KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      1
KAPITOLU 371
ATT DWAR IL-KUMMERĊ BANKARJU
Biex jirregola l-kummerċ bankarju.
15 ta’ Novembru, 1994
L-ATT XV ta’ l-1994 u ġie emendat bl-Atti XXIV u XXV ta’ l-1995, VI ta’
l-2001, XVII ta’ l-2002, u IV u IX ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor. 
Bankarju.
Tifsir. 
Emendat: 
XXIV.1995.362;
XXV.1995.434;
XVII. 2002.157;
IX. 2003.76.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"awtorità  kompetenti" tfisser il-korp imsemmi fl-artikolu 3(2);
"azzjoni ta’ ekwità " tfisser azzjoni nominali f’kumpannija meta
l-holding ta’ azzjonijiet ikun jintitola lill-azzjonista għall-jedd li
jivvota, għall-profitti disponibbli lill-azzjonisti għad-distribuzzjoni
u għall-attiv disponibbli għad-distribuzzjoni waqt l-istralċ tal-
kumpannija, u "holding ta’ azzjonijiet ta’ ekwità  " għandha
tiftiehem skond hekk;
Kap. 204.
"Bank Ċentrali" tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta kif definit bl-
Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
"bank" jew "istituzzjoni ta’ kreditu" tfisser kull persuna li
tagħmel kummerċ bankarju, u, kemm-il darba ma jiġix dikjarat
xort’oħra, tinkludi istituzzjoni ta’ flus elettroniċi;
"depożitu" tfisser somma ta’ flus imħallsa fuq il-patti li taħtha
tkun se titħallas lura, bi jew mingħajr imgħax jew premium u jew
fuq talba jew fi żmien jew f’ċirkostanzi miftehma minn jew f’isem
il-persuna li tagħmel il-ħlas u l-persuna li tirċievi l-ħlas;
"direttiva bankarja" tfisser direttiva maħruġa minn awtorità
kompetenti li tkun tirregola istituzzjonijiet ta’ kreditu, b’esklużjoni
ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi;
"direttiva dwar exposures kbar" tfisser direttiva li l-awtorità
kompetenti, tista’ toħroġ biex tirregola exposures kbar; 
"direttiva ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi" tfisser direttiva
maħruġa mill-awtorità  kompetenti biex tirregola istituzzjonijiet ta’
flus elettroniċi;
"direttur" tinkludi individwu li jkun jokkupa l-pożizzjoni ta’
direttur ta’ kumpannija, imsejjaħ b’isem ikun li jkun, li jkollu s-
setgħa li jmexxi sostanzjalment l-istess funzjonijiet relattivi għad-
direzzjoni tal-kumpannija bħal dawk magħmula minn direttur u
relattivament għal kumpannija reġistrata jew inkorporata barra
minn Malta tinkludi membru ta’ bord jew aġent jew rappreżentant
lokali ta’ dik il-kumpannija;
"faċilità  ta’ kreditu" tfisser it-tislif ta’ somma ta’ flus b’avvanz,
overdraft jew self jew xi linja oħra ta’ kreditu inkluż l-iskontar ta’
  2      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
kambjali u promissory notes, garanziji, indennizzi, aċċettazzjonijiet
u kambjali mdawra b’avall;
"fergħa" tfisser fond ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, li ma jkunx l-
uffiċċju prinċipali, minn fejn jitmexxa kummerċ bankarju;
"flus elettroniċi'' tfisser il-valur monetarju kif rappreżentat minn
talba fuq min joħroġ dawk il-flus li jkunu:
(i) maħżuna fuq mezz elettroniku; u
(ii) maħruġa mar-riċeviment ta’ fondi f’ammont li
ma jkunx inqas fil-valur mill-valur monetarju
maħruġ; u
(iii) aċċettati bħala mezz ta’ ħlas minn impriżi li ma
jkunux min joħroġ il-flus;
"funzjonarju", relattivament għal kumpannija, tinkludi direttur,
soċju, manager jew segretarju ta’ kumpannija jew kull persuna li
tkun effettivament taġixxi f’dik il-kariga kemm jekk tkun ġiet
maħtura formalment jew le;
Kap. 386.
"holding company" għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija lill-
kliem "parent company" fl-Att dwar Kumpanniji; 
"holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet" tfisser holding ta’
azzjonijiet ta’ ekwità  dirett jew indirett ta’ għall-inqas 10 fil-mija
ta’ l-azzjonijiet ta’ ekwità  ta’ kumpannija; iżda meta d-drittijiet
miżmuma kwantu għall-perċentaġġ ta’ voti, għall-profitti
disponibbli għad-distribuzzjoni u għad-drittijiet għall-attiv
disponibbli għad-distribuzzjoni waqt stralċ relattivament għal dawk
l-azzjonijiet ta’ ekwità  ma jkunux identiċi, il-figura perċentwali l-
aktar għolja għandha titqies li tkun il-perċentaġġ ta’ l-azzjonijiet
ta’ ekwità  miżmuma, u "azzjonista kwalifikattiv" għandha
tiftiehem skond hekk;
"holding sinifikanti ta’ azzjonijiet" tfisser holding ta’ azzonijiet
ta’ ekwità  dirett jew indirett ta’ għall-inqas 5 fil-mija iżda mhux
iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-azzjonijiet ta’ ekwità  ta’ kumpannija;
iżda meta d-drittijiet miżmuma kwantu għall-perċentaġġ ta’ voti,
għall-profitt disponibbli għad-distribuzzjoni u għad-drittijiet għall-
attiv disponibbli għad-distribuzzjoni waqt stralċ relattivament għal
dawk l-azzjonijiet ta’ ekwità  ma jkunux identiċi, il-figura
perċentwali l-aktar għolja għandha titqies li tkun il-perċentaġġ ta’
l-azzjonijiet ta’ ekwità  miżmuma, u "azzjonista sinifikanti"
għandha tiftiehem skond hekk;
"istituzzjoni ta’ flus elettroniċi" tfisser kull persuna, barra minn
istituzzjoni ta’ kreditu, li toħroġ mezzi ta’ ħlas fil-forma ta’ flus
elettroniċi;
"kontroll" hija s-setgħa biex jiġu stabbiliti b’xi mod il-policies
finanzjarji u operattivi ta’ korp ġuridku, is-setgħa li jinħatru jew
jitneħħew il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi jew ta’
korp governanti ekwivalenti u s-setgħa li jintefgħu l-maġġoranza
tal-voti f’laqgħa tal-bord tad-diretturi jew korp governanti ieħor;
"kontrollur" hija persuna li, waħedha jew flimkien ma’ oħrajn,
teżerċita kontroll relattivament għal korp ġuridiku;
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      3
"korp ġuridiku" tfisser korp ta’ persuni li jkollu personalità
ġuridika distinta minn dik tal-membri tiegħu;
"kummerċ bankarju" tfisser il-kummerċ ta’ persuna li kif
speċifikat fis-subartikolu (2) taċċetta depożitu ta’ flus mill-
pubbliku li jistgħu jiġu rtirati jew imħallsa lura fuq talba jew wara
perijodu stabbilit jew wara avviż jew li tissellef jew tiġbor flus
mingħand il-pubbliku (inkluż is-self jew ġbir ta’ flus bil-ħruġ ta’
obbligazzjonijiet jew stock ta’ obbligazzjonijiet jew strumenti oħra
li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn), f’kull każ bl-iskop li dawk il-flus
jintużaw kollha jew f’parti billi jkunu mislufa lil terzi jew xort’oħra
jkunu investiti akkont u għar-riskju tal-persuna li taċċetta dawk il-
flus; 
Kap. 386.
"kumpannija" tfisser soċjetà  anonima kostitwita f’Malta skond l-
Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali* jew l-Att dwar
Kumpanniji jew kwalunkwe liġi li tista’ tkun isseħħ minn żmien
għal żmien, jew kumpannija reġistrata jew inkorporata barra minn
Malta skond il-liġijiet ta’ kwalunkwe pajjiż kemm-il darba dik il-
kumpannija, jekk mhux kostitwita f’Malta, tkun tikkwalifika biex
tkun hekk reġistrata jew inkorporata taħt il-liġijiet ta’ Malta;
"liċenza", relattivament għall-kummerċ bankarju, tfisser liċenza
mogħtija skond dan l-Att;
"manager" tfisser persuna mogħtija l-inkarigu tal-kummerċ jew
ta’ parti mill-kummerċ ta’ kumpannija jew xort’oħra li jkollha rwol
sostanzjali ta’ sorveljanza bis-setgħa li tagħmel deċiżjonijiet ta’
policy u deċiżjonijiet esekuttivi għan-nom tal-kumpannija;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi; 
Kap. 373.
kontra Money Laundering;
"persuni konnessi" tfisser il-persuni definiti bħala tali f’direttiva
ta’ exposures kbar;
"qorti" tfisser il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili;
"rabtiet mill-qrib" tirreferi għal sitwazzjoni fejn żewġ persuni
jew iktar ikollhom rabta:
(a) bil-parteċipazzjoni, permezz ta’ proprjetà  diretta jew
permezz ta’ kontroll ta’ għoxrin fil-mija jew iktar tal-
jeddijiet tal-voti jew tal-kapital ta’ korp ġuridiku; jew
Kap. 386.
(b) bil-kontroll, permezz ta’ relazzjoni bejn impriża
ċentrali u impriża sussidjarja kif imfisser fl-artikolu
2(2) ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji; jew
(ċ) permanenti ma’ l-istess persuna unika permezz ta’
relazzjoni ta’ kontroll;
Kap. 386.
dwar Kumpanniji;
Kap. 386.
"sussidjarju" għandha l-istess tifsira mogħtija lill-kliem "azjenda
sussidjarja" fl-Att dwar Kumpanniji;
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
  4      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
Kap. 330.
"Tribunal għal-Servizzi Finanzjarji" jew "it-Tribunal" tfisser it-
Tribunal għal Servizzi Finanzjarji stabbilit taħt l-Att dwar l-
Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta;
"uffiċċju rappreżentattiv" tfisser, relattivament għal korp
ġuridiku, korp mhux ġuridiku jew assoċjazzjoni kostitwita skond
jew li teżisti taħt il-liġijiet ta’ pajjiż barrani, fond f’Malta li minnu
jiġi promoss jew mgħejjun b’xi mod il-kummerċ bankarju, u
relattivament għal korp ġuridiku, korp mhux ġuridiku jew
assoċjazzjoni kostitwita skond u li teżisti taħt il-liġijiet ta’ Malta,
fond barra minn Malta li minnu jiġi promoss jew mgħejjun b’xi
mod il-kummerċ bankarju.
(2) Persuna għandha titqies li tkun qed taċċetta depożiti ta’ flus
jekk, tant bħala prinċipal kemm bħala aġent, taċċetta mingħand il-
pubbliku depożiti ta’ flus bħala parti regolari mill-kummerċ tagħha,
jew jekk, tant bħala prinċipal kemm bħala aġent, tagħmel avviżi
jew stediniet għal dawk id-depożiti, mingħajr ma jittieħed kont tal-
patti u l-kundizzjonijiet li taħthom dawk id-depożiti jkunu ġew
mistiedna jew riċevuti u mingħajr ma jittieħed kont dwar jekk
ċertifikati jew dokumenti oħra jkunux maħruġa relattivament għal
xi depożiti tali:
Iżda l-aċċettazzjoni ta’ flus kontra xi ħruġ ta’
obbligazzjonijiet jew stock ta’ obbligazzjonijiet jew dokumenti
oħra li joħolqu jew jirrikonoxxu djun offruti lill-pubbliku skond xi
liġi li tkun isseħħ f’Malta ma għandhiex titqies minnha nnifisha li
tikkostitwixxi aċċettazzjoni ta’ depożiti ta’ flus għall-finijiet ta’
dan l-Att:
Iżda wkoll ir-riċeviment ta’ fondi minn istituzzjonijiet ta’
flus elettroniċi għall-fini tal-flus elettroniċi ma jikkostitwix
aċċettazzjoni ta’ depożiti jew fondi oħra li għandhom jitħallsu lura
jekk il-fondi riċevuti jkunu immedjatament mibdula fi flus
elettroniċi.
(3) Ħlief kif espressament provdut xort’oħra f’dan l-Att, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għall-
istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi.
(4) L-attivitajiet kummerċjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu barra
minn istituzzjoni ta’ flus elettroniċi, jistgħu, barra l-kummerċ
bankarju, jinkludi xi waħda jew l-attivitajiet kollha addizzjonali
mniżżla fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att kif jista’ jiġi stabbilit mill-
awtorità  kompetenti.
(5) L-attivitajiet kummerċjali ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi
jkunu ristretti għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi:
Iżda suġġett għal liċenza mogħtija għal hekk mill-awtorità
kompetenti dawk l-attivitajiet jistgħu wkoll ikunu estiżi għal:
(i) il-provdiment ta’ servizzi finanzjarji jew mhux
finanzjarji b’rabtiet mill-qrib bħall-
amministrazzjoni ta’ flus elettroniċi bl-egħmil
ta’ funzjonijiet operattivi u funzjonijiet anċillari
oħra li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ tagħom, u
l-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’
ħlas iżda l-għoti ta’ xi forma ta’ kreditu; u
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      5
(ii) il-ħażna ta’ data fuq il-mezz elettroniku f’isem
persuni jew istituzzjonijiet pubbliċi oħra.
Setgħat u dmirijiet 
tal-Ministru. 
Emendat:
XVII. 2002.158.
3. (1) Il-Ministru għandu b’ordni fil-Gazzetta jinnomina korp
biex ikun l-awtorità  kompetenti għall-finijiet ta’ dan l-Att sabiex
jesegwixxi l-funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan l-Att.
Dan il-korp għandu jiġi nominat għal dak il-perijodu li l-Ministru
jista’ jistabbilixxi u l-Ministru għandu jkollu s-setgħa f’kull żmien
li jtawwal, iġedded jew itemm dik in-nomina b’ordni fil-Gazzetta.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel ir-regolamenti li jkunu meħtieġa
biex jagħti effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
jista’ jemenda jew jirrevoka dawk ir-regolamenti.
(3) (a) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità
kompetenti u l-Bank Ċentrali, jekk ikun jidhirlu
spedjenti l-interess pubbliku li jagħmel hekk b’ordni
pubblikat fil-Gazzetta jiddikjara xi ġurnata jew ġranet
bħala vaganza jew vaganzi tal-banek.
(b) F’kull ġurnata dikjarata bħala vaganza tal-banek skond
dan l-artikolu sew jekk il-ġurnata tkun vaganza
pubblika sew jekk ma tkunx, ebda bank ma għandu
jagħmel xi xogħol mal-pubbliku ħlief safejn ikun
permess bl-ordni.
Setgħat u dmirijiet 
ta’ l-awtorità  
kompetenti.
Emendat:
XVII. 2002.159.
4. (1) Għandu jkun id-dmir ta’ l-awtorità  kompetenti li
tesegwixxi l-funzjonijiet preskritti b’dan l-Att, li tassigura li l-
istituzzjonijiet ta’ kreditu li jagħmlu kummerċ f’Malta jħarsu dan l-
Att, ir-regolamenti u direttivi maħruġa taħt dan l-Att u l-
kondizzjonijiet tal-liċenzi tagħhom. Bis-saħħa ta’ dak id-dmir l-
awtorità  kompetenti għandha f’kull żmien tagħti dik il-
koperazzjoni lill-Bank Ċentrali li l-Bank Ċentrali jkun jeħtieġ fit-
twettiq tad-dmirijiet tiegħu.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel id-direttivi bankarji u
direttivi ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettronici li jkunu meħtieġa
biex tagħti effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
L-awtorità  kompetenti tista’ temenda jew tirrevoka dawk id-
direttivi, u tista’ f’direttivi ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi
tipprovdi li xi disposizzjoni li tkun tinsab f’xi direttiva bankarja kif
jista’ jiġi speċifikat tkun tapplika wkoll għal istituzzjonijiet ta’ flus
elettroniċi.
(3) Id-direttivi bankarji u direttivi ta’ istituzzjonijiet ta’ flus
elettronici u kull emenda jew revoka tagħhom għandhom jiġu
mgħarrfa lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu uffiċjalment u l-awtorità
kompetenti għandha tagħmel kopji tagħhom disponibbli għall-
pubbliku.
(4) Direttivi bankarji u direttivi ta’ istituzzjonijiet ta’ flus
elettronici li jimponu xi obbligazzjoni jew ħtieġa fuq il-pubbliku
għandhom isiru b’regolamenti skond l-artikolu 3(2).
Liċenzi għal 
attivitajiet 
bankarji. 
Emendat:
XVII. 2002.160.
5. (1) Ebda kummerċ bankarju jew ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi
ma għandu jsir f’Malta jew minn Malta ħlief minn kumpannija li
jkollha liċenza mogħtija taħt dan l-Att mill-awtorità  kompetenti.
  6      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
(2) Fil-każ ta’ dubbju raġonevoli dwar jekk kummerċ bankarju
jew l-aċċettazzjoni ta’ depożiti jew il-ħruġ ta’ flus elettroniċi jkunx
jew ma jkunx qed isir f’Malta jew minn Malta minn xi persuna, il-
kwistjoni għandha tiġi deċiża b’mod finali mill-awtorità
kompetenti.
(3) L-għoti ta’ liċenza għandu jkun suġġett għal dritt annwali li
l-awtorità  kompetenti tista’ tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
(4) L-awtorità  kompetenti tista’ teżenta l-applikazzjoni ta’ xi
waħda jew kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
direttivi ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi għal istituzzjonijiet
ta’ flus elettroniċI f’każijiet meta -
(a) l-attivitajiet kummerċjali totali ta’ l-istituzzjoni dwar
il-ħruġ ta’ flus elettroniċi jiġġeneraw ammont totali ta’
passiv finanzjarju relatat ma’ flus elettroniċi pendenti
li ma jkunx iżjed minn żewġ miljun u ħames mitt elf
lira Maltin; jew
(b) il-flus elettroniċi maħruġa mill-istituzzjoni jkunu
aċċettati bħala mezz ta’ ħlas biss minn xi sussidjarji ta’
l-istituzzjoni li jkun u jagħmlu funzjonijiet operattivi
jew funzjonijiet anċillari oħra relatati ma’ flus
elettroniċi maħruġa jew imqassma mill-istituzzjoni, xi
kumpanija ċentrali ta’ l-istituzzjoni jew xi sussidjarji
oħra ta’ dik il-kumpanija ċentrali; jew
(ċ) flus elettroniċi maħruġa mill-istituzzjoni jkunu
aċċettati bħala ħlas biss minn numru limitat ta’
intrapriżi, li jkunu distinti b’mod ċar minħabba:
(i) il-lokazzjoni tagħhom fl-istess post jew area
lokali limitata oħra; jew
(ii) ir-rabtiet tagħhom mill-qrib finanzjarji jew
kummerċjali ma’ l-istituzzjoni li taħroġhom,
bħala skema komuni ta’ bejgħ jew
distribuzzjoni:
Iżda l-arranġamenti kontrattwali li fuqhom
ikunu bażati għandhom jipprovdu li l-mezz ta’
ħażna elettronika li jkun għad-dispożizzjoni tad-
detenturi sabiex jagħmlu l-ħlasijiet ikun suġġett
għal ħażna massima ta’ ammont li ma jkunx
iżjed minn sittin lira Maltin.
(5) Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li jkunu ġew eżentati
mill-applikazzjoni ta’ xi waħda jew kull waħda mid-
dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ xi direttivi ta’ istituzzjonijiet ta’
flus elettroniċi għandhom jirrapportaw perjodikament, kif l-
awtorità  kompetenti għandha tistabbilixxi, fuq l-attivitajiet
tagħhom inkluż l-ammont totali tar-responsabbilitajiet finanzjarji
dwar il-flus elettroniċi.
(6) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-awtorità
kompetenti, jistabbilixxi jew jirrikonoxxi forom oħra ta’ proċeduri
ta’ awtorizzazzjoni u notifikazzjoni, bla ħsara għal dawk il-
kondizzjonijiet, żidiet, adattamenti u modifikazzjonijiet u
eżenzjonijiet li jistgħu jiġu ordnati; u jistgħu jsiru provvedimenti
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      7
differenti għal każijiet jew klassijiet ta’ każijiet differenti, taħt
dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu ordnati, filwaqt li
jitqiesu l-obbliġi internazzjonali ta’ Malta.
Applikazzjoni għal 
liċenza. 
Emendat:
XVII. 2002.161.
6. (1) Kull kumpannija li tixtieq tibda kummerċ bankarju jew
li toħroġ flus elettroniċi f’Malta għandha, qabel ma tibda xi
kummerċ tapplika bil-miktub lill-awtorità  kompetenti għal liċenza
skond dan l-Att.
(2) L-applikazzjonijiet kollha għal liċenza għandhom ikunu
f’dik il-forma u għandu jkollhom magħhom dik l-informazzjoni, u
għandhom ikunu skond il-ħtiġiet kif jista’ jiġi presskritt minn
żmien għal żmien minn direttiva bankarja u, jew, direttiva ta’
istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi u applikazzjoni tista’ tiġi rtirata
biss b’avviż bil-miktub lill-awtorità  kompetenti fi żmien qabel l-
għoti jew ċaħda tal-liċenza.
(3) L-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tordna lil
kull persuna biex tipprovdi dik l-informazzjoni li hija tqis meħtieġa
għad-deċiżjoni ta’ applikazzjoni għal liċenza u għad-deċiżjoni ta’
jekk liċenza għandhiex tiġi ristretta jew revokata.
Hrug ta’ liċenza.
Emendat:
XVII. 2002.162;
IV. 2003.178.
7. (1) Ebda kumpannija ma għandha tingħata liċenza kemm-il
darba -
(a) il-fondi tal-kumpannija stess kemm jekk f’liri Maltin
jew fi flus oħra aċċettabbli għall-awtorità  kompetenti,
ma jkunux jammontaw għal inqas mill-valur ta’ żewġ
miljun lira Maltija jew, fil-każ ta’ istituzzjoni ta’ flus
elettroniċi, mhux inqas mill-valur ta’ ħames mitt elf
lira Maltija:
Iżda, mingħajr preġudizzju u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16A, l-awtorità
kompetenti tista’ permezz ta’ disposizzjoni li tinsab
f’direttiva bankarja, iżżid l-ammonti msemmija f’dan
il-paragrafu, u dawk l-ammonti jistgħu jkunu
denominati f’xi munita oħra kif jista’ jiġi speċifikat
fid-direttiva;
(b) ma jkunx hemm għall-inqas żewġ individwi li jkunu
effettivament se jmexxu l-kummerċ ta’ l-istituzzjoni
ta’ kreditu f’Malta;
(ċ) l-azzjonisti kwalifikattivi u kontrolluri kollha u l-
persuni kollha li jkunu effettivament se jmexxu l-
kummerċ ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu ma jkunux
persuni adattati biex jassiguraw il-management
prudenti tagħha;
(d) l-awtorità  kompetenti ma tkunx sodisfatta li, meta jkun
hemm rabtiet mill-qrib bejn dik il-kumpanija u persuna
jew persuni oħra, dawk ir-rabtiet ma jfixkluhix,
minħabba xi liġi, regolament, disposizzjoni,
amministrazzjoni jew b’xi mod ieħor, milli teżerċita
sorveljanza effettiva ta’ dik il-kumpanija taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi direttiva
bankarja:
  8      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
Iżda dwar is-subartikoli (1)(a), (b) u (ċ), jekk l-applikant
ikun istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzat f’pajjiż ieħor, ikollu l-
uffiċċju prinċipali tiegħu fl-istess pajjiż fejn ikun reġistrat u, jew
liċenzjat:
Iżda wkoll dwar is-subartikolu (1)(d) il-kumpanija
għandha, wara li tkun liċenzjata taħt dan l-Att, tgħarraf lill-awtorità
kompetenti minnufih b’kull tibdil fiċ-cirkustanzi dwar l-
applikazzjoni ta’ l-imsemmi subartikolu (1)(d) u għandha wkoll
tipprovdi lill-awtorità  kompetenti bit-tagħrif neċessarju biex tkun
tista tissorvelja t-tħaris mal-kondizzjonijiet imsemmija f’dak is-
subartikolu (1)(d) fuq bażi kontinwa.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a) ma għandhomx
japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kellhom liċenza
bankarja fil-bidu fis-seħħ ta’ dan l-att u li l-fondi tagħhom stess ma
jilħqux il-livelli preskritti:
Iżda -
(a) il-fondi ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu stess ma
jistgħux sussegwentement jaqgħu taħt il-livell
miżmum f’dik id-data kemm-il darba dik ir-riduzzjoni
ma tkunx temporanja u approvata mill-awtorità
kompetenti;
(b) jekk il-kontroll ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu
jinkiseb minn persuna li ma tkunx il-persuna li
kkontrollatu fil-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, il-fondi ta’
l-istituzzjoni ta’ kreditu stess għandhom jiksbu l-livell
preskritt fis-subartikolu (1)(a) f’dak il-perijodu tat-
takeover li l-awtorità  kompetenti tista’ tistabbilixxi.
(3) L-awtorità  kompetenti għandha tiddeċiedi kull
applikazzjoni għal liċenza fi żmien sitt xhur minn meta tkun
irċeviet l-applikazzjoni jew, jekk l-applikazzjoni ma tkunx taqbel
ma’ l-artikolu (2)6 jew tkun meħtieġa aktar informazzjoni, fi żmien
sitt xhur mit-tħaris ta’ l-imsemmi subartikolu jew il-provvediment
ta’ l-informazzjoni skond il-każ, liema jkun ta’ l-aħħar. F’kull każ
applikazzjoni għandha tiġi deċiża fi żmien tnax-il xahar minn meta
tiġi riċevuta.
(4) L-awtorità  kompetenti għandha tiddeċiedi applikazzjoni
billi tagħmel xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) tagħti liċenza mingħajr kundizzjonijiet;
(b) tagħti liċenza taħt dawk il-kundizzjonijiet li hija tista’
tqis xierqa;
(ċ) tirrifjuta li tagħti liċenza:
u jekk tirrifjuta applikazzjoni għandha tinforma lill-applikant, bil-
miktub, tar-raġunijiet għar-rifjut.
(5) Meta l-awtorità  kompetenti tonqos għal kwalunkwe raġuni
li tiddeċiedi applikazzjoni fiż-żmien preskritt taħt is-subartikolu
(3), dan il-fatt għandu jitqies li jikkostitwixxi rifjut li tagħti
liċenza.
(6) Istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjata taħt dan l-Att għandha
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      9
tipprovdi lill-awtorità  kompetenti bil-partikolaritajiet ta’ kull tibdil
fl-informazzjoni provduta taħt dan l-Att malli dik l-istituzzjoni ta’
kreditu ssir taf b’dak it-tibdil.
(7) Meta sseħħ l-amalgamazzjoni ta’ xi żewġ istituzzjonijiet ta’
kreditu jew iktar wara li jkun inġieb il-kunsens ta’ l-awtorità
kompetenti, il-fondi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu stess li jirriżultaw
mill-amalgamazzjoni ma għandhomx ikunu inqas mill-Fondi totali
ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stess amalgamati fil-waqt ta’ l-
amalgamazzjoni.
Dritt għal fidi.
Miżjud:
XVII. 2002.163.
Emendat:
IX. 2003.77.
7A. (1) Detentur ta’ flus elettroniċi jista’, matul il-perijodu
tal-validità  tagħhom, jeħtieġ lil min joħroġ il-flus biex jifdi kull
ammont pendenti bil-valur tiegħu f’muniti u biljetti ta’ flus jew bi
trasferiment f’kont mingħajr ħlas ta’ drittijiet ħlief dawk li jkunu
strettament neċessarji biex issir l-operazzjoni.
(2) Min joħroġ il-flus għandu jiddikjara lid-detentur il-
kondizzjonijiet għall-fidi fil-kuntratt bejn min joħroġ il-flus u d-
detentur u jista’ wkoll jistabbilixxi l-inqas ammont għall-fidi; iżda
dak l-ammont ma għandux ikun iżjed minn ħames liri Maltin.
Uffiċċji 
rappreżentattivi ta’ 
banek mhux 
Maltin.
Emendat:
XVII. 2002.164.
8. (1) Kumpannija inkorporata barra minn Malta li teżerċita
kummerċ bankarju barra minn Malta ma tistax tistabbilixxi uffiċċju
rappreżentattiv f’Malta kemm-il darba ma tkunx tat avviż ta’ mhux
inqas minn xahrejn lill-awtorità  kompetenti li hija tipproponi li
tistabbilixxi uffiċċju tali. Dak l-avviż għandu -
(a) jispeċifika l-isem li jkun propost li jintuża
relattivament għall-attivitajiet ta’ l-uffiċċju
rappreżentattiv u l-indirizz ta’ dak l-uffiċċju;
(b) ikollu miegħu kopja ċertifikata ta’ l-awtorizzazzjoni
tal-kumpannija biex tmexxi l-kummerċ bankarju
f’pajjiż li ma jkunx Malta.
(2) Kumpannija msemmija fis-subartikolu (1) li jkollha
uffiċċju rappreżentattiv f’Malta għandha xorta waħda tinnotifika
lill-awtorità  kompetenti -
(a) għall-inqas xahrejn bil-quddiem b’kull bidla proposta
fl-isem ta’ l-uffiċċju rappreżentattiv;
(b) b’kull bidla fil-liċenza tagħha biex tmexxi l-kummerċ
bankarju f’pajjiż li ma jkunx Malta, mhux iżjed minn
xahrejn wara dik il-bidla.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’, f’kull żmien, tinnotifika
uffiċċju rappreżentattiv f’Malta b’avviż ta’ oġġezzjoni għall-isem
jew isem propost ta’ dak l-uffiċċju.
(4) L-awtorità  kompetenti ma għandhiex tagħti avviż bis-saħħa
tas-subartikolu (3) kemm-il darba ma tkunx tal-fehma li l-isem jew
isem propost ikun qarrieqi għall-pubbliku jew xort’oħra mhux
desiderabbli u, malli jirċievi dak l-avviż, l-uffiċċju rappreżentattiv
ma għandux juża l-isem li l-awtorità  kompetenti tkun oġġezzjonat
għalih relattivament għal attivitajiet immexxija f’Malta.
(5) L-awtorità  kompetenti tista’, b’avviż bil-miktub, teħtieġ lil
kull kumpanija li jkollha uffiċċju rappreżentattiv f’Malta jew li
  10      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
tkun tat avviż skond is-subartikolu (1) biex tipprovdi lill-awtorità
kompetenti b’dik l-informazzjoni li l-awtorità  kompetenti tkun
raġonevolment teħtieġ, u l-imsemmija kumpannija għandha
tosserva dak l-avviż fil-perijodu li jkun raġonevolment speċifikat
bl-avviż.
(6) Uffiċċju rappreżentattiv f’Malta għandu jissupplixxi lill-
awtorità  kompetenti b’kopja ta’ kull dokument li huwa meħtieġ li
jipprovdi lir-Reġistratur tal-Kumpanniji mhux aktar tard miż-żmien
li sa fih dak id-dokument għandu jiġi provdut lill-imsemmi
Registratur.
(7) L-awtorità  kompetenti tista’ b’direttiva bankarja tipprovdi
li d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 20 sa 24 għandhom japplikaw
għal uffiċċji rappreżentattivi f’Malta bl-istess mod kif japplikaw
għal istituzzjonijiet ta’ kreditu.
(8) L-awtorità  kompetenti tista’ b’direttiva bankarja timponi
fuq kumpanniji li jkunu stabbilixxew jew li jkunu bi ħsiebhom
jistabbilixxu uffiċċji rappreżentattivi f’Malta, dawk il-ħtiġiet li l-
awtorità  kompetenti tqis xierqa dwar dawk l-uffiċċji u l-attivitajiet
immexxija minnhom u tista’ timponi fuq dawk il-kumpaniji dak id-
dritt fis-sena kif jista’ jiġi stabbilit minn żmien għal żmien.
(9) L-awtorità  kompetenti tista’, fi żmien ix-xahrejn
imsemmija fis-subartikolu (1), tordna lill-kumpannija msemmija fl-
imsemmi subartikolu (1) biex ma tistabbilixxix uffiċċju
rappreżentattiv f’Malta u f’kull żmien wara dan tordna l-għeluq ta’
kull uffiċċju rappreżentattiv hekk stabbilit.
Restrizzjoni u 
tħassir ta’ liċenza.
Emendat:
XVII. 2002.165.
9. (1) Liċenza awtomatikament tieqaf milli jkollha effett jekk
id-detentur tal-liċenza -
(a) jirrinunzja l-liċenza; jew
(b) ma jibdiex il-kummerċ bis-saħħa tal-liċenza fi żmien
tnax-il xahar mill-ħruġ tagħha, jew f’dak il-perijodu
ieħor ta’ żmien li jista’ jkun speċifikat fil-liċenza; jew
(ċ) jiġi dikjarat fallut jew jibda likwidazzjoni jew jagħmel
ftehim mal-kredituri jew ikun xort’oħra xolt; jew
(d) ma jkunx baqa’ jaħdem bħala riżultat ta’ merger ma’
istituzzjoni ta’ kreditu ieħor; jew
(e) ikun fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inkorporat barra
minn Malta u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ta’
inkorporazzjoni jirtiraw l-awtorizzazzjoni lill-
istituzzjoni ta’ kreditu.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ timponi restrizzjonijiet fuq
liċenza jew tista’ tħassar liċenza f’kull waħda minn dawn iċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk xi dokument jew informazzjoni li jkunu ma’ l-
applikazzjoni għal liċenza jew xi informazzjoni
mogħtija in konnessjoni magħha jkunu foloz f’xi
partikolarità  sostanzjali jew jekk id-detentur tal-
liċenza jaħbi, jew jonqos milli javża, lill-awtorità
kompetenti xi dokument jew informazzjoni jew xi
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      11
bidla fihom li kien fid-dmir tiegħu li juri jew li javża
skond dan l-Att; jew
(b) jekk id-detentur tal-liċenza ma jkomplix jagħmel
kummerċ bankarju f’Malta għal aktar minn sitt xhur;
jew
(ċ) jekk id-detentur tal-liċenza jonqos milli jħares xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew il-
kondizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenza; jew
(d) jekk id-detentur tal-liċenza ma jkunx għadu
jippossjedi fondi tiegħu stess; jew
(e) jekk id-detentur tal-liċenza x’aktarx ma jkunx jista’
jonora l-obbligi tiegħu jew ma jkunx jista’ jiġi fdat
aktar biex jissodisfa l-obbligi tiegħu lejn id-
depożitanti u l-kredituri; jew
(f) jekk id-detentur tal-liċenza ma jkollux attiv biżżejjed
biex ikopri l-passiv tiegħu; jew
(g) jekk id-detentur tal-liċenza jkun issospenda l-
pagamenti jew ikun se jissospendi l-pagamenti; jew
(h) jekk l-awtorità  kompetenti tkun tal-fehma li, minħabba
fil-mod ta’ kif l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun qed
tmexxi jew tkun bi ħsiebha tmexxi l-affarijiet tagħha,
jew għal xi raġuni oħra, l-interessi tad-depożitanti ta’
l-istituzzjoni ta’ kreditu ikunu mhedda.
(3) Ir-restrizzjonijiet imposti mill-awtorità  kompetenti bis-
saħħa tas-subartikolu (2) għandhom ikunu dawk ir-restrizzjonijiet li
l-awtorità  kompetenti jkun jidhrilha li jkunu xierqa sabiex l-
istituzzjoni ta’ kreditu tħares kif imiss id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att u l-kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-liċenza tagħha u għall-
protezzjoni tad-depożitanti u jistgħu jinkludu (mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ hawnhekk):
(a) it-tneħħija ta’ kull funzjonarju ta’ l-istituzzjoni ta’
kreditu jew ir-rimpjazzament ta’ kull funzjonarju b’dik
il-persuna li l-awtorità  kompetenti tista’ tagħżel;
(b) il-ħtieġa li kwalunkwe persuna li direttament jew
indirettament tkun tippossjedi holding kwalifikattiv ta’
azzjonijiet tirrinunzja dak il-holding kollu jew parti
minnu;
(ċ) il-ħtieġa li l-istituzzjoni ta’ kreditu tieħu jew iżżomm
milli tieħu xi azzjoni; 
(d) il-ħtieġa li l-istituzzjoni ta’ kreditu tiġi projbita milli
timpenja ruħha f’xi operazzjoni jew operazzjonijiet
jew xi klassi ta’ kummerċ jew titħalla timpenja ruħha
f’xi operazzjoni jew operazzjonijiet jew xi klassi ta’
kummerċ fuq dawk il-patti biss li l-awtorità
kompetenti tista’ tippreskrivi.
(4) L-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tvarja jew
tneħħi kwalunkwe restrizzjonijiet imposti taħt dan l-artikolu.
(5) Meta l-awtorità  kompetenti tkun bi ħsiebha tirrestrinġi jew
  12      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
tħassar liċenza jew tvarja xi restrizzjoni, hija għandha tinnotifika
b’avviż bil-miktub il-ħsieb tagħha lill-istituzzjoni ta’ kreditu; dak
l-avviż għandu jispeċifika r-raġunijiet li minħabba fihom l-awtorità
kompetenti tkun bi ħsiebha li tieħu azzjoni u għandu jispeċifika
perijodu li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun intitolata li tagħmel
sottomissjonijiet għala dik l-azzjoni ma għandhiex tittieħed.
Kemm-il darba l-awtorità  kompetenti ma tiddeċidix li l-kwistjoni
tkun urġenti, hija ma għandhiex timponi jew tvarja xi restrizzjoni
jew tħassar liċenza qabel ma’ jkun għadda dak il-perijodu.
(6) Liċenza mogħtija lil fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu
inkorporata barra minn Malta tista’ titħassar biss wara
konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’
inkorporazzjoni, kemm-il darba l-awtorità  kompetenti ma
tiddeċidix li l-kwistjoni tkun urġenti jew li jkun hemm ċirkostanzi
fejn ikun improprju li ssir dik il-konsultazzjoni prijuri.
(7) Mar-restrizzjoni jew tħassir ta’ liċenza ta’ istituzzjoni ta’
kreditu inkorporata f’Malta, l-awtorità  kompetenti għandha tavża
lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ kwalunkwe stat barrani li
fih l-istituzzjoni ta’ kreditu jew is-sussidjarji tagħha jkunu qed
jagħmlu kummerċ bankarju.
(8) Meta l-awtorità  kompetenti tkun sodisfatta li ċ-ċirkostanzi
hekk jitolbu, din tista’ tagħmel pubblika kull azzjoni li tkun ħadet
taħt dan l-artikolu.
Appelli.
Emendat:
VI. 2001.24.
Sostitwit:
XVII. 2002.166.
10. Kull persuna li tħossha aggravata b’deċiżjoni ta’ l-awtorità
kompetenti -
(a) li tirrifjuta applikazzjoni għal liċenza;
(b) li timponi xi kondizzjoni għall-għoti ta’ liċenza;
(ċ) li timponi jew tvarja xi restrizzjoni;
(d) li tirrevoka liċenza;
(e) li toħroġ avviż taħt l-artikolu 8(3);
(f) li tagħlaq uffiċċju rappreżentattiv;
(g) li timponi penali amministrattiva taħt id-
disposizzjonijiet ta’ artikolu 35A;
(h) li toħroġ xi avviż jew tagħmel xi ordni taħt l-artikolu
13;
(i) li tagħmel ordni taħt l-artikolu 14; jew
(j) bin-nuqqas ta’ l-awtorità  kompetenti li tiddeċiedi
applikazzjoni taħt l-artikolu 7(5),
Kap. 330.
tista’ tappella kontra d-deċiżjoni lit-Tribunal għal Servizzi
Finanzjarji f’dak iż-żmien u taħt dawk il-kondizzjonijiet kif
stabbiliti taħt l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta.
Ftuħ ta’ fergħat.
Emendat:
XVII. 2002.167.
11. (1) Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tavża lill-awtorità
kompetenti bil-miktub qabel ma tiftaħ fergħa ġdida, aġenzija ġdida
jew uffiċċju ġdid f’Malta.
(2) Ħlief bil-kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti ebda
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      13
istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata f’Malta ma tista’ tiftaħ fergħa
ġdida, aġenzija ġdida jew uffiċċju ġdid jew tistabbilixxi jew
takkwista xi sussidjarju f’xi post barra minn Malta.
Użu tal-kelma 
"bank".
Emendat:
XVII. 2002.168.
12. (1) Bla ħsara għas-subartikoli (2) u (3), ħlief bil-permess
bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti ebda persuna barra minn
istituzzjoni ta’ kreditu, li ma tkunx istituzzjoni ta’ flus elettroniċi,
b’liċenza korrenti ma tista’ tuża l-kelma "bank" jew xi derivattivi
minnha jew kliem ieħor li jistgħu jindikaw jew li jkunu jidhru li
jindikaw l-għemil ta’ kummerċ bankarju bi kwalunkwe lingwa fid-
deskrizzjoni jew titolu li taħtu dik il-persuna tkun qed tagħmel
kummerċ, jew tagħmel xi użu bħal dak fuq xi karta ta’ l-ittri, f’xi
avviż jew reklam, jew b’xi mod ieħor simili.
(2) Istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata barra minn Malta tista’
tuża l-isem użat fil-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tagħha ħlief li, fejn
ikun hemm riskju li l-użu ta’ isem tali jista’ jkun iqarraq, dik l-
istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżid dawk il-partikolaritajiet
spjegattivi ma’ l-isem tagħha skond kif l-awtorità  kompetenti tista’
tordna.
(3) Kull istituzzjoni ta’ kreditu, barra minn istituzzjoni ta’ flus
elettroniċi, għandha tuża bħala parti mid-deskrizzjoni jew titolu
tagħha l-kelma "bank" jew derivattiv wieħed jew iżjed tagħha.
Parteċipazzjoni 
f’istituzzjoni ta’ 
kreditu.
Emendat:
XVII. 2002.169.
13. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, ikun
meħtieġ il-kunsens ta’ l-awtorità  kompetenti qabel ma xi persuna
tkun leġittimament tista’ -
(a) takkwista holding sinifikanti ta’ azzjonijiet jew
holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet f’istituzzjoni ta’
kreditu;
(b) tkabbar holding eżistenti li ma jkunx holding
sinifikanti ta’ azzjonijiet jew holdng kwalifikattiv ta’
azzjonijiet biex b’hekk isir holding sinifikanti ta’
azzjonijiet jew holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet
f’istituzzjoni ta’ kreditu;
(ċ) tkabbar holding sinifikanti ta’ azzjonijiet f’istituzzjoni
ta’ kreditu biex b’hekk isir holding kwalifikattiv ta’
azzjonijiet;
(d) tkabbar holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet biex
b’hekk isir ugwali għal jew jeċċedi l-għoxrin fil-mija
jew tlieta u tletin fil-mija jew ħamsin fil-mija jew li
ġġiegħel lill-istituzzjoni ta’ kreditu ssir is-sussidjarju
ta’ dik il-persuna;
(e) tnaqqas holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet biex
b’hekk iġġiegħlu jaqa’ taħt ħamsin fil-mija jew tlieta u
tletin fil-mija jew għoxrin fil-mija jew li ġġiegħel li l-
istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax tkun is-sussidjarju ta’
dik il-persuna;
(f) tnaqqas holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet jew
holding sinifikanti ta’ azzjonijiet biex b’hekk ma
jibqax ikun holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet jew
holding sinifikanti ta’ azzjonijiet;
  14      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
(g) tirrinunzja holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet jew
holding sinifikanti ta’ azzjonijiet.
(2) Jekk, bħala r-riżultat ta’ l-akkwist ta’ ishma f’xi istituzzjoni
ta’ kreditu, l-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha persuna tipproponi li
tikseb il-parteċipazzjoni attiva ssir sussidjarja jew inkella tkun
suġġetta għall-kontroll tal-persuna li tkun qed takkwista dawk l-
ishma, u dik il-persuna tkun istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata f’xi
pajjiż ieħor jew tkun persuna naturali jew ġuridika li tkun qed
tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata f’xi pajjiż ieħor, l-
awtorità  kompetenti għandha, qabel ma tagħti l-kunsens tagħha jew
xort’oħra taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), tikkonsulta
lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż involut.
Kap. 345.
(3) Is-subartikolu (1) għandu japplika kemm jekk l-azzjonijiet
rilevanti jkunu jew ma jkunux imniżżla borża liċenzjata taħt l-Att
dwar is-Swieq Finanzjarji.
(4) Ikun id-dmir ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u tad-diretturi
tagħha li javżaw minnufih lill-awtorità  kompetenti malli jsiru jafu
li xi persuna tkun bi ħsiebha tieħu xi wieħed mill-passi mniżżla fis-
subartikolu (1).
(5) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, ikun meħtieġ il-
kunsens ta’ l-awtorità  kompetenti qabel ma l-istituzzjoni ta’ kreditu
tkun leġittimament tista’ -
(a) tbiegħ jew tiddisponi mill-kummerċ tiegħu jew xi parti
sinifikanti tagħha;
(b) tingħaqad ma’ xi kumpannija oħra, kemm jekk
istituzzjoni ta’ kreditu jew xort’oħra;
(ċ) tagħmel xi rikostruzzjoni;
(d) iżżid il-kapital azzjonarju nominali jew maħruġ jew
tagħmel xi bidla sostanzjali fil-jeddijiet ta’ votazzjoni.
(6) Ikun id-dmir tad-diretturi u l-azzjonisti kwalifikattivi
kollha ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li javżaw lill-awtorità  kompetenti
minnufih malli jsiru jafu li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun bi ħsiebha
tieħu xi wieħed mill-passi mniżżla fis-subartikolu (5).
(7) Kull persuna li tkun bi ħsiebha tieħu xi wieħed mill-passi
mniżżla fis-subartikolu (1) u kull istituzzjoni ta’ kreditu li bi
ħsiebha tieħu xi wieħed mill-passi mniżżla fis-subartikolu (5)
għandhom javżaw lill-awtorità  kompetenti bil-miktub u l-awtorità
kompetenti tista’ toħroġ direttiva bankarja li tirregola l-forma li fih
għandha ssir dik in-notifika u l-informazzjoni li tkun meħtieġa li
tingħata lill-awtorità  kompetenti ma’ dik in-notifika.
(8) Fi żmien tliet xhur minn meta l-awtorità  kompetenti tirċievi
dik in-notifika jew minn meta tirċievi dik l-informazzjoni li hija
tista’ leġittimament teħtieġ, liema jkun ta’ l-aħħar, l-awtorità
kompetenti għandha, minħabba fil-ħtieġa li tiġi żgurata tmexxija
tajba u prudenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu involuta, toħroġ avviż -
(a) li bih hija tagħti l-kunsens assolut għat-teħid tal-pass;
jew
(b) li bih hija tagħti l-kunsens għat-teħid tal-pass suġġett
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      15
għal dawk il-kundizzjonijiet li hija tista’ tqis li jkunu
xierqa; jew
(ċ) li bih tirrifjuta li tagħti l-kunsens għat-teħid tal-pass:
B’dan iżda illi meta l-awtorità  kompetenti tonqos għal
kwalunkwe raġuni milli toħroġ l-imsemmi avviż fiż-żmien
preskritt, dan il-fatt għandu jitqies bħallikieku jkun ingħata
kunsens skond il-paragrafu (a).
(9) Jekk xi persuna jew xi istituzzjoni ta’ kreditu jieħdu jew
ikunu bi ħsiebhom jieħdu xi pass imsemmi fis-subartikoli (1) u (5)
mingħajr ma jiksbu l-kunsens ta’ l-awtorità  kompetenti, jew,
alternattivament, jekk wara li tkun kisbet dak il-kunsens ikun
sussegwentement jidher lill-awtorità  kompetenti li xi azzjoni
meħuda taħt is-subartikoli (1) u (5) tkun qed taħdem, jew x’aktarx
taħdem, b’detriment għall-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu, allura, mingħajr preġudizzju għal xi piena
oħra li tista’ tiġi mposta taħt dan l-Att, l-awtorità  kompetenti
jkollha s-setgħa li tagħmel ordni:
(a) li jżomm lill-persuna jew istituzzjoni ta’ kreditu milli
jieħdu jew ikomplu dak il-pass;
(b) li jiddikjara li dak il-pass ikun null u bla effett;
(ċ) li jordna lill-persuna jew istituzzjoni ta’ kreditu biex
jieħdu dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa biex il-qagħda
tinġieb lura għall-qagħda li kienet teżisti minnufih
qabel it-teħid ta’ dak il-pass;
(d) iżżomm lill-persuna jew istituzzjoni ta’ kreditu milli
jeżerċitaw xi drittijiet li dak il-pass, kieku skond il-
liġi, kien ikun jagħtihom, inkluż id-dritt li jirċievu xi
pagament jew jeżerċitaw xi drittijiet ta’ votazzjoni
marbut ma’ l-azzjonijiet akkwistati;
(e) iżomm lill-persuna jew istituzzjoni ta’ kreditu milli
jieħdu xi pass simili jew xi pass ieħor tal-kategoriji
mniżżla fis-subartikoli (1) u (5).
Kontroll ta’ 
istituzzjoni ta’ 
kreditu.
Emendat:
XVII. 2002.170.
14. (1) Kull persuna li tkun kontrollur jew direttur ta’
istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun persuna adatta biex teżerċita
dak il-kontroll.
(2) Istituzzjoni ta’ kreditu għandha minnufih tinnotifika lill-
awtorità  kompetenti -
(a) bil-partikolaritajiet kollha tal-persuni kollha li jkunu
kontrolluri jew diretturi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu;
(b) bil-partikolaritajiet kollha ta’ kull persuna li tkun
mistennija li ssir kontrollur jew direttur ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu;
(ċ) bil-partikolaritajiet kollha ta’ kull persuna li tkun
mistennija li tieqaf milli tkun kontrollur jew direttur
ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.
(3) Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tipprovdi lill-awtorità
kompetenti b’kull informazzjoni oħra li hija tista’ teħtieġ dwar
kwalunkwe kontrollur jew direttur eżistenti jew propost.
  16      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
(4) Jekk l-awtorità  kompetenti tkun tal-fehma li xi persuna li
tkun jew tkun mistennija li ssir kontrollur jew direttur ta’
istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx persuna adatta biex tkun kontrollur
jew direttur, l-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel ordni li jordna lil
dik il-persuna biex tieqaf milli tkun kontrollur jew li jżomm lil dik
il-persuna milli ssir kontrollur jew direttur.
Operazzjonijiet 
projbiti.
Sostitwit:
XVII. 2002.171.
Emendat:
IV. 2003.179.
15. (1) Istituzzjoni ta’ kreditu, bl-esklużjoni ta’ istituzzjoni
ta’ flus elettroniċi, ma għandhiex -
(a) tagħti xi faċilità  ta’ kreditu kontra s-sigurtà  ta’ l-
azzjonijiet tagħha stess jew kontra xi sigurtajiet oħra
maħruġa mill-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha jew
kontra xi azzjonijiet jew xi sigurtajiet oħra ta’ korp
ġuridiku ieħor li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha
kontroll;
(b) tagħti jew tippermetti li jibqgħu pendenti faċilitajiet
ta’ kreditu jew testendi xi servizzi bankarji, taħt
pattijiet u kondizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk
li l-istituzzjoni ta’ kreditu kienet xort’oħra tapplika -
(i) lil xi wieħed mid-diretturi tagħha jew lill-
konjugi tagħhom kemm jekk flimkien jew
individwalment, jew ma’ terzi persuni:
Iżda, f’kull każ fejn jingħataw faċilitajiet
ta’ kreditu li ma jkunux assigurati, dawn ma
għandhomx fit-total jeċċedu s-somma ta’
għaxart elef lira Maltin;
(ii) lil xi persuna li fiha l-istituzzjoni finanzjarja jew
xi wieħed jew iżjed mid-diretturi tagħha jkun
interessat bħala direttur, soċju, manager aġent
jew membru jew lil xi persuna li tagħha xi
wieħed mid-diretturi jew iżjed ta’ l-istituzzjoni
tal-kreditu jkun garanti;
(iii) lil xi korp ta’ persuni li fih l-istituzzjoni ta’
kreditu jew xi wieħed jew iżjed mid-diretturi
tagħha jkollhom flimkien jew individwalment
kontroll, li ma jkunx huwa stess istituzzjoni ta’
kreditu jew l-impriża ċentrali ta’ l-istituzzjoni
ta’ kreditu, jew sussidjarja ta’ din l-impriża
ċentrali jew sussidjarja ta’ l-istituzzjoni ta’
kreditu;
u meta l-awtorità  kompetenti jkollha raġuni temmen li
jkunu ġew applikati dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet favorevoli, jkollha s-setgħa li teħtieġ
lill-istituzzjoni ta’ kreditu li tirrettifika l-pożizzjoni, u
jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tonqos li tieħu l-azzjoni
meħtieġa biex tirrettifika l-pożizzjoni kif ordnata, l-
awtorità  kompetenti għandha tieħu dawk il-miżuri li
jidhrilha meħtieġa sakemm il-pożizzjoni tkun
rettifikata;
(ċ) tagħti jew tippermetti li ibqgħu pendenti relattivament
għal xi uffiċjal li ma jkunx direttur, jew xi mpjegat,
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      17
faċilitajiet ta’ kreditu mhux assigurati li fit-total
jeċċedu s-salarju ta’ tnax-il xahar ta’ dak l-uffiċjal jew
impjegat:
Iżda l-awtorità  kompetenti tista’ permezz ta’
direttiva bankarja testendi r-restrizzjonijiet elenkati
fil-paragrafi (a), (b) u (ċ) jew kull waħda minnhom lil
uffiċjali, impjegati jew azzjonisti oħra ta’ l-
istituzzjonijiet ta’ kreditu jew lil xi kategoriji oħra ta’
persuni b’dak il-mod u sa dak il-limitu kif jista’ jiġi
speċifikat;
Kap. 376.
(d) takkwista jew iżżomm direttament jew indirettament
xi kapital azzjonarju sinifikanti jew kwalifikattiv f’xi
kumpanija li ma tkunx istituzzjoni ta’ kreditu oħra,
jew istituzzjoni finanzjarji liċenzjata skond l-Att dwar
l-Istituzzjonijiet Finanzjarji, jew xi kumpanija oħra li
tmexxi xi attività  li tkun sorveljata fuq bażi
konsolidata mill-awtorità  kompetenti, li l-valur tal-
kost oriġinali tagħha jeċċedi ħmistax fil-mija tal-fondi
ta’ l-istituzzjoni finanzjarja stess jew tal-fondi
konsolidati tagħha stess skond il-każ:
Iżda:
(i) il-limitu ta’ ħmistax fil-mija għandu japplika
għal kumpanija waħda jew grupp ta’ persuni
konnessi;
(ii) l-ammont totali ta’ dawk il-holdings ma għandux
jeċċedi sittin fil-mija tal-fondi ta’ l-istituzzjoni
ta’ kreditu stess jew tal-fondi konsolidati tagħha
stess, skond il-każ;
(iii) meta l-limiti stabbiliti jinqabżu minħabba
ċirkostanzi li ma setgħux jiġu evitati, l-awtorità
kompetenti għandha teħtieġ lill-istituzzjoni ta’
kreditu konċernata jew li żżid il-fondi tagħha
stess skond hekk jew li tieħu miżuri oħra
ekwivalenti matul perijodu ta’ transizzjoni, li ma
jkunx iktar minn tnax-il xahar, kif jista’ jiġi
stabbilit mill-awtorità  kompetenti;
(iv) azzjonijiet miżmuma temporanjament matul
rikostruzzjoni finanzjarja jew operazzjoni ta’
salvataġġ jew matul il-kors normali ta’
underwriting jew f’isem l-istituzzjoni ta’ kreditu
stess għan-nom ta’ oħrajn ma għandhomx
jitqiesu bħala kapital azzjonarju sinifikanti
għall-finijiet tal-limiti stabbiliti taħt dan il-
paragrafu;
(v) l-awtorità  kompetenti tista’ ma tapplikax il-
limiti stabbiliti taħt dan il-paragrafu meta l-
eċċessi totali jitnaqqsu mill-fondi ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu stess kif stabbilit taħt l-
artikolu 17, u meta ż-żewġ limiti jkunu eċċeduti,
l-ogħla mill-ammonti eċċeduti għandhom
jitnaqqsu mill-fondi tagħha stess;
  18      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
(vi) meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun impriża
prinċipali jew sussidjarja, it-tħaris tal-limiti
stabbiliti b’dan il-paragrafu għandhom ikunu
sorveljati fuq bazi konsolidata;
(e) mingħajr il-kunsens ta’ l-awtorità  kompetenti
takkwista jew iżżomm azzjonijiet f’kumpanija oħra li
ma tkunx istituzzjoni ta’ kreditu, li jeċċedu ħamsa fil-
mija tal-kapital azzjonarju maħruġ minn dik il-
kumpanija jew xi akkwist sussegwenti ieħor li jeċċedi
l-ammont perċentwali appruvat mill-awtorità
kompetenti;
(f) tixtri, takkwista jew xort’oħra żżomm xi proprjetà
mmobbli jew xi dritt fuqha kif jista’ jkun meħtieġ
raġonevolment sabiex tmexxi l-kummerċ tagħha jew
għall-abitazzjoni jew sabiex tipprovdi amenitajiet
għall-persunal tagħha: 
Iżda dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi
istituzzjoni ta’ kreditu -
(i) milli jikri xi parti mill-bini li jkun użat sabiex
tmexxi l-kummerċ tagħha; jew
(ii) milli tassigura dejn fuq xi proprjeta’ immobbli u,
fin-nuqqas ta’ ħlas ta’ dak id-dejn, milli
jakkwista jew iżomm dik il-proprjeta’, biex tiġi
rejalizzata fi żmien tnax-il xahar, jew xi perijodu
itwal li l-awtorità  kompetenti tistabbilixxi;
(iii) f’ċirkostanzi oħra milli takkwista proprjeta’
immobbli bl-approvazzjoni minn qabel ta’ l-
awtorità  kompetenti li l-kost oriġinali tagħha ma
għandux jeċċedi fit-total ħamsa fil-mija tal-fondi
ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu stess.
(2) Fis-subartikolu (1)(b) u (ċ) l-espressjoni "faċilitajiet ta’
kreditu mhux assigurati" tfisser faċilitajiet ta’ kreditu moghtija
mingħajr sigurtà  jew, relattivament għal xi faċilità  mogħtija ta’
kreditu magħmula b’sigurtà , kull parti minnha li f’xi żmien teċċedi
l-valur fis-suq ta’ l-attiv li jikkostitwixxi dik is-sigurtà , jew meta l-
awtorità  kompetenti tkun sodisfatta li ma hemm ebda valur stabbilit
fis-suq, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni approvata mill-awtorità
kompetenti nnifisha.
(3) Istituzzjoni ta’ flus elettroniċi ma għandhiex:
(a) ikollha xi holding f’xi korp ta’ persuni ħlief meta dak
il-korp ta’ persuni jkun jagħmel funzjonijiet operattivi
jew funzjonijiet anċillari oħra relatati mal-flus
elettroniċi maħruġa jew imqassma mill-istituzzjoni
konċernata;
(b) tagħmel xi waħda mill-attivitajiet projbiti taħt is-
subartikou (1)(e) u (f);
(ċ) teċċedi l-limitazzjonijiet ta’ investiment li jistgħu jiġu
speċifikati f’direttiva ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi
meħtieġa taħt dan l-Att.
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      19
Sorveljanza fuq 
bażi konsolidata.
Miżjud:
XVII. 2002.172.
15A. L-awtorità  kompetenti għandha ssegwi u tissorvelja
istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma mpriżi ċentrali fuq bażi
konsolidata u għandha toħroġ direttiva bankarja f’dan is-sens kif
jidhrilha xieraq.
Exposures kbar. 
skond kif ikun jidhrilha xieraq biex tirregola exposures kbar.
Fondi tagħha stess.
Miżjud:
XVII. 2002.173.
16A. (1) Istituzzjoni ta’ kreditu għandha fiż-żminijiet kollha
żżomm livell ta’ fondi tagħha stess ta’ mhux inqas mill-ammont
stabbilit fil-liċenza tagħha jew kif jista’ jiġi meħtieġ mill-awtorità
kompetenti minn żmien għal żmien.
(2) Kull meta l-ammont ta’ fondi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu
stess jinżel taħt l-ammont stabbilit taħt is-subartikolu (1), l-
awtorità  kompetenti għandha teħtieġ lill-istituzzjoni ta’ kreditu
biex tieħu l-miżuri neċessarji biex tirrestawra l-livell tal-fondi
tagħha stess f’dak il-perijodu li l-awtorità  kompetenti tista’
tistabbilixxi:
Iżda jekk il-livell tal-fondi tagħha stess ta’ istituzzjoni ta’
kreditu ma jiġix restawrat fiż-żmien stabbilit, l-awtorità  kompetenti
tista’ b’żieda mas-setgħa li timponi penali amministrattiva,
teżerċita kull waħda mis-setgħat mogħtija lilha taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(2).
(3) L-awtorità  kompetenti għandha toħroġ direttiva bankarja
kif jidhrilha xierqa dwar dawk il-fondi.
Adegwatezza 
kapitali. 
Emendat:
XVII. 2002.174.
17. (1) Istituzzjoni ta’ kreditu, b’esklużjoni ta’ istituzzjoni ta’
flus elettroniċi għandha -
(a) iżżomm adegwatezza kapitali bi proprozjon għal attiv
b’piż ta’ riskju  definiti fi u kkalkolati skond id-
disposizzjonijiet ta’ direttiva bankarja;
(b) tinnotifika dak il-proporzjon lill-awtorità  kompetenti
f’dawk iz-żminijiet u b’dak il-mod li jkunu preskritti
b’direttiva bankarja;
(ċ) tavża lill-awtorità  kompetenti minnufih malli l-
proporzjon jaqa’ taħt il-livell meħtieġ bil-paragrafu (a)
u ma’ dan l-awtorità  kompetenti għandha tordna lill-
istituzzjoni ta’ kreditu, b’esklużjoni ta’ istituzzjoni ta’
flus elettroniċi, biex tieħu dawk il-miżuri meħtieġa
biex il-proporzjon jinġieb lura għall-livell meħtieġ
f’dak iż-żmien li l-awtorità  kompetenti tista’
tistabbilixxi.
Kap. 215. 
(2) Il-fondi ta’ riserva maħluqa taħt l-artikolu 9 ta’ l-Att ta’ l-
1970 dwar il-Kummerċ Bankarju* huma aboliti. Dawn il-fondi
għandhom jiġu allokati għal dawk ir-riservi interni oħra li
jiffurmaw parti mill-fondi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, b’esklużjoni
ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi, stess skond kif kull istituzzjoni
ta’ kreditu, b’esklużjoni ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi, tista’
tqis xieraq.
(3) Kull istituzzjoni ta’ kreditu, b’esklużjoni ta’ istituzzjoni ta’
*Imħassar b’dan l-Att.
  20      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
flus elettroniċi, għandha dejjem ikollha provdut biżżejjed għal djun
inesiġibbli u djun dubbjużi.
Djn mitluf u 
dubjuż.
Miżjud:
XVII. 2002.175.
17A.  L-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ direttiva bankarja kif
jidhrilha xieraq biex ikunu regolati l-provedimenti għal dejn mitluf
jew dubjuż.
Likwidità .
Emendat:
XVII. 2002.176.
18. L-awtorità  kompetenti għandha toħroġ direttiva bankarja li
tispeċifika x’għandu jikkostitwixxi l-attiv likwidu speċifikat u l-
passiv ta’ depożitu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u li tistabbilixxi l-
inqas holding ta’ attiv speċifikat bħala proporzjon għall-passiv ta’
depożitu li istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżomm.
Informazzjonijiet li 
għandhom 
jingħataw lill-
awtorità  
kompetenti u lill-
Bank Ċentrali.
Emendat:
XVII. 2002.177.
19. (1) Kull istituzzjoni ta’ kreditu għandha tissottometti lill-
awtorità  kompetenti -
(a) reżokontijiet perijodiċi li juru l-qagħda u l-attivi u l-
passivi u l-profitti u telf fuq bażi individwali u, fejn
ikun xieraq fuq bażi konsolidata inkluż analiżi
tagħhom;
(b) dik l-informazzjoni li tkun meħtieġa mill-awtorità
kompetenti għal skopijiet statistiċi;
(ċ) dik l-informazzjoni li l-awtorità  kompetenti tista’
teħtieġ biex tissodisfa lilha nfisha li l-istituzzjoni ta’
kreditu tkun qed tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att;
(d) dawk ir-reżokontijiet separati dwar l-uffiċċju u l-
fergħat tiegħu barra minn Malta f’dik il-forma u
f’dawk iż-żminijiet kif l-awtorità  kompetenti tista’
teħtieġ fil-qadi ta’ dmirijietha.
(2) Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tissottometti lill-Bank
Ċentrali dik l-informazzjoni li l-Bank Ċentrali jista’ jeħtieġ fil-qadi
tad-dmirijiet tiegħu u l-Bank Ċentrali jista’ jinvestiga u jitlob
għall-kjarifika ta’ kull informazzjoni hekk meħtieġa.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
ukoll għall-fergħat, aġenziji jew uffiċċji f’Malta kollha ta’
istituzzjoni ta’ kreditu li ma tkunx inkorporata f’Malta.
(4) Ir-reżokontijiet kollha meħtieġa taħt is-subartikolu (1)
għandhom jiġu sottomessi f’dik il-forma u f’dawk il-perijodi li jiġu
preskritti bid-direttiva bankarja.
(5) Ir-reżokontijiet kollha u l-informazzjoni kollha mogħtija
minn xi istituzzjoni ta’ kreditu taħt is-subartikoli (1) u (2)
għandhom jitqiesu bħala sigrieti u konfidenżjali ħlief bejn dik l-
istituzzjoni ta’ kreditu u l-awtorità  kompetenti jew il-Bank Ċentrali
skond il-każ, iżda l-awtorità  kompetenti għandha tagħti dik l-
informazzjoni taħt dan l-artikolu kif jista’ jkun meħtieġ mill-
Ministru jew mill-Bank Ċentrali u għandha tinforma lill-Ministru u
lill-Bank Ċentrali jekk f’xi żmien fil-fehma tagħha ikun hemm
tħassib dwar l-istat ta’ l-affarijiet ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      21
Sorveljanza ta’ l-
istituzzjonijiet ta’ 
kreditu.
Emendat:
XVII. 2002.178.
Kap. 204.
20. (1) Kull istituzzjoni ta’ kreditu għandha tippreżenta lill-
awtorità  kompetenti kull tagħrif li tkun tista’ raġonevolment teħtieġ
fil-qadi ta’ dmirijietha taħt dan l-Att, u l-awtorità  kompetenti tista’
tinvestiga u tiddomanda l-kjarifika ta’ kull tagħrif li jiġi hekk
ippreżentat.
(2) Kull talba għal informazzjoni jew għal kjarifika tagħha
skond dan l-artikolu għandha tkun b’avviż bil-miktub li għandha
teħtieġ lir-riċevent biex jipproduċi l-informazzjoni f’dak iż-żmien
jew żminijiet jew f’dawk il-perijodi jew dwar dak il-perijodu jew
perijodi kif speċifikat fl-avviż.
(3) Barra minn hekk, l-awtorità  kompetenti tista’ -
(a) b’avviż bil-miktub notifikat lil istituzzjoni ta’ kreditu,
teħtieġ lill-istituzzjoni ta’ kreditu biex tipprovdi
rapport minn accountant jew persuna oħra ta’ ħila
professjonali rilevanti dwar, jew dwar xi aspett ta’,
kull materja li dwarha l-awtorità  kompetenti tkun
ħtieġet jew setgħet teħtieġ biex l-istituzzjoni ta’
kreditu tipprovdi l-informazzjoni skond is-subartikolu
(1);
(b) b’avviż bil-miktub notifikat lil istituzzjoni ta’ kreditu,
teħtieġ lill-istituzzjoni ta’ kreditu biex tipproduċi
f’dak iż-żmien u f’dak il-post kif speċifikati fl-avviż
dak id-dokument jew dokumenti ta’ dik id-
deskrizzjoni li tkun speċifikata fl-avviż;
(ċ) tawtorizza uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità
kompetenti biex, fuq il-produzzjoni ta’ l-awtorità
tiegħu, jeħtieġ lill-istituzzjoni ta’ kreditu biex
tipprovdilu minnufih dik l-informazzjoni, jew biex
tipproduċilu minnufih dawk id-dokumenti, kif huwa
jista’ jispeċifika, li tkun informazzjoni jew dokumenti
li l-awtorità  kompetenti tista’ raġonevolment teħtieġ
għall-qadi tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.
(4) L-accountant jew il-persuna oħra maħtura mill-istituzzjoni
ta’ kreditu biex tagħmel xi rapport meħtieġ skond is-subartikolu
(3)(a) għandu jkun persuna nominata jew approvata mill-awtorità
kompetenti; u l-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ li r-rapport ikun
f’dik il-forma kif speċifikat fl-avviż.
(5) Meta, bis-saħħa tas-subartikolu (3), xi persuna jkollha s-
setgħa li teħtieġ il-produzzjoni ta’ xi dokumenti minn istituzzjoni
ta’ kreditu, dik il-persuna għandu jkollha l-istess setgħa biex
teħtieġ il-produzzjoni ta’ dawk id-dokumenti minn xi persuna li
tidher li tkun qed tipposedihom.
(6) Is-setgħa taħt dan l-artikolu li istituzzjoni ta’ kreditu jew xi
persuna oħra jiġu meħtieġa biex jipproduċu xi dokumenti tinkludi
s-setgħa- 
(a) jekk id-dokumenti jiġu prodotti, li jittieħdu kopji
tagħhom jew estratti minnhom u li l-istituzzjoni ta’
kreditu jew persuna, jew xi persuna oħra li tkun
funzjonarju tal-preżent jew ta’ l-imgħoddi ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu in kwistjoni jew li tkun jew
  22      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
kienet f’xi żmien impjegata mill-istituzzjoni ta’
kreditu in kwistjoni jew li tkun qiegħda taġixxi bħala
impjegat ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu in kwistjoni, jiġu
meħtieġa jipprovdu spjegazzjoni ta’ kwalunkwe
wieħed mid-dokumenti; u 
(b) jekk id-dokumenti ma jiġux prodotti lill-persuna li
kienet meħtieġa biex tipproduċihom tiġi meħtieġa biex
tiddikjara, skond l-aħjar tagħrif u twemmin tagħha,
fejn qegħdin.
(7) Jekk l-awtorità  kompetenti jkun jidhrilha li jkun
desiderabbli fl-interessi tad-depożitanti jew depożitanti potenzjali
ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tagħmel hekk, hija tista’ wkoll
teżerċita s-setgħat mogħtija bis-subartikoli (1) u (3) relattivament
għal xi persuna li tkun jew li f’xi żmien rilevanti kienet -
(a) holding company,  kumpannija sussidjarja jew
kumpannija li hija persuna konnessa ma’ dik l-
istituzzjoni ta’ kreditu;
(b) kumpannija sussidjarja jew kumpannija li hija persuna
konnessa mal-holding company ta’ dik l-istituzzjoni
ta’ kreditu;
(ċ) holding company ta’ sussidjarju ta’ dik l-istituzzjoni
ta’ kreditu; jew 
(d) kontrollur ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.
(8) L-awtorità  kompetenti tista’ b’avviż bil-miktub notifikat lil
xi persuna li tkun jew se tkun funzjonarju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu
teħtieġ lil dik il-persuna biex tagħtiha, f’dak iż-żmien kif speċifikat
fl-avviż, dik l-informazzjoni jew dokumenti li l-awtorità
kompetenti tista’ raġonevolment teħtieġ biex tistabbilixxi jekk dik
il-persuna tkunx persuna adatta biex tokkupa l-pożizzjoni
partikolari li hija tokkupa jew tkun se tokkupa.
(9) L-awtorità  kompetenti tista’ teżerċita s-setgħat mogħtija
bis-subartikoli (1) u (3) relattivament għal kwalunkwe persuna li
jkollha holding sinifikanti jew holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet
f’istituzzjoni ta’ kreditu jekk hija tqis li l-eżerċizzju ta’ dawk is-
setgħat ikun desiderabbli fl-interessi tad-depożitanti jew
depożitanti potenzjali ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.
(10) Dikjarazzjoni magħmula minn persuna skond ħtieġa
imposta bis-saħħa ta’ dan l-artikolu tista’ tintuża bħala prova
kontra tagħha.
(11) L-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tirkupra
mingħand istituzzjoni ta’ kreditu li jkun sar rapport dwarha skond
is-subartikolu (3) l-ispejjeż magħmula b’konnessjoni ma’ dak ir-
rapport.
Dritt ta’ dħul biex 
jinkisbu 
informazzjonijiet u 
dokumenti.
21. (1) Kull uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità
kompetenti jista’, fuq produzzjoni tal-provi meħtieġa ta’ l-awtorità
tiegħu -
(a) jidħol f’kull fond okkupat minn persuna li lilha jkun
ġie notifikat avviż skond l-artikolu 20 ta’ hawn fuq
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      23
jew l-artikolu 22 ta’ hawn taħt sabiex jikseb
hemmhekk l-informazzjoni jew dokumenti meħtieġa
b’dak l-avviż;
(b) jidħol f’kull fond okkupat minn xi persuna li lilha
jista’ jiġi notifikat avviż skond l-artikolu 20 ta’ hawn
fuq jew l-artikolu 22 ta’ hawn taħt sabiex jikseb
hemmhekk dik l-informazzjoni jew dokumenti kif
speċifikati fl-awtorità  li jkunu informazzjoni jew
dokumenti li setgħu kienu meħtieġa b’dak l-avviż iżda
l-awtorità  kompetenti ma għandhiex tawtorizza lil xi
persuna biex taġixxi skond dan il-paragrafu kemm-il
darba ma jkollhiex raġuni għalfejn taħseb li jekk dak l-
avviż jiġi notifikat ma kienx se jiġi osservat jew li xi
dokumenti li għalihom ikun jirreferi jitneħħew,
jitbagħbsu jew jinqerdu:
Iżda jekk xi fond imsemmi f’dan il-paragrafu
jkun okkupat bħala residenza, dak id-dħul għandu jsir
biss fil-preżenza ta’ uffiċjal tal-Pulizija ta’ grad ta’
mhux anqas minn Spettur u ma jistax isir bejn id-
disgħa ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu.
(2) Ebda persuna ma għandha intenzjonalment tfixkel lil
persuna li tkun teżerċita d-drittijiet mogħtija b’dan l-artikolu.
Investigazzjonijiet.
Emendat:
XVII. 2002.179.
22. (1) Jekk l-awtorità  kompetenti jkun jidhrila li jkun
desiderabbli li tagħmel hekk fl-interessi tad-depożitanti jew
depożitanti potenzjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, hija tista’ taħtar
persuna kompetenti jew iżjed biex jinvestigaw u jirraportaw dwar -
(a) in-natura, it-tmexxija jew l-istat tal-kummerċ ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu jew kwalunkwe aspett
partikolari tagħha; jew
(b) l-ownership u l-kontroll ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu,
u l-awtorità  kompetenti għandha tagħti avviż bil-miktub dwar kull
ħatra lill-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata.
(2) Jekk persuna maħtura skond is-subartikolu (1) tara li tkun
ħaġa meħtieġa għall-iskopijiet ta’ l-investigazzjoni tagħha, hija
tista’ wkoll tinvestiga l-kummerċ ta’ kwalunkwe persuna li tkun
jew li f’xi żmien rilevanti kienet -
(a) holding company,  kumpannija sussidjarja jew
kumpannija li hija persuna konnessa ma’ l-istituzzjoni
ta’ kreditu li tkun għaddejja investigazzjoni; 
(b) kumpannija sussidjarja jew kumpannija li hija persuna
konnessa ma’ holding company ta’ dik l-istituzzjoni
ta’ kreditu;
(ċ) holding company ta’ sussidjarju ta’ dik l-istituzzjoni
ta’ kreditu; jew 
(d) kontrollur ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ teżerċita s-setgħat mogħtija
bis-subartikolu (1) relattivament għal xi persuna li jkollha holding
sinifikanti ta’ azzjonijiet jew holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet
  24      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
f’istituzzjoni ta’ kreditu jekk hija tqis li l-eżerċizzju ta’ dawk is-
setgħat ikun desiderabbli fl-interessi tad-depożitanti jew
depożitanti potenzjali ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.
(4) Meta l-persuna maħtura skond is-subartikolu (1) tiddeċiedi
li tinvestiga l-kummerċ ta’ xi persuna bis-saħħa tas-subartikolu (2)
jew tas-subartikolu (3) hija għandha tinforma lil dik il-persuna bil-
miktub.
(5) Ikun id-dmir ta’ kull persuna li tkun jew kienet uffiċjal,
impjegat, aġent, bankier jew uditur ta’ korp li jkun taħt
investigazzjoni skond dan l-Att, jew xi persuna maħtura biex
tagħmel rapport dwar dak il-korp skond dan l-Att u kull persuna li
jkollha holding sinifikanti ta’ azzjonijiet fi, holding kwalifikattiv
ta’ azzjonijiet fi, jew tkun kontrollur ta’, dik l-istituzzjoni ta’
kreditu -
(a) li tipproduċi lill-persuni maħtura skond is-subartikolu
(1), f’dak iż-żmien u f’dak il-post li huma jkunu
jistgħu jeħtieġu d-dokumenti kollha li jkollhom
x’jaqsmu mal-korp konċernat li jkunu fil-kustodja jew
setgħa tiegħu;
(b) li tattendi quddiem il-persuni maħtura f’dak iż-żmien u
f’dak il-post kif huma jistgħu jeħtieġu; u
(ċ) li xort’oħra tagħti lil dawk il-persuni l-għajnuna kollha
f’konnessjoni ma’ l-investigazzjoni li hija
raġonevolment kapaċi li tagħti,
u dawk il-persuni jistgħu jieħdu kopji ta’ jew estratti skond il-
paragrafu (a).
(6) Persuna li tkun qed teżerċita setgħat bis-saħħa ta’ ħatra taħt
dan l-artikolu għandha jekk tkun hekk meħtieġa tipproduċi provi u
awtorità  tagħha.
(7) Ebda persuna ma għandha -
(a) mingħajr raġuni legali tonqos li tipproduċi xi
dokumenti li huwa d-dmir tagħha li tipproduċi skond
is-subartikolu (5);
(b) mingħajr raġuni legali tonqos li tattendi quddiem il-
persuni maħtura skond is-subartikolu (1) meta tkun
meħtieġa biex tagħmel hekk; jew
(ċ) mingħajr raġuni legali tonqos li twieġeb xi mistoqsija
li ssirilha mill-persuni hekk maħtura relattivament
għal xi istituzzjoni ta’ kreditu li tkun taħt
investigazzjoni jew korp li jkun qiegħed jiġi investigat
bis-saħħa tas-subartikolu (2) jew (3).
(8) Dikjarazzjoni magħmula minn persuna skond ħtieġa
imposta bis-saħħa ta’ dan l-artikolu tista’ tintuża bħala prova
kontra tagħha.
(9) L-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa tirkupra
mingħand istituzzjoni ta’ kreditu li jkun sar rapport dwarha skond
is-subartikolu (1) l-ispejjeż magħmula b’konnessjoni ma’ dak ir-
rapport.
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      25
(10) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, riferenza għal istituzzjoni
ta’ kreditu għandha tinkludi riferenza għal persuni li jkunu jidhru li
qed imexxu l-kummerċ bankarju.
Suspett ta’ offiżi.
biex tissuspetta li persuna tkun ħatja ta’ għemil ta’ reat taħt dan l-
Att, hija tista’ b’avviż bil-miktub teħtieġ lil dik il-persuna jew lil xi
persuna oħra -
(a) biex tipprovdi, f’dak il-post kif ikun speċifikat fl-
avviż u jew minnufih jew f’dak iż-żmien kif ikun hekk
speċifikat, dik l-informazzjoni li hija tista’
raġonevolment teħtieġ għall-investigazzjoni ta’ l-
offiża suspettata;
(b) biex tipproduċi, f’dak il-post kif ikun speċifikat fl-
avviż u jew minnufih jew f’dak iż-żmien kif ikun hekk
speċifikat, dawk id-dokumenti, jew dokumenti ta’ dik
id-deskrizzjoni li tista’ tkun speċfikat, l-awtorità
kompetenti tista’ raġonevolment teħtieġ għal dak il-
għan;
(ċ) biex tattendi f’dak il-post kif ikun speċifikat fl-avviż,
u twieġeb għall-mistoqsijiet rilevanti sabiex jiġi
stabbilit jekk tkunx saret dik l-offiża.
(2) L-awtorità  kompetenti jew l-uffiċjal, impjegat jew aġent
tagħha awtorizzat kif imiss jistgħu jieħdu kopji ta’ jew estratti
minn kwalunkwe dokumenti li jiġu prodotti skond dan l-artikolu.
(3) Kull uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità  kompetenti
jista’, bejn il-ħamsa ta’ fil-għodu u d-disgħa ta’ fil-għaxija, fuq il-
produzzjoni jekk meħtieġa xiehda ta’ l-awtorità  tiegħu, jidħol
f’kull fond okkupat minn persuna li lilha jkun ġie notifikat avviż
skond is-subartikolu (1) sabiex jikseb hemmhekk l-informazzjoni
jew dokumenti meħtieġa bl-avviż, u jagħmel dawk il-mistoqsijiet
imsemmija fil-paragrafu (ċ) ta’ dak is-subartikolu jew jeżerċita s-
setgħat mogħtija bis-subartikolu (2).
(4) Ebda persuna ma għandha mingħajr raġuni legali tonqos li
tħares xi ħtieġa imposta fuqha skond dan l-artikolu jew
intenzjonalment tfixkel persuna fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija
bis-subartikolu (3).
(5) Dikjarazzjoni magħmula minn persuna skond ħtieġa
imposta bis-saħħa ta’ dan l-artikolu tista’ tintuża bħala prova
kontra tagħha.
Ostruzzjoni. 
issir jew li x’aktarx tkun se ssir investigazzjoni -
(a) skond l-artikolu 20, l-artikolu 22 jew l-artikolu 23; jew
(b) dwar l-għemil suspettat ta’ xi reat taħt dan l-Att, 
ma tista’ tiffalsifika, taħbi, tiddistruġġi jew b’xi mod ieħor
tiddisponi minn, jew iġġiegħel jew tippermetti l-falsifikazzjoni,
ħabi, distruzzjoni jew tneħħija ta’ dokumenti li hija tkun taf jew li
jkollha suspett li jkunu jew se jkunu rilevanti għal dik l-
investigazzjoni kemm-il darba ma tippruvax illi hija ma kellha ebda
  26      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
ħsieb li taħbi mill-persuni li jkunu qed jagħmlu dik l-
investigazzjoni l-fatti mikxufin b’dawk id-dokumenti.
Koperazzjoni u 
skambju ta’ 
informazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.180;
IV. 2003.180.
25. (1) Fuq il-bażi ta’ ftehim internazzjonali, jew fuq ftehim
ta’ reċiproċità , l-awtorità  kompetenti tista’ taqsam id-dmirijiet ta’
sorveljanza tagħha ma’ l-awtoritajiet kompetenti barranin oħra fil-
każ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li topera f’Malta jew fergħa li huma
l-proprjetà  ta’ persuna barranija jew fil-każ ta’ istituzzjoni ta’
kreditu li tkun għal kollox jew f’parti l-proprjetà  ta’ residenti
Maltin li jkun topera barra minn Malta.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ wkoll, fuq il-bażi ta’ ftehim
internazzjonali, jew fuq ftehim ta’ reċiproċità , tikxef informazzjoni
lil awtoritajiet kompetenti oħra barranin.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tikxef informazzjoni taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) biss sal-limitu li l-awtoritajiet
barranin li jirċievu dik l-informazzjoni jillimitaw l-użu tagħha għal
finijiet ta’ sorveljanza u regolatorji u għal dawk il-finijiet l-oħra li
jistgħu jkunu speċifikament miftehma ma’ l-awtorità  kompetenti.
(4) L-awtorità  kompetenti tista’ wkoll fuq il-bażi ta’ ftehim
internazzjonali, jew fuq ftehim ta’ reċiproċità  tawtorizza
awtoritajiet kompetenti oħra barranin biex huma stess, jew permezz
ta’ persuni kompetenti li huma jaħtru, jagħmlu spezzjonijiet fuq il-
post għal finijiet ta’ sorveljanza jew regolatorji f’fergħat jew
sussidjarji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju
prinċipali tagħhom fil-pajjiż ta’ l-awtorità  kompetenti li tagħmel l-
ispezzjoni.
(5) L-awtorità  kompetenti għandha wkoll, fuq talba bil-miktub,
tikxef lill-Bank Ċentrali kull informazzjoni fil-pussess ta’ jew
aċċessibbli għall-awtorità  kompetenti li tkun meħtieġa fil-qadi tad-
dmirijiet tal-Bank Ċentrali taħt il-liġi.
(6) Persuna maħtura skond l-artikolu 20 jew l-artikolu 22
għandha tingħatalha aċċess għal kull kont, rendikont jew
informazzjoni oħra dwar kull istituzzjoni ta’ kreditu li jkunu fil-
pussess ta’ l-awtorità  kompetenti.
(7) Għandu jkun hemm laqgħat li jsiru bejn istituzzjoni ta’
kreditu, l-udituri maħtura tagħha u l-awtorità  kompetenti fuq bażi
trilaterali jew bilaterali skond kif ikunu jiġġustifikaw iċ-
ċirkostanzi. Dawn il-laqgħat jistgħu jiġu msejħa minn kwalunkwe
waħda mill-partijiet ikkonċernati iżda għandhom dejjem ikunu
preseduti mill-awtorità  kompetenti.
Komunikazzjoni 
mill-udituri, eċċ., 
ma’ l-awtorità  
kompetenti.
Emendat:
XVII. 2002.181.
26. (1) Ebda dmir li għalih - 
(a) uditur ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, jew
(b) persuna maħtura biex tagħmel rapport skond is-
subartikolu ta’ l-artikolu 20(3)(a) ta’ hawn fuq jew
skond l-artikolu 22(1),
jistgħu jkunu suġġetti, ma għandu jitqies li jkun inkiser minħabba
fli huma jkunu b’bona fede ikkomunikaw lill-awtorità  kompetenti,
kemm jekk b’risposta għal talba magħmula minnha jew le, xi
informazzjoni jew opinjoni dwar materja li għaliha japplika dan l-
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      27
artikolu u li tkun rilevanti għal xi funzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
taħt dan l-Att.
(2) Relattivament għal uditur ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, dan l-
artikolu japplika għal kull materja li taqa’ taħt s-subartikolu ta’ l-
artikolu 31(9).
(3) Relattivament għal persuna maħtura biex tagħmel rapport
skond l-artikolu 20(3)(a), dan l-artikolu japplika għal kull materja
li hija ssir taf biha fil-kapaċità  tagħha bħala l-persuna li tkun qed
tagħmel ir-rapport u li -
(a) ikollha x’taqsam mal-kummerċ jew l-affarijiet ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu li dwarha dik il-persuna
tagħmel ir-rapport tagħha jew xi korp assoċjat ta’ dik
l-istituzzjoni ta’ kreditu, jew
(b) jekk bis-saħħa ta’ l-artikolu 20(7) ta’ dan l-Att, ir-
rapport ikun dwar korp assoċjat ta’ istituzzjoni ta’
kreditu, ikollha x’taqsam mal-kummerċ jew l-affarijiet
ta’ dak il-korp.
(4) Relattivament għal persuna maħtura biex tagħmel rapport
skond l-artikolu 22(1), dan l-artikolu japplika għal kull materja li
hija ssir taf biha fil-kapaċità  tagħha bħala l-persuna li tkun qed
tagħmel ir-rapport -
(a) ikollha x’taqsam mal-kummerċ jew l-affarijiet ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu li dwarha dik il-persuna
tagħmel ir-rapport tagħha jew xi korp assoċjat ta’ dik
l-istituzzjoni ta’ kreditu, jew
(b) jekk bis-saħħa ta’ l-artikolu 22(2), ir-rapport ikun
dwar korp assoċjat ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ikollha
x’taqsam mal-kummerċ jew l-affarijiet ta’ dak il-korp.
(5) F’dan l-artikolu "korp assoċjat", relattivament għal
istituzzjoni, tfisser kull korp bħal dak kif imsemmi fis-subartikolu
(7) ta’ l-artikolu 20 jew kif imsemmi fl-artikolu 22(2).
(6) Jekk l-awtorità  kompetenti jkun jidhrilha li xi accountants
jew klassi ta’ accountants li jkunu persuni li għalihom japplika s-
subartikolu (1) ta’ hawn fuq ma jkunux suġġetti għar-regoli
sodisfaċenti magħmula jew gwida maħruġa minn korp professjonali
li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jiġu komunikati
materji lill-awtorità  kompetenti kif imsemmi f’dak is-subartikolu,
l-awtorità  kompetenti tista’, wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali
u dawk il-korpi li l-awtorità  kompetenti jkun jidhrilha li
jirrappreżentaw l-interessi ta’ l-accountants u tal-banek, tagħmel
regolamenti li japplikaw għal dawk l-accountants u li jispeċifikaw
dawk iċ-ċirkostanzi, u jkun id-dmir ta’ accountant li għalih ikunu
japplikaw ir-regolamenti li jikkomunika kull materja lill-awtorità
kompetenti fiċ-ċirkostanzi speċifikati b’dawk ir-regolamenti.
Kumitat Bankarju 
Konġunt.
27. Imħassar bl-Att XVII. 2002.182.
  28      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
Istituzzjonijiet ta’ 
kreditu li ma 
jkunux jistgħu 
jonoraw l-obbligi. 
Emendat:
XVII. 2002.183.
28. Nonostanti kull investigazzjoni provduta f’dan l-Att -
(a) meta istituzzjoni ta’ kreditu tqis li x’aktarx ma tkunx
tista’ tonora l-obbligi tagħha jew li tkun ser
tissospendi l-pagamenti, hi għandha minnufih tinforma
lill-awtorità  kompetenti u lill-Gvernatur tal-Bank
Ċentrali bil-miktub;
(b) meta l-awtorità  kompetenti ssir taf illi istituzzjoni ta’
kreditu x’aktarx ma tkunx tista’ tonora l-obbligi
tagħha jew illi tkun ser tissospendi l-pagamenti, hija
għandha tinforma minnufih lill-Gvernatur tal-Bank
Ċentrali bil-miktub;
(ċ) meta l-Bank Ċentrali jsir jaf illi istituzzjoni ta’ kreditu
x’aktarx ma tkunx tista’ tonora l-obbligi tagħha jew
illi ser tissospendi l-pagamenti, hi għandha tinforma
minnufih lill-awtorità  kompetenti bil-miktub.
Depożitu jew 
protezzjoni.
Miżjud:
XVII. 2002.184.
Emendat:
IV. 2003.181.
28A. Bla ħsara għas-setgħat mogħtija bl-artikolu 3, il-Ministru,
li jaġixxi fuq il-parir ta’ l-awtorità  kompetenti, jista’ jagħmel
regolamenti biex jistabbilixxi skemi jew arranġamenti oħra b’dik
il-personalità  ġuridika distinta jew xort’oħra kif jista’ jiġi preskritt,
għall-protezzjoni ta’ depożitanti f’każijiet meta istituzzjonijiet ta’
kreditu ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn id-
depożitanti u biex jirregolaw l-amministrazzjoni u l-finanzjament
ta’ kull skema jew arranġament bħal dawk għall-kumpens u għall-
kontribuzzjonijiet u imposti li jitħallsu fihom biex jistabbilixxu
livelli minimi u massimi ta’ kumpens, biex jeskludu ċerti depożiti
mill-applikazzjoni ta’ dawk l-iskemi jew arranġamenti, u biex
jipprovdu għal kull aspett ieħor li għandu x’jaqsam ma’ skemi ta’
protezzjoni għad-depożitanti inklużi regoli fuq reklami; u dawn l-
iskemi għandhom ikunu eżenti mill-ħlas ta’ taxxa fuq l-income
mid-data li dawn l-iskemi jidħlu fis-seħħ.
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li tieħu 
kontroll ta’ 
istituzzjonijiet ta’ 
kreditu.
Emendat:
XVII. 2002.185.
29. (1) Jekk, kemm minn xi rapport magħmul taħt l-artikolu
20 jew l-artikolu 22 jew xort’oħra, ikun jidher lill-awtorità
kompetenti illi tkun tapplika xi waħda miċ-ċirkostanzi indikati fl-
artikolu 9(2), l-awtorità  kompetenti, wara konsultazzjoni mal-Bank
Ċentrali, tista’ bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(2) -
(a) teħtieġ lill-istituzzjoni ta’ kreditu minnufih biex tieħu
dawk il-passi li l-awtorità  kompetenti tqis meħtieġa
biex tirrimedja jew tirrettifika l-materja;
(b) tinnomina persuna kompetenti biex tagħti parir lill-
istituzzjoni ta’ kreditu dwar it-tmexxija xierqa tal-
kummerċ tagħha;
(ċ) tinnomina persuna kompetenti biex tieħu f’idejha l-
attiv ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu jew xi parti minnha
sabiex jiġu mħarsa l-interessi tad-depożitanti;
(d) tinnomina persuna kompetenti biex tieħu f’idejha
kontroll tal-kummerċ ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u jew
li tkompli tmexxi dak il-kummerċ jew li tagħmel dik
il-funzjoni oħra jew funzjonijiet oħra dwar dak il-
kummerċ jew parti minnu, kif tordna l-awtorità
kompetenti;
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      29
(e) teħtieġ lill-istituzzjoni ta’ kreditu biex tillikwida l-
kummerċ tagħha jew biex tillikwida l-kummerċ tagħha
f’Malta;
(f) tinnomina persuna kompetenti biex tagħmilha ta’
stralċjarju għall-likwidazzjoni ta’ l-affarijiet ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu;
(g) tistabbilixxi r-rimunerazzjoni li għandha titħallas mill-
istituzzjoni ta’ kreditu lil kull persuna kompetenti
nominata skond dan is-subartikolu.
(2) Meta persuna tiġi nominata mill-awtorità  kompetenti -
(a) skond is-subartikolu (1)(b) l-istituzzjoni ta’ kreditu
għandha taġixxi skond il-parir mogħti minn dik il-
persuna kemm-il darba u sakemm l-awtorità
kompetenti ma jtrdnax xort’oħra;
(b) skond is-subartikolu (1)(ċ) l-istituzzjoni ta’ kreditu
għandha tikkonsenja lil dik il-persuna l-attiv kollu li hi
tkun inkarigata minnu, u s-setgħat, il-funzjonijiet u d-
dmirijiet kollha ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu dwar dak
l-attiv sew jekk eżerċitabbli mill-kumpannija f’laqgħa
ġenerali jew mill-bord tad-diretturi jew minn xi
persuna oħra, inkluża r-rappreżentanza legali u
ġudizzjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, għandhom jiġu
eżerċitati minnha u nvestiti fiha bl-esklużjoni ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu;
(ċ) skond is-subartikolu (1)(d) l-istituzzjoni ta’ kreditu
għandha tissottometti l-kummerċ tagħha għall-kontroll
minn dik il-persuna; u għandha tipprovdiha b’dawk il-
faċilitajiet li hija tista’ teħtieġ biex tkompli tmexxi dak
il-kummerċ jew biex taqdi l-funzjonijiet mogħtija lilha
taħt dak il-paragrafu, u s-setgħa, il-funzjonijiet u d-
dmirijiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, sew jekk
eżerċitabbli mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali jew
mill-bord tad-diretturi jew minn xi persuna oħra,
inkluża r-rappreżentanza legali u ġudizzjarja ta’ l-
istituzzjoni ta’ kreditu fil-kwistjonijiet kollha
għandhom jiġu eżerċitati minnha u vestiti fiha bl-
esklużjoni ta’ kull persuna oħra.
(3) Meta persuna tiġi nominata skond is-subartikolu (1)(ċ) jew
(d) -
(a) kull funzjoni, setgħa jew dmir li jistgħu jiġu eżerċitati
minn xi persuna oħra, inkluż il-kuraturi ta’ fallut jew
xi persuna oħra nominata minn jew taħt xi liġi oħra, u
li għandhom x’jaqsmu ma’ xi attiv jew kummerċ li l-
persuna nominata taħt xi wieħed mill-imsejħa
paragrafi tkun inkarigata minnu jew li jkun taħt il-
kontroll tagħha għandhom, kemm-il darba jew sakemm
l-awtorità  kompetenti ma tordnax xort’oħra jew xi
disposizzjoni espressa ta’ liġi ma tispeċifikax
xort’oħra, jieqfu milli jkunu hekk eżerċitabbli;
(b) il-persuna nominata skond xi wieħed mill-imsemmija
  30      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
paragrafi jkollha, dwar dik il-proprjetà , soċjetajiet,
ditti jew kummerċ ieħor kif l-awtorità  kompetenti
tista’ tispeċifika u li fihom l-istituzzjoni ta’ kreditu
ikollha interess, sew direttament sew indirettament
inkluż kull interess li jinħoloq minn avvanzi jew self
magħmula jew faċilitajiet ta’ kreditu mogħti jew minn
xi responsabbiltà  meħuda, dawk is-setgħat,
funzjonijiet u dmirijiet, inkluża r-rappreżentanza legali
u ġudizzjarja, li l-awtorità  kompetenti tista’ tordna, u
kull setgħa, funzjoni jew dmir bħal dawk ikunu
eżerċitabbli minn dik il-persuna u vestiti fiha bl-
esklużjoni ta’ kull persuna oħra:
Iżda:
 (i) l-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa li
tordna li kull jew xi setgħa, funzjoni jew dmir
kif intqal qabel għandhom ikunu eżerċitabbli
minn xi persuna oħra, u f’kull każ bħal dan,
b’seħħ minn dik id-data jew dati li l-awtorità
kompetenti tista’ tispeċifika u kemm-il darba u
sakemm l-awtorità  kompetenti ma tordnax
xort’oħra, is-setgħat, il-funzjonijiet u d-dmirijiet
li għalihom japplika l-ordni ta’ l-awtorità
kompetenti għandhom ikunu eżerċitabbli minn
dik il-persuna l-oħra nominata għal hekk u jkunu
vestiti fiha bl-esklużjoni ta’ kull persuna oħra;
(ii) meta l-awtorità  kompetenti tkun tal-fehma illi
istituzzjoni ta’ kreditu ma jkunx baqagħlha ebda
interess kif intqal qabel, huja għandha tordna li
kull setgħa, funzjoni u dmir eżerċitabbli skond
dan il-paragrafu jieqfu milli jibqgħu hekk
eżerċitabbli, iżda kull direttiva bħal dik ma
tolqot ebda ħaġa li tkun saret jew li tkun naqset
milli ssir bis-saħħa ta’ jew minħabba xi waħda
mill-imsemmija setgħat, funzjonijiet jew
dmirijiet;
(ċ) il-persuna nominata skond xi wieħed mill-imsemmija
paragrafi jkollha s-setgħa li teħtieġ lil kull persuna
oħra biex tipprovdiha b’dawk il-faċilitajiet li jidhrilha
meħtieġa biex taqdi kull waħda mis-setgħat,
funzjonijiet jew dmirijiet skond dan l-artikolu;
Kap. 13.
(d) id-disposizzjoni tal-liġi dwar il-falliment u b’mod
partikolari t-Taqsima III tal-Kodiċi tal-Kummerċ
għandha tieqaf milli tapplika u għandha tieqaf milli
taħdem dwar kull proprjetà , soċjetà , ditta jew
kummerċ ieħor speċifikati mill-awtorità  kompetenti
skond il-paragrafu (b), kemm-il darba u sakemm jew
ħlief sa fejn, l-awtorità  kompetenti ma tordnax
xort’oħra; u f’kull każ bħal dak il-persuna nominata
kif intqal qabel għandha, suġġett għal kull direttiva ta’
l-awtorità  kompetenti mogħtija fl-interessi tal-
kredituri, taġixxi bħallikieku dawk id-disposizzjonijiet
ma kienux jeżistu u daqslikieku ma kienet saret ebda
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      31
dikjarazzjoni ta’ falliment;
(e) kull persuna li tiġi nominata skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandha
tissottometti rapporti ta’ kull sitt xhur ta’ l-attività
tiegħu u kontijiet annwali ta’ l-operazzjonijiet tiegħu
fil-qadi ta’ dawk il-funzjonijiet verifikati minn uditur
indipendenti lill-Ministru li jqiegħed dawk ir-rapporti
u dawk il-kontijiet fuq il-mejda tal-Kamra tad-
Deputati fi żmien ħmistax-il ġurnata.
(4) Meta persuna tiġi nominata skond is-subartikolu (1)(g), dik
il-persuna tkun l-istralċjarju tal-kumpannija għall-finijiet kollha
tal-liġi bl-esklużjoni ta’ kull persuna oħra.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jkollhom
effett minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ kull liġi, u minkejja dak
kollu li jinsab f’kull att, kuntratt, kitba jew dokument ieħor ikun
liema jkun.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel dan l-artikolu li jagħtu setgħat
esklussivi ta’ rappreżentanza f’persuna nominata mill-awtorità
kompetenti bis-saħħa tagħhom għandhom japplikaw ukoll għal kull
att jew proċediment mibdija jew li saru qabel ma dik ir-
rappreżentanza ġiet vestita kif intqal qabel, u dwar kull għemil jew
proċedimenti bħal dawk kull persuna oħra li taġixxi jew li tidher li
tkun qed taġixxi, jew li dwarha tittieħed azzjoni, f’dik il-kariga
għandha tieqaf milli tkun parti fi, u għandha tiġi eskluża minn, kull
att jew proċedimenti bħal dawk.
(7) Ebda persuna ma għandha b’xi mod tfixkel persuna
nominata skond is-subartikolu (1) fil-qadi ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet, setgħat jew dmirijiet skond dan l-artikolu.
(8) Dwar kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed taħdem
f’Malta u x’imkien ieħor l-uffiċċji u l-fergħat f’Malta ta’ dik l-
istituzzjoni ta’ kreditu għandhom, jekk l-awtorità  kompetenti hekk
tordna u safejn hi hekk tordna, jitqiesu li jikkostitwixxu istituzzjoni
ta’ kreditu separata.
(9) Meta tirċievi rapport kif imsemmi fis-subartikolu (1), l-
awtorità  kompetenti għandha tinforma lill-Bank Ċentrali dwar jekk
ikunx ser jieħu azzjoni fuq dak ir-rapport u dwar kull azzjoni li
jkun bi ħsiebu jieħu fuqu.
Il-Ministru jista’ 
jagħmel 
regolamenti.
Miżjud:
XVII. 2002.186.
29A.  Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-awtorità
kompetenti, jagħmel regolamenti dwar l-istralċ jew l-
organizzazzjoni mill-ġdid ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti
f’Malta u ta’ fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti barra
minn Malta, u jistgħu jsiru disposizzjonijiet differenti għal każijiet
jew għal klassijiet ta’ każijiet differenti, u għandhom jitqiesu
x’ikunu l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta f’dan ir-
rigward. Dawk ir-regolamenti jistgħu jkunu jipprovdu dwar l-
implimentazzjoni ta’ miżuri dettaljati ta’ proċeduri ta’
organizzazzjoni mill-ġdid, inkluż dawn l-affarijiet li ġejjin: il-
pubblikazjzoni u l-għoti ta’ informazzjoni f’dik il-lingwa jew
lingwi u f’dawk il-gazzetti jew pubblikazzjonijiet oħra hekk kif
jistgħu jiġu ordnati; l-għoti ta’ informazzjoni lill-kredituri, u l-mod
  32      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
u l-proċedura kif isir dan; in-notifikazzjoni lill-kredituri u l-
proċedura għall-għemil ta’ talbiet jew ilmenti; miżuri għall-
protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri u terzi oħrajn, inklużi netting
arrangements; konsultazzjoni bejn l-awtorità  kompetenti u
awtoritajiet oħra regolatorji, amministrattivi jew ġudizzjarji
f’Malta u barra minn Malta b’kompetenza fuq l-istralċ u l-
organizzazzjoni mill-ġdid ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ fergħat
tagħhom; il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijeit li jkollhom x’jaqsmu
ma’ proċeduri ta’ stralċ u organizzazzjoni mill-ġdid; l-għemil ta’
regoli li jkunu jirregolaw l-applikabilità  tal-liġi adatta jew
applikabbli u affarijiet oħra dwar il-konflitt ta’ liġijiet.
Pubblikazzjoni ta’ 
reżokontijiet 
finanzjarji 
verifikati. 
Emendat:
XVII. 2002.187.
30. Kull istituzzjoni ta’ kreditu għandha, mhux aktar tard minn
erba’ xhur mill-egħluq tas-sena finanzjarja tagħha jew f’xi żmien
ieħor li jista’ jiġi eċċezzjonalment awtorizzat mill-awtorità
kompetenti -
(a) tibgħat lill-awtorità  kompetenti u lill-Bank Ċentrali, u
(b) tesponi f’pożizzjoni prominenti f’kull wieħed mill-
uffiċċji u fergħat tagħha f’Malta u tħalli hekk esposta
matul is-sena kollha,
kopja tar-reżokontijiet finanzjarji verifikati tagħha magħmula u
ppubblikati b’dak il-mod hekk kif jista’ jiġi speċifikat skond
direttiva bankarja.
Udituri. 
Emendat:
XXV.1995.434;
XVII. 2002.188.
31.(1)(a) Kull bank għandu jinnomina kull sena uditur jew
udituri approvati li d-dmir tagħhom ikun biex
jirraporta dwar ir-reżokontijiet finanzjarji tal-bank
eżaminati minnhom u dwar ir-reżokonijiet finanzjarji
kollha preparati mill-bank.
Kap. 386.
(b) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu uditur approvat għandu
jkun persuna li tkun kwalifikata biex tkun uditur skond
l-Att dwar Kumpanniji, u jkollha l-awtorizzazzjoni ta’
l-awtorità  kompetenti biex taġixxi bħala uditur ta’
bank.
(2) Jekk bank jonqos milli jinnomina uditur skond is-
subartikolu (1), jew f’xi żmien jonqos milli jimla xi vakanza fil-
kariga ta’ uditur, l-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa li
tinnomina uditur għal dak il-bank u għandha tistabbilixxi l-
kumpens li għandu jitħallas minn dak il-bank lil dak l-uditur.
(3) Ir-rapport ta’ l-udituri għandu jinkludi dikjarazzjonijiet
dwar il-ħwejjeġ li ġejjin - 
(a) jekk akkwistawx l-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet
kollha li skond l-aħjar tagħrif u twemmin tagħhom
kienu meħtieġa għall-iskop tal-verifika tagħhom;
(b) jekk fil-fehma tagħhom kenux inżammu kotba xierqa
tal-kontijiet mill-bank, safejn jidher mill-eżami
tagħhom ta’ dawk il-kotba;
(ċ) jekk ir-reżokontijiet finanzjarji tal-bank trattati fir-
rapport ikunux jaqblu mal-kotba tal-kontijiet;
(d) jekk, fil-fehma tagħhom, u skond l-aħjar tagħrif
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      33
tagħhom u skond l-ispjegazzjonijiet mogħtija lilhom,
ir-reżokontijiet finanzjarji msemmija jagħtux l-
informazzjoni meħtieġa minn kull liġi li tista’ minn
żmien għal żmien tkun isseħħ bil-mod hekk meħtieġ u
jagħtux veduta vera u ġusta.
(4) Ir-rapport ta’ l-udituri għandu jinqara flimkien mar-rapport
tad-diretturi tal-bank fil-laqgħa annwali ta’ l-azzjonisti.
(5) Kull uditur tal-bank ikollu d-dritt li jitlob mingħand kull
funzjonarju jew impjegat tal-bank dik l-informazzjoni jew
spjegazzjoni li tkun tidhirlu meħtieġa fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu.
(6) Bank għandu minnufih javża bil-miktub lill-awtorità
kompetenti -
(a) malli jinnomina l-udituri tiegħu;
(b) jekk ikun bi ħsiebu javża lill-azzjonisti tiegħu biex -
(i) jirrimpjazza l-udituri tiegħu malli jagħlaq iż-
żmien tal-kariga tagħhom;
(ii) ineħħi l-udituri tiegħu qabel jagħlaq iż-żmien
tal-kariga tagħhom;
(ċ) jekk l-udituri jieqfu milli jkunu udituri tal-bank għal xi
raġuni li ma tkunx waħda mir-raġunijiet li jinsabu fil-
paragrafu (b).
(7) L-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ lil bank biex jibdel l-
udituri nominati tiegħu meta, fil-fehma ta’ l-awtorità  kompetenti,
dawk l-udituri jitqiesu li ma jkunux adatti għal dik il-kariga.
(8) Uditur għandu javża minnufih lill-awtorità  kompetenti
jekk -
(a) huwa jirriżenja;
(b) ma jkunx bi ħsiebu li jieħu dik il-kariga mill-ġdid; jew
(ċ) jiddeċċiedi li jikkwalifika r-rapport ta’ verifika.
(9) Jekk fil-kariga tiegħu bħala uditur ta’ bank jew bħala
riżultat ta’ talba diretta ta’ l-awtorità  kompetenti skond l-artikolu
20 jew skond l-artikolu 22, uditur isir jaf b’xi materja li jkollha
x’taqsam ma’ u li jista’ jkollu effett avvers serju fuq id-depożitanti
ta’ dak il-bank, jew ta’ fergħat f’Malta kollha ta’ bank li ma jkunx
inkorporat f’Malta, jew ta’ xi persuna konnessa li tkun bank, huwa
għandu minnufih jgħarraf lill-awtorità  kompetenti permezz tal-
management tal-bank jew, jekk iċ-ċirkostanzi jkunu hekk
jiġġustifikaw, direttament lill-awtorità  kompetenti.
(10) Minkejja kull disposizzjoni tas-subartikoli ta’ qabel dan, l-
awtorità  kompetenti tista’ fil-każ ta’ bank mhux inkorporat f’Malta
tagħti eżenzjoni b’direttiva bankarja minn kwalunkwe ħtieġa ta’
dan l-artikolu sakemm dik l-eżenzjoni ma tnaqqasx sostanzjalment
l-iskopijiet prinċipali ta’ dan l-artikolu.
Kap. 386.
(11) Sa fejn id-disposizzjoniet ta’ dan l-artikolu huma
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Kumpanniji, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom jipprevalu u d-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att ma għandomx, sa fejn ikunu
  34      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
inkonsistenti, japplikaw għal banek.
Swalifika ta’ 
funzjonarji. 
Emendat:
XVII. 2002.188.
32. (1) Ebda persuna -
(a) li tkun ġiet dikjarata falluta b’sentenza jew li tkun
għamlet akkordju mal-kredituri tagħha jew li kienet
funzjonarju ta’ bank li kellu l-liċenza tiegħu imħassra
skond l-artikolu 9(2), u li ma tkunx ġiet eżentata bil-
miktub mill-awtorità  kompetenti mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu; jew
(b) li tkun interdetta jew inabilitata jew li kienet involuta
f’money laundering jew li tkun ġiet misjuba ħatja ta’
delitt li jolqot il-fiduċja pubblika, serq, qerq,
estorsjoni jew talli xjentement tkun irċeviet oġġetti
miksuba b’serq jew b’qerq,
ma għandha taġixxi jew tkompli taġixxi bħala funzjonarju ta’ bank.
Dmirijiet ta’ 
funzjonarji.
Emendat:
XVII. 2002.188.
33. Kull funzjonarju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jieħu l-
passi raġonevoli kollha -
(a) biex jassigura li l-istituzzjoni ta’ kreditu tosserva d-
disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att u tal-liċenza
tagħha jew kull direttiva bankarja jew regolament
maħruġ taħt dan l-Att, u
(b) biex jassigura li ebda informazzjoni skorretta ma tiġi
provduta kemm jekk volontarjament jew bħala riżultat
ta’ negliġenza gravi.
Konfidenzjalità .
Emendat:
XVII. 2002.189.
34. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tawtorizza lill-Bank Ċentrali
jew lill-awtorità  kompetenti biex jinvestigaw jew iġiegħlu li ssir
investigazzjoni fl-istituzzjoni ta’ kreditu fl-affarijiet ta’ xi klijent
individwali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ħlief -
(a) sabiex jiġi assigurat li xi disposizzjoni ta’ dan jew
kwalunkwe Att ieħor tiġi osservata, jew
(b) fejn l-exposure tal-klijent tkun kbira skond it-termini
tad-direttiva dwar exposures kbar u huma tal-fehma illi
t-tali exposure jista’ jkun ta’ theddid għal dik l-
istituzzjoni ta’ kreditu jew għas-settur bankarju b’mod
ġenerali.
(2) Ebda persuna, inklużi funzjonarji jew aġenti ta’ l-imgħoddi
jew tal-preżent ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ma għandha tikxef xi
informazzjoni dwar l-affarijiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’
klijent ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li hija tkun kisbet fil-qadi tad-
dmirijiet tagħha jew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond dan
l-Att ħlief -
(a) meta tkun awtorizzata biex tagħmel hekk skond xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) għall-qadi tad-dmirijiet tagħha jew għall-eżerċizzju
tal-funzjonijiet tagħha;
(ċ) meta tkun meħtieġa legalment biex tagħmel hekk minn
xi qorti jew skond xi disposizzjoni ta’ xi liġi.
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      35
Kap. 373.
(3) Meta funzjonarju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ikollu għalfejn
jaħseb li operazzjoni jew operazzjoni proposta tista’ tinvolvi money
laundering, huwa obbligat jimxi skond ir-regolamenti maħruġa taħt
l-Att kontra Money Laundering u skond linji ta’ gwida magħmula
mill-awtorità  kompetenti. It-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu ma jkunx jikkostitwixxi ksur ta’ konfidenzjalità .
(4) Uffiċjali ta’ l-awtorità  kompetenti u tal-Bank Ċentrali,
inklużi uffiċjali passati u preżenti, ma għandhomx jikxfu
informazzjoni miksuba mingħand istituzzjonijiet ta’ kreditu waqt li
jkunu qed jaqdu dmirijiet ta’ sorveljanza u oħrajn, li hija regolata
bl-obbligu tas-segretezza professjonali, ħlief sabiex jaqdu d-
dmirijiet tagħhom jew l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom jew
meta leġittimament hekk mitluba minn xi qorti taħt disposizzjoni
ta’ xi liġi.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, istituzzjoni
ta’ kreditu tista’ jekk iċ-ċirkostanzi hekk jitolbu, tikkomunika kull
informazzjoni li tkun fil-pussess tagħha u li tirrelata ma’ l-affarijiet
ta’ klijenti, lil membri oħra tal-grupp ta’ kumpaniji li minnhom l-
istituzzjoni finanzjarja tagħmel parti.
Kap. 376.
(6) Għall-finijiet tas-subartikolu (5), il-frażi "grupp ta’
kumpaniji" għandha tinkludi kull korp ġuridiku reġistrat jew li
jopera minn Malta jew f’ġurisdizzjonijiet barranin u li jifforma
parti mill-grupp ta’ kumpaniji u li hu wkoll liċenzjat jew xort’oħra
awtorizzat taħt il-liġijiet ta’ Malta jew ta’ dik il-ġurisdizzjoni,
skond il-każ, biex iwettaq xi attività  ekwivalenti għall-kummerċ
bankarju jew għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi jew xi attivitajiet
imsemmija fl-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji.
Reati u pieni.
Emendat:
XVII. 2002.190.
35. (1) Kull persuna li -
(a) tagħmel xi dikjarazzjoni, wegħda jew tbassira li hija
tkun taf li tkun qarrieqa, falza jew li tkun tinganna, jew
diżonestament taħbi xi fatti sostanzjali, jew
(b) bi traskuraġni tagħmel (diżonestament jew xort’oħra)
dikjarazzjoni, wegħda jew tbassira li tkun qarrieqa,
falza jew tkun tinganna,
tkun ħatja ta’ reat jekk hija tagħmel id-dikjarazzjoni, wegħda jew
tbassira jew taħbi l-fatti sabiex tħajjar, jew tkun indifferenti jekk
tistax tħajjar, persuna oħra (sew jekk tkun jew ma tkunx il-persuna
li lilha tkun saret id-dikjarazzjoni, wegħda jew tbassira jew li
minnha jkunu nħbew il-fatti) -
(i) biex tagħmel, jew iżżomm milli tagħmel,
depożitu magħha jew ma’ xi persuna oħra; jew
(ii) biex tidħol, jew iżżomm milli tidħol, f’xi ftehim
għall-għemil ta’ dak id-depożitu.
(2) Is-subartikolu (1) ma’ għandux japplika ħlief jekk -
(a) id-dikjarazzjoni, wegħda jew tbassira f’Malta jew
minn Malta, jew jekk il-fatti jinħbew f’Malta jew minn
Malta jew jekk isiru arranġamenti f’Malta jew minn
Malta għal biex issir dik id-dikjarazzjoni, wegħda jew
tbassira jew għal biex jinħbew il-fatti;
  36      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
(b) il-persuna li fuqha dak it-tħajjir ikun intenzjonat li
jkollu jew jista’ jkollu effett tkun f’Malta; jew
(ċ) id-depożitu jsir jew ikun ser jsir f’Malta jew jekk il-
ftehim isir jew ikun se jsir f’Malta.
(3) Kull persuna li -
(a) tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) tikser jew tonqos ti tħares id-disposizzjonijiet ta’ xi
direttiva bankarja, direttiva ta’ istituzzjonijiet ta’ flus
elettroniċi, regolament jew kondizzjoni ta’ liċenza;
(ċ) tonqos li tosserva xi ordni jew ħtieġa leġittima ta’ l-
awtorità  kompetenti jew tal-Bank Ċentrali;
(d) tonqos li tosserva xi ordni jew ħtieġa leġittima tat-
Tribunal għal Servizzi Finanzjarji;
(e) tonqos li tosserva xi ordni jew ħtieġa leġittima ta’ xi
persuna oħra magħmula skond dan l-Att;
(f) mingħajr skuża raġonevoli taltera, tissopprimi, taħbi,
tiddistruġġi jew tirrifjuta li tipproduċi xi dokument li
hija legalment tkun meħtieġa li tipproduċi lil xi
persuna skond dan l-Att,
tkun ħatja ta’ reat.
(4) Kull persuna li xjentement tkun parti fl-għemil jew
tipprokura jew tgħin jew tħajjar l-għemil ta’ xi reat taħt is-
subartikoli (1) u (3) tkun ħatja ta’ reat u tkun suġġetta għall-istess
pieni bħall-ħati prinċipali.
(5) Il-Ministru għandu joħroġ regolamenti li jippreskrivu il-
pieni għal reati kontra dan l-Att, u dawn ir-regolamenti jistgħu -
(a) jippreskrivu l-pieni li huma esegwibbli bi
prosekuzzjoni fil-qrati ta’ Malta;
(b) jippreskrivu pieni differenti għal kontravvenzjonijiet
ta’ disposizzjonijiet differenti ta’ dan l-Att;
(ċ) jippreskrivu pieni kkalkulati skond ma jkun ilu sejjer
ir-reat;
(d) jipprovdu għal appell lit-Tribunal għal Servizzi
Finanzjarji minn xi deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
li timponi piena amministrattiva.
(6) Il-pieni preskritti b’regolamenti maħruġa skond is-
subartikolu (5) -
(a) fil-każ ta’ priġunerija, ma għandhomx jipprovdu għal
sentenza ta’ priġunerija ta’ iżjed minn sentejn;
(b) fil-każ ta’ multa imposta wara prosekuzzjoni fil-qrati
ta’ Malta, ma għandhomx jipprovdu għal multa ta’
inqas minn mitt lira Maltija jew iżjed minn ħames mitt
elf lira Maltija.
(7) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għal pieni
amministrattivi li jistgħu jiġu imposti mill-awtorità  kompetenti
KUMMERĊBANKARKJU   ġ K AP. 371.      37
mingħajr rikors għal kawża fil-qorti:
B’dan iżda illi piena amministrattiva ma tistax timponi
piena finanzjarja ta’ iżjed minn ħamsin elf lira Maltija.
(8) Ebda proċedimenti għal reat kontra dan l-Att jew xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, barra minn proċedimenti
li jimponu penali amministrattiva, ma għandhom jinbdew mingħajr
is-sanzjoni ta’ l-Avukat Ġenerali.
Penalitajiet 
amministrattivi.
Miżjud:
XVII. 2002.191.
35A. (1) Meta l-awtorità  kompetenti tiddeċiedi li timponi
penali amministrattiva, din għandha tinnotifika lill-persuna li fuqha
l-penali tkun qed tiġi mposta bil-mezz ta’ avviż bil-miktub.
(2) Jekk il-persuna li lilha jkun ġie notifikat dak l-avviż:
(a) tonqos li tħallas lill-awtorità  kompetenti l-ammont tal-
penali fi żmien tletin jum min-notifika ta’ l-avviż, u
tonqos li tappella mid-deċiżjoni ta’ l-awtorità
kompetenti lit-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji; jew
(b) tappella lit-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji u fi
żmien ħmistax-il jum mid-deċiżjoni tat-Tribunal biex
tħallas il-penali amministrattiva kif konfermata jew
imnaqqsa minn dak it-Tribunal;
allura, f’kull każ, l-ammont tal-penali amministrattiva, kif impost
oriġinarjament jew kif imnaqqas, skond il-każ, ikun dovut lill-
awtorità  kompetenti bħala dejn ċivili, u d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3) għandhom japplikaw.
Kap. 12.
(3) Avviż kif imsemmi fis-subartikolu (1), jew id-deċiżjoni tat-
Tribunal għal Servizzi Finanzjarji, skond il-każ, għandhom, man-
notifika ta’ kopja tagħhom lill-persuna indikata fl-avviż,
jikkostitwixxu titolu eżekuttiv għall-finijiet u effetti kollha tat-
Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Applikazzjoni ta’ l-
Att għall-Bank 
Ċentrali.
36. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx japplikaw
għall-Bank Ċentrali, ħlief fejn u sa fejn il-Bank Ċentrali huwa
msemmi b’ismu.
Riserva, 
Kap. 215.
37.* (1) Kull liċenza, ħatra, ordni jew għemil ieħor ikun xi jkun
taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju# għandu jkompli fis-seħħ
bħallikieku l-istess liċenza, ħatra, ordni jew għemil ieħor sar taħt
dan l-Att.
Kap. 315.
Kap. 330.
(2) It-tħassir ta’ l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju ma japplikax
għal kumpanniji bankarji offshore li huma registrati taħt l-Att dwar
Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta’ Malta+ sa dik id-data li
l-Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi.
*Dan l-artikolu oriġinarjament kien fih tliet subartikoli. Is-subartikolu (1)
oriġinali ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji.
#Imħassar b’dan l-Att.
+It-titolu ġie mibdul għal "Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta" bl-Att
XIII ta’ l-1994 u għal "Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta" bl-Att XVII
ta’ l-2002.
  38      KAP. 371. ħ       KUMMERĊBANKARKJU
Miżjuda:
XVII. 2002.192.
SKEDA
(Artikolu 2(4))
Lista ta’ Attivitajiet Addizzjonali
1. Leasing finanzjarju;
2. Servizzi ta’ trasmissjoni ta’ flus;
3. Ħruġ u amministrazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas (karti ta’
kreditu, travellers' cheques u drafts bankarji u dokumenti simili);
4. Garanziji u commitments;
5. Kummerċ f’isimhom stess jew akkont tal-klijenti fi:
(a) Dokumenti tas-suq tal-flus (ċekkijiet, kambjalijiet,
ċertifikati ta’ depożitu, u dokumenti simili);
(b) kambju barrani;
(ċ) futures u options finanzjarji;
(d) dokumenti ta’ kambju u ta’ rata ta’ mgħax;
(e) titoli trasferibbli.
6. Parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ titoli u l-provdiment ta’ servizzi
li għandu x’jaqsam ma’ dak il-ħruġ;
7. Pariri lil impriżi fuq struttura kapitali, strateġija industrjiali
u kwistjonijiet relatati u pariri kif ukoll servizzi dwar mergers u x-
xiri ta’ impriżi;
8. Broking ta’ flus;
9. Amministrazzjoni ta’ portafoll u pariri;
10. Safekeeping u amministrazzjoni ta’ titoli;
11. Servizzi b’riferenza għal kreditu;
12. Servizzi ta’ kustodja fis-sigurtà .
