li n-
nies nazzjonali tagħhom jistgħu jivvotaw
f’elezzjonijiet ta’ Kunsill Lokali 
L-GĦAXAR SKEDA Allokazzjoni finanzjarja lil Kunsilli
  2      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
TAQSIMA I
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Kunsilli
Lokali.
Tifsir.
Emendat:
XV. 1996.67;
XVI. 1997.8;
XXI.1999.2, 3;
XVI. 2003.24.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"Assoċjazzjoni" tfisser l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
rikonoxxuta bħala tali skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37(3) ta’
dan l-Att;
"Awditur Ġenerali" tfisser l-Awditur Ġenerali maħtur skond l-
artikolu 108 tal-Kostituzzjoni;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għall-Kunsilli Lokali;
"korp pubbliku" tfisser korporazzjoni mwaqqfa b’Att tal-
Parlament, kull aġenzija li tista’ titwaqqaf mill-Gvern u kull soċjetà
b’responsabbiltà  limitata li fiha l-Gvern ikollu kontroll;
Kap. 291.
"Kummissarju għall-Ġustizzja" tfisser kull persuna maħtura f’dik
il-kariga skond l-artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Kummissarju għall-
Ġustizzja;
"Kummissjoni Elettorali" tfisser il-Kummissjoni Elettorali
mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni;
"Kunsill" tfisser Kunsill Lokali mwaqqaf taħt dan l-Att; 
"kunsillier" tfisser membru elett għall-Kunsill taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"lokalità " tfisser kull area b’konfini stabbiliti kif imsemmi fit-Tieni
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att;  b’dan illi meta xi konfini stabbiliti
jgħaddu minn ġo triq li taqsam żewġ lokalitajiet, iż-żewġ naħat ta’ dik
it-triq ikunu jiffurmaw parti minn dik il-lokalità  kif tiġi ndikata permezz
ta’ vleġeġ;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali; 
"mozzjoni" tfisser kull proposta jew rakkomandazzjoni li ssir minn
Kunsillier kif provdut f’dan l-Att, sabiex tiġi hekk reġistrata u diskussa;
"popolazzjoni ta’ lokalità " tfisser dik  il-popolazzjoni kif stabbilita u
pubblikata mill-Ministru responsabbli għall-Istatistika skond l-artikolu
73 ta’ dan l-Att;
Kap. 356.
"pjan ta’ struttura" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-
artikoli 18 u 22 ta’ l-Att dwar il-Pjan ta’ Żvilupp;
Kap. 354.
"Reġistru Elettorali" tfisser ir-Reġistru Elettorali pubblikat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali;
Kap. 467.
"Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea" għandha l-istess tifsir
mogħti lilha bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Elezzjonijiet għall-
Parlament Ewropew;
"reklam" tfisser kull kelma, ittra, mudell, sinjal, plakka, tabella,
avviż, mezz jew rappreżentazzjoni, sew jekk mixgħula sew jekk le,
li fin-natura tagħha tkun u użata għal kollox jew f’parti għall-
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     3
finijiet ta’ reklam, avviż jew struzzjoni, magħduda kull tabella jew
struttura simili użata jew adattata għall-użu ta’ wiri ta’ reklami;
"riżoluzzjoni" tfisser mozzjoni li ġiet diskussa u approvata waqt
laqgħa tal-Kunsill, u tkun ġiet hekk reġistrata fil-Minuti ta’ l-istess
laqgħa;
"Segretarju Eżekuttiv" tfisser il-persuna li tokkupa l-kariga ta’
Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill skond dan l-Att;
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jagħlaq fil-
31 ta’ Marzu ta’ kull sena;
"servizz pubbliku" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni;
"Sindku" tfisser is-Sindku ta’ Kunsill elett skond l-artikolu 25;
"triq" tinkludi kull triq, sqaq, misraħ, pont, xatt il-baħar, moll,
jew post ieħor ta’ passaġġ jew aċċess pubbliku;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.
TAQSIMA II 
Kostituzzjoni ta’ Kunsilli
Twaqqif ta’ 
Kunsilli Lokali.
Emendat:
XXI.1999.4;
XVI. 2003.24.
3. (1) Kull lokalità  għandu jkollha Kunsill li jkollu dawk il-
funzjonijiet kollha li jingħataw lilu b’dan l-Att.
(2) Il-Kunsill huwa korp statutorju ta’ gvern lokali
b’personalità  legali distinta bis-setgħa li jagħmel kuntratti, li
jħarrek u li jkun imħarrek, u li jagħmel kull ħaġ’oħra u li jidħol
f’dawk it-transazzjonijiet li huma inċidentali jew li jwasslu għall-
eżerċizzju u għall-qadi tal-funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att:
Iżda Kunsill ma għandux setgħa li -
(a) jissellef jew jislef xi flus ħlief bl-awtorità  bil-miktub
tal-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi; 
(b) jidħol f’xi forma ta’ soċjetà  kummerċjali sew għall-
qadi ta’ dmirijietu jew xort’oħra kemm-il darba ma
jiġix awtorizzat jagħmel dan bil-miktub mill-Ministru;
(ċ) jiddelega xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu b’xi mod li
ma jkunx stabbilit b’dan l-Att jew taħtu.
(3) Tibdil fil-konfini ta’ lokalitajiet għandu jsir biss
f’ċirkostanzi eċċezzjonali u biss mill-Kummissjoni Elettorali, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, il-Kunsilli Lokali konċernati u, fejn
hu possibbli, mar-residenti lokali. Il-Kummissjoni Elettorali
għandha tagħmel dan it-tibdil permezz ta’ avviż legali fil-Gazzetta.
(4) Kull bidla għandha ssir fir-Reġistru Elettorali jew fir-
Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea, skond ma jeħtieġ il-każ,
u, għall-għanijiet ta’ l-artikolu 55, dik il-bidla għandu jkollha seħħ
mill-ewwel jum ta’ April tas-sena li tiġi wara dik il-bidla.
(5) Kull lokalità  għandha tissejjaħ bl-isem mogħti fit-Tieni
  4      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Skeda u kull referenza għal dik il-lokalità  għandha tkun bl-isem
mogħti.
Kostituzzjoni tal-
Kunsilli.
Emendat:
XXI.1999.5.
4. (1) In-numru ta’ kunsillieri għal kull lokalità  jkun stabbilit
skond il-kriterji li ġejjin:
(a) fil-każ fejn il-popolazzjoni ta’ lokalità  tkun inqas minn
ħamest elef, in-numru ta’ kunsillieri għandu jkun
ħamsa;
(b) fil-każ fejn il-popolazzjoni ta’ lokalità  tkun ħamest
elef jew iżjed iżda inqas minn għaxart elef, in-numru
ta’ kunsillieri jkun sebgħa;
(ċ) fil-każ fejn il-popolazzjoni ta’ lokalità  tkun għaxart
elef jew iżjed, iżda inqas minn ħmistax-il elf, in-numru
ta’ kunsillieri jkun disgħa;
(d) fil-każ fejn il-popolazzjoni ta’ lokalità  tkun ħmistax-il
elf jew iżjed, iżda inqas minn għoxrin elf, in-numru ta’
kunsillieri jkun ħdax; u
(e) fil-każ fejn il-popolazzjoni ta’ lokalità  tkun għoxrin elf
jew iżjed, in-numru ta’ kunsillieri jkun tlettax.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), il-popolazzjoni ta’
lokalità  tkun kif imfisser fl-artikolu 2 u kif pubblikat qabel l-
elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
(3) Il-Kunsill ikun presedut minn Sindku li jkun elett fost il-
kunsillieri skond is-Seba’ Skeda.
(4) Għandu jkun elett ukoll Viċi Sindku skond is-Seba’ Skeda.
Il-Viċi Sindku jippresjedi fin-nuqqas tas-Sindku.
(5) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) kemm is-Sindku kif ukoll
il-Viċi Sindku jitqiesu li huma kunsillieri.
Persuni bil-jedd li 
jivvotaw.
Emendat:
XV. 1996.67;
XVI. 2003.24.
5. (1) Kull ċittadin ta’ Malta li ismu jkun jidher fl-aħħar
Reġistru Elettorali pubblikat u li ma jkunx instab ħati ta’ xi reat li
għandu x’jaqsam ma’ l-elezzjoni ta’ membri ta’ Kunsilli Lokali
ikollu l-jedd jivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
(2) Kull persuna li tkun ta’ nazzjonalità  ta’ Stat Membru ta’ l-
Unjoni Ewropea li isimha jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni
Ewropea li jkun ġie l-aħħar pubblikat u li ma tkunx insabet ħatja ta’
xi reat konness ma’ l-elezzjoni ta’ membri tal-Kunsilli Lokali
għandu jkollha jedd tivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Reġistru speċjali.
Miżjud:
XV.1996.67.
6. Mħassar bl-Att XVI. 2003.24.
Persuni li 
għandhom jedd li 
jivvutaw f’lokalità  
partikolari.
Emendat:
XV. 1996.67;
XVI. 2003.24.
7. Il-persuni li għandhom jedd li jivvotaw f’elezzjoni ta’
Kunsilli Lokali huma dawk il-persuni li jkunu reġistrati bħala
votanti f’dik it-taqsima tar-Reġistru Elettorali jew tar-Reġistru
Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea li tirreferi għal-lokalità  li għaliha se
jkunu eletti kunsillieri lokali.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     5
Elezzjoni ta’ 
kunsillieri.
Emendat:
XXI.1999.6;
XVI. 2003.24.
8. (1) L-elezzjonijiet ta’ kunsillieri jsiru kull tliet snin bil-
mezz tas-sistema tar-rappreżentanza proporzjonali bl-użu ta’ vot
wieħed trasferibbli.
(2) It-tmexxija ta’ l-elezzjonijiet tkun biss ir-responsabbiltà
tal-Kummissjoni Elettorali li għandha tmexxi dik l-elezzjoni u
tgħodd il-voti mogħtija skond id-disposizzjonijiet tat-Tielet Skeda.
(3) Jekk ebda kandidati ma jkunu nominati biex jikkontestaw l-
elezzjoni għall-Kunsill Lokali skond it-Tielet Skeda, il-Ministru
għandu jaħtar Kumitat ta’ Tmexxija li għandu jaqdi dawk id-
dmirijiet kollha li jkunu fil-kompetenza tal-Kunsill sakemm ikun
elett Kunsill ġdid:
Iżda l-Kummissjoni Elettorali għandha, f’data stabbilita
mill-Ministru, iżda f’kull każ fi żmien tnax-il xahar mid-data li fiha
l-elezzjoni kellha ssir, tagħmel elezzjoni għal Kunsill ġdid:
Iżda wkoll kull Kunsill ġdid għandu jservi għal dak iż-
żmien fil-kariga li kien ikun servut minn xi kunsillier li kien ikun
elett fl-elezzjoni li fiha ebda kandidati ma kienu nominati.
(4) Meta, skond it-Tielet Skeda, ikollha ssir għażla, dik l-
għażla għandha ssir mill-kunsillieri eletti fl-ewwel laqgħa u, jekk
applikabbli, minnufih wara li jkunu eliġġew lis-Sindku u lill-Viċi
Sindku.
(4A) L-eliġibilità  u l-kriterji dwar kwalifiki stabbiliti għall-
elezzjoni ta’ membru ta’ Kunsill skond l-artikoli 11 u 12
għandhom ukoll japplikaw għal persuna li tiġi nominata għall-
għażla.
(4B) Meta ssir għażla ta’ membru għall-Kunsill, is-Segretarju
Eżekuttiv għandu jara li isem dak il-Kunsillier jiġi pubblikat fil-
Gazzetta.
(4Ċ) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw
għall-Kunsillieri magħzula bl-istess mod kif japplikaw għall-
Kunsillieri eletti.
(5) Jekk l-elezzjonijiet għall-kunsillieri jkunu se jsiru fi żmien
erba’ xhur minn meta jsiru l-elezzjonijiet ġenerali, l-elezzjonijiet
tal-Parlament Ewropew jew ir-referenda, l-elezzjoni tal-kunsillieri
tista’ tiġi posposta jew tiġi avvanzata għal data li tiġi stabbilita
mill-Ministru, iżda f’kull każ mhux iżjed tard jew iżjed kmieni
minn erba’ xhur minn meta jkunu saru dawk l-elezzjonijiet
ġenerali, elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jew referenda:
Iżda, jekk l-elezzjonijiet jiġu hekk posposti jew avvanzati,
iż-żmien tal-kariga ta’ kunsillieri li jkunu qegħdin iservu fil-waqt
ta’ dak il-posponiment jew avvanzament għandu jittawwal jew
jitnaqqas bl-istess perjodu daqskemm jiġu posposti jew avvanzati
bih l-elezzjonijiet u ż-żmien tal-kunsillieri li jiġu sussegwentement
eletti għandu jitnaqqas jew jittawwal bl-istess perjodu daqskemm
ikun ittawwal jew tnaqqas iż-żmien tal-kariga tal-kunsillieri ta’
qabel.
(6) L-elezzjonijiet għandhom isiru fit-tieni Sibt ta’ Marzu jew
f’dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Prim Ministru fil-Gazzetta:
  6      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Iżda l-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jistipula li
elezzjoni tista’ tiddewwem jew tinġieb ’il quddiem b’ġimgħatejn
mid-data hawn qabel stipulata.
Vakanzi każwali. 
Emendat:
XXI.1999.3.
9. Meta tinħoloq vakanza każwali fost il-membri tal-Kunsill
Lokali, għandu jintbagħat avviż bil-miktub ta’ dik il-vakanza lill-
Ministru u lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali mis-Segretarju
Eżekuttiv fi żmien sitt ijiem wara li tkun inħolqot il-vakanza, u
għandha ssir elezzjoni każwali biex timtela dik il-vakanza skond
id-disposizzjonijiet tat-Tielet Skeda f’jum li jkun stabbilit mill-
Kummissjoni Elettorali li ma jkunx iktar minn tletin jum wara d-
data li fiha tkun inħolqot il-vakanza:
Iżda jekk vakanza każwali tinħoloq kif intqal qabel fi żmien
tliet xhur qabel ma jagħlaq iż-żmien tal-kariga tal-Kunsill, ma ssir
ebda elezzjoni każwali u l-Kunsill għandu jitqies li jkun debitament
kostitwit għall-finijiet ta’ dan l-Att:
Iżda wkoll ma għandhiex issir elezzjoni oħra jekk iż-żmien
ta’ kariga tal-Kunsill ikun ittawwal skond l-artikolu 8(5).
Vakanzi ma 
jannullawx 
proċeduri. 
10. Tul iż-żmien sakemm timtela vakanza każwali, il-Kunsill
jitqies li hu debitament kostitwit għall-finijiet ta’ dan l-Att u kull
proċeduri, għemejjel u deċiżjonijiet tal-Kunsill huma meqjusa
validi.
Kwalifika għall-
Elezzjoni bħala 
kunsillieri.
Emendat:
XV. 1996.67;
XXI.1999.7;
XII. 2002.2;
XVI. 2003.24.
11. Persuna hija kwalifikata biex tkun eletta bħala membru tal-
Kunsill tal-lokalità  tagħha jekk dik il-persuna tkun reġistrata bħala
votant fir-Reġistru Elettorali jew fir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni
Ewropea għall-lokalità  li dik il-persuna tikkontesta:
Iżda fil-każ ta’ uffiċjali pubbliċi, l-Kodiċi ta’ Management
tas-Servizz Pubbliku jista’ minn żmien għal żmien jirrestrinġi xi
klassi jew klassijiet ta’ uffiċjali pubbliċi milli jikkontestaw l-
elezzjonijiet għall-kunsillieri u li għall-finijiet ta’ dan il-proviso
"Kodiċi ta’ Management tas-Servizz Pubbliku" tfisser il-korp ta’
regolamenti li minn żmien għal żmien japplikaw fis-servizz
pubbliku.
Persuni li ma 
jistgħux joħorġu 
għall-Kunsill. 
Emendat:
XV. 1996.67;
XII. 2002.3;
XVI. 2003.24.
12. Ebda persuna ma tista’ tikkontesta elezzjoni bħala membru
ta’ Kunsill jew tibqa’ membru tiegħu jekk:
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati jew ta’ xi
istituzzjoni simili f’xi Stat Membru ieħor ta’ l-Unjoni
Ewropea;
(aa) tkun membru tal-Parlament Ewropew;
(b) tkun membru ta’ korp dixxiplinat kif imfisser fl-
artikolu 47(1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
(ċ) tkun membru ta’ Kunsill Lokali ieħor jew ta’ xi
istituzzjoni simili fi Stat Membru ieħor;
(d) tkun persuna mpjegata mal-Kunsill li għalih ikunu se
jsiru l-elezzjonijiet;
(e) tkun persuna li jkollha xi kariga li l-funzjonijiet tagħha
jinkludu xi responsabbiltà  għat-tmexxija jew dwar it-
tmexxija ta’ xi elezzjoni ta’ membri tal-Kunsill jew il-
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     7
ġbir jew ir-reviżjoni ta’ xi reġistru elettorali;
(f) tkun falluta mhux rijabilitata wara li tkun iġġudikata
jew xort’oħra dikjarata falluta skond xi liġijiet fis-seħħ
f’Malta; 
(g) tkun interdetta jew inabilitata minħabba xi infirmità
mentali jew minħabba prodigalità  minn qorti f’Malta,
jew tkun xort’oħra dikjarata li hi nieqsa minn kapaċità
mentali;
(h) tkun qed tiskonta sentenza ta’ priġunerija (tkun xi tkun
imsejħa) ta’ aktar minn tnax-il xahar mogħtija minn xi
qorti f’Malta jew li tkun taħt dik is-sentenza ta’
priġunerija li l-eżekuzzjoni tagħha tkun sospiża;
(i) tkun membru tal-ġudikatura;
(j) tkun skwalifikata milli tkun membru tal-Kunsill b’dan
l-Att jew taħtu jew b’xi liġi oħra li tkun isseħħ fiż-
żmien f’Malta.
Kunsillier li ma 
jibqax kwalifikat 
biex joqgħod fil-
Kunsill. 
13. (1) Ebda kunsillier li jkun elett kif imiss ma għandu,
mingħajr il-kunsens tiegħu, ikun trasferit mill-Gvern jew xort’oħra
jitqiegħed f’pożizzjoni li tiskwalifikah milli jżomm il-kariga ta’
kunsillier, Sindku jew Viċi Sindku.
(2) Jekk kunsillier ma jibqax kwalifikat minħabba xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att, huwa ma jibqax membru u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 għandhom japplikaw.
Żmien ta’ kariga 
ta’ kunsillier.
Emendat:
XXI.1999.8.
14. (1) Kunsillieri eletti għandhom iżommu l-kariga mill-
ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-elezzjoni tagħhom, b’dana li
kunsillieri eletti jew magħżula biex jimlew vakanza każwali
għandhom jibqgħu fil-kariga mill-jum meta jiġu hekk eletti jew
magħżula,  u għandhom jibqgħu f’dik il-kariga sa tmiem iż-żmien
tal-Kunsill jew sa dak iż-żmien li l-kunsillier jirreżenja jew ikun
tneħħa mill-kariga qabel ma jintemm iż-żmien skond dan l-Att.
(2) Wara li jagħlaq iż-żmien ta’ l-elezzjoni tagħhom,
kunsillieri eletti, jekk xort’oħra kwalifikati, ikunu eliġibbli għal
elezzjoni oħra. 
(3) Iż-żmien tal-kariga ta’ kull persuna:
(a) eletta jew magħżula biex timla vakanza f’Kunsill; jew 
(b) eletta jew magħżula f’Kunsill meta l-elezzjoni ta’ dak
il-Kunsill tkun għal xi raġuni differita għal kollox jew
f’parti,
ikun iż-żmien li jifdal miż-żmien tal-kariga skond l-artikolu 8.
Piena għall-persuni 
skwalifikati li 
jaġixxu ta’ 
kunsillieri. 
15. (1) Kunsillier jista’ jeħel ammenda ta’ ħamsin lira għal
kull darba li jattendi laqgħa tal-Kunsill meta jkun jaf jew ikollu
raġunijiet xierqa jaħseb li hu skwalifikat jew jekk jaġixxi ta’
kunsillier meta l-post tiegħu jkun sar vakanti:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’ebda każ ma jkunu iżjed minn
ammenda ta’ elf lira għal kull darba.
(2) L-ammenda msemmija fis-subartikolu (1) tinġabar mill-
  8      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Gvern bħala dejn ċivili u titqiegħed fil-Fond ta’ Dħul Konsolidat.
(3) Kunsillier li jaġixxi bil-mod imsemmi fis-subartikolu (1)
ikun soġġett li jrodd lura kull somma ta’ flus li l-Kunsill jew xi
korp ieħor ikun nefaq minħabba fih, jew xi benefiċċji li jkun kiseb
dwar il-kariga tiegħu minn meta tinħoloq ir-raġuni għall-
iskwalifika tiegħu.
(4) Is-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
applikati u għandhom jiftiehmu bla ħsara għal kull azzjoni
kriminali li tista’ tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti.
Validità  ta’ egħmil 
minn kunsillier 
skwalifikat.
16. (1) Kull egħmil u proċeduri magħmula minn persuna
mhux kwalifikata li jkollha l-kariga ta’ kunsillier kif provdut fl-
artikoli ta’ qabel dan u kull obbligazzjoni li torbot lill-Kunsill
minħabba f’hekk għandhom ikunu onorati mill-Kunsill meta l-
persuna li favur tagħha tkun saret dik l-obbligazzjoni tkun in bona
fede.
(2) Il-Kunsill ikollu l-jedd li jħarrek lil dik il-persuna li ma
tkunx kwalifikata għal kull danni li jinqalgħu minn xi transazzjoni
li jkollha tonora kemm-il darba dak il-kunsillier ma jipprovax li
jkun aġixxa in bona fede.
Riżenja minn 
membru ta’ 
Kunsill. 
Emendat:
XXI.1999.3, 9.
17. (1) Membru tal-Kunsill jista’ f’kull żmien jirriżenja mill-
kariga tiegħu b’avviż bil-miktub iffirmat minnu u mwassal lis-
Segretarju Eżekuttiv u r-riżenja tiegħu tibda sseħħ mid-data li fiha
s-Segretarju Eżekuttiv jkun irċieva l-avviż, liema data għandha tiġi
minnufih reġistrata mis-Segretarju Eżekuttiv, u l-kariga tiegħu ssir
vakanti minn dik id-data.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jaġixxi skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9.
Kunsillieri 
għandhom jattendu 
l-laqgħat kollha.
Emendat:
XXI.1999.3, 10.
18. Il-kunsillieri għandhom jattendu l-laqgħat kollha kif
provdut taħt dan l-Att u l-Ministru għandu, wara li jkun mgħarraf
mis-Segretarju Eżekuttiv, b’avviż iffirmat minnu u indirizzat lis-
Segretarju Eżekuttiv, jiddikjara li post ikun vakanti jekk kunsillier
jonqos li jattendi għal sitt laqgħat konsekuttivi tal-Kunsill jew
b’kollox ikun naqas għal iktar minn terz tal-laqgħat imsejħa fi
żmien sitt xhur:
Iżda meta Kunsillier kien hekk assenti, u qabel ma jgħarraf
lill-Ministru kif imsemmi qabel, is-Segretarju Eżekuttiv għandu
jgħarraf lis-Sindku b’dak li jkun ġara u s-Sindku għandu malli dan
iqiegħed il-kwistjoni fl-aġenda ta’ l-ewwel laqgħa tal-Kunsill
sabiex tiġi diskussa jekk l-assenza ta’ dak il-Kunsillier kienitx
dovuta għal xi raġuni ġustifikata:
Iżda ukoll meta l-kunsill ikun irrisolva li n-nuqqas ta’
attendenza jkun għal raġuni ġusta, is-Segretarju Eżekuttiv, meta
jgħarraf lill-Ministru bin-nuqqas tal-kunsillier, għandu wkoll
jagħtih ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex il-Ministru ma
jiddikjarax dak il-post vakanti.
Interess 
pekunjarju.
19. (1) Ikun id-dmir ta’ kull kunsillier li jkollu xi nteress
pekunjarju, dirett jew indirett, f’xi kuntratt jew f’xi proposta ta’
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     9
kuntratt jew ħaġ’oħra u jkun preżenti f’xi laqgħa tal-Kunsill li fiha
dak il-kuntratt, proposta ta’ kuntratt jew ħaġ’oħra tkun, jew tkun
waslet biex tkun, kunsidrata, li jiddikjara bil-miftuħ fil-laqgħa u
kemm jista’ jkun malajr wara li tkun bdiet l-interess tiegħu u:
(a) dan m’għandux jippresjedi jew jieħu sehem fil-
konsiderazzjoni jew fid-diskussjoni ta’, jew jivvota
fuq xi mistoqsija dwar, dak il-kuntratt jew proposta ta’
kuntratt jew ħaġ’oħra; u
(b) kemm-il darba l-kuntratt jew proposta ta’ kuntratt jew
ħaġ’oħra ma tkunx qed tiġi kunsidrata mill-Kunsill
biss bħala parti minn rapport ta’ kumitat jew ta’ sotto-
kumitat tiegħu u ma tkunx hi s-suġġett ta’ dibattitu
separat, dan għandu jirtira mil-laqgħa fil-waqt li l-
kwistjoni tkun qed tiġi kunsidrata.
(2) Ikun id-dmir ta’ kull Kunsill li jirreġistra fil-minuti ta’
laqgħa partikolaritajiet ta’ dikjarazzjoni bil-miftuħ li ssir f’dik il-
laqgħa taħt is-subartikolu (1) u ta’ kull irtir mil-laqgħa li jsir wara.
(3) Kull persuna li xjentement taġixxi bi ksur tas-subartikolu
(1) tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sena jew multa ta’ mhux iżjed minn elf lira jew ħamsin
fil-mija tal-kuntratt jew proposta ta’ kuntratt jew ħaġ’oħra, skond
liema tkun l-ikbar, jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u kull
persuna li tinsab ħatja ta’ reat bħal dan ma tibqax kwalifikata li
jkollha kariga ta’ kunsillier għal perijodu ta’ ħames snin minn meta
tinsab ħatja.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) il-kelma "indirett" tinkludi
kull interess pekunjarju li kunsillier jista’ jkollu permezz ta’ martu
jew żewġha, ta’ l-ulied, ġenituri, aħwa jew permezz ta’ xi
kumpannija (li ma tkunx kumpannija pubblika) li hu jew wieħed
jew uħud mill-oħrajn imsemmija jkollhom sehem minnha jew
permezz ta’ xi kumpannija li hu jew wieħed jew uħud mill-oħrajn
ikunu diretturi tagħha.
Qraba ta’ 
kunsillieri.
Emendat:
XXI.1999.3, 11.
20. (1) Kull kunsillier għandu bil-miktub jikxef lill-Kunsill
kull relazzjoni familjari rilevanti li hu jkun jaf li teżisti bejnu u
bejn kull persuna oħra li hu jkun jaf li jkollha, jew tkun kandidat
għal ħatra ta’, kariga taħt il-Kunsill.
 (2) Il-kxif kollu magħmul taħt is-subartikolu (1) għandu kemm
jista’ jkun malajr ikun mgħarraf mis-Segretarju Eżekuttiv lill-
Kunsill u:
(a) ikun id-dmir tal-Kunsill li jirreġistra fil-minuti
partikolaritajiet tal-kxif; u
(b) jekk il-kunsillier meħtieġ li jagħmel il-kxif ikun
preżenti f’xi laqgħa tal-Kunsill li fiha tkun qed tiġi
diskussa xi kwistjoni dwar jew li tolqot il-ħatra, ir-
rimunerazzjoni, iż-żmien jew il-kondizzjonijiet tas-
servizz, il-promozzjoni, il-grad, il-kondotta, it-
tkeċċija, is-sospensjoni, l-irtir jew is-superanwazzjoni
tal-persuna li magħha jkollu r-relazzjoni familjari
rilevanti, dan għandu jirtira mil-laqgħa fil-waqt li l-
  10      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
kwistjoni tkun qed tiġi kunsidrata u l-irtir tiegħu
għandu jiġi reġistrat fil-minuti tal-proċeduri tal-
laqgħa.
(3) Kull kunsillier li jaġixxi bi ksur tas-subartikolu (1) jew tas-
subartikolu (2)(b) ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati
sommarjament multa ta’ mhux iżjed minn tliet mitt lira u, barra
minn hekk, kull persuna misjuba ħatja ta’ dak ir-reat teħel
skwalifika milli jkollha kariga ta’ kunsillier għal perijodu ta’
ħames snin minn meta hekk tinsab ħatja:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’ebda każ ma jkunu iżjed minn
multa ta’ tlett elef lira.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, relazzjoni familjari
rilevanti titqies li teżisti bejn kunsillier u uffiċjal jew kandidat jekk
ikunu raġel u mara miżżewġin jew jekk l-uffiċjal jew il-kandidat,
jew żewġ jew mart l-uffiċjal jew il-kandidat, ikunu -
(a) ġenituri 
(b) nanniet; 
(ċ) ulied l-ulied; 
(d) ulied;
(e) aħwa;
(f) zijiet; jew 
(g) neputijiet;
tal-kunsillieri jew ta’ żewġ jew mart il-kunsillieri.
Immunità  minn 
proċeduri legali 
f’ċerti każi.
21. Meta Kunsill jissuplixxi lil xi membru tal-pubbliku li jkun
qed jattendi laqgħa tal-Kunsill, jew jissuplixxi għall-benefiċċju tal-
media, kopji ta’ l-aġenda, stqarrijiet, partikolaritajiet u kopji ta’
dokumenti oħra, il-pubblikazzjoni ta’ kull materja defamatorja fl-
aġenda, stqarrijiet, partikolaritajiet jew dokumenti hekk suppliti
għandhom ikunu privileġġjati sakemm ma jiġix pruvat li 1-
pubblikazzjoni tagħhom tkun saret b’malizzja.
Xoljiment ta’ 
Kunsill. 
Emendat:
XVI. 1997.8.
22. Il-President għandu, b’ordni fil-Gazzetta fuq il-parir tal-
Prim Ministru, ixolji Kunsill fuq:
(a) rapport ta’ l-Awditur Ġenerali għal ksur persistenti ta’
responsabbiltajiet finanzjarji; jew
(b) nuqqas kontinwu ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att wara li jkun ingħata avviż formali mill-Ministru;
jew
(ċ) nuqqas ta’ qbil dwar l-elezzjoni ta’ Sindku; jew
(d) nuqqas ta’ qbil mill-Kunsill fl-approvazzjoni ta’ l-
estimi ta’ kull sena tiegħu; jew
Kap. 273.
(e) rakkomandazzjoni f’dak is-sens f’rapport minn bord
maħtur taħt l-Att dwar l-Inkjesti.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     11
Elezzjonijiet wara 
xoljiment ta’ 
Kunsill. 
Emendat:
XXI.1999.3.
23. (1) Max-xoljiment tal-Kunsill skond l-artikolu 22, jew
jekk il-kunsillieri eletti kollha jiriżenjaw u ebda kunsillieri oħra ma
jistgħu jkunu eletti skond it-Tielet Skeda, il-Kummissjoni
Elettorali għandha, fi żmien tletin jum, tagħmel elezzjoni għal
Kunsill ġdid:
Iżda ma ssir ebda elezzjoni jekk iż-żmien tal-ħatra li jkun
fadal tal-Kunsill xolt ikun inqas minn tliet xhur.
(2) Il-Ministru jista’ jaħtar Kumitat ta’ Tmexxija li għandu
jaqdi dawk id-dmirijiet kollha fil-kompetenza tal-Kunsill sakemm
ikun elett Kunsill ġdid:
Iżda jekk Kumitat ta’ Tmexxija ma jkunx hekk maħtur, is-
Segretarju Eżekuttiv għandu jaqdi dawk id-dmirijiet kollha fil-
kompetenza tal-Kunsill.
(3) Il-Kunsill li jkun elett ġdid għandu jżomm il-kariga għall-
bqija taż-żmien applikabbli għall-Kunsill xolt.
Ġurament tal-
ħatra. 
24. (1) Il-kunsillieri eletti skond l-artikolu 8, u s-Sindki u/ jew
il-Viċi Sindki eletti skond l-artikolu 25 għandhom jieħdu u
jissottoskrivu għall-ġurament tal-ħatra fil-forma stabbilita fil-
Ħames Skeda quddiem xi Kummissarju għall-Ġustizzja li jkollu s-
setgħa li jagħti dak il-ġurament.
(2) Kull Sindku, Viċi Sindku jew kunsillieri li jagħmel xi
funzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-ġurament tal-ħatra tiegħu
jitneħħa mill-President, li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru,
kemm-il darba fi żmien tletin jum minn meta jirċievi avviż bil-
miktub mill-Ministru, dak il-membru ma jirrinunzjax għall-
funzjoni li ma tkunx kompatibbli.
TAQSIMA III 
Il-Kariga ta’ Sindku
Ħatra ta’ Sindku u 
ta’ Viċi Sindku.
Emendat:
XXI.1999.12.
25. (1) Fl-ewwel laqgħa wara li jkunu ttieħdu l-ġuramenti tal-
ħatra l-Kunsill jeleġġi s-Sindku u l-Viċi Sindku tal-Kunsill minn
fost il-membri tiegħu skond is-Seba’ Skeda.
(2) L-ewwel laqgħa ta’ kull Kunsill għandha ssir mhux iktar
tard minn ġimgħa mill-ewwel jum meta l-kunsillieri jkunu jistgħu
jżommu l-kariga skond l-artikolu 14.
Is-sindku 
jirrapreżenta lill-
Kunsill u 
jippresjedi l-
laqgħat.
26. (1) Is-Sindku jkun ir-rappreżentant tal-Kunsill għall-
finijiet kollha taħt dan l-Att u għandu jippresjedi l-laqgħat kollha
tal-Kunsill u jissorvelja l-funzjonijiet kollha tal-Kunsill.
(2) Is-Sindku jkun responsabbli sabiex jitwettqu l-għanijiet u
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u s-Sindki għandhom jikkoperaw
bejniethom għall-ġid tal-lokalitajiet li huma jirrappreżentaw.
Rappreżentanza 
legali u ġuridika.
Emendat:
XXI.1999.3.
27. Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Kunsill tkun vestita
fis-Sindku flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv li jistgħu jħarrku u
jkunu mħarrka f’isem il-Kunsill ukoll meta l-każ jirreferi għal atti
magħmula qabel iż-żmien tal-kariga jew ħatra tagħhom skond il-
każ.
  12      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Żmien tal-kariga.  28. Is-Sindku u l-Viċi Sindku għandhom iżommu l-kariga mill-
ewwel jum ta’ l-elezzjoni tagħhom u jibqgħu f’dik il-kariga sa
tmiem iż-żmien tal-Kunsill jew sa dak iż-żmien li s-Sindku jew il-
Viċi Sindku jkun irriżenja jew ikunu tneħħew mill-kariga qabel
jintemm iż-żmien tagħhom skond dan l-Att.
Vot ta’ sfiduċja. 
Emendat:
XXI.1999.13.
29. (1) Is-Sindku, jew il-Viċi Sindku, ma jibqax fil-kariga
tiegħu wara vot ta’ sfiduċja mgħoddi b’maġġoranza tal-Kunsillieri
fil-kariga.
(2) Il-mozzjoni li tkun qiegħda tipproponi vot ta’ sfiduċja fis-
Sindku jew fil-Viċi Sindku għandha tiġi ffirmata mill-inqas minn
terz tal-Kunsillieri fil-kariga, għandha tispeċifika r-raġuni għal dik
il-mozzjoni, għandha tipproponi lil xi Kunsillier ieħor biex jiġi
elett Sindku jew Viċi Sindku, skond il-każ,  u għandha tiġi
notifikata lill-Kunsillieri kollha bħala mozzjoni għall-vot permezz
ta’ aġenda.
(3) Il-mozzjoni għandha tkun diskussa wara li jgħaddu mhux
inqas minn ħamest ijiem minn meta tkun preżentata skond is-
subartikolu (2) iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem minn dik
id-data.
Vot ta’ sfiduċja 
notifikat lill-
Ministru. 
Emendat:
XXI.1999.3.
30. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu mingħajr dewmien
jinnotifika lill-Ministru bil-vot ta’ sfiduċja mgħoddi skond l-
artikolu 29.
Vakanza każwali 
fil-kariga ta’ 
Sindku jew ta’ Viċi 
Sindku. 
Emendat:
XXI.1999.14.
31. (1) F’każ ta’ vakanza fil-kariga ta’ Sindku, jew meta s-
Sindku ma jkunx jista’ għal xi raġuni jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu, il-Viċi Sindku għandu jaqdi dawk il-funzjonijiet kollha
sakemm ikun elett Sindku ieħor minn fost il-kunsillieri fl-ewwel
laqgħa tal-Kunsill li ssir wara l-vakanza.
(2) F’każ ta’ vakanza fil-kariga ta’ Viċi Sindku għandha ssir
elezzjoni minn fost il-kunsillieri fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill li ssir
wara dik il-vakanza, u s-Sindku għandu hu wkoll jivvota.
(3) Meta għall-iskopijiet tas-subartikolu (1), il-Viċi Sindku ma
jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet ta’ Sindku tkun xi tkun ir-raġuni,
għandu jaqdi dik il-funzjoni l-iktar membru anzjan tal-Kunsill li
jaċċetta dik ir-responsabbiltà  sakemm jiġi elett Sindku.
(4) Għall-iskopijiet tas-subartikolu (2), l-iktar membru anzjan
tal-Kunsill li jaċċetta dik ir-responsabbiltà  għandu jaqdi l-
funzjonijiet ta’ Viċi Sindku sakemm jiġi elett Viċi Sindku.
Rimunerazzjoni 
tas- sindku.
Emendat:
XXI.1999.15.
32. (1) Il-Kunsill għandu jħallas lis-Sindku jew lill Viċi
Sindku jew lil dak il-Kunsillier li jkun assuma l-funzjonijiet ta’
Sindku meta l-kariga ta’ Sindku tkun vakanti dik l-allowance li l-
Kunsill jikkunsidra xierqa hekk iżda li l-allowance ma għandha
f’ebda każ tkun iżjed minn tlieta u tletin fil-mija ta’ l-onorarju li
minn żmien għal żmien jitħallas lil Membri tal-Kamra tad-
Deputati.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu (1) il-kunsillieri kollha jservu
fuq bażi onorarja iżda jingħataw dik l-għajnuna kollha mill-
prinċipali tagħhom li tkun xierqa biex ikunu jistgħu jaqdu l-
funzjonijiet tagħhom.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     13
TAQSIMA IV
Funzjonijiet ta’ Kunsill Lokali, Proċedura u Laqgħat
Funzjonijiet tal-
Kunsilli Lokali.
Emendat:
XXI.1999.16.
33. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2) u għad-disposizzjonijiet
ta’ kull liġi oħra li tkun isseħħ fiż-żmien, il-funzjonijiet ta’ kull
Kunsill Lokali jkunu:
(a) li jipprovdi biex tinżamm fi stat tajjeb u għall-
manutenzjoni ta’, jew titjib fi, kull triq jew mogħdija,
li ma tkunx proprjetà  privata:
Iżda l-manutenzjoni għar-rigward ta’ xi triq jew
mogħdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar tagħha, iżda ma
tinkludix ir-rikostruzzjoni tagħha;
(b) li jipprovdi għall-ġbir u ġarr ta’ żibel minn kull post
pubbliku jew privat, għaż-żamma ta’ l-indafa u biex
isiru, jinżammu fi stat tajjeb u manutenzjoni tal-latrini
kollha, laned taż-żibel u reċipjenti oħra għad-depożitu
temporanju u ġarr ta’ żibel, u tara li dawn ikunu
aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw
siġġu tar-roti;
(ċ) li jipprovdi li jsiru, jinżammu fi stat tajjeb u
manutenzjoni ta’ playgrounds tat-tfal, ġonna pubbliċi
u ċentri oħra, ta’ sport, kultura jew divertiment ieħor,
u tara li dawn ikunu, sa fejn hu possibbli, aċċessibbli
għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti;
(d) li jipprovdi u jżomm fi stat tajjeb sinjali tat-toroq u
marki tat-toroq xierqa, skond livelli nazzjonali u
internazzjonali, li jistabbilixxi u jżomm fi stat tajjeb
postijiet għal nies bil-mixi u għall-ipparkeġġjar u biex
jipprovdi għall-ħarsien tat-tfal ta’ l-iskola qrib l-
iskejjel;
(e) biex jipproponi lil u, meta applikabbli, ikun konsultat
minn kull awtorità  kompetenti qabel ma l-awtorità
kompetenti tagħmel xi tibdil fi skemi tat-traffiku li
jolqtu direttament il-lokalità ;
(f) li jagħmel rakkomandazzjonijiet li1 kull awtorità
kompetenti għal jew dwar xi skema ta’ ppjanar jew
bini u li jieħu sehem sħiħ f’kull deċiżjonijiet dwar l-
għoti jew l-għoti mill-ġdid ta’ ismijiet lit-toroq;
(g) fil-konfini ta’ kull pjan nazzjonali, li joħroġ linji ta’
gwida li għandhom jitħarsu biex tinżamm fi stat tajjeb,
tkun restawrata, iddisinjata jew mibdula l-faċċata ta’
kull bini jew bini ieħor jew kull parti minn bini li
normalment tkun tidher mit-triq u l-materjal użat,
reklami u faċċati ta’ ħwienet, u fil-każ ta’ bini miftuħ
għall-pubbliku, tara li dawn ikunu, sa fejn hu
possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li
jużaw siġġu tar-roti;
(h) li jgħin liċ-ċittadini billi jipprovdi, meta applikabbli,
flimkien ma’ xi awtorità  kompetenti, tagħrif dwar il-
jeddijiet taċ-ċittadini b’mod ġenerali, magħdud tagħrif
  14      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
dwar jeddijiet tal-konsumatur, trasport, komunikazz-
jonijiet, faċilitajiet ta’ turiżmu, taxxi, sigurtà  soċjali,
saħħa pubblika u ħwejjeġ oħra ta’ siwi u interess
pubbliku;
(i) li jagħti pariri lil u, meta dan ikun japplika, li jkun
ikkonsultat minn kull awtorità  li jkollha s-setgħa li
tieħu xi deċiżjonijiet li direttament jew indirettament
jolqtu l-Kunsill u lir-residenti li jkun responsabbli
għalihom;
(j) bħala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi
flimkien ma’ kull awtorità  kompetenti, għat-twaqqif,
żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ creches,
kindergartens u servizzi oħra jew bini ieħor edukattiv;
(k) bħala parti minn skema nazzjonali, li jipprovdi
flimkien ma’ kull awtorità  kompetenti għat-twaqqif,
żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ ċentri ta’ saħħa
u rijabilitazzjoni, spiżeriji tal-gvern, uffiċċji
distrettwali tas-saħħa u djar għall-anzjani;
(l) li jipproponi lill-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni, persuni biex jinħatru bħala presidenti ta’
kunsilli ta’ skejjel primarji;
(m) li jagħmel ftehim ma’ kull korp pubbliku jew
dipartiment tal-gvern għad-delega lill-Kunsill ta’ xi
wħud mill-funzjonijiet ta’ dak il-korp pubbliku jew
dipartiment:
Iżda kull delega bħal dik tibda sseħħ biss wara li
l-Ministru jkun għamel ordni dwar dan fil-Gazzetta;
(n) li jaqdi kull funzjoni oħra li tkun delegata lilu mill-
Gvern permezz tal-Ministru bil-pubblikazzjoni ta’
ordni fil-Gazzetta;
(o) li jipprovdi għal dawk ix-xogħlijiet, oġġetti, ħwejjeġ u
servizzi l-oħra kollha li m’humiex esklużi mill-
kompetenza ta’ Kunsill b’xi liġi li tkun fiż-żmien
isseħħ u li ma jkunux mogħtija lil xi awtorità  oħra.
(2) Toroq arterji u distributorji stabbiliti bil-Pjan ta’ Struttura,
monumenti nazzjonali, parks jew ġonna nazzjonali, estates
industrijali, portijiet, ajruporti u territorji oħra nazzjonali,
stabbilimenti, bini u oġġetti oħra mniżżla fir-Raba’ Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att huma responsabbiltà  tal-Gvern u, ħlief kif provdut
skond is-subartikolu (1)(m) jew (n), huma għal kollox esklużi mill-
kompetenza ta’ Kunsilli Lokali.
Kunsill jagħmel 
bye-laws.
Emendat:
XII. 1995.16.
34. (1) Kunsill jista’ jagħmel, jemenda jew jirrevoka bye-laws
sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u sabiex iħares u jnaqqas
inkonvenjenzi fil-lokalità  tiegħu.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, il-Ministru jista’ taħt l-artikolu 72 jagħmel regolamenti
għal applikazzjoni ġenerali għall-istess għanijiet li Kunsill jista’
jagħmel bye-laws taħt dan l-Att u dawk ir-regolamenti għandhom,
għall-finijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi oħra, jitqiesu li huma bye-
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     15
laws li jkunu saru mill-Kunsilli kollha:
Iżda kull regolamenti bħal dawk jistgħu jagħmlu biss
disposizzjonijiet ġenerali u jkunu bla ħsara għall-egħmil ta’ bye-
laws oħra minn xi Kunsill għall-istess għan li jagħmlu
disposizzjonijiet speċjali għal-lokalità  tiegħu.
Proċedura għall-
egħmil ta’ bye-
laws.
Emendat:
XXI.1999.3, 17.
35. (1) Għall-anqas tliet ġimgħat qabel Kunsill ikun se
jiddiskuti bye-laws proposti, għandu jingħata avviż tal-ħsieb tal-
Kunsill darbtejn fil-gazzetti kollha ta’ kuljum u darba fil-Gazzetta.
Kopja tal-bye-laws proposti għandha titqiegħed fl-uffiċċji tal-
Kunsill li jkun qed jipproponihom u din għandha għall-anqas għal
darba siegħa kuljum waqt il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju tkun għad-
disposizzjoni ta’ min ikun irid jispezzjonaha mingħajr ħlas.
(2) Il-Kunsill għandu jagħti lil kull persuna li tapplika għaliha,
kopja tal-Bye-Laws proposti, jew ta’ kull parti minnha, bi ħlas ta’
somma xierqa li ma tkunx iżjed mill-prezz tal-Gazzetta.
(3) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jissottometti lid-Direttur
kopja tal-Bye-laws proposti wara li dawn ikunu gew diskussi u
approvati mill-Kunsill.
(4) Jekk fi żmien sitt gimgħat minn meta l-Bye-Laws proposti
jaslu għand id-Direttur, il-Ministru jiddeċiedi li jipproponi xi
emendi għalihom, huwa għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub
dwar dawk l-emendi kollha.
(5) Jekk matul l-imsemmi perjodu ta’ sitt gimgħat  il-Ministru
ma jinfurmax lill-Kunsill, il-Kunsill għandu jassumi li l-Ministru
ma jkun qiegħed jipproponi ebda emenda.
(6) Wara li jiddiskuti l-emendi proposti mill-Ministru, jekk
ikun hemm, il-Kunsill jista’ jew japprova jew ma japprovax il-Bye-
Laws.  Jekk il-Kunsill  japprovhom, is-Segretarju Eżekuttiv għandu
jibgħat kopja tal-Bye-laws kif approvati lill-Ministru. 
(7) Il-Ministru jkollu jedd joġġezzjona għal kull Bye-Law
approvata minn xi Kunsill u għandu juri dik l-oġġezzjoni u l-
ġustifikazzjoni tagħha bil-miktub lill-Kunsill.
(8) Jekk il-Ministru ma joġġezzjonax għall-bye-laws, is-
Segretarju Eżekuttiv għandu jieħu ħsieb li l-bye-laws ikunu
pubblikati fil-Gazzetta u dawn jibdew iseħħu xahar wara l-
pubblikazzjoni tagħhom jew f’dak iż-żmien iqsar li jista’ jkun
miftiehem bejn il-Kunsill u l-Ministru. Kull perijodu li hekk ikun
iqsar għandu jkun speċifikat fil-bye-law.
Penalitajiet għal 
ksur ta’ bye-laws.
Emendat:
XXI.1999.3, 18.
36. (1) Ħlief kif provdut b’xi liġi oħra, persuna li tikser bye-
law tkun ħatja ta’ kontravenzjoni u teħel piena ta’ ammenda ta’
mhux iżjed minn tletin lira u, fil-każ ta’ reat kontinwat, ammenda
oħra ta’ mhux iżjed minn ħames liri għal kull jum li matulu jkompli
r-reat wara li tinsab ħatja:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jippreskrivi penalitajiet ogħla li f’ebda każ ma għandhom
ikunu iktar minn ammenda ta’ elf lira u, fil-każ ta’ reat kontinwu,
ammenda oħra ta’ mhux iżjed minn mitejn u ħamsin lira għal kull
jum.
  16      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Kap. 291.
(2) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra b’dan l-
artikolu, il-kontravvenzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1)
jitqiesu li huma reati fl-iskeda għall-finijiet ta’ l-Att dwar il-
Kummissarji għall-Ġustizzja u d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi
Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja għandhom japplikaw
mutatis mutandis għal kull proċedimenti dwar kontravvenzjonijiet
taħt dan l-Att.
(3) Il-Kummissarju għall-Ġustizzja għandu, kull meta jkun se
jikkunsidra akkużi ta’ ksur ta’ xi Bye-Laws, jippresjedi fit-Tribunal
Lokali imwaqqaf skond l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja,
li jistgħu jkunu jew l-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsill li jkun jew
kull post ieħor li jiġi hekk stabbilit mill-Ministru wara
konsultazzjoni mal-Kunsill.
Kap. 291.
(4) Il-prosekutur f’xi smigħ bħal dan ikun is-Segretarju
Eżekuttiv u dan ikollu l-istess setgħat mogħtija lill-Pulizija
Eżekuttiva taħt l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja. In-
notifika ta’ kull taħrika ssir mis-Segretarju Eżekuttiv bil-mod
provdut fl-artikolu 6(2) ta’ l-Att dwar il-Kummissarji għall-
Ġustizzja jew mill-Pulizija Eżekuttiva jew minn gwardjan lokali kif
provdut fis-subartikolu (1) ta’ l-imsemmi artikolu:
Iżda l-funzjonijiet tas-Segretarju Eżekuttiv skond dan is-
subartikolu u skond is-subartikolu (6) jistgħu jiġu delegati lil kull
persuna jew persuni oħra kif il-Kunsill jista’ jistabbilixxi
b’riżoluzzjoni.
(5) Kull ammont ta’ ammenda jkun dovut lill-Kunsill tal-
lokalità  fejn issir il-kontravvenzjoni u għandu jitħallas lis-
Segretarju Eżekuttiv.
Kap. 291.
(6) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jordna li d-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3), (4) u (5) għandhom
japplikaw għal xi wieħed jew aktar mill-kontravvenzjonijiet
imsemmija fl-Iskeda ma’ l-Att dwar il-Kummissarji tal-Ġustizzja, u
meta ssir ordni bħal dik il-prosekuzzjonijiet dwar l-istess
infrazzjonijiet jitmexxew mis-Segretarju Eżekuttiv quddiem il-
Kummissarju tal-Ġustizzja li għandu jpoġġi fl-uffiċċji
amministrattivi tal-Kunsill li jkun jew f’kull post ieħor stabbilit
taħt is-subartikolu (3).
Referendi 
abrogattivi.
Miżjud:
VIII. 1996.10.
Kap. 237.
36A. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, it-
Taqsima VIA ta’ l-Att dwar ir-Referendi għandha tkun tapplika
għal kull bye-law magħmula minn xi kunsill lokali skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Kap. 237. (2) Id-disposizzjonijiet tat-Taqsima VIA ta’ l-Att dwar ir-
Referendi għandhom għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu jkunu
japplikaw kif ġej:
(a) l-artikolu 32B ta’ dik it-Taqsima għandu jkun japplika
bħallikieku ir-riferenza li hemm fih għal għaxra fil-
mija ta’ l-għadd totali ta’ persuni rreġistrati biex
jivvutaw fis-subartikolu (1) ta’ dak l-artikolu kienet
riferenza għal għaxra fil-mija ta’ l-għadd totali ta’
persuni rreġistrati biex jivvutaw fl-elezzjonijiet ta’
kunsillieri lokali għal dik il-lokalità  li tkun għamlet il-
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     17
bye-law li għaliha tkun tapplika d-dikjarazzjoni;
(b) l-artikolu 32Ċ ta’ dik it-Taqsima għandu jkun japplika
bħallikieku ir-riferenza fis-subartikolu (1) li hemm fih
għad-distrett elettorali fejn l-elettur ikun reġistrat
kienet riferenza għal lokalità  li elettur ikun reġistrat
fiha għall-elezzjoni tal-kunsillieri lokali tagħha;
(ċ) l-artikolu 32D ta’ dik it-Taqsima għandu jkun
japplika -
(i) bħallikieku r-riferenza lil persuna rreġistrata
bħala elettur għall-elezzjoni ta’ membri fil-
Kamra tad-Deputati fis-subartikolu (1) ta’ dak l-
artikolu kienet riferenza għal persuna reġistrata
bħala elettur għall-elezzjoni ta’ kunsillieri lokali
fil-kunsill lokali tal-lokalità  li tkun qed tagħmel
il-bye-law relattiva;
Kap. 237.
(ii) bħallikieku r-riferenza fis-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 32B ta’ l-Att dwar ir-Referendi fil-
paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dak l-
artikolu kienet riferenza għal dak is-subartikolu
kif japplika skond il-paragrafu (a) ta’ dan l-
artikolu;
Kap. 319.
(iii) bħallikieku r-riferenza għall-Kostituzzjoni u l-
Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea fil-paragrafu
(ċ) tas-subartikolu (1) ta’ dak l-artikolu kienet
ukoll riferenza għal dan l-Att;
(iv) bħallikieku is-subartikolu (3) ta’ dak l-artikolu
kien jeħtieġ ukoll li ssir in-notifika ta’ rikors lis-
sindku tal-kunsill lokali li jkun għamel il-bye-
law, liema notifika għandha ssir għall-għanijiet
tas-subartikolu (5) ta’ dak l-artikolu fl-uffiċċju
tal-kunsill lokali relattiv; u
(d) il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 32Ġ
ma għandux ikun japplika.
Koperazzjoni ma’ 
Kunsilli oħra.
Emendat:
XXI.1999.19.
37. (1) Żewġ Kunsilli Lokali jew iżjed jistgħu jaqdu xi waħda
mill-funzjonijiet tagħhom flimkien u dawn jistgħu wkoll jagħmlu
arranġamenti biex il-qadi ta’ dawk il-funzjonijiet isiru minn
kumitat bejniethom jew minn uffiċjal ta’ xi wieħed minnhom.
(2) Kunsilli Lokali li jkollhom xi arranġament kif provdut fis-
subartikolu (1) jistgħu jagħmlu laqgħa flimkien biex jiddiskutu l-
qadi tal-funzjonijiet li għalihom jirreferi l-arranġament u l-
kunsillieri kollha jkollhom jedd jieħdu sehem u jivvotaw meta
meħtieġ kemm-il darba l-arranġament ma jipprovdix xort’oħra.
(3) Kunsilli Lokali jistgħu jifformaw u jkunu parti minn
assoċjazzjoni li tiġi rikonoxxuta bħala tali mill-Gvern għat-tħaris u
għall-promozzjoni ta’ l-interessi komuni tagħhom kif ukoll jistgħu
jkunu parti minn assoċjazzjonijiet internazzjonali ta’ awtoritajiet
ta’ gvern lokali.
  18      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Jedd ta’ Kunsill 
Lokali għal 
rimedju 
ġudizzjarju. 
38. Il-Kunsilli Lokali jkollhom jedd li jikkontestaw fil-qorti
kull deċiżjoni li b’xi mod ittellifhom fl-eżerċizzju liberu tas-setgħat
mogħtija lilhom b’dan l-Att.
Kompetizzjoni. 
Emendat:
XXI.1999.20.
39. Għall-fini tal-qadi ta’ xi funzjonijiet dwar xi ħaġa li taqa’
taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, Kunsill għandu jagħti b’kuntratt u
joħroġ għall-kompetizzjoni kull waħda mill-funzjonijiet mogħtija
lilu kemm il-darba dawk il-funzjonijiet ma jkollhomx isiru minn xi
wieħed mill-membri tiegħu stess, xi persuna mpjegata skond l-
artikoli 52 u 53 jew minn xi Kunsill ieħor li jkun ħareġ jew li jkun
se joħroġ il-qadi ta’ dawk il-funzjonijiet għal kompetizzjoni:
Iżda ebda Kunsillier jew impjegat ma’ xi Kunsill, jew xi
kumpannija li fiha dak il-Kunsillier jew impjegat ikollu
parteċipazzjoni maġġoritarja ta’ ishma jew xi interess fil-kontroll
tagħha, ma għandu joffri jew jissottometti kwotazzjonijiet għal xi
xogħlijiet, oġġetti jew servizzi jew għat-trasferiment ta’ xi art li
dwarhom tkun inħarget sejħa għal offerti jew kwotazzjonijiet mill-
Kunsill li tiegħu huwa jkun tali membru jew impjegat:
Iżda wkoll, bl-approvazzjoni tal-Ministru, Kunsill Lokali
jista’ jagħmel arranġamenti ma’ korp pubbliku, dipartiment tal-
Gvern jew Kunsill Lokali ieħor -
(a) għall-provvista minn parti waħda lill-oħra ta’ xi
oġġetti;
(b) għall-provdiment minn parti lill-oħra ta’ servizzi
amministrattivi, professjonali jew tekniċi;
(ċ) għall-użu minn parti waħda ta’ vettura, impjant jew
apparat li jkun, jappartjeni,  lill-parti l-oħra u li
titqiegħed għad-disposizzjoni tal-parti imsemmija l-
ewwel is-servizzi ta’ xi persuna impjegata f’dak li
għandu x’jaqsam mal-vettura, impjant jew apparat li
jkun;  u
(d) għall-proviżjoni jew manutenzjoni minn parti waħda
ta’ kull xogħol, faċilità , ħtieġa, apparat jew xi ħaġa
għall-proviżjoni jew manutenzjoni li għalihom tkun
responsabbli l-parti l-oħra,
b’dawk il-pattijiet li jistgħu jiġu miftehma  skond l-arranġamenti u
sakemm dawk l-arranġamenti ma jsirux għal aktar minn tliet xhur
liema perijodu ma jistax jiġġedded;
Iżda aktar, jekk il-valur ta’ dak il-proviżjoni jew użu ta’
dawk l-oġġetti jew servizzi ma jkunx jeċċedi mitt lira, f’xahar
wieħed jew kull ammont ieħor kif il-Ministru jista’ jippreskrivi fl-
Ordni, l-approvazzjoni tal-Ministru ma tkunx meħtieġa.
Kuntratti ta’ 
xogħol: 
restrizzjonijiet.
Emendat:
XXI.1999.21.
40. (1) Meta Kunsill joħrog għall-offerti għal xi xogħlijiet,
oġġetti jew servizzi li jkollhom x’jaqsmu mal-funzjonijiet tiegħu,
jew għat-trasferiment ta’ xi art, dan għandu joħroġ avviż fil-
Gazzetta. Avviż bħal dan għandu jkun fih dan li ġej:
(a) deskrizzjoni fil-qosor tax-xogħol;
(b) dikjarazzjoni li matul perijodu speċifikat fl-avviż kull
persuna tista’ mingħajr ħlas tispezzjona speċifikaz-
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     19
zjoni dettaljata tax-xogħol f’post u ħin speċifikati fl-
avviż;
(ċ) dikjarazzjoni taż-żmien li matulu għandu jsir ix-
xogħol; 
(d) dikjarazzjoni li matul dak il-perijodu kull persuna li
titlob tingħata kopja ta’ l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati
bi ħlas kif ikun speċifikat fl-avviż;
(e) dikjarazzjoni li kull persuna li tkun tixtieq tagħmel ix-
xogħol għandha tavża dan il-fatt lill-Kunsill fiż-żmien
speċifikat fl-avviż; u
(f) id-data u l-post fejn l-offerti kollha jkunu se jinfetħu
fil-pubbliku;
(g) fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi art, deskrizzjoni tagħha
inklużi s-sit u l-medda tagħha u kull restrizzjoni li
tista’ ssir dwar l-użu tagħha, kif ukoll kull kondizzjoni
li t-trasferiment jista’ jkun suġġett għaliha.
(2) Il-Kunsill għandu -
(a) iqiegħed għad-disposizzjoni ta’ kull persuna
interessata, kopji ta’ l-offerti kollha u dokumenti li
jkollhom magħhom bi prezz xieraq;
(b) jaħtar data u post fejn jisma’ s-sottomissjonijiet
mingħand kull persuna interessata fuq l-offerti kollha
li jkunu saru jew uħud minnhom;
(ċ) jippubblika d-deċiżjonijiet tiegħu flimkien mar-
raġunijiet għaliex ikun ħadhom u jipprovdi lil kull
persuna interessata kopja tagħhom bi prezz xieraq.
Arranġamenti 
għall-aġenzija.
41. Imħassar: XXI.1999.22.
Arranġamenti 
għall-provvista ta’ 
oġġetti u servizzi 
jew bdil ta’ staff.
42. Imħassar: XXI.1999.22.
Ordnijiet 
Permanenti. 
43. (1) Waqt il-laqgħat il-Kunsill għandu jimxi fuq l-Ordnijiet
Permanenti li hemm fis-Sitt Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Il-laqgħat tal-Kunsill għandhom isiru mill-inqas darba fix-
xahar jew f’dawk l-intervalli iqsar hekk kif jista’ jiddeċiedi s-
Sindku. Il-laqgħat tal-Kunsill jistgħu wkoll jissejħu fuq talba ta’ l-
iżgħar numru sħiħ ’il fuq minn terz tal-kunsillieri li jkunu fil-
kariga.
Dħul tal-pubbliku 
għal laqgħat.
44. (1) Kull laqgħa tal-Kunsill tkun miftuħa għall-pubbliku. 
(2) Meta f’laqgħa ta’ Kunsill il-Kunsill jirreżolvi ruħu
f’kumitat, il-proċeduri fil-kumitat għandhom għall-finijiet ta’ dan
l-Att jitqiesu bħala parti mill-proċeduri tal-Kunsill fil-laqgħa.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu jew fl-artikolu 46 ma għandha
tolqot jew tkun b’deroga minn xi setgħa li persuni jkunu esklużi
minn laqgħa sabiex titneħħa jew tiġi evitata mġieba diżordinata jew
xi nuqqas ieħor, jew disturb tal-laqgħa.
  20      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Jingħata tagħrif 
dwar laqgħat.
Emendat:
XXI.1999.23.
45. Il-Kunsill għandu, jekk hekk mitlub u mal-ħlas tal-pustaġġ
u spejjeż oħra meħtieġa li jsiru għall-għoti ta’ tagħrif bħal dak,
jagħti - 
(a) kopja ta’ l-aġenda u kull dokument anness li jkollu
x’jaqsam direttament ma’ l-aġenda, kif ċirkolata lill-
membri tal-Kunsill; u
(b) dawk id-dikjarazzjonijiet jew partikolaritajiet oħra u
kopji ta’ dawk id-dokumenti l-oħra li jkunu meħtieġa
biex juru x-xorta ta’ xi suġġett li jkun inkluż fil-kopja
ta’ l-aġenda hekk mogħtija;
(ċ) kopja ta’ kull dokument li jappartjeni lill-Kunsill
Lokali u kull pubblikazzjoni maħruga minn jew f’isem
il-Kunsill.
Faċilitajiet għal 
rappreżentanti tal-
media.
46. Il-Kunsill għandu, safejn ikun prattikabbli, jieħu ħsieb li
jkun hemm għad-disposizzjoni ta’ rappreżentanti tal-media,
akkreditati b’mod xieraq li jattendu sabiex jirrapportaw il-
proċeduri tal-laqgħa, faċilitajiet xierqa biex jieħdu r-rapporti tal-
proċeduri u, mal-ħlas minn dawk ir-rappreżentanti jew il-media
tagħhom ta’ kull spejjeż li jkunu saru, biex iwasslu dawk ir-rapporti
lill-media tagħhom.
Kumitati tal-
Kunsill.
Emendat:
XXI.1999.24.
47. (1) Bla ħsara għad-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu, il-
Kunsill jista’ jaħtar kumitati bl-iskop li jkun jista’ jassisti l-Kunsill
fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.
(2) Kumitati maħtura taħt is-subartikolu (1) għandhom ikunu
magħmula minn Chairman magħżul minn fost il-kunsillieri u minn
mhux iktar minn erba’ persuni oħra li m’hemmx għalfejn ikunu
kunsillieri.
(3) Il-kumitati jibqgħu fil-kariga sakemm ikunu xolti mill-
Kunsill jew sat-tmiem taż-żmien tal-ħatra tal-Kunsill.
(4) Membri ta’ kumitati ma jkollhomx jedd għal xi paga,
salarju jew rata għal attendenza.
(5) Il-laqgħat tal-kumitati jkunu reġistrati bħala minuti tal-
Kunsill u jinżammu fil-kustodja tal-Kunsill.
(6) (a) Meta lokalità  tkun tinkludi iżjed minn belt, raħal jew
raħal żgħir wieħed, il-Kunsill għandu jaħtar kumitat
għal kull belt, raħal jew raħal żgħir li jkollu
popolazzjoni ta’ iktar minn wieħed minn għaxra iżda
inqas minn nofs il-popolazzjoni ta’ dik il-lokalità
sabiex jirraporta regolarment dwar il-ħtiġiet tal-belt,
raħal jew raħal żgħir partikolari li għalih ikun inħatar
il-kumitat.
(b) Iċ-Chairman tal-kumitat maħtur taħt il-paragrafu (a)
ta’ dan is-subartikolu għandu jkun kunsillier u l-
membri l-oħra għandhom ikunu eletturi reġistrati fir-
Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali għall-belt,
raħal jew raħal żgħir. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-ordni pemanenti 26(2) li hemm fis-Sitt Skeda, is-
Sindku jista’ ma jkunx membru ex officio tal-kumitat
imsemmi.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     21
(ċ) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (3), (4) u (5)
għandhom jgħoddu għall-kumitati maħturin taħt dan
is-subartikolu.
Rħula żgħar 
elenkati.
Miżjud:
XXI.1999.25.
Emendat:
XVI. 2003.24.
47A. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47 għandhom
japplikaw għal dawk il-bliet, rħula jew irħula żgħar, bħalma hemm
imsemmija fis-subartikolu (6)(a) ta’ l-artikolu msemmi, u li jinsabu
elenkati fid-Disa’ Skeda u li f’dan l-artikolu qegħdin jissejħu
"rħula żgħar elenkati".
(2) L-irħula żgħar elenkati jkunu dawk li jinsabu elenkati taħt
id-Disa’ Skeda markati bil-konfini, inklużi t-toroq tagħhom, kif
murija fl-imsemmija Skeda għar-rigward ta’ kull raħal żgħir.
(3) Il-Ministru jista’ jżid jew inaqqas mil-lista ta’ l-irħula
żgħar elenkati, skond il-proċeduri stabbiliti fis-subartikoli (4) jew
(5).
(4) Kunsill jista’ permezz ta’ riżoluzzjoni jagħmel
rakkomandazzjoni lill-Ministru skond is-subartikolu (3) sew fuq
talba tiegħu nnifsu sew wara li l-Kunsill jikkunsidra u japprova
petizzjoni biex jistabbilixxi raħal żgħir elenkat fil-lokalità , li tkun
iffirmata minn grupp ta’ mitt persuna jew iktar li jkollhom jedd li
jivvotaw f’dik il-lokalità:
Iżda r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun taqbel
mal-ħtiġiet stabbiliti bl-artikolu 47(6)(a) għar-rigward tal-
popolazzjoni.
(5) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tirrevedi l-popolazzjoni
ta’ l-irħula żgħar elenkati għar-rigward tal-ħtiġiet stipulati fl-
artikolu 47 u jekk dik ir-reviżjoni tkun tindika li l-popolazzjoni ma
tkunx għadha fil-limiti tal-ħtiġiet imsemmija, il-Kummissjoni
għandha minnufih tgħarraf lill-Ministru kif provdut fis-subartikolu
(3). Dik ir-reviżjoni għandha ssir qabel il-pubblikazzjoni tar-
Reġistru Elettorali minnufih qabel l-elezzjonijiet li jkunu se jsiru
fil-lokalità  fejn ikun jinsab ir-raħal żgħir elenkat.
(6) Kull Kunsill ta’ lokalità  li jkollu raħal żgħir elenkat
għandu jaħtar kumitat għal kull raħal żgħir, u dak il-kumitat ikun
presjedut minn Kunsillier u jkun jikkonsisti f’erba’ membri li
jkollhom il-jedd li jivvotaw u li isimhom jkun jidher fir-Reġistru
Elettorali ta’ dak ir-raħal żgħir :
Iżda dak in-numru ta’ membri oħra jista’ jitnaqqas għal
mhux inqas minn tnejn b’Ordni tal-Ministru, wara konsultazzjoni
mal-Kunsill Lokali.
(7) Dawk il-Kunsilli li jkollhom irħula żgħar elenkati
għandhom jipprovdu separatament għall-ħtiġiet ta’ dawk l-irħula
żgħar fl-estimi ta’ nefqa approvata skond l-artikolu 56 u fil-pjan ta’
tliet snin approvat skond l-artikolu 59.
(8) Il-kumitat stabbilit skond is-subartikolu (6) għandu jsejjaħ
laqgħa tal-lokalità  għar-residenti tar-raħal żgħir elenkat għall-inqas
darba fis-sena u d-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu 70 għandhom
mutatis mutandis japplikaw wkoll għal dik il-laqgħa, iżda dik il-
laqgħa għandha ssir mill-inqas ħmistax-il jum qabel il-jum meta
tkun se ssir il-laqgħa tal-lokalità  mill-Kunsill.
  22      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Post tal-Kunsill.
Emendat:
XII. 2002.4.
48. (1) Il-Kunsill ikollu l-uffiċċji amministrattivi tiegħu f’post
li jkun magħżul minnu bl-approvazzjoni tal-Ministru, u li jkunu, sa
fejn hu possibbli, aċċessibbli għal kulħadd, inklużi persuni li jużaw
siġġu tar-roti.
(2) L-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsill għandhom ikunu
miftuħa għall-pubbliku fil-ġranet kollha tax-xogħol u matul il-
ħinijiet normali ta’ l-uffiċċju.
(3) Kull laqgħat tal-Kunsill isiru fl-uffiċċji amministrattivi tal-
Kunsill:
Iżda l-post ta’ l-ewwel laqgħa ta’ kull Kunsill jiġi stabbilit
mill-Ministru.
TAQSIMA V 
Uffiċjali u Impjegati
Ħatra ta’ 
Segretarju 
Eżekuttiv.
Emendat:
XXI.1999.3.
49. (1) Kull Kunsill għandu, wara konsultazzjoni mal-
Ministru, jaħtar Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill:
Iżda l-Ministru għandu, sakemm jiġi maħtur l-ewwel
Segretarju Eżekuttiv, jinnomina persuna bħala Aġent Segretarju
Eżekuttiv.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv jista’ jkun uffiċjal pubbliku jew
jista’ jinħatar minn barra s-servizz pubbliku.
(3) Jekk is-Segretarju Eżekuttiv jinħatar minn barra s-servizz
pubbliku, il-ħtiġijiet ta’ l-artikolu 110(6) tal-Kostituzzjoni
għandhom jitħarsu.
(4) Meta Kunsill jirrifjuta jew jonqos li jaħtar Segretarju
Eżekuttiv, il-Ministru għandu jaħtar Aġent Segretarju Eżekuttiv.
Ħatra ta’ Deputat 
Segretarju 
Eżekuttiv.
Emendat:
XXI.1999.3, 26.
50. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 49 u 53,
Kunsill għandu jinnomina Deputat Segretarju Eżekuttiv biex
jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Segretarju Eżekuttiv kull meta l-kariga
ta’ Segretarju Eżekuttiv tkun vakanti jew is-Segretarju Eżekuttiv
għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaġixxi. Is-Segretarju Eżekuttiv
għandu javża lill-Kunsill fil-ħin u bil-miktub dwar kull ċirkostanza
fejn hu ma jkunx jista’ jaġixxi.
Segretarju 
Eżekuttiv full-time 
jew part-time.
Emendat:
XIII. 1996.27;
XXI.1999.3. 
51. (1) Segretarju Eżekuttiv jaħdem fuq bażi ta’ full-time
f’dawk il-lokalitajiet li jkollhom popolazzjoni ta’ iktar minn elfejn
persuna. 
(2) F’kull każ ieħor, Segretarju Eżekuttiv jista’ jinħatar fuq
bażi part-time.
Funzjonijiet ta’ 
Segretarju 
Eżekuttiv.
Emendat:
XXI.1999.3, 27.
52. (1) Is-Segretarju Eżekuttiv jkun il-kap eżekuttiv,
amministrattiv u finanzjarju tal-Kunsill.
(2) Bla ħsara għal xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, is-Segretarju
Eżekuttiv għandu -
(a) joħroġ l-avviżi kollha, iħejji l-aġenda b’konsultazzjoni
mas-Sindku u jattendi l-laqgħat kollha;
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     23
(b) jikkompila u jiffirma l-Minuti tal-laqgħat tal-Kunsill u
tal-kumitat:
Iżda s-Segretarju Eżekuttiv jista’ jinnomina, u l-
Kunsill jista’ japprova, li xi persuna oħra tagixxi
minflok is-Segretarju Eżekuttiv għar-rigward ta’ xi
kumitat maħtur mill-Kunsill; 
(ċ) kull sena jissottometti rapport amministrattiv dettaljat
lis-Sindku li mbagħad jissottomettih lill-Kunsill għall-
approvazzjoni tiegħu;
(d) jieħu ħsieb li jingħataw lill-Kunsill estimi tad-dħul u
nfiq tal-Kunsill matul is-sena finanzjarja li tkun ġejja;
(e) jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu jingħatawlu
jew ikunu delegati lilu mis-Sindku jew mill-Kunsill.
Ħatra u kwalifiki 
ta’ impjegati tal-
Kunsill.
Emendat:
XXI.1999.3, 28;
XII. 2002.5.
53. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 110(6)
tal-Kostituzzjoni, il-Kunsill għandu jaħtar lil dawk l-impjegati l-
oħra li l-Kunsill jidhirlu meħtieġa għall-qadi effiċjenti tal-
funzjonijiet tal-Kunsill hekk iżda li Kunsill ma jistax jimpjega iktar
minn persuna waħda għal kull elfejn u ħames mitt resident, meta r-
residenti ta’ lokalità  jfissru l-istess bħall-popolazzjoni ta’ lokalità :
Iżda meta popolazzjoni ta’ lokalità  tkun inqas minn elfejn u
ħames mija, il-Kunsill jista’ jimpjega persuna fuq bażi part-time
jew full-time:
Iżda wkoll Kunsill li skond dan l-artikolu jimpjega persuna
waħda biss, jista’ minkejja kif provdut f’dan l-artikolu, jimpjega
persuna waħda oħra.
(2) Il-Ministru jista’, b’regolamenti, u wara konsultazzjoni ma’
l-Assoċjazzjoni, jippreskrivi l-kwalifiki li għandu jkollha, ir-
rimunerazzjoni li titħallas u l-proċeduri tekniċi, amministrattivi u
ta’ uffiċċju li għandha timxi fuqhom -
(a) kull persuna maħtura fil-kariga ta’ Segretarju
Eżekuttiv jew ta’ Deputat Segretarju Eżekuttiv ta’
Kunsill; u
(b) kull persuna maħtura f’dik il-kariga l-oħra li tista’ tiġi
preskritta.
(3) It-tneħħija mill-kariga, sospensjoni jew tqegħid lura
f’kariga, jew xi żamma tar-rimunerazzjoni, tas-Segretarju
Eżekuttiv ta’ Kunsill u ta’ kull impjegat ieħor li għalihom ikunu
preskritti l-kwalifiki taħt is-subartikolu (2) għandhom ikunu
soġġetti għall-approvazzjoni tal-Ministru:
Iżda meta xi persuna titneħħa jew tiġi sospiża mill-kariga
jew ma titħallasx, dawn għandhom ikunu biss effettivi minn dik id-
data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru.
(4) Kunsill m’għandux, mingħajr l-approvazzjoni tal-Ministru,
ineħħi mill-kariga jew jissospendi, jew iżomm ir-rimunerazzjoni ta’
Aġent Segretarju Eżekuttiv maħtur mill-Ministru taħt l-artikolu
49(4).
(5) Is-Segretarju Eżekuttiv u l-impjegati l-oħra tal-Kunsill
  24      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
ikunu maħtura għal żmien ta’ tliet snin u l-kuntratt tagħhom jista’
jiġġedded għal perijodi oħra wara ta’ tliet snin b’dawk il-pattijiet u
l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti taħt is-subartikolu (2).
(6) Kemm-il darba ma jkunx hemm ordni kuntrarju mill-qorti,
tagħrif dwar impjegat partikolari jew detentur ta’ kariga, impjegat
preċedenti jew detentur ta’ kariga preċedenti jew applikant għal
impieg jitqies li hu konfidenzjali u ma jkunx jista’ jingħata lil
persuni li ma jkunux membri tal-Kunsill, membri ta’ staff kif
delegati mis-Segretarju Eżekuttiv, il-Ministru fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att u l-individwu li jkun.
Stat ta’ uffiċjali 
pubbliċi sekondati 
ma’ Kunsilli 
Lokali.
Kap. 93.
Kap. 58.
54. Sabiex ikun evitat kull dubju qed jiġi b’dan dikjarat li
għall-finijiet ta’ superannwazzjoni servizz mogħti minn uffiċjal
pubbliku li dwar it-trasferiment temporarju tiegħu jkunu jseħħu
arranġamenti huwa servizz mogħti lid-dipartiment li miegħu kien
impjegat qabel it-trasferiment u dan ma jitlef ebda pensjoni,
gratifikazzjoni jew benefiċċju taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet
u l-Att dwar il-Pensjonijiet tar-Romol u ta’ l-Iltima.
TAQSIMA VI 
Finanzi
Allokazzjoni 
finanzjarja lill-
Kunsilli.
Emendat:
XII. 2002.6.
55. (1) Kull sena l-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu
jalloka vot taħt l-Att dwar l-Approprjazzjoni li għandu jintuża
għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Kunsilli kif jidhru taħt dan l-
Att.
(2) L-ammont approprjat għandu jkun allokat mill-Ministru lil
kull Kunsill fuq il-bażi tal-formula stabbilita skond l-Għaxar
Skeda.
(3) Meta jkun qed jalloka l-ammont approprjat lil Kunsill, il-
Ministru jista’ jżomm kull porzjon minn dak l-ammont jekk huwa
jqis li jkun meħtieġ li jżomm dak il-porzjon sabiex jiżgura:
(a) rimedju għal kull bilanċ negattiv jew ta’ xi bilanċ taħt
il-benchmarks stabbiliti bir-regolamenti magħmulin
taħt l-artikolu 67;
(b) li jinġiebu kopji tal-minuti tas-seduti tal-Kunsill u tal-
Kumitat tal-Finanzi fi żmien tliet ijiem tax-xogħol
wara l-approvazzjoni tagħhom;
(ċ) li jinġiebu kopji ta’ kull dikjarazzjoni finanzjarja jew
dokument finanzjarju li l-Att jistabbilixxi li għandu
jiġi ppreżentat;
(d) li f’kull waqt jinġiebu d-dokumenti li jistgħu jintalbu
skond ma  hemm fl-artikolu 64:
Iżda ż-żamma u, jew ir-rilaxx ta’ flejjes f’dak li għandu
x’jaqsam mal-paragrafu (a) għandhom ikunu regolati bir-
regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 67:
Iżda wkoll, għal-finijiet tal-paragrafu (b), (ċ) u (d), l-
ammont proviżorjament miżmum ma għandux jeċċedi matul xi sena
finanzjarja, 1% mill-alokazzjoni finanzjarja għal dik is-sena u l-
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     25
flus għandhom jinżammu biss wara li jkun hemm ksur persistenti
mill-Kunsill.
Budget annwali.
Emendat:
XII. 2002.7.
56. (1) Kull Kunsill għandu mhux iktar tard minn xahrejn
wara l-ewwel elezzjoni tiegħu u wara, darba matul ix-xahar ta’
Jannar ta’ kull sena finanzjarja jew fi żmien ħmistax-il jum minn
meta l-Kunsill jiġi notifikat bl-allokazzjoni tiegħu skond liema tiġi
l-aktar tard jieħu ħsieb li jingħatawlu l-estimi tad-dħul u ta’ l-infiq
tal-Kunsill matul is-sena finanzjarja li tkun ġejja.
(2) Mhux iktar tard minn ħmistax-il jum wara x-xahrejn
imsemmija fis-subartikolu (1) u mhux iktar tard mill-ħmistax ta’
Frar ta’ kull sena finanzjarja jew mhux aktar tard minn ħmistax-il
jum minn meta jingħatawlu l-estimi tad-dħul u ta’ l-infiq, Kunsill:
(a) għandu jikkunsidra l-estimi għas-sena finanzjarja li
tkun ġejja;
(b) jista’ jirrevedi l-estimi b’dak il-mod li l-Kunsill
jidhirlu xieraq;
(ċ) għandu japprova l-estimi, soġġetti għal xi reviżjoni
taħt il-paragrafu (b).
(3) L-estimi hekk approvati għandhom mhux iktar tard minn
tliet xhur wara d-data ta’ l-ewwel elezzjoni u mhux iktar tard mill-
aħħar jum ta’ Marzu f’kull sena kalendarja jew mhux aktar tard
minn tletin ġurnata mid-data ta’ l-approvazzjoni jintbagħtu lill-
Ministru.
Mod tal-provista 
ta’ fondi għal 
amministrazzjoni 
ordinarja.
Emendat:
XXI.1999.3, 30.
57. L-allokazzjoni msemmija fl-artikolu 55 għandha titqiegħed
għad-disposizzjoni tal-Kunsilli mill-Ministru wara talba bil-miktub
mis-Segretarju Eżekuttiv.
Mod tal-provista 
ta’ fondi għal 
ħtiġijiet speċjali.
58. Ħlasijiet għal ħtiġiet speċjali ta’ lokalità  jew lokalitajiet
għandhom isiru biss b’eċċezzjoni u wara Riżoluzzjoni għal hekk
mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati.
Pjan ta’ tliet snin 
dwar xogħol u 
finanzi.
Emendat:
XXI.1999.3.
59. (1) Fi tmiem l-ewwel sena tal-kariga tiegħu, Kunsill
għandu jħejji u jiddiskuti pjan ta’ tliet snin dwar it-tħaddim, il-
proġetti u l-finanzi tal-Kunsill sabiex jipprovdu qafas għall-budgets
annwali tal-Kunsill.
(2) Il-Kunsill għandu jirrevedi jew jikkonferma l-pjan ta’ tliet
snin kull sena fil-waqt li jkunu qed jiddiskuti l-budget annwali
tiegħu.
(3) Kopji tal-pjanijiet tax-xogħol u tal-finanzi u r-reviżjonijiet
tagħhom, għandhom jintbagħtu mis-Segretarju Eżekuttiv lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi fi żmien
ġimgħatejn mill-approvazzjoni tagħhom mill-Kunsill.
Kunsilli jistgtħu 
jiġbru fondi 
addizzjonali. 
60. Kunsill ikollu s-setgħa li jiġbor fondi bil-mezz ta’ xi skema
maħsuba biex tipprovdi aktar fondi minn dawk allokati lilu taħt l-
artikolu 55:
Iżda dawk l-iskemi għandhom jitwettqu bil-bye-laws.
  26      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Ħlasijiet b’eċċess 
ta’ fondi vvotati. 
Emendat:
XXI.1999.3;
XII. 2002.8.
61. Il-Kunsill ma jistax jawtorizza xi xogħlijiet li l-valur
tagħhom jeċċedi l-vot annwali tiegħu għal dik is-sena finanzjarja
meta jkun meqjus l-ammont maħsub għall-ħlas ta’ spejjeż ta’ natura
ordinarja:
Iżda meta l-Kunsill jeħtieġ awtorizzazzjoni sabiex ikunu
approvati xi xogħlijiet ta’ valur li jeċċedi l-valur imsemmi f’dan l-
artikolu, dan għandu, permezz tas-Segretarju Eżekuttiv, jagħmel it-
talba meħtieġa bil-miktub lill-Ministru, fejn jiġi indikat l-ammont
ta’ surplus nett ta’ flejjes li jirriżultaw mis-snin ta’ qabel skond l-
artikolu 62(3) u minn flejjes oħra ġġenerati mill-istess Kunsill.  Il-
Ministru għandu, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, is-setgħa li jagħti dik l-awtorizzazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Approvazzjoni ta’ 
fondi 
supplimentari. 
Emendat:
XXI.1999.3.
62. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ japprova
vot supplimentari li jitqiegħed għad-disposizzjoni tal-Kunsilli wara
konsultazzjoni mal-Ministru jekk jirriżulta li l-ammont approprijat
bl-Att dwar l-Approprjazzjoni ma jkunx biżżejjed. Dak il-vot
supplimentari għandu b’danakollu jkun allokat lill-Kunsilli skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55.
(2) Meta Kunsilli jirċievu vot supplimentari skond is-
subartikolu (1), is-Segretarju Eżekuttiv għandu jħejji l-estimi
supplimentari meħtieġa.
(3) Il-flus kollha li f’xi sena finanzjarja jkunu dikjarati bħala li
ma ntefqux ma jkunux imnaqqsa mis-somma li tkun ivvotata fl-Att
dwar l-Approprjazzjoni għas-sena finanzjarja li jmiss.
Limitazzjoni ta’ 
investimenti u 
donazzjonijiet. 
Emendat:
XXI.1999.31;
XII. 2002.9.
63. Il-Kunsill ikun responsabbli għall-ġbir tal-flejjes kollha kif
meħtieġ taħt dan l-Att iżda l-Kunsill ma jkollu ebda setgħa li jkollu
xi impriża kummerċjali kemm-il darba ma jkunx awtorizzat
għaldaqstant bil-miktub mill-Ministru jew li jinvesti fiha.
Limitazzjoni dwar 
ix-xorta ta’ 
donazzjoni.
Miżjud:
XII. 2002.10.
63A. Il-Kunsill ma għandu jagħmel ebda donazzjoni ta’ flejjes
jew jagħmel xi donazzjoni mhux bi flus li xi organizzazzjoni mhux
governattiva li ma tkunx inkluża fit-Tmien Skeda:
Iżda l-Kunsill jista’, f’sena finanzjarja waħda, jagħmel
donazzjoni ta’ flus jew b’korrispettiv lil xi organizzazzjoni
stabbilita fil-lokalità  u  li ma tkunx elenkata fit-Tmien Skeda,
sakemm dik id-donazzjoni ma tkunx teċċedi l-ħamsin lira:
Iżda wkoll, il-Kunsill ma jistax f’xi sena finanzjarja
jagħmel xi donazzjonijiet f’ammont li jkun jeċċedi 0.5 fil-mija ta’
l-allokazzjoni annwali għal dik is-sena.
Il-Ministru jista’ 
jordna li jinġabru 
kotba tat-kontijiet 
u dokumenti oħra.
Emendat:
XXI.1999.3.
64. Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’, jew minn jeddu jew fuq talba tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, b’avviż bil-miktub, jitlob lis-Segretarju
Eżekuttiv jipproduċi dawk il-kotba tal-kontijiet, reġistrazzjonijiet u
kull dokumenti oħra li jidhirlu meħtieġa mingħajr ma jagħti raġuni
għal dik it-talba.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     27
Ħatra ta’ udituri 
tal-gvern lokali.
Emendat:
XVI. 1997.8;
XII. 2002.11.
65. (1) L-Awditur Ġenerali għandu jaħtar persuni (li jkunu
magħrufa bħala "udituri tal-gvern lokali") biex jivverifikaw il-
kontijiet ta’ Kunsill Lokali b’dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu
xierqa. Il-ħatra tkun għal perijodu ta’ sena, rinovabbli kull sena,
għal mhux aktar minn perijodu totali ta’ ħames snin konsekuttivi.
Kap. 281.
(2) Persuna ma tkunx kwalifikata għall-ħatra bħala uditur tal-
gvern lokali kemm-il darba ma jkollhiex warrant biex taġixxi bħala
uditur maħruġ jew meqjus bħala maħruġ taħt l-Att dwar il-
Professjoni ta’ l-Accountancy jew jekk ma tkunx soċjetà  ta’ udituri
reġistrati kif imiss taħt l-imsemmi Att u -
(a) fil-każ ta’ individwu, tkun -
(i) kunsillier tal-lokalità  li tagħha jkun qed
jivverifika l-kotba; jew
(ii) impjegat tal-Kunsill tal-lokalità  li tagħha jkun
qed jagħmel il-verifika; jew
(iii) qarib bid-demm jew biż-żwieġ f’linja diretta,
jew, sat-tielet grad, fil-linja kollaterali, ma’ xi
kunsillier ta’ dik il-lokalità ;
(b) fil-każ ta’ soċjetà  l-ebda wieħed mis-soċji li jkun
individwu li ma jkunx kwalifikat għall-ħatra bħala
uditur ta’ Kunsill.
(3) Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom udituri ta’ gvern lokali
jkollhom aċċess għat kull kotba, records, prospetti u dokumenti li
jkollhom x’jaqsmu mal-kontijiet ta’ Kunsilli Lokali u jistgħu
jeħtieġu lil kull persuna li jkollha f’idejha jew li tkun responsabbli
għal xi kotba jew dokumenti bħal dawk li tidher quddiemhom waqt
il-verifika.
(4) L-Awditur Ġenerali jista’ jaħtar, jew temporanja-ment jew
xort’oħra, persuni biex igħinu lil udituri ta’ gvern lokali fil-qadi ta’
dmirijiethom.
(5) Ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż ta’ udituri ta’ gvern lokali,
magħduda r-rimunerazzjoni u l-ispejjez ta’ persuni maħtura biex
jgħinu lil udituri ta’ gvern lokali, sa dak l-ammont li jkun sanzjonat
mill-Awditur Ġenerali, għandu jitħallas mill-vot annwali li jkollu l-
Awditur Ġenerali.
(6) L-udituri ta’ gvern lokali għandhom jissottomettu r-
rapporti tagħhom mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara l-
egħluq tas-sena finanzjarja lill-Awditur Ġenerali li għandu
minnufih jibgħat kopji ta’ dawk ir-rapporti lill-Ministru, lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi u lill-Kunsill rispettiv.
Għandha titqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra
mill-Ministru fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċeviha.
Aktar 
responsabbiltajiet 
ta’ verifika.
66. (1) Il-Ministru għandu, wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jippreskrivi indikaturi biex ikejlu kif
marru servizzi ta’ kunsill lokali, meta dawk l-indikaturi jkunu biex
jiffaċilitaw paraguni ta’ kost, ekonomija, effiċjenza u effettività
bejn Kunsilli Lokali fuq medda ta’ żmien.
(2) B’żieda mad-dmirijiet speċifikati skond jew taħt dan l-Att,
udituri ta’ gvern lokali huma meħtieġa li jkunu sodisfatti li Kunsill
  28      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Lokali jkun għamel arranġamenti biex jiżgura ekonomija,
effiċjenza u effettività .
Regolamenti mill-
Ministru 
responsabbli għall-
finanzi. 
67. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, flimkien mal-
Ministru, jagħmel regolamenti taħt din it-taqsima ta’ dan l-Att
sabiex jirregola l-funzjonijiet finanzjarji tal-Kunsill, magħduda
x’records għandhom jinżammu u x’rapporti għandhom isiru.
Setgħat tal-
Ministru 
responsabbli għall-
finanzi skond il-
Kostituzzjoni. 
68. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-taqsima ta’ dan l-Att huma
bla ħsara għas-setgħa tal-Parlament li jipprovdi Fond ta’
Kontinġenzi u li jawtorizza lill-Ministru responsabbli għall-finanzi
li jagħmel avvanzi mill-Fond f’każijiet urġenti u imprevvisti skond
l-artikolu 105 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
TAQSIMA VII 
Mixxellanji 
Approprjazzjoni 
ta’ flejjes meħtieġa 
biex isiru l-
elezzjonijiet ta’ 
Kunsilli.
69. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu, minn
żmien għal żmien b’warrant iffirmat minnu, indirizzat lill-uffiċjal
pubbliku responsabbli, jawtorizza u jordna li dawk il-flejjes kollha
li b’mod xieraq ikunu meħtieġa biex titħallas kull spiża leġittima
għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali jitħallsu mill-Fond
Konsolidat mingħajr approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att.
(2) Dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż hekk imħallsa għandha, kemm
jista’ jkun malajr, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
Laqgħa tal-
lokalità . 
Emendat:
XXI.1999.3, 32.
70. (1) Il-Kunsilli għandhom isejħu laqgħa tal-lokalità  li
għandha tinżamm qabel il-laqgħa li fiha l-Kunsill ikun ser
jikkunsidra l-estimi għas-sena finanzjarja li tkun ġejja li għaliha
jkunu jistgħu jattendu l-persuni li jidhru fir-Reġistru Elettorali
għall-Kunsilli Lokali għal dik il-lokalità  għall-anqas darba fis-sena.
(2) Il-laqgħa tal-lokalità  għandha ssir f’dak il-post li l-Kunsill
jistabbilixxi u li kemm jista’ jkun possibbli jkun aċċessibbli għal
kulħadd, inklużi persuni li jużaw siġġu tar-roti. Avviż ta’ dik il-
laqgħa għandu jkun pubblikat darba fil-gazzetti kollha ta’ kuljum u
mxandar darba fuq ir-radjijiet kollha nazzjonali.
(3) Is-Sindku assistit mis-Segretarju Eżekuttiv għandu jiżgura
li l-aġenda diskussa fil-laqgħa annwali tal-lokalità  għandha tinkludi
rapport amministrattiv fuq l-andament tal-Kunsill matul is-sena ta’
qabel u l-pjan ta’ attività  għas-sena ta’ wara.
(4) Is-Sindku jkun iċ-ċhairman ta’ dik il-laqgħa u s-Segretarju
Eżekuttiv għandu jżomm il-Minuti tal-proċedimenti tal-laqgħa
inkluż kull ilment  jew suġġeriment li jsir matul dik il-laqgħa.  Il-
Minuti ta’ dik il-laqgħa għandhom jiġu diskussi mill-Kunsill matul
l-ewwel laqgħa tal-Kunsill li tiġi wara l-laqgħa tal-lokalità  u l-
Kunsill għandu jieħu azzjoni dwar dawk l-ilmenti u suġġerimenti
kif iqis li jkun xieraq.
Konsultazzjoni 
pubblika.
71. Kunsill għandu jagħmel konsultazzjoni pubblika dwar xi
kwistjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tiegħu jew minn jeddu jew
kull darba li hekk jintalab jagħmel mill-eletturi reġistrati bħala
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     29
votanti għall-lokalità  fl-aħħar Reġistru Elettorali għall-Kunsilli
Lokali:
Iżda talba għal dik il-konsultazzjoni għandha tiġi ffirmata
mill-inqas minn wieħed minn ħamsa ta’ l-eletturi reġistrati bħala
votanti għal dik il-lokalità  fl-aħħar Reġistru Elettorali għall-
Kunsilli Lokali meta l-popolazzjoni ta’ votanti reġistrati tkun ta’
3,000 jew iktar, jew mill-inqas minn wieħed minn erbgħa ta’ l-
imsemmija eletturi meta l-popolazzjoni ta’ votanti reġistrati tkun
inqas minn 3,000.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti.
Emendat:
XIII. 1996.27;
XXI.1999.33;
XVI. 2003.24.
72. (1) Bla ħsara għal kull setgħa li jagħmel regolamenti
mogħtija lilu b’dan l-Att, il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li
ma jkunux inkonsistenti jew kontra dan l-Att, b’mod ġenerali
sabiex jitwettqu id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li intqal qabel, il-Ministru
jista’ b’mod ġenerali b’regolamenti jemenda l-Ewwel Skeda,
suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 74, u mir-Raba’ sad-
Disa’ Skeda it-tnejn inklużi ta’ dan l-Att u kull formuli li jinsabu
fihom.
(3) Il-Ministru jista’ wkoll, b’żieda ma’ dawk ir-regolamenti
jagħmel jew jawtorizza l-egħmil ta’ dawk il-formuli, proċeduri,
linji ta’ gwida u direttivi kif jidhirlu meħtieġ jew spedjenti, dwar
kull funzjoni vestita fil-Kunsilli Lokali jew delegata lilhom b’dan
l-Att jew taħtu, sabiex ikun żgurat livell uniformi ta’ operazzjoni
magħdud it-tħaddim tas-servizzi ta’ gwardjani lokali u l-ksib ta’
servizzi u oġġetti oħra, jew sabiex ikunu stabbiliti livelli minimi
jew sabiex jipprovdu għal kull ħaġa oħra li tkun anċillari jew
inċidentali għall-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet.
Pubblikazzjoni ta’ 
popolazzjoni skond 
il-lokalità .
73. Il-Ministru responsabbli għall-istatistika għandu
jippubblika l-popolazzjoni kif imfissra f’dan l-Att għal kull lokalità
darba fis-sena fix-xahar ta’ April.
Stemmi. 
Emendat:
XXI.199.34.
74. (1) Il-Kunsill għandu jkun vestit bil-proprjetà  ta’ l-
Istemma iżda assoċjazzjonijiet bonafidi lokali jkunu  jistgħu jużaw
l-Istemma tal-lokalità  tagħhom sakemm dak l-użu ma jkunx wieħed
bi skop kummerċjali.
(2) Kunsilli Lokali jkollhom jedd li jagħmlu petizzjoni lill-
Ministru għal tibdil fid-disinn ta’ l-istemma wara li tkun għaddiet
riżoluzzjoni f’dan is-sens b’żewġ terzi maġġoranza tal-Kunsill u l-
Ministru għandu jikkonsidra t-talba.
(3) Malli jiġri hekk il-Ministru għandu jaħtar kumitat ad hoc
ta’ tliet persuni, waħda mill-Kunsill Lokali li jkollu x’jaqsam,
waħda biex tirrappreżenta lill-Ministru u espert fl-araldika biex
jagħtih parir fuq it-tibdil propost. Id-deċiżjoni tal-Ministru tkun
finali.
(4) Lokalitajiet li storikament huma magħrufa bħala bliet
għandhom ikunu hekk distinti b’marka distintiva fl-istemma
tagħhom kif muri fl-Ewwel Skeda:
Iżda Kunsill ta’ lokalità  bħal dik jista’ japplika għand il-
Ministru sabiex jingħata approvazzjoni li juża motto.  Motto
  30      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
approvat għandu jiġi pubblikat b’avviż fil-Gazzetta.
(5) Lokalitajiet jistgħu jtajjru bandiera kwadra li turi l-istemma
jew disinn ieħor approvat mill-Ministru.
Siġilli.  75. (1) Kull Kunsill ikollu siġill uffiċjali li jinkludi l-istemma
tal-lokalità  li għaliha jkun responsabbli.
(2) Kull persuna li tagħmel użu mhux awtorizzat mis-siġill
tagħmel reat u teħel meta tinsab ħatja ammenda ta’ ħamsin lira: 
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’ebda każ ma jkunu iżjed minn
elf lira.
Kunsilli jistgħu 
jużaw ismijiet 
storiċi. 
76. Kunsill jista’ jitlob lill-Ministru biex jitħalla juża xi isem
storikament użat għal rappreżentanti tal-lokalità  partikolari, jew ta’
belt li tkun tagħmel parti mil-lokalità .
Kunsilli ma 
jkollhomx 
faċilitajiet ta’ 
xandir. 
77. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, Kunsilli
ma jkollhomx jedd li japplikaw għal xi liċenza biex ixandru xi
programm.
Kap. 350. 
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), "xandir" għandha l-istess
tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar ix-Xandir.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-Ewwel, it-Tieni u 
d-Disa’ Skeda.
Emendat:
XXI.1999.35;
XVI. 2003.24.
78. L-Ewwel, it-Tieni u d-Disa’ Skeda għandhom jiġu
pubblikati flimkien mal-Malti biss u dawn l-Iskedi għandhom
igħoddu wkoll għat-test Ingliż ta’ dan l-Att.
Ġemellaġġ.
Miżjud:
XXI.1999.36.
79. Kunsill Lokali jkollu l-jedd jagħmel arranġamenti ta’
ġemellaġġ ma’ xi belt, raħal jew lokalità  oħra f’xi pajjiż ieħor:
Iżda ġemellaġġ ma’ xi belt, raħal jew lokalità  oħra f’xi
pajjiż ieħor ikun jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Ministru li għandha
tingħata wara li l-Assoċjazzjoni tkun tat il-fehma tagħha lill-
Ministru fuq il-ġemellaġġ propost:
Iżda wkoll, meta jiġi stabbilit il-ġemellaġġ ta’ lokalitajiet,
għandu jitqies xi jkun l-istatus tal-lokalitajiet fil-pajjiż l-ieħor li
miegħu jkun qed jiġi propost il-ġemellaġġ, b’dan illi l-belt kapitali
jew belt kapitali preċedenti ta’ Malta tista’ biss tiġi ġemellata ma’
belt kapitali jew ma’ belt kapitali preċedenti ta’ pajjiż ieħor, u belt
għandha, kemm jista’ jkun, tiġi biss ġemellata ma’ belt oħra.
Funzjonijiet tad-
Direttur.
Miżjud:
XXI.1999.36.
80. Id-Direttur għandu -
(a) jiffaċilita l-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-
Kunsilli Lokali b’rispett sħiħ għall-awtonomija
mogħtija lill-Kunsilli Lokali b’dan l-Att;
(b) jassisti lill-Ministru fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet lilu
assenjati b’dan l-Att u għal dak l-iskop joħroġ formuli,
proċeduri, linji direttivi, ordnijiet jew dawk l-
istrumenti oħra li jkunu meħtieġa;  u
(ċ) iwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra, li ma jkunux
inkompatibbli ma’ l-awtonomija mogħtija lill-Kunsilli
Lokali b’dan l-Att, kif il-Ministru jista’ minn żmien
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     31
għal żmien jordna.
  32      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Emendata : 
A.L. 170 ta’ l-1995; 
A.L. 28 ta’ l-1996; 
A.L. 97 ta’ l-1996;
A.L. 205 ta’ l-1996;
A.L. 107 ta’ l-1997;
XXI.1999.37;
A.L. 7 ta’ l-2001.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 74)
Stemmi
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     33
  34      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     35
  36      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     37
  38      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     39
  40      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     41
Nru. Lokalità          
double click on locality to view image
1 Valletta 
2 Mdina 
3 Birgu
4 Isla
5 Bormla
6 Qormi
7 Żebbuġ
8 Żabbar
9 Siġġiewi
10 Żejtun
11 Rabat
12 Attard
13 Balzan
14 Birkirkara
15 Birzebbuġa
16 Dingli
17 Fgura
18 Floriana
19 Fontana
20 Gudja
21 Gzira
22 Għajnsielem
23 Għarb
24 Għargħur
25 Għasri
26 Għaxaq
27 Ħamrun
28 Iklin
29 Kalkara
30 Kercem
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 2)
Lokalitajiet u l-konfini tagħhom 
Emendata:
A.L. 87 ta’ l-1998.
  42      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Nru. Lokalità          
double click on locality to view image
31 Kirkop
32 Lija
33 Luqa
34 Marsa
35 Marsaskala
36 Marsaxlokk
37 Mellieħa
38 Mġarr
39 Mosta
40 Mqabba
41 Msida
42 Munxar
43 Nadur
44 Naxxar
45 Paola
46 Pembroke
47 Pietà
48 Qala
49 Qrendi
50 Rabat
51 Safi
52 San Ġiljan
53 San Ġwann
54 San Lawrenz
55 San Pawl il-Baħar
56 Sannat
57 Santa Lucija
58 Santa Venera
59 Sliema
60 Swieqi
61 Ta’  Xbiex
62 Tarxien
63 Xagħra
64 Xewkija
65 Xgħajra
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     43
Nru. Lokalità          
double click on locality to view image
66 Żebbuġ
 67 Żurrieq
68 Mtarfa
  44      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Regolamenti ta’ l-1993 dwar l-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali
TAQSIM TAR-REGOLAMENTI
Regolamenti
TAQSIMA I.  Disposizzjonijiet Ġenerali 1-6
TAQSIMA II.  Ir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali  7-14
TAQSIMA III.  Avviż għall-Elezzjoni, Dokumenti għall-Votazzjoni 
u Poloz tal-Votazzjoni 15-21
TAQSIMA IV. Nomina ta’ Kandidati  22-25
TAQSIMA V.  Assistenti Kummissjonarji  26-29
TAQSIMA VI.  Votazzjoni 30-47
TAQSIMA VII.  Votazzjoni fi Djar ta’ l-Anzjani  48-52
TAQSIMA VIII.  Għadd tal-Voti 53-62
TAQSIMA IX. Rikonċiljazzjoni tar-Rendikont ta’ Poloz tal-
Votazzjoni  63-71
TAQSIMA X. Għadd u Klassifika tal-Voti 72-87
TAQSIMA XI.  Postijiet ta’ Membri li Jitbattlu  88-92
TAQSIMA XII.  Atti Illegali 93-103
TAQSIMA XIII.  Atti ta’ Korruzzjoni 104-108
TAQSIMA XIV. Skuża f’Każ ta’ Atti ta’ Korruzzjoni u ta’ 
Atti Illegali  109-111
TAQSIMA XV.  Nullità  ta’ Elezzjonijiet 112-113
TAQSIMA XVI.  Pubblikazzjoni ta’ Riżultati f’kull Lokalità   114-116
TAQSIMA XVII.  Disposizzjonijiet Penali 117-122
TAQSIMA XVIII.  Riserva dwar il-Jedd ta’ Partiti Politiċi 123-124
SKEDI
L-EWWEL SKEDA Formula ta’ Ġurament ta’ Kariga li jieħdu l-Kum-
missjonarji Elettorali.
IT-TIENI SKEDA Formula ta’ Applikazzjoni għal Persuna li mhix
Ċittadina ta’ Malta għar-Reġistrazzjoni bħala Elettur
IT-TIELET SKEDA Formula għal Persuna li mhix Ċittadina ta’ Malta
dwar Tibdiliet jew Trasferiment ta’ fejn toqgħod
(Kunsilli Lokali)
IR-RABA’ SKEDA Formula ta’ Applikazzjoni għall-Korrezzjoni ta’ Isem
jew Indirizz ta’ Persuna li mhix Ċittadina ta’ Malta
(Kunsilli Lokali)
IL-ĦAMES SKEDA Applikazzjoni minn Eletturi Nisa li mhumiex
Ċittadini ta’ Malta għall-Korrezzjoni tal-Kunjom u
Emendata:
XXI.1999.3, 41;
XVI. 2003.24.
IT-TIELET SKEDA
(Artikoli 5, 8, 9, 23)
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     45
l-Indirizz Wara Żwieġ (Kunsilli Lokali) 
IS-SITT SKEDA Formula ta’ Avviż mill-Kummissjoni Elettorali 
IS-SEBA’ SKEDA Formula ta’ Dokument għall-Votazzjoni 
IT-TMIEN SKEDA Formula tal-Polza 
ID-DlSA’ SKEDA Formula tan-Nomina 
L-GĦAXAR SKEDA Formula tal-Ġurament li jittieħed mill-Assistenti
Kummissjonarji Elettorali Prinċipali u mill-Assistenti
Kummissjonarji Elettorali 
IL-ĦDAX-IL SKEDA Formula ta’ Ġurament li Assistent Kummissjonarju
jista’ jagħti lil Elettur
IT-TNAX-IL SKEDA Dikjarazzjoni tar-Riżultat tal-Votazzjoni 
IT-TLETTAX-IL SKEDA Rapport ta’ l-Ispiża ta’ l-Elezzjoni 
L-ERBATAX-IL SKEDA Formula li għandha titwaħħal f’kull Kamra tal-
Votazzjoni
  46      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
TAQSIMA I 
Disposizzjonijiet Ġenerali
Titolu fil-qosor.  1. Dawn ir-regolamenti jistgħu jissejħu Regolamenti ta’ l-
1993 dwar l-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali.
Tifsir. 2. (1) F’dawn ir-regolamenti kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma tfissirx xort’oħra -
"Att" tfisser l-Att dwar il-Kunsilli Lokali;
"dokument għall-votazzjoni" tfisser id-dokument għall-
votazzjoni, li għandu jintbagħat lill-eletturi taħt ir-regolament 17; 
"elezzjoni" tfisser elezzjoni għall-Kunsilli Lokali;
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati mwaqqfa bil-
Kostituzzjoni;
"kamra tal-votazzjoni" tfisser il-kamra li ġewwa fiha jattendu l-
eletturi f’jum il-votazzjoni sabiex jirċievu polza tal-votazzjoni,
jiktbu fuqha u jitfgħuha fil-kaxxa tal-voti;
Kap. 258.
"karta ta’ l-identità " tfisser dokument li hu karta ta’ l-identità
għall-finijiet ta’ l-Att dwar il-Karti ta’ l-Identità ;
"Kummissjoni" għandha tfisser il-Kummissjoni Elettorali
mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni;
"Kunsill Lokali" tfisser il-Kunsilli Lokali mwaqqfa bl-Att dwar
il-Kunsilli Lokali;
"partit politiku" għandha, għall-finijiet biss tar-regolament 6,
tfisser kull persuna jew għadd ta’ persuni li, wara li jkunu
kkontestaw l-elezzjonijiet ġenerali għall-membri tal-Kamra tad-
Deputati taħt isem wieħed, ikunu rappreżentati fil-Kamra b’mill-
anqas deputat wieħed, u fil-każijiet l-oħra kollha "partit politiku"
tfisser kull persuna jew kull għadd ta’ persuni li jikkontestaw l-
elezzjoni ta’ Kunsill Lokali bħala grupp wieħed taħt l-istess isem
iżda d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ dak il-partit ikunu limitati
għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali li għalih ikun qiegħed jikkontesta
dak il-partit;
"post ta’ votazzjoni" tfisser l-iskola, bini jew kumpless jew
struttura oħra fejn ikunu jinsabu kamra jew kmamar tal-votazzjoni
u tinkludi l-art appartenenti, jekk ikun hemm, għal dak il-kumpless
jew struttura;
Kap. 354.
"Uffiċċju Elettorali" tfisser l-Uffiċċju Elettorali stabbilit bl-
artikolu 11(1) ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.
(2) Kull meta b’dawn ir-regolamenti hija stabbilita piena għal
xi att li jsir "qabel, matul jew wara" elezzjoni, ma għandux jittieħed
kont ta’ xi ħaġa li tkun saret qabel - 
(a) fil-każ ta’ xi elezzjoni miżmuma minħabba xoljiment
ta’ Kunsill Lokali skond l-artikolu 22 ta’ l-Att, il-ħruġ
ta’ l-avviż li jistabbilixxi l-ġurnata tal-votazzjoni;
(b) fil-każ ta’ xi elezzjoni miżmuma minħabba xoljiment
ta’ Kunsill Lokali skond l-artikolu 8 ta’ l-Att, tliet
xhur qabel id-data ta’ dak ix-xoljiment.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     47
Estensjoni taż-
żmien.
3. (1) Meta ż-żmien stabbilit fid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti għat-twettiq fis-seħħ ta’ xi proċedura jkun fil-fehma
tal-Kummissjoni Elettorali mhux biżżejjed għal dak l-iskop, il-
Kummissjoni Elettorali tista’, b’avviż maħruġ fil-Gazzetta,
ittawwal dak iż-żmien kif jidhrilha li jkun jinħtieġ.
(2) Meta l-ewwel ġurnata taż-żmien stabbilit għal xi proċedura
taħbat il-Ħadd jew festa pubblika oħra, dak iż-żmien jibda jgħodd
mill-ewwel ġurnata tax-xogħol li tiġi wara dak il-Ħadd jew festa
pubblika oħra.
(3) Meta l-aħħar ġurnata taż-żmiem stabbilit għal xi proċedura
taħbat il-Ħadd jew festa pubblika oħra, dak iż-żmien jagħlaq fl-
ewwel ġurnata tax-xogħol li tiġi wara dak il-Ħadd jew festa
pubblika, u d-data tal-bidu ta’ kull żmien sussegwenti, li għandu
jibda miexi minn egħluq dak iż-żmien, għandha tiġi differita bl-
istess mod.
Ġurament li 
għandu jittieħed 
mill-
kummissjonarji. 
4. Il-kummissjonarji għandhom, mal-ħatra tagħhom, jieħdu
quddiem l-Avukat Ġenerali l-ġurament tal-kariga muri fl-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
Setgħat tal-
kummissjonarji. 
5. (1) Fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt dawn ir-
regolamenti, il-kummissjonarji, fin-nuqqas ta’ disposizzjoni
espressa f’dawn ir-regolamenti, għandhom jagħmlu dak kollu li
jidhrilhom li hu meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijiethom.
(2) Fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt dawn ir-
regolamenti, il-kummissjonarji għandhom is-setgħat mogħtija mil-
liġi lill-Qrati tal-Maġistrati sabiex iżommu l-ordni fis-seduti
tagħhom u jassiguraw il-qima li tistħoqq lilhom.
Delegati tal-Partit.
delegati (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "delegati tal-partit")
biex jirrappreżentaw il-partiti mal-Kummissjoni.
(2) Id-delegati tal-partit għandhom jirrapreżentaw lil dak il-
partit politiku li jkun għamel in-nomina tagħhom mal-Kummissjoni
u jkollhom il-jedd b’mod ġenerali li jiġu avżati bis-seduti kollha u
bid-deċiżjonijiet kollha meħudin fihom.
(3) Id-delegati tal-partit, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull
liġi oħra, għandu jkollhom kull dritt u ħelsien li jidħlu fl-Uffiċċju
Elettorali, li jaraw kull dokumentazzjoni miżmuma f’dak il-lok u li
jqabblu, jivverifikaw u jiksbu kull tagħrif dwar ix-xogħol ta’ l-
Uffiċċju Elettorali; iżda l-Kummissjoni jkollha d-dritt li tinnomina
uffiċjal tal-Kummissjoni sabiex jakkumpanja lil dawk id-delegati
f’kull ħin.
(4) Id-delegati tal-partit għandhom jibqgħu f’dik il-kariga
sakemm huma jitneħħew mill-partit politiku li jkun għamel in-
nomina tagħhom.
(5) Id-delegati tal-partiti għandhom id-dritt li jfittxu u jiksbu
mingħand il-kummissjonarji kif ukoll mingħand kull uffiċjal ieħor
li għandu x’jaqsam mat-tmexxija, sorveljar jew sigurtà  fl-
elezzjonijiet jew ma’ xi aspett tagħhom, informazzjoni li tkun
tixhed dwar jekk dawk il-persuni jkunux qegħdin jieħdu jew ma
  48      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
jieħdux miżuri biżżejjed sabiex jikkonformaw ruħhom mad-
disposizzjonijiet tal-liġi fl-elezzjonijiet li jkunu sejrin jew qegħdin
isiru, u l-kummissjonarji jew dawk il-persuni oħra jkunu, minkejja
kull liġi oħra jew regolament ieħor, marbutin li jagħtu dik l-
informazzjoni minnufih.
(6) Minkejja kull disposizzjoni f’dawn ir-regolamenti li tagħti
lid-delegati tal-partit il-jedd li jistħarrġu u jiksbu tagħrif jew il-jedd
tagħhom li jingħataw kopji ta’ dokumenti u listi mill-Kummissjoni
jew minn dipartimenti tal-gvern, dak il-jedd ma jinkludix il-jedd ta’
viżjoni ta’ dokumenti mediċi jew ta’ dokumenti dwar l-adozzjoni
ta’ eletturi w il-jedd ta’ għarfien qabel il-jum tal-votazzjoni ta’
aspetti ta’ sigurtà  li għandhom x’jaqsmu ma’ poloz tal-votazzjoni,
dokumenti għall-votazzjoni u t-timbru uffiċjali użat mill-
Kummissjoni fuq il-poloz. Fejn it-tagħrif, dokumenti jew listi
jkunu ta’ natura konfidenzjali, id-delegati tal-partiti jkunu marbutin
bl-istess obbligu ta’ segretezza bħal persuna li minn għandha
jinkiseb it-tagħrif, dokumenti jew listi.
(7) Id-delegati tal-partiti jkollhom jedd jitolbu li dak it- tagħrif,
dokumenti u listi li l-Kummissjoni għandha tagħtihom,
jingħatalhom, f’dik l-għamla elettro-manjetika li l-Kummissjoni
tkun tista’ b’mod raġonevoli tagħtihom permezz tat-tagħmir li
jkollha.
TAQSIMA II
Ir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali
Ir-regolamenti 7 sa 14 ġew imħassrin bl-Att XXI.1999.41
TAQSIMA III
Avviż għall-Elezzjoni, Dokumenti għall-Votazzjoni u 
Poloz tal-Votazzjoni
Avviż ta’ l-
Elezzjoni. 
15. (1) Kull meta jmissha ssir elezzjoni, il-Kummissjoni
Elettorali għandha tagħti avviż tagħha hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "l-Avviż", fil-formula miġjuba fis-Sitt Skeda.
(2) Il-Kummissjoni għandha tagħti dan l-Avviż ta’ l-anqas
ħamsa u tletin ġurnata qabel il-ġurnata stabbilita għall-elezzjoni u
għandha tieħu ħsieb biex l-avviż jinħareġ fil-Gazzetta.
Avviż li għandu 
jinħareġ mill- 
kummissjonarji.
16. Fil-jum ta’ wara l-ħruġ ta’ l-Avviż, il-kummissjonarji
għandhom jieħdu l-ħsieb li jinħarġu avviż jew avviżi fil-Gazzetta
illi jkun fihom:
Kap. 354.
(a) il-lok, u d-data u l-ħin li fihom il-kummissjonarji
joqogħdu biex jirċievu n-nomini ta’ kandidati għall-
elezzjoni bħala Kunsillieri, u kull oppożizzjoni għal
dawk in-nomini, u dan il-post huwa fl-Att dwar l-
Elezzjonijiet Ġenerali imsejjaħ bħala l-Uffiċċju
Elettorali. Iż-żmien li fih nomini ta’ kandidati għall-
elezzjoni jistgħu jsiru, għandu jkun ta’ tlitt ijiem u ma
jibdiex igħodd qabel sitt ijiem mid-data tal-
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     49
pubblikazzjoni ta’ l-avviż imsemmi f’dan ir-
regolament u ż-żmien li matulu jistgħu jsiru l-
oppożizzjonijiet għandu jkun ta’ jumejn mit-temm taż-
żmien stabbilit biex jiġu riċevuti n-nomini;
(b) il-postijiet u l-ġurnata u l-ħinijiet li fihom għandha ssir
il-votazzjoni. Il-votazzjoni ma tistax issir qabel ma
jgħaddu tlett ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-
avviż imsemmi fir-regolament 24(3);
(ċ) il-post fejn il-kaxex tal-voti għandhom jittieħdu mill-
assistenti kummissjonarji wara li ssir il-votazzjoni, li
jkun ukoll il-post fejn il-Kummissjoni terfa’ il-kaxex
tal-voti u tgħodd il-voti mitfugħa, tali post għandu
jkun sakemm ikun prattikabbli fil-lokalità  innfisha u,
jekk possibbli, l-post użat bħala l-post tal-votazzjoni
jew wieħed mill-postijiet tal-votazzjoni f’dik il-
1okalità ;
(d) id-data u l-ħin li fihom għandhom jinfetħu l-kaxex tal-
voti u għandu jsir il-għadd tal-voti.
Dokument tal-
votazzjoni.
17. (1) Il-Kummissjoni għandha fi żmien mhux aktar tard
mill-ħmistax-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ l-Avviż, tibgħat lil
kull elettur li ismu jkun jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali għall-
Kunsilli Lokali rivedut, dokument f’dawn ir-regolamenti imsejjaħ
"dokument għall-votazzjoni", skond il-forma msemmija fis-Seba’
Skeda, u li jkun magħmul minn dak il-materjal u b’dik l-għamla li
fil-fehma tal-Kummissjoni jipprovdi ħarsien biżżejjed kontra
falsifikazzjoni. Id-dokumenti għall-votazzjoni għandhom jiġu
enumerati b’mod konsekuttiv, b’dan li kull dokument ikollu numru
distint stampat fuq quddiem:
Iżda kull meta l-Kummissjoni tkun sodisfatta li persuna li
isimha jkun jidher fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali tkun
mejta, id-dokument għall-votazzjoni relattiv ma għandux hekk
jingħadda, u meta dak id-dokument għall-votazzjoni jkun hekk
ingħadda, il-Kummissjoni għandha tirtirah:
Iżda wkoll il-Kummissjoni ma għandiex tibgħat dokument
għall-votazzjoni lil xi elettur li l-Kummissjoni ma jkollhiex ritratt
fotografiku tiegħu, u dwar dawk l-eletturi l-Kummissjoni għandha
timxi skond din il-proċedura:
(i) fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ l-
Avviż, il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-
Gazzetta lista ta’ l-eletturi msemmija li tkun turi
l-isem, kunjom, residenza u numru tal-karta ta’
l-identità  tagħhom;
(ii) l-ismijiet ta’ dawk l-eletturi ma għandhomx jiġu
pubblikati fil-lista msemmija fis-subregolament
(5);
(iii) id-dokument għall-votazzjoni ta’ dawk l-eletturi
għandu biss jinħareġ jekk l-elettur ikun
jissodisfa l-ħtiġijiet tar-regolament 18 u għandu
jkun skond id-disposizzjonijiet ta’ dak ir-
regolament.
  50      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
(2) Il-partiti politiċi għandhom jingħataw kull faċilità
raġonevoli li josservaw l-istampar tad-dokumenti għall-votazzjoni
kollha, li jivverifikaw l-eżattezza tagħhom u b’mod ġenerali li
jassiguraw li jiġu stampati biss id-dokumenti għall-votazzjoni ta’
eletturi li jkollhom jedd għalihom.
(3) Id-dokumenti għall-votazzjoni stampati skond il-paragrafu
ta’ qabel ta’ dan ir-regolament għandhom, sakemm dawn jingħataw
lill-eletturi, jinżammu f’kaxex siġillati bis-siġill tal-Kummissjoni.
Id-delegati tal-partiti jkollhom il-jedd jagħmlu s-siġilli tagħhom
fuq dawk il-kaxex u li jkunu preżenti kull meta dawk is-siġilli
jinkisru. Dan ir-regolament għandu japplika wkoll mutatis
mutandis għal dawk id-dokumenti għall-votazzjoni li jibqgħu ma
jitqassmux, skond is-subregolament (4), meta jinħarġu d-
dokumenti għall-votazzjoni skond is-subregolament (6), u għal
dawk id-dokumenti għall-votazzjoni li jibqgħu ma jitqassmux.
(4) Id-dokument għall-votazzjoni għandu jiġi nnotifikat lil kull
elettur minn uffiċjal tal-Pulizija jew permezz ta’ ittra reġistrata jew
minn persuna oħra maħtura għaldaqshekk mill-Kummissjoni, u dan
id-dokument jitqies li ġie nnotifikat bil-kunsinna tiegħu lill-elettur
li għalih ikun indirizzat, jew lil persuna ta’ l-età , li jew tkun
toqgħod fl-istess indirizz jew li tkun fl-impieg tiegħu, fl-indirizz ta’
l-elettur kif miġjub fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali.
(5) Meta l-kummissjonarji ma jkunux jistgħu jesegwixxu n-
notifika tad-dokument hawn fuq imsemmi huma għandhom, mill-
aktar fis li jista’ jkun u fl-ebda każ mhux aktar tard minn tlett ijiem
miż-żmien stabbilit fis-subregolament (1), joħorġu fil-Gazzetta
lista bl-ismijiet, numru tal-karta ta’ l-identità  u indirizzi tal-persuni
li ma jkunux ġew innotifikati bid-dokument għall-votazzjoni, u
għandhom jagħtu r-raġuni li għaliha ma tkunx saret in-notifika.
(6) Kull min ma jkunx ġie nnotifikat bid-dokument għall-
votazzjoni u li ismu jkun miġjub fuq il-lista maħruġa skond il-
paragrafu ta’ qabel dan, jista’ sal-Ħamis sew sew qabel il-ġurnata
ta’ l-elezzjoni, jidher quddiem wieħed mill-kummissjonarji jew xi
persuna oħra delegata minnhom u jitlob il-kunsinna tad-dokument:
Iżda l-imsemmi dokument ma għandux jingħatalha kemm-il
darba ma tipproduċix il-karta ta’ l-identità  tagħha lill-
kummissjonarji jew lill-persuna delegata minnhom.
(7) Kull kummissjonarju jew kull min jiġi delegat minnhom
jista’ jeżamina bil-ġurament kull persuna sabiex jiżgura ruħu mill-
identità  tagħha u jara jekk għandhiex jedd li tirċievi d-dokument.
Dokument għall-
Votazzjoni 
Speċjali.
18. Meta persuna li isimha jkun jidher fl-aħħar Reġistru
Elettorali għall-Kunsilli Lokali rivedut, iżda li ma jkunx jidher fil-
lista pubblikata skond ir-regolament 17(5), ma tkunx irċeviet id-
dokument għall-votazzjoni jew, wara li tkun irċeviet dak id-
dokument, tkun tilfitu jew iddistruġġietu, dik il-persuna tista’ mhux
iktar tard mis-6.00 p.m. ta’ l-Erbgħa li jiġi minnufih qabel ma tibda
l-votazzjoni, tidher quddiem wieħed mill-kummissjonarji, u jekk - 
(a) tipprova l-identità  tagħha billi tipproduċi l-karta ta’ l-
identità  tagħha; u
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     51
(b) tagħmel dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem dak il-
kummissjonarju li ma tkunx irċeviet id-dokument
għall-votazzjoni jew li, wara li tkun irċeviet dak id-
dokument, tkun tilfitu jew iddistruġġietu, u dawk id-
dikjarazzjonijiet l-oħra bil-ġurament li l-kummis-
sjonarju jista’ jeħtieġ,
din għandha tingħata dokument għall-votazzjoni maħruġ speċjali
għal hekk; u f’kull każ bħal dak:
(i) isem dik il-persuna li jkun jidher fuq il-lista
msemmija fir-regolament 34(1) għandu jiġi
markat "SPEĊJALI"; u
(ii) lista tal-persuni kollha li lilhom ikun inħareġ
dokument għall-votazzjoni skond dan il-
paragrafu għandha tinżamm fl-Uffiċċju
Elettorali u tkun miftuħa għal spezzjoni minn
kull kandidat, aġent tal-partit jew delegat tal-
partit f’kull ħin xieraq sakemm tagħlaq il-
votazzjoni.
Numru ta’ 
dokumenti għall-
votazzjoni.
19. (1) Mhux iktar tard mill-Ġimgħa qabel ma tibda l-
votazzjoni, il-kummissjonarji għandhom jieħdu ħsieb li
jippubblikaw fil-Gazzetta lista li tkun turi n-numru ta’ dokumenti
għall-votazzjoni li ġew stampati, in-numru imqassam skond ir-
regolament 17(1), l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li sa dak il-ħin
ikunu talbu l-kunsinna tad-dokumenti skond ir-regolament 17(6),
in-numru ta’ dokumenti għall-votazzjoni maħruġin skond l-artikolu
18 u l-isem, l-indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-identità  tal-persuni
li lilhom dawk id-dokumenti jkunu ġew kunsinnati, in-numru ta’
dokumenti għall-votazzjoni li nżammu milli jingħataw u r-
raġunijiet għal dan u l-ismijiet, l-indirizzi u n-numri tal-karta ta’ l-
identità  ta’ l-eletturi konċernati u n-numru ta’ dokumenti għall-
votazzjoni li jkunu baqgħu ma nġabrux u l-ismijiet, l-indirizzi u n-
numri tal-karta ta’ l-identità  ta’ l-eletturi konċernati.
(2) Kull partit politiku jkollu d-dritt jinnomina rappreżentanti
tiegħu sabiex ikunu preżenti waqt il-ħruġ tad-dokumenti għall-
votazzjoni skond ir-regolament 17(6) u r-regolament 18 u għal dan
il-għan il-partiti msemmijin għandhom jiġu provduti mill-
Kummissjoni b’dak it-tagħrif kollu li jista’ jinħtieġ minnhom u li
huma jistgħu jqisu bħala li hu meħtieġ għall-aħjar qadi ta’
dmirijiethom.
Poloz tal-
votazzjoni.
20. (1) Tlett ijiem qabel il-bidu tal-votazzjoni, il-
Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tippubblika fil-Gazzetta tal-
Gvern in-numru ta’ poloz tal-votazzjoni stampati għal kull lokalità
u n-numru li jkun se jitqassam f’kull kamra tal-votazzjoni
individwali.
(2) Il-Kummissjoni għandha tiżgura kemm ikun prattikament
possibbli li l-poloz tal-votazzjoni jintgħamlu minn dik it-tip ta’
karta li tipprovdi sigurtà  u li jkollhom dawk is-sinjali li jkunu
jiżguraw li ma jistgħux jiġu duplikati.
(3) Il-polza ta’ kull elettur għandha tkun magħmula minn karta
bħal fil-formula li tidher fit-Tmien Skeda, li jkun fiha lista tal-
  52      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
kandidati deskritti bl-isem (inkluż kull laqam), l-indirizz u l-
professjoni jew ix-xogħol kif mogħtija fil-polza tan-nomina ta’ kull
wieħed minnhom u kif approvat mill-kummissjonarji elettorali.
(4) F’kull lokalità  il-kandidati għandhom jitqassmu skond il-
partit politiku u, f’kull grupp ta’ kull partit alfabetikament skond
kunjomhom. Jekk ikun hemm żewġ kandidati jew iktar ta’ partit
wieħed bl-istess kunjom, dawn jitqassmu fl-ordni ta’ l-isem jew l-
ismijiet l-oħra tagħhom.
(5) Kull partit politiku li jikkontesta l-elezzjoni għandu jagħti
lill-Kummissjoni l-isem tal-kandidati li jkunu qegħdin jikkontestaw
l-elezzjoni fl-interess tiegħu f’kull lokalità . Dik il-lista għandha
tkun prova konklussiva dwar jekk kandidat partikolari jkunx
jappartjeni għal dak il-partit politiku.
(6) Jekk mogħti mill-partit li miegħu jkun jagħmel, jista’ jiġi
stampat fuq il-polza quddiem l-isem ta’ kull kandidat li jkun
jagħmel ma’ dak il-partit kull badge jew distintiv, approvat mill-
Kummissjoni, li juri l-partit politiku, jekk ikun hemm, li miegħu l-
kandidat jagħmel, jew li b’xi mod ieħor jitqies li jgħin sabiex bih l-
elettur jista’ jagħraf lill-kandidat.
(7) Il-partiti jitniżżlu fuq il-polza fl-ordni alfabetiku.
Tqassim tal-poloz. 21. (1) F’jum jew jiem kemm jista’ jkun qrib il-jum ta’
votazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprepara f’pakketti differenti
l-poloz u d-dokumenti oħra kollha u materjal li jkunu se jiġu
kunsinnati lill-assistenti kummissjonarji fil-jum ta’ votazzjoni.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tibqa’ żżomm il-
pakketti kollha sal-jum tal-votazzjoni meta mbagħad
tikkunsinnahom lill-assistenti kummissjonarji qabel ma tibda l-
votazzjoni.
(3) Ir-rappreżentanti tal-partiti politiċi għandhom jingħataw
kull faċilità  raġonevoli sabiex jissorveljaw l-istampar u l-verifika
tal-poloz kollha, l-ippakkjar ta’ dawk il-poloz u t-tqassim tagħhom
lill-assistenti kummissjonarji, u li jagħmlu s-siġilli tagħhom fuq il-
pakketti kollha preparati mill-Kummissjoni Elettorali għall-
kunsinna lill-assistenti kummissjonarji.
TAQSIMA IV 
Nomina ta’ Kandidati
Nomina ta’ 
kandidati.
22. (1) Il-kandidat għal elezzjoni għandu jiġi nominat bil-
miktub. Il-formula tan-nomina, li għandha tkun skond kif hemm
fid-Disa’ Skeda, għandha tkun iffirmata mill-kandidat innifsu (
jew, jekk ikun nieqes minn Malta, minn rappreżentant tiegħu
maħtur għaldaqshekk), u mill-anqas minn erba’ eletturi rreġistrati
fil-lokalità  li għaliha l-kandidat ikun nominat. Il-formula tan-
nomina għandha tiġi kkunsinnata lil wieħed mill-kummissjonarji fl-
Uffiċċju Elettorali mill-kandidat innifsu, jew, jekk ma jkunx jista’
minħabba mard jew għax ikun nieqes minn Malta, mir-
rappreżentant leġittimu tiegħu, fiż-żmien miġjub fl-avviż imsemmi
fir-regolament 16.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     53
(2) Minnufih wara li l-formula tan-nomina tiġi kkunsinnata lill-
Kummissjoni, l-isem tal-kandidat għandu jiġi mwaħħal fid-daħla
ta’ l-Uffiċċju Elettorali b’indikazzjoni tal-lokalità  li għaliha l-
kandidat ikun ġie nominat.
(3) Tista’ ssir oppożizzjoni għal nomina minħabba li fiha d-
deskrizzjoni tal-kandidat ma tkunx biżżejjed sabiex jiġi identifikat,
minħabba li l-formula tan-nomina ma tkunx magħmula jew ma
tkunx ġiet ikkunsinnata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’
dawn ir-regolamenti jew minħabba li d-depożitu preskritt bir-
regolament 23 ma jkunx tħallas:
Iżda ma tista’ ssir ebda oppożizzjoni wara t-temm taż-
żmien stabbilit biex issir dik l-oppożizzjoni fl-avviż imsemmi fir-
regolament 16.
(4) Kull oppożizzjoni għandha tkun bil-miktub, iffirmata mill-
persuna li tagħmilha u għandu jkun fiha r-raġuni li għaliha qiegħda
ssir. Il-Kummissjoni nnifisha tista’ tagħmel oppożizzjoni.
(5) Il-kummissjonarji għandhom, mhux aktar tard mill-ġurnata
wara li tiskadi l-ġurnata ffissata għad-dħul ta’ l-oppożizzjoni
jiddeċiedu dwar il-validità  ta’ kull oppożizzjoni li għarrfu lill-
kandidati li għan-nomina tiegħu tirreferixxi l-oppożizzjoni jew lir-
rappreżentant leġittimu tiegħu dwar id-deċiżjoni tagħhom u, jekk l-
oppożizzjoni tiġi milqugħa, bir-raġuni tad-deċiżjoni tagħhom. Id-
deċiżjoni tal-kummissjonarji, meta l-oppożizzjoni ma tiġix
milqugħa, hija finali, iżda meta l-oppożizzjoni tiġi milqugħa, jista’
jsir appell minnha lill-Qorti ta’ l-Appell b’ċitazzjoni preżentata
b’kontestazzjoni mal-kummissjonarji mhux aktar tard minn erbgħa
u għoxrin siegħa wara li l-Kummissjoni tkun wasslet id-deċiżjoni
tagħha lill-kandidati u l-Qorti ta’ l-Appell għandha tittratta dik iċ-
ċitazzjoni bl-ikbar ħeffa.
(6) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, kull elettur jista’ jitlob
lill-kummissjonarji li jara u jeżamina kull formula ta’ nomina
aċċettata minnhom.
Depożitu minn 
kandidati fl-
elezzjonijiet. 
23. (1) Kull kandidat f’kull elezzjoni għandu jiddepożita, jew
jieħu l-ħsieb li tiġi ddepożitata għalih, għand il-Kummissjoni,
qabel ma n-nomina tiegħu tista’ tiġi aċċettata, is-somma ta’ erbgħin
lira, u jekk ma jagħmilx dan, in-nomina ma tiġix aċċettata mill-
kummissjonarji:
Iżda l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika ammont ogħla li f’kull każ ma jkunx aktar
minn tliet mitt lira.
(2) Jekk wara li jsir id-depożitu l-kandidatura tiġi irtirata skond
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, id-depożitu jiġi
mogħti lura lill-persuna li tkun għamlitu; u jekk il-kandidat imut
wara li jsir id-depożitu u qabel ma tibda l-votazzjoni, id-depożitu,
jekk ikun sar minnu, jiġi mogħti lura lill-werrieta tiegħu u jekk ma
jkunx sar minnu, jingħata lura lill-persuna li tkun għamlitu.
(3) Jekk kandidat li jkun għamel id-depożitu meħtieġ ma jiġix
elett, u n-numru ta’ voti li jġib ma jkunx jiskorri minn għaxra
waħda tan-numru ta’ voti vvutati diviż bin-numru tal-kunsilliera li
  54      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
għandhom ikunu eletti għal dik il-lokalità , l-ammont iddepożitat
jiġi kkonfiskat u mħallas mill-kummissjonarji fil-Fond Konsolidat
iżda f’kull każ l-ammont għandu jiġi mogħti lura lill-kandidat, fil-
każ li jkun ġie elett, hekk kif huwa jieħu l-ġurament bħala
kunsillier, u fil-każ li ma jkunx ġie elett, mill-aktar fis li jista’ jkun
wara li jiġi ddikjarat ir-riżultat ta’ l-elezzjoni.
(4) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament n-numru ta’ voti
miġjubin minn kandidat ikun l-aqwa numru ta’ voti li jiġi
akkreditat lilu f’kull żmien matul il-għadd tal-voti.
Elezzjoni 
kkuntestata u mhux 
ikkuntestata.
24. (1) Jekk meta jagħlaq iż-żmien li fih għandhom jiġu
preżentati n-nomini, in-numru ta’ kandidati nnominati għal lokalità
jkun daqs jew inqas minn dak in-numru ta’ kunsilliera li l-eletturi
f’dik il-lokalità  huma intitolati li jtellgħu, il-kummissjonarji
għandhom jiddikjaraw il-kandidati nominati bħala kunsilliera eletti
biex jirrappreżentaw dik il-lokalità  u dak ir-rapport għandu jiġi
maħruġ fil-Gazzetta.
(2) Jekk in-numru ta’ kandidati nominati għal lokalità  jkun
anqas minn dak li l-eletturi f’dik il-lokalità  huma intitolati li
jtellgħu, il-Kummissjoni għandha toħroġ Avviż ġdid għall-
elezzjoni ta’ kunsilliera biex jimtlew il-postijiet battala li jkun
fadal f’dik il-lokalità , u jekk meta jsir dan ma jkunux nominati
kandidati oħra, jew jekk in-numru ta’ kandidati nominati jkun inqas
min-numru ta’ postijiet battala, il-postijiet li wara dan jibqgħu
battala jistgħu jimtlew bil-għażla ta’ kunsillier jew kunsilliera mill-
kunsillier jew kunsilliera eletti tal-lokalità  u l-Kummissjoni ma
għandiex toħroġ Avviż ġdid għalihom. Il-kunsillier jew kunsilliera
hekk magħżula għandu jkollhom il-kwalifiki stabbiliti fl-artikolu
11 ta’ l-Att.
(3) Jekk għall-lokalità  jiġu nominati kandidati iżjed min numru
hawn fuq imsemmi, il-kummissjonarji għandhom joħorġu avviż
taħt il-firma tagħhom fil-Gazzetta, u fih jagħtu l-ismijiet tal-
kandidati u l-lokalità  li għaliha ġew nominati. Ebda persuna li l-
isem tagħha ma jkunx ġie ippubblikat f’dak l-avviż ma tista’ tiġi
eletta bħala kunsillier.
Il-kandidatura 
tista’ tiġi rtirata.
25. Kandidat jista’, fiż-żmien stabbilit għan-nomina, jirtira l-
kandidatura tiegħu billi jagħti lill-Kummissjoni avviż
għaldaqshekk. Dan l-avviż għandu jkun iffirmat mill-kandidat jew
jekk ikun nieqes minn Malta, mir-rappreżentant tiegħu maħtur
għaldaqshekk.
TAQSIMA V 
Assistenti Kummissjonarji
Ħatra ta’ assistenti 
kummissjonarji. 
26. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti li
ġejjin ta’ dawn ir-regolamenti, il-Kummissjoni taħtar tant assistenti
kummissjonarji elettorali hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħin
"assistenti kummissjonarji" daqs kemm ikunu meħtieġa, sabiex
jissorveljaw l-elezzjoni bil-mod stabbilit f’dawn ir-
regolamenti.Ebda assistent kummissjonarju ma jista’ jiġi maħtur
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     55
biex jissorvelja l-votazzjoni f’lokalità  li fiha jkun joqgħod jew
f’lokalità  li tikkonfina ma’ dik il-lokalità  li fiha jkun joqgħod jew li
fiha jkun soltu jeżerċita l-professjoni jew ix-xogħol tiegħu.
(2) L-assistenti kummissjonarji għandhom jieħdu l-ġurament
tal-kariga kif miġjub fl-Għaxar Skeda, quddiem wieħed mill-
kummissjonarji u għandhom jimxu fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet
tagħhom skond l-istruzzjonijiet li tagħtihom il-Kummissjoni
Elettorali.
Nomina ta’ 
assitenti 
kummissjonarji.
27. (1) Kull partit politiku jkollu jedd, fi żmien sebat ijiem
mill-pubblikazzjoni ta’ l-Avviż, li jinnomina numru ta’ persuni, li
jkun daqs wieħed u nofs in-numru ta’ kmamar tal-votazzjoni,
sabiex jagħmluha ta’ assistenti kummissjonarji, u sakemm dawk il-
persuni jkunu kapaċi biżżejjed li jwettqu l-funzjonijiet ta’ assistent
kummissjonarju u ma jkunux skwalifikati milli jagħmluha ta’ hekk
bid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-Kummissjoni
għandha taħtar assistenti kummissjonarji minn fost dawk il-persuni.
(2) Il-Kummissjoni għandha hi nnifisha iktar minn hekk
tinnomina bħala assistenti kummissjonarji dak in-numru ta’ persuni
li jkun meħtieġ sabiex f’kull kamra tal-votazzjoni jkun hemm
jattendu f’kull żmien mill-inqas persuna waħda nominata mill-
Kummissjoni biex tagħmilha ta’ assistent kummissjonarju.
(3) F’ebda każ ma għandu jkun hemm inqas minn tlett
assistenti kummissjonarji nominati biex jissorveljaw il-votazzjoni
f’kull kamra tal-votazzjoni u jekk jiġri li l-partiti politiċi kollha jew
xi wieħed minnhom jonqsu li jinnominaw l-assistenti
kummissjonarji kollha jew xi wieħed minnhom skond il-paragrafu
(1) ta’ dan ir-regolament u fiż-żmien stabbilit fih, il-Kummissjoni
nnifisha għandha tinnomina assistenti kummissjonarji oħrajn
sabiex jiġi assigurat illi, mill-inqas, ikun hemm jattendu tlett
assistenti kummissjonarji f’kull kamra tal-votazzjoni.
(4) Għall-fini taż-żmien stabbilit fis-subregolament (1), il-
Kummissjoni għandha, mhux iktar tard minn jumejn wara l-
pubblikazzjoni ta’ l-Avviż, tinforma lill-partiti bin-numru ta’
assistenti kummissjonarji li kull partit ikun meħtieġ jinnomina.
Skwalifiki u 
pubblikazzjoni ta’ 
l-ismijiet ta’ l-
assistenti 
kummissjonarji. 
28. (1) Ħadd ma jista’ jkun assistent kummissjonarju jekk
ikun kandidat għall-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali, jew jekk ikun
qarib bil-konsangwinità  jew biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ xi kandidat
għall-elezzjoni, jew jekk fil-fehma tal-Kummissjoni, wara li
tikkonsulta lid-delegati tal-partit, ikun bid-deher mhux idoneu biex
iwettaq il-funzjonijiet ta’ assistent kummissjonarju.
(2) Fi żmien jumejn wara l-ġurnata msemmija fil-paragrafu (1)
tar-regolament 27 il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partiti politiċi
lista tal-persuni kollha nominati biex jagħmluha ta’ assistenti
kummissjonarji li fiha jiġu indikati l-ismijiet, numri tal-karta ta’ l-
identità , indirizzi u professjoni jew sengħa tagħhom.
Oġġezzjonijiet 
dwar l-assistenti 
kummissjonarji.
29. (1) Il-partiti politiċi jkollhom il-jedd li, mhux iżjed tard
minn jumejn wara l-ġurnata msemmija fir-regolament 28(2),
joġġezzjonaw lill-Kummissjoni bil-miktub dwar in-nomina ta’
persuni bħala assistenti kummissjonarji fuq xi waħda mir-raġunijiet
  56      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
imsemmija fir-regolament 28(1).
(2) Meta l-Kummissjoni tirċievi xi oġġezzjoni skond il-
paragrafu ta’ qabel ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha
mhux iżjed tard mill-jum li jiġi minnufih wara, tlaqqa’ d-delegati
tal-partit sabiex jiddiskutu dwar dawk l-oġġezzjonijiet.
(3) Kull oġġezzjoni li ssir skond il-paragrafi ta’ qabel dan
għandha tinqata’ mill-Kummissjoni. Il-mod kif il-Kummissjoni
taqta’ dwar l-oġġezzjoni jkun wieħed konklussiv u li jorbot lil kull
min ikollu x’jaqsam mal-kwestjoni. Meta wara li tkun semgħet
dawk l-oġġezzjonijiet il-Kummissjoni taqta’ li persuna nominata
minn partit politiku sabiex tinħatar bħala assistent kummissjonarju
ma għandhiex hekk tinħatar, il-partit politiku li jkun innomina lil
dik il-persuna jkollu jedd jinnomina persuna oħra minflokha.
(4) In-nomini ġodda msemmija fil-paragrafu ta’ qabel ta’ dan
ir-regolament għandhom isiru minnufih wara li jinqatgħu l-
oġġezzjonijiet kollha. Iż-żmien imsemmi fis-subregolamenti (1) u
(2) għandu japplika għall-oġġezzjonijiet li jsiru għal persuni
nominati bħala assistenti kummissjonarji skond is-subregolament
(3), u jekk il-Kummissjoni taslilha u tilqa’ xi oġġezzjoni, il-
Kummissjoni nnifisha għandha tinnomina persuna oħra sabiex tkun
assistent kummissjonarju minflokha u dik in-nomina tkun
konklussiva, u ma tista’ ssir ebda oġġezzjoni dwarha.
(5) Meta l-Kummissjoni tkun qatgħet dwar l-oġġezzjonijiet
kollha, hija għandha tqassam l-assistenti kummissjonarji fost id-
diversi kmamar tal-votazzjoni; dak it-tqassim għandu jsir b’dak il-
mod li jkun jassigura li f’kull kamra tal-votazzjoni jkun hemm,
mill-inqas, assistent kummissjonarju wieħed nominat mill-
Kummissjoni u assistent kummissjonarju wieħed nominat minn
kull partit li jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni f’dik il-lokalità :
Iżda meta partit politiku ma jkunx innomina għadd
biżżejjed ta’ persuni sabiex jinħatru assistenti kummissjonarji, il-
Kummissjoni tinħtieġ biss tassenja, għar-rigward ta’ dak il-partit
politiku, dawk l-assistenti kummissjonarji li jkunu ġew nominati
minn dak il-partit u li jkunu nħatru assistenti kummissjonarji.
(6) Il-Kummissjoni għandha, fi żmien jumejn minn meta
tinqata’ l-aħħar oġġezzjoni msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, tieħu
ħsieb li tiġi pubblikata lista fil-Gazzetta li turi l-isem, l-indirizz u
n-numru tal-karta ta’ l-identità  u l-professjoni jew sengħa ta’ kull
assistent kummissjonarju maħtur, li tkun tindika l-kamra tal-
votazzjoni fejn kull wieħed minnhom ikun tqassam, u li tkun
tindika lil dawk l-assistenti kummissjonarji li ma jkunux hekk
tqassmu fi kmamar iżda li jkunu qegħdin jinżammu f’riżerva.
(7) Wara d-distribuzzjoni finali ta’ l-assistenti kummissjonarji
kollha u sa tmiem il-votazzjoni, tkun il-Kummissjoni waħedha li
jkollha l-jedd tissostitwixxi lill-assistenti kummissjonarji sakemm
dan isir biss għal raġunijiet gravi u suffiċjenti u b’dak il-mod li
jkun jassigura li meta l-assistent kummissjonarju sostitwit ikun
wieħed nominat minn partit politiku, is-sostitut tiegħu għandha
tkun persuna nominata mill-istess partit, sakemm għadd biżżejjed
ta’ assistenti kummissjonarji jkunu ġew nominati minn dak il-
partit.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     57
TAQSIMA VI 
Votazzjoni
Ħatra ta’ aġenti ta’ 
partit.
30. (1) Kull partit politiku jkollu l-jedd jinnomina bħala
aġenti tiegħu dak in-numru ta’ persuni li jkun daqs in-numru ta’
kaxex tal-voti u dawk il-persuni f’dawn ir-regolamenti jissemmew
"aġenti ta’ partit".
(2) Dawk l-aġenti ta’ partit li hekk jinħatru jkollhom jedd li
jkunu preżenti fil-kmamar tal-votazzjoni qabel ma tibda u fi tmiem
il-votazzjoni għall-finijiet dwarhom provdut f’dawn ir-regolamenti.
(3) Il-partiti politiċi li jkunu qegħdin iwettqu l-jedd mogħti
lilhom bis-subregolament (1) għandhom iressqu lista quddiem il-
Kummissjoni li jkun fiha l-ismijiet tal-persuni nominati minnhom
bħala aġenti ta’ kull wieħed minnhom mhux iktar tard mill-ġurnata
stabbilita għan-nomina ta’ assistenti kummissjonarji skond ir-
regolament 27.
(4) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’dawn ir-regolamenti, il-partiti
politiċi jistgħu jinnominaw bħala aġenti tal-partit lill-istess persuna
jew persuni li jkunu nnominaw bħala assistenti kummissjonarji.
Persuni ħatja ta’ 
atti ta’ korruzzjoni 
ma jistgħux jiġu 
maħtura aġenti.
Kap. 354.
31. Ebda persuna ma tista’ tinħatar aġent ta’ partit jekk fis-
seba’ snin ta’ qabel dik il-ħatra tkun instabet ħatja ta’ att ta’
korruzzjoni taħt dawn ir-regolamenti jew taħt l-Att dwar l-
Elezzjonijiet Ġenerali jew tkun ġiet stabbilita mill-Kummissjoni
bħala bid-deher mhux idonea li tagħmilha ta’ dak l-aġent
partikolari.
Indentifikazzjoni 
ta’ aġenti ta’ partit. 
32. (1) Flimkien ma’ l-isem, indirizz u numru tal-karta ta’ l-
identità  ta’ l-aġent ta’ partit, il-partit politiku għandu jagħti lill-
Kummissjoni ritratt ta’ l-aġent fid-daqs ta’ ritratt tal-passaport, u l-
kummissjonarji għandhom mhux iktar tard minn sebat ijiem qabel
ma tibda l-votazzjoni jagħtu lil dak l-aġent dokument ta’ l-identità
li ma jistax jitbagħbas li jkun fih ir-ritratt ta’ l-aġent imbullat bis-
siġill tal-Kummissjoni u li jkun juri l-isem, l-indirizz u n-numru
tal-karta ta’ l-identità  ta’ l-aġent u minn min ikun ġie nominat. Id-
dokumenti ta’ l-identità  għandhom juru numru progressiv skond kif
maħruġin, u jintlibsu b’mod li jidher sew mill-aġent partikular fit-
twettiq ta’ dmirijietu.
(2) Fiż-żmien stabbilit fil-paragrafu ta’ qabel ta’ dan ir-
regolament, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partiti politiċi u
twaħħal fl-entrata ta’ l-Uffiċċju Elettorali lista ta’ l-ismijiet,
indirizzi u numri tal-karti ta’ l-identità  ta’ kull aġent ta’ partit
nominat, b’mod li juri dwar kull aġent minn min ikun ġie nominat,
u n-numru progressiv tad-dokument ta’ l-identità  lilu maħruġ.
Postijiet tal-
votazzjoni.
33. (1) Il-Kummissjoni għandha, kull meta jkun prattikabbli,
tipprovdi mhux aktar minn post tal-votazzjoni f’kull lokalità  u
għandha tiżgura li sakemm hu possibbli, dak il-post tal-votazzjoni
jkun f’dik il-lokalità . F’kull post tal-votazzjoni l-Kummissjoni
għandha tipprovdi kmamar tal-votazzjoni daqs kemm tista’.
(2) Il-Kummissjoni għandha, safejn hu possibbli, tipprovdi
faċilitajiet sabiex persuni handikappati, inkluż persuni fuq
  58      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
wheelchairs, ikunu jistgħu jivvutaw bil-kumdità .
Postijiet u ġranet 
tal-votazzjoni.
34.(1)(a) F’kull kamra tal-votazzjoni għandha tinżamm mill-
assistenti kummissjonarji lista ta’ l-eletturi li jkollhom
il-jedd li jivvutaw f’dik il-kamra tal-votazzjoni
flimkien ma’ kopji tar-ritratt fotografiku ta’ kull
votant. Kull paġna ta’ dik il-lista u kull korrezzjoni jew
taħsira li ssir fuqha, għandhom jiġu ffirmati minn
Kummisjonarju u minn delegat ta’ partit ta’ kull partit
politiku jew persuni nominati minnhom bil-miktub.
(b) Il-kummissjonarji għandhom jagħtu kopji ta’ dawk il-
listi mingħajr ritratti lill-partiti politiċi kollha li jkunu
qegħdin jikkontestaw l-elezzjoni mill-inqas ħmistax-il
jum qabel il-jum stabbilit għall-elezzjoni u l-
Kummissjoni għandha żżomm lill-partiti politiċi
mgħarrfin dwar it-tibdiliet kollha li jsiru f’dawk il-
listi. Il-listi għandhom jidentifikaw il-kamra tal-
votazzjoni fejn kull elettur li jkollu l-jedd li jivvota
jkun sejjer iwettaq dak il-jedd, jelenkaw l-eletturi li
jkunu ser jivvotaw f’kull kamra tal-votazzjoni, f’ordni
alfabetiku skond il-kunjomijiet ta’ l-eletturi, billi
jingħata lil kull votant numru distint u konsekuttiv u
jiġi indikat isem, kunjom, l-indirizz, u numru tal-karta
ta’ identità  ta’ kull elettur kif ukoll in-numru ta’
reġistrazzjoni tad-dokument għall-votazzjoni ta’ kull
elettur rispettiv.
(ċ) Isem kull elettur li juri dokument għall-votazzjoni u li
tingħatalu polza tal-votazzjoni mill-assistenti kummis-
sjonarji għandu jiġi mmarkat fuq dik il-lista li tinżamm
għal dak il-għan mill-assistenti kummis-sjonarji b’dak
il-mod li jiġi stabbilit mill-Kummissjoni.
(2) Il-votazzjoni għandha ssir f’jum li jkun is-Sibt. Il-
votazzjoni għandha tibda fis-7.00 a.m. u tispiċċa fis-7.00 p.m.:
Iżda kull elettur illi fl-egħluq tal-ħin tal-votazzjoni jkun
f’post ta’ votazzjoni sabiex jivvota, għandu jedd li jirċievi l-polza
tal-votazzjoni u li jivvota:
Iżda wkoll, meta l-kummissjonarji jkunu sodisfatti li l-ħin
tal-votazzjoni jkun tnaqqas jew ikun se jitnaqqas, għal xi raġunijiet
li fuqhom ma jkollhomx kontroll fil-postijiet tal-votazzjoni kollha
jew f’wieħed minnhom jew iktar, huma jistgħu, sew qabel jew wara
li tkun bdiet il-votazzjoni, jtawlu l-ħin stabbilit għall-votazzjoni
f’dak il-post jew f’dawk il-postijiet tal-votazzjoni sabiex jagħmlu
tajjeb għall-imsemmi ħin mitluf:
Iżda wkoll, meta l-persuni kollha li kellhom dokument tal-
votazzjoni mogħti lilhom, (u dan id-dokument tal-votazzjoni ma
jkunx ġie meħud lura) jkunu vvutaw f’kamra tal-votazzjoni jew
f’lokalità , il-Kummissjoni tista’ tagħlaq il-votazzjoni f’dik il-
kamra tal-votazzjoni jew fil-lokalità  qabel iż-żmien stipulat:
Iżda wkoll meta elezzjoni bħal dik tkun tikkojnċidi ma’ xi
elezzjoni ġenerali, referendum jew elezzjoni tal-Parlament
Ewropew, il-ħin ta’ l-għeluq tal-votazzjoni għandu jiġi estiż u jkun
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     59
l-istess bħall-ħin ta’ l-għeluq tal-votazzjoni għall-elezzjonijiet
ġenerali, referenda jew elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew skond
il-każ.
(3) F’kull kamra tal-votazzjoni l-Kummissjoni Elettorali
għandha tipprovdi għadd ta’ kompartimenti separati fejn kull
votant ikun jista’ jikteb il-vot tiegħu, u għandha f’kull
kompartiment tipprovdi dawk il-faċilitajiet li tqis meħtieġa inkluż,
ma’ dan kollu, avviż fil-għamla speċifikata fl-Erbatax-il Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
Żamma ta’ l-ordni 
sa distanza ta’ 50 
metru minn kull 
post ta’ votazzjoni. 
35. Matul il-ħin stabbilit għall-votazzjoni f’xi post tal-
votazzjoni, ħadd, ħlief min ikun qed jistenna biex jivvota, ma jista’
jitnikker f’distanza ta’ ħamsin metru minn dak il-post ta’
votazzjoni; u ħadd ma jista’, f’dik id-distanza ta’ ħamsin metru,
jagħmel propaganda politika b’kull mod ikun x’ikun. Kull każin,
ħanut jew stabbiliment pubbliku ieħor tul dik id-distanza għandu
jinżamm magħluq fil-jum tal-votazzjoni.
Żamma ta’ l-ordni 
f’distanza ta’ aktar 
minn 50 metru 
minn post ta’ 
votazzjoni. 
36. Ebda persuni ma jistgħu jinġemgħu matul il-votazzjoni,
f’xi triq, pjazza jew post ieħor, li jagħtu mill-post ta’ residenza ta’
xi elettur għal post ta’ votazzjoni, f’dak in-numru jew xort’oħra
b’dak il-mod li jistgħu jintimidaw xi elettur, jew li jfixkluh milli
jersaq lejn jew jitlaq minn post ta’ votazzjoni, jew li jwasslu għall-
ksur tal-paċi pubblika.
Kaxxex tal-voti u 
dokumenti għall-
kmamar tal-
votazzjoni. 
37. Il-Kummissjoni għandha fil-ġurnata ta’ l-elezzjoni
tikkonsenja lill-assistenti kummissjonarji f’kull kamra tal-
votazzjoni kaxxa jew kaxex tal-voti, numru biżżejjed ta’ poloz tal-
votazzjoni, listi ta’ eletturi li jkollhom jedd li jivvotaw f’dik il-
kamra tal-votazzjoni u dokumenti oħra u materjal ieħor rilevanti.
Verifika ta’ kaxex 
tal-voti minn 
aġenti jew delegati 
tal-partit.
38. (1) Minnufih qabel ma tibda l-votazzjoni l-assistenti
kummissjonarji għandhom, quddiem kull kandidat, jew aġent tal-
partit jew delegat tal-partit skond il-każ, jivverifikaw li l-kaxex tal-
votazzjoni lilhom konsenjati jkunu vojta billi jiftħu l-kaxxa tal-
votazzjoni, u meta jagħmlu dan għandhom jissiġġillaw l-għatu
tagħhom bis-siġill tal-Kummissjoni u jħallu kull kandidat jew kull
aġent jew delegat tal-partit li jagħmel is-siġill tiegħu wkoll.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, meta l-assistenti
kummissjonarji jaqtgħu illi minħabba f’nuqqas ta’ spazju, ma
jkunux jistgħu jintgħamlu s-siġilli kollha b’mod konvenjenti, huma
jistgħu jagħtu direttivi li jkunu jillimitaw in-numru ta’ siġilli li
jintgħamlu b’mod li tiżgura madankollu li kull partit politiku
għandu jingħata l-opportunità  li jagħmel mill-inqas siġill wieħed
fuq kull kaxxa tal-votazzjoni.
Votazzjoni.
tal-votazzjoni speċifikata fid-dokument għall-votazzjoni li huwa
jkun irċieva u għandu jikkonsenja dak id-dokument lill-assistent
kummissjonarju f’dik il-kamra tal-votazzjoni matul il-ħinijiet
stabbiliti għall-votazzjoni.
(2) Ebda persuna ma titħalla tivvota jekk ma tipproduċix u ma
tikkonsenjax id-dokument għall-votazzjoni lill-assistenti
kummissjonarji.
  60      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
(3) Ma titħalla li ssir ebda investigazzjoni fil-waqt tal-
votazzjoni dwar il-jedd ta’ xi persuna li tivvota sakemm isem dik
il-persuna jkun jidher fil-lista msemmija fir-regolament 34(1), iżda
l-assistenti kummissjonarji jistgħu, qabel ma jagħtu l-polza tal-
votazzjoni lill-elettur, jagħmlulu dawk il-mistoqsijiet li jidhrilhom
xierqa sabiex jissodisfaw ruħhom mill-identità  ta’ dak l-elettur.
(4) L-assistenti kummissjonarji, mal-produzzjoni u l-konsenja
lilhom tad-dokument għall-votazzjoni, wara li jkunu issodisfaw
ruħhom mill-identità  ta’ l-elettur, għandhom iħassru isem l-elettur
minn fuq l-imsemmija lista u jagħtuh f’idu, wara li jimmarkawha
bit-timbri uffiċjali, polza tal-votazzjoni. Għall-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, "timbru uffiċjali" tfisser it-timbru li l-Kummissjoni
tordna lill-assistenti kummissjonarji sabiex jużaw; b’dan illi kull
partit politiku jista’ jordna lill-assistent kummissjonarju nominat
minnu sabiex juża timbru minn ta’ dak l-istess partit sabiex
jittimbra l-poloz tal-votazzjoni, sakemm stampat tat-timbru li jiġi
hekk użat ikun ġie depożitat għand il-Kummissjoni qabel ma tibda
l-votazzjoni; dak it-timbru ma jkunx meħtieġ għall-validità  tal-
polza tal-votazzjoni.
(5) L-assistenti kummissjonarji jistgħu fid-diskrezzjoni
tagħhom jagħtu l-ġurament lil kull elettur fil-formula murija fil-
Ħdax il-Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(6) Kull persuna li tirrifjuta li twieġeb għal xi mistoqsija li
ssirilha skond is-subregolament (3) jew li tieħu l-ġurament
imsemmi fis-subregolament (5) ma titħalliex tivvota.
(7) L-assistenti kummissjonarji ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu
polza tal-votazzjoni lil persuna li isimha jkun jidher fil-lista
msemmija fir-regolament 34(1) u li xort’oħra tissodisfa l-ħtiġiet ta’
dan ir-regolament ħlief jekk, fuq mistoqsijiet magħmulin taħt dan
ir-regolament, il-persuna li tkun trid tivvota tkun tidher lill-
assistenti kummissjonarji li ma tkunx il-persuna li isimha jidher fl-
imsemmija lista jew li diġà  tkun ivvotat fl-istess elezzjoni.
(8) L-assistenti kummissjonarji għandhom iżommu nota bil-
miktub ta’ kull ġurament li jiġi mogħti lil xi persuna taħt dan ir-
regolament u ta’ kull każ li fih ma jħallux persuna tivvota.
(9) Ebda elettur ma jitħalla jivvota ħlief fil-kamra tal-
votazzjoni speċifikata fid-dokument għall-votazzjoni ippreżentat
minnu sabiex jivvota.
(10) Meta min jivvota jkun bi żball ħela l-polza tiegħu, jista’
jkollu polza oħra flok l-oħra li jkun ħela u l-polza moħlija tiġi
mħassra minnufih, kemm-il darba, meta jiġi biex jagħti lura lill-
assistent kummissjonarju l-polza li jkun ħela, huwa juri lil dan l-
assistent kummissjonarju li dan l-iżball ikun ħadu bla ma ried u
b’mod li dana jista’ jemmnu.
Kif wieħed jivvota. 40. (1) Kull elettur għandu jkollu vot wieħed trasferibbli (jew
vot li jgħaddi minn kandidat għal ieħor).
(2) L-elettur meta jagħti l-vot tiegħu:
(a) għandu jikteb fuq il-polza n-numru 1, quddiem l-isem
tal-kandidat li lilu jagħti l-vot; u
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     61
(b) barra minn dan juri l-ordni ta’ l-għażla jew preferenza
tiegħu għal dawk il-kandidati l-oħra kollha li
jogħġbuh, billi jikteb quddiem l-isem ta’ kull wieħed
minnhom in-numri, 2, 3, 4, 5, 6 u hekk dejjem numru
wara l-ieħor skond l-ordni ta’ preferenza li jagħti.
(3) Il-polza ma tkunx tiswa:
(a) jekk fuqha ma jkunx hemm miktub in-numru 1, li
mqiegħed għalih waħdu, għandu juri l-ewwel
preferenza li tingħata lil wieħed mill-kandidati fuq l-
oħrajn kollha; jew
(b) jekk ikun hemm miktub quddiem l-isem ta’ iżjed minn
kandidat wieħed in-numru 1, li, imqiegħed għalih
waħdu, għandu juri l-ewwel preferenza; jew
(ċ) jekk flimkien man-numru 1, li mqiegħed għalih
għandu juri l-ewwel preferenza, jinkiteb xi numru
ieħor quddiem l-isem ta’ l-istess kandidat; jew
(d) jekk ma jkunx jista’ jingħaraf sewwa għal liema
kandidat ġiet mogħtija l-ewwel preferenza; jew
(e) jekk fil-polza jkun hemm xi kelma miktuba jew xi
sinjal ieħor, li bih tista’ tingħaraf il-persuna li tat il-
vot; jew
(f) jekk fuqha ma jintgħamilx it-timbru uffiċjali kif
imfisser fir-regolament 39(4).
(4) L-elettur jagħti l-vot tiegħu b’mod sigriet ġewwa
kompartiment fil-kamra tal-votazzjoni mgħammar għal din ir-
raġuni u magħmul b’dak il-mod li l-elettur ma jkunx jidher filwaqt
li jkun qiegħed jikteb fuq il-polza tal-votazzjoni tiegħu. Wara li
jkun temm jikteb fuq il-polza tal-votazzjoni tiegħu, l-elettur għandu
jitni l-polza tal-votazzjoni b’mod li ma jkunx jidher kif ivvota, u
għandu mbagħad jitfa’ l-polza tal-votazzjoni fil-kaxxa tal-voti
quddiem l-assistenti kummissjonarji.
Eletturi analfabeti 
jew inkapaċi.
41. (1) Kull elettur li jiddikjara quddiem l-assistenti
kummissjonarji, u juri għas-sodisfazzjon tagħhom, li hu ma jistax
minħabba li jkun għama, minħabba raġuni oħra fiżika jew li jkun
analfabeta jimmarka l-polza ta’ votazzjoni tiegħu, jista’ jitlob lill-
assistent kummissjonarju biex jimmarka l-polza tal-votazzjoni
floku, wara li jgħidlu għal liema kandidat jew kandidati huwa jrid
jivvota u l-ordni li fih irid jagħti l-vot tiegħu:
Iżda l-elettur ma jistax jitlob għal xi kummissjonarju
elettorali partikolari sabiex jimmarkalu l-polza f’ismu.
(2) L-assistenti kummissjonarji huma obbligati għas-sigriet
dwar il-votazzjoni ta’ persuna li huma jkunu għenu biex tivvota.
(3) Għandu jkun hemm preżenti mhux anqas minn żewġ
assistenti kummissjonarji meta l-vot jingħata taħt id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (1), imma fil-kamra tal-
votazzjoni ma għandu jkun hemm ebda persuna oħra.
(4) Meta assistent kummissjonarju huwa awtorizzat li jgħin
elettur sabiex iniżżel il-vot tiegħu, l-assistent kummissjonarju
  62      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
għandu jġiegħel lill-elettur iwettaq b’ġurament id-dikjarazzjoni
tiegħu, u meta jiżgura ruħu li d-dikjarazzjoni li għamillu hija vera,
huwa jikteb il-vot ta’ dak l-elettur fuq il-polza, skond ma jkun tah
indikazzjoni li jagħmel dak l-elettur u skond din il-proċedura li
ġejja:
(a) L-assistent kummissjonarju jistaqsi lill-elettur: "Liema
mill-kandidati inti tixtieq l-iktar li jiġi magħżul'" u
jikteb in-numru 1 quddiem l-isem tal-kandidat
imsemmi mill-elettur.
(b) L-assistent kummissjonarju għandu mbagħad jistaqsi
lill-elettur: "Liema mill-kandidati tixtieq li jiġi
magħżul it-tieni wieħed'" u jikteb in-numru 2 quddiem
l-isem tal-kandidat imsemmi mill-elettur.
(ċ) L-assistent kummissjonarju jkompli jagħmel il-
mistoqsijiet tiegħu għat-tielet preferenza jew
preferenzi oħra, sakemm l-elettur jiddikjaralu li ma
għandu ebda preferenza oħra xi jsemmilu.
(d) Sabiex dawk l-eletturi jkollhom kull għajnuna sabiex
jindikaw il-preferenzi tagħhom, il-kummissjonarji
elettorali għandhom iħallu fil-postijiet tal-votazzjoni l-
wiri tar-ritratti fotografiċi tal-kandidati, jekk dawn
jiġu provisti mill-kandidati nfushom jew minn partit
politiku f’isimhom. Kull ritratt fotografiku jista’ juri
wkoll fuqu, b’żieda ma’ l-isem tal-kandidat
rappreżentat, il-badge u l-isem tal-partit, jekk dak il-
kandidat ikollu partit tiegħu.
Dawk il-fotografiji għandhom ikunu ta’ dak id-
daqs u ta’ dik l-għamla li l-kummissjonarji elettorali
jistgħu jinħtiegu u għandhom jintwerew b’dak il-mod
li huma jordnaw u f’dik l-ordni li fiha jidhru ismijiet
il-kandidati fuq il-polza tal-votazzjoni.
(e) Kif jibda jagħmel dan, u mbagħad wara wkoll, l-
assistent kummissjonarju għandu, jekk ikun mitlub
mill-elettur, jaqralu wieħed wara l-ieħor, skond l-ordni
li huma miktubin fuq il-polza, l-ismijiet tal-kandidati
kollha, illi favur tagħhom l-elettur ma jkun għadu
fisser ebda preferenza.
(f) Li kellu jiġri li elettur, madankollu, jitlob lil assistent
kummissjonarju jaqralu l-ismijiet tal-kandidati ta’
partit politiku wieħed partikulari biss, l-assistent
kummissjonarju għandu jagħmel dan billi jaqra f’ordni
alfabetiku l-ismijiet tal-kandidati li jkunu indikaw is-
sħubija tagħhom f’dak il-partit politiku filwaqt li jħalli
barra l-ismijiet tal-kandidati l-oħrajn.
L-assistenti 
kummissjonarji 
m'għandhomx 
jaraw kif jingħata 
l-vot. 
42. Fil-ħin li l-elettur ikun jivvota, l-assistenti kummissjonarji
għandhom joqogħdu f’bogħod biżżejjed li ma jkunux jistgħu jaraw
kif jingħata l-vot.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     63
Il-polza tal-
votazzjoni ma 
tistax tinħareġ 
mill-post tal-
votazzjoni. 
43. L-assistenti kummissjonarji ma għandhom f’ebda każ
iħallu lil ħadd jieħu polza tal-votazzjoni barra mill-kamra jew minn
taħt għajnejhom sakemm tintefa’ fil-kaxxa tal-voti.
L-assistenti 
kummissjonarji ma 
jistgħux 
jissuġġerixxu kif 
wieħed għandu 
jivvota.
44. Ħlief fil-każ tar-regolament 41, ebda assistent
kummissjonarju jew persuna oħra ma jistgħu jivvutaw għal elettur,
jew, f’post ta’ votazzjoni, jagħmlulu ebda suġġeriment, direttament
jew indirettament, dwar il-kandidat jew kandidati li għalihom
imissu jivvota jew dwar il-għażla jew preferenza tiegħu.
Ebda persuna 
mhux awtorizzata 
ma tista’ tidħol 
f’post ta’ 
votazzjoni.
45. Ħlief fejn imsemmi mod ieħor f’dawn ir-regolamenti, l-
assistenti kummissjonarji m’għandhom iħallu ebda persuna, ħlief
uffiċjal tal-Pulizija, li jkun qiegħed servizz jew persuna legalment
inkarigat mill-esekuzzjoni ta’ servizz li għandu x’jaqsam ma’ l-
elezzjoni, jew persuna li għandha l-jedd li tivvota f’dak il-post ta’
votazzjoni, tidħol f’dak il-post ta’ votazzjoni, lanqas m’għandhom
iħallu elettur jew persuna oħra li jibqgħu fil-post tal-votazzjoni
iżjed milli jenħtieġ.
Egħluq tal-
votazzjoni.
46. (1) Wara li jgħaddi ż-żmien stabbilit għall-votazzjoni jew
fejn skond il-proviso għar-regolament 34(2) il-votazzjoni f’kamra
tal-votazzjoni jew f’lokalità  tkun spiċċat, l-assistenti
kummissjonarji għandhom jissiġillaw il-fetħa li jkun hemm fil-
kaxxa tal-votazzjoni, iqiegħdu f’pakkett kull polza tal-votazzjoni
mhux użata u mħassra u kull dokumentazzjoni stampata jew
miktuba li jkollhom, filwaqt li jwaħħlu s-siġilli tagħhom fuq dak il-
pakkett, wara li jiddikjaraw u jiffirmaw fuq l-imsemmi pakkett in-
numru ta’ dawk il-poloz, u għandhom iqiegħdu f’pakkett separat
id-dokumenti għall-votazzjoni kollha lilhom mogħtijin. It-timbri
uffiċjali li jintużaw mill-assistenti kummissjonarji nklużi dawk
użati mill-assistenti kummissjonarji nominati mill-partiti politiċi
għandhom jitqiegħdu f’pakkett separat li jkun siġillat bis-siġill tal-
Kummissjoni wara li l-assistenti kummissjonarji jkunu għamlu l-
firma tagħhom fuq dak il-pakkett.
(2) Għall-finijiet tal-paragrafu ta’ qabel ta’ dan ir-regolament l-
assistenti kummissjonarji għandhom igħoddu u jirrikonċiljaw
wieħed wieħed in-numru ta’ poloz tal-votazzjoni mhux użati u
mħassrin, in-numru ta’ persuni markati bħala li jkunu ivvutaw fuq
il-lista msemmija fir-regolament 34(1) u n-numru ta’ dokumenti
tal-votazzjoni lilhom mogħtijin.
(3) Wara l-egħluq tal-votazzjoni u qabel ma jinġarru l-kaxex
tal-votazzjoni mill-kmamar tal-votazzjoni, l-assistenti
kummissjonarji għandhom iwaħħlu avviż mal-bieb ta’ kull kamra
tal-votazzjoni u li jkun iffirmat mill-assistenti kummissjonarji
kollha li jkun jiddikjara n-numru ta’ eletturi li kellhom il-jedd
jivvotaw f’dik il-kamra tal-votazzjoni, in-numru ta’ poloz tal-
votazzjoni li jkunu rċevew mingħand il-Kummissjoni, in-numru ta’
dokumenti għall-votazzjoni lilhom mogħtijin filwaqt li
jiddistingwu jekk dawn humiex ordinarji jew speċjali, in-numru ta’
poloz tal-votazzjoni mħassrin u n-numru ta’ poloz tal-votazzjoni
mhux użati li huma jkunu qegħdin jagħtu lura lill-Kummissjoni u n-
numru ta’ persuni li jkunu vvutaw f’dik il-kamra tal-votazzjoni.
Dak l-avviż għandu hawn iżjed ’il quddiem f’dan ir-regolament
jissejjaħ "ir-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni".
  64      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Kopja tar-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni għandha
titqassam mill-assistenti kummissjonarji lil kull partit politiku billi
tingħata lil kandidat, jew lid-delegat jew aġent tal-partit li
jirrappreżentaw dak il-partit u li jistgħu jkunu hemm, u dik il-kopja
għandha wkoll tingħata lill-Kummissjoni fil-post imsemmi fir-
regolament 16(ċ) u l-Kummissjoni għandha minnufih li jsir dan
tagħti kopja lid-delegati tal-partit.
(4) Mat-temm tad-dmirijiet kollha msemmija fis-
subregolament  ta’ qabel, l-assistenti kummissjonarji għandhom
iġorru il-kaxxa jew kaxex tal-votazzjoni u d-dokumenti u pakketti
kollha fdati lilhom għal għand il-Kummissjoni fil-post imsemmi
fir-regolament 16(ċ).
(5) Delegati tal-partit, kandidati, u aġenti tal-partit għandhom
il-jedd jattendu filwaqt li tkun qed issir ir-rikonċiljazzjoni, u l-
issiġillar tal-poloz u l-issiġillar tal-kaxex tal-votazzjoni, kif
imsemmi fis-subregolamenti ta’ qabel, u li jagħmlu s-siġill
tagħhom personali fuq il-pakketti tal-poloz u fuq il-kaxex tal-
votazzjoni, u għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subregolament li ġejjin, jingħataw faċilitajiet sabiex jissorveljaw u
jakkumpanjaw il-ġarr tal-kaxex tal-votazzjoni mill-post tal-
votazzjoni sal-konsenja tagħhom lill-Kummissjoni.
(6) (a) Mhux iktar minn aġent tal-partit wieħed minn kull
partit politiku jista’ jkun preżenti f’kull kamra tal-
votazzjoni fl-istess waqt meta tkun qiegħda ssir il-
proċedura għall-issiġillar tal-kaxex tal-votazzjoni;
(b) L-assistenti kummissjonarji għandhom jieħdu ħsieb li
l-kandidati, aġenti tal-partit jew delegati tal-partit li
jistgħu jinsabu fil-post għandhom jissejħu fil-kamra
qabel ma huma jibdew il-proċeduri msemmija fil-
paragrafi ta’ qabel ta’ dan ir-regolament dwar l-
issiġillar ta’ kaxex tal-votazzjoni u ta’ pakketti u dwar
ir-rikonċiljazzjoni;
(ċ) Il-kandidati, aġenti tal-partit u delegati tal-partit li
jistgħu jkunu jinsabu fil-post għandhom jingħataw kull
faċilità  raġonevoli sabiex jissorveljaw, jiddokumentaw
u jinħtieġu kull għadd mill-ġdid ta’ dak kollu li
jagħmlu l-assistenti kummissjonarji skond il-paragrafu
ta’ qabel ta’ dan ir-regolament, u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel -
(i) sabiex jirrikonċiljaw l-għadd ta’ persuni li jkunu
vvotaw kif dikjarat fir-rendikont ta’ poloz tal-
votazzjoni ma’ l-għadd ta’ persuni li l-assistenti
kummissjonarji jkunu qatgħu minn fuq il-lista
msemmija fir-regolament 34 u l-għadd ta’
dokumenti għall-votazzjoni riċevuti mill-
assistenti kummis-sjonarji;
(ii) sabiex jirrikonċiljaw l-ismijiet ta’ l-eletturi li l-
assistenti kummissjonarji jkunu qatgħu minn fuq
il-lista msemmija fir-regolament 34 ma’ l-
ismijiet jew mad-dokumenti għall-votazzjoni
riċevuti minnhom;
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     65
(iii) sabiex jirreġistraw l-ismijiet tal-persuni li ma
jkunux ivvotaw;
(d) Jekk tkun ser tintuża vettura għall-ġarr tal-kaxxa tal-
votazzjoni u wara li jkunu ntemmu l-proċeduri kollha
msemmija fil-paragrafu ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu,
l-assistenti kummissjonarji għandhom iżommu l-kaxxa
tal-votazzjoni u d-dokumenti u l-pakketti kollha fil-
kamra tal-votazzjoni sa dak il-ħin meta l-vettura
mibgħuta mill-Kummissjoni għat-trasferiment tal-
kaxex tal-votazzjoni tasal fil-post tal-votazzjoni. Kull
kandidat, jew aġent tal-partit jew delegat tal-partit li
jistgħu jkunu jinsabu fil-kamra jkollhom il-jedd ukoll
li jibqgħu f’dik il-kamra ta’ votazzjoni;
(e) Waqt il-ġarr mill-post tal-votazzjoni sal-post stabbilit
mill-Kummissjoni għall-konsenja tal-kaxex tal-
votazzjoni skond ir-regolament 16(3) mhux iktar minn
rappreżentant wieħed minn kull partit politiku ma
jista’ jirkeb il-vettura mibgħuta mill-Kummissjoni
għall-ġarr relattiv;
(f) Ir-rappreżentanti msemmija fil-paragrafu ta’ qabel ta’
dan il-paragrafu għandhom jintgħażlu mill-partiti
politiċi fi żmien sebat ijiem minn meta jiġu avżati
mill-Kummissjoni bin-numru ta’ persuni li għandhom
jinħatru, u għandhom ikunu debitament awtorizzati
mill-Kummissjoni u għandu jkollhom dokument ta’
identifikazzjoni bħal dawk meħtieġa bir-regolament
32(1) u għandu jkollhom isimhom pubblikat skond ma
hemm provdut fir-regolament 32(2);
(g) Jekk l-ebda vettura ma tintuża għall-ġarr tal-kaxxa tal-
voti, l-assistenti kummissjonarji flimkien ma’ kull
kandidat, delegat tal-partit jew aġent tal-partit li
jitsgħu jkunu jinsabu fil-post tal-votazzjoni, għandhom
wara li jkunu ntemmu l-proċeduri kollha indikati fil-
paragrafi ta’ qabel ta’ dan ir-regolament, iġorru il-
kaxxa tal-voti u jikkunsenjawha lill-Kummissjoni fil-
post indikat fir-regolament 16(ċ);
(h) Ir-rifjut ta’ assistent kummissjonarju li jiffirma xi
dikjarazzjoni jew xi dokument ma għandux, fih
innifsu, jinvalida l-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni
jew dokument.
L-assistenti 
kummissjonarji 
għandhom iżommu 
l-bon-ordni.
47. L-assistenti kummissjonarji għandhom iżommu l-bon-
ordni fil-post tal-votazzjoni li tiegħu jkollhom l-inkarigu u huma
responsabbli għal kull irregolarità  f’dak il-post sa fejn dik l-
irregolarità  setgħat tiġi evitata minnhom.
TAQSIMA VII 
Votazzjoni fi Djar ta’ l-Anzjani
Dar ta’ l-Anzjani.
dak il-post jew dawk il-postijiet prinċipalment użati għall-kura ta’
  66      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
persuni anzjani li fihom ikunu, mill-inqas, joqogħdu ħamsin elettur
u r-residenti ta’ dak il-post jew postijiet huma eletturi reġistrati
f’dik il-lokalità :
Iżda d-disposizzjonijiet tar-regolament 49(3)(a), tar-
regolament 50(1)(b) u tar-regolament 51 ma għandhomx japplikaw
għal djar ta’ l-anzjani li ma jkunux immexxijin jew amministrati
mill-Gvern.
Sotto-Kumitat għal 
Djar ta’ l-Anzjani.
49. (1) Fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-pubblikazzjoni
ta’ l-Avviż għall-elezzjoni ta’ kunsilliera, il-Kummissjoni għandha
twaqqaf sotto-kumitat li jkun magħmul minn kummissjonarju, li
jagħmilha ta’ chairperson, u minn rappreżentant ta’ kull wieħed
mill-partiti politiċi u l-Kummissjoni Elettorali għandha tiddelega
lis-sotto-kumitat it-tmexxija ta’ l-elezzjoni fid-djar ta’ l-anzjani
kollha.
(2) Is-sotto-kumitat ikollu d-dmir li jieħu ħsieb li ma ssir ebda
pressjoni fuq eletturi fi djar ta’ l-anzjani, li jingħataw faċilitajiet
xierqa u adegwati lill-partiti politiċi kollha għall-canvassing ta’
dawk l-eletturi, li jsiru arranġamenti adegwati għall-votazzjoni
meta wieħed jikkunsidra l-bżonnijiet speċjali ta’ dawk l-eletturi u li
ebda partit politiku ma jiġi li jkollu xi vantaġġ inġust.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
ta’ qabel, is-sotto-kumitat għandu jiżgura illi:
(a) jittieħdu passi immedjati sabiex għal xi żmien
jitneħħew u jiġu sostitwiti membri tal-personnel li
dwarhom ikun hemm suspett gravi ta’ tentattiv li
jinfluwenzaw lill-eletturi;
(b) isiru arranġamenti sabiex jiddaħħal u jitqassam sew
materjal ta’ propaganda u sabiex isir canvassing waqt
il-ħinijiet ta’ attendenza mill-barranin, minn kandidati
u minn partiti politiċi li jkunu qegħdin jikkontestaw
dik il-lokalità ;
(ċ) l-ilmenti li jsiru mill-partiti politiċi u, jew mill-
kandidati jiġu nvestigati u, meta jkunu ġustifikati,
rimedjati bil-għaġġla.
Dmirijiet ta’ 
persuni 
responsabbli għat-
tmexxija ta’ djar 
ta’ l-anzjani.
50. (1) Fi żmien tlitt ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ l-Avviż il-
persuna responsabbli mit-tmexxija ta’ dar ta’ l-anzjani għandha
tibgħat lis-sotto-kumitat:
(a) lista tal-persuni kollha residenti f’dik id-dar ta’ l-
anzjani, li fiha juru l-isem, in-numru tal-karta ta’ l-
identità , l-aħħar indirizz magħruf, l-età , in-numru tal-
ward jew tal-kamra, l-isem u  l-indirizz ta’ l-eqreb
qarib u jekk dik il-persuna tkunx reġistrata bħala
elettur fl-indirizz ta’ dik id-dar ta’ l-anzjani jew ta’
x’imkien ieħor;
(b) lista tal-personnel kollu fid-dar ta’ l-anzjani li turi l-
isem, in-numru tal-karta ta’ l-identità , l-indirizz, il-
kariga u l-ħinijiet tax-xogħol sal-għada tal-jum
stabbilit għall-votazzjoni.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     67
(2) Meta s-sotto-kumitat jirċievi l-listi msemmija, dan għandu
minnufih jagħti kopji ta’ dawk il-listi lill-partiti politiċi.
(3) L-amministratur ta’ kull dar ta’ l-anzjani għandu jżomm
dawk il-listi aġġornati u għandu minnufih jibgħat lis-sotto-kumitat
kull emenda li ssir fihom. Is-sotto-kumitat għandu minnufih
igħarraf lill-partiti politiċi b’dawk l-emendi.
Kap. 446.
Kap. 9.
(4) Kull membru tal-personnel fi djar ta’ l-anzjani hu
espressament projbit milli jieħu sehem u jagħmel propaganda għal
xi partit jew kandidat politiku u jekk xi impjegat jikser id-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament huwa jkun ħati ta’ reat u
jeħel meta jinsab ħati l-piena ta’ interdizzjoni ġenerali għal
perijodu ta’ għaxar snin u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Probation u ta’ l-artikolu 22 tal-Kodiċi Kriminali ma għandhomx
japplikaw. 
Votazzjoni fid-djar 
ta’ l-anzjani.
51. (1) Id-dokumenti għall-votazzjoni li jkunu reġistrati fi
djar ta’ l-anzjani għandhom jitqassmu lill-eletturi personalment. L-
elettur jista’ jagħżel li jikkonsenja d-dokument għall-votazzjoni
lill-amministratur tad-dar sabiex jieħu ħsiebu fiż-żgur, u dak l-
amministratur għandu jikkonsenja lura d-dokument lill-elettur fil-
jum stabbilit għall-votazzjoni jew f’dak il-jum li jiġi aktar qabel
hekk kif l-elettur jista’ jitlob li jsir.
(2) L-eletturi fi djar ta’ l-anzjani għandu jkollhom l-għażla li
jmorru fil-post tal-votazzjoni:
(a) mingħajr ma jkollhom l-assistenza ta’ ebda persuna; 
(b) bl-assistenza ta’ membri tal-personnel;
(ċ) bl-assistenza ta’ membri tal-familja tagħhom,
u s-sotto-kumitat ikun responsabbli li jara li titwettaq l-għażla
partikulari ta’ kull elettur.
(3) L-eletturi li jagħżlu li jkollhom l-assistenza tal-membri tal-
personnel għandhom ikunu akkumpanjati minn membri tal-
personnel magħżulin minn fost ġemgħa minnhom nominati f’numri
indaqs mill-partiti politiċi kollha, b’dan li dawk in-
nominazzjonijiet isiru mill-anqas għaxart ijiem qabel ma tibda l-
votazzjoni. Il-partiti politiċi jkollhom id-dmir li jitolbu, u l-
Kummissjoni jkollha d-dmir li tiżgura, illi jekk il-personnel
ordinarju f’dawk id-djar ma jkunux biżżejjed għall-finijiet ta’ dan
ir-regolament, għandhom jintbagħtu persuni oħra f’dawk id-djar
għal dawk il-finijiet.
(4) Dawk l-eletturi li jagħżlu li jkunu akkumpanjati minn
membri tal-personnel jew minn membri tal-familji tagħhom,
minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-regolamenti, jiġu hekk
akkumpanjati sal-bieb tal-kamra tal-votazzjoni relattiva.
(5) Matul il-jum stabbilit għall-votazzjoni ħadd ħlief membri
tas-sotto-kumitat, membri tal-personnel u qraba ta’ pazjenti li
jkunu qabel ġew awtorizzati jakkumpanjaw lill-eletturi sabiex
imorru jivvotaw, ma għandhom mingħajr l-awtorità  espressa tal-
Kummissjoni, jitħallew jidħlu fi djar ta’ l-anzjani.
(6) Ħlief bl-awtorizzazzjoni speċjali tas-sotto-kumitat, ebda
  68      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
elettur f’dar ta’ l-anzjani li jkun għażel li jivvota waħdu jew li jkun
akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħu ma jista’ jittieħed
sabiex jivvota minn membri tal-personnel.
Il-Kummissjoni 
Elettorali tgħid 
x’għandu jsir.
52. Is-sotto-kumitat maħtur skond ir-regolament 49 għandu
jiffunzjona taħt id-direzzjoni ġenerali tal-Kummissjoni u jkun
marbut li jwettaq id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.
TAQSIMA VIII 
Għadd tal-Voti
Bidu ta’ l-għadd 
tal-voti.
53. L-għadd tal-voti għal kull lokalità  għandu jinżamm fl-
imkien u fil-ħin stabbiliti fl-avviżi imsemmija fir-regolament 16(ċ)
u (d) u għandu jitmexxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti. L-għadd għandu jinbeda meta l-kaxex tal-votazzjoni
ta’ dik il-lokalità  jkunu tqegħdu fil-kamra maħsuba għal dak il-
għan mill-Kummissjoni, il-pakketti li jkun fihom il-karti u l-
materjal ieħor użat mill-assistenti kummissjonarji jkunu ġew
konsenjati lill-Kummissjoni u la l-kaxex tal-votazzjoni u anqas il-
pakketti ma jkunu ġew dikjarati li huma fi stat li jagħti lok għal
suspett li jkunu tbagħbsu.
Tbagħbis mal-
kaxex tal-
votazzjoni.
54. (1) Il-partiti politiċi li jikkontestaw l-elezzjonijiet għandu
jkollhom il-jedd li jinnominaw għadd suffiċjenti ta’ aġenti, li jiġi
stabbilit mill-Kummissjoni, sabiex jissorveljaw f’kull żmien id-
dħul tal-kaxex tal-votazzjoni, dokumenti u pakketti li jsiru għand
il-Kummissjoni mingħand l-assistenti kummissjonarji u l-ħażna tal-
kaxex tal-votazzjoni msemmija, dokumenti u pakketti wara d-dħul
tagħhom. Dawk l-aġenti għandhom minn hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dawn ir-regolamenti jissejħu "aġenti konsenjatarji".
(2) Id-delegati tal-partit, kandidati u aġenti konsenjatarji
jkollhom il-jedd jissorveljaw id-dħul ta’ kaxex tal-votazzjoni għand
il-Kummissjoni Elettorali mingħand l-assistenti kummissjonarji u
sabiex jagħmlu l-ilmenti tagħhom dwar dan.
(3) Jekk xi kummissjonarju jew xi delegat ta’ partit, kandidat
jew aġent konsenjatarju jivvanta li xi kaxxa tal-votazzjoni jew
pakkett ikunu daħlu f’sura li tagħti lok għal suspett li setgħu
tbagħbsu, il-Kummissjoni tordna li dik il-kaxxa jew dak il-pakkett
għandhom jiġu trattati separatament mill-kaxex jew pakketti l-
oħrajn, u ssejjaħ laqgħa ta’ l-istess Kummissjoni minnufih; f’dik il-
laqgħa l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tisma’ dik ix-xiehda li
tingħata bil-ġurament li tista’ tqis meħtieġa.
(4) Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma hemmx prova li
tiġġustifika s-suspett li l-kaxxa jew il-pakkett ikunu tbagħbsu, id-
deċizjoni tagħha tkun waħda finali u ma jista’ isir ebda appell
minnha.
(5) Kull ilment bħal dawk imsemmija fil-paragrafi ta’ qabel ta’
dan ir-regolament għandu jsir hekk kif il-kaxxa tal-votazzjoni jew
il-pakkett jiġu konsenjati mill-assistenti kummissjonarji lill-
Kummissjoni u għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tiżgura li
d-delegati ta’ partit, kandidati jew aġenti konsenjatarji jingħataw
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     69
faċilitajiet xierqa sabiex jiflu b’attenzjoni l-kaxex tal-votazzjoni,
id-dokumenti jew pakketti.
(6) Ikun id-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura il-preċiżjoni
matematika tal-konteġġ tal-poloz tal-votazzjoni u li dan jaqbel ma’
l-għadd dikjarat tad-dokumenti għall-votazzjoni li jitreġġgħu lura
mill-assistenti kummissjonarji. Partiti politiċi jkollhom il-jedd li
jitolbu li l-Kummissjoni għandha għal dak il-għan tiftaħ xi pakketti
li jkun fihom id-dokumenti għall-votazzjoni relattivi għal mhux
iktar minn għaxra fil-mija tal-kaxex tal-votazzjoni kollha sabiex
issir verifika materjali tal-preċiżazzjoni ta’ dak id-dħul lura li jkun
sar.
(7) Il-partiti politiċi għandhom jagħżlu l-kaxex tal-votazzjoni li
dwarhom il-pakketti li jkun fihom id-dokumenti għall-votazzjoni
għandhom jinfetħu filwaqt li ssir il-konsenja tal-kaxex tal-
votazzjoni għand il-Kummissjoni u qabel il-ħażna tal-kaxex tal-
votazzjoni.
(8) Hekk kif kull kaxxa tal-votazzjoni tiddaħħal u tintlaqa’
mill-Kummissjoni skond dan ir-regolament, din għandha tittieħed
ġewwa l-kamra maħsuba mill-kummissjonarji għall-ħażna tal-
kaxex tal-votazzjoni kollha skond ir-regolament 16 ta’ dawn ir-
regolamenti.
(9) Hekk kif ikun prattiku wara li l-kaxex tal-votazzjoni kollha
jkunu ddaħħlu u ntlaqgħu skond dan ir-regolament u qabel ma jibda
l-proċess ta’ l-għadd, il-Kummissjoni Elettorali għandha tistqarr
pubblikament x’kien l-għadd totali ta’ voti li jkunu ġew dikjarati
mitfugħin skond il-konteġġi tal-poloz tal-votazzjoni konsenjati
mill-assistenti kummissjonarji kif ukoll l-għadd ta’ voti f’kull
kaxxa tal-votazzjoni kif joħrog mill-istess konteġġ.
(10) Il-Kummissjoni għandha żżomm sal-pubblikazzjoni tar-
riżultat uffiċjali ta’ l-ewwel elezzjoni li jkun imiss il-karti kollha li
jingħatawlhom mill-assistenti kummissjonarji, kif ukoll il-poloz ta’
votazzjoni mhux użati u d-dokumenti għall-votazzjoni, f’pakketti
separati u siġillati li jkunu juru fuq kull pakkett minnhom ix-xorta
tad-dokumenti ta’ ġewwa l-pakkett, u l-lokalità  li jkollhom
x’jaqsmu miegħu.
(11) Fuq kull pakkett bħal dak imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel,
għandu jintgħamel is-siġill tal-Kummissjoni Elettorali u l-firma ta’
mill-inqas żewġ kummissjonarji, u ta’ xi delegat ta’ partit, kandidat
jew aġent konsenjatarju li jistgħu jagħżlu li jiffirmaw.
Persuni li jgħoddu, 
li jissorveljaw u li 
jikkalkolaw.
55. (1) Il-Kummissjoni għandha taħtar għadd ta’ persuni li
jissorveljaw u li jagħmluha ta’ persuni li jgħoddu, li jikkalkolaw
sabiex igħinu lill-Kummissjoni fl-għadd u fit-trasferiment tal-voti
f’kull lokalità  li għandu jitwettaq taħt is-superviżjoni diretta tal-
Kummissjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 28(1) għandhom ikunu
japplikaw mutatis mutandis għall-kariga ta’ persuna li tgħodd,
tissorvelja jew tikkalkola l-istess kif japplikaw għall-kariga ta’
assistent kummissjonarju.
(3) Lista ta’ dawk il-persuni maħturin li jgħoddu, li
  70      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
jissorveljaw u li jikkalkolaw għandha tiġi pubblikata mill-
Kummissjoni fil-Gazzetta, flimkien mal-lista ta’ persuni maħturin
bħala assistenti kummissjonarji u l-proċedura stabbilita għan-
nomina minn partiti politiċi, u għall-oġġezzjonijiet dwar l-
assistenti kummissjonarji għandha tapplika wkoll mutatis mutandis
għal persuni li jissorveljaw u li jgħoddu.
(4) Għandhom jinħargu lil dawk il-persuni kollha li jgħoddu, li
jissorveljaw u li jikkalkolaw, dokumenti ta’ l-identità  li jkunu juru
d-dettalji bħal ma jintwerew fil-każ ta’ aġenti ta’ partit. Id-
dokumenti ta’ l-identità  għandhom jintlibsu f’kull waqt mill-
persuni li jgħoddu, jissorveljaw u jikkalkolaw filwaqt li jkunu fiż-
żona ta’ l-imkien fejn ikun qiegħed isir l-għadd tal-voti.
(5) Il-persuni li jikkalkolaw għandhom jagħmlu dawk il-kalkoli
matematiċi kollha li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-għadd tal-voti u l-
Kummissjoni għandha tiżgura li l-persuni hekk magħżulin ikunu
jafu jagħmlu kalkoli matematiċi sew.
(6) Il-persuni li jissorveljaw għandhom ikunu responsabbli
għal għadd ta’ persuni li jgħoddu u għandhom jissorveljaw il-ftuħ
tal-kaxex tal-votazzjoni, il-klassifika u l-għadd ta’ poloz tal-
votazzjoni għal kull mejda ta’ l-għadd tal-voti. Il-Kummissjoni
Elettorali għandha tiżgura li f’kull waqt matul l-għadd tal-voti ma
jkunx hemm inqas minn żewg persuni li jissorveljaw għal kull
mejda ta’ l-għadd tal-voti u li l-partiti politiċi jkunu rappreżentati
b’mod xieraq fl-għażla ta’ persuni li jagħmluha ta’ persuni li
jissorveljaw għal kull mejda ta’ l-għadd tal-voti.
(7) Il-persuni li jgħoddu għandhom jaħdmu taħt id-direzzjoni
ta’ persuni li jissorveljaw; huma għandhom materjalment
jikklassifikaw u jgħoddu l-poloz tal-votazzjoni. Il-Kummissjoni
Elettorali għandha tiżgura li jkun hemm għadd biżżejjed ta’ persuni
li jgħoddu f’kull mejda ta’ l-għadd tal-voti sabiex jiżguraw li jkun
hemm proċess ta’ għadd mgħaġġel u effiċjenti u li l-partiti politiċi
jkunu rappreżentati b’mod xieraq f’kull waqt matul l-għadd tal-voti
fl-għażla ta’ persuni li jagħmluha ta’ persuni li jgħoddu f’kull
mejda ta’ l-għadd tal-voti.
Il-kummissjonarji 
jistgħu jaħtru 
persuni biex 
igħinuhom fil-
għadd tal-voti. 
56. (1) Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza wieħed jew iżjed
mill-membri tagħha jew persuna jew persuni oħra maħturin
minnha, biex jagħmlu minflokha kull ħaġa li għandha x’taqsam
mad-dħul u l-ħażna tal-kaxex tal-votazzjoni u ma’ l-għadd u t-
trasferiment tal-voti, u kull ħaġa magħmula bis-saħħa ta’ dik l-
awtorizzazzjoni titqies bħallikieku tkun saret mill-Kummissjoni.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet kontenuti f’xi taqsima oħra ta’
dawn ir-regolamenti, il-Kummissjoni Elettorali tista’ għall-fini ta’
l-għadd tal-voti taħtar kull numru li jidhrilha xieraq ta’ assistenti
kummissjonarji elettorali prinċipali li jagħmlu minflokha kull ħaġa
li l-Kummissjoni jidhrilha xieraq biex jissorveljaw l-għadd tal-voti
f’kull lokalità  u kull ħaġa magħmula mill-assistenti kummissjonarji
elettorali prinċipali tiġi meqjusa bħallikieku magħmula mill-
Kummissjoni Elettorali.
(3) Il-kummissjonarji jew wieħed jew iżjed minnhom
għandhom jagħtu, lil kull persuna awtorizzata biex taġixxi minflok
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     71
il-Kummissjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament,
ġurament li taqdi bil-fedeltà  d-dmirijiet li l-kummissjonarji jkunu
tawha.
Kandidati u aġenti 
għall-għadd.
57. (1) Sakemm dawn ir-regolamenti ma jipprovdux
xort’oħra, kandidati u delegati tal-partit għandu jkollhom dħul
ħieles fl-imkien fejn ikun qed isir l-għadd tal-voti, u fis-sala ta’ l-
għadd tal-voti, f’kull waqt.
(2) Kull partit politiku għandu barra minn hekk ikollu jedd
jinnomina għadd ta’ aġenti li jkun daqs l-għadd ta’ kandidati
preżentati minnu sabiex jikkontestaw l-elezzjoni u dawk l-aġenti
għandhom f’kull waqt ikunu jistgħu jidħlu f’dak l-imkien u fis-sala
ta’ l-għadd tal-voti f’kull waqt. Dawk l-aġenti għandhom minn
hawnhekk ’il quddiem f’dawn ir-regolamenti jissejħu "aġenti għall-
għadd".
Il-lista ta’ dawk l-aġenti għandha tingħata lill-Kummissjoni
mill-inqas wieħed u għoxrin jum qabel ma tibda l-votazzjoni; il-
Kummissjoni għandha tinforma lill-partiti politiċi bl-aġenti kollha
hekk nominati sabiex il-partiti politiċi msemmija jista’ jkollhom
opportunità  li jressqu ilmenti quddiem il-Kummissjoni qabel ma
din taċċettahom jew tiċħadhom; l-aġenti li jiġu hekk nominati
għandhom ikunu ta’ karattru tajjeb u li jiġu aċċettati mill-
Kummissjoni u ġaladarba nominati u aċċettati mill-Kummissjoni,
dawk l-aġenti ma jistgħux, għal ebda raġuni, jinbidlu mill-partit
politiku li jkun għamel in-nomina tagħhom.
Il-lista ta’ dawk l-aġenti għandha, mill-inqas sebat ijiem
qabel il-bidu tal-votazzjoni, tintbagħat lill-partiti politiċi u
titwaħħal fl-entrata ta’ l-Uffiċċju Elettorali b’dan li turi l-isem, l-
indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-identità  ta’ kull aġent u tal-partit
li jkun qiegħed jagħmel in-nomina tiegħu.
(3) Id-delegati ta’ partit, kandidati, u aġenti għall-għadd
għandu jinħarġilhom dokument ta’ l-identità  u dak id-dokument ta’
l-identità  għandu jintlibes f’kull waqt meta dawn il-persuni jidħlu u
jkunu ġewwa l-imkien jew bini fejn ikunu qegħdin jingħaddu l-
voti.
L-imkien fejn isir 
l-għadd tal-voti.
58. Dwar l-imkien maħsub mill-Kummissjoni għall-għadd tal-
voti l-Kummissjoni għandha tiżgura illi:
(a) faċilitajiet adegwati jkunu provduti għall-mezzi kollha
tax-xandir kif ukoll għall-partiti politiċi;
(b) żona biswit is-sala ta’ l-għadd tal-voti u li tkun
imniffda magħha għandha tkun provduta għall-ħażna
tal-kaxex tal-votazzjoni u li fil-waqt li l-kaxex ikunu
maħżuna f’dik iż-żona dawn għandhom f’kull waqt
ikunu jidhru mill-bnadi kollha tas-sala ta’ l-għadd tal-
voti;
(ċ) fis-sala ta’ l-għadd tal-voti nnifisha l-persuni li
jgħoddu għandhom ikunu mifrudin mill-kandidati u
mill-aġenti u li ħlief fil-każi espressament stabbiliti
f’dawn ir-regolamenti, id-dħul fiż-żona maħsuba mill-
Kummissjoni għall-għadd tal-voti għandu jkun biss
  72      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
permess għal dawk il-kandidati u aġenti li jkollhom il-
kunsens espress tal-Kummissjoni; b’dan illi d-delegati
tal-partit u żewġ sostituti tagħhom f’kull lokalità  fejn
tkun qed issir elezzjoni u li jkunu ġew nominati minn
dawk id-delegati, għandu jkollhom dħul ħieles fiż-
żona ta’ l-għadd tal-voti f’kull waqt;
(d) l-għamla taż-żona ta’ l-għadd tal-voti għandha tkun ta’
dik is-sura li kemm jista’ jkun il-proċess kollu ta’ l-
għadd tal-voti jkun jidher sew minn fejn jinstabu l-
kandidati, aġenti u delegati tal-partiti;
(e) jiġu provduti biżżejjed faċilitajiet sussidjarji għal kull
qtugħ ta’ servizzi mogħtija, b’mod speċjali dak tad-
dawl u elettriku;
(f) jittieħdu miżuri ta’ sigurtà  raġonevoli f’kull waqt fl-
imkien innifsu u madwaru, li d-dħul fih ikun ristrett
biss għal persuni awtorizzati u li ebda strument li
jweġġa’ jew joqtol, jew strumenti li jistgħu jintużaw
biex iweġġgħu jew joqtlu, ma jiddaħħlu fil-bini;
(g) mill-inqas ħmistax-il jum qabel ma tibda l-votazzjoni
l-kummissjonarji għandhom juru lid-delegati ta’ partit
kif ikunu bi ħsiebhom jallokaw u jifirdu ż-żoni
differenti ta’ l-imkien imsemmi u għandhom iqisu
suġġerimenti li jsirulhom mid-delegati msemmija
f’dan ir-rigward;
(h) minkejja kull ħaġa oħra li tinsab f’dawn ir-
regolamenti, id-delegati ta’ partit u s-sostituti
tagħhom, għandhom f’kull waqt ikollhom kull dħul
f’kull żona ta’ l-imkien bil-għan li jiżguraw li d-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ikunu
qegħdin jitwettqu.
Rappurtaġġ tal-
mezzi kollha tax-
xandir. 
59. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li sakemm ikun
prattikabbli għandu jitħalla rappurtaġġ tal-gazzetti u tax-xandir
sħiħ u kostanti ta’ l-għadd u trasferiment tal-voti u għal dan il-għan
għandha tippermetti lil personnel tax-xandir bona fide li jidħol
f’dak l-imkien bl-apparat meħtieġ tagħhom.
Ċirkostanzi 
staordinarji.
60. F’ċirkostanzi straordinarji l-Kummissjoni tista’ tħalli
jidħlu f’dak l-imkien u fis-sala ta’ l-għadd tal-voti kull persuna
oħra li jqisu xierqa iżda f’ebda każ ma għandu jitħalla jidħol il-
pubbliku in ġenerali.
Ilmenti lill-
kummissjonarji.
61. Minkejja kull ħaġa oħra li tinsab f’dawn ir-regolamenti, il-
kandidati u l-aġenti għall-għadd għandhom f’kull waqt jedd li
jkellmu lill-kummissjonarji bil-għan li jressqu l-ilmenti tagħhom
f’isimhom proprju jew f’isem il-kandidat jew il-partit minnhom
rappreżentat.
Tmexxija ta’ l-
imkien fejn isir 1-
għadd tal-voti.
62. Il-Kummissjoni għandha tkun l-uniku korp li jkun
responsabbli għat-tmexxija ta’ l-imkien fejn ikollu jsir l-għadd u t-
trasferiment tal-voti u jkollha l-jedd li tagħti dawk l-ordnijiet li
jkunu meħtieġa għaż-żamma ta’ l-ordni u s-sigurtà  f’dak l-imkien.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     73
TAQSIMA IX
Rikonċiljazzjoni tar-Rendikont ta’ Poloz tal-Votazzjoni
Għadd tal-voti 
f’lokalità .
63. Il-Kummissjoni għandha tara li jingħaddu l-voti kollha
mitfugħa f’lokalità  sabiex jiġi stabbilit x’inhu l-għadd ta’ voti
mitfugħin f’dik il-lokalità .
Ġarr tal-kaxex tal-
votazzjoni minn 
strong room.
64. (1) Qabel ma jsir il-ġarr ta’ kull kaxxa tal-votazzjoni mill-
kamra stabbilita mill-Kummissjoni sabiex fiha jitqiegħdu l-kaxex
tal-votazzjoni kollha skond ir-regolament 16, id-delegati ta’ partit
jew is-sostituti tagħhom għandu jkollhom il-jedd li jeżaminaw is-
siġilli magħmulin fuq kull kaxxa tal-votazzjoni.
(2) Kull ilment li jsir mid-delegati ta’ partit jew mis-sostituti
tagħhom dwar l-integrità  ta’ dawk is-siġilli għandu jiġi eżaminat
mill-Kummissjoni li d-deċiżjoni tagħha fuq din il-ħaġa tkun waħda
konklussiva u mhux suġġetta għal ebda appell.
Ftuħ ta’ kull kaxxa 
tal-votazzjoni.
65. Il-kaxex tal-votazzjoni għandhom jinfetħu waħda waħda u
qabel il-ftuħ ta’ kull kaxxa tal-votazzjoni l-Kummissjoni għandha
tieħu ħsieb li r-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni għal dik il-kaxxa
tal-votazzjoni jkun twaħħal b’dak il-mod li kemm il-kandidati u l-
aġenti jkunu jistgħu jarawh sew u l-Kummissjoni għandha turi lill-
kandidati u lill-aġenti s-siġilli fuq il-kaxxa tal-votazzjoni sabiex
huma jkunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li dawk is-siġilli jkunu sħaħ
u mhux mimsusin.
Oġġezzjonijiet 
dwar il-ftuħ ta’ 
kaxxa tal-
votazzjoni.
66. Kull delegat ta’ partit, kandidat jew aġent jista’, qabel ma
tinfetaħ il-kaxxa tal-votazzjoni, jagħmel ilment fejn jallega li s-
siġilli tal-kaxxa jkunu tbagħbsu. Meta ssir oġġezzjoni bħal dik, il-
kaxxa ma għandhiex tinfetaħ sakemm il-Kummissjoni Elettorali,
wara li tikkonsulta d-delegati ta’ partit jew is-sostituti tagħhom,
tkun tat dawk id-direttivi u adottat dawk il-miżuri li tista’ tqis li
jkunu meħtieġa.
Verifika tar-
rendikont ta’ poloz 
tal-votazzjoni.
67. Meta ma jsirux oġġezzjonijiet u meta l-Kummissjoni tagħti
direttiva bis-saħħa tar-regolament ta’ qabel dan ta’ dawn ir-
regolamenti, il-kaxxa tal-votazzjoni għandha tinfetaħ u l-għadd ta’
poloz tal-votazzjoni misjubin fiha għandhom jingħaddu, wiċċhom
l-isfel, sabiex jiġi aċċertat li n-numru ta’ voti f’dik il-kaxxa tal-
votazzjoni jkun jikkorrispondi mar- rendikont ta’ poloz tal-
votazzjoni.
Għadd ta’ poloz 
tal-votazzjoni li ma 
jaqbilx mar-
rendikont.
68. Il-Kummissjoni għandha titgħarraf meta l-poloz tal-
votazzjoni fil-kaxxa tal-votazzjoni ma jkunux jaqblu mar-rendikont
ta’ poloz tal-votazzjoni, u l-Kummissjoni għandha, wara
konsultazzjoni mad-delegati ta’ partit, jew is-sostituti tagħhom,
tagħti dawk id-direttivi kif tista’ tqis xierqa u d-deċiżjoni tagħha
tkun waħda konklussiva.
Qbil fl-għadd tal-
poloz tal-
votazzjoni mar-
rendikont.
69. Meta l-poloz tal-votazzjoni fil-kaxxa tal-votazzjoni jkun
jaqbel mar-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni, il-voti għandhom
jitqiegħdu flimkien u klassifikati f’garżella li tkun turi n-numru tal-
kaxxa tal-votazzjoni. Il-garżella u l-poloz tal-votazzjoni għandhom
ikunu jidhru f’kull waqt mill-partiti, kandidati u aġenti. Il-poloz
tal-votazzjoni f’kull garżella għandhom jitqiegħdu f’pakketti ta’
ħamsin polza kull wieħed b’dan illi kull polza li tifdal titqiegħed
  74      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
fil-qiegħ tal-mazz u l-persuna li tissorvelja għandha tiżgura li kull
pakkett jingħadd sabiex tiġi verifikata l-eżattezza tiegħu minn iktar
minn persuna waħda li jgħoddu.
Għandhom jinfetħu 
l-kaxex tal-
votazzjoni kollha.
70. Il-proċess imsemmi fir-regolamenti 63 sa 69 għandu
jittenna sakemm il-kaxex tal-votazzjoni kollha jkunu nfetħu sabiex
jiġi aċċertat li l-poloz tal-votazzjoni f’kull kaxxa tal-votazzjoni
jkunu jaqblu mar-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni relattiv għal
dik il-kaxxa.
Għadd ta’ voti 
mitfugħin. 
71. Wara li l-kaxex tal-votazzjoni kollha jkunu nfetħu u ġew
rikonċiljati mar-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni relattiv, il-
Kummissjoni Elettorali għandha, qabel ma tgħaddi biex
tikklassifika l-voti, tiddikjara xi jkun l-għadd kollu ta’ voti
mitfugħin u t-tqassim tagħhom skond kull kaxxa tal-votazzjoni.
TAQSIMA X 
Għadd u Klassifika tal-Voti
Klassifika tat-
poloz tal-
votazzjoni.
72. (1) Il-poloz tal-votazzjoni għandhom jiġu klassifikati
skond din it-Taqsima ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) F’din it-Taqsima, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
(a) Il-kelma "kandidat ta’ wara" tfisser kandidat mhux
elett u mhux eskluż mill-votazzjoni.
(b) Il-kelma "l-ewwel preferenza" tfisser in-numru "1"
miktub waħdu quddiem isem ta’ kandidat; il-kelma "it-
tieni preferenza" tfisser in-numru "2" miktub waħdu
quddiem isem ta’ kandidat u l-kelma "it-tielet
preferenza" tfisser in-numru "3" miktub waħdu
quddiem isem ta’ kandidat, u hekk għall-bqija.
(ċ) Il-kelma "il-preferenza ta’ wara" tfisser it-tieni jew
preferenza ta’ wara li tkun skond in-numri ta’ wara
xulxin favur il-kandidat ta’ wara, u mingħajr ma jiġu
ikkalkulati dawk il-preferenzi ta’ wara miktubin fuq il-
polza favur il-kandidati li jkunu diġà  ġew eletti jew li
jkunu esklużi mill-għadd tal-voti.
(d) Il-kelma "polza trasferibbli" tfisser polza li fuqha,
wara l-ewwel preferenza, tinkiteb it-tieni jew
preferenza ta’ wara skond in-numri ta’ wara xulxin
għal kandidat ta’ wara.
(e) Il-kelma "polza mhux trasferibbli" tfisser polza li
fuqha ma jkun hemm imniżżla favur kandidat ta’ wara
ebda preferenza tat-tieni numru jew numri ta’ wara:
Iżda l-polza ma tibqax iżjed trasferibbli, kemm-il
darba: 
(i) l-ismijiet ta’ żewġ kandidati jew iżjed (sew jekk
ikunu jew ma jkunux minn ta’ wara) huma
immarkati bl-istess numru u jaħbtu wara, skond
l-ordni tal-preferenza; jew
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     75
(ii) l-isem tal-kandidat ta’ wara, skond l-ordni tal-
preferenza (sew jekk ikun jew ma jkunx minn ta’
wara) hu immarkat jew b’numru li ma jiġix wara
dak ta’ xi numru ieħor miktub fuq il-polza; jew
b’żewġ numri jew iżjed; jew
(iii) għal xi raġuni oħra li għaliha ma tistax taqta’
sewwa għal liema wieħed mill-kandidati l-oħra
ingħatat il-preferenza li baqgħet wara.
(f) Il-kelmiet "vot oriġinali" għal dak li hu kandidat,
ifissru vot li ġej minn polza li fuqha ingħatat lil dak il-
kandidat l-ewwel preferenza.
(g) Il-kelmiet "vot trasferit" jew "vot imgħoddi minn fuq
kandidat ieħor" għal dak li hu kandidat, ifissru vot li
hu ġej minn polza li fuqha ingħatat lil dak il-kandidat
it-tieni preferenza jew dik ta’ warajha.
(h) Il-kelmiet "iż-żejjed" jew "voti żejda" ifissru n-numru
ta’ voti li bihom in-numru kollu ta’ voti, sew oriġinali
kemm trasferiti, mogħti lil kandidat ikun ’il fuq minn
dak tal-kwota.
(i) Il-kelma "għadd" tfisser:
(i) ix-xogħol kollu li jsir fil-għadd ta’ l-ewwel
preferenzi mogħtijin favur il-kandidati; jew
(ii) ix-xogħol kollu li jsir fit-trasferiment tal-voti
żejda ta’ kandidat elett; jew
(iii) ix-xogħol kollu li jsir fit-trasferiment tal-voti ta’
kandidat jew ta’ żewġ kandidati jew iżjed
esklużi flimkien mill-votazzjoni.
Klassifika ta’ poloz 
tal-votazzjoni. 
73. Il-Kummissjoni għandha tordna li l-poloz tal-votazzjoni
jiġu klassifikati f’pakketti skond l-ewwel preferenza tagħhom kif
tkun ġiet reġistrata għal kull kandidat, filwaqt li jiġu skartati dawk
il-voti li jkunu invalidi.
Kif issir il-
klassifika.
74. Il-klassifika tal-poloz tal-votazzjoni imsemmija fir-
regolament ta’ qabel għandha ssir b’dan il-mod li ġej:
(a) il-persuna li tissorvelja kull mejda fejn isir l-għadd
għandu jieħu l-ogħla mazz ta’ poloz tal-votazzjoni
minn kull garżella u, b’mod li jkun jidher sew mill-
kandidati u mill-aġenti, iqiegħed il-mazz fuq xkaffa
sabiex jgħaddihom lill-persuni li jgħoddu;
(b) meta jkun ittieħed pakkett poloz tal-votazzjoni minn
kull garżella u tqiegħed fuq l-ixkaffa kif provdut fil-
paragrafu ta’ qabel ta’ dan ir-regolament, il-persuna li
tissorvelja għandha tgħaddi lil kull persuna li tgħodd
pakkett wieħed kull darba sabiex il-poloz tal-
votazzjoni jistgħu jiġu klassifikati;
(ċ) il-persuni li jgħoddu għandhom jiftħu kull pakkett li
jkun fih il-poloz tal-votazzjoni u jivverifikaw jekk kull
polza tkunx waħda valida jew invalida;
(d) jekk il-persuni li jgħoddu jiddeċiedu li hemm
possibiltà  illi, għal xi raġuni li toħroġ mill-Att u minn
  76      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
dawn ir-regolamenti, polza tal-votazzjoni tista’ tkun
invalida, jew jekk ikun hemm xi kandidat jew aġent li
għall-istess raġuni jgħid l-istess ħaġa, il-persuna li
tgħodd għandha tqiegħed dik il-polza tal-votazzjoni
f’kontenitur markat bil-kelma "dubbjużi";
(e) jekk il-polza tal-votazzjoni titqies li tkun valida il-
persuna li tgħodd għandha tqiegħed il-polza tal-
votazzjoni f’kontenitur li jkun hemm għal kull
kandidat li jkun ingħatalu l-ewwel preferenza fuq dik
il-polza tal-votazzjoni.
Tkomplija tal-
proċess ta’ 
klassifika.
75. (1) Meta persuna li tgħodd tkun hekk ħelset mill-pakkett
ta’ poloz tal-votazzjoni imsemmi fir-regolament ta’ qabel, hija
għandha tingħata pakkett ieħor x’tikklassifika bl-istess mod u
tibqa’ sejra hekk sakemm il-pakketti kollha fuq l-ixkaffa jkunu
ingħaddu.
(2) Meta l-pakketti kollha ta’ fuq l-ixkaffa jkunu ngħaddu il-
persuna li tissorvelja għandha tieħu l-ogħla pakkett ta’ poloz tal-
votazzjoni li jkun imiss minn kull garżella filwaqt li ttenni l-
proċess ta’ klassifika imsemmi fir-regolament 74 u fis-
subregolament (1) ta’ dan ir-regolament u tibqa’ sejra hekk
sakemm il-poloz tal-votazzjoni kollha jkunu, ftit ftit, tneħħew mill-
garżelli, tqiegħdu fuq l-ixkaffa, u ġew klassifikati.
Voti dubbjużi.  76. (1) Kull meta l-persuna li tissorvelja li tkun inkarigata
mill-klassifika tal-voti taqtagħha li fil-kontenitur markat
"dubbjużi" jkun hemm għadd biżżejjed ta’ poloz tal-votazzjoni,
hija għandha ssejjaħ lil wieħed mill-assistenti kummissjonarji
elettorali prinċipali sabiex jiġbor dawk il-poloz.
(2) Il-poloz tal-votazzjoni dubbjużi jistgħu jitneħħew biss mill-
kontenitur minn assistent kummissjonarju elettorali prinċipali li
jeħodhom personalment fuq il-mejda li tkun ġiet imħejjija għal dak
il-għan.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali jew l-assistenti kummissjonarji
prinċipali għandhom, wara li jisimgħu l-ilmenti tad-delegati ta’
partit, jew tas-sostituti tagħhom dwar kull polza, jaqtgħuha jekk
polza tkunx valida jew invalida, u jekk jaqtgħuha li tkun invalida
huma għandhom jittimbraw dik il-polza bħala tali fuq il-wiċċ
tagħha.
(4) Id-deċiżjoni ta’ l-assistenti kummissjonarji elettorali
prinċipali tista’ tiġi appellata lil xi membru tal-Kummissjoni
Elettorali indikat mill-Kummissjoni biex jisma’ appelli bħal dawn
u d-deċizzjoni tiegħu tkun konklussiva.
(5) Ġaladarba l-poloz tal-votazzjoni dubbjużi kollha jkunu ġew
dikjarati validi jew invalidi, dawn għandhom jitreġgħu lura minn
assistent kummissjonarju elettorali prinċipali li jgħaddihom lil
persuna li tissorvelja.
(6) Il-persuna li tissorvelja għandha tieħu ħsieb li l-poloz tal-
votazzjoni invalidi jitqiegħdu f’kontenitur markat "Invalidi"
filwaqt li l-poloz tal-votazzjoni validi għandhom jiġu klassifikati
skond ir-regolamenti ta’ qabel.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     77
Għadd tal-poloz.
tal-poloz fil-kontenitur ta’ kull kandidat, u tagħti lil kull kandidat
numru ta’ voti li jkun jaqbel man-numru tal-poloz validi li fuqhom
ingħatat l-ewwel preferenza lil dak il-kandidat, u għandha tiżgura
ruħha min-numru kollu tal-poloz validi.
(2) Fl-għadd tan-numru tal-poloz imqegħdin fil-kontenitur ta’
kull kandidat, il-persuna li tissorvelja għandha tordna li dawk il-
poloz jinġabru f’mazzi ta’ ħamsin polza kull wieħed u li kull mazz
mill-inqas jingħadd minn żewġ persuni li jgħoddu.
Kif issib il-kwota. 
tal-poloz validi b’numru ta’ wieħed ’l fuq minn dak tal-postijiet
battala li għandhom jimtlew. In-numru li joħroġ, miżjud b’wieħed,
(mingħajr ma tiġi ikkalkulata l-frazzjoni li tibqa’) ikun in-numru
ta’ voti li jinħtieġu biex kandidat jiġi elett. Dan in-numru f’dawn
ir-regolamenti hu msejjaħ il-"kwota".
Il-kandidat li jġib 
il-kwota jigi elett. 
79. Jekk, wara li jingħaddu l-voti li kandidat iġib, jinsab illi
dan in-numru ta’ voti jlaħħaq il-kwota jew jaqbeż il-kwota, dan il-
kandidat ikun b’daqshekk elett.
Trasferiment taż-
żejjed ta’ voti.
80. (1) Jekk, wara li jingħaddu l-voti, jinsab illi n-numru ta’
voti mogħtijin lil kandidat hu akbar mill-kwota, iż-żejjed imur,
skond ma hu meħtieġ minn dan ir-regolament, fuq il-kandidati l-
oħra li lilhom ingħataw il-preferenzi ta’ wara li jkun hemm
immarkati fuq il-poloz tal-mazz tal-kandidat li ġie elett f’dak il-
għadd.
Liema voti żejda 
għandhom 
jitqassmu l-ewwel.
(2) Iż-żejjed ta’ voti li jkun hemm f’kull għadd ta’ voti għandu
jitqassam qabel dak iż-żejjed li jkun hemm fil-għadd ta’ wara. 
(3) Jekk fl-istess għadd ikun hemm iktar minn kandidat wieħed
li jġib numru ta’ voti żejda, l-ewwel ma għandu jitqassam dak iż-
żejjed ta’ voti li hu l-akbar.
Meta l-voti żejda 
jkunu ndaqs. 
(4) Jekk żewġ kandidati jew iżjed ikollhom kull wieħed, fl-
istess għadd, numru ta’ voti żejda ndaqs, għandu l-ewwel jitqassam
iż-żejjed ta’ dak il-kandidat li jkun ġieb l-akbar numru ta’ voti fl-
ewwel għadd li fih dawn il-kandidati ma kellhomx numru ta’ voti
ndaqs. Kemm-il darba n-numru ta’ voti miġjubin minn dawn il-
kandidati jkun indaqs f’kull għadd li jkun sar, il-Kummissjoni
taqta’ bix-xorti liema mill-voti żejda għandhom jitqassmu l-ewwel.
Meta l-kandidat hu 
elett bil-voti 
ewlenin biss. 
(5) (a) Jekk il-voti mogħtija lil kandidat li ġie elett ikunu voti
ewlenin biss, il-Kummissjoni għandha teżamina l-
poloz kollha tal-mazz tal-kandidat li ġie elett illi iż-
żejjed tiegħu għandu jmur fuq il-kandidati l-oħra.
Meta l-kandidat hu 
elett bil-voti 
ewlenin u b’dawk 
li marru fuqu. 
(b) Jekk il-voti mogħtijin lil kandidat li ġie elett ikunu
voti ewlenin u voti li marru fuqu, jew huma biss voti li
marru fuqu, il-Kummissjoni għandha teżamina l-poloz
ta’ l-aħħar mazz, li ngħataw lill-kandidat elett u li ż-
żejjed tiegħu għandu jmur fuq il-kandidati l-oħra.
Għażla u taqsim ta’ 
poloz skond il-
preferenza li jkun 
hemm wara.
(ċ) F’kull wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet, il-
Kummissjoni għandha tagħżel u tqassam il-poloz
trasferibbli f’mazzi ġodda skond il-preferenza li jkun
hemm mogħtija wara, immarkata fuq dawn il-poloz
  78      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
jagħmlu mazz għalih ta’ dawk il-poloz li mhumiex
trasferibbli u jaraw kemm hemm poloz f’kull mazz
ġdid ta’ poloz trasferibbli u kemm hemm poloz fil-
mazz ġdid ta’ poloz li mhumiex trasferibbli.
Jekk in-numru ta’ 
poloz trasferibbli 
hu ndaqs jew inqas 
mill-voti żejda. 
(6) Jekk in-numru kollu ta’ poloz fil-mazzi ġodda ta’ poloz
trasferibbli mhux akbar minn dak tal-voti żejda, il-Kummissjoni
għandha tgħaddi l-mazz kollu ġdid tal-poloz trasferibbli lill-
kandidat ta’ wara li fihom ikollu mmarkat in-numru tal-preferenza
ta’ wara mogħtija mill-eletturi, u dawk il-poloz, li mhumiex
trasferibbli u li ma jinħtiġux għall-kwota tal-kandidat magħżul,
għandhom jitwarrbu f’mazz għalihom. Dawn il-poloz speċjali li
jitwarrbu għalihom ikunu dawk il-poloz li fl-aħħar jitqiegħdu fil-
mazz ġdid ta’ poloz li ma jkunux trasferibbli.
Jekk in-numru ta’ 
poloz trasferibbli 
jkun ’l fuq miż-
żejjed ta’ voti jsir 
it-trasferiment 
proporzjonali. 
(7) (a) Jekk in-numru kollu ta’ poloz trasferibbli jkun akbar
mill-voti żejda, il-Kummissjoni minn kull mazz ġdid
ta’ poloz trasferibbli għandha, lill-kandidat li jibqa’
bil-jedd tal-preferenza ta’ wara mogħtija mill-eletturi,
tgħaddilu dak in-numru ta’ poloz bl-istess proporzjon
man-numru ta’ poloz fil-mazz ġdid, li kien hemm bejn
in-numru ta’ voti żejda u n-numru kollu tal-poloz
trasferibbli.
Kif issib in-numru 
ta’ poloz li 
għandhom jinxeħtu 
fuq il-kandidati l-
oħra. 
(b) In-numru tal-poloz li minn kull mazz ġdid għandhom
igħaddu għal fuq kandidati oħra jinsab billi
timmoltiplika in-numru tal-poloz li jkun hemm fil-
mazz ġdid bin-numru ta’ voti żejda u tiddividi r-
riżultat bin-numru kollu ta’ poloz trasferibbli.
Għandha tinżamm nota tal-frazzjonijiet, li jibqgħu, ta’
kull numru ta’ poloz li b’hekk jinsab.
Trasferiment tal-
frazzjonijiet. 
(ċ) Jekk minħabba dawn il-frazzjonijiet, in-numru tal-
poloz li għandhom igħaddu għal fuq il-kandidati l-oħra
jkun inqas miż-żejjed ta’ voti, għandhom jingħaddu
bħala numru sħiħ dawk il-frazzjonijiet, li meħudin
wieħed wara l-ieħor, skond liema minnhom hu l-akbar,
tibda mill-akbar wieħed, ikun meħtieġ biex bihom
iġġib in-numru kollu ta’ poloz li għandhom igħaddu
għal fuq il-kandidat jew kandidati l-oħra, numru li
jkun jaqbel ma’ dak tal-voti żejda, mingħajr ma tagħti
każ tal-frazzjonijiet l-oħra li jibqgħu.
Meta l-frazzjonijiet 
huma ndaqs.
(d) Jekk żewġ frazzjonijiet jew iżjed huma ta’ kobor
wieħed, għandha titqies li hija l-akbar waħda dik il-
frazzjoni li tkun ġejja mill-akbar mazz ġdid, u jekk il-
mazzi ġodda li jkunu hemm fl-idejn ikun fihom l-istess
numru ta’ poloz, għandha titqies bħala l-akbar waħda
dik il-frazzjoni li messet lil dak il-kandidat li fl-ewwel
għadd kellu l-akbar numru ta’ voti u li fih il-kandidati
li jkunu hemm ma kellhomx l-istess numru ta’ voti.
Kemm-il-darba fil-għadd kollu li jkun sar, in-numru
ta’ voti mogħtijin lil dawn il-kandidati ikun l-istess, il-
Kummissjoni għandha itella’ ix-xorti sabiex jaqtaw
liema frazzjoni minnhom kollha għandha titqies li hi l-
akbar waħda.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     79
Trasferiment ta’ 
poloz minn mazzi 
ġodda.
(e) Dawk il-poloz li għandhom jingħażlu sabiex imorru
fuq kandidat jew kandidati oħra minn kull mazz ġdid,
ikunu dawk il-poloz li tqiegħdu fl-aħħar fuq dan il-
mazz ġdid, u kull polza li tkun tqiegħdet b’dan il-mod
għandha tiġi immarkata bin-numru ta’ l-għadd li fih
ikun sar dan it-trasferiment.
Meta l-kandidat 
jintafa ’l barra 
mill-votazzjoni. 
81. (1) Jekk fl-aħħar ta’ l-għadd ebda kandidat ma jġib voti
żejda u jibqa’ battal post wieħed jew iżjed minn post wieħed, il-
Kummissjoni tħalli barra mill-għadd tal-voti l-kandidat li jkun ġieb
l-inqas numru ta’ voti; teżamina l-poloz kollha ta’ dan il-kandidat;
tagħżlu u tiġbor il-poloz trasferibbli f’ mazzi ġodda, skond il-
preferenzi mmarkati fuqhom li għandhom jingħataw lill-kandidati
ta’ wara; tgħaddi kull mazz ġdid lill-kandidat li lilu ġiet mogħtija
din il-preferenza u tiġbor f’mazz wieħed għalih dawk il-poloz li
mhumiex trasferibbli.
Żewġ kandidati 
jew iżjed maħruġin 
mill-votazzjoni.
(2) Jekk il-voti kollha ta’ żewġ kandidati jew iżjed, li jġibu l-
inqas voti, huma inqas min-numru ta’ voti mogħtijin lil dak il-
kandidat li jiġi wara l-ewwel wieħed, il-Kummissjoni tista’ fl-istess
għadd tħalli barra mill-għadd dawn il-kandidati u tixħet il-voti
tagħhom fuq il-kandidati l-oħra skond ma jingħad f’dan ir-
regolament.
Liema mill-
kandidati għandu 
joħroġ barra mill-
votazzjoni. 
(3) Jekk, meta għandu jiġi maħruġ kandidat mill-votazjoni,
ikun hemm żewġ kandidati jew iżjed, kull wieħed minnhom bl-
istess numru ta’ voti, u dawn ikollhom l-inqas numru ta’ voti,
għandu jmur barra dak il-kandidat li fl-ewwel għadd ikun ġieb l-
inqas numru ta’ voti u fejn l-għadd ta’ voti mogħtijin lil dawk il-
kandidati jkunu ġiebu l-istess f’kull għadd li sar, il-Kummissjoni
taqta’ bix-xorti min minnhom joħroġ mill-għadd.
Postijiet li fl-aħħar 
jibqgħu battala.
82. Minkejja dak kollu li hemm imsemmi f’dawn ir-
regolamenti: 
(1) Ma jsir ebda trasferiment ieħor ta’ voti jekk wara li
jingħaddu il-voti, in-numru tal-kandidati eletti ikun
jaqbel man-numru ta’ postijiet battala li jridu jimtlew.
(2) Jekk wara li kandidat jew iżjed minn kandidat jintafa’
l-barra mill-għadd, in-numru tal-kandidati l-oħra li
jibqgħu jkunu daqs in-numru ta’ postijiet battala, dawn
il-kandidati ta’ wara jiġu minnufih eletti u ma jsir ebda
trasferiment ieħor ta’ voti.
X’ għandu jsir fit-
trasferiment ta’ 
poloz.
83. (1) Meta jitgħaddew xi voti minn fuq kandidat għal ieħor
kull mazz ġdid ta’ poloz trasferuti għandu jitqiegħed fuq wiċċ il-
mazz, jekk ikun hemm, tal-poloz tal-kandidat li fuqu jitgħadda l-
vot u dak il-kandidat jieħu dak in-numru ta’ voti li jkun jaqbel man-
numru ta’ poloz li jgħaddi għal fuqu.
Poloz li ma humiex 
trasferibbli 
jingħażlu 
għalihom. 
(2) Il-poloz li ma humiex trasferibbli (barra minn dawk li fit-
trasferiment ta’ voti żejda jistgħu jiswew għall-kwota tal-kandidat
magħżul) għandhom jitqiegħdu għalihom, bħala mazz għalih
flimkien ma’ kull mazz ieħor ta’ voti mhux trasferibbli u li jkun
diġà  mqiegħed għalih.
  80      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Poloz miżmumin 
għall-kwota. 
(3) Wara li jsir it-trasferiment tal-voti żejda ta’ kandidat elett,
il-poloz kollha li ma jkunux għaddew għal fuq il-kandidati l-oħra
ta’ wara u li ma jitqegħdux għalihom, kif hemm imsemmi fil-
paragrafu ta’ qabel ta’ dan ir-regolament, għandhom jitqiegħdu
flimkien f’mazz wieħed bħala kwota tal-kandidat magħżul, u l-
mazz jiġi immarkat bl-isem tal-kandidat elett.
Għadd mill-ġdid 
ta’ xi poloz.
84. Kull kandidat, jew il-persuna li tidher floku, jista’, wara
kull għadd li jkun sar, jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa’
teżamina u tgħodd il-poloz kollha jew polza li jkunu tlestew f’dak
il-għadd, u l-Kummissjoni għandha minnufih teżamina u tgħodd
mill-ġdid dawn il-poloz skond ma jiġi mitlub mingħajr ma tagħmel
ebda tibdil fit-taqsim tal-poloz li jkun hemm f’dawk il-mazzi, ħlief
meta jkun meħtieġ li jsir dan it-tibdil minħabba xi żball li jinsab fil-
għadd li jkun raġa’ sar. Il-Kummissjoni tista’ wkoll skond il-fehma
tagħha terġa’ tgħodd il-poloz għal darba jew iżjed, kull meta ma
tkunx żgura mill-għadd ta’ qabel; għalkemm b’dan kollu l-
Kummissjoni ma hijiex fid-dmir li tgħodd mill-ġdid il-poloz għal
iktar minn darba.
Talba biex titħassar 
elezzjoni.
85. (1) Meta ssir talba sabiex titħassar elezzjoni, il-qorti tista’
tordna biex il-poloz kollha jew biċċa minnhom jerġgħu jiġu
magħdudin u sabiex jaraw sewwa r-riżultat ta’ l-elezzjoni skond
dawn ir-regolamenti.
(2) Meta jiġi li jerġa’ jsir dan il-għadd, taħt dak it-tibdil li jkun
meħtieġ minħabba xi ordni tal-qorti, kull polza li fil-bidu kienet
mgħoddija b’valida, kemm-il darba jsir it-trasferiment ta’ voti,
għandha titmexxa bħal qabel fuq il-għadd tal-voti li jkun sar fil-
bidu.
Deċiżjoni ta’ l-
uffiċjali inkarigati 
fuq it-trasferiment 
ta’ voti.
86. (1) Jekk tqum xi kwistjoni fuq it-trasferiment ta’ voti, id-
deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni tkun ta’ l-aħħar, sew jekk din
id-deċiżjoni tagħtiha bil-fomm kemm jekk tidher li tkun tatha bl-
egħmil tagħha, kemm-il darba xi kandidat jew il-persuna li tidher
floku ma jmurx kontra tagħha bil-miktub, qabel ma jingħata ir-
riżultat tal-voti. F’dan il-każ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista’
titraġġa’ lura wara rikors li jsir il-qorti biex titħassar l-elezzjoni.
(2) Jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titraġġa’ lura, it-
trasferiment li hawn imsemmi u x-xogħol kollu li jkun sar
minħabba f’dan it-trasferiment ma jibqgħux jiswew u l-qorti tordna
xi trasferiment għandu jsir flok dan it-trasferiment li fuqu hemm
kwistjoni, u għandha ġġiegħel li jitmexxa x-xogħol li jkun meħtieġ,
u sabiex ir-riżultat ta’ l-elezzjoni jittieħed skond dawn ir-
regolamenti.
Riżultat ta’ l-
elezzjoni. 
Formola tad-
Dikjarazzjoni. 
87. Meta jingħata r-riżultat tal-votazzjoni, fih għandu jkun
hemm imsemmi t-trasferiment tal-voti li jkun sar skond dawn ir-
regolamenti, kif ukoll għandu jkun hemm imsemmi it-total tal-voti
mogħtijin lil kull kandidat, wara kull trasferiment, u dan għandu
jsir skond il-formula li hemm fit-Tnax-il Skeda ta’ dawn ir-
regolamenti jew skond formula bħalha.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     81
TAQSIMA XI
Postijiet ta’ Membri li jitbattlu
Avviż ta’ postijiet 
battala.
Emendat:
XXI.1999.3.
88. Meta post jitbattal f’xi Kunsill Lokali, il-Kummissjoni fi
żmien tlitt ijiem mid-data tan-notifika mis-Segretarju Eżekuttiv tal-
Kunsill, għandha tagħti avviż, li joħroġ fil-Gazzetta, li ser ssir
elezzjoni biex jimtela l-post battal.
Nomini. 
persuna li -
(a) f’elezzjoni li tkun saret minnufih qabel ma tbattal dan
il-post kienet kandidat għall-għażla ta’ kunsillier għal
dik il-lokalità  li fiha jkun tbattal il-post u ma kinetx
telqet minn kandidat u lanqas ma ġiet magħżula, u
(b) li għad għandha l-kwalifikazzjonijiet meħtieġa sabiex
tiġi eletta bħala kunsillier,
tista’, bil-kunsens tagħha, tiġi nominata bħala kandidat għal dak il-
post battal.
Avviż ta’ nomini. 
nomini, il-Kummissjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar il-
validità  tan-nomina tal-kandidati u toħroġ fuq il-formula stabbilita,
l-ismijiet u partikolaritajiet tal-persuni nominati, u l-lokalità  li fiha
hemm il-post battal li jrid jimtela.
Jekk ikun hemm 
żewġ nomini jew 
iżjed, jiġu 
eżaminati l-poloz 
tal-kunsillier illi l-
post tiegħu hu 
battal.
91. Jekk ikun hemm kandidati illi n-nomina tagħhom tkun
tiswa, il-Kummissjoni għandha f’erbat ijiem żmien, tibda teżamina
l-poloz tal-mazz issiġillat ta’ dak il-kunsillier illi l-post tiegħu
tbattal u timxi fuq dak li hemm stabbilit hawn taħt:
(1) Għandhom jitqiesu li huma maħruġin mill-votazzjoni
dawk kollha li fl-elezzjoni kienu ħarġu bħala kandidati
għal lokalità,  ħlief dawk illi jkunu mressqin bi dritt
bħala kandidati għal dak il-post battal.
(2) Il-poloz li jkunu merfugħin taħt is-siġill skond dawn
ir-regolamenti fil-mazz ta’ dak il-kunsillier li l-post
tiegħu hu battal, għandhom jiġu eżaminati u
mgħoddijin lil dawk li jkunu mressqin bi dritt bħala
kandidati u li jistgħu minn ta’ l-ewwel jieħdu l-
preferenza skond l-ordni li tkun immarkata f’dawn il-
poloz, u lil kull wieħed minn dawn li jkunu imressqin
bħala kandidati jingħata vot għal kull polza li tgħaddi
għal fuqhom.
(3) Fejn ikun hemm kandidat wieħed biss bin-nomina li
tiswa, jekk dan il-kandidat ikollu numru ta’ voti daqs
in-nofs jew iżjed min-nofs tan-numru tal-poloz fil-
mazz tal-kunsillier illi postu jkun battal, dana jiġi
iddikjarat bħala elett.
(4) Fejn ikun hemm żewġ kandidati jew iżjed illi n-
nomina tagħhom tkun tiswa, il-Kummissjoni għandha
tħalli barra mill-votazzjoni dak il-kandidat li jkollu l-
inqas numru ta’ voti u tgħaddi l-voti tiegħu, skond il-
preferenza tan-numri ta’ wara li tibqa’ kif tkun
  82      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
immarkata fuq il-poloz, għal fuq il-kandidat jew
kandidati ta’ wara. Il-proċedura biex jitħalla barra dak
il-kandidat li jkun ġieb l-inqas numru ta’ voti u biex
jitgħaddew il-voti skond il-preferenzi li jkun hemm,
għandha titkompla sakemm jibqa’ kandidat wieħed.
Jekk in-numru ta’ voti mogħtijin lil dan il-kandidat
ikun daqs in-nofs jew iżjed min-nofs tan-numru ta’
poloz fil-mazz tal-kunsillier illi postu jkun battal, dan
il-kandidat jiġi iddikjarat bħala elett:
Iżda kemm-il-darba jkun hemm kandidat li jkollu
numru ta’ voti ’l fuq mis-somma totali tal-voti tal-
kandidati l-oħra kollha u fl-istess ħin din is-somma
tkun daqs in-nofs jew iżjed min-nofs tan-numru ta’
poloz li jkun hemm fil-mazz tal-kunsillier illi postu
jkun battal, dan il-kandidat jiġi iddikjarat bħala elett
mingħajr ma jsir ebda trasferiment ieħor ta’ voti.
F’każijiet speċjali 
l-elezzjoni ta’ 
Membru ssir 
b’għażla.
92. (1) Jekk jitbattal post li jkun imtela skond din it-Taqsima
ta’ dawn ir-regolamenti jew fil-każ imsemmi fir-regolament 24(1),
jew jekk wara li jitbattal post ma jiġi mressaq bi dritt ebda
kandidat, jew jekk wara li jiġu eżaminati l-poloz tal-kunsillier li
jkollu postu battal ma jiġi elett ebda kandidat, il-post jiġi mimli bil-
għażla ta’ kunsillier skond l-artikolu 8(4) ta’ l-Att.
(2) Meta jiġi biex jimtela l-post ta’ kunsillier bil-għażla,
għandhom jitqiesu li kemm jista’ jkun, ikun hemm l-istess interessi
u fehmiet li kien jidher għalihom u li kellu dak il-kunsillier illi
postu jkun tbattal.
TAQSIMA XII 
Atti Illegali
Kuntratti dwar 
spejjeż ta’ 
elezzjoni.
93. Il-kuntratt, li bis-saħħa tiegħu jintefqu spejjeż għal
elezzjoni jew dwar it-tmexxija jew direzzjoni ta’ elezzjoni, ma
jobbligax kandidat f’dik l-elezzjoni, ħlief jekk ikun magħmul mill-
kandidat stess.
Il-ħlas ta’ l-
ispejjeż. 
94. (1) Barra minn fil-każijiet permessi f’dawn ir-
regolamenti, ebda ħlas jew antiċipu jew depożitu ma jista’ jsir
qabel, matul jew wara dik l-elezzjoni, għal spejjeż minfuqa għal
elezzjoni, jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’ elezzjoni, ħlief mill-
kandidat, u kull somma ta’ flus maħruġa minn persuna li ma tkunx
il-kandidat għal spejjeż minfuqa għal elezzjoni jew għat-tmexxija
jew direzzjoni ta’ l-elezzjoni, sew bħala rigal, self, antiċipu jew
depożitu, għandha titħallas lill-kandidat u mhux xort’oħra:
Iżda dan ir-regolament ma jitqies li jgħodd għal ebda
somma maħruġa minn persuna minn flusha għal spejjeż li tkun
għamlet skond il-liġi liema somma ma tkunx taqbeż mitejn u
ħamsin lira, kemm-il darba din is-somma ma tiġix imħallsa lura
lilha:
Iżda wkoll il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien,
b’avviż fil-gazzetta jispeċifika ammont ogħla li f’kull każ ma jkunx
aktar minn ħames mitt lira.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     83
(2) Għandu jintbgħat lill-kandidat fiż-żmien limitat b’dawn ir-
regolamenti rendikont tad-dettalji ta’ kull pagament hekk magħmul
minn xi persuna oħra skond il-paragrafu ta’ qabel ta’ dan ir-
regolament biex jiġu aċċettati id-drittijiet ta’ ħlasijiet lura u miegħu
għandha tintbagħat irċevuta.
(3) Kull min jikser dan ir-regolament billi jagħmel ħlas,
antiċipu, jew depożitu jew iħallas flus maħruġa kif jingħad hawn
fuq skond dan ir-regolament, ikun ħati ta’ att illegali.
Żmien li fih 
għandhom jintalbu 
u jitħallsu spejjeż 
ta’ elezzjoni.
95. (1) Kull ħlas magħmul minn kandidat għal spejjeż li jkunu
saru għal elezzjoni jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’ elezzjoni,
barra minn meta s-somma tkun ta’ anqas minn ħamsa u għoxrin
lira, għandu jidher minn kont bid-dettalji kollha u minn irċevuta:
Iżda l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika ammont ogħla li f’kull każ ma jkunx aktar
minn mitt lira.
(2) Kull talba kontra kandidat f’elezzjoni għall-ħlas ta’ spejjeż
li jkunu saru għal elezzjoni jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’
elezzjoni, li ma tiġix mibgħuta lill-kandidat fiż-żmien stabbilit
f’dawn ir-regolamenti, tiġi preskritta u m’għandhiex tiġi mħallsa; u
barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm bis-saħħa ta’
dawn ir-regolamenti kull kandidat li jħallas kont b’kontravvenzjoni
ta’ dan ir-regolament ikun ħati ta’ att illegali.
(3) Ħlief fil-każijiet permessi f’dawn ir-regolamenti, iż-żmien
stabbilit f’dawn ir-regolamenti biex jintbagħtu talbiet għal ħlas
huwa ta’ tletin ġurnata wara dik li fiha l-kandidat li tela’ jiġi
ddikjarat elett.
(4) L-ispejjeż kollha minfuqa minn kandidat f’elezzjoni jew
f’ismu, u li jkunu ġew hekk minfuqa għall-elezzjoni jew għat-
tmexxija jew direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, għandhom jitħallsu fiż-
żmien stabbilit f’dawn ir-regolamenti u mhux xort’oħra; u, barra
minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm bis-saħħa ta’ dawn
ir-regolamenti, kull kandidat li jagħmel ħlasijiet b’kontravvenzjoni
ta’ din id-disposizzjoni jkun ħati ta’ att illegali.
(5) Ħlief fil-każijiet permessi f’dawn ir-regolamenti, iż-żmien
stabbilit f’dawn ir-regolamenti għall-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż kif
jingħad hawn fuq huwa erbgħin ġurnata wara dik li fiha l-kandidat
li tela’ jiġi ddikjarat elett.
(6) Jekk il-kandidat jikkontesta talba għall-ħlas mibgħuta lilu
fiż-żmien stabbilit f’dawn ir-regolamenti, jew jirrifjuta jew jonqos
li jħallasha fiż-żmien hawn fuq imsemmi ta’ erbgħin ġurnata, dik
it-talba għall-ħlas titqies li hija talba kkontestata.
(7) Min jagħmel talba għall-ħlas li tiġi kkontestata jista’, jekk
irid, jaġixxi għall-ħlas fil-Qorti Ċivili kompetenti; u kull somma li
titħallas mill-kandidat skond is-sentenza jew digriet ta’ dik il-qorti
titqies li ġiet imħallsa fiż-żmien stabbilit f’dawn ir-regolamenti.
(8) Meta tiġi ppruvata raġuni tajba għas-sodisfazzjon tal-Qorti
Ċivili kompetenti, il-qorti fuq rikors ta’ min jagħmel it-talba għall-
ħlas, jew tal-kandidat, tista’, b’digriet, tagħti permess li titħallas
mill-kandidat talba kkontestata, jew talba għal spejjeż kif jingħad
  84      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
hawn fuq, għalkemm tkun ġiet mibgħuta wara ż-żmien li fih skond
dan ir-regolament għandhom jintbagħtu t-talbiet, jew għalkemm it-
talba għall-ħlas tkun intbagħtet lill-kandidat.
(9) Kull somma speċifikata f’dak id-digriet tista’ titħallas mill-
kandidat u meta tiġi mħallsa skond dak il-permess titqies li ġiet
imħallsa fiż-żmien stabbilit f’dawn ir-regolamenti.
Spejjeż żgħar. 96. (1) Kull persuna tista’, jekk tkun hekk awtorizzata bil-
miktub mill-kandidat, tħallas l-ispejjeż meħtieġa ta’ kartolerija,
pustaġġ, telegrammi, u spejjeż żgħar oħra sa ammont li kollu kemm
hu ma jiskorrix l-ammont imsemmi fl-awtorizzazzjoni, iżda kull
somma ’l fuq minn dak l-ammont għandha titħallas mill-kandidat.
(2) Dikjarazzjoni bid-dettalji tal-ħlasijiet magħmulin minn
persuna hekk awtorizzata għandha tintbagħat lill-kandidat fiż-
żmien li fih skond dawn ir-regolamenti għandhom jintbagħtu t-
talbiet għall-ħlas, u għandha tkun imwettqa b’kont bl-irċevuta ta’
dik il-persuna.
Spiża li taqbeż il-
maximum hija att 
illegali.
97. (1) Barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm
bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti, ebda somma ma tista’ titħallas u
ebda spiża ma tista’ ssir minn kandidat f’elezzjoni, sew qabel,
matul, jew wara l-elezzjoni, għall-elezzjoni jew għat-tmexxija jew
direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, iżjed minn ħames mitt lira jew għaxar
ċenteżmi għal kull elettur reġistrat fil-lokalità  li għaliha jkun
ikkontesta l-kandidat, liema waħda tkun l-ogħla:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika ammont ogħla li f’kull każ ma jkunx aktar
minn elf lira jew għaxar ċenteżmi għal kull elettur reġistrat fil-
lokalità  li għaliha jkun ikkontesta l-kandidat, liema waħda tkun l-
ogħla.
(2) Fil-każ ta’ kandidati li joħorġu għal elezzjoni fl-istess
lokalità  bħala membri ta’ l-istess partit politiku, l-ispejjeż ta’ dawk
il-kandidati jistgħu jingħaddu flimkien u ma jitqiesx li kien hemm
kontravvenzjoni għal dan ir-regolament ħlief jekk l-ispejjeż kollha
ta’ dawk il-kandidati, magħdudin flimkien, jiskorru jew is-somma
ta’ ħames mitt lira multiplikata bin-numru ta’ dawk il-kandidati jew
is-somma ta’ għoxrin elf lira skond liema minnhom tkun l-iżgħar:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika ammont ogħla li f’kull każ ma jkunx aktar
minn elf lira multiplikata bin-numru ta’ dawk il-kandidati jew is-
somma ta’ erbgħin elf lira, skond liema minnhom tkun l-iżgħar:
Iżda wkoll jekk is-somma kollha ta’ dawk l-ispejjeż tiskorri
waħda mis-somom hawn fuq imsemmija, l-ispejjeż ta’ kull wieħed
minn dawk il-kandidati jiġu separati mill-ispejjeż ta’ l-oħrajn u
jgħoddu d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan ir-regolament.
(3) Kull kandidat li xjentement jikser dan ir-regolament ikun
ħati ta’ att illegali.
Ċerti spejjeż huma 
att illegali.
98. (1) Ebda ħlas jew kuntratt għall-ħlas bl-iskop li jgħin jew
jipprokura li jitla’ kandidat f’elezzjoni, ma jista’ jsir għat-trasport
ta’ eletturi għal post ta’ votazzjoni jew minn dan il-post ħlief biex
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     85
jinkrew vetturi.
(2) Barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm taħt
dawn ir-regolamenti, jekk jiġi xjentement magħmul ħlas jew
kuntratt għall-ħlas b’kontravvenzjoni ta’ dan ir-regolament sew
qabel, matul, jew wara elezzjoni, il-persuna li tagħmel dak il-ħlas
jew kuntratt tkun ħatja ta’ att illegali, u kull min jirċievi dak il-ħlas
jew ikun parti f’dak il-kuntratt, meta jaf li hu b’kontravvenzjoni ta’
dan ir-regolament, ikun ukoll ħati ta’ att illegali.
Ċerti impiegi huma 
illegali.
99. (1) Ħadd ma jista’, biex jgħin jew jipprokura li jitla’
kandidat f’elezzjoni, jiġi mqabbad jew impjegat bi ħlas jew
b’wegħda ta’ ħlas għal ebda skop u f’ebda kwalità , ħlief għal
numru raġonevoli ta’ assistenti u nies professjonali, skond il-kobor
tal-lokalità  u n-numru ta’ eletturi mniżżlin fir-Reġistru Elettorali
għall-Kunsilli Lokali għal dik il-lokalità .
(2) Barra minn xi eċċezzjoni li jista’ jkun hemm taħt dawn ir-
regolamenti, jekk persuna tiġi mqabbda jew impjegata
b’kontravvenzjoni ta’ dan ir-regolament, sew qabel, matul jew wara
elezzjoni, il-persuna li tqabbadha jew li timpjegaha tkun ħatja ta’
att illegali.
Riserva għal 
kredituri. 
100. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti li jipprojbixxu
ċerti ħlasijiet jew kuntratti għal ħlasijiet, u l-ħlas ta’ somom, u l-
infiq ta’ spejjeż li jiskorru ċerti ammonti stabbiliti, ma
jippreġudikawx il-jedd ta’ ebda kreditur illi, meta saru l-kuntratt
jew l-ispiża ma kienx jaf li saru b’kontravvenzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti.
Rapport u 
dikjarazzjoni dwar 
spejjeż elettorali.
101. (1) Fi żmien sittin ġurnata wara l-ħruġ tar-riżultat ta’
elezzjoni fil-Gazzetta, kull kandidat f’dik l-elezzjoni għandu
jibgħat lill-kummissjonarju rapport ta’ l-ispejjeż elettorali tiegħu, li
għandu jkun fih il-partikolaritajiet imsemmijin fit-Tlettax-il Skeda,
u għandu jkun iffirmat mill-kandidat. Fil-każ li l-kandidat ma jkunx
jinsab Malta, id-dmirijiet imposti fuqu jistgħu jitwettqu minn
rappreżentant tiegħu li jkun ġie debitament maħtur għal daqshekk.
(2) Dan ir-rapport għandu jkun fih iddikjarati l-ħlasijiet kollha
magħmulin mill-kandidat jew minn persuni oħra f’isem il-kandidat
jew fl-interess tiegħu, għall-ispejjeż li jkunu saru għall-elezzjoni,
jew għat tmexxija jew direzzjoni ta’ l-elezzjoni, u għandu jkun fih
iddikjarat ukoll kull dejn ieħor li jkun għadu mhux imħallas, dwar
dawk l-ispejjeż, li huwa jkun jaf bih.
(3) Ir-rapport għandu jkollu miegħu d-dikjarazzjonijiet li
għandhom isiru bil-ġurament mill-kandidat quddiem maġistrat,
kummissarju għall-Ġustizzja jew kummissjonarju fil-formula
miġjuba fit-Tlettax-il Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(4) Kull kandidat illi jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament, ikun ħati, bla ħsara tad-disposizzjonijiet tar-
regolament 107, ta’ att illegali.
Pubblikazzjoni ta’ 
avviż awar ir-
rapport ta’ spejjeż 
elettorali. 
102. Meta r-rapport ta’ l-ispejjeż elettorali, u d-dikjarazzjonijiet
dwarhom jiġu ppreżentati lill-kummissjonarji, dawn għandhom,
mill-iktar fis li jista’ jkun, jieħdu ħsieb li avviż tad-data li fiha ġew
  86      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
ippreżentati r-rapport u d-dikjarazzjonijiet, u tal-ħin u tal-lok li
fihom jistgħu jiġu eżaminati jiġi mwaħħal f’post fejn jidher sewwa
fl-Uffiċċju Elettorali u ppubblikat fil-Gazzetta, u kull min irid, bil-
ħlas ta’ dritt ta’ lira, għandu l-jedd jara dak ir-rapport jew dawk id-
dikjarazzjonijiet u, bil-ħlas ta’ lira għal kull faċċata ta’ mija u
għoxrin kelma, jista’ jitlob kopja jew kopji ta’ kull parti tagħhom.
Piena għal min 
jinsab ħati ta’ att 
illegali. 
103. (1) Kull min jagħmel att illegali jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira u bħala konsegwenza
talli jiġi hekk misjub ħati, isir inkapaċi, għal żmien ta’ erba’ snin
mid-data li fiha jiġi misjub ħati, li jkun irreġistrat bħala elettur jew
li jivvota f’elezzjoni jew li jkun elett kunsillier, u jekk qabel dik id-
data jkun ġie elett kunsillier, il-post tiegħu jsir battal mid-data li
huwa jiġi misjub hekk ħati:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’kull każ ma jkunux aktar minn
multa ta’ tlett elef lira.
(2) Ebda proċediment għal att illegali ma’ jista’ jinbeda
mingħajr il-permess ta’ l-Avukat Ġenerali.
TAQSIMA XIII 
Atti ta’ Korruzzjoni
Personifikazzjoni.  104. Kull min f’elezzjoni li ssir taħt l-Att jitlob polza ta’
votazzjoni taħt l-isem ta’ persuna oħra, sew jekk dak l-isem ikun ta’
persuna ħajja jew mejta jew ta’ persuna ivvintata, jew, wara li jkun
ġà  ivvota darba f’dik l-elezzjoni, jitlob fl-istess elezzjoni polza ta’
votazzjoni f’ismu nnifsu, ikun ħati ta’ reat ta’ personifikazzjoni.
Trattament. 105. (1) Kull min, b’korruzzjoni, huwa nnifsu jew bil-mezz ta’
persuna oħra, qabel, matul jew wara elezzjoni, direttament jew
indirettament, jagħti jew jipprovdi, jew iħallas l-ispiża kollha jew
biċċa mill-ispiża biex jingħata jew jiġi pprovdut ikel, xorb,
trattament, jew proviżjon lil persuna, jew għal xi persuna, bil-ħsieb
li b’korruzzjoni jinfluwixxi fuq dik il-persuna jew fuq persuna oħra
biex tagħti jew biex ma tagħtix il-vot tagħha f’elezzjoni, jew
minħabba li dik il-persuna jew persuna oħra tkun tat jew ma tkunx
tat il-vot, jew minħabba li tkun sejra tivvota jew sejra ma tivvotax
f’elezzjoni, ikun ħati ta’ reat ta’ trattament. 
(2) Kull elettur li b’korruzzjoni jaċċetta jew jieħu ikel, xorb,
trattament, jew proviżjon, kif jingħad hawn fuq, ikun ħati ta’ reat
ta’ trattament.
Użu ta’ influwenza 
illegali.
106. Kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew
bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, juża jew ihedded li juża forza,
vjolenza jew restrizzjoni, jew jikkaġuna jew ihedded li jikkaġuna,
huwa nnifsu jew bil-mezz ta’ ħaddieħor, offiża, dannu, ħsara jew
telf temporali jew spiritwali fuq persuna jew kontra persuna sabiex
iħajjar jew iġiegħel lil dik il-persuna tivvota jew ma tivvotax, jew
minħabba li dik il-persuna tkun ivvotat jew ma tkunx ivvotat
f’elezzjoni, u kull min b’serq tal-persuna, bi vjolenza, jew b’att jew
mezz qarrieqi, jimpedixxi jew ma jħallix l-eżerċizzju liberu tal-jedd
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     87
tal-vot ta’ elettur, jew b’hekk iġiegħel, iħajjar jew jipperswadi
elettur biex jagħti jew biex ma jagħtix il-vot tiegħu f’elezzjoni,
ikun ħati tar-reat ta’ użu ta’ influwenza illegali.
Korruzzjoni.
(a) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jagħti, jislef jew
jiftiehem li jagħti jew jislef, jew joffri, iwiegħed jew
iwiegħed li jipprokura jew li jfittex li jipprokura , flus
jew xi ħaġa li tiswa flus lil jew għal xi elettur; jew lil
jew għal persuna oħra fl-interess ta’ elettur, jew lil jew
għal xi persuna oħra, biex iħajjar elettur jivvota jew
ma jivvotax, jew b’korruzzjoni jagħmel xi att kif
jingħad hawn fuq minħabba li dan l-elettur ikun ivvota
jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni taħt dan l-Att;
(b) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jagħti jew
jipprokura, jew jiftiehem li jagħti jew li jipprokura,
jew joffri, iwiegħed jew iwiegħed li jipprokura jew li
jfittex li jipprokura kariga, post jew impieg lil jew għal
xi elettur jew lil jew għal xi persuna fl-interess ta’
elettur jew lil jew għal xi persuna oħra biex iħajjar
elettur jivvota jew ma jivvotax, jew jagħmel
b’korruzzjoni xi att kif jingħad hawn fuq minħabba li
elettur ikun ivvota jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni taħt
dan l-Att;
(ċ) kull min direttament jew indirettament huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirregala, jislef,
joffri, iwiegħed, jipprokura jew jiftiehem, bil-mod fuq
imsemmi, lil jew ma’ xi persuna sabiex iħajjar lil din
il-persuna li tipprokura jew li tfittex li tipprokura l-
elezzjoni ta’ xi ħadd bħala kunsillier, jew li tipprokura
jew tfittex li tipprokura l-vot ta’ xi elettur f’elezzjoni li
ssir taħt dan l-Att;
(d) kull min, wara jew minħabba dak ir-rigal, self, offerta,
wegħda, prokurament jew ftehim kif jingħad hawn fuq,
jipprokura jew jobbliga ruħu, iwiegħed jew ifittex li
jipprokura l-elezzjoni ta’ persuna bħala kunsillier jew
il-vot ta’ xi elettur f’elezzjoni li ssir taħt dan l-Att;
(e) kull min joħroġ flus jew iħallas jew iġiegħel li jitħallsu
flus lil persuna oħra jew għall-użu ta’ persuna oħra,
sabiex dawk il-flus jew biċċa minnhom jintefqu
f’korruzzjonijiet f’elezzjoni li ssir taħt dan l-Att, jew
xjentement iħallas jew iġiegħel li jitħallsu flus lil xi
persuna bi ħlas jew b’radd ta’ flus li ntefqu kollha jew
biċċa minnhom f’korruzzjonijiet f’dik l-elezzjoni;
(f) kull elettur illi, qabel jew matul elezzjoni taħt dan l-
Att, direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew
bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirċievi flus, rigal, self,
jew xi ħaġa li tiswa flus, kariga, post jew impieg, jew
jiftiehem jew jikkuntratta fuqhom għalih jew għal
persuna oħra, biex jivvota jew biex jobbliga ruħu li
  88      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
jivvota jew biex ma jivvotax jew biex jobbliga ruħu li
ma jivvotax f’dik l-elezzjoni;
(g) kull min, wara elezzjoni taħt dan l-Att, direttament jew
indirettament, huwa nnifsu jew bil-mezz ta’ ħaddieħor
għalih, jirċievi flus jew xi ħaġa li tiswa flus minħabba
li persuna tkun ivvotat jew ma tkunx ivvotat jew
minħabba li jkun ġiegħel persuna oħra li tivvota jew li
ma tivvotax f’dik l-elezzjoni.
Piena u inkapaċità  
minħabba atti 
illegali.
108. (1) Kull min jikkommetti r-reat ta’ personifikazzjoni, ta’
trattament, ta’ użu ta’ influwenza illegali jew ta’ korruzzjoni jew
igħin, iħajjar, jagħti parir jew jipprokura biex isir ir-reat ta’
personifikazzjoni u kull kandidat li xjentement igħid il-falz fid-
dikjarazzjoni meħtieġa fir-regolament 101 dwar l-ispejjeż
elettorali, ikun ħati ta’ att illegali u jeħel, meta jinsab ħati, fid-
diskrezzjoni tal-qorti, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira, jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew il-multa u
l-priġunerija flimkien, u, minħabba li jkun ġie hekk misjub ħati, isir
inkapaċi, għaż-żmien ta’ seba’ snin, mid-data li jkun ġie misjub
ħati, li jkun irreġistrat bħala elettur u li jivvota f’elezzjoni taħt dan
l-Att, jew li jkun elett bħala kunsillier, u jekk f’dik id-data huwa
jkun ġie elett kunsillier, l-elezzjoni tiegħu titħassar mid-data li
huwa jiġi hekk misjub ħati:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’kull każ ma jkunux aktar minn
multa ta’ għaxart elef lira.
(2) Ebda proċediment dwar att ta’ korruzzjoni ma jista’ jinbeda
mingħajr il-permess ta’ l-Avukat Ġenerali.
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dawn ir-regolamenti,
riferenzi għal "tivvota" jew għal "ma tivvotax", jew għal "tagħti"
jew għal "ma tagħtix il-vot", jinkludu riferenzi għal "tivvota" jew
għal "ma tivvotax" b’mod partikolari.
TAQSIMA XIV
Skuża f’każ ta’ Atti ta’ Korruzzjoni u ta’ Atti Illegali
Raġunijiet li 
jiskużaw lill-
kandidat f’xi 
każijiet ta’ atti ta’ 
korruzzjoni jew 
illegali.
109. L-elezzjoni ta’ kandidat, li kien ħati tar-reat ta’ trattament
u ta’ użu ta’ influwenza illegali, u ta’ atti illegali, jew ta’ xi reati
minn dawn, dwar dik l-elezzjoni, ma tiġix, minħabba dawk ir-reati,
iddikjarata nulla, u lanqas il-kandidat ma jaqa’ taħt ebda inkapaċità
taħt dawn ir-regolamenti, jekk il-qorti tkun sodisfatta, wara li tagħti
lill-Avukat Ġenerali l-opportunità  li jiġi mismugħ, illi l-kandidat
għamel il-prova:
(a) li ebda att ta’ korruzzjoni jew illegali ma sar f’dik l-
elezzjoni mill-kandidat jew, u r-reati hawn fuq
imsemmija saru kontra l-ordnijiet u mingħajr il-
kunsens jew il-konnivenza ta’ dak il-kandidat; u
(b) illi dak il-kandidat għamel kull mezz raġonevoli
sabiex ma jħallix li jsiru atti ta’ korruzzjonijiet u atti
illegali f’dik l-elezzjoni; u
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     89
(ċ) illi r-reati hawn fuq imsemmija kienu ta’ natura ħafifa,
bla importanza u limitati; u
(d) illi mill-bqija fl-elezzjoni ma kien hemm ebda att ta’
korruzzjoni jew att illegali min-naħa ta’ dak il-
kandidat.
Il-qorti tista’ ma 
tqisx bħala att 
illegali, att 
innoċenti.
110. Meta, fi proċedimenti, jiġi ippruvat lill-qorti, bi provi li l-
qorti jidhrilha li huma biżżejjed -
(a) illi att jew nuqqas ta’ kandidat f’elezzjoni, jew ta’
aġent ieħor jew ta’ persuna oħra, li jikkonsisti fi ħlas
ta’ somma jew spiża magħmula f’ammont li jiskorri l-
maximum permess f’dawn ir-regolamenti, jew li
jikkonsisti fi ħlas, obbligu, impieg, jew kuntratt
magħmul b’kontravvenzjoni ta’ dawn ir-regolamenti,
jew li b’mod ieħor sar b’kontravvenzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kien ikun, li
kieku ma kienx hemm dan ir-regolament, att illegali; u
(b) illi dak l-att jew nuqqas kien ġej min-nuqqas ta’
attenzjoni jew minħabba kalkolu ħażin mhux apposta
jew minħabba kawża oħra raġonevoli ta’ l-istess xorta,
u illi, f’ebda każ, ma ġie minn nuqqas ta’ bona fidi, 
u taħt iċ-ċirkostanzi l-qorti jkun jidhrilha, wara li tagħti lill-Avukat
Ġenerali l-opportunità  li jiġi mismugħ, li hi ħaġa sewwa li l-
kandidati f’dik l-elezzjoni u l-aġent u persuna oħra jew xi ħadd
minnhom, m’għandhomx ikunu suġġetti għall-konsegwenzi taħt
dawn ir-regolamenti, il-qorti tista’ tqis dak l-att jew nuqqas bħala
eċċezzjoni għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, għad
illi, skond dawn id-disposizzjonijiet dak l-att jew nuqqas kien ikun
att illegali, u b’hekk il-kandidat, aġent jew persuna hawn fuq
imsemmija ma jkunux suġġetti minħabba dak l-att jew nuqqas għal
ebda waħda mill-konsegwenzi taħt dawn ir-regolamenti.
Skuża ammissibbli 
fil-każ ta’ nuqqas 
ta’ tħaris mid-
disposizzjonijiet 
dwar ir-rapport u 
d-dikjarazzjoni ta’ 
spejjeż elettorali.
111. (1) Meta r-rapport u d-dikjarazzjoni dwar spejjeż
elettorali ta’ kandidat f’elezzjoni ma jiġux mibgħuta kif jinħtieġ
f’dawn ir-regolamenti, jew, jekk jiġu mibgħuta, ikun fihom xi żball
jew dikjarazzjoni falza, f’dan il-każ jekk il-kandidat fi proċediment
ċivili jew kriminali taħt dawn ir-regolamenti, jipprova għas-
sodisfazzjon tal-qorti, illi l-fatt li dak ir-rapport jew dawk id-
disposizzjonijiet, jew il-wieħed jew l-oħra jew parti minnhom, ma
ġewx mibgħuta, jew li fihom xi żball jew dikjarazzjoni falza, ġara
minħabba li huwa kien marid jew minħabba nuqqas ta’ attenzjoni,
jew għal xi raġuni oħra tajba ta’ din ix-xorta, u mhux minħabba
nuqqas ta’ bona fidi min-naħa tal-kandidat, il-qorti, wara li tagħti l-
opportunità  lill-Avukat Ġenerali li jigi mismugħ, tista’, skond ma
jidhrilha xieraq, tagħti digriet li bih tilqa’ skuża ammissibbli għall-
fatt li r-rapport u d-dikjarazzjonijiet hawn fuq imsemmija ma ġewx
mibgħuta jew għall-fatt li kien fihom żball jew dikjarazzjoni falza
kif il-qorti jidhrliha sewwa.
(2) Meta fi proċediment jiġi ippruvat lill-qorti illi persuna
irrifjutat jew naqset li tagħmel dak ir-rapport jew li tagħti dawk il-
partikolaritajiet sabiex il-kandidat ikun jista’ jħares d-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti dwar ir-rapport u d-
  90      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż elettorali, il-qorti, qabel ma tagħti d-
digriet u tilqa’ l-iskuża, kif jingħad f’dan ir-regolament, tordna lil
dik il-persuna biex tidher, u, kemm-il darba hija tonqos li tidher u li
tipprova l-kuntrarju, tordnalha li tagħmel ir-rapport u d-
dikjarazzjoni, jew li tikkunsinna prospett tal-partikolaritajiet li
għandu jkun fih ir-rapport, kif il-qorti jidhrilha sewwa, u li tagħmel
jew tikkunsinna dawn f’dak iż-żmien, u lil dik il-persuna u b’dak il-
mod li l-qorti tordna, jew tista’ tordna li tiġi eżaminata dwar dawk
il-partikolaritajiet, u kemm-il darba tonqos li tesegwixxi dak l-
ordni, hija tkun ħatja ta’ att illegali.
(3) Il-qorti tista’ tilqa’ l-iskuża taħt il-kondizzjoni li jsir
rapport u dikjarazzjoni f’forma mbiddla jew fi żmien imġedded, u li
jiġu mħarsa dawk il-kondizzjonijiet l-oħra illi l-qorti jidhrilha li
huma l-aħjar sabiex iseħħu l-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti; u d-
digriet li jilqa’ skuża ammissibbli jeħles lill-kandidat minn kull
responsabbilità  jew konsegwenza taħt dawn ir-regolamenti għall-
fatt skużat bid-digriet.
(4) Id-data tad-digriet, jew jekk ikollhom jiġu osservati
kondizzjonijiet u pattijiet, id-data li fiha r-rikorrent jesegwihom
għal kollox, hija magħrufa f’dawn ir-regolamenti bħala d-data li
fiha ġiet milqugħa l-iskuża.
TAQSIMA XV 
Nullità  ta’ Elezzjonijiet
Nullità  minħabba li 
l-kandidat jiġi 
misjub ħati.
112. L-elezzjoni ta’ kandidat bħala kunsillier tiġi annullata meta
huwa jiġi misjub ħati ta’ korruzzjoni jew ta’ att illegali.
Nullità  ta’ 
elezzjoni għal 
raġunijiet oħra.
113. L-elezzjoni ta’ kandidat bħala kunsillier tiġi ddikjarata
nulla meta tiġi pprovata għas-sodisfazzjon tal-qorti xi waħda jew
oħra mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) jekk minħabba korruzzjoni ġenerali, trattament
ġenerali, jew intimidazzjoni ġenerali, jew imġieba
oħra ħażina, jew ċirkostanzi oħra, il-biċċa l-kbira ta’ l-
eletturi kienu jew setgħu jkunu impeduti li jtellgħu l-
kandidati li kienu jridu;
(b) nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti dwar l-elezzjonijiet jekk il-qorti jidhrilha
li l-elezzjoni ma ġietx immexxija skond il-prinċipji
stabbiliti f’dawk id-disposizzjonijiet u li dan in-nuqqas
kellu effett fuq ir-riżultat ta’ l-elezzjoni;
(ċ) illi fl-elezzjoni sar att ta’ korruzzjoni jew att illegali
mill-kandidat innifsu;
(d) illi l-kandidat qabbad personalment persuna bħala
galoppin jew aġent meta kien jaf li dik il-persuna,
matul is-seba’ snin ta’ qabel ma ġiet hekk imqabbda
minnu, kienet ġiet misjuba ħatja ta’ att ta’ korruzzjoni;
(e) illi l-kandidat kien, fiż-żmien li ġie elett, persuna
skwalifikata għall-elezzjoni bħala kunsillier.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     91
TAQSIMA XVI 
Pubblikazzjoni ta’ Riżultati f’kull Lokalità
Pubblikazzjoni tar-
riżultat ta’ l-
elezzjoni tad-
dettalji ta’ l-għadd.
114. (1) Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-
ġurnata tax-xogħol ta’ wara dik li fiha jiġi magħruf ir-riżultat ta’ l-
għadd tal-voti, tippubblika dikjarazzjoni li jkun fiha l-ismijiet tal-
kandidati eletti f’kull lokalità  u l-partikolaritajiet l-oħra li l-
Kummissjoni Elettorali tista’ tqis.
(2) Il-Kummissjoni għandha tiddepożita d-dikjarazzjoni hawn
fuq imsemmija għand il-Ministru u għandhom jieħdu ħsieb li kopja
ta’ dik id-dikjarazzjoni tiġi mingħajr dewmien maħruġa fil-
Gazzetta.
(3) Kull kandidat li l-isem tiegħu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 24(1) jew li jiġi ddikjarat
elett skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jitqies li hu
kunsillier ta’ dik il-lokalità . 
(4) Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Gazzetta mhux
aktar tard minn sebat ijiem wara tmiem il-għadd, dikjarazzjoni tar-
riżultat ta’ l-elezzjoni li tkun tinkludi notamenti dwar l-għadd sħiħ
ta’ voti mitfugħin, l-għadd sħiħ ta’ voti validi u invalidi, l-għadd
sħiħ ta’ voti akkreditati lil kull partit politiku, il-kwota, l-ewwel
preferenza akkredidata lil kull kandidat, kull trasferiment ta’ voti
magħmul, u ta’ l-għadd sħiħ ta’ voti akkreditati lil kull kandidat
wara kull trasferiment, u kull tagħrif ieħor li l-Kummissjoni
Elettorali tista’ tqis meħtieġa. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha
dik l-għamla li l-Kummissjoni Elettorali tista’ tistabbilixxi bħala li
faċilment tagħti dak it-tagħrif kollu li jista’ jenħtieġ mill-pubbliku.
Konservazzjoni ta' 
dokumenti.
115. (1) Il-Kummissjoni għandha tikkonserva sa meta jiġi
ippubblikat ir-riżultat uffiċjali ta’ l-elezzjoni ġdida li jkun imiss, il-
poloz kollha f’pakketti għalihom u skond kif ġej:
(a) il-poloz imħassra;
(b) il-poloz li ma jiswewx;
(ċ) il-poloz tal-pakkett ta’ kull kandidat elett u ta’ kull
wieħed mill-kandidati li ma ġiex elett u li l-poloz
tiegħu baqgħu ma għaddewx fuq ħaddieħor;
(d) il-poloz kollha mhux trasferibbli li ma nżammewx fil-
pakkett ta’ kandidat elett.
(2) Il-kummissjonarji għandhom jiktbu fuq kull pakkett
x’poloz hemm fih u d-data ta’ l-elezzjoni u l-lokalità  li fiha tkun
saret dik l-elezzjoni.
(3) Il-Kummissjoni għandha, barra minn dan, tikkonserva u
żżomm sa l-istess żmien, kopja tad-dikjarazzjoni tar-riżultat tal-
votazzjoni u tad-dokumenti kollha li jixhdu x-xogħol li jkun sar fit-
trasferiment tal-voti kollha żejda.
(4) Id-delegati ta’ partit, kandidati, u aġenti għall-għadd
għandhom il-jedd iwaħħlu s-siġilli tagħhom fuq dawk il-pakketti u
jiffirmaw fuqhom.
  92      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Il-qorti tista’ 
tordna li jitneħħew 
is-siġġilli. 
116. Il-Qorti Kostituzzjonali, li quddiemha tinġieb kwistjoni
dwar il-jedd ta’ persuna biex tkun jew tibqa’ kunsillier elettiv, u
kull qorti li quddiemha jinbdew proċeduri skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew dawn ir-regolamenti, jistgħu
jordnaw il-ftuħ tal-pakketti msemmijin fir-regolament 46(1) u fir-
regolament 115 u li jinġieb wieħed jew iżjed mid-dokumenti li
jkunu jinsabu fihom taħt dawk il-kondizzjonijiet u prekawzjonijiet
li jkunu meħtieġa biex jinżamm is-sigriet tal-votazzjoni
kompatibbilment ma’ l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.
TAQSIMA XVII 
Disposizzjonijiet Penali
Piena għal min 
jagħti 
informazzjoni 
falza. 
117. Kull min xjentement jagħmel jew jiffirma dikjarazzjoni
falza jew xort’oħra jagħti informazzjoni falza dwar ir-
reġistrazzjoni, trasferiment jew tħassir ta’ xi elettur ikun ħati ta’
reat kontra dawn ir-regolamenti, u meta jinsab hekk ħati, jeħel il-
piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar jew
multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira jew il-priġunerija u l-multa
flimkien:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’kull każ ma jkunux aktar minn
multa ta’ ħames mitt lira.
Pieni għall-
imġieba ħażina 
f’post ta’ 
votazzjoni, eċċ.
118. Kull min iġib ruħu ħażin f’post ta’ votazzjoni u kull min
jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet tar-regolamenti 36 jew 37 u
kull min jieħu sehem f’xi meeting pubbliku jew dimostrazzjoni
pubblika li jsiru bi ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-regolamenti, u kull min ma jobdix l-ordni leġittimu ta’ l-
assistenti kummissjonarji jew ta’ awtorità  leġittima oħra dwar
elezzjoni, jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin
lira:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’kull każ ma jkunux aktar minn
multa ta’ mitt lira.
Piena għal reati 
dwar formuli tan-
nomina, eċċ.
119. (1) Kull min -
(a) jiffalsifika jew b’qerq jisfigura jew b’qerq jiddistruġġi
formula ta’ nomina jew jikkunsinna lill-kummis-
sjonarju formula ta’ nomina li jkun jaf illi hija
iffalsifikata; jew
(b) jiffalsifika jew jimita jew b’qerq jisfigura jew b’qerq
jiddistruġġi xi dokument għall-votazzjoni jew polza
ta’ votazzjoni jew it-timbru uffiċjali fuq polza ta’
votazzjoni; jew
(ċ) mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa jagħti dokument
għall-votazzjoni jew polza ta’ votazzjoni lil xi
persuna; jew
(d) jiffalsifika jew jimita jew ikun fil-pussess illeġittimu
ta’ boll jew siġill użat mill-kummissjonarju elettorali
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     93
prinċipali jew mill-kummissjonarji elettorali jew mill-
assistenti kummissjonarji elettorali prinċipali jew mill-
assistenti kummissjonarji; jew
(e) ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-
votazzjoni jew ta’ polza ta’ votazzjoni; jew
(f) b’qerq iqiegħed fil-kaxxa tal-votazzjoni xi ħaġa oħra
ħlief il-polza tal-votazzjoni li huwa awtorizzat skond
il-liġi li jitfa’ ġewwa fiha; jew
(g) b’qerq joħroġ polza ta’ votazzjoni mill-post tal-
votazzjoni; jew
(h)mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa, jiddistruġġi,
jieħu, jiftaħ jew xort’oħra jmiss kaxxa tal-votazzjoni
jew pakkett tal-poloz tal-votazzjoni li f’dak il-waqt
ikunu jiġu wżati għall-elezzjoni,
hu ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal-żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’kull każ ma jkunux aktar minn
multa ta’ tlett elef lira.
(2) Kull min igħin jew iħajjar biex isir reat taħt dan ir-
regolament jew jittenta jagħmel dak ir-reat jeħel, meta jinsab ħati,
il-piena stabbilita għar-reat.
Piena għal min 
jikser is-sigriet 
dwar kif wieħed 
jivvota.
120. Kull assistent kummissjonarju elettorali prinċipali u kull
assistent kummissjonarju illi jgħidu kif elettur ikun ivvota meta
huma jkunu saru jafu kif dak l-elettur ivvota fil-kors ta’ l-
esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt dawn ir-regolamenti, huma
ħatja ta’ reat, u jeħlu, meta jiġu hekk misjba ħatja, multa ta’ mhux
iżjed minn mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
xahar, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal-żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’kull każ ma jkunux aktar minn
multa ta’ ħames mitt lira.
Projbizzjoni ta' 
attivitajiet li jistgħu 
jinfluwenzaw lill-
eletturi.
121. (1) Matul il-jum li fih tkun qed issir elezzjoni ta’
kunsilliera u matul il-jum li jiġi minnufih qabel elezzjoni bħal dik,
ħadd ma jista’ jagħmel demostrazzjoni pubblika jew jindirizza xi
meeting pubbliku jew xi ġemgħa oħra tkun xi tkun f’xi post jew
bini li fih ikun jista’ jidħol il-pubbliku, jew fuq il-mezzi tax-xandir,
dwar xi ħaġa maħsuba biex, jew li x’aktarx, tinfluwenza lill-eletturi
fl-eżerċizzju tal-jedd tal-vot, jew jippubblika jew iġiegħel li tiġi
pubblikata xi gazzetta, stampat jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni
lill-pubbliku li jkun fihom xi ħaġa kif intqal qabel, jew joħroġ jew
iġiegħel li toħroġ xi stqarrija jew dikjarazzjoni dwar xi ħaġa kif
intqal qabel, jew xjentement iqassam xi gazzetta, stampat jew mezz
ieħor ta’ komunikazzjoni, jew xi stqarrija jew dikjarazzjoni kif
intqal qabel, u kull min jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
  94      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għal-żmien, b’avviż fil-
Gazzetta jispeċifika pieni ogħla li f’kull każ ma jkunux aktar minn
multa ta’ tlett elef lira.
(2) Kull min igħin jew iħajjar l-egħmil ta’ reat kontra dan l-
artikolu jew jipprova jagħmel xi reat bħal dak, jeħel meta jinsab
ħati l-piena provduta għar-reat.
Qrati kompetenti.  122. (1) Il-kwistjonijiet kollha dwar il-jedd ta’ persuna li tkun
jew li tibqa’ kunsillier għandhom jinġiebu quddiem il-Qorti
Kostituzzjonali u jiġu deċizi minn din il-qorti.
Kap. 9.
(2) Kull proċediment kriminali taħt dawn ir-regolamenti
jinġieb quddiem il-Qrati tal-Maġistrati u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-regolament, igħoddu għal dawn
il-proċedimenti d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali.
Kap. 446. (3) Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-Att dwar il-Probation,
persuna li tagħmel xi reat taħt dawn ir-regolamenti għandha tinstab
ħatja u tiġi kundannata dwar dak ir-reat u ma tistax titqiegħed taħt
probation jew tiġi meħlusa taħt dak l-Att.
(4) Kull deċiżjoni tal-Qrati tal-Maġistrati dwar reat taħt dawn
ir-regolamenti, tista’, fil-każijiet kollha, tiġi appellata mill-Avukat
Ġenerali u mill-parti misjuba ħatja.
TAQSIMA XVIII
Riserva dwar il-jedd ta’ Partiti Politiċi
 Meta ċerti jeddijiet 
ma jitwettqux.
123. Meta ma jitwettqux minn xi partit politiku, delegat,
kandidat, aġent jew minn xi persuna nominata għall-ħatra minn
partit politiku, xi jedd, setgħa jew privileġġ mogħtijin b’dawn ir-
regolamenti, dan ma għandux minnu nnifsu jinvalida xi azzjoni jew
proċedura li dwarha l-jedd, setgħa jew privileġġ ikun ingħata
b’dawn ir-regolamenti.
Jedd għal tagħrif 
f’għamla elettro-
manjetika. 
124. Il-partiti politiċi jkollhom jedd jitolbu li dak it-tagħrif,
dokumenti u listi li l-Kummissjoni għandha tagħtihom,
jingħatalhom f’dik l-għamla elettro-manjetika li l-Kummissjoni
tkun tista’ b’mod raġonevoli tagħtihom permezz tat-tagħmir li
jkollha.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     95
L-EWWEL SKEDA 
ġ Regolament 4ħ
Formula ta’ Ġurament ta’ Kariga li jieħdu l-Kummissjonarji Elettorali
Jien, ..........................................................................................,* naħlef/niddikjara
solennement li nagħmel bil-fedeltà  d-dmirijiet ta’ * Kummissjonarju Elettorali
Prinċipali/ Kummissjonarju Elettorali biex immexxi l-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali
skond il-ligi. (Hekk Alla jgħini).
* Ħassar kif meħtieġ.
  96      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
IT-TIENI SKEDA 
ġ Regolament 8(a)ħ
Formula ta’ Applikazzjoni għal Persuna li mhix Ċittadina ta’ Malta għar-
Reġistrazzjoni bħala Elettur għall-Kunsilli Lokali 
Lill-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta, Malta.
Kunjom ................................................... Nru. tal-Karta ta’ Identità  ........................
Isem .........................................................................................................................
Post tat-twelid ..........................................................................................................
Data tat-twelid ......................................................................................................... 
Ċittadinanża ................................................ Nru. ta’ Passaport ................................ 
Isem il-belt jew raħal ................................................................................................ 
Triq u numru tal-post ....................................................................................
.................................................................................................................................
Isem u kunjom ta’ missier l-applikant ....................................................................... 
Post tat-twelid tiegħu .................................. Nazzjonalità  * ......................................
* (jekk missier l-applikant ikun mejjet, agħti n-nazzjonalità  tiegħu fi żmien mewtu) 
Isem u kunjom xbubit omm l-applikant .....................................................................
Post tat-twelid tagħha................................... Nazzjonalità  ** ...................................
 ** (jekk omm l-applikant tkun mejta, agħti n-nazzjonalità  tagħha fi żmien mewtha) 
Jiena hawnhekk napplika biex inkun reġistrat bħala elettur għal.................. (1)
skond l-Att dwar l-Kunsilli Lokali biex inkun reġistrat bħala elettur għall-elezzjoni
ta’ kunsilliera.
Data .........................................................
................................................
Firma jew marka ta’ l-applikant
(1) Daħħal l-isem tal-lokalità .
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI BISS 
Rimarki 
Vtd. .......................................
Chd. ......................................
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     97
IT-TIELET SKEDA 
ġ Regolament 8(b)ħ
Formula għal Persuna li mhix Ċittadina ta’ Malta dwar Tibdiliet jew Trasferiment 
ta’ Fejn Toqgħod (Kunsilli Lokali)
Lill-Kummissjoni Elettorali:
Jien (1)....................................Nru. tal-Karta ta’ Identità ............ li dari kont
noqgħod f’(2) ............................................................................... hawnhekk
ngħarraf illi mort noqgħod f’ (3) ............................................................
Data ...........................................
.......................................................................
(4) Firma jew marka ta’ min japplika
.......................................................................
Firma u Numru tal-Karta ta’ Identitià  tax-xhud
Fejn joqgħod ix-xhud ............................................................................................... 
(1) Isem u kunjom (kif ukoll il-laqam, jekk wieħed ikollu).
(2) L-indirizz ta’ qabel kif jidher fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali.
(3) L-indirizz ta’ issa.
(4) Jekk min jagħmel it-talba ma jafx jikteb, min jimlielu l-formula għandu
jiffirma u jikteb l-indirizz tiegħu sħiħ u Numru tal-Karta ta’ Identità  taħt is-
sinjal ta’ min jagħmel it-talba.
  98      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
IR-RABA’ SKEDA 
ġ Regolament 8(ċ)ħ
Formula ta’ Applikazzjoni għall-Korrezzjoni ta’ Isem jew Indirizz ta’ Persuna li 
mhix Ċittadina ta’ Malta (Kunsilli Lokali) 
Lill-Kummissjoni Elettorali:
Ismi (u/jew l-indirizz tiegħi*) li jidher fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali
taħt (1) .................................... tniżżel ħażin u għalhekk nitlob sabiex ismi (u/ jew l-
indirizz tiegħi*) jigi korrett kif ġej (2) ...................................................................... 
Data ............................................................................................
(3) Firma jew marka ta’ min japplika
..........................................................
Firma u Numru tal-Karta ta’ Identità  tax-xhud
Fejn joqgħod ix-xhud ............................................................................................... 
(*) Il-kelmiet li ma jgħoddux għall-każ għandhom jitħassru.
(1) Post u indirizz sħiħ kif jidher fuq ir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali.
(2) Il-korrezzjoni li wieħed irid li ssir.
(3) Jekk min japplika ma jkunx jista’ jikteb, min jimlielu l-formula għandu
jiffirma jew għandha tiffirma u jagħti jew tagħti l-indirizz sħiħ tiegħu jew
tagħha u Numru tal-Karta ta’ Identità  taħt il-marka li jagħmel min japplika.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     99
IL-ĦAMES SKEDA 
ġ Regolament 8(d)ħ
Applikazzjoni minn Eletturi Nisa li mhumiex Ċittadini ta’ Malta għall-Korrezzjoni 
tal-Kunjom u l-Indirizz Wara Żwieġ (Kunsilli Lokali)
Lill-Kummissjoni Elettorali:
Billi (1) f ...................................... iżżewwiġt lil (2) .................................................
Nru. tal-Karta ta’ Identità  .................. jien (3) ..................... Nru. tal-Karta ta’
Identità  ........................ li qabel kont noqgħod (4) ....................................................
................................................... u rreġistrata bħala elettura b’dak l-indirizz, nitlob
li kunjomi (u/jew l-indirizz*) issa jkunu hekk (5) ......................................................
.................................................................................................................................
Data ......................................................... ........................................................
(6) Firma jew marka ta’ min japplika
.......................................................
Firma u Numru tal-Karta ta’ Identità  tax-xhud
Fejn joqgħod ix-xhud ............................................................................................... 
(*) Il-kelmiet li ma jgħoddux għall-każ għandhom jitħassru.
(1) Data taż-żwieġ.
(2) Isem, kunjom sħiħ u Numru tal-Karta ta’ Identità  ta’ żewġ min japplika.
(3) Kunjom xbubit (laqam ukoll, jekk ikollha) u Numru tal-Karta ta’ Identità  ta’
min japplika.
(4) Indirizz kif jidher fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali. 
(5) Indirizz ta’ issa.
(6) Jekk min japplika ma jkunx jista’ jikteb, min jimlielu l-formula għandu
jiffirma u jagħti jew tagħti l-indirizz sħiħ tiegħu jew tagħha u n-Numru tal-
Karta ta’ Identità  taħt il-marka li jagħmel min japplika.
  100      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
IS-SITT SKEDA
 ġ Regolament 15ħ
Formula ta’ Avviż mill-Kummissjoni Elettorali
Il-Kummissjoni Elettorali mwaqqfa skond l-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni b’dan
tgħarraf li, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, ser issir
elezzjoni fil-lokalità /lokalitajiet ta’ ..........................................................................
.................................................................................................................................
.............................................................................................................................. * 
nhar is-Sibt .............................................................................................................. 
.............................................................
Kummissjonarju Elettorali Prinċipali 
* Imla kif meħtieġ
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     101
IS-SEBA’ SKEDA 
ġ Regolament 17ħ
Formula ta’ Dokument għall-Votazzjoni
  102      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
IT-TMIEN SKEDA
ġ Regolament 20ħ
Formula tal-Polza
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     103
ID-DISA’ SKEDA 
ġ Regolament 22ħ
Formula tan-Nomina 
Lill-Kummissjoni Elettorali.
Aħna, hawn taħt iffirmati, billi aħna eletturi li għandna l-jedd li nivvotaw f’elezzjoni
għall-Kunsilli Lokali, u billi aħna irreġistrati fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli
Lokali ta’ ........................................................ (1) , ninnominaw lil
.................................................................. (2) bħala kandidat għall-lokalità , hawn
fuq imsemmija, u f’isem (3) ...................................................................................... 
Jien, (2)......... li noqgħod..... nagħti l-kunsens tiegħi għan-nomina hawn fuq
imsemmija u li ismi fuq il-polza tal-votazzjoni għandu jiġi indikat bħala (4)
........................................ 
Data
.........................................
Firma tal-kandidat ( jew tar-
rappreżentant tiegħu legittimu,
skond il-każ).
(1) L-isem tal-Lokalità .
(2) Isem, kunjom u Numru tal-Karta ta’ Identità  u indirizz tal-persuna nominata u
x’tagħmel.
(3) Isem il-partit politiku. 
(4) Kunjom u isem.
L-GĦAXAR SKEDA
  104      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
ġ Regolamenti 26, 56ħ
Formula tal-Ġurament li jittieħed mill-Assistenti Kummissjonarji Elettorali
Prinċipali u mill-Assitenti Kummissjonari Elettorali
Jien ......................................., Assistent Kummissjonarju Elettorali Prinċipali /
Assistent Kummissjonarju Elettorali* maħtur biex nissorvelja l-votazzjoni fl-
elezzjoni ta’ Kunsilli Lokali naħlef/niddikjara solennement li nagħmel bil-fedeltà  d-
dmirijiet ta’ din il-kariga skond id-disposizzjonijiet tal-liġi, u li għandi ngħarraf
b’ittra indirizzata lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali kull irregolarità  li nara
waqt li tkun miexja l-elezzjoni. 
Jien ukoll naħlef/niddikjara solennement li nżomm is-sigriet dwar il-vot mogħti
minn kull elettur li nista’ nkun naf bih. (Hekk Alla jgħini).
Data ................................................... Firma ....................................................... 
Numru tal-Karta
ta’ Identità ...................... .......................... 
* Ħassar kif meħtieġ
IL-ĦDAX-IL SKEDA 
ġ Regolament 39ħ
Formula ta’ Ġurament li Assistent Kummissjonarju jista’ jagħti lil Elettur
Jien (1)li noqgħod (2)naħlef/niddikjara solennement illi jien l-istess
persuna li isimha jidher bħala A.B. fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali u li
jien għadni ma ivvutajt la hawnhekk u lanqas band’oħra f’din l-elezzjoni ta’
Kunsilliera. (Hekk Alla jgħini).
Data ........................
Firma jew marka ta’ l-elettur ....................................................................................
Maħluf/Dikjarat solennement quddiemi llum ............................................................
Firma ta’ l-Assistent Kummissjonarju Elettorali .......................................................
(1) L-isem sħiħ.
(2) L-indirizz u Numru tal-Karta ta’ Identità  ta’ l-elettur.
IT-TNAX IL-SKEDA
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     105
ġ Regolament 87ħ
Dikjarazzjoni tar-Riżultat tal-Votazzjoni
Isem tal-Lokalità ........................
Elezzjoni ta’ Kunsilliera biex jirrappreżentaw il-lokalità  hawn fuq imsemmija li
saret fis-sena .........................
Aħna li ffirmajna isimna hawn taħt, Kummissjonarji Elettorali fil-votazzjoni ta’
Kunsilliera għall-lokalità  hawn fuq imsemmija li saret fi .................... ġurnata ta’
.................... tas-sena ........................, sejrin hawnhekk ingħarrfu illi r-riżultat tal-
votazzjoni w tat-trasferiment tal-voti huwa dan:
Numru ta’ voti validi ......................................................................
Numru ta’ Kunsilliera li għandhom jintagħżlu .................................
Kwota (numru ta’ voti li huma meħtieġa biex
kandidat jiġi elett) ..........................................................................
U aħna hawnhekk ingħarrfu illi dawn li huma msemmijin hawn fuq ġew kif jistħoqq
eletti Kunsilliera għal din il-lokalità
Illum, ilta’tas-sena
...........................................
Kummissjonarji Elettorali
IT-TLETTAX-IL SKEDA 
  106      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
ġ Regolament 101ħ
Rapport ta’ l-Ispejjeż ta’ l-Elezzjoni
1. Fil-kolonna tad-dħul għandu jkun hemm l-isem u d-deskrizzjoni ta’ kull
persuna (kompriż il-kandidat), każin, soċjetà  jew assoċjazzjoni li minn għandhom
daħlu flus, garanziji jew ekwivalent ta’ flus, għall-ispejjeż li jsiru għall-elezzjoni,
jew li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-elezzjoni jew inċidentali għall-elezzjoni, u l-ammont
li jkun daħal minn għand kull persuna, każin, soċjetà  jew assoċjazzjoni
separatament.
2. Fil-kolonna ta’ l-ispejjez għandhom jitniżżlu:
(a) l-ispejjeż persunali tal-kandidat magħmulin jew imħallsin mill-
kandidat;
(b) l-isem u r-rata, u l-ammont kollu tal-ħlas ta’ kull persuna impjegata
bħala aġent, assistent jew professjonista;
(ċ) l-ispejjeż tat-traġitti u l-ispejjeż l-oħra kollha magħmulin mill-kandidat
tiegħu akkont ta’ aġenti, assistent jew professjonista;
(d) l-ispejjeż tat-traġitti ta’ persuni, sew jekk imħallsin b’salarju jew le, li
saru għall-kandidatura u sew jekk ikunu ġew imħallsin jew magħmulin
mill-kandidat, jew mill-persuna li tagħmel dak it-traġitt;
(e) l-ispejjeż li tħallsu jew li saru, għal: 
(i) stampa;
(ii) avviżi; 
(iii) kartolerija; 
(iv) pustaġġ;
(v) telegrammi;
(vi) kiri ta’ kmamar għal meetings jew għal kumitati; 
(f) spejjeż oħra diversi, li tħallsu jew li saru.
Nota: 
(1) Għandhom jitniżżlu l-ispejjeż kollha li jkunu saru dwar il-kandidatura sew
jekk ikunu ġew imħallsa mill-kandidat, jew minn persuni oħra, jew li jkunu
għadhom m’humiex imħallsa fid-data tar-rapport.
(2) Għall-partiti kollha ta’ iżjed minn ħamsa u għoxrin ċenteżmu ħlief fil-każijiet
(bħal pustaġġ) li għalihom ma tingħatax irċevuta, mar-rapport għandhom jiġu
mdaħħla l-kontijiet.
(3) Is-somom kollha ta’ flus  imħallsa bla ma jkun hemm riċevuta tagħhom,
għandhom jitniżżlu ħaġa b’ħaġa bid-data tal-ħlas.
(4) Is-somom kollha ta’ flus li ma jkunux tħallsu għandhom jitniżżlu f’lista
għaliha.
FORMULA TA’ DIKJARAZZJONI LI SSIR MINN KANDIDAT
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     107
Jien ..................... kandidat għall-lokalità  ta’ ............................ , naħlef/niddikjara
solennement li r-rapport ta’ spejjeż elettorali ta’ hawn fuq huwa veru sa fejn naf u
nifhem jien, u illi, barra mill-ispejjeż li huma mniżżlin fih, ma saru ebda xorta ta’
spejjeż sa fejn naf u nifhem jien li għandhom x’jaqsmu mal-kandidatura jew għall-
kandidatura tiegħi.
...................................
Kandidat.
Maħlufa/Dikjarata solennement quddiemi.
..........................................................
Maġistrat/Kummissarju għall-Ġustizzja/ 
Kummissjonarju b’setgħa
li jagħti Ġurament.
L-ERBATAX-IL SKEDA 
  108      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
ġ Regolament 34 (3)ħ
Formula li għandha titwaħħal 
f’kull Kamra tal-Votazzjoni
REGOLI LI FUQHOM JlSTA’ JIMXI L-ELETTUR META JIVVOTA
1. Ivvota billi tikteb in-numru 1 quddiem l-isem tal-
kandidat li inti tixtieq tarah elett l-ewwel wieħed.
2. Inti mitlub (u tajjeb tagħmlu) sabiex tikteb in-numru 2
quddiem l-isem tat-tieni għażla tiegħek (jew tat-tieni
preferenza) u tikteb in-numru 3 quddiem l-isem tat-tielet
għażla tiegħek (jew tat-tielet preferenza) u hekk tibqa’
tikteb in-numri ta’ wara, skond il-preferenza li tagħti lil
wieħed fuq l-ieħor.
3.  Hija ħaġa tajba li inti tibqa’ timmarka bin-numri dawk il-
kandidati skond il-preferenza li trid tagħti lil wieħed fuq l-
ieħor, sakemm tasal għall-isem ta’ dawk il-kandidati li ma
jinteressawkx.
4. Jekk fuq il-polza tiegħek ma tiktibx in-numru 1, jew tikteb
in-numru 1 quddiem iżjed minn isem wieħed jew jekk
tikteb in-numru 1 (li juri l-ewwel preferenza) u miegħu xi
numru ieħor quddiem l-istess isem, jew jekk tikteb in-
numru 1 quddiem l-isem ta’ iktar minn kandidat wieħed,
il-polza tiegħek ma tkunx tiswa u ma tingħaddx.
5. Timmarkax il-vot tiegħek bis-sinjal X.
6. Jekk bi żball għarraqt il-polza tiegħek inti tkun tista’
terġa’ tagħtiha lura lill-Assistent Kummissjonarju, illi,
jekk jara li inti ħadt dan l-iżball mingħajr ma ridt, jerġa’
jagħtik polza oħra.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     109
ġ Artikolu 33ħ
Ħwejjeġ esklużi mir-responsabbiltà  ta’ Kunsilli Lokali  
IR-RABA’ SKEDA Emendata:A.L. 53 ta’ l-1995.
Oqsma Industrjali:
Qasam Industrjali Attard Limiti ta’ Attard
Qasam Industrjali Bulebel  Limiti taż-Żejtun 
Qasam Industrjali Ħal Far  Limiti ta’ Birżebbuġa 
Qasam Industrjali Kordin  Limiti ta’ Paola 
Qasam Industrjali Luqa  Limiti ta’ Luqa 
Qasam Industrjali Marsa Limiti tal-Marsa 
Qasam Industrjali Mrieħel  Limiti ta’ Birkirkara 
Qasam Industrjali Rikażli Limiti tal-Kalkara 
Qasam Industrjali San Ġwann  Limiti ta’ San Ġwann 
Qasam Industrjali Xewkija  Limiti tax-Xewkija 
Technopark Mosta  Limiti tal-Mosta
Villaġġ tas-Snajja’ Għawdex Limiti ta’ l-Għarb 
Villaġġ tas-Snajja’ Ta’ Qali  Limiti ta’ Attard 
Malta Drydocks  Bormla
Malta Freeport  Limiti ta’ Birżebbuġa 
Malta Shipbuilding  Limiti tal-Marsa 
Delimara Power Station Limiti ta’ Marsaxlokk 
Marsa Power Station Limiti tal-Marsa 
L-Ajruport  Limiti ta’ Luqa
Ta’ Lambert Heliport Limiti tax-Xewkija
Bus Terminus Valletta
Bus Terminus Rabat, Għawdex
Albertown Reverse Osmosis Plant  Limiti tal-Marsa
Ċirkewwa Reverse Osmosis Plant  Limiti tal-Mellieħa
Għar Lapsi Reverse Osmosis Plant Limiti tas-Siġġiewi
Pembroke Reverse Osmosis Plant Limiti ta’ Pembroke
Tignè  Reverse Osmosis Plant Sliema
Installazzjoni Gas Limiti ta’ Birżebbuġa
Installazzjoni Petroleum Limiti ta’ Birżebbuġa
Impjant Riċiklaġġ ta’ l-Iskart Sant’
Antnin
Limiti ta’ Marsaskala
Impjant tad-Drenaġġ Sant’ Antnin  Limiti ta’ Marsaskala
Il-Portijiet kollha elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta. 
  110      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Ċentri Soċjali u tas-Saħħa:
Università  ta’ Malta Msida 
Sptar Craig Rabat, Għawdex 
Sptar Mentali Għawdex Rabat, Għawdex 
Sptar Mentali Limiti tax-Xewkija
Sptar Monte Karmeli Limiti ta’ Attard 
Sptar San Luqa Pietà
Sptar San Vinċens de Paul Limiti ta’ Luqa 
Sptar Sir Paul Boffa Floriana
Sptar Zammit Clapp San Ġiljan 
Radam Magħtab Limiti tan-Naxxar 
Radam Wied Fulija Limiti taż-Żurrieq 
Radam Qortin Xagħra
Bini Ministerjali tal-Gvern 
(ex Beltissebħ) Floriana 
Kompless Sportiv tal-Marsa Limiti tal-Marsa 
Pixxina Nazzjonali Limiti ta’ Marsaskala 
Post għal Ċentru Nazzjonali Tennis Pembroke
Kumpless Sportiv Akwatiku Marsalforn, Żebbuġ, Għawdex
Stadium Nazzjonali tal-Football 
Ta’ Qali Limiti ta’ Attard 
Gozo Stadium Limiti tar-Rabat, Għawdex
Padiljun tal-Basketball Ta’ Qali Limiti ta’ Attard 
Kumpless Sportiv ta’ Kordin Limiti ta’ Paola 
Ground tal-Football Tignè Limiti tas-Sliema 
Kumpless Sportiv ta’ l-Università Msida
Shooting Range Bidnija Limiti ta’ San Pawl il-Baħar 
Kumpless Sportiv ta’ Għawdex Rabat, Għawdex
Shooting Ranges tal-Militar Limiti ta’ Pembroke
Clay Pigeon Shooting Range Żebbuġ, Għawdex
Il-Korsa taż-Żwiemel tax-Xħajma Xewkija
Ċimiterji: 
Ċimiterju ta’ l-Addolorata Limiti ta’ Paola 
Ċimiterju ta’ Braxia Limiti tal-Ħamrun 
Ċimiterju tal-Kalkara Limiti tal-Kalkara 
Ċimiterju tas-Sur ta’ l-Imsida Floriana
Ċimiterju ta’ l-Imtarfa Limiti ta’ Attard 
Ċimiterju ta’ Santa Marija Limiti tar-Rabat, Għawdex
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     111
Parki u Mkejjen ta’ Wirt Nazzjonali:
(Fortijiet u fortifikazzjonijiet jinkludu fosos, glacis u dawk il-partijiet tal-
fortijiet u fortifikazzjonijiet, li għalkemm ma jidhrux, xorta huma parti
minnhom)
Buskett Limiti tas-Siġġiewi 
Ta’ Qali Limiti ta’ Attard 
Għadira Limiti tal-Mellieħa
Simar San Pawl il-Baħar
Kemmuna
Kemmunett
Filfla
Il-Blata tal-Ġeneral 
Manoel Island 
Il-Gżejjer
Ġgantija Limiti ta’ Xagħra 
Ħaġar Qim Limiti tal-Qrendi 
Is-Swar tal-Birgu
Is-Swar ta’ Bormla
Is-Sur t’Għawdex (Cittadella) Rabat, Għawdex 
Is-Swar ta’ Floriana
Is-Swar ta’ l-Imdina 
Is-Swar ta’ l-Isla
Is-Swar tal-Belt Valletta
Forti Manoel 
Forti Rikażli 
Forti Sant’ Anġlu 
Forti Sant’ Jiermu 
Forti Chambrai Limiti ta’ Għajnsielem
Il-Linji tal-Kottonera 
Il-Linji ta’ Vittorja
Bieb il-Belt Valletta
Bieb il-Bombi Floriana
L-Akwadott ta’ Wignacourt u 
l-Fontana
Is-siti u l-imkejjen arkeoloġiċi kollha reġistrati mad-Dipartiment tal-
Mużewijiet
  112      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Ġonna u Monumenti:
L-Arena ta’ l-Indipendenza Floriana 
Il-Mall Floriana 
Il-Ġonna tal-Barrakka t’Isfel Valletta 
Il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq Valletta 
Il-Ġonna Botaniċi ta’ l-Argotti Floriana
Il-Mall (Rundel Gardens) Rabat, Għawdex 
Il-Ġonna tal-Palazz ta’ Sant’ Anton Attard
Il-Ġonna tal-Palazz Verdala Limiti tas-Siġġiewi 
Munument ta’ l-Indipendenza Floriana 
Monument ta’ l-Assedju l-Kbir Valletta 
Monument tal-Qanpiena ta’ 
l-Assedju  Valletta 
Monument tal-Gwerra Floriana 
Monument tar-Royal Air Force Floriana 
Monument tas-Sette Giugno Valletta
Monument tas-Sette Giugno Rabat, Għawdex
Monument tal-31 ta’ Marzu 1979 Birgu 
Monument ta’ Nerik Mizzi Valletta 
Monument ta’ Ġorġ Borg Olivier Valletta 
Monument ta’ Pawlu Boffa Valletta 
Monument ta’ Kristu Re Floriana 
Monument ta’ Kristu Re Rabat, Għawdex
Monument ta’ Dun Mikiel Xerri Valletta 
Monument ta’ Anton Buttigieg Ħamrun 
Monument ta’ Manwel Dimech Valletta 
Monument ta’ Spencer Ħamrun 
Monument tar-Reġina Vittorja Valletta 
Monument ta’ Manoel de Vilhena Floriana
Toroq:
It-toroq arterji u distributorji kif determinati mill-Pjan Strutturali.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     113
IL-ĦAMES SKEDA
ġ Artikolu 24ħ
Ġurament tal-Kariga ta’ Kunsillieri/Sindku/Deputat Sindku
Jiena,........................kunsillier elett kif inhu xieraq għal-lokalità  ta’
....................................... sollennement naħlef/nafferma illi naqdi fedelment u
konxjenzjożament id-dmirijiet bħala Kunsillier/ Sindku/Deputat Sindku* skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u l-Kostituzzjoni ta’ Malta.
*Ħassar fejn jinħtieġ
  114      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Emendata:
XXI.1999.3, 41.
IS-SITT SKEDA 
ġ Artikolu 43ħ
Ordnijiet Permanenti
Presidenza tal-
laqgħat. 
1. (1) Is-Sindku għandu jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill.
(2) Fl-assenza tas-Sindku l-persuna li tippresiedi l-laqgħa
għandha teżerċita l-funzjonijiet kollha tas-Sindku skond dawn l-
ordnijiet permanenti.
(3) Il-proċeduri li fuqhom għandhom jitmexxew il-laqgħat tal-
kumitati tal-Kunsill għandhom, kemm-il darba ma tidhirx kontra l-
intenzjoni, ikunu dawk spjegati f’dawn l-ordnijiet permanenti.
(4) Kull referenza f’dawn l-ordnijiet permanenti lil kunsillieri
jew xi membru tal-Kunsill għandha tiġi interpretata bħala referenza
lil Sindku jew Deputat Sindku skond kif ikun il-każ kemm il-darba
ma jkunx hemm intenzjoni kuntrarja.
Quorum.
Emendat:
XXI.1999.41.
2. (1) Il-quorum meħtieġ biex isir ix-xogħol tal-Kunsill
għandu jkun l-ewwel numru sħiħ fuq il-ħamsin fil-mija tan-numru
tal-kunsillieri fil-kariga u ma jitħallewx barra minħabba xi interess
dikjarat.
(2) Jekk ma jkunx hemm quorum meta jintlaqa’ l-Kunsill jew
jekk matul il-laqgħa n-numru tal-kunsillieri preżenti u li ma
jitħallewx barra minħabba interess dikjarat ikunu anqas mill-
quorum, ix-xogħol li ma jsirx f’dik il-laqgħa għandu jsir fil-laqgħa
li jmiss jew f’xi jum ieħor kif jista’ jistabbilixxi s-Sindku:
Iżda jekk żewġ laqgħat konsekuttivi tal-Kunsill jiġu
aġġornati minħabba f’nuqqas ta’ quorum, il-quorum meħtieġ sabiex
isir dak ix-xogħol fil-laqgħa sussegwenti li jmiss għandu jitnaqqas
għal ħamsin fil-mija ta’ dawk il-membri li jkunu fil-kariga u li ma
jkunux impediti milli jattendu minħabba f’interessi konfliġġenti.
Jekk jiġri li dak l-għadd imnaqqas għall-quorum ma jkunx numru
sħiħ, il-quorum jiġi mnaqqas għall-ogħla numru sħiħ taħt il-ħamsin
fil-mija li għandu mill-anqas ikun ta’ żewġ membri.
Votazzjoni.
Emendat:
XXI.1999.3, 41.
3. (1) Il-membri għandhom jivvutaw billi jgħollu idejhom.
(2) Jekk membru hekk jitlob, is-Segretarju Eżekuttiv għandu
jirreġistra l-ismijiet tal-membri li jkunu vvotaw fuq kull kwistjoni
biex juru jekk ikunu vvotaw favur jew kontra.
(3) Il-persuna li tkun qiegħda tippresiedi tista’ tagħti l-vot
oriġinali fuq kull suġġett li jkun ġie għall-votazzjoni, u fil-każ fejn
il-voti jiġu indaqs jista’ jagħti l-casting vote ukoll jekk ikun ta l-vot
oriġinali:
Sakemm dik il-persuna li tkun qiegħda tippresiedi ma
tagħtix casting vote jekk ikun hemm voti indaqs f’elezzjoni ta’
Sindku jew Viċi Sindku.
(4) Fejn aktar minn żewġ persuni jkunu nominati għal xi kariga
biex timtela mill-Kunsill u tal-voti mogħtija ma jkunx hemm
maġġoranza assoluta tal-Kunsill kif kostitwit favur ta’ xi persuna,
l-isem tal-persuna li jkollha lanqas numri ta’ voti għandu jitħassar
minn fuq il-lista u ssir votazzjoni mill-ġdid, u jibqa’ sejjer hekk
sakemm waħda minn dawk il-persuni ġġib il-maġġoranza tal-voti.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     115
L-ewwel laqgħa 
tal-Kunsill wara l-
elezzjoni.
4. Ix-xogħol fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill il-ġdid elett għandu
jkun:
(a) Biex jiġi elett is-Sindku, u/jew Chairman tal-kumitati
jew sotto-kumitati kif ikun meħtieġ.
(b) Biex jilqa’ d-dikjarazzjoni ta’ l-aċċettazzjoni tal-
kariga tas-Sindku u/jew taċ-Chairman, jew, jekk tkun
għadha ma waslitx, biex jiddeċiedi meta għandha
tinbagħtlu.
(ċ) Fis-sena ordinarja ta’ elezzjoni tal-Kunsill biex timtela
xi vakanza li tkun tħalliet vojta fl-elezzjoni minħabba
nominazzjonijiet mhux suffiċjenti.
(d)Biex jiddeċiedi meta għandhom jaslu xi dikjaraz-
zjonijiet ta’ aċċettazzjoni ta’ kariga li ma jkunux
waslu.
(e) Biex jintgħażel Deputat Sindku fejn tkun teżisti din il-
kariga.
(f) Biex jaħtru l-kumitati.
Ordni tax-xogħol.
Emendat:
XXI.1999.41.
5. Wara li jkun sar l-ewwel xogħol, l-ordni tax-xogħol, kemm
il-darba l-Kunsill ma jiddeċidix xorta oħra minħabba urġenza
skond l-ordni permanenti 6, għandu jkun kif ġej:
(a) Jinqraw u jiġu kunsidrati l-minuti:
Kemm-il darba tiġi ċirkulata kopja lil kull membru
qabel il-laqgħa, il-minuti għandhom jitqiesu bħala
moqrija.
(b) Wara konsiderazzjoni, biex jiġi approvat li s-Sindku u
s-Segretarju Eżekuttiv jiffirma l-minuti bħala
dokument korrett.
(ċ) Biex jittratta x-xogħol espressivament meħtieġ mil-liġi
jew biex isiru regolamenti.
(d) Biex jikkonsidra kull ħaġa li toħroġ mill-minuti
preċedenti u biex jiddisponi x-xogħol, jekk ikun
hemm, li jkun fadal mil-laqgħa ta’ qabel.
(e) Biex jirċievi dawk il-komunikazzjonijiet li s-Sindku
jista’ jixtieq li jqiegħed quddiem il-Kunsill.
(f) Biex jirrispondi mistoqsijiet mill-kunsillieri.
(g) Biex jirċievi u jikkonsidra rapporti u minuti ta’
kumitati u sotto-kumitati. 
(h) Biex jirċievi u jikkonsidra rapporti minn uffiċjali tal-
Kunsill.
(i) Biex jawtorizza l-issiġillar tad-dokumenti kif provdut
fl-ordni permanenti 25.
(j) Biex jawtorizza l-iffirmar ta’ l-ordnijiet għal ħlasijiet. 
(k) Biex jikkonsidra mozzjonijiet jew rakkomandaz-
zjonijiet fl-ordni li jkunu ġew notifikati.
(l) Biex jittratta ma’ xi xogħol ieħol speċifikat fil-laqgħa. 
  116      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Mozzjoni ta’ 
urġenza. 
6. Mozzjoni biex tbiddel l-ordni tal-laqgħa minħabba
urġenza: 
(a) tista’ tiġi proposta mis-Sindku jew minn xi membru
ieħor u, kif propost mis-Sindku, tista’ titqiegħed għall-
votazzjoni mingħajr ma tiġi sekondata u
(b) għandha titqiegħed għall-votazzjoni mingħajr ebda
diskussjoni.
Mozzjoni li 
għandha titqiegħed 
fuq l-aġenda.
Emendat:
XXI.1999.3, 41.
7. Minbarra kif hemm provdut b’dawn li l-ordnijiet
permanenti, l-ebda mozzjoni ma tista’ titressaq kemm-il darba x-
xogħol li għandha x’taqsam miegħu ma jkunx imniżżel fuq l-
aġenda mis-Segretarju Eżekuttiv jew minn min ikun għamel din il-
mozzjoni ma jkunx ta l-avviż bil-miktub tat-termini tagħha u jkun
ikkonsenja l-avviż lis-Segretarju Eżekuttiv ta’ l-anqas sitt ijiem
qabel.
Dmirijiet ta' 
Segretarju 
Eżekuttiv dwar 
mozzjonijiet. 
Emendat:
XXI.1999.3.
8. (1) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jniżżel id-data ta’ meta
jirċievi fuq kull avviż tal-mozzjoni jew rakkomandazzjoni, għandu
jagħti numru lil kull avviż skond l-ordni ta’ meta jasallu u
jirreġistra fi ktieb li jkun jista’ jiġi spezzjonat minn kull membru
tal-Kunsill.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jniżżel fis-sejħiet għal kull
laqgħa l-avviżi kollha ta’ mozzjoni jew rakkomandazzjoni mogħtija
kif imiss skond l-ordni li fih ikunu waslu l-avviżi kemm-il darba l-
membru li jagħti l-avviż ta’ mozzjoni ma jkunx stqarr bil-miktub li
huwa għandu l-ħsieb li jagħmel il-mozzjoni f’xi laqgħa oħra jew
inkella li jirtiraha.
Meta mozzjoni 
għandha titqies li 
ġiet irtirata.
Emendat:
XXI.1999.41.
9. Jekk mozzjoni jew rakkomandazzjoni speċifikata fil-
laqgħa ma ssirx la mill-membru li jkun ta l-avviż jew minn xi
membru ieħor, għandha, kemm-il darba ma tkunx posposta mill-
Kunsill, tiġi trattata bħala rtirata u ma għandhiex terġa’ titqajjem
mingħajr avviż mill-ġdid.
Mozzjoni ti taqa’ 
fil-kompetenza tal-
kumitat tal-
Kunsill. 
Emendat:
XXI.1999.41.
10. Jekk il-materja tas-suġġett tal-mozzjoni tiġi fil-
kompetenza ta’ kumitat tal-Kunsill, għandha, wara li titqajjem u
tiġi sekondata, tibqa’ bħala riferuta mingħajr diskussjoni għal dak
il-kumitat jew xi kumitat ieħor skond kif il-Kunsill jista’
jiddetermina għar-rapport:
Kemm-il darba s-Sindku, jekk jaħseb li tkun materja ta’
urġenza, jista’ jħalliha biex tiġi trattata fil-laqgħa li fiha tkun
tqajmet. 
Mozzjonijiet biex 
ikunu relevanti. 
Emendat:
XXI.1999.41.
11. Kull mozzjoni jew rakkomandazzjoni għandha tkun
relevanti għal xi suġġett li fuqu l-Kunsill hu kompetenti jew
għandu ġurisdizzjoni kif stabbilit b’dan l-Att jew li taffettwa l-
lokalità  tiegħu.
Mozzjonijiet 
mgħoddija 
mingħajr avviż.
Emendat:
XXI.1999.41.
12. Mozzjonijiet li jittrattaw mal-materji li ġejjin jistgħu
jitqajmu mingħajr avviż:
(a) Imħassar: XXI.1999.41.
(b) Biex jiġu korretti l-minuti. 
(ċ) Biex jiġu approvati l-minuti.
(d) Biex tinbidel l-ordni tax-xogħol.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     117
(e) Biex jipproċedu għax-xogħol li jmiss.
(f) Biex jingħalaq jew jiġi aġġornat id-dibattitu. 
(g) Biex tiġi riferuta materja għal kumitat.
(h) Biex jinħatar xi kumitat jew xi membru fih.
(i) Biex jiġi adottat rapport.
(j) Biex jiġi awtorizzat l-issiġillar tad-dokumenti. 
(k) Biex tiġi emendata mozzjoni.
(l) Biex jingħata permess biex tiġi rtirata xi mozzjoni jew
xi emenda.
(m) Biex jiġi estiż il-limitu tal-ħin għad-diskorsi.
(n) Biex isikket jew jitfa’ ’l barra mil-laqgħa xi membru li
ma jġibx ruħu sewwa. 
(o) Biex jistieden membru biex jiddikjara interess fis-
suġġett li jkun qiegħed jiġi dibattut.
(p) Biex jagħti l-kunsens tal-Kunsill fejn kunsens bħal dan
ikun meħtieġ b’dawn l-ordnijiet permanenti.
(q) Biex jaġġorna l-laqgħa.
Mistoqsijiet. 
Emendat:
XXI.1999.3.
13. (1) Membru jista’ jsaqsi lis-Sindku u/jew lis-segretarju
kull mistoqsija li għandha x’taqsam max-xogħol tal-Kunsill,
kemm-il darba tiġi mgħarrfa l-persuna li tkun indirizzata għaliha
qabel tibda l-laqgħa.
(2) L-ebda mistoqsija li ma jkollhiex x’taqsam mas-suġġett
tad-diskussjoni m’għandha ssir ħlief waqt il-parti tal-laqgħa li jkun
hemm għal mistoqsijiet.
(3) Kull mistoqsija għandha ssir u tiġi mwieġba mingħajr
diskussjoni.
L-ebda diskussjoni 
fuq minuti ħlief fuq 
ir-reqqa tagħhom. 
Sostitwit:
XXI.1999.41.
14. (1) M’għandha ssir ebda diskussjoni fuq il-Minuti ħlief
fuq il-preċiżazzjoni tagħhom. Korrezzjonijiet għall-Minuti
għandhom isiru b’riżoluzzjoni u għandhom ikunu inizjalati mis-
Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv.
(2) Il-korrezzjonijiet kollha għandhom jiġu inizjalati mis-
Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv fil-marġni, u kopji tal-Minuti kif
korretti għandhom jingħataw lil kull Kunsillier. 
(3) Il-kwistjonijiet li jkunu ġew korretti għandhom jiġu
indikati b’mod ċar fil-Minuti ta’ dik il-laqgħa meta dawk il-
korrezzjonijiet ikunu ġew approvati.
(4) Ebda kwistjoni oħra fl-aġenda, kemm-il darba ma jkunx
ġie deċiż xort’oħra mill-Kunsill, m’għandha tiġi diskussa u
kkunsidrata kemm-il darba l-Minuti tal-laqgħa preċedenti ma
jkunux ġew approvati u ffirmati:
Iżda l-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jipproċedi bix-xogħol fl-
aġenda mingħajr diskussjoni, konsiderazzjoni jew approvazzjoni
tal-Minuti tal-laqgħa preċedenti biss jekk u meta l-laqgħa tkun
laqgħa urġenti tal-Kunsill jew, meta l-Minuti ma jkunux għadhom
ġew imħejjija minħabba f’ċirkostanzi li l-Kunsill jikkonsidra bħala
raġonevoli, u l-Kunsill m’għandux jiddeċiedi dwar kemm ħaġa hi
  118      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
jew mhix raġonevoli kemm-il darba s-Segretarju Eżekuttiv ma
jkunx għarraf  kif dovut lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet li jistgħu
jiġġustifikaw iċ-ċirkostanzi għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-
Minuti.
Records formali.
Miżjud:
XXI.1999.41.
14A. (1) Il-Minuti għandhom ikunu r-records formali tal-
proċedimenti tal-laqgħat tal-Kunsill u għandhom jiġu abbozzati
mis-Segretarju Eżekuttiv.
(2) Il-Minuti għandhom ikunu - 
(a) fil-qosor, b’mod li jkunu jirreġistraw il-materji
diskussi u d-deċiżjonijiet li jsiru;
(b) preċiżi, sabiex dawn jirreġistraw preċiżament il-
proċedimenti;  u
(ċ) ċari, biex dawk li jkunu assenti mil-laqgħa jkunu
jistgħu jiġu għal kollox mgħarrfa bil-proċedimenti u
sabiex ma jkunx hemm dubju dwar x’ikun intqal qabel.
(3) Il-Minuti għandu jkun fihom -
(a) in-numru u d-data tal-laqgħa, inkluż il-ħin tal-bidu u t-
tmiem tal-laqgħa;
(b) min huma l-membri preżenti, min qiegħed jippresjedi,
u apoloġiji għal xi assenzi;
(ċ) paragrafi enumerati;
(d) kull mozzjoni u emenda fl-għamla eżatta kif jiġu
proposti, u l-ismijiet tal-proponent u tas-sekondant;
(e) ir-riżultati ta’ kull votazzjoni, b’riferenza speċjali għal
casting votes li jista’ jkun hemm;
(f) id-deċiżjoni taċ-chairman dwar xi point of order;
(g) x’ħin jidħlu l-Kunsillieri u x’ħin joħorġu;
(h) id-data u l-ħin tal-laqgħa li jmiss.
(4) Għandha wkoll tiġi annessa flimkien mal-Minuti kull
dokumentazzjoni li titqies meħtieġa sabiex il-Minuti jinżammu
kemm jista’ jkun fil-qosor, bħalma huma mozzjonijiet u skedi ta’
pagamenti.
(5) Il-Minuti kif miżmuma mis-Segretarju Eżekuttiv, kif
approvati mill-Kunsill, għandhom jitqiesu bħala l-Minuti uffiċjali
tal-Kunsill.
(6) Il-Minuti jsiru dokumenti pubbliċi hekk kif jiġu approvati
mill-Kunsill u ffirmati miċ-Chairman u s-Segretarju Eżekuttiv.
(7) Meta l-Minuti jiġu approvati, ċ-Chairman għandu wkoll
jinizjala kull paġna.
(8) Is-Segretarju Eżekuttiv  għandu jara li l-Minuti approvati
jiġu mdaħħla sew fil-file u jkun responsabbli għall-kustodja
tagħhom.
(9) Kunsill jista’, b’riżoluzzjoni, japprova r-rekordjar jew
reġistrazzjoni oħra ta’ proċedimenti għall-iskop uniku li jiġi
faċilitat l-abbozzar tal-Minuti.  Dawk ir-reġistrazzjonijiet kollha
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     119
jistgħu jitħassru wara li l-Minuti tal-laqgħa relattiva jkunu ġew
approvati.
Regoli tad-
dibattitu.
Emendat:
XXI.1999.41.
15. (1) Mozzjoni jew emenda ta’ mozzjoni m’għandhiex tkun
diskussa sakemm ma tkunx ġiet proposta u sekondata, u, sakemm
ma tkunx ingħatat notifika xierqa, għandha, jekk ikun meħtieġ mis-
Sindku, issir bil-kitba u tingħata lilu qabel ma tiġi diskussa jew
imqiegħda quddiem il-laqgħa.
(2) Membru li jissekonda mozzjoni jew emenda jista’, jekk
imbagħad jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk, iżomm id-
diskors tiegħu għal ħin ieħor tad-dibattitu.
(3) Membru għandu jagħmel l-intervent tiegħu għall-mistoqsija
li tkun qed tiġi diskussa jew għal spjegazzjoni persunali jew għal
question of order.
(4) L-intervent ta’ min jagħmel il-mozzjoni m’għandux idum
iżjed minn għaxar minuti, u l-ebda intervent ieħor m’għandu jaqbeż
ħames minuti, ħlief bil-kunsens tal-Kunsill.
(5) Emenda għandha tkun jew: 
(a) Biex kliem jitħalla barra.
(b) Biex kliem jitħalla barra u jidħlu jew jiżdiedu oħrajn. 
(ċ) Biex jidħlu u jiżdiedu kliem.
(6) Emenda m’għandux ikollha l-effett li tinnega l-mozzjoni
quddiem il-Kunsill.
(7) Jekk tgħaddi l-emenda, il-mozzjoni, kif emendata, għandha
tieħu post il-mozzjoni oriġinali u għandha ssir il-mozzjoni li fuqha
jistgħu jsiru emendi oħra.
(8) M’għandhix issir emenda oħra sakemm il-Kunsill ikun
ħeles minn kull emenda li tkun saret qabel.
(9) Membru, ħlief min ikun għamel il-mozzjoni, m’għandux,
mingħajr permess tal-Kunsill, jitkellem iżjed minn darba fuq xi
mozzjoni ħlief biex jagħmel emenda jew biex ikompli jemenda, jew
fuq emenda, jew fuq point of order, jew fi spjegazzjoni persunali,
jew biex jagħmel egħluq.
(10) Membru għandu jinstema’ minnufih meta jintervjeni biex
jagħmel point of order jew spjegazzjoni persunali. Spjegazzjoni
persunali għandha ssir biss fuq xi parti minn intervent li jkun
għamel hu u li seta’ ma ġiex miftiehem.
(11) Mozzjoni jew emenda tista’ tiġi irtirata minn min jagħmilha
bil-kunsens tal-Kunsill, u għandha tiġi mgħoddija mingħajr
diskussjoni, u l-ebda membru ma jista’ jitkellem fuqha wara li jkun
intalab permess biex tiġi irtirata sakemm permess bħal dan ma ġiex
miċħud.
(12) Meta mozzjoni tkun is-suġġett ta’ dibattitu l-ebda mozzjoni
oħra m’għandha ssir ħlief dawn li ġejjin:
(a) Biex tiġi emendata mozzjoni.
(b) Biex jipproċedu għax-xogħol li jmiss. 
  120      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
(ċ) Biex taġġorna d-dibattitu.
(d) Illi l-mistoqsija ssir issa.
(e) Illi membru li jissemma’ ma jinstemax iżjed. 
(f) Illi membru li jissemma’ jitlaq mil-laqgħa. 
(g) Illi l-mozzjoni tkun riferita lil kumitat jew sotto-
kumitat.
(h) Biex taġġorna l-laqgħa.
Membru għandu 
jibqa’ bil-qiegħda.
16. Membru għandu jibqa’ bil-qiegħda meta jkun qed jitkellem
sakemm ma jingħatax permess mis-Sindku li jqum bil-wieqfa.
Rulings mogħtija 
mis-Sindku.
Sostitwit:
XXI.1999.41.
17. (1) Is-Sindku jagħti ruling dwar -
(a) point of order;
(b) l-ammissibilità  ta’ spjegazzjoni personali;  jew 
(ċ) l-imġieba ta’ xi membru kif provdut f’Ordni
Permanenti 20.
(2) M’għandha ssir ebda diskussjoni dwar rulings mogħtija
mis-Sindku.
Regoli dwar 
mozzjonijiet u 
dibattiti. 
Emendat:
XXI.1999.41.
18. (1) Il-membri għandhom jindirizzaw lis-Sindku.
(2) Jekk ikun hemm żewġ membri jew iktar li jkunu jixtiequ
jintervjenu, is-Sindku għandu jsejjaħ lil xi wieħed minnhom biex
ikun l-ewwel li jitkellem.
(3) Kull meta Sindku jew membru jkun qed jitkellem matul xi
dibattitu, il-membri l-oħra kollha għandhom jibqgħu bil-qiegħda.
(4) Fit-tmiem ta’ kull intervent membru jista’, mingħajr ma
jikkummenta, iressaq "illi l-mistoqsija għandha ssir issa", "illi d-
dibattitu għandu jaġġorna issa" jew "illi l-Kunsill għandu jaġġorna
issa". Jekk mozzjoni bħal din tkun sekondata, is-Sindku għandu
jressaq il-mozzjoni iżda, fil-każ ta’ mozzjoni "biex issir il-
mistoqsija", għandu jagħmel hekk biss jekk ikun ta’ l-opinjoni illi
l-mistoqsija quddiem il-Kunsill tkun ġiet diskussa biżżejjed. Jekk
il-mozzjoni "illi l-mistoqsija issir issa" tgħaddi, huwa għandu jgħid
lil min ikun ressaqha biex jeżerċita jew jirrinunzja d-dritt tiegħu li
jwieġeb u għandu jagħmel il-mistoqsija immedjatament wara li dak
id-dritt ikun ġie eżerċitat jew rrinunzjat. L-aġġornament ta’
dibattitu jew tal-Kunsill m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ dak li
jressaq il-mozzjoni, li jirrispondi meta jerġa’ jibda d-dibattitu jew
il-Kunsill.
Aġġornament u 
proċeduri 
sussegwenti.
19. Fejn laqgħa tiġi aġġornata l-proċeduri sussegwenti
għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-laqgħa oriġinali u l-ebda
notifikazzjoni jew aġenda ġdida ma tkun meħtieġa ħlief
notifikazzjoni lil membri li ma kienux preżenti fid-data ta’ meta
tkompliet il-laqgħa.
Imġieba ħażina. 20. (1) L-ebda membru waqt laqgħa ma jista’ jinjora l-
ordnijiet tas-Sindku, itellef ix-xogħol apposta, jew iġib ruħu b’mod
irregolari, offensiv jew mhux kif suppost jew b’tali mod li
jiskandalizza l-Kunsill jew iġib fuqu stmerrija jew jwaqqgħu għar-
ridikolu.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     121
(2) Jekk, fl-opinjoni tas-Sindku, membru jkun kiser id-
disposizzjonijiet ta’ paragrafu (1) ta’ din l-ordni permanenti, is-
Sindku għandu jesprimi dik l-opinjoni lill-Kunsill u wara, kull
membru jista’ jressaq illi l-membru ma jinstemax iżjed jew illi l-
membru msemmi jitlaq mil-laqgħa, u l-mozzjoni, jekk tiġi
sekondata, għandha tgħaddi mill-ewwel u mingħajr diskussjoni.
(3) Jekk xi waħda mill-mozzjonijiet imsemmija fil-paragrafu
(2) ma jiġux obduti, is-Sindku jista’ jissosspendi l-laqgħa jew jieħu
miżuri oħra kif ikun meħtieġ biex jinfurzahom.
Dritt għar-risposta.
Emendat:
XXI.1999.41.
21. Dak li jressaq mozzjoni għandu jkollu dritt li jwieġeb
immedjatament qabel il-mozzjoni titressaq għall-voti. Jekk tiġi
proposta emenda dak li jressaq emenda għandu jkun intitolat li
jwieġeb immedjatament qabel l-emenda titressaq għall-vot.
Membru li jeżerċita dritt għar-risposta m’għandux jintroduċi
materjal ġdid. Wara li d-dritt għar-risposta jkun eżerċitat jew
rinunzjat, jittieħed vot mingħajr aktar diskussjoni.
Alterazzjoni ta’ 
riżoluzzjoni. 
Emendat:
XXI.1999.41.
22. Membru jista’, bil-kunsens ta’ dak li jissekondah, iressaq
emendi għall-mozzjoni tiegħu stess.
Tħassir ta’ 
riżoluzzjoni ta’ 
qabel.
Emendat:
XXI.1999.41.
23. (1) Deċiżjoni (sew fl-affermattiv jew negattiv) tal-Kunsill
m’għandhiex titħassar sa sitt xhur ħlief jew b’riżoluzzjoni speċjali,
liema notifikazzjoni tagħha tkun miktuba u ġġib l-ismijiet ta’ l-
anqas żewġ membri tal-Kunsill, jew b’riżoluzzjoni mressqa skond
ir-rapport jew rakkomandazzjoni ta’ kumitat jew sotto-kumitat.
(2) Meta riżoluzzjoni speċjali jew xi riżoluzzjoni oħra mressqa
skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ din l-ordni
permanenti tgħaddi, l-ebda riżoluzzjoni simili ma tista’ titressaq fi
żmien sitt xhur oħra.
Mozzjoni fuq l-
infiq.
Emendat:
XXI.1999.41.
24. Kull mozzjoni li titressaq b’xi mod ieħor minn dik tar-
rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli mill-finanzi jew ta’
kumitat ieħor wara rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli
mill-finanzi u li, jekk tgħaddi, fl-opinjoni tas-Sindku żżid
sostanzjalment l-infiq fuq kull servizz li jkun taħt it-tmexxija jew
inaqqas id-dħul għad-disposizzjoni ta’ xi kumitat, jew li tinvolvi
infiq kapitali, għandha, meta titressaq u tkun sekondata, tiġi
aġġornata mingħajr diskussjoni għal-laqgħa ordinarja tal-Kunsill li
jmiss, u kull kumitat li jiġi affettwat minnha għandu jikkonsidra
jekk jixtieqx jirrapporta fuqha (u l-kumitat responsabbli mill-
finanzi għandu jirrapporta fuq l-aspett finanzjarju ta’ dak ix-
xogħol).
Egħluq ta’ 
dokumenti. 
Emendat:
XXI.1999.3, 41.
25. (1) Dokument m’għandux jingħalaq għan-nom tal-Kunsill
sakemm l-egħluq tiegħu jkun ġie awtorizzat minn riżoluzzjoni.
(2) Is-Siġill tal-Kunsill għandu jintuża biss biex jiġu
awtentifikati dokumenti u atti tal-Kunsill. Is-siġill għandu jsir mis-
Segretarju Eżekuttiv fil-preżenza ta’ żewġ kunsillieri li għandhom
jiffirmaw id-dokument bħala xhieda.
(3) Is-siġill għandu jiġi kustodit mis-Segretarju Eżekuttiv.
Kumitati.
  122      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
ieħor, jaħtar kumitati bħal dawk kif ikun meħtieġ, u suġġetti għad-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi u regolament:
(a) jista’ jaħtar persuni li ma jkunux membri tal-Kunsill
fuq kull kumitat; u
(b) jista’, suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordni
permanenti 23, f’kull ħin ixolji jew ibiddel il-membri
tal-kumitat.
(2) Is-Sindku jkun membru ex officio ta’ kull kumitat. 
Sejħa għal kumitat.  27. Iċ-Chairman ta’ kumitat jista’ jsejjaħ laqgħa ta’ dak il-
kumitat f’kull ħin. Tista’ tissejjaħ laqgħa addizzjonali b’talba bil-
miktub tas-Sindku jew mhux inqas minn kwart tal-membri tal-
kumitat. Is-sejħa għal-laqgħa għandha turi x-xogħol li jkun se jiġi
kunsidrat fil-laqgħa speċjali u l-ebda xogħol ieħor ma għandu jiġi
trattat f’dik il-laqgħa.
Quorum tal-
kumitati. 
28. Minbarra fejn ordnat mill-Kunsill fil-każ ta’ kumitat, il-
quorum ta’ kumitat għandu ta’ l-anqas ikun membru sħiħ ’il fuq
minn ħamsin fil-mija ta’ l-għadd ta’ membri tal-kumitat li ma jkunx
eskluż minħabba interess dikjarat.
Sotto-kumitati. 
Emendat:
XXI.1999.3, 41.
29. (1) Għandu jkun hemm sotto-kumitati, li isimhom, it-
termini ta’ riferenza tagħhom, u l-għadd ta’ membri, u l-korpi li
jiġu mistiedna biex jinnominaw il-membri, jiġu determinati mill-
Kunsill.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jgħarraf lill-membri b’kull
sotto- kumitat skond it-termini ta’ riferenza tas-sotto-kumitat.
(3) Sotto-kumitat jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet u
jgħarrfu bihom lill-Kunsill.
(4) Sotto-kumitat jista’ jikkonsisti kollu kemm hu minn persuni
li ma jkunux membri tal-Kunsill.
Votazzjoni 
f’kumitati u sotto-
kumitati. 
Emendat:
XXI.1999.41.
30. (1) Membri ta’ kumitati u sotto-kumitati jivvutaw b’turija
ta’ l-idejn.
(2) Chairman ta’ kumitati u sotto-kumitati għandu jkollhom
vot ieħor jew casting vote fil-każ ta’ voti indaqs.
Preżenza ta’ 
kunsillieri 
f’laqgħat ta’ 
kumitati u sotto-
kumitati. 
Emendat:
XXI.1999.41.
31. Kunsillier jista’ jispjega mozzjoni li jkun ressaq hu u li
tkun ġiet riferita lil xi kumitat jew sotto-kumitat li tiegħu hu ma
jkunx membru, iżda ma għandux jivvota.
Accounts u 
Rendikont 
Finanzjarju.
Emendat:
XXI.1999.3, 41.
32. (1) Ordnijiet għal ħlas ta’ flus jiġu awtorizzati
b’riżoluzzjoni ta’ Kunsill u ffirmata minn żewġ kunsillieri.
(2) Minbarra kif hemm provdut fil-paragrafu (3) ta’ dan l-ordni
permanenti jew b’xi liġi jew regolament ieħor, l-accounts kollha ta’
ħlas u drittijiet mingħand il-Kunsill għandhom jitqiegħdu quddiem
il-Kunsill.
(3) Fejn ikun meħtieġ li l-ħlas isir qabel ma jiġi awtorizzat
mill-Kunsill, ħlas bħal dan għandu jiġi ċertifikat mis-Segretarju
Eżekuttiv biex juri kemm ikun korrett u urġenti. Dan il-ħlas għandu
jiġi awtorizzat minn kumitat li jkun inkarigat mix-xogħol li jkun
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     123
relatat miegħu, jew mis-Segretarju Eżekuttiv bl-approvazzjoni tas-
Sindku.
(4) Il-ħlasijiet kollha ratifikati taħt il-paragrafu (3) ta’ dan l-
ordni permanenti għandhom jiġu inklużi separatament fl-iskeda ta’
ħlasijiet li jkun imiss li titqiegħed quddiem il-Kunsill.
Canvassing ta’ u 
rakkomandazzjo-
nijiet mill-membri. 
Emendat:
XXI.1999.3, 41.
33. (1) Canvassing ta’ membri tal-Kunsill jew ta’ xi kumitat
direttament jew indirettament, għal xi nomina taħt il-Kunsill,
għandu jiskwalifika lill-kandidat minn din in-nomina. Is-Segretarju
Eżekuttiv għandu jagħti t-tifsira ta’ dan il-paragrafu ta’ dan l-ordni
permanenti lil kull kandidat.
(2) Membru tal-Kunsill jew ta’ xi kumitat m’għandux
jissolleċita għal ħadd xi nomina taħt il-Kunsill, lanqas
jirrakkomanda xi persuna għal nomina jew promozzjoni bħal din
Spezzjoni ta’ 
dokumenti. 
Emendat:
XXI.1999.41.
34. (1) Kunsillier jista’, għal skop ta’ dmir tiegħu bħala tali
(iżda mhux mod ieħor) jagħmel arranġamenti mas-Segretarju
Eżekuttiv biex jispezzjona xi dokument li jkollu l-Kunsill jew
kumitat, u jekk ikun hemm kopji, dawn għandhom jingħataw lilu
fuq talba, għall-istess raġuni.
(2) Il-minuti kollha miżmuma mill-Kunsill u minn xi kumitat
għandhom ikunu miftuħa għall-ispezzjoni minn kull membru tal-
Kunsill u tal-pubbliku.
Attivitajiet 
awtorizzati. 
35. L-ebda membru tal-Kunsill jew ta’ xi kumitat jew sotto-
kumitat m’għandu, f’isem jew għan-nom tal-Kunsill:
(a) jispezzjona artijiet jew postijiet li l-Kunsill għandu
dritt jew dmir li jispezzjona; jew
(b) joħroġ ordnijiet, struzzjonijiet jew direzzjonijiet; 
kemm-il darba ma jkunx awtorizzat li jagħmel hekk mill-Kunsill
jew kumitat jew ikun sotto-kumitat rilevanti.
Bye-laws.
Emendat:
XXI.1999.3, 41.
36. (1) Bye-Laws joħorġu sew bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u,
jekk fil-Bye-Laws ikun hemm xi konflitt bejn it-test Malti u dak
Ingliż, jirbaħ it-test Malti.
(2) Abbozzi ta’ Bye-Laws għandhom jinkludu t-titolu, għanijiet
u raġunijiet, noti qosra marġinali, artikoli, sotto-artikoli, paragrafi
u sotto-paragrafi numerati waħda waħda.
(3) Abbozzi ta’ Bye-Laws, iffirmati kif suppost minn proponent
u sekondant, għandhom jitqiegħdu fuq l-aġenda ta’ Kunsill mhux
anqas minn erba’ ġimgħat u mhux qabel tmien ġimgħat mid-data li
fiha jkun irċevihom is-Segretarju Eżekuttiv.
(4) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu, meta jirċievi abbozz tal-
Bye-Laws, jordna li tingħata jew tintbagħat kopja tiegħu lil kull
kunsillier biż-żewġ lingwi. Jekk il-Ministru jgħaddi lill-Kunsill xi
emendi għal Bye-Laws proposti, dawn l-emendi għandhom bl-istess
mod jingħataw jew jintbagħtu minnufih lil kull kunsillier mis-
Segretarju Eżekuttiv:
Kemm-il darba l-abbozz tal-Bye-Laws jew emendi għalih
jingħata jew jintbagħat lil kull kunsillier f’forma type-written jew
stampata.
  124      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
(5) Meta abbozzi ta’ Bye-Laws jitressqu biex jiġu diskussi mill-
Kunsill, il-proponent għandu jiġbor fil-qosor l-għanijiet u
raġunijiet għall-mozzjoni b’intervent li m’għandux jaqbeż il-ħames
minuti. M’għandha ssir l-ebda diskussjoni fuq il-mozzjoni u ċ-
Chairman tal-laqgħa għandu jressaq għal vot l-għanijiet u
raġunijiet ta’ l-abbozz tal-Bye-Laws.
(6) La darba l-għanijiet u r-raġunijiet ikunu ġew approvati, il-
Kunsill jista’, fl-istess seduta, jipproċedi biex jiddiskuti l-abbozz
tal-Bye-Laws artikolu b’artikolu, u jħalli li l-abbozz tal-Bye-Laws u
xi emendi għalih li jiġu approvati b’maġġoranza ta’ dawk preżenti:
Sakemm l-emendi għall-abbozz tal-Bye-Laws ikunu
rilevanti għas-suġġett tal-Bye-Laws.
(7) Meta l-Kunsill japprova l-artikoli kollha, is-Sindku jista’
jordna li, fil-każ fejn ikunu saru l-emendi, issir verżjoni ttajpjata
mill-ġdid u kopja tagħha tingħata jew tintbagħat lil kull Kunsillier
u tiġi preħentata lid-Direttur skond l-artikolu 35(3) ta’ l-Att.
(8) (a) Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt ġimgħat stabbilit
bl-artikolu 35(4) ta’ l-Att jew wara li l-Kunsill ikun
irċieva xi emendi magħmulin mill-Ministru, skond
liema jkun l-aktar kmieni, il-Kunsill għandu jew
jiddiskuti l-emendi proposti mill-Ministru jew inkella
japprova l-Bye-Laws kif oriġinarjament proposti,
skond il-każ.
(b) Jekk il-Ministru ma jkun ippropona ebda emenda, il-
Bye-Laws kif oriġinarjament proposti għandhom jiġu
approvati mingħajr aktar diskors.
(9) L-abbozzi tal-Bye-Laws li ma jkunux approvati mill-Kunsill
jew inkella li ssir oġġezzjoni għalihom mill-Ministru ma jerġgħux
jitqiegħdu fuq il-mejda qabel perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’
meta jkunu oġġezzjonaw għalihom jew inkella ma jkunux ġew
approvati, skond il-każ x’ikun.
Konsultazzjonijiet.
Emendat:
XXI.1999.3.
37. (1) Jekk il-Kunsill jiġi konsultat mill-Awtorità  ta’ l-
Ippjanar jew minn xi awtorità  oħra kompetenti dwar xi
applikazzjoni jew applikazzjonijiet għall-ippjanar jew għal xi
permess ieħor, is-Segretarju Eżekuttiv għandu, hekk kif jirċievi t-
talba, iniżżel fil-ktieb miżmum għal ta’ l-apposta, id-dettalji li
ġejjin ta’ kull konsultazzjoni:
(a) id-data li fiha tkun waslet it-talba;
(b) l-isem ta’ l-awtorità  li tkun qed tikkonsulta l-Kunsill;
(ċ) l-isem ta’ l-applikant;
(d) il-post li miegħu tkun relatat; u
(e) ġabra fil-qosor dwar xhiex tittratta l-applikazzjoni.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jirreferi kull talba ta’
konsultazzjoni lis-Sindku fi żmien tmienja u erbgħin siegħa minn
meta jirċeviha.
(3) Is-Sindku jista’ jew jimxi skond il-poteri mogħtija mill-
Kunsill jew jirreferi t-talba lill-Kunsill jew kumitat tal-Kunsill li
qabel kellu s-setgħa mill-Kunsill biex jittratta ma’ talbiet bħal
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     125
dawn.
Proċeduri ta’ 
offerti. 
38. Il-Kunsill għandu jsegwi proċeduri ta’ offerti li l-Ministru
jista’ jippreskrivi b’regolamenti minn żmien għal żmien.
Kodiċi ta’ mġieba 
fuq ilmenti.
39. Il-Kunsill għandu jittratta ma’ l-ilmenti ta’
amministrazzjoni ħażina li allegatament tkun saret mill-Kunsill jew
minn xi uffiċjal jew membru ieħor b’dak il-mod li Ministru jista’
jordna b’regolamenti.
L-ordnijiet 
permanenti li 
jingħataw lill-
membri.
Emendat:
XXI.1999.3.
40. Tingħata kopja ta’ dawn l-ordnijiet permanenti lil kull
membru mis-Segretarju Eżekuttiv meta dan jirċievi dikjarazzjoni
tal-membru li jkun aċċetta l-kariga.
  126      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Emendata:
XXI.1999.3.
Sostitwita:
XXI.1999.39.
IS-SEBA’ SKEDA
 ġ Artikolu 4, 25ħ
Elezzjoni ta’ Sindku u Deputat Sindku 
Proċedura tal-Votazzjoni
1. Fil-laqgħa li matulha s-Sindku u, jew il-Viċi Sindku
għandu jiġi elett, jew għandhom jiġu eletti, il-Kunsillieri għandhom
mal-ewwel jibdew bil-proċedura ta’ l-elezzjoni skond l-Ordnijiet
Permanenti.
2. Il-Kunsillieri għandhom jeleġġu lis-Sindku u lill-Viċi
Sindku b’elezzjonijiet mhux sigrieti separati.
3. Kull Kunsillier jista’ jinnomina lil kull Kunsillier ieħor
bħala Sindku jew Viċi Sindku u fil-każ li jkun hemm żewġ
nominazzjonijiet jew iktar għall-istess kariga, il-votazzjoni ssir
skond l-ordni alfabetiku tal-kunjomijiet u, jekk ikun hemm żewġ
kandidati jew iktar li jkollhom kunjomijiet u ismijiet identiċi, l-
ordni ta’ preċedenza jiġi stabbilit bix-xorti.
4. Kunsillier jivvota billi jiddikjara b’leħen għoli "Iva", "Le"
jew "Nastjeni" għal kull kandidat fl-ordni msemmi. Jekk xi
Kunsillier preżenti fil-laqgħa jirrifjuta li jesprimi l-preferenza
tiegħu, dan ir-rifjut jitqies bħala astensjoni.  Is-Segretarju għandu
jirreġistra x’ikun il-vot espress minn kull Kunsillier.
5. L-ewwel kandidat li jikseb maġġoranza sempliċi tal-voti
tal-Kunsillieri, jiġi elett. Jekk ma jiġi elett ebda kandidat, il-
votazzjoni tibqa’ tiġi ripetuta  għal ħames darbiet oħra fl-istess
seduta.
6. Jekk, għal xi raġuni li tkun, il-Kunsill ma jkunx jista’
jagħżel Sindku jew Viċi Sindku wara li jkunu saru sitt
votazzjonijiet konsekuttivi matul l-istess seduta, il-laqgħa tiġi
aġġornata għall-istess jum, ħin u post għall-ġimgħa ta’ wara u l-
proċeduri stabbiliti fir-regolamenti 1 sa 5 ta’ din l-Iskeda
għandhom jiġu ripetuti b’dan li jekk wara sitt votazzjonijiet oħra
konsekuttivi l-Kunsill jkun għadu ma jistax jeleġġi lis-Sindku jew
Viċi-Sindku, il-Kunsillier li jkun l-iktar anzjan fosthom (jew
inkella jekk jirrifjuta, min jiġi l-aktar anzjan warajħ u tibqa’ nieżel
b’dan il-mod) jassumi l-funzjonijiet ta’ Sindku jew Viċi Sindku,
skond il-każ, għal perjodu ta’ tliet xhur.
7. Il-proċeduri ta’ votazzjoni preċedenti għandhom jiġu
ripetuti wara l-iskadenza ta’ dawk it-tliet xhur u, jekk ikun meħtieġ,
wara l-iskadenza ta’ perjodi sussegwenti ta’ tliet xhur, sa dak iż-
żmien  li s-Sindku jew il-Viċi Sindku jiġi elett skond il-proċeduri
stipulati f’din l-Iskeda.
8. Is-Segretarju għandu jara li l-ismijiet tas-Sindku u Viċi
Sindku eletti jiġu pubblikati fil-Gazzetta flimkien mad-data ta’ l-
elezzjoni u fil-każ li s-Sindku jew il-Viċi Sindku ma jkunx ġie
elett, l-isem tal-Kunsillier li jkun assuma l-funzjonijiet ta’ Sindku
jew Viċi Sindku, skond il-każ, u d-data meta jkun daħal fil-kariga.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     127
Emendata:
A.L.255 ta’ l-1998;
A.L. 77 ta’ 2001;
A.L. 153 ta’ l-
2002;
XII. 2002.12.
IT-TMIEN SKEDA
ġ Artikolu 63Aħ
Organizzazzjonijiet Approvati mhux Governattivi 
1. Angel Fish Swimming Club
2. Angela House - Guardamangia
3. Association for the Transport of the Maltese Sick and
Poor to Lourdes
4. Association of Speech Therapists
5. Association for Spina Bifida and Hydrocephalus 
6. Caritas National Council
7. Central Office of the Diocesan Commission for
Children’s Homes 
8. Cini Institute - St Venera
9. Dar il-Wens
10. Dar tal-Providenza - Siġġiewi 
11. Diabetes Association (Malta) 
12. Din l-Art Ħelwa
13. Dyslexia Association
14. Fatima Working Girls’ House - Sliema
15. Federation of Societies for the Handicapped 
16. Fra Diegu - Ħamrun
17. Friends of Attard Hospital Society 
18. Għaqda Franġiskana għall-Għomja 
19. Għaqda Ġenituri Tfal Ħandikappati
20. Għaqda għat-Tfal u Żgħażagħ Neqsin mis-Smigħ 
21. Għaqda Ħandikappati Għawdxin
22. Għaqda Ħbieb ta’ l-Isptar Monte Carmeli 
23. Għaqda Ħidma Filantropika
24. Għaqda tal-Ħemofilja
25. Għaqda ta’ Schizophrenia
26. Għaqda Żagħazagħ Ħandikappati 
27. Girl Guides Association
28. Good Shepherd Institute - Balzan 
29. Gozo Association for the Deaf 
30. Ħbieb taċ-Ċentru Ħidma Soċjali 
31. Hospice Movement
32. Jesus of Nazareth - Żejtun
33. Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Ħandikappati 
34. Lourdes Home - Għawdex
35. Malta Anti-Cancer Society 
36. Malta Catholic Action
37. Malta Community Chest Fund
  128      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
38. Missionaries of Charity of Mother Theresa 
39. M.M.D.N.A.
40. Muscular Dystrophy Group
41. Oratorju Maria Immakulata - Mosta 
42. Ospizio San Giuseppe - Żebbuġ
43. Physically Handicapped and Deaf Sub Aqua Club 
44. Physically Handicapped Rehabilitation Fund
45. Playing Fields Association 
46. Salesian Boys Brigade
47. Societas Doctrinae Christianae (M.U.S.E.U.M.) Female
Section 
48. Societas Doctrinae Christianae (M.U.S.E.U.M.) Men’s
Section 
49. Society for the Blind
50. St Francis De Paul Institute - Birkirkara 
51. St John’s Ambulance
52. St Joseph Home - St Venera 
53. St Joseph Home - Żabbar 
54. St Joseph Home - Żejtun
55. St Joseph Institute - Cospicua 
56. St Joseph Institute - Għawdex 
57. St Paul’s Home - Ħamrun
58. St Therese Children’s Home - Żurrieq
59. The Foundation for Respite Care Services 
60. The Holy Family Home - Naxxar
61. The Meat Fund
62. The Scouts Association
63. The St Jeanne Antide Welfare Campaign 
64. Ursoline Creche - Sliema
65. Ursoline Creche - Tarxien 
66. Ursoline Creche - Valletta 
67. Żgħażagħ Ħaddiema Nsara
68. Dar Frate Francesco
69. Dar Nazareth
70. Friends of St. Vincent de Paule
71. Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ
72. Laboratorju tal-Paċi
73. Maria Bugeja Cancer Support Foundation
74. Moviment Azzjoni Soċjali
75. Moviment Kerygma
76. Raoul Follerau Foundation
77. Third World Group
78. Down Syndrome Association
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     129
79. Eden Foundation
80. Institute for Brain Injured Children
81. Daritama
82. Fondazzjoni Suret il-Bniedem
83. Moviment Era Ġdida
84. Richmond Foundation
85. Malta Red Cross Society
86. Moviment Favur id-Drittijiet ta’ Persuni B’Diżabilitá
87. Little Sisters of the Poor
88. OASI Foundation
89. Fondazzjoni Arka
90. Tobit Foundation
91. St. Theresa Home - Rabat (Gozo)
  130      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Miżjuda:
XXI.1999.42.
Emendata:
A.L. 48 ta’ l-2002;
XVI. 2003.24.
ID-DISA’ SKEDA
(Artikolu 47)
Rħula żgħar elenkati skond l-artikolu 47A u pjanti tal-konfini u
t-toroq rispettivi tagħhom, li ġejjin:
double click on locality to view image
Fleur-de-Lys fil-lokalità  Birkirkara 
Santa Lucija fil-lokalità  Kerċem
Gwardamanġia fil-lokalità  Pietà
Paceville fil-lokalità  San Ġiljan
Kappara fil-lokalità  San Ġwann
Ibraġ fil-lokalità  Swieqi
Madliena fil-lokalità  Swieqi
Marsalforn fil-lokalità  Żebbuġ
Bubaqra fil-lokalità  Żurrieq
Xlendi fil-lokalità  Munxar.
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     131
Sostitwita:
XXI.1999.40;
A.L. 19 ta’ l-2001;
A.L. 79 ta’ l-2002;
A.L. 117 ta’ l-
2003.
L-GĦAXAR SKEDA
ġ Artikolu 55ħ
Allokazzjoni Finanzjarja tal-Kunsilli
Flejjes approprjati għall-Kunsilli Lokali skond l-artikolu 55
għandhom jiġu allokati lil kull Kunsill kif ġej:
Fejn Sn hija l-allokazzjoni li tirċievi l-lokalità  (n)
Sn = (Gt  x (ġ 0.38 x Gan/Gatħ  + ġ 0.51 x Gbn/Gbtħ  +
ġ 0.06 x Gcn/ Gctħ  + ġ 0.05 x Gdn/Gdtħ )) +
(Vt  x (ġ 0.5 x Hvn / Hvtħ  + ġ 0.5 x Sin/Sitħ )) +
(Kt  x (ġ 0.13 x U1n/U1tħ  + ġ 0.17 x U2n/U2tħ  +
ġ 0.43 x U3n/ U3tħ  +  ġ 0.27 x U4n/U4tħ ))+
(Rt  x Pn/Pt) +
(Bt  x Pn/Pt) + 
(Skt  x Pn/Pt) + 
(Wt x Pn/Pt) +
(Mt  x (ġ 0.42 x Uan/Uatħ  + ġ 0.37 x Ubn/Ubtħ  +
ġ 0.21 x Ucn/Uctħ )) +
(Lt  x Cn/Ct) + 
(Nt  x Nun/Nut) +
(Tt  x (ġ 0.7 x Un/Utħ  + ġ 0.3 x Nun/Nutħ )) +
(Xt  x (ġ 0.04 x Xan/Xatħ  + ġ 0.378 x Xbn/Xbtħ  +
ġ 0.316 x Xcn/ Xctħ  + ġ 0.266 x Xdn/Xdtħ )) +
(Slt x (ġ 0.386 x Un/Utħ  + ġ 0.043 x Nun/Nutħ  +
ġ 0.571 x Sen/Setħ )) +
(Bst x Shn/Sht) +
(Egt x (ġKgn/Kgtħ  + ġ L1n/L1tħ   + ġCcn /Cctħ +
ġ Lzn/Lztħ)) +
(At x En/Et);
fejn St hija l-approprjazzjoni totali li ssir mill-Ministru
responsabbli għal finanzi skond l-artikolu 55
St = (Gt + Vt + Kt + Rt + Bt + Skt + Wt + Mt + Lt +
Nt + Tt + Xt + Slt + Bst + Egt + At); 
u fejn
Gt hija s-somma totali għall-manutenzjoni tal-ġonna
pubbliċi fil-lokalitajiet kollha;
Gan, Gbn, huma l-erba’ tipi ta’ klassifikazzjoni ta’ areas fil-
Gcn, Gdn,  ġonna pubbliċi tal-lokalità ;
Gat, Gbt, huma l-erba’ tipi ta’ klassifikazzjoni ta’ areas fil-
Gct, Gdt, ġonna pubbliċi tal-lokalitajiet kollha;
Vt hija s-somma totali għall-manutenzjoni tas-soft
areas fil-lokalitajiet kollha;
  132      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
Hvn hija l-area tal-ħamrija fis-soft areas tal-lokal;
Hvt hija l-areas tal-ħamrija fis-soft areas tal-
lokalitajiet kollha;
Sin hija n-numru ta’ siġar fis-soft areas tal-lokal;
Sit hija n-numru ta’ siġar fis-soft areas tal-
lokalitajiet kollha;
Kt hija s-somma totali għall-knis u qtugħ ta’ ħaxix
fil-lokalitajiet kollha;
U1n, U2n, huma l-erba’ tulijiet ta’ toroq skond il-klassifikaz-
U3n, U4n zjoni tal-knis fiż-żona urbana tal-lokalità ;
U1t, U2t, huma l-erba’ tulijiet ta’ toroq skond il-klassifikaz-
U3t, U4t zjoni tal-knis fiż-żona urbana tal-lokalitajiet 
kollha;
Rt hija s-somma totali għall-ġbir ta’ l-iskart fil-
lokalitajiet kollha;
Pn hija n-numru ta’ residenzi fil-lokal;
Pt hija n-numru totali ta’ residenzi fil-lokalitajiet
kollha;
Bt hija s-somma totali għall-bulky refuse fil-
lokalitajiet kollha;
Skt hija s-somma totali għall-iskips fil-lokalitajiet
kollha;
Wt hija s-somma totali għall-bins-on-wheels fil-
lokalitajiet kollha;
Mt hija s-somma totali għas-sinjali u t-tabelli tat-
traffiku fil-lokalitajiet kollha;
Uan, Ubn, huma t-tliet tulijiet ta’ toroq skond il-klassifikaz-
Ucn zjoni tas-sinjali u tabelli tat-traffiku fiż-żona
urbana tal-lokalità ;
Uat, Ubt huma t-tliet tulijiet ta’ toroq skond il-klassifikaz-
Uct zjoni tas-sinjali u tabelli tat-traffiku fiż-żona
urbana tal-lokalitajiet kollha;
Lt hija s-somma totali għaż-żamma tal-latrini
pubbliċi fil-lokalitajiet kollha;
Cn hija n-numru ta’ urinals u W.C.’s fil-latrini
pubbliċi tal-lokalità ;
Ct hija n-numru ta’ urinals u W.C.’s fil-latrini
pubbliċi tal-lokalitajiet kollha;
Nt hija s-somma totali għat-tindif ta’ toroq fiż-żona
mhux urbana fil-lokalitajiet kollha;
Nun hija t-tulijiet ta’ toroq fiż-żona mhux urbana tal-
lokalità ;
Nut hija t-tulijiet ta’ toroq fiż-żona mhux urbana tal-
lokalitajiet kollha;
KUNSILLILOKALI   ġ K AP. 363.     133
Tt hija s-somma totali għall-manutenzjoni tat-toroq
fil-lokalitajiet kollha;
Un hija t-tulijiet ta’ toroq fiż-żona urbana tal-
lokalità ;
Ut hija t-tulijiet ta’ toroq fiż-żona urbana tal-
lokalitajiet kollha;
Xt hija s-somma totali għat-tindif tax-xtut fil-
lokalitajiet kollha;
Xan, Xbn, huma l-erba’ tipi ta’ klassifikazzjoni ta’ areas ta’
Xcn, Xdn, xtut tal-lokalità ; 
Xat, Xbt, huma l-erba’ tipi ta’ klassifikazzjoni ta’ areas ta’
Xct, Xdt, xtut tal-lokalitajiet kollha;
Slt hija s-somma totali għal-lampi ġodda tat-toroq u
manutenzjoni tal-lampi eżistenti tat-toroq fil-
lokalitajiet kollha;
Sen hija n-numru ta’ lampi eżistenti tat-toroq fil-
lokal;
Set hija n-numru ta’ lampi eżistenti tat-toroq fil-
lokalitajiet kollha;
Bst hija s-somma totali għall-manutenzjoni ta’ bus
shelters fil-lokalitajiet kollha;
Shn hija n-numru ta’ bus shelters fil-lokalità ;
Sht hija t-total ta’ bus shelters fil-lokalitajiet kollha;
Egt hija s-somma totali għat-tħaddim tal-Gvern
Elettroniku fil-lokalitajiet kollha;
Kgn hija n-numru ta’ kirjiet tal-Gvern imħallsa f’sena
fil-lokalità ;
Kgt hija t-total ta’ kirjiet tal-Gvern imħallsa f’sena
fil-lokalitajiet kollha;
L1n hija n-numru ta’ ċitazzjonijiet imħallsa f’sena
fil-lokalità  f’isem lokalitajiet oħra;
L1t hija n-numru ta’ ċitazzjonijiet imħallsa f’sena
fil-lokalitajiet kollha f’isem lokalitajiet oħra;
Ccn hija n-numru ta’ ilmenti magħmula f’sena fil-
lokalità  permezz tal-Local Councils Customer
Care Software;
Cct hija n-numru totali ta’ ilmenti magħmula f’sena
fil-lokalitajiet kollha permezz tal-Local Councils
Customer Care Software;
Lzn hija n-numru ta’ liċenzi kummerċjali mħallsa
f’sena fil-lokalità ;
Lzt hija n-numru totali ta’ liċenzi kummerċjali
mħallsa f’sena fil-lokalitajiet kollha;
At hija s-somma totali għall-ispejjeż amministrat-
  134      KAP. 363. ħ         KUNSILLILOKALI
tivi fil-lokalitajiet kollha;
En hija n-numru ta’ kunsilliera li jiffurmaw il-
kunsill fil-lokalità ;
Et hija t-total ta’ kunsilliera li jiffurmaw il-kunsilli
kollha f’Malta w Għawdex.
