POTERI LI JSIRU REGOLAMENTI FL-INTERESS
NAZZJONALI  ġKAP. 365.   1
KAPITOLU 365
Sostitwit:
V.2000.2.
ATT DWAR POTERI LI JSIRU REGOLAMENTI 
FL-INTERESS NAZZJONALI
Emendat:
V. 2000.2.
Sabiex issir l-implimentazzjoni ta’ ċertu trattati u miżuri u r-restrizzjoni
tal-kummerċ u l-ivvjaġġar meta l-interess nazzjonali jew internazzjonali
ta’ Malta ikun hekk jeħtieġ u sabiex jista’ jingħata effett lil ċerti
disposizzjonijiet taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti.
3 ta’ Awissu, 1993
L-ATT XX ta’ l-1993, kif emendat bl-Att V ta’ l-2000.
Titolu.
Emendat:
V. 2000.2.
1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Poteri li jsiru
Regolamenti fl-Interess Nazzjonali.
Tifsir.
Emendat:
V.2000.3.
2. F’dan l-Att - 
"Charter" tfisser iċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti ffirmat f’San
Francisco fis-26 ta’ Ġunju, l945;
"kummerċ" tinkludi l-manifattura, assemblaġġ jew ipproċessar
ta’ oġġetti kif ukoll il-provdiment ta’ servizzi inkluż il-moviment
ta’ kapital, ħlasijiet u servizzi finanzjarji oħra, kif ukoll
trasferiment ta’ għarfien teknoloġiku u xjentifiku;
"Kunsill tas-Sigurezza" tfisser il-Kunsill tas-Sigurezza stabbilit
skond il-Kapitolu V taċ-Charter;
"Nazzjonijiet Uniti" tfisser l-organizzazzjoni internazzjonali
mwaqqfa biċ-Charter;
"projbizzjoni" tinkludi r-restrizzjoni u r-regolament inkluż l-
obbligu li tiġi rapportata jew reġistrata kull attività  jew
transazzjoni, u l-projbizzjoni tal-kummerċ tinkludi l-interruzzjoni
jew ir-riduzzjoni ta’ relazzjonijiet ekonomiċi;
"trattat internazzjonali" tinkludi kull trattat bilaterali jew
reġjonali.
Setgħa tal-Prim 
Ministru li jagħmel 
regolamenti.
Emendat:
V. 2000.4.
3. (1) Kull meta l-Kunsill tas-Sigurezza, waqt li jaġixxi
skond l-Artikolu wieħed u erbgħin tal-Kapitolu VII taċ-Charter,
jitlob lill-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex japplikaw xi
miżuri biex jagħtu effett lil xi deċiżjoni ta’ l-imsemmi Kunsill tas-
Sigurezza (li jkunu miżuri li fihom ma jidħolx l-użu ta’ forza
armata skond l-Artikolu 42 taċ-Charter), jew kull meta xi enti jew
awtorità kompetenti maħtura jew imwaqqfa minn jew skond iċ-
Charter tagħti parir, direzzjoni jew ordni lill-istati membri tan-
Nazzjonijiet Uniti biex jieħdu xi azzjoni hekk kif dwarha jistgħu
jingħataw parir, direzzjoni jew ordni minn dik l-enti jew awtorità
kompetenti, il-Prim Ministru jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
tas-subartikoli (4), (7) u (8) jagħmel regolamenti hekk kif jidhrulu
li jkunu meħtieġa jew spedjenti għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-
miżuri jew ta’ dik l-azzjoni.
(2) Kull meta il-Kamra tar-Rappreżentanti tirratifika jew
tawtorizza r-ratifika ta’ xi trattat internazzjonali, jew kull meta tali
    POTERI LI JSIRU REGOLAMENTI FL-INTERESS 
2      KAP. 365.ħ    NAZZJONALI 
ratifika jew awtorizzazzjoni ssir jew tingħata b’Att tal-Parlament,
il-Prim Ministru jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (4), (7) u (8) jagħmel regolamenti hekk kif jidhrulu li
jkunu meħtieġa jew spedjenti sabiex jagħti effett lil kull
provvediment ta’ dak it-trattat jew sabiex jagħti seħħ lil xi parir,
direzzjoni jew ordni ta’ xi enti jew awtorità kompetenti maħtura
jew imwaqqfa minn jew taħt xi trattat internazzjonali bħal dak u
regolamenti bħal dawk għandu jkollhom fihom it-test tar-
Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li tkun tirratifika jew
tawtorizza r-ratifika ta’ dak it-trattat jew għandu jkollhom fihom
riferenza għall-Atta tal-Parlament li bih issir ir-ratifika jew
tingħata l-awtorizzazzjoni, skond il-każ.
(3) Kull meta l-Prim Ministru jqis li l-interess nazzjonali, jew
internazzjonali ta’ Malta jkun hekk jeħtieġ, huwa jista’
b’regolamenti magħmula skond dan l-Att u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (8), jordna l-projbizzjoni tal-
kummerċ ma’ pajjiż jew pajjiżi, jew parti minnhom, jew il-
projbizzjoni ta’ l-ivjaġġar lejn u minn xi pajjiż jew pajjiżi jew parti
minnhom, hekk kif jista’ jiġi dikjarat fir-regolamenti.
(4) Regolamenti magħmula taħt is-subartikolu (1) jew (2) ta’
dan l-artikolu għandu jkun fihom it-test tar-rakkomandazzjoni,
riżoluzzjoni jew deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurezza jew tal-parir,
direzzjoni jew ordni ta’ l-enti jew awtorità kompetenti li fihom
ikun hemm dawk il-miżuri jew dik l-azzjoni li r-regolamenti
jkollhom ħsieb li jimplimentaw.
(5) Regolamenti magħmulin skond dan l-artikolu jistgħu jkunu
japplikaw għal persuni f’Malta, għal persuni residenti f’Malta, għal
ċittadini ta’ Malta kull fejn jinsabu jew għal bastimenti, inġenji ta’
l-ajru jew mezzi oħra ta’ trasport reġistrati f’Malta jew appartenenti
lil Malta, jew li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn jew minn dawk il-
pajjiżi, hekk kif il-Prim Ministru jista’ fir-regolamenti jistabbilixxi.
(6) Regolamenti magħmulin skond dan l-artikolu jistgħu jkunu
wkoll jipprovdu għal dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħieġa
sabiex dawk ir-regolamenti jkunu jistgħu jiġu effettivament
applikati, inkluż it-tħassir jew is-sospensjoni ta’ kull obbligu li
jitnissel minn xi ftehim, u mingħajr preġudizzju għal dak imsemmi
qabel dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu għall-arrest,
proċedimenti kontra, u għoti ta’ piena lil persuni li jiksru dawk ir-
regolamenti.
Kap. 9. 
(7) Meta r-regolamenti li jsiru skond dan l-artikolu jkunu
jipprovdu għall-proċess u l-punizzjoni ta’ persuni ħatjin ta’ ksur ta’
dawk ir-regolamenti, ir-reati kollha kontra dawk ir-regolamenti
jkunu ta’ kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u tal-Qorti
tal-Maġistrati (Għawdex), bħala qrati ta’ ġudikatura kriminali,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-Kodiċi Kriminali.
(8) (a) Meta r-regolamenti magħmula skond dan l-artikolu
jkunu jipprovdu għall-piena ta’ privazzjoni tal-libertà
jew għal pieni ta’ flus, jew għat-tnejn, dik il-piena ma
għandhiex, fil-każ ta’ privazzjoni tal-libertà, tkun iżjed
minn priġunerija għal ħames snin u, fil-każ ta’ piena
ta’ flus, ma għandhiex tkun iżjed minn multa ta’
POTERI LI JSIRU REGOLAMENTI FL-INTERESS
NAZZJONALI  ġKAP. 365.   3
ħamsin elf lira; u
(b) Meta l-fatti li jikkostitwixxu ksur ta’ regolament skond
dan 1-Att jikkostitwixxu wkoll ksur ta’ ligi oħra li
tipprojbixxi l-fatti kollha projbiti bir-regolament
partikolari, ma jittieħdux proċeduri dwar il-ksur tar-
regolamenti skond dan 1-Att iżda biss dwar il-ksur tal-
liġi l-oħra.
