KUMMISSJONIGĦALL-AMMINISTRAZZJONITAL-ĠUSTIZZJAġKAP. 369.   1
KAPITOLU 369
ATT DWAR KUMMISSJONI GĦALL-
AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA
Biex jipprovdi għall-ghoti ta’ setgħat lill-Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u biex jirregola l-proċeduri tal-
Kummissjoni msemmija.
(3 ta’ Ġunju, 1994)*
Sar liġi bl-ATT XI ta’ l-1994.
Titolu fil-qosor.
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. 
Tifsir. 
xort’oħra -
"imġieba ħażina" għar-rigward ta’ avukat jew prokuratur legali
tfisser kull ksur ta’ kodiċi jew kodiċijiet ta’ etika relattivi għall-
professjoni ta’ avukat jew prokuratur legali, skond il-każ;
"Kodiċi ta’ Etika" tfisser kodiċi jew kodiċijiet ta’ kondotta
magħmulin taħt l-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni li jirregolaw il-
kondotta tal-persuni li għalihom japplika l-kodiċi, mal-kollegi, il-
qrati, membri ta’ professjonijiet oħra u l-pubbliku ġenerali. Il-
Kodiċijiet ta’ Etika li għandhom isiru taħt l-artikolu 101A tal-
Kostituzzjoni għandhom jagħmlu provvedimenti speċifiċi kontra
dawk l-abbużi u dik in-negliġenza kif jista’ jitqies meħtieġ li jiġi
speċifikat u għandu wkoll jipprovdi li jkun ksur ta’ etika li wieħed
iġib ruħu b’mod abbużiv jew negliġenti jew b’mod mhux xieraq
għad-dekor, dinjità jew unur tal-kariga jew professjoni tiegħu, jew
b’mod li jista’ jolqot serjament il-fiduċja li għandhom igawdu
dawk il-persuni minħabba l-kariga jew professjoni tagħhom;
"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni
tal-Ġustizzja mwaqqfa bis-saħħa ta’ l-artikolu 101A tal-
Kostituzzjoni; u
"sehem" tfisser ammont ta’ flus li jiswa daqs wieħed fil-mija tas-
salarju li għandu fis-sena l-Avukat Ġenerali hekk kif f’dak iż-
żmien jkun stabbilit skond il-liġi.
Kumitat għall-
Avukati u 
Prokuraturi Legali.
3. (1) Il-Kummissjoni għandha f’kull żmien ikollha kumitat li
jkun magħruf bħala l-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.
(2) (a) Il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali jkun
kompost minn:
(i) avukat li jkun ilu mill-inqas jipprattika l-
professjoni għal għaxar snin li jiġi maħtur mill-
Kummissjoni għal żmien erba’ snin;
(ii) avukat li jiġi maħtur mill-Avukat Ġenerali għal
żmien erba’ snin;
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 365 tat-3 ta’ Ġunju, 1994.
 2      KAP. 369.ħ  KUMMISSJONIGĦALL-AMMINISTRAZZJONITAL-
(iii) tliet avukati maħturin mill-Kamra ta’ l-Avukati
għal żmien erba’ snin, b’dana li meta l-kumitat
ikun qed jittratta ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
mal-professjoni ta’ prokuraturi legali, jew li
għandhom x’jaqsmu mal-kondotta ta’ xi
prokuratur legali, tliet prokuraturi legali maħtura
mill-Kamra tal-Prokuraturi Legali għandhom
joqgħodu minflok it-tliet avukati maħtura mill-
Kamra ta’ l-Avukati.
(b) Iċ-chairman tal-kumitat għandu jiġi elett mill-membri
tal-kumitat minn fosthom stess.
(3) (a) Membru tal-kumitat jista’ jiġi rikużat u għandu jastjeni
fl-istess ċirkostanzi bħal imħallef tal-qrati superjuri.
(b) Meta membru jkun ġie rikużat jew ikun astjena, il-
President li jaġixxi skond il-ġudizzju tiegħu innifsu
biss, jaħtar bħala membru sostitut biex joqgħod fil-
kumitat kull fejn hu possibbli, persuna li fil-fehma
tiegħu ikollha kemm jista’ jkun l-istess kwalitajiet u
kwalifiki daqs dak il-membru li jkun qiegħed jiġi
sostitwit.
(4) Meta l-membri li għandhom jinħatru taħt is-sub-paragrafu
(iii) tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma
jinħatrux fi żmien ġimgħatejn minn meta ssir sejħa għall-ħatra
tagħhom mis-Segretarju tal-Kummissjoni, il-ħatra tal-membri
imsemmija għaldaqshekk issir mill-President li fl-għemil ta’ dik il-
ħatra jaġixxi skond il-ġudizzju tiegħu nnifsu biss.
(5) Il-Kumitat ikun kompetenti f’dawk il-materji li jaqgħu taħt
il-funzjonijiet tal-Kummissjoni li għandhom x’jaqsmu mal-
kondotta professjonali ta’ avukati u prokuraturi legali u ma’ l-
eżerċizzju tal-professjoni tagħhom in ġenerali.
(6) Il-Kumitat għandu jagħme1 rapport lill-Kummissjoni dwar
il-konklużjonijiet tiegħu f’kull investigazzjoni jew studju magħmul
minnu.
(7) Meta l-Kumitat isib illi jkun hemm imġieba ħażina minn
avukat jew prokuratur legali fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu jew
meta l-Kumitat isib illi avukat jew prokuratur legali jsofri minn
inkapaċità mentali li tista’ b’mod serju taffettwa l-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu, hu jista’ -
(a) jitlob lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda lill-Prim
Ministru biex jagħti parir lill-President ta’ Malta li dak
l-avukat jew prokuratur legali jiġi sospiż
perpetwament jew għal żmien speċifikat mill-
eżerċizzju tal-professjoni tiegħu; jew
(b) jimponi piena pekunjarja, li tinġabar bħala debitu
ċivili mis-Segretarju tal-Kummissjoni, ta’ mhux aktar
minn għaxar ishma; jew
(ċ) iwiddeb l-avukat jew il-prokuratur legali; jew
KUMMISSJONIGĦALL-AMMINISTRAZZJONITAL-ĠUSTIZZJAġKAP. 369.   3
(d) jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-avukat jew
lill-prokuratur legali li jista’ jidhirlu xierqa fiċ-
ċirkostanzi.
(8) Meta l-kumitat jidhirlu xieraq, hu jista’, minkejja kull ħaġa
fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 8, jagħmel pubbliku l-azzjoni li
jkun ħa taħt dan l-artikolu.
(9) Il-Kummissjoni, meta jsir appell lilha, jkollha l-istess
setgħat mutatis mutandis li għandu l-Kumitat taħt is-subartikoli (7)
u (8) ta’ dan l-artikolu.
Setgħat.
Kap. 12.
4. (1) Fl-eżerċizzju ta’ dmirijiethom, il-Kummissjoni u l-
Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali jkollhom is-setgħat
kollha li għandha l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili permezz tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Tliet membri tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi
Legali jikkostitwixxu quorum fil-laqgħat tiegħu. Ħlief kif provdut
fl-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni jew f’xi regoli li tista’ tagħmel
għal dak l-iskop il-Kummissjoni, dak il-Kumitat għandu jirregola l-
proċedura tiegħu nnifsu.
Setgħa tal-Kumitat 
għall-Avukati u 
Prokuraturi Legali 
li jissorvelja.
5. (1) Il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali għandu,
minn jeddu stess, jew fuq talba tal-Kummissjoni, jew wara li jsir
ilment minn xi persuna, is-setgħa u d-dover li -
(a) jinvestiga, jagħmel inkjesta dwar u jaqta’ fuq kull
imġieba ħażina ta’ xi avukat jew prokuratur legali fl-
eżerċizzju tal-professjoni jew dwar kull inkapaċità ta’
avukat jew prokuratur legali li jeżerċita l-professjoni
tiegħu minħabba f’inkapaċità tal-moħħ;
(b) mingħajr ħsara għal kull azzjoni oħra li tista’ tittieħed
taħt kull liġi oħra, li jimponi pieni dixxiplinarji u li
jieħu dik il-miżura oħra li jista’ jqis xierqa u kif hemm
provdut dwarhom f’dan l-Att.
(2) Kull investigazzjoni jew inkjesta dwar kull imġieba ħażina
ta’ xi avukat jew prokuratur legali tista’ tinbeda mill-Kumitat biss
fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni, il-Kumitat jew
il-persuna li tagħmel l-ilment isiru jafu b’dik l-imġieba ħażina, u
f’kull każ mhux aktar tard minn ħames snin minn meta tkun saret
dik l-imġieba ħażina.
Dritt ta’ appell. 
tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.
(2) (a) Sew il-persuna li l-Kumitat jiddeċiedi kontriha kif
ukoll il-Kamra ta’ l-Avukati meta l-ilment ikun kontra
avukat, u l-Kamra tal-Prokuraturi Legali meta l-ilment
ikun kontra prokuratur legali, għandhom dritt ta’
appell lill-Kummissjoni:
Iżda meta appell jiġi dikjarat frivolu jew
vessatorju mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’
twaħħal penali ta’ flus lil min jappella f’ammont li ma
jkunx iktar minn għaxar ishma, liema penali għandha
tinġabar bħala dejn ċivili mis-Segretarju tal-
 4      KAP. 369.ħ  KUMMISSJONIGĦALL-AMMINISTRAZZJONITAL-
Kummissjoni.
(b) Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien
tistabbilixxi regoli ta’ proċedura għal dawk l-appelli.
(ċ) Min isir ilment kontrih ikollu jedd iħarrek lil min
jagħmel l-ilment minbarra d-danni li jistgħu jintalbu
taħt xi liġi li tkun fis-seħh dak iż-żmien dwar telf jew
ħsara attwali, l-qorti tista’ tagħti lill-persuna li kontra
tagħha jkun sar l-ilment somma ta’ mhux iżjed minn
elfejn lira jekk jinstab li l-ilment ikun infondat u jiġi
pruvat li jkun sar b’negliġenza kbira, jew b’mod
malizzjuż jew vessatorju.
Il-proċedimenti 
jsiru in camera.
7. (1) Min jilmenta u l-persuna li l-kondotta tagħha tkun
qiegħda tiġi investigata għandhom il-jedd li jkunu preżenti waqt li
jkun għaddej il-proċess investigattiv kollu, li jipproduċu xhieda li
jsostnu l-ilment tagħhom, jew li jsostnu id-difiża, u li jkunu
assistiti minn avukat jew prokuratur legali. Sakemm il-persuna li
tkun qiegħda tiġi investigata ma titlobx xort’oħra, is-smigħ
quddiem il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali u l-
Kummissjoni għandu jsir in camera. Ir-rapport għandu jinqara biss
fil-pubbliku meta is-smigħ ma jkunx sar in camera.
(2) Minkejja id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali għandu
jibgħat lill-kumitat tal-Kamra ta’ l-Avukati kopja ta’ kull deċiżjoni
mogħtija minnu fuq ilment kontra avukat, u għandu jibgħat lill-
kumitat tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali kopja ta’ kull deċiżjoni
mogħtija minnu fuq ilment kontra prokuratur legali. Il-Kumitati ta’
l-imsemmija kmamar u kull membru tagħhom għandu, fejn is-
smiegħ fuq l-ilmenti ikun in camera, jittratta dik l-informazzjoni
bħala sigrieta u konfidenzjali.
Setgħat 
addizzjonali tal-
Kummissjoni.
8. Il-Kummissjoni għandha minbarra l-funzjonijiet mogħtija
lilha taħt l-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni jew taħt xi liġi oħra,
ikollha l-funzjoni u s-setgħat li tagħmel investigazzjonijiet fuq kull
imħallef jew maġistrat in konnessjoni ma’ xi indirizz kif imsemmi
fl-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni skond l-artikoli 10 u 11 ta’ dan l-
Att.
Proċedura li 
għandha tiġi 
addotta taħt l-
artikolu 97 tal-
Kostituzzjoni.
9. (1) Meta jingħata avviż fil-Kamra tad-Deputati dwar
mozzjoni għall-egħmil ta’ indirizz lill-President kif imsemmi fis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni, l-iSpeaker
għandu, mingħajr ma jippermetti li din tingħata xi pubbliċità,
iżomm il-mozzjoni pendenti, u għandu jirriferi din l-istess lill-
Kummissjoni.
(2) Il-mozzjoni għandu jkun fiha akkużi ċari kontra l-imħallef
jew il-maġistrat, skond il-każ, li fuq il-bażi tagħhom ikunu ser isiru
l-investigazzjonijiet. Flimkien mal-mozzjoni għandha tiġi
ppreżentata dikjarazzjoni li tkun turi r-raġunijiet li fuqhom kull
waħda minn dawk l-akkużi tkun ibbażata.
(3) Dawk l-akkużi flimkien ma’ dik id-dikjarazzjoni għandhom
jiġu notifikati lill-imħallef jew il-maġistrat skond il-każ, u l-istess
jingħata opportunità raġonevoli li jippreżenta dikjarazzjoni bil-
KUMMISSJONIGĦALL-AMMINISTRAZZJONITAL-ĠUSTIZZJAġKAP. 369.   5
miktub fiż-żmien li jista’ jiġi speċifikat mill-Kummissjoni.
(4) Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-investigazzjoni
neċessarja u tagħmel rapport fuq l-istess lill-iSpeaker. Jekk ir-
rapport tal-Kummissjoni jkun jgħid li m’hemmx imġieba ħażina
jew li l-imħallef jew maġistrat ma jkollu ebda inkapaċità, ma
għandha tittieħed ebda azzjoni oħra fil-Kamra dwar dak ir-rapport
u ma għandhom isiru ebda proċeduri oħra dwar il-mozzjoni
pendenti quddiem il-Kamra.
(5) Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni ikun sab prima facie li l-
imġieba ħażina jew l-inkapaċità tkun pruvata, il-mozzjoni
msemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni
għandha, flimkien mar-rapport tal-Kummissjoni, tiġi kkunsidrata
mill-Kamra.
(6) Jekk wara konsiderazzjoni mill-Kamra, din tkun sodisfatta
li l-imġieba ħażina jew l-inkapaċità huma ppruvati, u jekk il-
mozzjoni tiġi mgħoddija mill-Kamra skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni, allura l-imġieba
ħażina jew l-inkapaċità ta’ l-imħallef jew maġistrat titqies 1i tkun
ġiet ippruvata u għandu jiġi ppreżentat mill-Kamra indirizz lill-
President li fih tintalab it-tneħħija ta’ l-imħallef jew maġistrat fl-
istess sessjoni li fiha tkun għaddiet il-mozzjoni.
(7) Il-proċeduri tal-Kummissjoni taħt dan l-artikolu għandhom
jinżammu in camera. Il-membru tal-Kamra li jkun ippreżenta l-
mozzjoni, u l-imħallef jew il-maġistrat li l-imġieba tiegħu tkun qed
tiġi investigata, ikollhom id-dritt li jkunu preżenti matul il-proċess
kollu, li jipproduċu xhieda in sostenn ta’ l-akkużi jew tad-difiża, u
li jkunu assistiti minn avukat jew prokuratur legali.
Bord mediku.
jista’ jaqdi d-dmirijiet tiegħu minħabba xi inkapaċità fiżika jew tal-
moħħ, u din l-allegazzjoni tiġi kontestata, il-Kummissjoni tista’
tordna li jsir eżami mediku ta’ l-imħallef jew maġistrat minn bord
mediku li jinħatar għal dan il-għan mill-President, u l-imħallef jew
maġistrat, skond il-każ, għandu jattendi għal dak l-eżami mediku
speċifikat mill-Kummissjoni.
(2) Il-bord mediku għandu jippreżenta rapport lill-
Kummissjoni fejn jiddikjara jekk l-inkapaċità fiżika jew tal-moħħ
teżistix, u jekk teżisti hijiex waħda tali li tirrendi lill-imħallef jew
maġistrat inkapaċi li jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu.
(3) Jekk l-imħallef jew maġistrat jirrifjuta li joqgħod għal xi
eżami mediku li l-bord mediku jqis meħtieġ, il-bord għandu
jagħmel rapport lill-Kummissjoni fejn isemmi li l-imħallef jew
maġistrat ikun irrifjuta li joqgħod għal dak l-eżami, u l-
Kummissjoni tista’, meta tirċievi dak ir-rapport, tippreżumi li l-
imħallef jew maġistrat ikollu dik l-inkapaċità fiżika jew tal-moħħ
1i tkun qiegħda tiġi allegata fil-mozzjoni msemmija fis-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 10 ta’ dan l-Att.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis meta jiġi allegat li
avukat jew prokuratur legali ma jkunx jista’ jeżerċita l-professjoni
tiegħu minħabba inkapaċità tal-moħħ.
 6      KAP. 369.ħ  KUMMISSJONIGĦALL-AMMINISTRAZZJONITAL-
Rapporti minn 
Imħallfin u 
Maġistrati lill- 
Kummissjoni 
għall-
Amministrazzjoni 
tal-Ġustizzja.
11. Kull imħallef u maġistrat li jippresjedi fuq xi qorti għandu
sal-ħmistax ta’ Jannar ta’ kull sena, jagħmel rapport lill-
Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li fih jagħti
lista tal-kawżi kollha pendenti quddiem il-qorti li fuqha jippresjedi
u liema jkunu ilhom hekk pendenti għal ħames snin jew aktar, u
jindika f’dak ir-rapport ir-raġuni l-għala kull każ ikun għadu hekk
pendenti u ż-żmien li fih l-imħallef jew il-maġistrat, skond il-każ,
jistenna li l-istess qorti tkun iddisponiet mill-każ.
