 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      1
KAPITOLU 364
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ DOKUMENTI U 
TRASFERIMENTI
Biex jipprovdi minflok l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti għal l-impożizzjoni ta’ taxxa
dwar ċerti dokumenti u trasferimenti. 
25 ta’ Novembru, 1992;
16 ta’ Lulju, 1993
L-ATT XVII ta’ l-1993, kif emendat bl-Atti: X u XVI ta’ l-1994, XXV ta’ l-1995, I ta’ l-1998,
IX ta’ l-1999,  XI ta’ l-2000, IV, VI u IX ta’ l-2001, II ta’ l-2002 u II ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
TAQSIMA I Preliminari 1 - 2 
TAQSIMA II Disposizzjonijiet Ġenerali  3 - 24 
TAQSIMA III Dokumenti Suġġetti għat-Taxxa sa mill-Oriġini 
tagħhom  25 - 52 
Titolu I Poloz ta’ Assigurazzjoni  25 - 31 
Titolu II Bejgħ u Trasferimenti oħra  32 - 52 
Titolu III Dokumenti Oħra  52A
TAQSIMA IV Dokumenti li fuqhom għandha titħallas it-Taxxa 
qabel ma jsir użu minnhom  53 
TAQSIMA V Stimi - Oġġezzjonijiet - Appelli  54 - 61 
TAQSIMA VI Ħlas Lura ta’ Taxxa  62 
TAQSIMA VII Ħarsien tat-Taxxa  63 - 67 
  2      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
TAQSIMA I 
Preliminari 
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti.
Tifsir. 
Emendat: 
XVI.1994.3;
I. 1998.2.
2. F’dan l-Att kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"assigurazzjoni" ma tinkludix rijassigurazzjoni, u espressjonijiet
li jitnisslu minnha jew għandhom x’jaqsmu magħha għandhom
jinftehmu bl-istess mod;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti maħtur taħt l-artikolu 57;
"dokument" tinkludi polza ta’ assikurazzjoni, fattura, banking
credit card, att nutarili u ċedola ta’ fidwa ta’ ċens preżentata fil-
qorti;
"firma" tinkludi kull marka jew dikjarazzjoni magħmula minflok
firma;
Kap. 16. 
"ħwejjeġ immobbli" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-artikolu
311 tal-Kodiċi Ċivili;
"korp ta’ persuni" tinkludi kull soċjetà , għaqda jew soċjetà  ta’
persuni, sew korporati sew mhux korporati jew sew jekk ikollhom
personalità  ġuridika sew jekk le;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
"Kummissarju Speċjali" tfisser membru tal-Bord imwaqqaf taħt
l-artikolu 57;
"Malta" għandha t-tifsira mogħti lilha bl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni;
"polza ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja" tfisser polza ta’
assigurazzjoni fuq xi ħajja waħda jew iktar jew fuq xi ġrajja jew
kontinġenza dwar jew li tiddependi minn xi ħajja waħda jew iktar,
barra minn polza ta’ assigurazzjoni għal xi ħlas li skond ftehim
għandu jsir mal-mewt ta’ xi persuna biss minħabba aċċident jew
vjolenza jew xort’oħra milli b’kawża naturali;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taħt dan l-Att;
Kap. 12.
"qorti" tfisser kull wieħed mill-qrati msemmija fl-artikoli 3 u 4
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u kull bord jew
tribunal imwaqqaf b’liġi;
Kap. 123.
"residenti f’Malta" għandha l-istess tifsira lilha mogħtija fl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
"taxxa" tfisser it-taxxa imposta b’dan l-Att;
"trasferiment" tinkludi kull assenjazzjoni, mogħdija ta’
proprjetà , bejgħ, diviżjoni, donazzjoni, kostituzzjoni tad-dota,
bejgħ b’instalments, fidi ta’ ċens u kull akkwist taħt kull titolu
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      3
ieħor, iżda sakemm ma jiġix hekk provdut b’mod speċifiku f’dan l-
Att, ma tinkludix trasferiment causa mortis;
"valur negozjabbli" tinkludi kull azzjoni, stock, debenture, bond
u kull interess f’kumpannija jew korporazzjoni u kull dokument li
jirrappreżenta lil dawn;
"użufrutt" tinkludi l-jedd ta’ użu, il-jedd ta’ abitazzjoni u kull
jedd ieħor ta’ tgawdija bħalhom jew li jixbahhom.
TAQSIMA II 
Disposizzjonijiet Ġenerali
Taxxa. 
it-taxxa speċifikata f’dan l-Att skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
(2) It-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att għandha tkun
applikata skond ix-xorta intrinsika u l-effetti tat-transazzjoni li tkun
tirreferi għaliha ukoll meta t-titolu apparenti jew il-forma ma
jkunux jikkorrispondu għal dik ix-xorta jew effett.
(3) Meta transazzjoni li tnaqqas jew tasal biex tnaqqas l-
ammont ta’ taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att tkun waħda
artifiċjali jew fittizja jew inkella ma tkunx fil-fatt ingħatat seħħ, il-
Kummissarju jista’ ma jagħtix każ ta’ dik it-transazzjoni u
jistabbilixxi t-taxxa skond is-subartikolu (2).
Dokumenti 
suġġetti għal taxxa. 
4. Kull dokument suġġett għal taxxa taħt dan l-Att jitqies li
hekk ikun sar suġġett jew mill-oriġini tiegħu, jekk ikun magħmul
f’Malta, jew minħabba l-użu li jsir minnu jekk ikun magħmul barra
minn Malta.
Kif titħallas it-
taxxa.
5. (1) Il-ħlas ta’ taxxa dwar kull dokument jew trasferiment
magħmul f’Malta għandha titħallas f’dak il-post u b’dak il-mod,
b’dik ix-xiehda u f’dak iż-żmien li jistgħu jiġu stabbiliti.
(2) Fil-każ ta’ dokumenti magħmula barra minn Malta li
għandhom iħallsu taxxa minħabba l-użu tagħhom f’Malta skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, it-taxxa għandha titħallas qabel ma
jsir l-użu tagħhom f’Malta u dan isir f’dak il-post u b’dak il-mod, u
b’dik ix-xiehda li jistgħu jiġu stabbiliti.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
(a) meta dokument ikun irid jiġi ffirmat minn żewġ
persuni jew iktar, dan id-dokument jitqies li ġie
finalizzat mal-firma tal-persuna li tkun iffirmat l-
aħħar;
(b) att nutarili jitqies li hu finalizzat meta jiffirmah in-
nutar li jippubblikah;
(ċ) ċedola ta’ fidwa ta’ ċens għandha titqies finalizzata
meta tiġi preżentata fil-qorti.
  4      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
Taxxa fuq 
dokumenti 
magħmulin barra 
minn Malta. 
Emendat:
XVI.1994.4.
6. (1) Dokument magħmul barra minn Malta titħallas taxxa
fuqu meta jsir użu minnu f’Malta, jekk dak id-dokument kien ikun
hekk suġġett għat-taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
kieku kien magħmul f’Malta.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, dokument magħmul barra
minn Malta jitqies li sar użu minnu f’Malta meta jinġieb quddiem
qorti, arbitru jew perit legali bħala prova jew jiġi prodott quddiem
xi persuna jew awtorità  f’Malta sabiex jiġi esegwit jew reġistrat.
Konservazzjoni ta’ 
dokumenti.
7. Kull dokument imsemmi f’dan l-Att għandu jkun konservat
mis-sid tiegħu għal mhux inqas minn erba’ snin wara dakinhar li
tkun tħallset jew li kellha titħallas it-taxxa fuqu, u kull persuna li
teqred jew titlef jew tonqos li turi xi dokument bħal dak qabel ma
jgħaddi l-imsemmi perijodu teħel l-istess penali bħallikieku t-taxxa
ma kenitx tħallset.
Dokumenti fuq 
iżjed minn ħaġa 
waħda.
8. Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra tal-liġi, meta
dokument ikun fih jew ikun jirriferixxi għal ħwejjeġ separati u
distinti, kull ħaġa minn dawn għandha tiġi separatament u
distintament imħallsa t-taxxa fuqha daqslikieku kienet dokument
għalih waħdu.
Dikjarazzjoni ta’ 
valur.
9. Meta f’dokument li titħallas fuqu taxxa ad valorem il-valur
reali ma jkunx jidher mid-dokument innifsu jew minn xi dokument
ieħor mehmuż miegħu, jew imsemmi fih, il-partijiet għandhom
jagħmlu dikjarazzjoni ta’ dak il-valur skond ma jkunu jistmawh, u
t-taxxa tiġi likwidata u mħallsa fuq il-valur reali hekk iddikjarat.
Il-Kummissarju 
jiddeċiedi u jistma 
t-taxxa dovuta.
10.* (1) Salv id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 52, meta fil-
fehma tal-Kummissarju l-valur espress jew dikjarat f’xi dokument
ikun inqas mill-valur reali fiż-żmien ta’ l-eżekuzzjoni tad-
dokument, huwa għandu jgħaddi biex jiddeċiedi b’ordni bil-miktub
l-ammont tat-taxxa dovuta u għandu jagħmel stima skond il-każ.
(2) Meta l-valur stmat mill-Kummissarju kif imsemmi qabel
ikun jeċċedi l-valur espress jew dikjarat fid-dokument b’iktar minn
ħmistax fil-mija tal-valur stmat mill-Kummissarju, il-persuna li
għandha tħallas it-taxxa għandha, b’żieda mat-taxxa li għandha
hekk titħallas skond is-subartikolu (1), tħallas bħala penali somma
addizzjonali li tkun daqs l-ammont ta’ taxxa kalkulat fuq il-valur
totali stmat mill-Kummissarju kif imsemmi qabel.
Responsabbiltà  
tan-nutara għal dik 
li hija d-
dikjarazzjoni ta’ 
valur.
11. Kull nutar li jirċievi xi att mingħajr id-dikjarazzjoni tal-
valur meta din id-dikjarazzjoni hija meħtieġa taħt l-artikolu 9, jew
mingħajr ma jwissi lill-partijiet speċjalment bl-importanza tal-
verità  ta’ dik id-dikjarazzjoni jew ma jniżżilx fl-att illi hu
esegwixxa dan l-obbligu, ikun ħati ta’ reat taħt dan l-Att, u meta
jinsab ħati jeħel ammenda ta’ mhux inqas minn ħames liri u mhux
iżjed minn ħamsa u għoxrin lira u l-ħlas tat-taxxa dovuta, li tiġi
meqjusa mill-qorti, jekk jinħtieġ permezz ta’ periti, bi spejjeż tan-
nutar, bla ħsara għall-jedd tiegħu ta’ regress għall-ammont imħallas
minnu għat-taxxa kontra l-parti l-oħra obbligata għall-ħlas tat-
taxxa:
*Ara l-artikolu 69(6) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema subartikolu
ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Staturarji.
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      5
Iżda l-prosekuzzjoni taħt dan l-artikolu għandha tinbeda
biss fuq istanza tal-Kummissarju, u ebda tali prosekuzzjoni ma
għandha ssir meta n-nutar, wara li jirċevi avviż bil-miktub
mingħand il-Kummissarju, jammetti r-responsabbiltà  tiegħu li
jħallas dik il-penali u dik it-taxxa hekk kif jistgħu jiġu dikjarati
bħala dovuti mill-Kummissarju, f’liema każ tali penali u taxxa
jkunu dovuti min-nutar lill-Kummissarju bħala dejn ċivili.
Mod kif jiġi 
kalkolat valur għal 
finijiet ta’ taxxa ad 
valorem. 
12. Il-Ministru jista’ permezz ta’ regoli jistabbilixxi l-mod kif
il-valur ta’ proprjetà  jew dak li jkollu jingħata bi ħlas dwar
trasferiment għandu jiġi stmat għall-finijiet tal-ħlas tat-taxxa
kalkolata ad valorem.
Meta jinġiebu 
dokumenti, li 
fuqhom ma kenitx 
tħallset taxxa, 
quddiem il-qrati, l-
arbitri jew il-periti.
13. Kull dokument suġġett għal taxxa taħt dan l-Att u li fuqu
ma tkunx tħallset taxxa, ma jistax, ħlief fi proċeduri kriminali,
jinġieb bħala prova quddiem xi qorti, arbitru jew perit.
Dmirijiet ta’ 
persuna li 
quddiemha 
dokumenti ma 
tħallsitx taxxa 
fuqhom biex 
tirrapporta lill-
Kummissarju. 
14. (1) Meta ma jitħallix jinġieb dokument taħt l-artikolu 13,
ir-Reġistratur tal-Qrati, l-arbitru jew il-perit, skond il-każ, għandu
jġib għall-attenzjoni tal-persuna li tkun bi ħsiebha ġġib id-
dokument bħala prova għall-fatt li t-taxxa fuq dak id-dokument ma
tkunx tħallset, u għandu fi żmien jumejn jirraporta dan il-fatt lill-
Kummissarju.
(2) Jekk dak l-uffiċjal jew persuna jonqsu li jagħmlu dak ir-
rapport, huma jkunu suġġetti li jeħlu penali ta’ mħux inqas minn
ħames liri u mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin lira.
Responsabbiltà  ta’ 
penali ma jkollhiex 
x’taqsam mal-ħlas 
ta’ taxxa. 
15. (1) Il-ħlas ta’ xi penali mposta taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att ma teħlisx lil xi persuna suġġetta li tħallas taxxa taħt dan
l-Att minn xi obbligu ti tħallas kull taxxa bħal dik jew xi parti
minnha li tkun għadha mhux imħallsa.
(2) Il-ħlas ta’ kull taxxa ma teħles lil ebda persuna minn xi
responsabbiltà  għal xi nuqqas li għalih setgħet tiġi mposta fuqha
penali skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fiż-żmien li tkun
tħallset it-taxxa.
Azzjonijiet biex 
tinġabar penali 
tittieħed mill-
Kummissarju.
Kap. 12. 
16. (1) Ħlief kif provdut espressament xort’oħra, il-
penalitajiet kollha li jistgħu jiġu mposti taħt dan l-Att għandhom
jiġu mposti mill-Kummissarju u għandhom jitħallsu lilu, u l-
azzjonijiet kollha għall-ġbir ta’ kull taxxa li għandha titħallas u ta’
kull penali mwaħħla taħt dan l-Att, jittieħdu mill-Kummissarju
quddiem il-qrati ta’ ġurisdizzjoni ċivili, u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 466 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
għandhom japplikaw dwar dik il-penali jew taxxa.
(2) Iżda ma jinbdew ebda proċedimenti kontra min ikun naqas
jekk fi żmien ħmistax-il jum mill-avviż mogħti lilu mill-
Kummissarju iħallas it-taxxa li jkollha titħallas fuq id-dokument
flimkien ma’ l-inqas waħda mill-penalitajiet dovuti skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma jgħoddux għall-
każijiet li fihom il-proviso li hemm għall-artikolu 11 tgħodd, jew
fejn, fil-fehma tal-Kummissarju, in-nuqqas ma jkunx penalizzat
  6      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
biżżejjed bl-għoti ta’ l-inqas penali dwaru.
Preskrizzjoni għal 
reati.
17. Salv il-każi fejn japplika żmien itwal ta’ preskrizzjoni,
azzjoni kriminali għal reati taħt dan l-Att hija preskritta bl-
iskadenza ta’ ħames snin.
Preskrizzjoni ta’ 
azzjoni għall-ġbir 
ta’ taxxa u penali.
18. Salv kif mod ieħor espressament provdut, l-azzjoni għall-
ġbir ta’ kull penali mposta bis-saħħa ta’ dan l-Att ma tistax tiġi
eżerċitata wara l-egħluq ta’ ħames snin minn dakinhar li jkun sar
in-nuqqas:
Iżda ma għandu jsir ebda użu minn xi dokument li fuqu t-
taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att ma tkunx tħallset kollha.
Setgħat ta’ uffiċjali 
pubbliċi 
awtorizzati biex 
jeżaminaw 
dokumenti, eċċ. 
Sostitwit:
XVI.1994.5.
19. (1) Meta l-Kummissarju, jew uffiċjal minnu awtorizzat
bil-miktub, jissuspetta li dan l-Att ma jkunx qed jiġi segwit dwar xi
dokument, huwa jkollu l-jedd li jeħtieġ lil kull min ikollu dak id-
dokument li jġibu bil-għan li jiġi verifikat li dan l-Att ikun qed jiġi
segwit dwar dak id-dokument, u huwa jista’ jeleva d-dokument
jekk ikun hemm raġuni għaliex jidhirlu li d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att ma jkunux ġew segwiti għar-rigward ta’ dak id-dokument.
(2) Meta l-Kummissarju, jew uffiċjal minnu awtorizzat bil-
miktub, jissuspetta li l-attiv ikun ġie sottovalutat għall-finijiet ta’
kif jiġi applikat dan l-Att, sew huwa jew perit jew surveyor minnu
awtorizzat ikollu l-jedd kollu ta’ aċċess liberu f’kull bini jew
imkien sakemm dak id-dħul ikun jista’ jgħinu sabiex jistabbilixxi l-
valur ta’ l-attiv imsemmi, iżda ma jkollux setgħa jeleva xi oġġett
jew iġorru ’l barra minn dak il-fond.
(3) Jekk l-aċċess f’xi fond imsemmi fis-subartikolu ta’ qabel
dan ikun jeħtieġ id-dħul ġewwa fond li jkun kollu kemm hu jew
f’parti minnu okkupat għall-finijiet ta’ abitazzjoni, dak id-dħul ma
għandux isir bejn is-sebgħa ta’ fil-għaxija u d-disgħa ta’ filgħodu.
(4) L-eżami ta’ atti nutarili għandu jsir mill-Viżitaturi li
jiffurmaw il-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili li għandhom
jagħmlu rapport lill-Kummissarju dwar kull reat kontra dan l-Att li
jistgħu jsibu waqt dak l-eżami:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
iwaqqfu lil kull uffiċjal bħalma hu msemmi fis-subartikolu (1) milli
jispezzjona l-atti inter vivos fil-fond jew band’oħra ta’ nutar bil-
għan li jiżgura li wieħed qed jikkonforma ruħu mal-liġi.
(5) Fit-twettiq tas-setgħat mogħtija b’dan l-artikolu, kull perit
jew surveyor imsemmi fis-subartikolu (2) ma jistax jispezzjona
dokument jew dokumentaz-zjoni oħra li tkun, u l-Kummissarju, jew
kull persuna oħra minnu awtorizzata kif imsemmi qabel, ma jistax
jispezzjona xi dokument jew dokumentazzjoni oħra li tkun protetta
bid-dmir ta’ segretezza professjonali, jew jisma’ xi taħdita jew
mezz ta’ reġistrazzjoni li jkunu protetti bl-istess dmir. Il-
Kummissarju jew dak l-uffiċjal li jiġi debitament awtorizzat minnu
jista’ jitlob lid-detentur ta’ dokument protett bis-segretezza
professjonali li jikkommunikalu sommarju tad-dokument b’mod li
jitneħħew referenzi għal kull tagħrif protett bis-segretezza
professjonali. Jekk dak is-sommarju ma jkunx suffiċjenti biex il-
Kummissarju jew l-uffiċjal li jkun ġie debitament awtorizzat minnu
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      7
jiddeċiedu jekk ikunux ġew segwiti d-disposizzjonijiet kollha ta’
dan l-Att għar-rigward ta’ dak id-dokument, il-kwestjoni għandha
tiġi riferita lill-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja, li jkollha setgħa
li tordna l-produzzjoni ta’ dak id-dokument quddiemha minn kull
persuna, u li għandha tagħmel rapport lill-Kummissarju dwar kull
nuqqas li jiġi segwit dan l-Att skond ma l-qorti tinduna bih matul
dak l-eżami.
(6) Il-Kummissarju u, skond il-każ, min jiġi minnu awtorizzat,
ikun marbut bid-dmir ta’ segretezza professjonali dwar kull ħaġa li
jista’ jsir jaf biha waqt it-twettiq tas-setgħat tiegħu taħt dan l-Att u
m’għandux jikxef ir-riżultat ta’ dak li jsir jaf ħlief lil xi awtorità
kompetenti li jkollha x’taqsam mill-ġbir ta’ xi taxxa bis-saħħa ta’
dan l-Att. Dak l-uffċjal li jikxef dak ir-riżultat ikun ħati ta’ reat u
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux
iżjed minn elf lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Kap. 9.
l-fatt jikkostitwixxi delitt suġġett għal piena ogħla, kull persuna li
ma tħallix jew tfixkel lill-imsemmi uffiiċjal, perit jew surveyor fil-
qadi ta’ dmirijietu taħt is-subartikolu (2), jew tonqos li tobdi l-
ordnijiet magħmula minn dak l-uffiċjal skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iktar
minn ħamsin lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Piena għal min 
jiffalsifika, eċċ., 
konnijiet, eċċ. 
20. (1) Jekk xi persuna - 
(a) tiffalsifika xi kon, timbru jew xi strument ieħor użat
mill-Gvern jew taħt is-setgħa tiegħu, sabiex jindika l-
ħlas ta’ taxxa; jew 
(b) tbiegħ jew toffri għall-bejgħ, tispaċċa jew tagħmel użu
ta’ xi konnijiet, timbri, strumenti ffalsifikati wżati
mill-Gvern jew taħt is-setgħa tiegħu, sabiex jindikaw
il-ħlas ta’ taxxa, jew xi impressjoni magħmula bihom,
meta tkun taf li dawn huma ffalsifikati; jew 
(ċ) xjentement u bla raġuni leġittima (li l-prova tagħha
tmiss lill-akkużat) tinstab fil-pussess ta’ konnijiet, jew
timbri jew strumenti ffalsifikati wżati mill-Gvern jew
taħt is-setgħa tiegħu, biex jindikaw il-ħlas ta’ taxxa
jew ta’ xi impressjoni magħmula bihom,
teħel priġunerija ta’ minn tlettax-il xahar sa tliet snin.
(2) L-istess piena stabbilita bis-subartikolu (1) tapplika wkoll
għal kull persuna li mingħajr awtorità  legali tagħmel użu ta’ kon,
timbru jew strument ieħor ġenwin użat mill-Gvern jew taħt is-
setgħa tiegħu biex jindika l-ħlas ta’ taxxa.
Ħelsien mill-pieni. 
li, qabel ma jibdew xi proċedimenti, jagħti tagħrif dwar dawn lill-
Kummissarju tal-Pulizija jew lil xi awtoritajiet oħra kompetenti
jkun eżentat mill-pieni.
  8      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
22. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jiżgura l-
ħlas tat-taxxa u b’mod ġenerali sabiex jagħti effett lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u b’mod partikolari, iżda bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel - 
(a) biex jirregola l-ħlas tat-taxxa fuq kull kategorija ta’
dokumenti li ma jsirx fl-uffiċċju tal-Kummissarju;
(b) biex jordna r-reġistrazzjoni jew l-għoti ta’ avviż ta’ xi
klassi ta’ dokumenti li fuqhom titħallas taxxa, u biex
jippreskrivi l-forma ta’ dik ir-reġistrazzjoni jew ta’
dak l-avviż, iż-żmien li fih għandha ssir dik ir-
reġistrazzjoni jew jingħata dak l-avviż, il-persuni
obbligati li jagħmlu dik ir-reġistrazzjoni jew jagħtu
dak l-avviż, l-uffiċċju li fih jew li lilu jsiru dawk ir-
reġistrazzjonijiet jew jingħataw dawk l-avviżi, u l-
effetti u s-sanzjonijiet ċivili konsegwenzjali għan-
nuqqas tar-reġistrazzjonijiet jew ta’ l-għoti ta’ l-
avviżi;
(ċ) biex jirregola l-mod li bih tiġi ndikata t-taxxa fuq xi
kategorija partikolari ta’ dokumenti;
(d) biex jippreskrivi kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Ir-regolamenti jistgħu jipprovdu għall-impożizzjoni ta’
penali ta’ mhux iżjed minn elf lira għal kull nuqqas ta’ tħaris, liema
penali għandha tinġabar kif provdut fl-artikolu 16.
Kap. 294 - 
Revokat.
(3)* Sa dak iż-żmien li jsiru regolamenti taħt dan l-Att, ir-
regolamenti magħmulin taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti
jew taħt kull liġi li baqgħet tapplika bis-saħħa tagħha, għandhom,
meta dawn ikunu xorta jgħoddu, jitqiesu li jkunu saru taħt dan l-
Att.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħti ħelsien 
mit-taxxa.
23. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħti direttiva li dokument
jew trasferiment speċifikati li dwarhom titħallas taxxa taħt dan l-
Att, ikun ħieles mit-taxxa għal kollox jew f’parti.
Kap. 294.
(2)# Kull eżenzjoni mogħtija bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti# jew ta’ l-Ordinanza dwar it-
Taxxa tal-Boll, imħassra bl-imsemmi Att, għandha titqies li tkun
ingħatat mill-Ministru bis-saħħa tas-setgħat lilu mogħtija bis-
subartikolu (1).
Setgħa tal-
Kummissarju li 
jaħfer jew inaqqas 
penalitajiet u taxxa 
addizzjonali.
24. Imħassar: II. 2003.32.
*L-artikolu 68(2) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat.
#L-artikolu 68(1) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat.
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      9
TAQSIMA III
Dokumenti suġġetti għat-Taxxa sa mill-Oriġini tagħhom
TITOLU I
Poloz ta’ Assigurazzjoni
Taxxa fuq polza ta’ 
assigurazzjoni fuq 
il-ħajja.
25. Għandha titħallas fuq kull polza ta’ assigurazzjoni fuq il-
ħajja taxxa ta’ għaxar ċenteżmi fuq kull mitt lira jew parti minnha
tas-somma assigurata.
Taxxa fuq poloz ta’ 
assigurazzjoni 
dwar riskji ta’ terzi 
persuni jew 
assigurazzjoniiiet 
komprensivi.
26. Imħassar: I. 1998.3.
Taxxa fuq poloz ta’ 
assigurazzjoni li 
dwarhom m’hemm 
ebda disposizzjoni 
għaliha.
Emendat:
I. 1998.4;
XI.2000.22;
II. 2002.37.
27. Għandha titħallas fuq kull polza ta’ assigurazzjoni li
dwarha l-artikolu 25 ma jagħmel ebda disposizzjoni għaliha, taxxa
ta’ għaxar ċenteżmi fuq kull lira jew parti minnha tal-ħlas fis-sena
miftiehem, jew, jekk ikun hemm ftehim li titħallas somma f’daqqa
waħda bħala compounded premium, jew b’mod ieħor jitħallas biss
premium wieħed, ta’ dak il-ħlas f’daqqa: 
Iżda l-inqas taxxa li titħallas taħt dan l-artikolu tkun ħames
liri:
Iżda wkoll meta l-premium li jitħallas ikun inqas minn
ħames liri, l-inqas taxxa li titħallas tonqos għal ħamsin fil-mija ta’
l-ammont ta’ premium hekk imħallas:
Iżda wkoll ma għandha titħallas ebda taxxa fuq poloz ta’
assigurazzjoni ta’ l-Avjazzjoni, Tagħbija Marittima, Marittima (il-
Buq jew il-Bastiment), Kreditu u Garanziji (Esportazzjoni), u
Assigurazzjoni Medika.
Kontrosenjar ta’ 
poloz ta’ 
assigurazzjoni.
28. (1) Kull kontrosenja ta’ polza ta’ assigurazzjoni titħallas
taxxa fuqha bhal polza ġdida jekk l-effett tal-kontrosenja jkun li
jsir tibdil fil-polza dwar -
(a) il-persuna jew il-ħaġa assigurata; jew 
(b) ir-riskji assigurati; jew
(ċ) kemm se ddum il-polza.
(2) Meta xi kontrosenja żżid l-ammont ta’ assigurazzjoni jew
tal-premium, it-taxxa għandha titħallas fuq dik il-polza kif
kontrosenjata iżda għandha tiġi kunsidrata kull taxxa li tħallset
dwar il-polza.
(3) Għandha titħallas dwar kull kontrosenja ta’ poloz li
dwarhom ma hemmx provdut taħt is-subartikolu (1) jew (2), taxxa
ta’ lira.
Polza ta’ 
assigurazzjoni 
tinħareġ ma’ kull 
ftehim ta’ 
assigurazzjoni. 
29. Kull persuna li -
(a) tidħol bħala assiguratur ta’ waħda mill-
assigurazzjonijiet imsemmija fl-artikoli ta’ qabel dan,
jew bħala assiguratur tagħmel kuntratt għal waħda
minn dawk l-assigurazzjonijiet, jew direttament jew
  10      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
indirettament tirċievi premium jew dritt għal waħda
jew oħra minn dawk l-assigurazzjonijiet, jew tagħmel
ftehim dwar dak il-premium jew dritt, jew takkredita
ruħha bihom fil-kontijiet, jew xjentement tieħu fuqha
riskju, jew tobbliga ruħha għall-ħlas, jew tħallas,
somma ta’ flus għal telf, riskju jew ġrajja dwar waħda
jew oħra mill-assigurazzjonijiet fuq imsemmija, meta
l-assigurazzjoni ma tkunx imsemmija f’polza ta’
assigurazzjoni; jew
(b) bħala assigurat, tagħmel jew tesegwixxi, jew
xjentement iġġiegħel li tiġi magħmula jew tiġi
esegwita waħda jew oħra mill-assigurazzjonijiet
imsemmija fl-artikoli ta’ qabel dan, jew direttament
jew indirettament tagħti jew tħallas, jew tobbliga
ruħha li tħallas, premium jew dritt għal dik l-
assigurazzjoni, jew tagħmel kuntratt għal dik l-
assigurazzjoni, meta l-assigurazzjoni ma tkunx
imsemmija f’polza ta’ assigurazzjoni; jew
(ċ) tieħu sehem f’xi qerq jew ingann jew issir ħatja ta’ atti
dolużi, ta’ traskuraġni, jew ta’ nuqqas, bil-ħsieb li
teħles mit-taxxi li jkollhom jitħallsu fuq poloz ta’
assigurazzjoni, jew li bihom it-taxxi jistgħu jinħarbu
kollha jew biċċa minnhom,
teħel għal kull reat, penali ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda
mhux iżjed minn mitt lira.
Responsabbiltà  
biex titħallas taxxa 
fuq poloz ta’ 
assigurazzjoni. 
30. (1) Kull persuna li toħroġ jew tiffirma xi polza ta’
assigurazzjoni msemmija fl-artikoli ta’ qabel dan, għandha tħallas
taxxa fuqha skond id-dispozizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula taħtu.
(2) Kull persuna li tonqos li tħares id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) teħel penali ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda
mhux iżjed minn mitt lira.
Kopji ta’ poloz ta’ 
assigurazzjoni li 
fuqhom ma tkunx 
tħallset it-taxxa.
31. Kull persuna li tagħmel jew toħroġ jew iġġiegħel li jsir jew
li jinħareġ dokument li jidher li jkun kopja ta’ polza ta’
assigurazzjoni suġġetta għat-taxxa meta fil-fatt ma tkunx fis-seħħ,
dak iż-żmien, polza bħal dik, teħel, flimkien ma’ kull penali oħra li
għaliha tkun suġġetta, penali ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda
mhux iżjed minn mitt lira.
TITOLU II
Bejgħ u Trasferimenti oħra
Taxxa fuq bejgħ u 
trasferimenti oħra. 
Emendat: 
XVI.1994.6;
XXV. 1995.435;
I. 1998.5;
XI.2000.23;
II. 2003.33.
32. (1) Għandha titħallas fuq kull dokument u fuq kull
sentenza, digriet jew ordni ta’ kull qorti jew awtorità  oħra
leġittima, li bihom ħaġa immobbli jew xi dritt reali fuq xi immobbli
jiġi trasferit lil xi persuna u fuq kull dikjarazzjoni magħmula skond
l-artikolu 33, għar-rigward ta’ persuni li minnhom joriġina t-
trasferiment cause mortis li mietu fi jew wara t-23 ta’ Novembru,
1999, taxxa ta’ ħames liri għal kull mitt lira jew parti minnha ta’ l-
ammont jew tal-valur ta’ dak li jingħata bil-ħlas tal-ħaġa trasferita
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      11
jew tal-valur ta’ dik il-ħaġa, liema jkun l-akbar.
(2) Imħassar bl-Att XI.2000.23.
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, ma għandha
titħallas ebda taxxa mat-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli u ta’
valuri negozjabbli bejn konjuġi wara separazzjoni konsenswali jew
ġudizzjarja, jew ix-xoljiment tal-komunjoni ta’ l-akkwisti li jkun
hemm bejniethom jew mal-qsim ta’ xi proprjetà  komuni li jkollhom
il-konjuġi bejniethom, sew jekk din tkun proprjetà  tal-komunjoni
sew jekk le meta jmut wieħed minnhom bejn min mill-konjuġi
jibqa’ ħaj, u l-werrieta tal-konjuġi li miet.
Kap. 246.
(4) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b), fil-
każ ta’ min ma jeħtieġx permess mill-Ministru għall-
għanijiet ta’ l-Att dwar l-Akkwist ta’ Proprjetà
Immobbli minn Persuni mhux Residenti u li jakkwista
inter vivos proprjetà  immobbli jew jedd reali fuq dik il-
proprjetà  bil-għan li jistabbilixxi fiha jew li jibni fuqha
r-residenza unika w ordinarja tiegħu, jew li jifdi kull
ċens jew piż ieħor impost fuq proprjetà  bħal dik li hu
jkun akkwista b’kull titolu inter vivos, it-taxxa taħt dan
it-Titolu għar-rigward ta’ l-ewwel tletin elf lira, jew
dak l-ammont akbar li jista’ jiġi stabbilit, tal-valur sħiħ
ta’ dak li kellu jingħata bi ħlas għall-akkwist u għall-
fidwa ta’ dik il-proprjetà  għandha titħallas bir-rata ta’
tliet liri u ħamsin ċenteżmu għal kull mitt lira jew parti
minnhom;
(b) Meta dik ir-residenza tiġi akkwistata b’konċessjoni ta’
enfitewsi jew ta’ sub-enfitewsi magħmula għal żmien
iktar minn ħamsin sena, ukoll jekk iċ-ċens relattiv
jista’ jiġi rivedut kull tant żmien speċifikat, u jitħallas
ukoll ma’ dak l-att dak li jista’ jkun hemm aktar li
jingħata bi ħlas, it-taxxa li titħallas taħt dan l-Att
għandha tiġi kalkolata kif ġej:
(i) meta l-valur sħiħ ta’ dak li jitħallas jew ikollu
jingħata bi ħlas flimkien maċ-ċens impost ma’ l-
att, kapitalizzat bir-rata ta’ ħamsa fil-mija, ma
jaqbżux tletin elf lira jew dak l-ammont akbar li
jista’ jiġi stabbilit skond il-paragrafu (a), dwar
dak iċ-ċens bil-ħamsin fil-mija tar-riżultat
miksub billi jiġu applikati r-rati speċifikati fl-
artikolu 40(1) u bir-rata ta’ tliet liri u ħamsin
ċenteżmu għal kull mitt lira jew parti minnhom
dwar kull ammont ieħor li jkollu jingħata bi
ħlas; u
(ii) meta l-valur sħiħ ta’ dak li jitħallas jew ikollu
jingħata bi ħlas flimkien maċ-ċens kapitalizzat
kif hemm fis-sub-paragrafu (i) (hawnhekk iżjed
’il quddiem f’dan il-paragrafu msejjaħ "l-
ammont kollu sħiħ li jkollu jingħata bi ħlas")
jaqbeż tletin elf lira jew dak l-ammont akbar li
jista’ jiġi stabbilit skond il-paragrafu (a),
għandha l-ewwel tinħadem taxxa għar-rigward
  12      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
taċ-ċens bil-ħamsin fil-mija tar-riżultat miksub
billi jiġu applikati r-rati speċifikati fl-artikolu
40(1) u bir-rata ta’ tliet liri u ħamsin ċenteżmu
għal kull mitt lira jew parti minnhom dwar kull
ammont ieħor li jkollu jingħata bi ħlas,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "it-taxxa
tal-bidu", u imbagħad u mbagħad billi tiżdied
magħha taxxa ulterjuri li tiġi kalkolata skond il-
formola li ġejja:
WIEĦED L-ewwel jiġi kapitalizzat iċ-
ċens bir-rata ta’ ħamsa fil-mija u jiġi miżjud
mal-korrispettiv;
TNEJN Iċ-ċens hekk kapitalizzat għandu
jiġi diviż bl-ammont miksub fil-partita
WIEĦED ta’ dan il-paragrafu, u r-riżultat
għandu mbagħad jiġi moltiplikat bl-ammont
tal-korrispettiv totali li jeċċedi l-għoxrin elf
(jew dak l-ammont ikbar li jista’ jiġi
preskritt kif hawn aktar qabel imsemmi) u
mbagħad jiġi diviż b’erbgħin;
TLIETA Il-korrispettiv li jithallas mal-
kuntratt għandu jiġi diviż bl-ammont miksub
fil-partita WIEĦED ta’ dan il-paragrafu, u r-
riżultat għandu mbagħad jiġi moltiplikat bl-
ammont tal-korrispettiv totali li jeċċedi l-
ghoxrin elf (jew dak l-ammont ikbar li jista’
jiġi preskritt kif hawn aktar qabel imsemmi)
u r-riżultat hekk miksub għandu mbagħad
jiġi moltiplikat bi tlieta diviż b’mitejn;
ERBGHA It-taxxa ulterjuri tkun l-
ammont tar-riżultati fil-partiti TNEJN u
TLIETA.
(ċ) Meta dik il-proprjetà  ma tkunx ġiet akkwistata kollha
kemm hi minn dik il-persuna, l-ammont tal-valur li
għandu jsir ħlas dwaru bir-rati speċifikati f’dan is-
subartikolu għandu jkun dak l-ammont li jkun fi
proporzjon ma’ tletin elf lira jew mal-valur tal-
proprjetà  (skond liema jkun l-inqas) daqs il-proporzjon
tas-sehem li jiġi hekk akkwistat minn dik il-persuna
jkun mat-total.
(d) In-nutar li jirċievi att li dwaru jirreferi dan l-artikolu
għandu jniżżel f’dak l-att dikjarazzjoni bil-miktub li
jagħmel min ikun qed jakkwista il-ħaġa immobbli li
dik il-proprjetà  tkun qiegħda tiġi akkwistata minnu bil-
għan imsemmi fil-paragrafu (a) u l-imsemmi nutar
għandu javża lil dik il-persuna b’kemm dik id-
dikjarazzjoni hija waħda importanti u jeħtieġ illi ssir
sew.
(e) Għall-fini ta’ dan l-artikolu "residenza" għandha wkoll
tinkludi garage imniffed jew li jiġi taħt dik ir-
residenza, jew garage li jinsab fl-istess blokk ta’
appartamenti residenzjali li r-residenza tagħmel sehem
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      13
minnhom jew garage ta’ mhux iktar minn tletin metru
kwadru li jkun jinsab fil-viċinanza ta’ ħames mitt
metru minn dik ir-residenza jew blokk ta’
appartamenti, meta dak il-garage ikun ġie akkwistat
flimkien ma’ dik ir-residenza bl-istess att.
(5) Meta taxxa li għandha titħallas dwar proprjetà  immobbli
trasferita causa mortis tkun tħallset, jew ma’ dak it-trasferiment ma
għandha titħallas ebda taxxa, u n-nutar jiddikjara fuq l-att relattiv li
l-proprjetà  relattiva waslet għand il-komproprjetarji permezz ta’
trasferiment causa mortis u li d-dikjarazzjoni sħiħa, magħduda l-
proprjetà  li għaliha tirreferi l-qasma, tkun debitament saret skond l-
artikolu 33, it-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-artikolu rigward
atti li jaqsmu dik il-proprjetà  immobbli bejn il-komproprjetarji ma
għandhiex tinġabar. In-nutar għandu fuq kull att bħal dak jagħti d-
dettalji rilevanti tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula skond l-
artikolu 33.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
meta il-Kummissarju joħroġ ċertifikat fejn juri li xi immobbli jew
xi dritt reali fuq immobbli jiġi trasferit minn kumpannija lil
kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji,
u li jkun sodisfatt li dawk il-ħtiġiet u kundizzjonijiet, jekk ikun
hemm, kif jistgħu jiġu preskritti b’regolamenti taħt dan l-Att ġew
imwettqa, hu għandu, skond il-każ, jirrifondi t-taxxa jew jordna li
ebda taxxa m’għandha titħallas fuq dak it-trasferiment.
Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "grupp ta’ kumpanniji"
għandu jkollha l-istess tifsir mogħti lilha fl-artikolu 42.
Dikjarazzjoni ta’ 
trasferimenti 
causa mortis. 
Emendat: 
XVI.1994.7.
33. (1) Ikun id-dmir ta’ kull min tiġi lilu trasferita proprjetà
immobli causa mortis (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu
imsejjaħ "min jirċievi causa mortis") li jagħmel dikjarazzjoni ta’
dak it-trasferiment permezz ta’ att pubbliku fi żmien dak il-
perijodu li jista’ jiġi stabbilit.
(2) L-att pubbliku imsemmi fis-subartikolu (1) (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejjaħ "dikjarazzjoni") għandu jkun fih:
(a) dawk il-partikolaritajiet li jistgħu jiġu stabbiliti dwar
min jirċievi causa mortis u l-persuna li minnha
joriġina t-trasferiment causa mortis;
(b) id-data u l-post tal-mewt tal-persuna li minnha jkun
oriġina t-trasferiment causa mortis;
(ċ) dawk il-partikolaritajiet li jistgħu jiġu stabbiliti dwar
immobbli kollha jew jeddijiet fuqha trasferiti lil min
jirċievi causa mortis; u
(d) dawk id-dettalji li jistgħu jiġu stabbiliti dwar il-mod li
bih il-proprjetà  tkun għaddiet għal għand min jirċeviha
causa mortis. 
(3) Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha wkoll stqarrija ta’ min
jirċievi causa mortis dwar il-valur reali ta’ kull proprjetà  jew
sehem fiha lilu trasferita, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11
għandhom japplikaw dwar dik id-dikjarazzjoni.
Kap. 55.
  14      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
Arkivji Nutarili għandhom ikunu japplikaw għal dikjarazzjoni
imsemmija f’dan l-artikolu bħallikieku dik id-dikjarazzjoni kienet
xi wieħed mill-atti msemmija fl-artikolu 50(1) imsemmi.
(5) Il-werrieta jew il-legatarji li ma jkunux bi ħsiebhom jew li
ma jkunux għadhom iddikjaraw li bi ħsiebhom jaċċettaw il-wirt jew
il-legat jistgħu madankollu jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija fis-
subartikolu (1), iżda dik id-dikjarazzjoni ma għandhiex minnha
nnifisha tkun prova li dak il-werriet jew legatarju jkun aċċetta l-
wirt jew il-legat imħolli lilu.
(6) It-tuturi jew il-kuraturi ta’ werrieta u legatarji, il-kuraturi
ta’ wirt battal u l-eżekuturi testamentarji għandhom jagħmlu d-
dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu (1) l-istess bħal min jirċievi
causa mortis. Jekk f’xi każ partikolari hemm iżjed minn tutur,
kuratur jew eżekutur wieħed, dawn għandhom ikunu responsabbli
in solidum li jikkonformaw ma’ dik l-obbligazzjoni.
(7) Meta jsir il-ftuħ tas-suċċessjoni wara li persuna tkun ilha
nieqsa minn Malta għal żmien twil, trasferiment causa mortis
għandu jitqies li jkun ġara fid-data meta sentenza tal-qorti li
tiddikjara li l-persuna tkun preżunta mejta tgħaddi f’ġudikat. Jekk
ma tingħatax sentenza bħal dik, it-trasferiment causa mortis
għandu jitqies li jkun ġara mad-data ta’ l-ordni tal-qorti li
tikkonċedi l-pussess assolut tal-proprjetà  ta’ min ikun assenti u l-
eżerċizzju assolut tal-jeddijiet dipendenti fuq mewtu.
Rebate ta’ taxxa li 
tingħata fuq 
dikjarazzjonijiet. 
34. It-taxxa dovuta skond l-artikolu 32 fuq id-dikjarazzjonijiet
tista’ ssir rebate dwarha daqstant u f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu
jiġu stabbiliti.
Regoli speċjali li 
jgħoddu għad-
dikjarazzjonijiet. 
Emendat: 
XVI.1994.8.
35. (1) Salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 34, meta ssir l-
istima tat-taxxa li titħallas fuq dikjarazzjonijiet skond dan l-Att ma
għandhomx jitqiesu -
(a) (i) L-ewwel għaxart elef lira jew dak l-ammont
akbar li jista’ jiġi stabbilit tal-valur ta’ dar ta’
abitazzjoni, sakemm din kienet ir-residenza
ordinarja tal-persuna li minnha oriġina t-
trasferiment causa mortis,  f’kull  trasferiment
causa mortis tal-proprjetà  jew użufrutt jew ta’
kull dritt reali fuq dik id-dar ta’ abitazzjoni:
Iżda meta dik id-dar ta’ abitazzjoni ma
tkunx proprjetà  assoluta jew mod ieħor fil-
pussess tal-persuna li minnha t-trasferiment
causa mortis ikun oriġina, l-ammont tal-valur li
ma għandux jitqies għandu jkun dak l-ammont
daqskemm hu ta’ proporzjon għal għaxart elef
lira jew dak l-ammont akbar li jista’ jiġi stabbilit
kif imsemmi qabel jew il-valur tad-dar ta’
abitazzjoni (skond liema hu l-anqas) daqskemm
hu l-proporzjon tas-sehem tal-proprjetà  assoluta
jew titolu ieħor li bis-saħħa tiegħu d-dar ta’
abitazzjoni tkun qiegħda tinżamm minn dik il-
persuna għall-ammont sħiħ:
Iżda iktar meta dik id-dar ta’ abitazzjoni
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      15
tiġi trasferita għal għand iktar minn wieħed li
jirċievi causa mortis, l-ammont tal-valur li ma
għandux jitqies għandu jkun dak il-proporzjon
ta’ l-ammont li jirriżulta skond l-ewwel proviso
ta’ dan is-sub-paragrafu daqskemm huwa daqs
il-proporzjon tas-sehem miżmum mill-persuna li
minnha joriġina t-trasferiment causa mortis li hu
trasferit lil min jirċievi causa mortis.
Kap. 328.
(ii) Meta dwar id-dar ta’ abitazzjoni li għaliha
jirreferi dan is-subartikolu ikun ingħata wkoll
ħelsien skond l-artikolu 6 ta’ l-Att biex iħajjar
Persuni jsiru Sid Darhom, il-ħelsien mogħti taħt
dan is-subartikolu u taħt l-imsemmi artikolu 6
ta’ l-imsemmi Att, ma għandux ikun kompost,
iżda min hu altriment dovut iħallas it-taxxa
jkollu jedd jagħżel dak il-ħelsien li jkun ta’ l-
aktar vantaġġ għalih.
(b) Il-valur ta’ l-użufrutt ta’ kull proprjetà  li dwarha
għandha titħallas taxxa taħt dan l-Att imħollija minn
min it-trasferiment causa mortis joriġina favur il-
konjugu li jibqa’ ħaj.
(2) Salvi l-eżenzjonijiet mogħtija fis-subartikolu (1):
(i) meta dik il-proprjetà  tkun tikkonsisti f’dar ta’
abitazzjoni, li tkun ir-residenza ordinarja tal-
persuna li minnha joriġina t-trasferiment, u meta
dik id-dar ta’ abitazzjoni tkun ukoll okkupata fi
żmien dak it-trasferiment causa mortis minn
wieħed jew iktar minn dawk li jirċievu causa
mortis, it-taxxa għandha titħallas bir-rata ta’ tliet
liri u ħamsin ċenteżmu għal kull mitt lira jew
parti minnhom ta’ dak is-sehem trasferit lil kull
min jirċievi causa mortis u jkun jokkupa dik id-
dar ta’ abitazzjoni bħala residenza ordinarja
tiegħu kif ikun jirrappreżenta dak is-sehem tal-
valur ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni li jeċċedi
għaxart elef lira iżda mhux għoxrin elf lira jew
dawk l-ammonti akbar li jistgħu jiġu stabbiliti; u
meta dik id-dar ta’ abitazzjoni ma tkunx
proprjetà  assoluta jew mod ieħor miżmuma mill-
persuna li minnha jkun oriġina t-trasferiment
causa mortis,  l-imsemmi ammont tal-valur li
għandu jitħallas bl-imsemmija rata jkun dak l-
ammont daqskemm ikun proporzjonat għal
għaxart elef lira jew għal dak is-sehem mill-
valur tiegħu li jeċċedi għaxart elef lira iżda
mhux għoxrin elf lira, jew dawk l-ammonti
akbar li jistgħu jiġu stabbiliti kif imsemmi
qabel, u l-valur ta’ dik id-dar (skond liema jkun
l-anqas) daqskemm ikun il-proporzjon tas-
sehem tal-proprjetà  assoluta jew titolu ieħor li
taħtu tkun inżammet id-dar ta’ abitazzjoni minn
dik il-persuna għall-ammont sħiħ; u
  16      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
(ii) meta dik il-proprjetà  tkun tikkonsisti f’dar ta’
abitazzjoni li ma tkunx dar ta’ abitazzjoni li
għaliha jirreferi s-sub-paragrafu (i), iżda li tkun
ir-residenza ordinarja okkupata minn wieħed jew
aktar li jirċievu causa mortis fi trasferiment
causa mortis tal-proprjetà  assoluta jew ta’ l-
użufrutt ta’ kull dritt reali fuq id-dar ta’
abitazzjoni msemmija, it-taxxa għandha titħallas
bir-rata ta’ tliet liri u ħamsin ċenteżmu għal kull
mitt lira jew parti minnhom ta’ dak is-sehem
trasferit lil kull min jirċievi causa mortis u jkun
jokkupa dik id-dar ta’ abitazzjoni bħala
residenza ordinarja tiegħu kif ikun jirrapreżenta
l-ewwel għoxrin elf lira, jew dak l-ammont
akbar li jista’ jiġi stabbilit kif imsemmi qabel,
tal-valur ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni; u meta dik
id-dar ta’ abitazzjoni ma kienetx proprjetà
assoluta jew mod ieħor miżmuma mill-persuna li
mingħandha jkun oriġina t-trasferiment causa
mortis,  l-ammont tal-valur li għandu jitħallas
bir-rata msemmija għandu jkun dak l-ammont li
jkun proporzjonat għal għoxrin elf lira, jew dak
l-ammont akbar li jista’ jiġi stabbilit kif
imsemmi qabel, jew il-valur tad-dar ta’
abitazzjoni (skond liema hu l-anqas) daqs il-
proporzjon tas-sehem tal-proprjetà  assoluta jew
titolu ieħor li bis-saħħa tiegħu d-dar ta’
abitazzjoni kienet qed tinżamm minn dik il-
persuna kien għall-ammont sħiħ.
(3) Meta d-dikjarazzjoni ssir iktar minn sena wara l-ġrajja tat-
trasferiment causa mortis għandu jitħallas flimkien mat-taxxa
stmata skond dan l-Att imgħax bir-rata ta’ tmienja fil-mija fis-sena,
jew dik ir-rata li tiġi stabbilita, fuq kull ammont ta’ taxxa li tibqa’
mhux imħallsa dwar kull sena jew parti minnha li tiskadi bejn l-
ewwel anniversarju tad-data tat-trasferiment causa mortis u d-data
ta’ l-egħmil tad-dikjarazzjoni.
(4) Meta dikjarazzjoni tkun tirreferi għal użufrutt li jiġi
trasferit causa mortis lil diversi persuni in solidum jew waħda wara
l-oħra, jew in solidum u waħda wara l-oħra, it-taxxa fuq id-
dikjarazzjoni msemmija dwar dak it-trasferiment causa mortis
għandha biss tinġabar mal-bidu ta’ l-użufrutt.
(5) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu jgħoddu għal
dikjarazzjoni dwar trasferiment causa mortis kif suġġetti għal
kondizzjoni sospensiva li mhijiex biss waħda potestattiva:
(a) id-dikjarazzjoni għandha ssir u t-taxxa għandha tkun
dovuta u titħallas mill-amministratur ta’ l-eredità , jew
fin-nuqqas ta’ amministratur mill-werrieta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, minkejja x-xorta
kontinġenti tat-trasferiment causa mortis,  bla ħsara
għal kull dritt ta’ għoti ta’ ħlas lura kontra min
jibbenefika bis-saħħa tat-trasferiment causa mortis
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      17
imsemmi;
(b) it-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att għandha ssir
stima dwarha bħallikieku t-trasferiment kien wieħed
favur min ikun ser jibbenefika mit-trasferiment, fin-
nuqqas li dan iseħħ.
(6) Meta tiġri l-kontinġenza msemmija fis-subartikolu (5) jew
meta jingħata seħħ lit-trasferiment ta’ proprjetà  qabel ma tiġri l-
kontinġenza -
(a) dikjarazzjoni li tagħmel stqarrija li tkun ġrat il-
kontinġenza, jew li ingħata seħħ lit-trasferiment causa
mortis,  għandha tingħata minn min jirċievi causa
mortis u li jibbenefika bis-saħħa ta’ dan; u min ikun
hekk irċieva causa mortis għandu, b’żieda ma’ kull
ħlas lura ta’ taxxa, ukoll iħallas kull taxxa li dwaru ssir
stima bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu; u
(b) li tiġri l-kontinġenza jew li t-trasferiment ikun sar iktar
kmieni kif imsemmi qabel għandhom jitqiesu bħala
trasferiment causa mortis u min jirċievi causa mortis u
jibbenefika skond hekk għandu jħallas lura lil kull min
ikun għamel dikjarazzjoni u ħallas it-taxxa skond is-
subartikolu (5) dik it-taxxa li tkun hekk tħallset, u
għandu meta t-taxxa li tkun tħallset b’riżultat ta’ dan
is-subartikolu tkun iżjed mit-taxxa imħallsa b’riżultat
tas-subartikolu (5) iħallas biss id-differenza bejn dawk
it-taxxi, u meta t-taxxa li għandha titħallas tkun inqas
huwa jkollu jedd għal ħlas lura ta’ l-ammont li jkun
tħallas żejjed.
Taxxa għal 
ċessjoni ta’ krediti, 
eċċ.
Emendat:
IV. 2001.35;
IX. 2001.35.
36. Imħassar bl-Att II.2002.38.
Taxxa fuq 
trasferiment ta’ 
karozza bil-mutur.
37. Imħassar bl-Att X.1994.25.
Meta trasferiment 
isir bil-miktub. 
Emendat:
X.1994.25.
38. Imħassar bl-Att II.2002.39.
Taxxa fuq 
trasferimenti 
f’bejgħ bl-irkant. 
Emendat:
X.1994.25.
Kap.65.
39. (1) Meta, f’bejgħ b’irkant ta’ mobbli, l-ammont totali
mħallas fuq l-oġġett jew l-oġġetti mixtrija minn persuna waħda,
barra minn vetturi bil-mutur, kif imfissra fl-Ordinanza dwar ir-
Regolament tat-Traffiku, vapuri, ajruplani u oġġetti ta’ l-ikel u
xorb, ikun iżjed minn mitt lira jew dak l-ammont li jista’ jiġi
stabbilit, għandu jitħallas fuq il-memorandum li fuqha jkun
imniżżel dak il-bejgħ u li għalih jirriferi dan l-artikolu, taxxa ta’
żewġ liri u sittin ċenteżmu għal kull mitt lira jew parti minnha tal-
prezz imħallas minn dak ix-xerrej.
(2) Kull irkantatur għandu jżomm memorandum ta’ kull bejgħ
li sar minnu f’bejgħ b’irkant b’dak il-mod li jista’ jiġi stabbilit.
  18      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
(3) Kull irkantatur li jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu jew ta’ kull regolament magħmul taħtu jeħel piena ta’
mhux inqas minn għaxar liri iżda mhux iżjed minn mitt lira għal
kull nuqqas bħal dak.
Konċessjonijiet 
b’enfitewsi.
Emendat:
II. 2003.34.
40. (1) Fuq il-kuntratti ta’ enfitewsi jew sub-enfitewsi kollha
titħallas taxxa kalkolata fuq iċ-ċens li jitħallas kull sena jew żieda
fiċ-ċens li jitħallas kull sena, skond il-każ kif miġjub hawn taħt:
(2) (a) Meta ż-żmien ta’ l-enfitewsi jista’ jiġi mtawwal, jew
hu mtawwal, jew meta żewġ konċessjonijiet ta’
enfitewsi jew iktar isiru dwar l-istess immobbli favur l-
istess enfitewta jew is-suċċessur tiegħu, it-taxxa
għandha tiġi meqjusa bir-rati applikabbli għaż-żmien
kollu tal-konċessjoni jew konċessjonijiet ta’ enfitewsi,
iżda jingħata kont għal kull taxxa diġà  mħallsa
dwarhom.
(b) Meta f’att ta’ konċessjoni enfitewtika ċ-ċens jista’ jiġi
rivedut jew miżjud f’perijodi stabbiliti ta’ żmien fit-tul
ta’ dik il-konċessjoni, l-ammont taċ-ċens, għall-fini
tal-likwidazzjoni tat-taxxa, għandu jitqies kif provdut
fil-paragrafi (ċ) u (d).
(ċ) Meta ċ-ċens għandu jiġi rivedut jew miżjud b’ammonti
jew rati speċifikati:
(i) meta t-tul tal-konċessjoni jkun għal żmien
perpetwu, l-ammont taċ-ċens msemmi fl-att
għandu jiġi miżjud bl-ammont jew bir-rata
msemmija daqslikieku kienu jiżdiedu f’mitt sena
u t-taxxa tiġi meqjusa fuq l-ammont taċ-ċens
hekk miżjud; u
(ii) meta t-tul tal-konċessjoni jkun għal żmien
definit l-ammont taċ-ċens imsemmi fl-att għandu
jiġi miżjud bl-ammont jew rata msemmija għat-
tul ta’ dik il-konċessjoni u t-taxxa tiġi meqjusa
fuq l-ammont taċ-ċens hekk miżjud:
Iżda t-taxxa meqjusa skond dan is-sub-
jekk iż-żmien ma jkunx iżjed
minn ħamsa u għoxrin sena .......
 
tnax-il lira kull mitt lira jew
parti minnha
jekk iż-żmien ikun iżjed minn
ħamsa u għoxrin sena iżda mhux
iżjed minn ħamsin sena ............. sittin lira kull mitt lira jew parti
minnha 
jekk iż-żmien ikun iżjed minn
ħamsin sena iżda mhux iżjed
minn ħamsa u sebgħin sena ....... tmenin lira kull mitt lira jew
parti minnha 
jekk iż-żmien ikun iżjed minn
ħamsa u sebgħin sena ................ mitt lira kull mitt lira jew parti
minnha 
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      19
paragrafu m’għandha tkun qatt iżjed minn dik li
kienet tiġi meqjusa li kieku l-konċessjoni kienet
waħda bħal dik imsemmija fis-sub-paragrafu (i).
(d) Meta ċ-ċens għandu jiġi rivedut jew miżjud skond ir-
rata ta’ inflazzjoni jew skond xi rata oħra li ma tistax
tiġi kwantifikata matul iż-żmien tal-konċessjoni:
(i) meta t-tul tal-konċessjoni jkun għal żmien
perpetwu l-ammont taċ-ċens imsemmi fl-att
għandu jiżdied b’ammont ta’ tlieta fil-mija għal
kull sena għal mitt sena u t-taxxa tiġi meqjusa
fuq l-ammont taċ-ċens hekk miżjud; u
(ii) meta t-tul tal-konċessjoni jkun għal żmien
definit l-ammont taċ-ċens imsemmi fl-att għandu
jiġi miżjud bl-ammont ta’ tlieta fil-mija taċ-ċens
oriġinali għal kull sena jew parti minnha
msemmija fl-att, u t-taxxa għandha tiġi meqjusa
fuq il-medja bejn l-ammont taċ-ċens hekk
miżjud u l-ammont imsemmi fl-att:
Iżda t-taxxa meqjusa skond dan is-sub-
paragrafu m’għandha tkun qatt iżjed minn dik li
kienet tiġi meqjusa li kieku l-konċessjoni kienet
waħda bħal dik imsemmija fis-sub-paragrafu (i).
(3) Meta residenza ordinarja, kif imfissra fl-artikolu 32, tiġi
akkwistata b’konċessjoni enfitewtika għal żmien iżjed minn ħamsin
sena, ukoll jekk iċ-ċens relattiv jista’ jiġi rivedut f’perijodi
stabbiliti ta’ żmien, it-taxxa li titħallas taħt dan l-Att fuq l-ewwel
elf u ħames mitt lira jew dak l-ammont ikbar li jista’ jiġi stabbilit
taċ-ċens fis-sena għandu jiġi kalkolat b’ħamsin fil-mija tar-riżultat
miksub billi jiġu applikati r-rati speċifikati fis-subartikolu (1):
Iżda meta, flimkien maċ-ċens, għandu jingħata wkoll bi
ħlas xi pagament ieħor it-taxxa għandha tiġi kalkolata bir-rati
stabbiliti fl-artikolu 32(4)(b).
Taxxa fuq kuntratti 
ta’ permuta. 
41. Kuntratt ta’ permuta għandu jitqies li jikkostitwixxi
trasferiment wieħed u t-taxxa li titħallas fuq dak il-kuntratt
għandha tinħadem fuq l-ogħla mill-valuri tal-ħwejjeġ li jiġu
trasferiti:
Iżda jekk ikunu japplikaw rati differenti, it-taxxa għandha
titħallas fuq il-valur ta’ xi waħda mill-ħwejjeġ trasferiti bir-rata jew
rati li jkollhom l-ogħla ammont ta’ taxxa.
Taxxa fuq valuri 
negozjabbli. 
Emendat: 
XVI.1994.9;
XI.2000.24.
42. (1) Taxxa ta’ żewġ liri għal kull mitt lira jew parti minnha
ta’ l-ammont jew valur ta’ dak li jkollu jingħata bi ħlas jew tal-
valur reali, skond liema jkun l-ogħla, ta’ valur negozjabbli għandha
titħallas:
(a) fuq kull dokument li bih jiġi trasferit inter vivos valur
negozjabbli barrani lil, jew minn, persuna residenti
Malta:
  20      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
Kap. 370.
Iżda ma titħallas ebda taxxa meta dak it-
trasferiment isir permezz ta’ bank lokali jew permezz
ta’ persuna li jkollha liċenza għal servizzi ta’
investiment maħruġa taħt l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment;
(b) fuq kull dokument li bih valur negozjabbli, barra minn
dawk imsemmija fil-paragrafu (a), ikun trasferit lil jew
minn persuna f’Malta:
Iżda mar-ristrutturazzjoni ta’ kull kontroll li jsir
b’mergers, demergers,  amalgamazzjonijiet u
riorganizzazzjonijiet fil-kuntest ta’ grupp ta’
kumpanniji ma għandha titħallas ebda taxxa fuq:
(i) it-trasferiment li jsir minn individwu ta’
azzjonijiet, li huwa jkollu f’ismu, li jagħmlu
sehem minn grupp ta’ kumpanniji fi skambju ta’
ishma f’kumpannija jew kumpanniji li jagħmlu
sehem mill-istess grupp;
(ii) l-iskambju ta’ ishma minn kumpannija għall-
oħra meta dawk l-ishma jkunu f’kumpanniji li
jagħmlu sehem mill-istess grupp ta’ kumpanniji;
(iii) it-trasferiment ta’ ishma b’kumpens minn
kumpannija għall-oħra, meta dawk il-kumpanniji
jagħmlu sehem mill-istess grupp ta’ kumpanniji.
(ċ) ma’ kull avviż tat-trasferiment causa mortis ta’ ishma
ta’ kumpanniji magħmul skond l-artikolu 45.
F’dan is-subartikolu, "grupp ta’ kumpanniji" tfisser -
(i) kumpannija matriċi u s-sussidjarji tagħha;
kumpannija titqies li hija waħda sussidjarja jekk
iktar minn ħamsin fil-mija ta’ l-ishma votanti
tagħha jkunu proprjetà  benefika tal-kumpannija
matriċi tagħha; u
(ii) kumpanniji li jkunu kontrollati minn, u proprjetà
benefika ta’, direttament jew indirettament sal-
limitu ta’ iktar minn ħamsin fil-mija mill-istess
attivisti.
(2)  Meta jirriżulta li ħamsa u sebghin fil-mija jew aktar mill-
assi, esklużi l-assi kurrenti kollha minbarra l-proprjetà  immobbli,
tal-kumpannija li l-valur negozjabbli tagħha jkunu se jiġu trasferiti
inter vivos jew ikunu trassmessi causa mortis għar-rigward ta’
persuni li minnhom joriġina t-trasferiment causa mortis li mietu fi
jew wara l-1 ta’ Jannar, 2000, jkunu jikkonsistu f’immobbli jew
f’xi dritt reali fuq xi immobbli, it-taxxa li titħallas bis-saħħa tas-
subartikolu (1) għandha tiżdied bi tlett liri għal kull mitt lira jew
parti minnha ta’ l-ammont jew valur tal-korrispettiv jew tal-valur
reali tal-valur negozjabbli, skond liemajkun l-ogħla.
Trasferimenti ta’ 
valuri negozjabbli 
mixtrija f’Malta 
jew barra minn 
Malta.
43.* (1) Kull trasferiment inter vivos ta’ valuri negozjabbli
magħmul f’Malta għandu, taħt il-piena ta’ nullità , isir bil-miktub.
(2) Meta t-trasferiment ta’ kull valur negozjabbli barrani jiġi
magħmul barra minn Malta fuq ordni mogħti direttament f’Malta
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      21
minn xi persuna, dik il-persuna għandha tagħti avviż bil-miktub
lill-Kummissarju ta’ dak it-trasferiment b’dak il-mod u f’dak iż-
żmien li jista’ jiġi stabbilit:
Iżda ma jingħatax avviż meta ma jkollha titħallas ebda
taxxa taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Nuqqas li jkunu 
preżentati kitbiet, 
eċċ.
Sostitwit: 
XVI.1994.10.
44. Meta xi persuna tonqos li tippreżenta lill-Kummissarju jew
lill-uffiċjal imsemmi fl-artikolu 19, xi dokument suġġett għat-
taxxa, jew, meta d-dokument ikun protett b’segretezza
professjonali, is-sommarju tad-dokument imsemmi fl-artikolu
19(4), jitqies li t-taxxa fuq dak id-dokument ma tħallsitx u l-
Kummissarju jkun jista’ jipproċedi għall-ġbir tat-taxxa u l-penali
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Min jirċievi causa 
mortis irid jagħti 
avviż. 
Kap. 168 - 
Revokat. 
45. (1) Persuna li jgħaddu għal għandha causa mortis ishma
f’kumpannija ta’ responsabbiltà  limitata reġistrata f’Malta
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "min jirċievi causa mortis")
għandha mhux aktar tard minn dak iż-żmien li jiġi wara l-ġrajja tat-
trasferiment causa mortis hekk kif jiġi stabbilit, jagħti avviż lir-
Reġistratur tas-Soċjetajiet maħtur skond l-Ordinanza dwar
Soċjetajiet Kummerċjali.
(2) L-avviż imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jkun fih dawk
il-partikolaritajiet tal-persuna li minnha jkun oriġina t-trasferiment
causa mortis u ta’ min jirċievi causa mortis, id-dettalji dwar l-
ishma li huma l-oġġett tat-trasferiment u l-mod li bih l-ishma jkunu
għaddew għal għand min irċevihom causa mortis, hekk kif jista’
jiġi stabbilit.
(3) Ir-Reġistratur tas-Soċjetajiet għandu jirreġistra l-avviż
imsemmi fis-subartikolu (1) f’reġistru li jkun miftuħ għall-
ispezzjon pubbliku, u li jinżamm u jkollu dak l-indiċi li jsir b’dak
il-mod li jista’ jiġi stabbilit.
Responsabbiltà  ta’ 
sensala, 
mandatarji, eċċ. li 
jagħmlu akkwisti, 
eċċ., ta’ valuri 
negozjabbli 
f’Malta jew barra. 
46. Kull sensal, mandatarju, jew persuna oħra li bħala
intermedjarju jittrasferixxi xi valur negozjabbli li għalih jirreferi l-
artikolu 42, għandu jagħmel id-dokument li juri dak it-trasferiment
jekk it-trasferiment jiġi magħmul f’Malta jew jekk it-trasferiment
jiġi magħmul barra minn Malta, jagħti avviż ta’ dak it-trasferiment
lill-persuna li għaliha jkun aġixxa fi żmien jumejn mit-trasferiment.
Eżenzjonijiet għal 
ċerti valuri 
negozjabbli.
Miżjud:
XVI.1994.12.
Emendat:
IX.1999.15.
47. (1) Meta l-persuni msemmija fis-sub-artikoli (3) u (4)
jakkwistaw jew jiddisponu minn valuri negozzjabbli, tkun xi tkun
ir-raġuni, dawn huma eżenti mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Meta l-persuni msemmija fis-sub-artikoli (3) u (4)
jakkwistaw jew jiddisponu minn valuri negozzjabbli li jkunu ħarġu
huma, tkun xi tkun ir-raġuni, dawn huma eżenti mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. 
(3) Il-persuni msemmija fis-subartikoli (1) u (2) huma -
Kap. 370. 
(a) skemi ta’ investiment kollettiv li jkollhom liċenza ta’
investiment kollettiv taħt l-Att dwar Servizzi ta’
*Is-subartikoli (1) u (2) kienu oriġinarjament numerati bħala artikoli 43 u 44
rispettivament.
  22      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
Investiment;
Kap. 370.
(b) persuni li jkollhom liċenza għal servizzi ta’
investiment maħruġa taħt l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment, u li l-attivitajiet tagħhom jinkludu li
jagħtu pariri dwar it-tmexxija, amministrazzjoni,
salvagwardjar jew investiment lil skemi ta’
investiment kollettiv kif imfisser fl-Att imsemmi
qabel;
Kap. 123.
(ċ) kumpanniji internazzjonali ta’ kummeċ kif imfisser fl-
artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(d) kumpanniji li jidħlu fl-iskop tas-subartikolu (4).
(4) Kumpannija tkun kumpannija li tidħol fis-subartikolu
(3)(d), jekk iktar minn nofs il-kapital azzjonarju ordinarju, jeddijiet
ta’ votazzjoni u jeddijiet għal profitti jkunu ta’ persuni li -
(a) ma jkunux residenti f’Malta; u
(b) ma jkollhomx bħala sidien tagħhom jew ma jkunux
kontrollati direttament jew indirettament minn persuni
residenti f’Malta,
u dik il-kumpannija tkun ġiet determinata mill-Kummissarju bħala
li għandha l-biċċa l-kbira ta’ l-interessi kummerċjali tagħha barra
minn Malta.
(5) Għall-finijiet tas-subartikolu (4) kumpannija li jkollha
bħala s-sidien kollha tagħha u li tkun kontrollata direttament minn
persuni li ma jkunux ordinarjament residenti jew domiċiljati
f’Malta għandha titqies li ma tkunx residenti f’Malta.
(6) Kumpannija tista’ tapplika lill-Kummissarju, fuq dik il-
formula li l-Kummissarju jipprovdi, għal determinazzjoni li toħroġ
mis-subartikolu (7) jew mis-subartikolu (8).
(7) Il-Kummissarju jiddetermina li kumpannija tkun tidħol fis-
subartikolu (3)(d) jekk, barra li tissodisfa dak li hemm fis-
subartikolu (4)(a) u (b) jew:
Kap. 123.
(a) iktar minn nofs il-profitti tal-kumpannija li jitqassmu
kienu allokati fil-kont ta’ income barrani (fil-kuntest
tat-tifsir ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income) fl-aħħar
sena finanzjarja sħiħa tal-kumpannija; jew
(b) l-ebda attività  tal-kumpannija ma tkun tinsab f’Malta.
Għal dan l-iskop, l-espressjoni "attività " m’għandhiex
tinkludi valur negozzjabbli f’kumpanniji msemmija
fis-subartikolu (3)(ċ) u (d) jew kwalunkwe attiv ieħor
f’Malta li jkun qed jinżamm mill-kumpannija għall-
finijiet li tiġġestixxi negozju tagħha.
(8) Il-Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jiddetermina
illi kumpannija tkun tidħol fis-subartikolu (3)(d) jekk ikun
probabbli li iktar minn nofs il-profitti tal-kumpannija li jitqassmu
jiġu allokati fil-kont ta’ income barrani fl-ewwel sena finanzjarja
tal-kumpannija.
(9) Il-Kummissarju jista’, għall-futur, iħassar dak li jkun
iddetermina taħt is-subartikolu (7) jew is-subartikolu (8) jekk huwa
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      23
jkun jidhirlu li l-kumpannija ma tibqax tissodisfa d-
disposizzjonijiet ta’ dawk is-subartikoli jew tas-subartikolu (4),
iżda dan it-tħassir ma jkunx retroattiv.
Penali għall-ksur 
ta’ l-artikoli 32, 33, 
39 sa 43, 45 u 46.
Emendat:
II. 2002.40.
48. Salv kif provdut xort’oħra f’dan l-Att kull min jonqos li
jħares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 32, 33, 39, 40, 41, 42, 43,
45 jew 46 jeħel penali ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda mhux
iżjed minn ħames mitt lira għal kull nuqqas.
Min għandu jħallas 
it-taxxa fuq it-
trasferiment.
49. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 50, il-
persuna li tittrasferixxi b’trasferiment inter vivos u dik li takkwista
bit-trasferiment, u meta t-trasferiment jiġi magħmul b’att pubbliku
jew fil-każ ta’ dikjarazzjoni magħmula skond l-artikolu 33, in-nutar
li jippubblika l-att relattiv, għandhom ikunu responsabbli in
solidum għall-ħlas tat-taxxa dovuta fuq dak it-trasferiment jew att:
Iżda: 
(a) l-obbligu tan-nutar li jippublika dak l-att ikun limitat
għat-taxxa dovuta fuq dak it-trasferiment stabbilit fuq
il-bażi ta’:
(i) id-dikjarazzjonijiet magħmula skond l-artikolu
32(4)(d), ta’ l-artikolu 33(3) u ta’ l-artikolu 35
meta magħmula għal finijiet ta’ xi eżenzjonijiet
mit-taxxa mogħtija taħt dak l-artikolu, fejn
japplika;
(ii) il-valur dikjarat fil-kuntratt; u
(iii) il-penalitajiet maħsuba fl-artikoli 50 u 51;
(b) in-nutar ikollu privileġġ speċjali dwar it-taxxa li
għandha titħallas u li tkun tħallset minnu fuq xi
trasferiment jew dikjarazzjoni magħmula b’att
pubbliku, fuq il-proprjetà  trasferita;
Kap. 16. 
Il-privileġġ speċjali mogħti b’dan l-artikolu
għandu jkun reġistrat min-nutar fi żmien xahrejn mid-
data ta’ dak l-att u għandu jkollu l-istess preferenza
bħall-privileġġi maħsuba fl-artikolu 2010(ċ) tal-
Kodiċi Ċivili;
(ċ) it-taxxa dovuta fuq ċedola ta’ fidwa ta’ ċens għandha
titħallas mill-enfitewta; u
(d) it-taxxa dovuta fuq il-memorandum ta’ xi bejgħ bl-
irkant għandha titħallas mill-irkantatur, u x-xerrej ma
jkunx intitolat li jieħu dak il-mobbli jekk l-ammont
hekk imħallas ma jingħatax lura lill-irkantatur.
Responsabbiltà  
tan-nutara. 
50. Kull nutar li - 
(a) jonqos li jħallas it-taxxa dovuta kollha jew parti
minnha taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fuq xi att
riċevut minnu; jew 
(b) jonqos li jsemmi f’dak l-att l-ammont ta’ taxxa hekk
dovuta; jew
(ċ) jonqos li jikkonforma ruħu ma’ kull taxxa imposta
fuqu b’regolament li jsir taħt dan l-Att,
  24      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, penali ta’ mhux inqas
minn ħames liri iżda mhux iżjed minn mitejn lira, u l-proviso li
hemm ma’ l-artikolu 11 għandu jgħodd għal dan l-artikolu.
Nutar jagħti avviż 
ta’ atti suġġetti 
għat-taxxa. 
51. (1) Meta nutar jirċievi att ta’ trasferiment ta’ xi proprjetà
immobbli jew att li jkun fih dikjarazzjoni magħmula skond l-
artikolu 33, sew jekk dak l-att ikun suġġett għat-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sew jekk le, huwa għandu, fiż-żmien
li jista’ jiġi stabbilit għall-ħlas ta’ xi taxxa, u flimkien ma’ dak il-
ħlas, jekk ikun hemm, jagħti avviż ta’ dak l-att lill-Kummissarju
b’dak il-mod u li jkun fih dawk il-partikolaritajiet li jistgħu jiġu
stabbiliti:
Iżda ma jingħata ebda avviż meta l-proprjetà  tkun qed
tingħata lill-Gvern jew lill-Awtorità  tad-Djar.
(2) Kull nutar li jonqos li jagħti dak l-avviż jew li jagħti
partikolaritajiet jew dettalji mhux korretti jew mhux kompleti jeħel
penali ta’ mhux inqas minn ħames liri u mhux iżjed minn mitejn
lira.
Il-Kummissarju 
jiddeċiedi u jistma 
t-taxxa dovuta.
Emendat:
II. 2003.35.
52.* (1) Meta l-Kummissarju jkun sodisfatt li l-prezz jew dak li
jkollu jingħata bi ħlas jew valur għal immobbli kif dikjarat
f’kuntratt ta’ trasferiment jew f’dikjarazzjoni ta’ trasferiment
causa mortis magħmula skond l-artikolu 33, ikun inqas minn ħamsa
u tmenin fil-mija tal-valur reali jew ta’ dak li jkollu jingħata bi ħlas
kif stabbilit mill-Kummissarju, jew ikun inqas minn dak li jkollu
jingħata bi ħlas li jirriżulta lill-Kummissarju li jkun fil-fatt tħallas
ma’ l-att, jew meta dikjarazzjoni li kellha ssir skond l-artikolu 33
ma tkunx saret, huwa għandu jgħaddi biex jiddeċiedi b’ordni bil-
miktub l-ammont ta’ taxxa dovuta fuq id-differenza bejn il-valur
jew dak li jkollu jingħata bi ħlas dikjarati fil-kuntratt u l-valur jew
dak li jkollu jingħata bi ħlas għall-immobbli kif stabbilit jew kif
jirriżulta lill-Kummissarju li jkun attwalment tħallas jew it-taxxa li
kellha titħallas fuq dikjarazzjoni, skond il-każ, u għandu jagħmel
stima skond il-każ:
Iżda meta dikjarazzjoni ma tkunx saret kif imsemmi qabel,
ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha titqies li teżenta lil min
jirċievi causa mortis minn kull obbligazzjoni biex jagħmel id-
dikjarazzjoni relattiva skond l-artikolu 33 iżda kull taxxa imħallsa
wara li ssir stima għandha wkoll titqies f’kull dikjarazzjoni oħra li
ssir warajha:
Iżda wkoll meta dikjarazzjoni ma tkunx saret kif imsemmi
qabel il-Kummissarju ma jistax iwettaq setgħatu taħt dan l-artikolu
wara li jiskadu tletin sena mill-ġrajja tat-trasferiment causa mortis.
(2) Jekk il-Kummissarju jkun sodisfatt li d-dikjarazzjoni
msemmija fl-artikolu 32(4)(d) jew li dikjarazzjoni magħmula għall-
fini ta’ xi konċessjoni taħt l-artikolu 33, ma tkunx sħiħa, korretta u
vera f’kull dettall huwa għandu jgħaddi biex jistabbilixxi b’ordni
bil-miktub l-ammont ta’ taxxa dovuta li tkun id-differenza bejn it-
taxxa li tkun hekk sew dovuta fin-nuqqas ta’ dawk id-
*Ara l-artikolu 69(6) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema subartikolu
ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Staturarji.
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      25
dikjarazzjonijiet skond il-każ, u t-taxxa mħallsa fuq il-kuntratt.
(3) Fi trasferiment inter vivos il-persuna li tittrasferixxi u dik li
tirċievi t-trasferiment għandhom ikunu responsabbli in solidum
għall-ħlas tat-taxxa dovuta msemmija f’dan l-artikolu.
(4) Meta l-Kummissarju jkun stabbilixxa li l-valur ta’ l-
immobbli kif dikjarat fl-att ta’ trasferiment jew f’dikjarazzjoni ta’
trasferiment causa mortis ikun inqas minn ħamsa u tmenin fil-mija
tal-valur reali jew ta’ dak li jkollu jingħata bi ħlas kif stabbilit fis-
subartikolu (1) jew meta fil-fehma tal-Kummissarju l-kuntratt ta’
trasferiment jew l-att ta’ dikjarazzjoni magħmulin skond l-artikolu
33 ma jkunux jirriflettu l-kondizzjonijiet veri tat-trasferiment, il-
persuna li tittrasferixxi fi trasferiment inter vivos u l-persuna li
tirċievi t-trasferiment għandhom iħallsu taxxa addizzjonali li tkun
daqs l-ammont ta’ taxxa stmata mill-Kummissarju kif imsemmi
qabel:
Iżda:
(a) jekk il-pagament tat-taxxa u tat-taxxa addizzjonali kif
provdut f’dan l-artikolu jsir matul iz-żmien mid-data
ta’ stima kif dikjarata fl-ewwel kolonna hawn isfel, it-
taxxa addizzjonali li jkollha titħallas għandha tonqos
għall-ammont perċentwali li jkun jikkorrispondi għal
dan fit-tieni kolonna hawn isfel, u ebda taxxa
addizzjonali ma għandha titħallas għar-rigward ta’ l-
ammont ta’ taxxa u ta’ taxxa addizzjonali relattiva
hekk imħallsa, u ma għandha tintlaqa’ ebda oġġezzjoni
dwar dan:
(b) tibqa’ dovuta taxxa addizzjonali fuq kull ammont ta’
taxxa li ma titħallasx fiż-żmien imsemmi fl-ewwel
kolonna tal-paragrafu (a) ta’ dan il-proviso bir-rati
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Fi żmien disgħin ġurnata 10
Fi żmien mija u għoxrin ġurnata 20
Fi żmien mija u ħamsin ġurnata 30
Fi żmien mija u tmenin ġurnata 40
Fi żmien mitejn u għaxart ijiem 50
Fi żmien mitejn u erbgħin ġurnata 60
Fi żmien mitejn u sebgħin ġurnata 70
Fi żmien tliet mitt ġurnata 80
Fi żmien tliet mija u tletin ġurnata 90
Wara tliet mija u tletin ġurnata 100;
  26      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
msemmija fit-tieni kolonna li tinsab hemmhekk;
(ċ) ikun min jirċievi t-trasferiment biss li jkollu jħallas
kull taxxa jew taxxa addizzjonali li tiġi stmata jekk
dan ikun biss għaliex id-dikjarazzjoni msemmija fis-
subartikolu (2) ma tkunx sħiħa, korretta u vera.
(5) Salvi d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, il-
Kummissarju jista’ jagħmel stima skond kif hemm provdut f’dan l-
artikolu, f’kull żmien, fi żmien sena mill-jum li fih il-Kummissarju
jkun irċieva l-avviż imsemmi fl-artikolu 51:
Iżda fil-każ ta’ avviż dwar dikjarazzjoni ta’ trasferiment
causa mortis dik l-istima għandha ssir fi żmien sitt snin minn meta
dak l-avviż ikun ġie riċevut.
TITOLU III
Dokumenti Oħra
Banking credit 
cards.
Miżjud:
I. 1998.6.
52A.  Għandha titħallas fuq banking credit cards maħruġa minn
xi bank f’Malta, taxxa ta’ seba’ liri għal kull sena jew parti minnha
li matulha l-faċilità  ta’ banking credit card tkun operattiva fir-
rigward ta’ kont ma’ dak il-bank; dik it-taxxa għandha titħallas
mal-ħruġ ta’ l-ewwel banking credit card mill-bank fir-rigward ta’
kull kont ma’ dak il-bank li jkollu dik il-faċilità , u ma’ egħluq kull
sena wara sakemm dik il-faċilità  tkun għadha għaddejja:
  Iżda meta faċilità  bħal dik tkun digà  ngħatat qabel il-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-artikolu u tkun għadha operattiva fid-data tal-bidu
fis-seħħ tiegħu, dik il-faċilità , għall-finijiet ta’ dan l-artikolu,
għandha titqies li tkun ġiet mogħtija meta l-ewwel tiġdid ta’
banking credit card in konnessjoni ma’ dak il-kont ikun ġie
effettwat.
TAQSIMA IV
Dokumenti li fuqhom għandha titħallas it-Taxxa 
qabel ma jsir użu minnhom
Taxxa fuq 
dokumenti 
magħmulin barra 
minn Malta. 
53. (1) It-taxxa fuq kull dokument magħmul barra minn Malta
u li huwa hekk li, kieku kien magħmul f’Malta kien ikun suġġett
għat-taxxa, għandha, qabel ma jsir użu minnu f’Malta, titħallas
mill-persuna li tagħmel dak l-użu bir-rata preskritta f’dan l-Att għal
kull dokument li kieku kien magħmul f’Malta.
(2) Kull persuna li tonqos li tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu teħel l-istess penali li kienet tkun applikabbli għal dak in-
nuqqas li kieku sar dwar dokument ta’ l-istess xorta jew ta’ xorta
analoga magħmul f’Malta.
TAQSIMA V
Stimi - Oġġezzjonijiet - Appelli
Notifika ta’ 
likwidazzjonijiet. 
54. Il-Kummissarju għandu jara li jiġi notifikat lill-persuna li
jkollha tħallas it-taxxa, jew lir-rappreżentanti legali ta’ dik il-
persuna, avviż li juri l-ammont ta’ taxxa li għandha titħallas skond
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      27
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u li juri d-drittijiet tagħha taħt l-
artikolu 56.
Data tan-notifika 
ta’ l-avviż. 
55. Likwidazzjoni għandha għall-finijiet kollha ta’ dan l-Att
titqies li saret mill-Kummissarju fid-data tan-notifika ta’ l-
imsemmi avviż.
Oġġezzjonijiet 
kontra 
likwidazzjonijiet.
56. (1) Jekk xi persuna notifikata jew li tintlaqat b’avviż ta’
likwidazzjoni tkun tixtieq tikkontesta dik il-likwidazzjoni, hi tista’
tapplika għand il-Kummissarju għal revoka jew għal reviżjoni
tagħha b’avviż ta’ oġġezzjoni bil-miktub li jispeċifika r-raġunijiet
għall-oġġezzjoni għall-likwidazzjoni u li jsir fi żmien tletin ġurnata
mid-data tan-notifika ta’ l-avviż imsemmi qabel:
Iżda l-Kummissarju għandu jtawwal l-imsemmi żmien
skond kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi meta jkun sodisfatt li l-
persuna ma setgħetx tikkontesta l-likwidazzjoni minħabba nuqqas
minn Malta, mard jew kull raġuni xierqa oħra.
(2) Meta xi persuna li tkun oġġezzjonat għal likwidazzjoni
tiftiehem mal-Kummissarju dwar l-ammont ta’ taxxa li għandha
titħallas dwar il-likwidazzjoni, din għandha tiġi emendata skond il-
ftehim, u l-avviż tat-taxxa li għandha titħallas għandu jiġi notifikat
lil dik il-persuna.
(3) Jekk ma jintlaħaqx ftehim kif provdut fis-subartikolu (2),
il-Kummissarju għandu jiddeċiedi t-taxxa b’ordni bil-miktub u
jinnotifika lill-persuna li toġġezzjona avviż li hu jirrifjuta li
jemenda l-likwidazzjoni kif mitlub minn dik il-persuna.
Twaqqif ta’ Bord 
ta’ Kummissarji 
Speċjali. 
Emendat: 
XVI.1994.13;
VI. 2001.23.
57. (1) Il-President ta’ Malta jista’ b’avviż fil-Gazzetta jaħtar
Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti li jkun magħmul minn Chairman u minn żewġ
persuni oħra sabiex jisimgħu u jiddeċiedu appelli skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 58. Il-President ta’ Malta jista’ wkoll
jaħtar tliet persuni oħra biex jagħmluha ta’ kummissarji speċjali,
wieħed biex joqgħod minflok iċ-Chairman u kull wieħed mit-tnejn
l-oħra biex joqogħdu minflok xi wieħed mill-kummissarji speċjali
l-oħra kull meta ċ-Chairman jew xi wieħed mill-kummissarji
speċjali l-oħra, skond il-każ, ma jkunx jista’ għal xi raġuni, jaqdi
dmirijietu. Kemm iċ-Chairman kif ukoll is-sostitut Chairman ikunu
persuna li tkun imħallef irtirat jew maġistrat irtirat jew persuna li
tkun eżerċitat bħala avukat f’Malta għal perjodu jew perjodi li
jammontaw, b’kollox, għal mhux inqas minn seba’ snin.
Kap. 294 - 
Revokat.
(2)* Il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq
Dokumenti magħmul taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti
għandu jibqa’ jopera bħala l-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti stabbilit b’dan l-Att, u kull
appell pendenti qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att quddiem il-Bord
ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti għandu
jkompli jinstama’ quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti u kull appell li taħt l-Att
dwar it-Taxxa fuq Dokumenti jista’ jsir quddiem il-Bord ta’
*Dan is-subartikolu qabel kien l-artikolu 69(3) ta’ l-Att kif oriġinarjament
promulgat.
  28      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti għandu jsir
quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti.
(3) Persuna ma tkunx tista’ tiġi nominata lanqas ma tista’
tkompli bħala kummissarju speċjali sakemm tkun membru tal-
Kamra tad-Deputati.
(4) Kull kummissarju speċjali għandu jibqa’ fil-kariga għal dak
iż-żmien li jista’ jiġi speċifikat fil-ħatra tiegħu, jew, meta ma jiġi
speċifikat xejn dwar dan, għal żmien sena.
(5) Il-Kummissarju għandu jippubblika d-deċiżjonijiet kollha
mogħtija mill-Bord fuq punti ta’ liġi.
(6) Il-Bord ikollu s-setgħa li jsejjaħ lil kull persuna sabiex
tixhed jew iġġib kotba jew dokumenti oħra quddiemu, u ċ-
Chairman ikollu s-setgħa li jagħti l-ġurament lil kull persuna li
tersaq quddiem il-Bord:
Iżda ħadd ma għandu, bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu, jkun
obbligat jikxef xi tagħrif li dwaru wieħed ikun marbut bis-sigriet
professjonali.
(7) Il-kummissarji speċjali ma jkunux personalment
responsabbli għal kull egħmil jew nuqqas tal-Bord magħmul jew li
naqas li jsir in bona fide matul il-proċedimenti tal-Bord.
(8) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jirregolaw l-appelli lill-
Bord u, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jista’
jagħmel regoli:
(a) li jippreskrivu l-mod li bih appell għandu jsir lill-Bord; 
(b) li jippreskrivu l-proċedura li l-Bord għandu juża fis-
smigħ ta’ appell u r-records li għandhom jinżammu
mill-Bord;
(ċ) li jippreskrivu l-mod li bih il-Bord għandu jitlaqqa’ u
l-postijiet fejn u l-ħinijiet li fihom il-Bord għandu
jagħmel il-laqgħat; 
(d) li jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar
appelli lill-Bord; u
(e) b’mod ġenerali sabiex id-disposizzjonijiet ta’ din it-
Taqsima dwar il-Bord ikunu jistgħu jseħħu aħjar.
A.L. 10 ta’ l-1990. (9)* Ir-Regoli ta’ l-1990 dwar Appelli lill-Bord ta’ Kummissarji
Speċjali għat-taxxa fuq Dokumenti għandhom jgħoddu għall-Bord
ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti bħallikieku dawn saru taħt is-subartikolu (8).
Appelli lill-Bord 
tal-Kummissarji 
Speċjali. 
58. (1) Kull persuna illi tħoss ruħha aggravata
b’likwidazzjoni, u ma tkunx ftehmet mal-Kummissarju dwar l-
ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas kif provdut fl-artikolu 56(1),
tista’ tagħmel appell lill-Bord fi żmien tletin ġurnata mid-data tan-
notifika lilha ta’ avviż tar-rifjut tal-Kummissarju li jemenda l-
*Dan is-subartikolu qabel kien l-artikolu 69(4) ta’ l-Att kif oriġinarjament
promulgat.
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      29
likwidazzjoni kif mitlub.
(2) Kull persuna li tappella għandha tidher quddiem il-Bord
jew personalment jew b’mezz ta’ aġent.
(3) Il-piż tal-prova illi l-likwidazzjoni li dwarha jsir l-ilment
hija eċċessiva jkun ta’ l-appellant.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), il-Bord
għandu jikkonferma, inaqqas, iżid jew jannulla l-likwidazzjoni jew
jagħmel dak l-ordni dwarha li jidhirlu xieraq, iżda kull tnaqqis jew
żieda bħal dawk jistgħu jsiru biss dwar dawk il-kapijiet tad-
deċiżjoni tal-Kummissarju li kontra tagħhom ikun sar appell. Avviż
tad-deċiżjoni tal-Bord, tad-data tagħha, u ta’ kull emenda fil-
likwidazzjoni għandu jintbagħat lill-Kummissarju illi jordna li
kopja ta’ dak l-avviż tiġi notifikata hekk kif provdut fl-artikolu 61
lill-persuna li tappella, flimkien ma’ avviż li jgħarraf lil dik il-
persuna bid-drittijiet tagħha skond l-artikolu 59:
Iżda fil-każ ta’ dikjarazzjoni meħtieġa li ssir taħt l-artikolu
33 jew ta’ avviż meħtieġ li jsir skond l-artikolu 45, il-Bord għandu
sommarjament jiċħad kull appell quddiemu u jikkonferma l-
likwidazzjoni li dwarha jkun sar l-ilment kemm-il darba ma
tinġiebx quddiemu prova prima facie li sad-data li fiha jkun sar l-
appell, tkun saret dik id-dikjarazzjoni, jew ikun sar dak l-avviż,
skond il-każ.
(5) Appell magħmul lill-Bord ma jistax jiġi irtirat jew ċedut
ħlief bil-kunsens tal-Kummissarju.
(6) Il-Bord jista’ jordna l-korrezzjoni ta’ kull żball aritmetiku li
jagħmel f’xi deċiżjoni tiegħu fuq rikors ippreżentat minn xi waħda
mill-partijiet fi żmien għaxart ijiem mid-data tan-notifika lilha ta’
dik id-deċiżjoni u notifikat lill-parti l-oħra.
Appelli lill-Qorti 
ta’ l-Appell.
Emendat:
VI. 2001.23.
59. (1) Kull persuna li, wara li tkun appellat lill-Bord, tħoss
ruħha aggravata b’din id-deċiżjoni, tista’ tappella kontra d-
deċiżjoni, fuq punt ta’ liġi biss, lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza
Inferjuri), b’rikors ippreżentat fi żmien tletin ġurnata mid-data tan-
notifika lilha tad-deċiżjoni tal-Bord.
(2) Il-Kummissarju jista’, jekk ma jkunx sodisfatt bid-
deċiżjonijiet tal-Bord, jappella kontra d-deċiżjoni, fuq punt ta’ liġi
biss, lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) b’rikors
ippreżentat fi żmien tletin ġurnata mid-data tad-deċiżjoni tal-Bord.
(3) Kemm-il darba regoli magħmulin taħt dan l-Att ma
jipprovdux żmien itwal, għandu jingħata lill-partijiet avviż ta’
sebat ijiem sħaħ tad-data iffissata għas-smigħ ta’ l-Appell.
(4) Il-qorti tista’ tikkonferma, tnaqqas, iżżid jew tannulla l-
likwidazzjoni kif stabbilita mill-Bord jew tagħmel dak l-ordni
dwarha kif jidhrilha xieraq, iżda kull tnaqqis jew żieda bħal dawk
jistgħu jsiru biss dwar dawk il-kapijiet tad-deċiżjoni tal-Bord li
kontra tagħhom ikun sar l-appell.
(5) Avviż ta’ l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas skond il-
likwidazzjoni kif deċiża mill-qorti għandu jiġi notifikat mill-
Kummissarju hekk kif provdut fl-artikolu 61.
  30      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
Kap. 12.  (6) Il-Bord imwaqqaf skond l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Civili jista’ jagħmel regoli dwar
appelli lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-
artikolu.
(7)* Is-setgħat mogħtija bis-subartikolu (6) għandhom ikunu
jgħoddu wkoll għall-egħmil ta’ regoli li jkollhom x’jaqsmu ma’
appelli magħmulin mill-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa
fuq Dokumenti.
(8) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-rigward tal-preżentata
ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ appelli lill-Qorti ta’ l-Appell
(Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-Att:
Iżda sakemm ikunu ġew hekk stabbiliti regoli mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Meta 
likwidazzjonijiet 
jew 
likwidazzjonijiet 
emendati jkunu 
finali u konklużivi.
Emendat:
II. 2003.36.
60. Meta ma tkun saret ebda oġġezzjoni jew appell validu
kontra likwidazzjoni, jew meta l-ammont tat-taxxa jkun ġie
miftiehem skond l-artikolu 56(2), jew meta l-ammont ta’ taxxa u
taxxa addizzjonali jitħallas skond l-artikolu 52 ta’ l-Att, għar-
rigward dik it-taxxa u t-taxxa addizzjonali hekk imħallsa, jew meta
appell ikun ġie irtirat jew ċedut, jew meta l-ammont tat-taxxa li
għandha titħallas ikun ġie stabbilit wara oġġezzjoni jew appell, il-
likwidazzjoni kif magħmula jew miftiehma jew kif stabbilita wara
oġġezzjoni jew appell, skond il-każ, tkun finali u konklużiva għall-
finijiet kollha ta’ dan l-Att:
Iżda ebda ħaġa f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma ttellef lill-
Kummissarju milli jagħti xi ħlas lura jew milli jagħmel
aġġustament skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 62 jew milli
jagħmel xi likwidazzjoni jew likwidazzjoni addizzjonali li ma
timplikax li tinfetaħ mill-ġdid xi kwistjoni li tkun ġiet deċiża fuq
appell.
Notifika ta’ avviżi.  61. (1) Avviż mogħti mill-Kummissarju għall-finijiet ta’ dan
l-Att għandu jiġi notifikat lill-persuna li lilha jkun indirizzat jew
personalment jew billi jintbagħat bil-posta reġistrata fl-indirizz tan-
negozju jew privat tagħha l-aħħar magħruf.
(2) Fil-każ ta’ servizz b’posta reġistrata, kemm-il darba ma
jiġix ippruvat il-kuntrarju, l-avviż jitqies li ġie notifikat:
(a) fil-każ ta’ persuna li tirrisjedi f’Malta, mhux iktar tard
mit-tielet jum wara d-data li jiġi impostat;
(b) fil-każ ta’ persuna li ma tkunx hekk tirrisjedi, fil-jum li
jiġi wara dak li fih l-avviż kien jiġi riċevut
normalment bil-posta. 
*Dan is-subartikolu qabel kien l-artikolu 69(5) ta’ l-Att kif oriġinarjament
promulgat.
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      31
TAQSIMA VI
Ħlas lura ta’ Taxxa
Ħlas tura ta’ taxxa.
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti jagħti ħlas lura tat-taxxa
meta -
(a) xi dokument ikun ġie bi żball imħassar, imqatta’, jew
ikun sar mhux tajjeb għall-użu qabel ma jiġi magħmul;
jew
(b) xi dokument ikun wara ġie dikjarat null minn xi qorti
kompetenti; jew
(ċ) l-istat tad-dokument ikun hekk li jkun ġustifikat li jiġi
mibdul b’dokument ieħor ta’ l-istess xorta, iżda l-
kunsens tal-Kummissarju għal dik il-bidla jinġieb
qabel dan isir u li t-taxxa dwar id-dokument fiż-żmien
li ssir il-bidla tkun diġà  tħallset; jew
(d) l-ammont riċevut mill-Kummissarju ma kienx dovut;
jew 
(e) minħabba żball fil-kalkolu, kienet tħallset taxxa żejda;
jew
(f) dokument magħmul għall-għanijiet ta’ reġistrazzjoni
jew biex jiġi ppreżentat lil awtorità  stabbilita b’liġi ma
jkunx aċċettat minħabba li ma jaqbilx mal-ħtiġijiet ta’
l-awtorità  li tkun, meta d-dokument, sew jekk ikun
jiftiehem li jkollu xi validità  bejn il-partijiet sew jekk
le, jonqos li jilħaq l-għan li għalih ikun ġie magħmul.
(2) Talbiet għall-ħlas lura ta’ xi taxxa taħt dan l-artikolu
għandhom isiru b’dak il-mod u f’dak iż-żmien li jista’ jiġi hekk
stabbilit. 
(3) Meta fil-każ tal-persuna imsemmija fl-artikolu 32(4)(a) li
takkwista t-tieni residenza tagħha kif imfisser fl-istess artikolu
tinġieb prova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li r-residenza li
kellu qabel inbiegħet fi żmien sena mid-data ta’ l-akkwist tat-tieni
residenza tiegħu, dik il-persuna jkollha jedd għall-għoti ta’ ħlas
lura tat-taxxa mħallsa żejjed fuq it-taxxa kif sew dovuta għall-
akkwist ta’ dik ir-residenza kif stabbilit taħt id-disposizzjonijiet ta’
l-artikoli 32 u 40.
(4) Ebda ħaġa li hemm f’dan l-artikolu ma għandha titqies jew
titħaddem sabiex tiġi qabel jew tidħol minflok id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 56.
  32      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
TAQSIMA VII* 
Ħarsien tat-Taxxa
Proċedimenti tal-
qorti eċċ., dwar 
proprjetà  
taxxabbli.
63. (1) Ebda persuna li hi marbuta li tagħmel dikjarazzjoni
jew li ddaħħal avviż dwar trasferiment causa mortis dwar
trasferiment taxxabbli jew li għandha tħallas it-taxxa skond xi
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma tista’, wara li jgħaddi ż-żmien
preskritt għall-egħmil ta’ dik id-dikjarazzjoni jew avviż tibda jew
tmexxi proċedimenti legali, jew tagħmel xi talba f’xi dipartiment
tal-Gvern, dwar xi proprjetà  li għandha tidħol f’dik id-dikjarazzjoni
jew avviż jekk ma jiġix muri li d-dikjarazzjoni jew avviż tkun saret
kif imiss u tinkludi l-proprjetà  li għaliha jirreferu l-proċedimenti
jew it-talba.
(2) In-nuqqas tal-prova li d-dikjarazzjoni jew l-avviż tkun saret
jista’ jiġi eċċepit mill-partijiet f’kull stadju tal-proċedimenti legali,
u f’kull każ għandu jitqajjem mill-qorti ex officio. Il-proċedimenti
legali għandhom imbagħad jitwaqqfu minnufih u ma jistgħux
jitkomplew qabel ma jiġi rimedjat in-nuqqas mill-persuna
responsabbli għalih jew minn xi persuna oħra interessata.
(3) Fil-każijiet imsemmijin f’dan l-artikolu, il-qorti għandha
tagħti kull direttiva meħtieġa sabiex il-proprjetà  li tkun l-oġġett tal-
proċedimenti legali ma ġġarrab ebda preġudizzju.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux wara li
jgħaddu għaxar snin mit-trasferiment causa mortis relattiv.
Reġistrazzjoni ta’ 
trasferimenti ta’ 
ishma. 
64. (1) Meta trasferiment causa mortis ikun suġġett għat-
taxxa taħt dan l-Att, ebda persuna jew awtorità  ma għandhom
jirreġistraw xi trasferiment ta’ ishma ta’ kumpannija f’isem min
jirċevihom causa mortis jew f’isem xi persuna oħra li titlob
permezz ta’ min jirċevihom jew taħtu qabel ma taċċerta li jkun
ingħata avviż ta’ dak it-trasferiment lir-Reġistratur tas-Soċjetajiet
skond dan l-Att.
(2) Kull persuna li tmur kontra dan l-artikolu jkollha tħallas it-
taxxa relattiva.
Dmirijiet tan-
nutara fl-egħmil ta’ 
kuntratti dwar 
proprjetà  
immobbli.
65. (1) Ikun id-dmir ta’ kull nutar li jippubblika kuntratt ta’
qsim, ta’ bejgħ, għoti, assenjazzjoni jew trasferiment ieħor ta’
proprjetà  immobbli jew ta’ jeddijiet marbutin magħha, li jiddikjara
fl-att jekk il-proprjetà  li tkun tkunx ġiet għand il-kondividendi, il-
bejjiegħa, il-konċedenti, iċ-ċedenti jew oħrajn li jittrasferixxu
b’titolu oneruż jew bi trasferiment causa mortis jew xort’oħra, u - 
(a) meta dik il-proprjetà  tkun ġiet għand l-imsemmija
persuni b’titolu oneruż, jew tkun ġiet assenjata lil
dawk il-persuni b’kuntratt ta’ qsim, jew tkun ġiet
akkwistata minn dawk il-persuni taħt xi titolu jkun li
jkun, minbarra trasferiment causa mortis, jew ġiet
għand l-imsemmija persuni bi trasferiment causa
mortis li jkun sar mill-inqas għoxrin sena qabel id-data
*Ara l-artikolu 71 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li ġie mħolli barra taħt
l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
 TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI ġ K AP. 364.      33
tal-kuntratt, jew ġiet għand l-imsemmija persuni bi
trasferiment taxxabbli msemmi fl-artikolu 3 ta’ l-Att
ta’ l-1993 li Jħassar l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u
tad-Donazzjoni, li jirreġistra fil-kuntratt id-dettalji
kollha rilevanti;
(b) meta dik il-proprjetà , li ma tkunx proprjetà  assenjata
lill-imsemmija persuni taħt kuntratt ta’ qsim, tkun ġiet
għand l-imsemmija persuni bi trasferiment causa
mortis, barra minn trasferiment kif hemm imsemmi fil-
paragrafu (a), juri fil-kuntratt id-data li fiha d-
dikjarazzjoni dwar it-trasferiment causa mortis tkun
saret u jagħti d-dettalji kollha tal-kuntratt li bih tkun
saret id-dikjarazzjoni:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx meta l-proprjetà  tiġi trasferita mill-Gvern.
(2) Ebda att imsemmi fis-subartikolu (1) ma għandu jiġi
ippubblikat meta l-proprjetà  tkun ġiet għand il-kondividendi, il-
bejjiegħa, il-konċedenti, iċ-ċedenti jew oħrajn li jittrasferixxu bi
trasferiment causa mortis barra minn trasferiment imsemmi fis-
subartikolu (1)(a) kemm-il darba ma tkunx ġiet ippreżentata d-
dikjarazzjoni relattiva tat-trasferiment causa mortis.
(3) Jekk nutar jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
huwa jkun ħati ta’ reat u meta jinstab ħati jeħel ammenda ta’ mhux
inqas minn għaxar liri u mhux iktar minn mitt lira għal kull
kontravvenzjoni, u l-proviso li hemm ma’ l-artikolu 11 għandu
jgħodd ukoll għal dan l-artikolu.
(4) Jekk nutar jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jew
(2), ikun obbligat għall-ħlas tad-doppju tat-taxxa relattiva.
Proprjetà  immobbli 
mibjugħa 
b’subbasta.
66. (1) Meta xi proprjetà  immobbli jew jeddijiet marbutin
magħha jinbiegħu b’subbasta, ir-Reġistratur tal-Qorti li taħt l-
awtorità  tagħha jsir il-bejgħ bl-irkant għandu, wara li jinnotifika
lill-persuna jew lill-persuni li jidhru li jkollhom interess fiha,
jibgħat lill-Kummissarju mill-prezz depożitat fil-qorti, bi
preferenza fuq kull persuna oħra li ma jkollhiex dritt aqwa minn
dak tal-Gvern skond is-subartikolu (4), l-ammont ta’ kull taxxa li
tista’ tkun fadal titħallas dwar il-proprjetà  jew il-jeddijiet
mibjugħa.
(2) Kull parti interessata tista’ toġġezzjona għar-rimessa fuq
imsemmija b’ċitazzjoni ippreżentata kontra l-Kummissarju fi
żmien sitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika tar-
reġistratur.
Kap. 12.
(3) Ebda offerta animo compensandi li ssir f’bejgħ bis-
subbasta ta’ proprjetà  immobbli jew ta’ jeddijiet marbutin magħha
ma għandha tiġi approvata għall-finijiet ta’ l-artikolu 331 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili kemm-il darba ma
jkunx muri li t-taxxa fuq il-proprjetà  fil-bejgħ tkun tħallset.
(4) (a) Il-Gvern ikollu privileġġ speċjali dwar it-taxxa li
għandha titħallas taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att fuq
kull proprjetà  li tiġi trasferità  causa mortis.
  34      KAP. 364. ħ          TAXXAFUQDOKUMENTIUTRASFERIMENTI
(b) Dwar proprjetà  immobbli, il-privileġġ speċjali mogħti
lill-Gvern b’dan l-artikolu ma għandux jolqot:
(i) drittijiet reali akkwistati minn terzi fuq il-
proprjetà  trasferita qabel ma jiġri t-trasferiment
causa mortis; jew
(ii) terzi li jkollhom fil-pussess tagħhom il-
proprjetà:  
Iżda l-privileġġ imsemmi ma għandux jolqot -
(i) il-privileġġ jew ipoteka reġistrati mill-kredituri
ta’ dik il-persuna qabel mewtha jew fi żmien
tlett xhur minn mewtha jew f’kull żmien iqsar
stabbilit bil-liġi;
(ii) id-drittijiet ta’ dawk il-kredituri li jkunu talbu l-
firda tal-proprjetà  mħollija tal-persuna
msemmija minn dik tal-werrieta tiegħu:
Iżda wkoll, dan il-benefiċċju ma għandux ikun jgħodd
għal legatarji li setgħu kisbu dik il-firda tal-proprjetà
imħollija.
Kap. 16.
(ċ) Il-privileġġ speċjali mogħti b’dan is-subartikolu fuq il-
proprjetà  immobbli għandu jiġi reġistrat mill-
Kummissarju fi żmien xahrejn mid-data meta l-istima
relattiva magħmula skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att issir finali u konklusiva u għandu jiggradwa
minnufih wara l-privileġġi maħsubin fl-artikolu 2010
tal-Kodiċi Ċivili.
Indennizz mogħti.  67. Kull persuna li b’xi disposizzjoni ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att hi meħtieġa jew awtorizzata li tagħmel xi ħaġa għall-ħarsien
tat-taxxa hi, u b’dan qed tiġi, indennizzata kontra kull persuna tkun
liema tkun għal kull ħaġa magħmula minnha skond jew bis-saħħa
ta’ xi waħda minn dawk id-disposizzjonijiet.
