  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      1
KAPITOLU 370
ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
Biex jirregola t-tmexxija tal-kummerċ ta’ investiment u biex jipprovdi
għal ħwejjeġ li huma anċillari għalih jew li għandhom x’jaqsmu miegħu.
19 ta’ Settembru, 1994;
23 ta’ Settembru, 1994;
30 ta’ Diċembru, 1994;
8 ta’ Lulju, 1995
L-ATT XIV ta’ l-1994, u ġie emendat bl-Atti XXIV u XXV ta’ l-1995; bl-
Avviżi Legali 191 ta’ l-1998 u 46 ta’ l-1999; u bl-Atti XVII ta’ l-2002 u IV
ta’ l-2003.
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Investiment. 
Tifsir.
Emendat:
XVII. 2002.136.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tinħtiġx xort’oħra -
"awtorità  kompetenti" tfisser il-korp imwaqqaf mill-Ministru
skond l-artikolu 2A;
"awtorità  regolatorja estera" tfisser awtorità  li f’pajjiż jew
territorju barra minn Malta tkun twettaq xi funzjoni li
tikkorrispondi għal:
(a) funzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti bis-saħħa ta’ dan l-
Att;
Kap. 371.
dwar il-Kummerċ Bankarju;
Kap. 345.
is-Swieq Finanzjarji;
Kap. 403.
Kap. 404.
(d) funzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti taħt l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ Assigurazzjoni u l-Att dwar il-Brokers
ta’ l-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra;
"detentur ta’ liċenza" tfisser persuna li jkollha liċenza;
"dokument" jew "dokumentazzjoni" tinkludi informazzjoni
reġistrata f’kull sura u, relattivament għal informazzjoni reġistrata
f’xi sura li ma tkunx tinqara, riferenzi għall-produzzjoni tagħha
jinkludu riferenzi għall-produzzjoni ta’ kopja ta’ l-informazzjoni
f’sura li tinqara;
Kap. 345.
"exchange ta’ investimenti rikonoxxut" għandha l-istess tifsir
mogħti lilha taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji";
"ftehim ta’ investiment" tfisser kull ftehim li l-egħmil jew it-
twettiq tiegħu minn xi waħda mill-partijiet jikkostitwixxi servizz
ta’ investiment;
"kapital azzjonarju kwalifikanti" tfisser il-kontroll dirett jew
indirett f’korp morali li jirrappreżenta għaxra fil-mija jew iżjed tal-
  2      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
kapital azzjonarju maħruġ minn dik l-għaqda, jew tal-jedd ta’
votazzjoni marbut ma’ dak il-kapital azzjonarju jew li jirrendi
possibbli t-twettiq ta’ influwenza sinifikattiva fuq it-tmexxija tal-
korp morali;
"liċenza" tinkludi liċenza għal skema ta’ investiment kollettiv u
liċenza għal servizzi ta’ investiment;
"liċenza għal servizzi ta’ investiment" tfisser liċenza biex ikun
provdut servizz ta’ investiment maħruġa taħt l-artikolu 6;
"liċenza għal skema ta’ investiment kollettiv" tfisser liċenza
għall-ħruġ jew għall-ħolqien ta’ unitajiet jew għat-tmexxija ta’
attività  minn skema ta’ investiment kollettiv maħruġa taħt l-
artikolu 6;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"obbligi internazzjonali ta’ Malta" tfisser ir-rabtiet, ir-
responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn sħubija,
affiljazzjoni jew relazzjoni ma’ organizzjonijiet internazzjonali,
globali jew reġjonali jew gruppi ta’ pajjiżi jew minn xi trattat,
konvenzjoni jew ftehim ieħor internazzjonali, jissejjaħ kif jissejjaħ,
sew bilaterali jew multilaterali li fih Malta tkun parti;
"parteċipanti" tfisser il-persuni li jipparteċipaw fi jew jirċievu,
jew li jkunu se jipparteċipaw fi jew ikunu se jirċievu, profitti jew
dħul li jinqalgħu mill-akkwist, żamma, tmexxija jew disponiment
tal-proprjetà  inkluża fi skema ta’ investiment kollettiv jew ammonti
mħallsa minn dawk il-profitti jew minn dak id-dħul;
"persuna eżentata" tfisser persuna, li għal kull raġuni li tkun, tiġi
eżentata minn xi disposizzjoni jew mid-disposizzjonijiet kollha ta’
l-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"preskritt" tfisser preskritt b’regoli jew b’regolamenti magħmula
taħt dan l-Att;
Kap. 386.
"prospett" għandha l-istess tifsir mogħti lilha bl-artikolu 2 ta’ l-
Att dwar il-Kumpanniji u l-kelma "azzjonijiet" li hemm fiha
għandha tiftiehem li tinkludi riferenza għall-kelma "unità ;";
"reklam ta’ investiment" tfisser kull forma jew medja ta’
reklamar jew attività  promozzjonali, barra minn prospett, li l-
kontenut tiegħu jew jistieden persuni, jew ikun fih materjal li
jħajjar persuni:
(i) biex isiru jew biex joffru li jsiru parteċipanti fi
skema ta’ investiment kollettiv; jew
(ii) biex jisssottoskrivu għal jew xort’oħra
jakkwistaw jew jagħmlu underwriting ta’
strument; jew
(iii) biex jixtru jew xort’oħra jakkwistaw servizz ta’
investiment;
"servizz ta’ investiment" tfisser kull servizz li jaqa’ taħt l-Ewwel
Skeda meta jkun provdut in relazzjoni għal strument;
"skema ta’ investiment kollettiv" tfisser kull skema jew
arranġament li jkollu bħala l-għan tiegħu jew bħala wieħed mill-
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      3
għanijiet tiegħu l-investiment kollettiv ta’ kapital akkwistat bil-
mezz ta’ offerta ta’ unitajiet biex ikunu sottoskritti, mibjugħa jew
mibdula u li jkollu il-karatteristiċi li ġejjin:
(a) l-iskema jew l-arranġament jaħdem fuq prinċipju ta’
riskju mifrux; u jew
(b) il-kontribuzzjonijiet tal-parteċipanti u l-profitti jew id-
dħul li minnhom ikunu se jsiru l-ħlasijiet lilhom ikunu
tqegħdu f’pool; jew
(ċ) fuq it-talba tad-detenturi, l-unitajiet ikunu jew ikunu
jistgħu jinxtraw lura jew ikunu mifdija mill-attiv ta’ l-
iskema jew ta’ l-arranġament, b’mod kontinwu jew fi
blokki f’intervalli qosra; jew 
(d) l-unitajiet huma maħruġa, jew ikunu nħarġu, jew ikunu
se jinħarġu kontinwament jew fi blokki f’intervalli
qosra:
Iżda l-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ liċenza dwar
skema jew arranġament li l-unitajiet tagħhom se jkunu jiġu offerti
għal sottoskrizzjoni, bejgħ jew bdil lil:
(i) detenturi ta’ liċenza; jew
(ii) persuni li n-negozju ordinarju tagħhom jinvolvi
l-akkwist jew id-disponiment ta’ strumenti ta’ l-
istess xorta bħall-istrument jew l-istrumenti li
fiha tinvesti l-iskema jew l-arranġament; jew
(iii) persuni li n-negozju ordinarju tagħhom jinvolvi
l-akkwist u d-disponiment ta’ proprjetà  ta’ l-
istess xorta bħall-proprjetà , jew parti sostanzjali
tal-proprjetà , li fiha tinvesti l-iskema jew l-
arranġament; jew
(iv) persuni li b’regolamenti taħt dan l-Att ikunu
eżentati mill-ħtieġa ta’ liċenza għal servizzi ta’
investiment kemm-il darba l-iskema jew l-
arranġament jinvesti fi strument jew proprjetà  li
dwarhom dawk il-persuni jkunu eżentati;
Minkejja li dik l-iskema jew arranġament ma jkollhomx il-
karatteristiċi mniżżla fil-paragrafu (a), u f’kull każ bħal dak, dik l-
iskema jew arranġament għandhom jitqiesu li huma skema ta’
investiment kollettiv;
"strument" tfisser kull strument, kuntratt jew jedd li jinsab fit-
Tieni Skeda u sew jekk maħruġ jew le f’Malta;
Kap. 386.
"sussidjarja" għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija lill-kelma
bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji;
"unità  " tfisser kull ħaġa li tirrappreżenta l-jeddijiet u l-interessi
tal-parteċipanti fi skema ta’ investiment kollettiv.
(2) F’dan l-Att u fir-regolamenti kollha magħmulin bis-saħħa
tiegħu, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn it-test Ingliż u t-test Malti,
jipprevali t-test Ingliż.
  4      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
Awtorità  
kompetenti.
Miżjud:
XVII. 2002.137.
2A. Il-Ministru jista’ b’Ordni fil-Gazzetta jaħtar korp biex ikun
l-awtorità  kompetenti għall-finijiet ta’ dan l-Att biex teżerċita l-
funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan l-Att u li twettaq
dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’ jidhirlu xieraq
relattivament għall-operat ta’ dan l-Att.
ĦTIĠIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZI
Ħtieġa ta’ licenza 
għal servizzi ta’ 
investiment.
Emendat:
XVII. 2002.138.
3. (1) Ebda persuna m’għandha tipprovdi, jew turi lilha
nnifisha li tipprovdi servizz ta’ investiment f’Malta jew minn Malta
kemm-il darba ma jkollhix liċenza valida għal servizzi ta’
investiment.
(2) Ebda korp morali, korp mhux morali jew assoċjazzjoni
iffurmati skond jew li jkunu jeżistu taħt il-liġijiet ta’ Malta, ma
jistgħu jipprovdu, jew juru lilhom infushom li jipprovdu, servizz
ta’ investiment fi jew minn pajjiż, territorju jew post ieħor barra
minn Malta jekk ma jkollhomx fil-pussess tagħhom liċenza valida
għal servizzi ta’ investiment.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ b’avviż bil-miktub lil xi
persuna tiddeċiedi li -
(a) servizz jaqa’ taħt l-Ewwel Skeda meta jiġi provdut
dwar strument; jew
(b) strument, kuntratt jew jedd jaqa’ taħt it-Tieni Skeda u
sew jekk maħruġ f’Malta u sew jekk le;
u bla ħsara għal xi appell magħmul taħt l-artikolu 19 dwar dik il-
persuna, id-deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti kemm-il darba ma
tiġix revokata mit-Tribunal tkun konklużiva għall-finijiet kollha ta’
dan l-Att.
Ħtieġa ta’ liċenza 
għal skemi ta’ 
investiment 
kollettiv.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3),
ebda skema ta’ investiment kollettiv m’għandha toħroġ jew toħloq
xi unitajiet jew tmexxi xi attività  ġewwa Malta jew minn Malta
kemm-il darba ma jkunx hemm dwarha liċenza valida għal skema
ta’ investiment kollettiv.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), ebda
skema ta’ investiment kollettiv iffurmata skond jew li tkun teżisti
bis-saħħa tal-liġijiet ta’ Malta m’għandha toħroġ jew toħloq xi
unitajiet jew tmexxi xi attività  ġewwa pajjiż jew minn pajjiż,
territorju jew post ieħor barra minn Malta, kemm-il darba ma jkunx
hemm dwar dik l-iskema liċenza valida għal skema ta’ investiment
kollettiv.
(3) Ebda skema għal investiment kollettiv ma tkun prekluża
bid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) milli toħroġ jew toħloq
dawk l-unitajiet jew milli tieħu dawk il-passi li jistgħu jkunu
meħtieġa għall-inkorporazzjoni jew, skond il-każ, l-istabbiliment
ta’ l-iskema jew milli tieħu dawk il-passi li jistgħu jkunu meħtieġa
sabiex tkun żgurata l-awtorizzazzjoni ta’ l-iskema mill-awtorità
kompetenti.
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      5
APPLIKAZZJONI, GĦOTI U TĦASSIR TA’ LIĊENZI
Applikazzjonijiet 
għal liċenza. 
5. Applikazzjoni għal liċenza għandha ssir f’dik il-forma u
b’dak il-mod meħtieġ mill-awtorità  kompetenti u għandha wkoll -
(a) ikun fiha jew ikollha magħha dak it-tagħrif u dawk il-
partikolaritajiet, b’żieda ma’ dawk meħtieġa b’dan l-
artikolu, li l-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ, jew kif
jista’ jkun preskritt;
(b) tkun verifikata b’dak il-mod u sa dak il-limitu meħtieġ
mill-awtorità  kompetenti, jew kif jista’ jkun preskritt;
(ċ) ikollha l-indirizz f’Malta għan-notifika lill-applikant
ta’ kull avviż jew dokument ieħor meħtieġ jew li hu
awtorizzat li jkun notifikat lilu b’dan l-Att jew taħtu;
(d) fil-każ ta’ liċenza għal servizzi ta’ investiment, ikollha
magħha programm ta’ attivita jiet li juri dawk il-
ħwejjeġ li jkunu meħtieġa mill-awtorità  kompetenti li
jintwerew minn żmien għal żmien;
(e) fil-każ ta’ liċenza għal skema ta’ investiment kollettiv,
tispeċifika x-xorta ta’ l-iskema ta’ l-investiment
kollettiv li jkun; u
(f) ikollha magħha dak id-dritt li jista’ jkun preskritt għal
liċenza li dwarha tkun saret applikazzjoni.
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li 
tiċħad jew tagħti 
liċenzi.
Emendat:
XVII. 2002.139;
IV. 2003.174.
6. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħti jew tiċħad li tagħti
liċenza li dwarha tkun saret applikazzjoni skond dan l-Att: 
Iżda l-awtorità  kompetenti m’għandhiex -
(a) tagħti liċenza għal servizzi ta’ investiment kemm-il
darba ma tkunx sodisfatta li l-applikant ikun persuna
addattata u xierqa biex tipprovdi s-servizzi ta’
investiment konċernati u li l-applikant ikun se jħares u
josserva kull regoli u regolamenti magħmula taħt dan
l-Att u applikabbli għalih;
(b) tagħti liċenza għal skema ta’ investiment kollettiv
kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li l-iskema ser tkun
taqbel f’kull dettal ma’ kull regoli u regolamenti
magħmula taħt dan l-Att u applikabbli għaliha u li d-
diretturi, u l-uffiċjali tagħha, jew fil-każ ta’ trust,  it-
trustees tagħha, ikunu persuni addattati u xierqa biex
iwettqu l-funzjonijiet meħtieġa minnhom dwar l-
iskema.
(2) (a) Fl-għoti ta’ liċenza l-awtorità  kompetenti tista’
tagħmel il-liċenza suġġetta għal dawk il-
kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa, u meta tkun tat
liċenza tista’, minn żmien għal żmien, tibdel jew
tirrevoka kull kondizzjoni hekk imposta, jew timponi
kondizzjonijiet ġodda.
(b) Għat-twettiq aħjar tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-
awtorità  kompetenti tista’, minn żmien għal żmien,
toħroġ u tippubblika linji ta’ gwida li jkunu jorbtu lid-
detenturi ta’ liċenza u lil oħrajn kif jista’ jiġi speċifikat
  6      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
fihom. Dawk il-linji ta’ gwida jistgħu jistabbilixxu
ħtiġiet u kondizzjonijiet addizzjonali dwar l-attivitajiet
ta’ detenturi ta’ liċenza, it-tmexxija tan-negozju
tagħhom, ir-relazzjonijiet tagħhom mal-klijenti, mal-
pubbliku u ma’ partijiet oħra, ir-responsabbilitajiet
tagħhom lejn l-awtorità  kompetenti, ħtiġiet dwar
rapporti, riżorsi finanzjarji, il-ħtiġiet ta’ adegwatezza
ta’ kapital u ħtiġiet relatati, u kull ħaġa oħra li l-
awtorità  kompetenti jidhirlha xierqa.
(3) Meta tkun qed tikkunsidra jekk tagħtix jew tiċħadx milli
tagħti liċenza l-awtorità  kompetenti għandha, b’mod partikolari,
tikkunsidra -
(a) il-ħarsien ta’ investituri u tal-pubbliku in ġenerali;
(b) il-ħarsien tar-reputazzjoni ta’ Malta meta jkunu
kunsidrati l-obbligi internazzjonali ta’ Malta;
(ċ) il-promozzjoni ta’ kompetizzjoni u għażla; u
(d) fil-każ ta’ liċenza għal skema ta’ investiment kollettiv,
ir-riputazzjoni u kemm ikunu xierqa l-applikant u l-
partijiet l-oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-iskema.
(4) Kull liċenza għandha tispeċifika s-servizz ta’ investiment li
d-detentur tagħha jkun awtorizzat li jipprovdi jew, skond il-każ, il-
klassi ta’ l-iskema ta’ l-investiment kollettiv li għaliha tirreferi l-
liċenza.
(5) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu (2), il-
kundizzjonijiet li għalihom liċenza tista’ tkun magħmula suġġetta
mill-awtorità  kompetenti jistgħu jkunu magħmula applikabbli, jew
jista’ jkun preskritt li jkunu applikabbli, għal -
(a) il-liċenzi kollha għal servizzi ta’ investiment jew għal
liċenzi kollha għal skema ta’ investiment kollettiv,
skond il-każ;
(b) ċerti kategoriji ta’ liċenzi;
(ċ) il-liċenzi kollha li jkunu mogħtija lil ċerti kategoriji ta’
detenturi;
(d) il-liċenzi kollha dwar servizzi jew skemi partikolari,
skond il-każ.
(6) Fi żmien sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni ta’ formula ta’
applikazzjoni mimlija kif imiss flimkien mad-dokumentazzjoni
meħtieġa, l-awtorità  kompetenti għandha tinforma applikant bid-
deċiżjoni tagħha jekk tagħtix liċenza jew le.
(7) Kull ħtieġa f’dan l-Att li persuna għandha tkun waħda
addattata u xierqa sabiex twettaq ċerti attivitajiet jew funzjonijiet
għandha titfisser bħala ħtieġa mhux biss li dik il-persuna tkun
waħda addattata u xierqa sabiex twettaq dawk l-attivitajiet jew
funzjonijiet, iżda wkoll li kull azzjonist kwalifikanti jew membri,
direttur jew uffiċjal ta’ dik il-persuna, jew fil-każ ta’ trust, kull
trustee tagħha, ikun persuna addattata u xierqa li twettaq dawk l-
attivitajiet jew funzjonijiet.
(8) (a) Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn applikant u xi
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      7
persuna oħra, l-awtorità  kompetenti għandha:
(i) tagħti biss liċenza jekk ikun jidhirlha li dawk ir-
rabtiet mill-qrib ma jfixkluhix milli teżerċita
b’mod effettiv l-funzjonijiet ta’ sorveljanza
tagħha; u
(ii) tirrifjuta li tagħti dik il-liċenza jekk tikkunsidra
li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet
amministrattivi ta’ xi pajjiż barra minn Malta li
jiggvernaw persuna waħda jew iżjed li miegħu l-
applikant ikollu rabtiet mill-qrib, jew l-infurzar
tagħhom, ifixklu l-eżerċizzju effettiv tal-
funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha.
(b) L-awtorità  kompetenti tista’ minn żmien għal żmien,
bil-mezz ta’ linji ta’ gwida taħt dan l-Att tiddefenixxi
ċ-ċirkostanzi fejn rabtiet mill-qrib għandhom jitqiesu
li jeżistu bejn żewġ persuni jew iktar.
(9) Meta detentur ta’ liċenza jew il-manager, segretarju,
direttur jew persuna oħra responsabbli għal detentur ta’ liċenza
tikser jew tonqos li tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti
f’liċenza maħruġa taħt dan l-artikolu, l-awtorità  kompetenti tista’
b’avviż bil-miktub u mingħajr rikors għal smigħ minn qorti timponi
fuq id-detentur ta’ liċenza, il-manager, is-segretarju, id-direttur, u
jew persuni oħra, skond il-każ, penali amministrattiva li ma tistax
tkun iżjed minn erbgħin elf lira.
(10) Fi żmien perijodu ta’ tletin jum li jibda mid-data ta’
notifika ta’ avviż li jimponi penali amministrattiva skond is-
subartikolu (9), persuna li lilha l-avviż ikun ġie notifikat tista’
tappella lit-Tribunal dwar Servizzi Finanzjarji kontra d-deċiżjoni
ta’ l-awtorità  kompetenti skond l-artikolu 19.
Kap. 12.
(11) Meta ma jkunx sar appell minn avviż kif imsemmi fis-
subartikolu (9) jew meta jkun sar appell fi żmien ħmistax-il jum
mid-deċiżjoni ta’ dak l-appell, il-penali amministrattiva li tkun
tinsab fl-avviż jew kif imnaqqsa bid-deċiżjoni tat-Tribunal, tkun
dovuta lill-Awtorità  u man-notifika ta’ kopja ta’ l-avviż jew tad-
deċiżjoni, skond il-każ, bil-mezz ta’ att ġudizzjarju lill-persuna
ndikata fl-avviż jew fid-deċiżjoni, l-imsemmi avviż jew deċiżjoni
jikkostitwixxu titolu eżekuttiv għall-finijiet u effetti kollha tat-
Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li 
tħassar jew 
tissospendi liċenzi.
Emendat:
XVII. 2002.140.
7. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ f’kull żmien tħassar jew
tissospendi liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Fil-każ ta’ liċenza għal servizzi ta’ investiment, l-awtorità
kompetenti tista’ tħassar jew tissospendi liċenza -
(a) jekk tikkunsidra li d-detentur tagħha ma jkunx persuna
addattata u xierqa biex tipprovdi s-servizz ta’
investiment li tkun awtorizzata tipprovdi; jew
(b) jekk tikkunsidra li d-detentur tagħha ma jkunx
jissodisfa l-ħtiġiet ta’, jew ikun kiser, xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regoli jew
  8      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew ikun
naqas li jissodisfa jew li jħares xi obbligu jew
kundizzjoni li hu jew il-liċenza jkunu suġġetti
għalihom bis-sahħa ta’ dan l-Att jew taħtu; jew
(ċ) jekk l-awtorità  kompetenti tkun ingħatat mid-detentur
tal-liċenza jew f’ismu tagħrif li jkun falz, mhux preċiż
jew qarrieqi; jew
(d) jekk id-detentur tal-liċenza ma jkunx beda jipprovdi s-
servizz li jkun awtorizzat jipprovdi fi żmien provdut
fil-liċenza jew ikun waqaf milli jipprovdi dak is-
servizz; jew
(e) jekk tikkunsidra meħtieġ li l-liċenza tkun imħassra jew
sospiża sabiex jitħarsu l-investituri u l-pubbliku in
ġenerali, u r-reputazzjoni ta’ Malta meta jkunu
kunsidrati l-obbligi internazzjonali ta’ Malta; jew
(f) fuq it-talba tad-detentur tal-liċenza; jew
(g) f’xi ċirkostanzi li taħthom l-awtorità  kompetenti kienet
tkun prekluża milli toħroġ il-liċenza taħt dan l-Att jew
meta taħt dan l-Att kien ikollha l-jedd tirrofta l-għoti
ta’ dik il-liċenza; u
(h) jekk id-detentur ta’ liċenza jkun kiseb il-liċenza billi
jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz b’xi mod jew ieħor
irregolari.
(3) Fil-każ ta’ liċenza għal skema ta’ investiment kollettiv, l-
awtorità  kompetenti tista’ tħassar jew tissospendi liċenza -
(a) jekk tikkunsidra li d-diretturi, uffiċjali jew trustees ta’
l-iskema m’humiex addattata u xierqa biex iwettqu l-
funzjonijiet meħtieġa minnhom għar-rigward ta’ l-
iskema; jew
(b) jekk tikkunsidra li l-iskema li għaliha tirreferi l-
liċenza ma tkunx tissodisfa l-ħtiġiet ta’ xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew ikun
hemm ksur ta’ xi waħda minn dawk id-
disposizzjonijiet, jew xi obbligu jew kundizzjoni li
għalihom l-iskema jew il-liċenza ikunu suġġetti bis-
saħħa ta’ dan l-Att jew taħtu ma jkunux ġew sodisfatti
jew imħarsa; jew
(ċ) jekk ikun ingħata tagħrif lill-awtorità  kompetenti mill-
iskema jew f’isimha jew dwarha li jkun falz, mhux
preċiż jew qarrieqi; jew
(d) jekk l-iskema ma tkunx bdiet l-attivitajiet li tkun
awtorizzata tmexxi fi żmien provdut fil-liċenza jew
tkun waqfet milli tmexxi dawk l-attivitajiet; jew
(e) jekk tikkunsidra meħtieġ li tħassar jew tissospendi l-
liċenza sabiex jitħarsu l-investituri u l-pubbliku in
ġenerali, u r-reputazzjoni ta’ Malta meta jkunu
kunsidrati l-obbligi internazzjonali ta’ Malta; jew
(f) fuq it-talba tal-manager jew tat-trustee jew tal-
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      9
kustodju ta’ l-iskema, jew ta’ l-ekwivalenti tagħhom.
Avviż ta’ proposta 
ta’ ċaħda, tibdil, 
tħassir jew 
sospensjoni ta’ 
liċenza.
Emendat:
XVII. 2002.141.
8. (1) Meta l-awtorità  kompetenti jkollha l-ħsieb -
(a) li tibdel xi kundizzjoni li għaliha tkun suġġetta liċenza
jew li timponi kundizzjoni magħha; jew
(b) li tiċħad applikazzjoni għal liċenza jew li tħassar jew
tissospendi liċenza,
għandha tagħti lill-applikant jew, skond il-każ, lid-detentur tal-
liċenza jew lil manager u t-trustee jew il-kustodju ta’ skema ta’
investiment kollettiv, jew lill-ekwivalenti tagħhom bil-miktub tal-
ħsieb tagħha li tagħmel hekk fejn tagħti r-raġunijiet għad-deċizjoni
li tkun bi ħsiebha tieħu.
(2) Kull avviż mogħti taħt is-subartikolu (1) għandu jgħid li
min jirċievi l-avviż jista’, f’dak iż-żmien xieraq wara li jirċievi n-
notifika kif jingħad fl-avviż (li jkun żmien ta’ mhux inqas minn
tmienja u erbgħin siegħa u mhux iżjed minn tletin jum), jagħmel
rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-awtorità  kompetenti fejn jgħid
għaliex m’għandhiex tittieħed id-deċiżjoni proposta u l-awtorità
kompetenti għandha tikkunsidra kull rappreżentazzjoni hekk
magħmula qabel ma tasal għal deċiżjoni finali.
(3) L-awtorità  kompetenti għandha kemm jista’ jkun malajr
tinnotifika d-deċiżjoni finali tagħha bil-miktub lil kull waħda mill-
persuni li lilhom għandu jingħata avviż taħt is-subartikolu (1).
OBBLIGI TA’ DETENTURI TA’ LIĊENZA U TA’ OĦRAJN
Tibdil fit-tagħrif; 
ħlas ta’ drittijiet.
Emendat:
XVII. 2002.142.
9. (1) Id-detentur ta’ liċenza għal servizzi ta’ investiment u l-
manager ta’ skema ta’ investiment kollettiv li tkun ingħatat liċenza
taħt dan l-Att, jew kull persuna oħra li jkollha r-responsabbiltà
għall-amministrazzjoni jew tmexxija ta’ kuljum ta’ skema bħal dik,
għandhom jagħtu lill-awtorità  kompetenti l-partikolaritajiet dwar
kull tibdil fit-tagħrif mogħti taħt dan l-Att malli dak id-detentur,
manager jew persuna isiru jafu b’dawk it-tibdiliet u għandhom
javżaw lill-awtorità  kompetenti, fuq bażi kontinwa, bit-tibdiliet jew
ċirkostanzi li jitgħu joħolqu rabtiet mill-qrib skond kif imfisser fl-
artikolu 6.
(2) Kull detentur ta’ liċenza għandu jħallas lill-awtorità
kompetenti dak id-dritt kull tant żmien, u f’dak iż-żmien, li jista’
minn żmien għal żmien ikun preskritt.
Persuni li 
jipprovdu servizzi 
amministrattivi.
Miżjud:
XVII. 2002.143.
9A. (1) Kull persuna li f’Malta jew minn Malta tipprovdi, lil
detenturi ta’ liċenza f’Malta, jew lil persuni u skemi awtorizzati
ekwivalenti barra minn Malta, servizzi amministrattivi li minnhom
infushom ma jikkostitwux attività  li teħtieġ liċenza taħt dan l-Att,
ikunu meħtieġa li japplikaw għal rikonoxximent mill-awtorità
kompetenti taħt dan l-artikolu, u ebda persuna ma għandha
tipprovdi dawk is-servizzi kemm-il darba ma tkunx hekk
rikonoxxuta.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ minn żmien għal żmien,
toħroġ linji ta’ gwida li jistabbilixxu l-ħtiġiet għal rikonoxximent u
b’mod ġenerali tirregola il-provediment ta’ dawk is-servizzi
  10      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
amministrattivi. Dawk il-linji ta’ gwida jistgħu b’mod partikolari
jipprovdu għal kull ħaġa minn dawn li ġejjin:
(i) jistabbilixxu liema attivitajiet jikkostitwixxu
servizzi amministrattivi għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu;
(ii) il-forma u l-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet lill-
awtorità  kompetenti għal rikonoxximent;
(iii) id-drittijiet għal applikazzjoni, annwali u oħrajn
li jitħallsu dwar rikonoxximent;
(iv) l-obbligu li jiġu provduti dokumentazzjoni u
nformazzjoni oħra lill-awtorità  kompetenti;
(v) il-miżuri li bihom l-awtorità  kompetenti tkun
tista’ tiżgura tħaris minn amministraturi
rikonoxxuti, ta’ l-Att u tal-linji ta’ gwida
maħruġa taħtu;
(vi) l-arranġamenti għal bdil ta’ informazzjoni ma’
korpi regolatorji oħra sew f’Malta kif ukoll barra
minn Malta;
(vii) b’mod ġenerali għal kull ħaġa li hi anċillari jew
konnessa ma’ dawn ta’ hawn fuq.
Kif jingħata avviż 
ta’ kontroll ġdid 
jew miżjud.
Emendat:
XVII. 2002.144.
10. (1) Ħadd ma għandu jikseb, direttament jew indirettament,
kapital azzjonarju kwalifikanti f’detentur ta’ liċenza jew iżid dak
il-kapital azzjonarju kwalifikanti li jwassal biex is-sehem tad-
drittijiet tal-votazzjoni jew tal-kapital azzjonarju kontrollat minnu
fid-detentur ta’ liċenza jkun jilħaq jew jaqbeż 20 fil-mija, 33 fil-
mija jew 50 fil-mija, jew biex id-detentur ta’ liċenza isir is-
sussidjarju ta’ dik il-persuna, kemm-il darba dik il-persuna ma
tkunx innotifikat lill-awtorità  kompetenti b’avviż bil-miktub li fih
jiddikjara li kellu ħsieb jikseb jew iżid dak l-azzjonar, u -
(a) l-awtorità  kompetenti tkun innotifikatha bil-miktub,
qabel tmiem iż-żmien ta’ tliet xhur li jibdew
għaddejjin minn-notifika ta’ dak l-avviż, li m’hemm
ebda oġġezzjoni li hija tikseb jew iżżid dak l-azzjonar;
jew
(b) dak iż-żmien ikun għadda mingħajr ma l-awtorità
kompetenti tkun innotifikatha b’avviż ta’ oġġezzjoni;
jew
(ċ) l-awtorità  kompetenti tkun innotifikatha b’avviż ta’
oġġezzjoni, qabel tmiem iż-żmien imsemmi ta’ tlett
xhur, liema avviż ikun wara dan ġie irtirat, imħassar
jew revokat għal kull raġuni li tkun:
Iżda l-ksib jew iż-żieda fil-kapital azzjonarju kwalifikanti
għandhom iseħħu fi żmien sena wara l-ġrajja msemmija fil-
paragrafu (a), (b) u (ċ) ta’ dan is-subartikolu skond il-każ:
B’dan ukoll illi fil-każ previst fil-paragrafu (ċ) imsemmi ta’
dan is-subartikolu iż-żmien ta’ sena jibda jgħaddi mid-data li fiha l-
persuna konċernata tiġi notifikata bl-irtirar, tħassir jew revoka ta’ l-
avviż ta’ oġġezzjoni, skond il-każ.
(2) Avviż li jiġi notifikat lill-awtorità  kompetenti bis-saħħa tas-
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      11
subartikolu (1) għandu jkun fih dak it-tagħrif li l-awtorità
kompetenti tista’ teħtieġ u l-awtorità  kompetenti tista’, wara li
tirċievi dak l-avviż mingħand persuna, titolbu permezz ta’ avviż
bil-miktub sabiex jagħti dak it-tagħrif iktar jew dokumenti oħra
hekk kif l-awtorità  kompetenti tista’ raġonevolment teħtieġ sabiex
tiddeċiedi jekk għandhiex toħroġ avviż ta’ oġġezzjoni.
(3) Meta jenħtieġu iktar tagħrif jew dokumenti oħra mingħand
persuna b’avviż maħruġ skond is-subartikolu (2), iż-żmien bejn il-
ħruġ ta’ l-avviż u d-dħul tat-tagħrif jew dokumenti għandu jiżdied
maż-żmien imsemmi fis-subartikolu (1)(a).
(4) Kull avviż ta’ oġġezzjoni msemmi fis-subartikolu (1)(b)
għandu jsemmi r-raġunijiet għal dik l-oġġezzjoni u għandu jsemmi
li min jirċievi l-avviż jista’, f’dak iż-żmien raġonevoli wara n-
notifika ta’ l-avviż li jiġi msemmi fl-istess avviż (u li ma jkunx
żmien ta’ inqas minn tmienja u erbgħin siegħa u mhux iktar minn
tletin jum), jikkontestah bil-miktub quddiem l-awtorità  kompetenti
billi jagħti r-raġunijiet tiegħu għaliex l-avviż ta’ oġġezzjoni għandu
jiġi rtirat u l-awtorità  kompetenti għandha tqis kull kontestazzjoni
illi hekk issirilha qabel ma tasal għal deċiżjoni finali.
(5) L-awtorità  kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni
finali tagħha bil-miktub lill-persuna li tagħmel dikjarazzjonijiet bil-
miktub taħt is-subartikolu (4), fi żmien tletin jum minn meta jiġu
riċevuti d-dikjarazzjonijiet kif provdut fl-imsemmi subartikolu (4).
(6) Kull persuna li tkun bi ħsiebha tbiegħ jew tiddisponi,
direttament jew indirettament, minn kapital azzjonarju kwalifikanti
f’detentur ta’ liċenza jew li tnaqqas kapital azzjonarju kwalifikanti
li jwassal biex is-sehem tad-drittijiet tal-votazzjoni jew tal-kapital
azzjonarju kontrollat minnha fid-detentur tal-liċenza jinżel taħt 20
fil-mija, 33 fil-mija jew 50 fil-mija, jew biex id-detentur tal-liċenza
ma jibqax aktar is-sussidjarju tagħha, għandha tinnotifika lill-
awtorità  kompetenti b’avviz bil-miktub li fih tiddikjara li kellha
ħsieb tbiegħ, tiddisponi jew tnaqqas il-kapital azzjonarju tagħha u
l-ammont tal-kapital azzjonarju tagħha wara dak il-bejgħ,
disponiment jew tnaqqis.
(7) Detentur ta’ liċenza għandu jinnotifika lill-awtorità
kompetenti b’avviż bil-miktub minnufih wara li jsir jaf b’xi ksib,
bejgħ jew disponiment ta’ tiżmim azzjonarju, jew parti minnu, li
jkun propost jew li jkun sar fil-kapital azzjonarju tiegħu f’kull
ċirkostanza msemmija f’dan l-artikolu.
(8) Meta l-influwenza eżerċitata minn persuna li takkwista jew
li tipproponi li takkwista kapital azzjonarju x’aktarx li jkun ta’
preġudizzju għall-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ detentur ta’
liċenza, l-awtorità  kompetenti għandha toħroġ avviż ta’ oġġezzjoni
u teżerċita kull setgħa mogħtija lilha taħt dan l-Att, inkluża s-
setgħa li toħroġ direttivi, kif jidhirlha raġonevoli u xieraq fiċ-
ċirkostanzi.
(9) Kopja ta’ kull avviż notifikat lill-persuna konċernata skond
is-subartikolu (8) għandha tkun notifikata lill-kumpanija li għaliha
jirrelataw l-azzjonijiet.
(10) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22, meta
  12      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
jkunu ġew akkwistati azzjonijiet f’detentur ta’ liċenza, minkejja l-
oġġezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-
vot korrispondenti għandu jiġi sospiż u l-voti kollha mitfugħa bi
ksur ta’ dan is-subartikolu jkunu nulli u bla effett.
(11) Jekk min jakkwista l-kapital azzjonarju kwalifikanti
msemmi f’dan l-artikolu jkun:
(a) persuna li jkollha liċenza jew awtorizzazzjoni
ekwivalenti minn awtorità  regolatorja barranija, jew
(b) l-impriża prinċipali ta’ persuna msemmija fil-
paragrafu (a), jew
(ċ) persuna li tikkontrolla persuna msemmija fil-paragrafu
(a);
u jekk, bħala riżultat ta’ dak l-akkwist, id-detentur ta’ liċenza li
min jakkwista jipproponi li jakkwista fih parteċipazzjoni jsir is-
sussidjarju ta’ minn jakkwista jew jiġi jaqa’ taħt il-kontroll tiegħu,
l-istima ta’ l-akkwist mill-awtorità  kompetenti għandha tkun
suġġetta għal konsultazzjoni bil-quddiem ma’ l-awtorità  regolatorja
barranija fil-qies tar-rabtiet internazzjonali li għandha Malta.
Prospett u reklamar 
għal investimenti.
Sostitwit:
XVII. 2002.145.
11. (1) (a) Ebda skema ta’ investiment kollettiv, liċenzjata
jew le, ma għandha toħroġ jew iġġiegħel li jinħareġ prospett
f’Malta jew minn Malta kemm-il darba l-prospett ma jkunx
approvat mill-awtorità  kompetenti.
(b) Ebda persuna, barra minn detenturi ta’ liċenza, ma
għandhom joħorġu jew iġiegħlu li jinħareġ reklam għal investiment
f’Malta, kemm-il darba l-kontenut ma jkunx approvat minn
detentur ta’ liċenza.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’, minn żmien għal żmien,
toħroġ dawk il-linji ta’ gwida jew direttivi lil detenturi ta’ liċenza
kif, jidhirlha xieraq sabiex tistabilixxi standards minimi u ħtiġiet li
għandhom ikunu mħarsa minn detenturi ta’ liċenza meta joħorġu
jew japprovaw reklami dwar investiment jew meta joħorġu prospett
skond is-subartikolu (2). Dawk il-linji ta’ gwida jew direttivi
jistgħu wkoll jinkludu disposizzjonijiet għal dawk l-eżenzjonijiet
jew kondizzjonijiet skond kif ikun speċifikat fihom u jistgħu
jagħmlu disposizzjonijiet differenti għal każijiet differenti jew għal
klassijiet ta’ każijiet differenti, taħt dawk il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ timponi dawk il-
kondizzjonijiet, limitazzjonijiet u restrizzjonijiet fuq detentur ta’
liċenza dwar il-ħruġ u l-approvazzjoni ta’ reklami ta’ investimenti,
hekk kif jidhrilha xieraq.
SETGĦAT REGOLATORJI U INVESTIGATTIVI
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV.1995.432;
XVII. 2002.146;
IV. 2003.175.
12. (1) Il-Ministru, li jaġixxi fuq il-parir ta’ l-awtorità
kompetenti, jista’ jagħmel regoli jew regolamenti biex jagħtu effett
aħjar lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-ġeneralità
ta’ dak li ntqal qabel jista’, b’dawk ir-regoli jew regolamenti,
b’mod partikolari, jagħmel kull ħaġa minn dawn li ġejjin:
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      13
(a) jemenda t-tifsira ta’ "skema għal investiment kollettiv"
li tinsab fl-artikolu 2, kif ukoll it-tifsira ta’ "servizz ta’
investiment" li tinsab fl-artikolu 2 u l-Ewwel u t-Tieni
Skeda;
(b) jirregola servizzi ta’ investiment u skemi ta’
investiment kollettiv, kif ukoll servizzi provduti u
attivitajiet li jitmexxew b’konnessjoni jew in
relazzjoni magħhom, jipprovdi għal kull ħaġa kif
jidhirlu xieraq, inkluż il-ħolqien u l-eżerċizzju ta’
jeddijiet mill-pubbliku jew għall-benefiċċju tal-
pubbliku u l-impożizzjoni ta’ dmirijiet u obbligi fuq
detenturi ta’ liċenza jew persuni responsabbli għat-
tmexxija jew amministrazzjoni tagħha; jipprovdi għaż-
żamma fis-sigurtà  u l-kustodja tal-proprjetà  ta’ skemi
ta’ investiment kollettiv u għall-ħtieġa li jinħatar
kustodju, u jippreskrivi u jirregola bl-aktar mod
estensiv il-funzjonijiet, id-dmirijiet, ir-
responsabbiltajiet u l-obbligi tal-kustodju, jistabbilixxi
l-kwalifiki u kriterji oħra ta’ eliġibilità  meħtieġa biex
wieħed jaġixxi ta’ kustodju, magħduda kwalifiki ta’
residenza; jipprovdi għat-tħaris tal-proprjetà  ta’ l-
iskemi fil-każ ta’ insolvenza tal-kustodju, u għall-fini
ta’ dan il-paragrafu "kustodju" tinkludi sotto kustodju;
jeħtieġ li jinżammu records, dwar it-transazzjonijiet u
l-qagħda finanzjarja ta’ skemi ta’ investiment kollettiv
u għall-ispezzjoni ta’ dawk ir-records, u jippreskrivi
ħtiġiet li jsiru rapporti w kxif, magħduda t-tħejjija ta’
rapporti kull tant żmien dwar l-iskemi w l-għoti ta’
dawk ir-rapporti lill-azzjonisti, detenturi ta’ unitajiet
jew parteċipanti oħra fl-imsemmija skemi w lil oħrajn;
u jipprovdi dwar ir-regolamentazzjoni ta’
ċirkolazzjoni libera ta’ unitajiet ta’ skemi ta’
investiment kollettiv u jirregola lill-kumpanniji li
jimmaniġġjaw skemi bħal dawk; u jagħmel
provvedimenti fuq il-ħtiġiet ta’ adegwatezza ta’
kapital;
(ċ) jistabbilixxi skemi jew arranġamenti oħra għall-
kumpens ta’ investituri f’każijiet fejn detenturi ta’
liċenza jew xi kategoriji tagħhom kif jista’ jiġi
speċifikat, ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi
tagħhom lejn investituri jew talbiet dwar xi dejn li
jkun sar minnhom b’konnessjoni ma’ xi attività  li
dwarha jkunu liċenzjati u biex jirregola l-
amministrazzjoni u l-finanzjament ta’ kull skema jew
arranġamenti bħal dawk u, l-kontribuzzjonijiet jew il-
ġbir li għandhom jitħallsu fihom, biex ikunu stabbiliti
l-livelli minimi u massimi ta’ kumpens li jitħallsu
taħthom u jista’ taħt dawk l-iskemi u arranġamenti
jiddistingwi bejn klassijiet differenti ta’ investituri u,
jeskludi ċerti klassijiet minn kumpens, u biex
jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta’ u għal kull aspett
li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk l-iskemi u
arranġamenti u jista’ wkoll jipprovdi li dawk l-iskemi
  14      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
jew arranġamenti kif jistgħu jiġu preskritti jkollhom
personalità  legali distinta minn dik tal-kontributuri
tagħhom u ta’ l-awtorità  kompetenti u jipprovdi għar-
rappreżentanza ġuridika u legali tagħhom; u dawn l-
iskemi għandhom ikunu eżenti mill-ħlas ta’ taxxa fuq
l-income mid-data li dawn l-iskemi jidħlu fis-seħħ;
(d) ifassal il-kriterji sabiex jiġi determinat jekk kontroll
huwiex wieħed mhux dirett għall-għanijiet li jiġi
stabbilit jekk ikunx hemm azzjonar kwalifikanti;
(e) jirregola l-promozzjoni jew il-bejgħ minn persuna jew
f’isimha, u b’kull mezz, ta’ servizz ta’ investiment jew
ta’ skema ta’ investiment kollettiv jew ta’ kull
strument, inklużi l-kriterji u l-proċeduri għall-għoti
jew ir-rifjut ta’ kunsens mill-awtorità  kompetenti bis-
saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11;
(f) jemenda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18 dwar iċ-
ċirkostanzi meta l-udituri jkunu obbligati
jikkomunikaw xi tagħrif lill-awtorità  kompetenti,
jippreskrivi regoli dwar dak li l-udituri jistgħu jikxfu
bis-saħħa ta’ l-artikolu 18 tagħrif li jkollhom, u
jistabbilixxi proċeduri ta’ sorveljanza u ta’ dixxiplina
għal udituri għar-rigward ta’ dmirijiethom skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18;
(g) jirregola l-għemil, l-approvazzjoni, il-pubblikazzjoni u
d-distribuzzjoni f’Malta ta’ prospetti dwar l-offerta ta’
titoli trasferibbli awtorizzati jew xort’oħra approvati,
f’pajjiż jew f’pajjiżi barra minn Malta u li jipprovdi
għar-rikonoxximent ta’ dawk il-prospetti meta jitqiesu
l-obbligi internazzjonali ta’ Malta;
(h) jipprovdi għal u jirregola l-ħlas minn xi persuna, korp
jew skema, skond il-każ, ta’ drittijiet ta’ liċenza jew
drittijiet oħra u dawk il-ħlasijiet l-oħra li jitħallsu lill-
awtorità  kompetenti dwar kull ħaġa li għaliha hemm
provdut b’dan l-Att jew taħtu jew b’xi regoli jew
regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu, kif jista’
jiġi preskritt;
(i) jeżenta lil kull persuna, servizz, strument, skema ta’
investiment kollettiv jew reklam minn xi waħda jew
iktar minn waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
suġġett għal dawk il-varjazzjonijiet, żidiet,
adattamenti u modifikazzjonijiet li jistgħu jkunu
preskritti u suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet jew
ħtiġiet oħra, magħduda forom oħra ta’ awtorizzazzjoni
u proċeduri dwar notifika li jistgħu jkunu preskritti;
(j) jippreskrivi kull ħaġa li għandha jew li tista’ tkun
preskritta;
(k) jipprovdi għal kull ħaġa li hi inċidentali jew konnessa
ma’ dak imsemmi qabel.
(2) (A) Regoli jew regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu wkoll jipprovdu sabiex persuna li tkun daħlet, jew offriet li
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      15
tidħol fi ftehim għal investiment mad-detentur ta’ liċenza, tkun
tista’ tħassar il-ftehim jew tirtira l-offerta f’dak iż-żmien u b’dak il-
mod li jista’ jiġi preskritt, u b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jistgħu jipprovdu -
(a) għall-ħtieġa ta’ notifika ta’ avviż dwar id-drittijiet li
jistgħu jiġu eżerċitati taħt ir-regoli jew ir-regolamenti;
(b) għar-radd lura ta’ proprjetà  u biex isiru jew jinġabru
lura ħlasijiet meta dawk id-drittijiet ikunu eżerċitati;
(ċ) għal dawk il-ħwejjeġ l-oħra li huma inċidentali jew
konnessi ma’ dak li ntqal qabel.
Kap. 16.
(2) (B) Regoli jew regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu
jistgħu jkunu jipprovdu għat-twaqqif ta’ fondi komuni għall-finijiet
ta’ investiment fil-għamla ta’ skema ta’ investiment kollettiv
b’kuntratt jew b’xi aranġament ieħor bil-miktub u dawk il-fondi
jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ xi artikolu jew
disposizzjoni tal-Kodiċi Ċivili taħt it-Titolu V tal-Parti I tat-Tieni
Ktieb b’dawk il-modifiki u tibdiliet li jistgħu jiġu stabbiliti.
(3) Regoli jew regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu jsiru suġġetti għal dawk l-eżenzjonijiet jew kundizzjonijiet
li jistgħu jkunu speċifikati fihom, jistgħu jipprovdu b’mod
differenti għal każijiet differenti, ċirkostanzi jew għanijiet
differenti u jistgħu jagħtu lill-awtorità  kompetenti dawk is-setgħat
biex jaddattaw ir-regoli jew regolamenti kif jista’ jkun speċifikat.
(4) Regoli jew regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu jimponu pieni jew penalitajiet oħra dwar kull ksur jew
nuqqas ta’ tħaris ta’ mhux iktar minn multa ta’ erbgħin elf lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
(5) L-eżerċizzju ta’ xi poteri assenjati taħt dan l-artikolu
għandhom ikunu suġġetti għal kull obbligazzjoni jew dritt li
joriġina mir-rabitet internazzjonali li għandha Malta.
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li titlob 
tagħrif.
Emendat:
XVII. 2002.147.
13. (1) L-awtorità  kompetenti tista’, b’avviż bil-miktub,
teħtieġ -
(i) lil kull persuna li tkun qiegħda tipprovdi jew li
kienet tipprovdi, jew li tidher li tkun jew li
kienet qed tipprovdi, servizz ta’ investiment;
jew
(ii) skema ta’ investiment kollettiv; jew
(iii) lil kull persuna li tkun qiegħda tmexxi jew li
kienet qegħda tmexxi, jew li tidher li tkun jew li
kienet qed tmexxi, attivitajiet dwar skema bħal
dik; jew
(iv) lil kull persuna li tkun ħarġet, jew li tidher li
tkun ħarġet reklam skond ma hemm fid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(1); jew
(v) lil kull persuna oħra li tkun tidher li għandha
tagħrif siewi,
li tagħmel dan li ġej jew xi waħda minnhom:
  16      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
(a) li tagħti lill-awtorità  kompetenti f’dak iż-żmien u post
u f’dik il-forma li tista’ tispeċifika, dak it-tagħrif u
dokumentazzjoni li tista’ teħtieġ dwar xi servizz,
skema jew reklam hekk kif intqal qabel, jew dwar xi
persuna li magħha d-detentur ta’ liċenza jkollu rabtiet
mill-qrib skond kif imfisser fl-artikolu 6;
(b) li tagħti lill-awtorità  kompetenti kull tagħrif jew
dokumentazzjoni kif imsemmija verifikati b’dak il-
mod li jista’ jkun speċifikat;
(ċ) li tidher quddiem l-awtorità  kompetenti, jew quddiem
persuna maħtura minnha, f’dak iż-żmien u post li tista’
tispeċifika, biex twieġeb mistoqsijiet u tagħti tagħrif u
dokumentazzjoni dwar kull servizz, jew skema jew
reklam kif intqal qabel.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel kopji ta’ kull
dokumenti mogħtija jew provduti taħt dan l-artikolu.
(3) Meta l-persuna meħtieġa li tagħti tagħrif jew
dokumentazzjoni taħt dan l-artikolu ma jkollhiex it-tagħrif jew id-
dokumentazzjoni rilevanti, din għandha tgħid lill-awtorità
kompetenti fejn, skond l-aħjar tagħrif li jkollha, dak it-tagħrif jew
dik id-dokumentazzjoni tkun, u l-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ
lil kull persuna, sew jekk indikata kif intqal qabel sew jekk le, li fil-
fehma tagħha jkollha fil-pussess tagħha dak it-tagħrif jew dik id-
dokumentazzjoni biex tagħtihielha.
(4) Dikjarazzjoni magħmula u dokumentazzjoni provduta
skond xi waħda mill-ħtiġiet taħt dan l-artikolu jistgħu jinġiebu
bħala prova kontra l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni jew li
tipprovdi d-dokumentazzjoni kif ukoll kontra kull persuna li
għaliha jirreferu.
Kap. 9
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu m’għandhomx
japplikaw għal tagħrif jew dokumentazzjoni li huma privileġġati
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 642(1) tal-Kodiċi
Kriminali.
(6) Is-setgħa li jenħtieġ li jinġiebu dokumenti bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandha tkun mingħajr
preġudizzju għal kull rahan jew privileġġ li xi ħadd jista’ jkollu
għar-rigward ta’ dawk id-dokumenti.
(7) Meta l-awtorità  kompetenti tkun ħatret persuna taħt is-
subartikolu (1)(ċ), dik il-persuna jkollha, sabiex taqdi l-funzjonijiet
tagħha skond il-ħatra tagħha, dawk is-setgħat kollha mogħtija lill-
awtorità  kompetenti b’dan l-artikolu u jekk dik il-persuna teħtieġ xi
ħaġa dik il-ħtieġa titqies li tkun saret u li jkollha l-istess saħħa u
effett bħal ħtieġa ta’ l-awtorità  kompetenti.
(8) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu,
detentur ta’ liċenza jista’ jkun meħtieġ li jissottometti lill-Bank
Ċentrali ta’ Malta dik l-informazzjoni li l-Bank jista’ b’mod
raġonevoli jeħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu taħt l-Att dwar
il-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Ħatra ta’ spetturi. 14. (1) L-awtorità  kompetenti tista’, kull meta jidhrilha
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      17
meħtieġ jew xieraq, taħtar spettur jew spetturi biex jistħarrġu u
jirrapportaw dwar l-affarijiet ta’ kull persuna jew skema msemmija
fil-paragrafi ta’ l-artikolu 13(1)(i) sa (iv).
(2) Spettur maħtur taħt is-subartikolu (1) -
(a) jista’ wkoll, jekk jidhirlu meħtieġ jew xieraq għall-
finijiet ta’ dak l-istħarriġ, jistħarreġ l-affarijiet ta’
persuna jew skema msemmija fis-subartikolu (1);
(b) ikollu u jkun jista’ jeżerċita s-setgħat kollha mogħtija
lill-awtorità  kompetenti bl-artikolu 13, u kull ħaġa li
jeħtieġ titqies li tkun u jkollha l-istess saħħa u effett
bħal ħtieġa ta’ l-awtorità  kompetenti;
(ċ) jista’, u jekk hekk ordnat mill-awtorità  kompetenti
għandu, jagħmel rapporti interim u fuq il-konklużjoni
ta’ l-istħarriġ tiegħu jagħmel rapport finali lill-
imsemmija awtorità .
(3) L-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa tordna li l-ispejjeż
kollha ta’ investigazzjoni, u li għandhom x’jaqsmu magħha, li ssir
bis-saħħa ta’ dan l-artikolu għandhom jitħallsu mill-persuni jew
mill-iskema involuti.
Setgħa li jinħarġu 
direttivi.
Emendat:
XVII. 2002.148.
15. (1) Bla ħsara għal xi waħda mis-setgħat mogħtija lilha bl-
artikoli 13 u l4 ta’ dan l-Att, l-awtorità  kompetenti tista’, kull meta
jidhrilha xieraq, u sew jekk fuq rapport ta’ spettur maħtur taħt l-
artikolu 14 ta’ dan l-Att u sew jekk le, tagħti, b’avviż bil-miktub,
dawk id-direttivi li jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi; u kull persuna
jew skema msemmija fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 13 ta’ dan l-
Att li lilha jingħata l-avviż għandha tobdi, tħares jew xort’oħra
tagħti effett lil kull direttiva bħal dik fiż-żmien u bil-mod imsemmi
fid-direttiva jew f’direttiva oħra wara.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, direttiva taħt dan l-artikolu tista’ -
(a) teħtieġ kull ħaġa li għandha ssir jew li ma għandhiex
issir, jew timponi kull projbizzjoni, restrizzjoni jew
limitazzjoni, jew kull ħtieġa oħra, u tagħti setgħat,
dwar kull transazzjoni jew għemil ieħor, jew dwar kull
attiv, jew dwar kull ħaġ’oħra tkun li tkun;
(b) teħtieġ li skema ta’ investiment kollettiv u l-manager
ta’ dik l-iskema, jew lill-ekwivalenti tiegħu, u lil kull
persuna oħra li tista’ toħroġ, tifdi, tbiegħ jew tixtri
unitajiet fl-iskema, li jieqfu milli joħorġu, jifdu,
ibiegħu jew jixtru unitajiet jew li jagħmlu dawk l-
attivitajiet kollha jew xi kombinazzjoni tagħhom, hekk
kif jista’ jkun speċifikat fid-direttiva jew f’direttiva
oħra wara;
(ċ) teħtieġ li xi persuna li jkollha funzjonijiet fir-rigward
ta’ detentur ta’ liċenza titneħħa jew titneħħa u tinbidel
minn persuna oħra li tkun aċċettabbli għall-awtorità
kompetenti;
(d) teħtieġ li skema ta’ investiment kollettiv jew id-
diretturi u l-azzjonisti tagħha, jew il-manager jew it-
  18      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
trustee jew il-kustodju ta’ skema, jew lil-ekwivalenti
tagħhom, li jxolju l-iskema sa dik id-data u skond dik
il-proċedura u disposizzjonijiet oħra li jistgħu jkunu
speċifikati fid-direttiva jew f’direttiva oħra wara;
(e) teħtieġ li detentur ta’ liċenza jew ta’ xi persuna li tkun
jew li kienet tipprovdi, jew li tkun tidher li hi jew li
kienet tipprovdi servizz ta’ investiment jieqaf milli
jkompli jopera u li jxolji skond il-proċeduri u
struzzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati fid-direttiva, li
tista’ wkoll tipprovdi għall-ħatra ta’ persuna sabiex
jieħu pussess u kontroll tad-dokumenti, ta’ l-assi, u tal-
proprjetà  kollha li jappartjenu lil jew li jinsabu fil-
pussess jew kontroll tad-detentur ta’ liċenza jew ta’
dik il-persuna l-oħra.
(3) Is-setgħa li jingħataw direttivi taħt dan l-artikolu għandha
tinkludi s-setgħa li tvarja, tibdel, iżżid ma’ jew tirtira kull direttiva,
kif ukoll is-setgħa li toħroġ direttivi ġodda jew direttivi oħra.
(4) Meta l-awtorità  kompetenti tkun tal-fehma illi ċ-ċirkostanzi
hekk jitolbu, hija tista’ fi kwalunkwe ħin tippubblika kull direttiva
li tkun tat taħt kull provvediment ta’ dan l-artikolu.
Setgħa għal dħul. 16. (1) Kull uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità
kompetenti, li juri jekk mitlub, evidenza ta’ l-awtorità  tiegħu, jista’
jidħol f’post okkupat minn persuna li lilha jkun notifikat avviż taħt
l-artikolu 13 jew li l-affarijiet tagħha jkunu qed jiġu mistħarrġa taħt
l-artikolu 14, sabiex minn hemm jikseb it-tagħrif jew id-dokumenti
meħtieġa b’dak l-avviż, jew xort’oħra għall-finijiet ta’ l-istħarriġ, u
sabiex jeżerċita is-setgħat mogħtija bl-imsemmija artikoli.
(2) Meta persuna li tkun uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-
awtorità  kompetenti jkollha raġuni biżżejjed li taħseb li jekk dak l-
avviż kif imsemmi fis-subartikolu (1) kellu jkun notifikat ma jkunx
se jitħares jew li xi dokumenti li għalih jista’ jirreferi jitneħħew,
ikunu mbagħbsa jew distrutti, l-imsemmija persuna tista’, wara li
turi l-evidenza tagħha, jekk mitluba, tidħol f’kull post imsemmi fis-
subartikolu (1) sabiex minn hemm tikseb kull tagħrif jew
dokumenti speċifikati fl-awtorità , liema tagħrif jew dokumenti
setgħu kienu meħtieġa bis-saħħa ta’ dak l-avviż li hemm imsemmi
fis-subartikolu (1).
(3) Għall-finijiet ta’ kull azzjoni li tittieħed taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-awtorità  kompetenti tista’
titlob l-għajnuna tal-Kummissarju tal-Pulizija, li jista’ għal dan l-
għan jeżerċita dawk is-setgħat li huma vestiti fih sabiex iħares milli
jsiru reati u sabiex jinfurza l-liġi u l-ordni.
KO-OPERAZZJONI MA’ AWTORITÀ  
REGOLATORJA ESTERA
Setgħat li jistgħu 
jitwettqu.
Emendat:
XVII. 2002.149.
17. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ teżerċita dawn is-setgħat
li ġejjin fuq talba ta’ awtorità  regolatorja estera jew bil-għan li
tgħin lil dik l-awtorità :
(a) is-setgħa li timponi, tirrevoka jew tibdel il-
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      19
kundizzjonijiet ta’ l-għoti ta’ liċenza skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(2);
(b) is-setgħa li tħassar jew tissospendi liċenza taħt l-
artikolu 7(1);
(ċ) is-setgħat ta’ inkjesta taħt l-artikolu 13;
(d) is-setgħa li jinħatru spetturi taħt l-artikolu 14;
(e) is-setgħat ta’ intervent taħt l-artikolu 15;
(f) is-setgħat ta’ dħul taħt l-artikolu 16;
(g) is-setgħa li jiġi komunikat lill-awtorità  regolatorja
estera tagħrif li l-awtorità  kompetenti jkollha f’idejha,
sew jekk bħala riżultat ta’ l-eżerċizzju ta’ xi waħda
mis-setgħat imsemmija qabel u sew jekk le.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha teżerċita l-poteri tagħha
bis-saħħa ta’ dan l-artikolu:
(a) meta l-assistenza tkun mitluba mill-awtorità
regolatorja barranija għall-finijiet ta’ l-eżerċizzju ta’
xi waħda jew aktar mill-funzjonijiet regolatorji tagħha;
jew
(b) meta tkun hekk mitluba fil-paramentri tar-rabtiet
internazzjonali li għandha Malta; jew
(ċ) meta tkun hekk mitluba fil-paramentri ta’ rabtiet
assunti f’pattijiet ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali
għall-iskambju ta’ informazzjoni u għamliet oħra ta’
kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji barranin
inkluża talba li ssir taħt memorandum of
understanding li jsir ma’ l-awtorità  kompetenti.
DMIRIJIET TA’ L-UDITURI
Dmir ta’ l-uditur li 
jirrapporta.
Emendat:
XVII. 2002.150.
18. (1) L-uditur ta’ detentur ta’ liċenza jkollu d-dmir
jirrapporta minnufih lill-awtorità  kompetenti kull fatt jew deċiżjoni
li jsir jaf bih fil-kapaċità  tiegħu ta’ uditur ta’ dak id-detentur ta’
liċenza, liema fatt -
(a) x’aktarx iwassal għal kwalifika serja jew rifjut tar-
rapport ta’ l-uditur fuq il-kontijiet ta’ dak id-detentur
ta’ liċenza; jew
(b) jikkostitwixxi jew x’aktarx jikkostitwixxi ksur
materjali tal-ħtiġiet legali jew regolatorji applikabbli
għad-detentur tal-liċenza f’dan l-Att jew taħtu; jew
(ċ) itellef serjament il-kapaċità  tad-detentur ta’ liċenza li
jkompli jmexxi bħala going concern; jew
(d) ikollu x’jaqsam ma’ xi ħaġa oħra li għad tista’ tiġi
preskritta.
(2) Uditur ta’ detentur ta’ liċenza għandu jirrapporta lill-
awtorità  kompetenti kull fatt jew deċizjoni kif speċifikat fis-
subartikolu (1) ta’ kull persuna li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ dak
id-detentur tal-liċenza kif imfisser fl-artikolu 6, jew li jsir jaf bih
fil-kapaċità  tiegħu ta’ uditur tad-detentur tal-liċenza jew tal-
  20      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
persuna li jkollha dawk ir-rabtiet mill-qrib.
(3) Ebda dmir (magħdud id-dmir ta’ segretezza professjonali) li
bih jista’ jkun marbut l-uditur ta’ detentur ta’ liċenza, ma għandu
jitqies bħala li jkun ġie miksur għar-raġuni li huwa jkun wassal in
bona fede lill-awtorità  kompetenti, sew jekk għax mitlub minnha
jew le, xi tagħrif jew fehma fuq xi ħaġa li l-uditur sar jaf biha
minħabba fix-xogħol tiegħu ta’ uditur ta’ dak id-detentur ta’
liċenza u li tkun relevanti għall-funzjonijiet ta’ l-awtorità
kompetenti bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew li
tenħtieġ li tiġi komunikata bis-saħħa tas-subartikolu (1).
(4) Il-ħwejjeġ preskritti għall-finijiet tas-subartikolu (1)(d)
jistgħu jinkludu ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni li ma
jkunux id-detenturi ta’ liċenza.
APPELLI, RIMEDJI, SANZJONIJIET U KONFIDENZJALITÀ
Appelli.
Emendat:
XVII. 2002.151.
Kap. 330.
19. (1) F’dan l-artikolu "it-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji"
tfisser it-Tribunal imwaqqaf taħt l-artikolu 21 ta’ l-Att dwar l-
Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jista’ jsir
appell lit-Tribunal dwar -
(a) kull avviż skond l-artikolu 3(3);
(b) kull nuqqas li jiġi infurmat applikant fil-parametri ta’
l-artikolu 6(6);
(ċ) kull penali amministrattiva imposta taħt l-artikolu
6(9);
(d) kull ċaħda, tibdil, tħassir jew sospensjoni ta’ liċenza
taħt l-artikolu 8(3);
(e) kull deċiżjoni taħt l-artikolu 10(5);
(f) kull deċizjoni li tirrigwarda reklam taħt l-artikolu 11;
(g) kull direttiva mogħtija taħt l-artikolu 15; jew
(h) kull deċiżjoni li ssir dikjarazzjoni pubblika, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25, dwar l-imġieba
ħażina ta’ persuna.
(3) Appell taħt dan l-artikolu jista’ jsir biss għar-raġunijiet li
ġejjin:
(a) li l-awtorità  kompetenti tkun applikat ħażin xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(b) li d-deċiżjoni jew id-direttiva ta’ l-awtorità  kompetenti
tikkostitwixxi abbuż ta’ diskrezzjoni u li tkun
manifestament inġusta, iżda d-diskrezzjoni ta’ l-
awtorità  kompetenti ma tistax, ladarba tkun ġiet
eżerċitata b’mod xieraq, tiġi mistħarrġa mit-Tribunal.
(4) Appell magħmul taħt dan l-artikolu ma jissospendix it-
tħaddim ta’ xi deċiżjoni jew direttiva li minnha jsir l-appell:
Iżda deċiżjoni għat-tħassir ta’ liċenza m’għandhiex tibda
sseħħ qabel ma jgħaddi ż-żmien li fih ikun jista’ jsir appell taħt dan
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      21
l-artikolu u, jekk isir appell matul dak iż-żmien, id-deċiżjoni tibda
sseħħ fid-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal li tiċħad l-appell jew fid-
data meta l-appell jiġi deżert:
Iżda wkoll, id-deċiżjoni li tinħareġ dikjarazzjoni dwar l-
imġieba ħażina ta’ persuna m’għandhiex tiġi pubblikata sakemm
igħaddi ż-żmien li fih ikun jista’ jsir appell bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu u, jekk appell isir f’dak iż-żmien, id-dikjarazzjoni
m’għandhiex tiġi pubblikata qabel id-data tad-deċiżjoni tat-
Tribunal li tiċħad l-appell jew fid-data meta l-appell jiġi deżert.
Ċertu ftehim li ma 
jistax ikun eżegwit.
20. Ftehim ta’ investiment li jsir - 
(a) minn persuna fil-waqt li tkun qed tipprovdi servizz ta’
investiment bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
3; jew
(b) mid-detentur ta’ liċenza għal servizzi ta’ investiment
jew minn persuna eżentata minħabba xi ħaġa li tkun
intqalet jew saret minn persuna fil-waqt li tkun qed
tipprovdi servizz ta’ investiment bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3,
ma jkunx jista’ jiġi nfurzat kontra l-parti l-oħra; u dik il-parti l-oħra
jkollha l-jedd li tieħu lura kull flus imħallsa, jew kull proprjetà  oħra
trasferita minnha taħt il-ftehim, jew meta dik il-proprjetà  ma tkunx
tista’ hekk tintradd lura, dik il-parti jkollha l-jedd li minflokha
tieħu lura l-valur li kellha meta sar il-ftehim, flimkien ma’ kumpens
għal kull telf li tkun ġarrbet minħabba dak il-ħlas jew it-
trasferiment jew minħabba li ma tkunx tista’ tieħu lura l-proprjetà
trasferita u kull qligħ li jista’ jkun sar minħabba li dawk il-flus jew
il-proprjetà  l-oħra kienu ġew trasferiti minnha:
Iżda meta fuq talba għal radd lura taħt dan l-artikolu, il-
qorti tkun sodisfatta li -
(i) f’każ li jaqa’ taħt il-paragrafu (a), il-persuna
hemm imsemmija tkun b’mod raġonevoli ħasbet
li ma kenitx qed tikser l-imsemmi artikolu 3; jew
(ii) f’każ li jaqa’ taħt il-paragrafu (b), id-detentur
tal-liċenza jew persuna eżentata la kien jaf u
lanqas seta’ jkun jaf li l-ftehim kien sar bil-mod
kif imsemmi f’dak il-paragrafu,
il-qorti tista’ tilqa’ li ftehim ta’ investiment li għalih japplika dan l-
artikolu jkun eżegwit u l-flus jew il-proprjetà  mħallsa jew trasferita
bis-saħħa tiegħu jinżammu.
Setgħat tal-qorti 
f’każ li x’aktarx 
ikun hemm 
kontravvenzjoni.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
21. (1) Jekk, fuq rikors ta’ l-awtorità  kompetenti magħmul
lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, l-imsemmija qorti tkun sodisfatta -
(a) li jkun jidher b’mod raġonevoli li persuna tkun se
tisker xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4
jew 11 jew ta’ xi regoli jew regolamenti magħmula
taħtu, jew li tkun se tikser jew tonqos milli tħares xi
kundizzjoni, obbligazzjoni, ħtieġa, direttiva jew ordni
magħmula jew mogħtija taħt xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att; jew
(b) li persuna tkun kisret dik id-disposizzjoni jew tkun
  22      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
kisret jew naqset milli tħares xi kundizzjoni,
obbligazzjoni, ħtieġa, direttiva jew ordni u li jistgħu
jittieħdu passi sabiex ikun hemm rimedju għall-ksur
jew nuqqas,
il-qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet li jidhrilha xierqa biex ma jsirx
il-ksur jew, skond il-każ, biex teħtieġ lill-persuna msemmija fil-
paragrafu (a) jew (b), jew lil kull persuna oħra li fil-fehma tal-qorti
tkun xjentement imdaħħla fil-ksur, biex tieħu dawk il-passi li l-
qorti tista’ tordna.
(2) Jekk, fuq rikors magħmul bis-saħħa tas-subartikolu (1), il-
qorti tkun sodisfatta li persuna tkun daħlet fi transazzjoni bi ksur
ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4 jew 11, il-qorti
tista’ tordna lil dik il-persuna u lil kull persuna oħra li tkun tidher
lill-qorti li kienet persuna xjentement involuta fil-ksur sabiex
jieħdu dawk il-passi hekk kif il-qorti tista’ tordna sabiex
tirrijintegra lill-partijiet fl-istess qagħda li kienu jinsabu fiha qabel
ma tkun saret it-transazzjoni.
(3) Jekk, fuq rikors magħmul taħt is-subartikolu (1), il-qorti
tkun ukoll sodisfatta li -
(a) xi persuna għamlet qligħ b’riżultat tal-ksur; jew
(b) investitur ikun ġarrab telf jew xort’oħra jkun effettwat
ħażin minħabba dak il-ksur,
il-qorti tista’ tordna lill-persuna responsabbli għall-ksur li tħallas
fil-qorti dik is-somma li jidhrilha li tkun ġusta meta tqis l-ammont
tal-profitt, telf jew effett ħażin kif intqal qabel, u tordna li dik is-
somma titħallas kif tordna l-qorti lill-persuni li jkunu għamlu
negozju li mħabba fih ikunu nqalgħu profitti jew ikun iġġarrab telf
jew effetti ħżiena kif intqal qabel.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-qorti tista’ tordna lil kull
persuna li tipproduċi dawk il-kontijiet u li tagħti dak it-tagħrif, li
jkunu verifikati b’dak il-mod, kif il-qorti jidhrilha xieraq.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma bla ħsara għal
kull jedd ta’ kull persuna aggravata li tipproċedi direttament dwar
xi dritt li dik il-persuna jista’ xort’oħra jkollha indipendentement
mill-awtorità  kompetenti.
Reati. 22. (1) Persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4, 9, 10, 11, 13, 15 jew 26 jew ta’
l-artikolu 13 kif applikat bl-artikolu 14, jew ta’ l-artikoli 13, 14 jew
15 kif applikati bl-artikolu 17, jew ta’ kull ordni tal-qorti magħmul
taħt l-artikolu 21 jew ta’ kull regola jew regolament magħmul taħt
l-artikoli 12 jew 31, jew tikser jew tonqos li tħares xi kundizzjoni,
obbligu, ħtieġa, direttiva jew ordni magħmul jew mogħti taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li għall-finijiet ta’, jew b’segwitu ta’, xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew ta’ xi kundizzjoni,
obligazzjoni, ħtieġa, direttiva jew ordni magħmul jew mogħti kif
intqal qabel, tagħti tagħrif jew tagħmel dikjarazzjoni li tkun taf li
ma tkunx preċiża jew li tkun falza jew qarrieqa b’mod materjali,
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      23
jew bi traskuraġni tagħti tagħrif jew tagħmel dikjarazzjoni li ma
tkunx preċiża jew li tkun falza jew qarrieqa b’mod materjali, tkun
ħatja ta’ reat.
(3) Kull persuna li xjentement tieħu sehem fit-tmexxija ta’ xi
servizz ta’ investiment jew ta’ xi attività  minn skema ta’
investiment kollettiv bi ħsieb qarrieqi jew għal għan qarrieqi, tkun
ħatja ta’ reat.
(4) Kull persuna li b’xi dikjarazzjoni, wegħda jew tbassira li
tkun taf li tkun tiżgwida, qarrieqa jew falza, jew b’xi ħabi diżonest
ta’ fatti materjali, jew billi tagħmel bi traskuraġni (sew jekk b’mod
diżonest jew xort’oħra) xi dikjarazzjoni, wegħda jew tbassira li
tkun tiżgwida, qarrieqa jew falza, tipperswadi jew tipprova
tipperswadi lil xi persuna oħra biex tagħmel jew toffrilha biex
tagħmel ftehim ta’ investiment, tkun ħatja ta' reat.
(5) Kull persuna li bil-ħsieb li ma tinqabadx li tkun għamlet
reat taħt dan l-Att tneħħi, tiddistruġġi, taħbi jew b’mod qarrieqi
tibdel xi ktieb, dokument jew xi karta oħra, tkun ħatja ta’ reat.
(6) Kull persuna li xjentement tfixkel persuna milli teżerċita d-
dmirijiet tagħha mogħtija lilha b’dan l-Att tkun ħatja ta’ reat.
Pieni.
ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitejn elf lira jew għal priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn erba’ snin, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien, kemm-il darba dik il-piena ta’ multa jew
priġunerija ma tkunx imposta taħt l-artikolu 12(4).
Proċedimenti 
kriminali.
24. (1) Ebda proċedimenti għal reat taħt dan l-Att ma jinbdew
mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att m’għandhomx jolqtu xi
proċedimenti kriminali li jistgħu jkunu kompetenti taħt xi liġi oħra.
Dikjarazzjoni 
pubblika dwar l-
imgieba ħażina ta’ 
persuna.
25. (1) Jekk l-awtorità  kompetenti jkun jidhrilha li persuna li
jkollha jew kellha liċenza tkun kisret xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regoli u regolamenti
magħmula taħt dan l-Att jew li kisret jew naqset milli tħares xi
kundizzjoni, obbligazzjoni, ħtieġa, direttiva jew ordni magħmula
jew mogħtija taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-
awtorità  kompetenti tista’ tippubblika dikjarazzjoni li tkun tgħid
dan.
(2) Qabel ma tippubblika dikjarazzjoni taħt is-subartikolu (1),
l-awtorità  kompetenti għandha tagħti lill-persuna involuta avviż
bil-miktub tad-dikjarazzjoni proposta u tar-raġunijiet li wassluha
biex tagħmel dan.
(3) Meta r-raġunijiet imsemmija fl-avviż għandhom x’jaqsmu
b’mod speċifiku ma’ ħwejjeġ li -
(a) jirreferu għal persuna msemmija fl-avviż li ma tkunx
il-persuna indirizzata fl-avviż; u
(b) huma fil-fehma ta’ l-awtorità  kompetenti ta’
preġudizzju għal dik il-persuna f’xi kariga jew impieg
li jkollha,
  24      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
l-awtorità  kompetenti għandha, kemm-il darba ma tqisx li ma jkunx
prattiku li timxi b’dak il-mod, tinnotifika kopja ta’ l-avviż lil dik il-
persuna l-oħra.
(4) Avviż li jiġi notifikat lil persuna bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jkun fih ukoll tagħrif
dwar il-jedd ta’ appell li dik il-persuna jkollha bis-saħħa ta’ l-
artikolu 19 u tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5) ta’ dan l-
artikolu.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ l-
artikolu 19, ma’ tmiem żmien xahar mid-data tan-notifika ta’ l-
avviż taħt is-subartikolu (2), jew ta’ kopja ta’ l-avviż taħt is-
subartikolu (3), skond liema tiġi l-iktar tard, l-awtorità  kompetenti
tista’ tippubblika d-dikjarazzjoni proposta u, wara li tiġi
pubblikata, għandha tibgħat kopja lil dik il-persuna u lil kull
persuna li tkun ġiet notifikata kopja ta’ l-avviż taħt is-subartikolu
(3).
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jnaqqsux jew b’xi
mod ieħor jippreġudikaw is-setgħat mogħtija lill-awtorità
kompetenti taħt l-artikolu 15(4).
Konfidenzjalità .
Emendat:
XVII. 2002.152.
Sostitwit:
IV. 2003.176.
26. (1) Tagħrif miksub minn xi persuna għall-finijiet, jew
b’segwitu ta’, xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’
xi regoli jew regolamenti magħmula taħtu, jew fil-qadi ta’ xi
funzjonijiet taħt xi waħda mill-imsemmija disposizzjonijiet, jew
minn awtorità  regolatorja estera, għandu jitqies bħala kunfidenzjali
u protett bid-dmir ta’ segretezza professjonali, u m’għandux ikun
mikxuf lil xi persuna oħra ħlief f’dawn il-każijiet:
(a) każijiet li jaqgħu taħt id-disposizzjonijiet ta’ liġi
kriminali taħt dan l-Att jew taħt xi Att ieħor, inkluż il-
kxif, prevenzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;
(b) f’sommarju jew f’ġabra ta’ tagħrif magħmul b’mod li
ma jkunx jista’ jwassal li tkun aċċertata l-identità  tal-
persuna li għaliha jirreferi; u
(ċ) proċedimenti ċivili jew kummerċjali f’każ ta’
falliment jew xoljiment u stralċ mill-Qorti ta’ detentur
ta’ liċenza, kemm-il darba tali informazzjoni ma
tikkonċernax terzi persuni involuti f’attentati biex
detentur ta’ liċenza jirkupra, u lil dawk il-korpi esteri
responsabbli għall-istralċ u għall-falliment ta’ detentur
ta’ liċenza jew detenturi ta’ awtorizzazzjoni
ekwivalenti minn awtorità  regolatorja estera jew għal
xi proċeduri oħra simili.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)  ma jtellfux il-kxif
ta’ tagħrif, kemm-il darba jinġieb il-kunsens tal-persuna minn min
oriġinat l-informazzjoni -
(a) sabiex jinbdew, jew xort’oħra għall-finijiet ta’
proċedimenti mill-awtorità  kompetenti quddiem xi
qorti taħt dan l-Att;
(b) lill-awdituri meta dak il-kxif kellu jgħin lill-awdituri
fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom taħt l-artikolu 18;
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      25
Kap. 345.
(ċ) lill-Bank Ċentrali ta’ Malta jew lill-Awtorità  dwar l-
Elenku taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, meta tali
informazzjoni tkun meħtieġa mill-Bank jew mill-
Awtorità  dwar l-Elenku fit-twettiq tal-funzjonijiet
rispettivi tagħhom skond il-liġi;
(d) b’risposta għal talba minn, jew bil-għan li tingħata
għajnuna lil, awtorità  regolatorja estera bis-saħħa ta’ l-
artikolu 17; u
(e) lil tali awtorità  oħra regolatorja, ġudizzjarja jew ta’
eżekuzzjoni, lokali jew estera, meta tali kxif ikun
meħtieġ jew mitlub abbażi ta’ kwistjonijiet regolatorji
serji.
MIXXELLANJI
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà . 
Emendat:  
XXV.1995.432.
27. Awtorità  kompetenti u kull membru, uffiċjal jew impjegat
ta’ l-awtorità  kompetenti, u kull persuna oħra maħtura biex taqdi
funzjoni taħt dan l-Att, jew taħt xi regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, ma jkunux responsabbli għal danni
għal xi ħaġa li tkun saret jew li naqset milli ssir fil-qadi jew f’dak li
kien jidher li jkun il-qadi ta’ xi funzjonijiet taħt dan l-Att, jew ta’ xi
regoli jew regolamenti kif intqal qabel, kemm-il darba l-għemil jew
in-nuqqas ma jintweriex li jkun sar jew naqas milli jsir in mala
fede. 
Avviżi, eċċ.
jkun notifikat taħt dan l-Att, jew xi regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, għandu jitqies li jkun ingħata jew li
jkun notifikat kif imiss lil persuna jekk -
(a) ikun konsenjat lilha; jew
(b) ikun tħalla fl-indirizz mogħti minnha lill-awtorità
kompetenti, jew fl-indirizz l-aħħar magħruf tagħha;
jew
(ċ) ikun intbagħtilha bil-posta jew bit-telefax f’xi wieħed
mill-imsemmija indirizzi; jew
(d) fil-każ ta’ korp ta’ persuni, sew jekk morali jew le jew
ta’ skema jew ta’ trust,  jekk ikun ingħata jew ikun
notifikat b’wieħed mill-mezzi msemmija qabel jew lil
segretarju, skrivan, manager, trustee jew lil
ekwivalenti tagħhom, jew lil xi membru tal-korp
amministrattiv jew lil rappreżentant maħtur.
Applikazzjoni ta’ l-
Att dwar il-
Kontroll fuq il-
Kambju.
Kap. 233.
29. L-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju m’għandux japplika
għal transazzjonijiet li jsiru mid-detenturi ta’ liċenza (jew mill-
kumpaniji jew trusts ta’ dawk id-detenturi ta’ liċenza bħalma huma
skemi ta’ investiment kollettiv) ma’ persuni li ma jkunux residenti
f’Malta għall-għanijiet ta’ l-Att imsemmi: 
Iżda d-detentur ta’ liċenza li ma jkunx residenti f’Malta
għall-finijiet ta’ l-imsemmi Att ikun eżenti mid-disposizzjonijiet
ta’ l-Att imsemmi dwar kull passi li jistgħu jittieħdu kif hemm
provdut fl-artikolu 4(3), jew għall-finijiet li d-detentur ta’ liċenza
jiġi jistabbilixxi ruħu f’Malta.
  26      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
Eżenzjonijiet mis-
sigurtà  soċjali u 
mid-dazju ta’ l-
importazzjoni għal 
detenturi ta’ 
liċenza u impjegati 
mhux Maltin.
Kap. 318.
30. (1) L-uffiċjali u l-impjegati mhux Maltin ta’ detentur ta’
liċenza u d-detentur ta’ liċenza huma eżenti mid-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, dwar ħlas li jsir jew li jiġi attribwit
lil dawk l-uffiċjali u l-impjegati mid-detentur ta’ liċenza għal
servizzi mogħtija b’mod esklussiv fil-kwalità  ta’ manager jew fit-
twettiq ta’ funzjoni li teħtieġ kompetenza speċjalizzata li mhux
dejjem wieħed jista’ jsibha f’Malta. 
(2) Sabiex tinkiseb l-eżenzjoni msemmija fis-subartikolu (1),
id-detentur ta’ liċenza għandu japplika lid-Dipartiment għas-
Sigurtà  Soċjali filwaqt li jsemmi min ikunu l-uffiċjali u l-impjegati
involuti flimkien ma’ l-għoti ta’ kull prova li d-dipartiment jista’
jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu jkunu ġew
sodisfatti.
(3) Il-ħwejjeġ u effetti persunali ta’ uffiċjal jew impjegat mhux
Malti ta’ detentur ta’ liċenza li jiġu minnu importati ġewwa Malta,
mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jiġi joqgħod hawn għall-
ewwel darba, ikunu eżenti mid-dazju ta’ importazzjoni:
Iżda d-dazju għandu jitħallas fuq kull ħaġa li tkun ġiet
impurtata mingħajr ħlas ta’ ebda dazju u li tiġi wara mibjugħa,
assenjata jew mod ieħor trasferita lil persuna li tkun residenti
f’Malta.
(4) L-għamara, it-tagħmir u materjal ieħor meħtieġ minn
detentur ta’ liċenza u importat ġewwa Malta għall-użu u għal ħtieġa
tad-detentur ikun eżenti mid-dazju ta’ importazzjoni:
Iżda d-dazju għandu jitħallas fuq kull ħaġa li tiġi importata
mingħajr ħlas ta’ ebda dazju u li tiġi wara mibjugħa, assenjata jew
mod ieħor trasferita lil persuna li tkun residenti f’Malta.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "mhux Malti" tfisser
individwu li mhuwiex ċittadin ta’ Malta, li jkun intbagħat Malta
minn barra jew li jkun ġie ingaġġat direttament minn barra sabiex
huwa jiġi mpjegat minn detentur ta’ liċenza, li xogħolu f’Malta
huwa wieħed ta’ xorta temporanja u li jkun żamm il-qofol ta’ l-
interess ekonomiku tiegħu barra minn Malta.
Kontinwazzjoni ta’ 
korp maqgħud 
barrani.
Sostitwit:
XVII. 2002.153.
31. (1) Korp magħqud, format, inkorporat jew reġistrat
f’pajjiż barra minn Malta (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"korp magħqud barrani") u li jkun qed imexxi negozju ta’ skema ta’
investiment kollettiv, li jkun simili fix-xorta tiegħu bħala korp
magħqud kif magħruf taħt il-liġijiet ta’ Malta (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "korp magħqud lokali") u li kien, kieku kien korp
magħqud lokali bħal dak, jikkwalifika biex ikun awtorizzat jew
rikonoxxut bħala skema ta’ investiment kollettiv taħt dan l-Att,
jista’ bla ħsara għall-approvazzjoni jew awtorizzazzjoni speċifika
ta’ l-awtorità  kompetenti, ikollu kontinwazzjoni bħala skema ta’
investiment kollettiv taħt dan l-Att u taħt il-liġijiet applikabbli ta’
Malta.
(2) Il-kontinwazzjoni ta’ korp magħqud barrani ma għandhix
isseħħ kemm-il darba dik il-kontinwazzjoni (jew proċess simili,
magħduda konverżjoni) ma tkunx permessa mil-liġijiet applikabbli
tal-ġurisdizzjoni barranija u tkun skond dawk id-dispożizzjonijiet
tagħhom biex isseħħ dik il-kontinwazzjon (jew proċess simili).
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      27
(3) Kontinwazzjoni tista’ sseħħ biss jekk tkun permessa bl-
istatut jew bl-istrument tal-korp magħqud barrani biex hekk
tkompli, u jekk tkun approvata skond il-proċedura, jekk ikun
hemm, stabbilita fih jew fil-liġi applikabbli tal-ġurisdizzjoni
barranija għal dan l-għan.
(4) Il-kontinwazzjoni ta’ korp magħqud barrani bħala korp
magħqud lokali għandha tingħata effett b’istrument ta’
kontinwazzjoni li jkun fih, b’żieda mad-dikjarazzjonijiet dwar il-
kontinwazzjoni, l-ekwivalenti ta’ memorandum u statut jew
dokument kostitwenti ekwivalenti kif jista’ jkun meħtieġ b’dan l-
Att jew liġijiet oħra applikabbli ta’ Malta għar-reġistrazzjoni ta’
dak il-korp magħqud skond ix-xorta tal-korp magħqud lokali li fih
ikun se jiġi kontinwat, u li juri mid-dehra tiegħu li l-kontinwazzjoni
tkun ġiet approvata kif provvdut f’dan l-artikolu.
(5) Il-konsenja ta’ l-istrument ta’ kontinwazzjoni lir-
Reġistratur tal-Kumpaniji għandha, għall-finijiet kollha tal-liġijiet
ta’ Malta, tkun ekwivalenti għall-konsenja ta’ att ta’ soċjeta’ jew
memorandum u statut ta’ kumpanija, skond il-każ, daqslikieku kien
korp magħqud li se jiġi reġistrat taħt dan l-Att, u r-Reġistratur
għandu hekk jittrattah.
(6) Mal-konsenja ta’ l-istrument ta’ kontinwazzjoni u r-
reġistrazzjoni tiegħu taħt dan l-Att il-korp magħqud għandu jieqaf
milli jkun korp magħqud taħt il-ġurisdizzjoni tar-reġistrazzjoni
preċedenti u jkompli l-eżistenza korporali tiegħu taħt il-liġijiet ta’
Malta, u għandu jżomm l-assi, id-drittijiet u l-obbligi kollha
tagħha.
(7) Meta l-imsemmija kontinwazzjoni tagħti d-dritt jew teħtieġ
lil korp magħqud biex jifdi l-interess ta’ persuni dissidenti li l-
approvazzjoni tagħhom tkun meħtieġa, dak l-interess jista’ jiġi
mifdi b’dawk il-pattijiet li jistgħu jkunu miftehma jew kif il-qrati
f’Malta jistgħu, fuq talba ta’ kull parti, jiddeċiedu.
(8) (a) Korp magħqud lokali li jkun qed imexxi negozju bħala
skema ta’ investiment kollettiv awtorizzat jew li
xort’oħra jaqa’ taħt it-tifsir ta’ dan l-Att, jista’, suġġett
għall-approvazzjoni u awtorizzazzjoni speċifika ta’ l-
awtorità  kompetenti, ikollu kontinwazzjoni bħala korp
magħqud barrani, u d-dispożizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.
(b) Korp magħqud lokali ma jieqafx milli jkun korp
magħqud lokali suġġett għall-ġuriżdizzjoni Maltija
sakemm ir-Reġistratur ma jkunx irċieva avviż bil-
miktub tal-kontinwazzjoni (jew proċess ieħor)
magħmula kif intqal qabel u jekk u sakemm ma jkunx
sodisfatt li l-ħtiġiet ta’ dan l-artikolu jkunu tħassru, ir-
Reġistratur ma jkunx irreġistra dik il-kontinwazzjoni u
jkun, bħala konsegwenza ta’ dan u bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu, ħassar l-isem tal-kumpanija minn fuq ir-
reġistru.
(9) Il-Ministru jista, fuq il-parir ta’ l-awtorità  kompetenti,
jaghmel regolamenti għat twettiq aħjar tad-dispożizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu.
  28      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
Emendata:
A.L. 46 ta’ l-1999;
XVII. 2002.154.
L-EWWEL SKEDA 
Servizzi 
1. Negozju bħala Prinċipal jew Aġent
Xiri, bejgħ, sottoskrizzjoni jew underwriting ta’ dokumenti
bħala prinċipal jew bħala aġent.
2. Arranġamenti biex isir Negozju
Arranġamenti biex persuna oħra tixtri, tbiegħ, tissottoskrivi
jew tagħmel underwriting ta’ dokumenti. 
3. Amministrazzjoni ta’ Investimenti
Amministrazzjoni jew ftehim għall-amministrazzjoni ta’ assi
li jkunu proprjetà  ta’ persuna oħra jekk dawk l-assi
jikkonsistu minn jew jinkludu dokument wieħed jew iktar
jew l-arranġamenti għall-amministrazzjoni tagħhom ikun
hekk li l-persuna li tamministra jew li tiftiehem li
tamministra dawk l-assi jkollha diskrezzjoni biex tinvesti xi
wħud minn dawk l-assi f’dokument wiehed jew iktar.
4. Trustee, Kustodju jew Detentur Nominee
(a) Xogħol bħala trustee,  kustodju jew detentur nominee
ta’ dokument, jew ta’ attività  permezz ta’ xi dokumenti
jew li jirriżultaw minnu meta il-persuna li tagħmel ix-
xogħol bħala trustee,  kustodju jew detentur nominee
tagħmel dan bħala parti mill-preżentazzjoni ta’ xi
wieħed mis-servizzi ta’ investiment stipulati fil-
paragrafi 1, 2, 3, 5 jew 6 ta’ din l-Iskeda; jew 
(b) Tiżmim ta’ dokument jew l-attivi ta’ rappreżentar li
żżomm xi dokument bħala nominee, meta l-persuna li
tagħmel ix-xogħol bħala nominee tagħmel dan f’isem
persuna oħra li tagħti servizz ta’ investiment stipulat
f’din l-Iskeda, jew f’isem klijent ta’ din il-persuna, u
dan ix-xogħol bħala nominee isir għar-rigward ta’ dan
is-servizz ta’ investiment; jew 
(ċ) Xogħol bħala trustee jew kustodju għar-rigward ta’
skema ta’ investiment kollettiv.
5. Pariri fuq Investiment
Li tagħti, jew li toffri li tagħti jew li tiftiehem li tagħti, lil
persuni fil-kwalità  tagħhom ta’ investituri jew investituri
potenzjali:
- parir fuq dak li jagħmlu meta jixtru, ibiegħu,
jissottoskrivu jew jagħmlu underwriting ta’ dokument
sabiex jiksbu, jiddisponu jew jagħmlu underwriting
jew jikkonvertu dokument; jew
- parir dwar skema jew arranġament li jinvolvu
dokument.
6. Stockbroking
It-tmexxija tal-kummerċ ta’ xiri, bejgħ jew in-negozju b’mod
ieħor ta’ strumenti kwotati fuq exchange ta’ investimenti
  SERVIZZITA’INVESTIMENT   ġ K AP. 370.      29
rikonoxxut għal jew għan-nom ta’ terzi persuni.
Emendata:
A.L. 191 ta’ l-
1998;
XVII. 2002.155.
IT-TIENI SKEDA
Dokumenti
1. (1) Titoli, inklużi azzjonijiet u stock f’kapital ta’
kumpannija, debentures, debenture stock, loan stock, certificates of
deposit, bonds, notes u kull strumenti oħra li joħolqu jew
jirrikonoxxu debitu.
(2) Ċertifikati jew strumenti oħra li joħolqu jew jirrikonoxxu
debitu u li mal-ħruġ tagħhom jagħtu d-dritt li ssir talba għad-debitu
maħluq jew rikonoxxut minnhom f’xi żmien fil-futur, suġġett
għall-kondizzjoni li t-talba li ssir taħthom tista’ titnaqqas taħt il-
valur jew prezz taċ-ċertifikati jew strumenti fil-ħin tal-ħruġ.
(3) Is-subartikolu (1) ta’ hawn fuq ma japplikax għal -
(a) xi strument li jirrikonoxxi jew joħloq debitu għall-
kunsiderazzjoni pagabbli taħt kuntratt għall-provvista
ta’ oġġetti jew servizzi, jew għal flus mislufa biex
titħallas l-imsemmija kunsiderazzjoni;
(b) ċekk jew kambjala oħra, draft tal-bank jew ittra ta’
kreditu; jew
(ċ) karta tal-flus, prospett li juri bilanċ f’kont kurrenti, ta’
depożitu jew ta’ tifdil jew (minħabba xi obbligu
finanzjarju li jkun jinsab fiha) għal kiri jew
disponiment ieħor ta’ proprjetà , jew kuntratt ta’
assigurazzjoni, barra minn kuntratt ta’ xorta
speċifikata fl-artikolu 7 ta’ din l-Iskeda. 
2. Unitajiet fi skema ta’ investiment kollettiv.
3. Warrants, options,  ċertifikati jew strumenti oħra, inkluż
kull record sew jekk f’forma ta’ dokument sew jekk le, li jagħti l-
jedd lid-detentur tiegħu biex jissottoskrivi għal, jakkwista, ibiegħ
jew xort’oħra jiddisponi minn, jagħmel underwriting ta’, jew
jikkonverti xi strument jew interess f’xi strument li jaqa’ taħt din l-
Iskeda, jew għal xi flus.
4. Ċertifikati jew strumenti oħra li jagħtu drittijiet ta’
proprjetà  dwar xi strument li jaqa’ taħt din l-Iskeda.
5. Futures u kuntratti ta’ kambju barrani li jsiru għal finijiet
ta’ investiment jew kambju miksub jew miżmum għal skopijiet ta’
investiment.
6. Drittijiet taħt kuntratt għal differenzi jew taħt xi kuntratt
ieħor li l-għan tiegħu jew l-għan maħsub tiegħu huwa li jiżgura
profitt jew jevita telf b’riferenza għal varjazzjoni fil-valur jew fil-
prezz ta’ proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni jew f’indiċi jew f’fattur
ieħor maħsub għal dak l-għan fil-kuntratt.
  30      KAP. 370. ħ          SERVIZZITA’INVESTIMENT
Kap. 403.
7. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, drittijiet taħt kuntratt li l-għemil u twettiq tiegħu
jikkostitwixxi kummerċ ta’ l-assigurazzjoni skond kif imfisser fil-
klassi III, linked long term, taħt id-deskrizzjoni tal-klassijiet ta’
kummerċ fit-tul li hemm fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni.
(2) Meta d-disposizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni
jkunu tali li l-għemil u t-twettiq tal-kuntratt -
(a) jikkostitwixxu kemm kummerċ fit-tul skond kif
imfisser f’dik l-Iskeda kif ukoll kummerċ ġenerali
skond kif imfisser fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dak l-
Att; jew
(b) bis-saħħa tas-subartikolu (3) ta’ l-artkolu 5 ta’ dak l-
Att jikkostitwixxi kummerċ fit-tul minkejja li jkollu
nklużi fih disposizzjonijiet sussidjarji ta’ kummerċ
ġenerali,
riferenzi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu dwar drittijiet u
benefiċċji taħt il-kuntratt ikunu biss riferenzi għal dawk id-drittijiet
u benefiċċji hekk kif joħorġu mid-disposizzjonijiet tal-kuntratt
relatat ma’ kummerċ fit-tul.
(3) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma japplikax għal
drittijiet taħt kuntratt ta’ rijassigurazzjoni.
(4) Drittijiet li jaqgħu taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ma għandhomx jitqiesu li jaqgħu taħt l-artikolu 6 ta’ din l-Iskeda.
