AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      1
KAPITOLU 372
ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA
Biex jirregola l-ġbir ta’ taxxa fuq l-income u biex jipprovdi għall-mezzi amministrattivi
għal dak il-ġbir.
23 ta’ Settembru, 1994
L-ATT XVIII ta’ l-1994, kif emendat bl-Atti: XXIII u XXIV ta’ l-1995, XX ta’ l-1996, XVI ta’
l-1997, V ta’ l-1998, I u IX ta’ l-1999, VI u IX ta’ l-2001, II ta’ l-2002 u II ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
TAQSIMA I. Preliminari 1-2
TAQSIMA II. Amministrazzjoni 3-4
TAQSIMA III. Persuni taxxabbli 5-9
TAQSIMA IV. Prospetti 10-29
TAQSIMA V. Stima ta’ taxxa 30-33
TAQSIMA VI. Appelli 34-39
TAQSIMA VII. Ġbir 40-47
TAQSIMA VIII. Rifużjoni 48
TAQSIMA IX. Reati u Pieni 49-57
TAQSIMA X. Setgħa għall-egħmil ta’ regoli  58-60
  2      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
TAQSIMA I 
Preliminari
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Tifsir.
Kap. 123.
2. F’dan l-Att, u f’kull regoli magħmula taħt dan l-Att, kliem
u espressjonijiet għandu jkollhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra, l-istess tifsir u l-istess interpretazzjoni li
jinsabu fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income. 
TAQSIMA II 
Amministrazzjoni
Ħatra ta’ awtorità 
amministrattiva.
Emendat:
V. 1998.2;
IX. 2001.30.
Kap. 123.
3. (1) L-amministrazzjoni ta’ dan l-Att u ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income, (li hawnekk iżjed ’il quddiem qed jissejħu
flimkien "l-Atti dwar it-Taxxi") hi mogħtija lill-Kummissarju li
jista’ bil-miktub u skond dawk il-limitazzjonijiet li jidhirlu xierqa,
jiddelega lil kull persuna li tkun qed isservi fid-dipartiment tiegħu
dawk id-drittijiet, id-dmirijiet, is-setgħat u l-funzjonijiet oħra li hu
għandu jew mogħtija lilu jew imposti fuqu bl-Atti dwar it-Taxxi.
(2) Il-Kummissarju jista’ jaħtar xi persuna li fl-opinjoni tiegħu
jkollha 1-kwalifiki meħtieġa biex tassistih biex jistabbilixxi 1-valur
ta’ xi proprjetà  mobbli jew immobbli għal xi wieħed mill-finijiet
ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u dik il-persuna għandha, tul iż-żmien tal-
ħatra tagħha, titqies bħala uffiċjal impjegat fl-amministrazzjoni ta’
1-Atti dwar it-Taxxi u li jaqdi dmirijietu fid-dipartiment tal-
Kummissarju.
Segretezza 
uffiċjali.
Emendat:
XXIV.1995.362;
XVI.1997.8;
V. 1998.3;
II. 2003.41.
4. (1) Ħlief fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-
Taxxi, jew meta l-Prim Ministru jordna xort’oħra, kull persuna li
jkollha xi dmir uffiċjali jew li tkun impjegata fl-amministrazzjoni
ta’ l-Atti dwar it-Taxxi għandha tqis u titratta kollha kemm huma d-
dokumenti, informazzjoni, prospetti, u stimi li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-Atti dwar it-Taxxi, jew kopji tagħhom, bħala sigrieti w
konfidenzjali w għandha tagħmel u tissottoskrivi quddiem il-Qorti
ta’ l-Appell, dikjarazzjoni bil-ġurament fuq il-formola preskritta
għal hekk. 
(2) Ebda persuna maħtura taħt, jew impjegata għat-tmexxija
tad-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi ma tkun meħtieġa li
turi fil-qrati, tribunali, bord jew kumitat ta’ inkjesta, xi prospett,
dokument jew stima jew li tikxef jew tikkomunika lil xi qorti,
tribunal, bord jew kumitat ta’ inkjesta, xi materja jew ħaġa li ssir
taf biha fil-qadi ta’ dmirijietha taħt l-Atti dwar it-Taxxi ħlief kif
ikun meħtieġ sabiex id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi
jiġu fis-seħħ, jew għall-iskop, jew fil-kors, ta’ prosekuzzjoni għal
xi reat magħmul kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-Atti
dwar it-Taxxi.
(3) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma għandha tipprevjeni
l-kxif lil xi rappreżentant awtorizzat ta’ xi Gvern ieħor ta’ dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa li tinkixef skond -
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      3
Kap. 123.
dwar it-Taxxa fuq l-Income inkluż il-kxif ta’ dawk il-
fatti li jistgħu jkunu meħtieġa biex jista’ jkun hemm
ħelsien kif kif imiss li jingħata f’Malta jew band’oħra
taħt kull tali arranġament jew taħt l-artikolu 89 ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(b) kull arranġament ieħor bejn Malta u Stati oħra jew l-
awtoritajiet tagħhom tat-taxxa li jkun jipprovdi għal
skambju reċiproku ta’ informazzjoni għal finijiet ta’
taxxa.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar segretezza ma
japplikawx għal tagħrif li jkun jinsab f’xi prospett ippreżentat
skond l-artikoli 10, 21 jew 23 u dwar dawk id-dettalji ta’ l-income u
kif preskritt taħt l-Atti dwar it-Taxxi.
(5) (a) Il-Kummissarju għandu jibgħat lill-iSpeaker tal-Kamra
tad-Deputati dikjarazzjoni ċertifikata li turi d-dettalji
ta’ l-income dikjarat minn kull Membru tal-Kamra tad-
Deputati għall-fini ta’ l-Atti dwar it-Taxxi mis-sena ta’
stima li fiha dak il-Membru sar Membru tal-Kamra tad-
Deputati għall-ewwel darba u għal kull sena ta’ stima
sussegwenti sa u inkluża s-sena ta’ stima li tiġi wara s-
sena li fiha dak il-Membru ma baqax Membru tal-
Kamra:
Iżda jekk Membru li ma jkunx baqa’ Membru tal-
Kamra tad-Deputati kif ingħad qabel jerġa’ jsir
Membru tal-Kamra, il-Kummissarju għandu jissot-
tometti wkoll lill-iSpeaker id-dettalji ta’ l-income
dwar il-perijodu li jkopri s-snin meta dak il-Membru
ma baqax Membru sakemm reġa’ sar Membru tal-
Kamra.
Kap. 248.
(b) L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati għandu, fuq talba
bil-miktub minn xi Membru tal-Kamra jew mill-editur
responsabbli għal gazzetta reġistrata taħt l-Att dwar l-
Istampa, jagħti lil dak il-Membru jew editur id-dettalji
ta’ l-income dwar xi sena ta’ stima dikjarata minn xi
Membru tal-Kamra tad-Deputati għall-finijiet ta’ l-Atti
dwar it-Taxxi, iżda li d-dettalji ta’ l-income hekk
mitluba jkunu ġew mgħoddija lill-iSpeaker skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) u li qabel ma jagħti
dak it-tagħrif l-iSpeaker għandu jinnotifika lil dak il-
Membru li d-dettalji ta’ l-income tiegħu jkunu qed jiġu
mitluba, b’kopja ta’ dik it-talba u tar-risposta li tkun
qed tingħata.
(6) B’dan kollu li jinsab f’dan l-artikolu, il-Kummissarju jista’
jippermetti lill-Awditur Ġenerali tal-Gvern jew xi uffiċjal ieħor
awtorizzat għal hekk mill-Awditur Ġenerali sabiex ikollu aċċess
għal kull records jew dokumenti li jkunu meħtieġa għall-qadi tad-
dmirijiet tiegħu uffiċjali. L-Awditur Ġenerali jew kull uffiċjal bħal
dan jitqies li hu persuna impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-Att
għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
  4      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
Kap. 364.
(7) B’dak kollu li jinsab f’dan l-artikolu il-Kummissarju jista’
jagħmel użu mid-dokumenti, tagħrif u prospetti dwar l-income jew
partiti ta’ income ta’ kull persuna għall-fini ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti, u jista’ jipproduċi jew iġiegħel lil
min jipproduċi f’qorti, f’kull proċedimenti dwar taxxi mħallsa jew
li għandhom jitħallsu, u għall-ġbir ta’ kull penali mwaħħla bis-
saħħa ta’ dak l-Att, kopja ta’ kull partikolaritajiet li jkun hemm f’xi
dokument jew prospett kif intqal fuq, ċertifikata minnu jew miċ-
Chairman tal-Bord tal-Kummissarji Speċjali mwaqqaf bis-saħħa ta’
l-artikolu 34 jew mir-Reġistratur tal-Qrati, skond il-każ, li tkun
kopja korretta ta’ dawk il-partikolaritajiet:
Iżda l-Kummissarju jista’ jipproduċi jew iġiegħel lil min
jipproduċi l-oriġinal ta’ kull dokument jew prospett bħal dan f’kull
każ li jkun meħtieġ li ssir il-prova tal-kalligrafija jew ta’ l-identità
tal-persuna li tkun kitbet, għamlet, iffirmat jew tat dak id-dokument
jew prospett, iżda biss għall-iskop ta’ dik il-prova.
(8) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu m’għandha żżomm il-konsenja
ta’ dokumenti mill-Kummissarju skond ma hemm fl-artikolu 57.
TAQSIMA III 
Persuni Taxxabbli
Responsabbiltà  
għat-taxxa ta’ 
aġent jew persuna 
li tirrisjedi barra 
minn Malta.
Kap. 123.
5. (1) B’żieda mad-disposizzjonijiet li jinsabu fit-Taqsima IX
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, persuna mhux residenti
f’Malta (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-Att msejħa bħala
"persuna mhux residenti") tkun taxxabbli u tista’ tkun obbligata li
tħallas f’isem il-fiduċjarju, guardian, tutur, kuratur jew kumitat
tagħha, jew fl-isem ta’ xi mandatarju, factor, aġent, receiver, jew
manager ikunux idaħħlu l-income jew le, bl-istess mod u bl-istess
ammont bħalma dik il-persuna mhux residenti kienet tkun intaxxata
u obbligata li tħallas it-taxxa f’Malta u effettivament iddaħħal dak
l-income.
Persuna mhux residenti tkun suġġetta għat-taxxa u tista’
tkun obbligata li tħallasha dwar kull income li jinqala’, sew
direttament jew indirettament, b’mezz ta’ jew minn kariga ta’
mandatarju, factor, aġent, receiver, fergħa jew manager u tkun
hekk taxxabbli u tista’ tkun obbligata li tħallas it-taxxa tal-
mandatarju, factor, aġent, receiver, fergħa jew manager.
(2) Meta d-detentur reġistrat ta’ sehem ikun iżomm dak is-
sehem għall-benefiċċju ta’ persuna oħra, il-Kummissarju jkun
intitolat iqis dak id-detentur reġistrat bħala intitolat benefiċjalment
għal dak is-sehem ħlief kif provdut fis-subartikolu (3).
Kap. 330.
Kap. 370.
(3) Meta d-detentur reġistrat ta’ sehem huwa liċenzjat taħt l-
artikolu 51A ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta jew huwa liċenzjat taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment
biex jagħmel attivitajiet kif provdut fil-paragrafu 4 ta’ l-Ewwel
Skeda ta’ dak l-Att u jipprovdi lill-Kummissarju b’ċertifikat bil-
miktub li hu jżomm is-sehem għall-benefiċċju ta’ persuna jew
persuni li huma kollha mhux residenti f’Malta għall-finijiet ta’ l-
Atti dwar it-Taxxi, il-Kummissarju ma jqisx lid-detentur reġistrat
tas-sehem bħala li hu intitolat benefiċjalment għalih.
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      5
(4) Azzjonista nominee liċenzjat li joħroġ lill-Kummissarju
ċertifikat falz ikun ħati li għamel dikjarazzjoni falza skond it-tifsira
ta’ l-artikolu 52(1)(b).
Kap. 123.
(5) Il-kaptan ta’ kull bastiment li jkun ta’ proprjetà  ta’, jew
noliġġat minn, persuna mhux residenti li tkun taxxabbli taħt l-
artikolu 28 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għandu (għalkemm
mhux b’esklużjoni ta’ xi aġent ieħor) jitqies li hu l-aġent ta’ dik il-
persuna mhux residenti għall-finijiet kollha ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
(6) Meta persuna mhux residenti jkollha negozju ma’ persuna
residenti, u l-Kummissarju jidhirlu li minħabba l-konnessjoni kbira
bejn il-persuna residenti u l-persuna mhux residenti u l-kontroll
sostanzjali eżerċitat mill-persuna mhux residenti fuq il-persuna
residenti, il-kors tan-negozju bejn dawk il-persuni jista’ jkun hekk
irranġat u huwa hekk irranġat illi n-negozju magħmul mill-persuna
residenti bis-saħħa tal-konnessjoni tagħha mal-persuna mhux
residenti ma jipproduċi lill-persuna residenti ebda profitti jew
jipproduċi profitti inqas minn dawk ordinarji li wieħed jista’
jistenna li jkun hemm minn dak in-negozju, il-persuna mhux
residenti tkun taxxabbli u tista’ tkun obbligata li tħallas it-taxxa fl-
isem tal-persuna residenti daqslikieku l-persuna residenti kienet
aġent tal-persuna mhux residenti.
(7) Meta l-Kummissarju jidhirlu illi l-ammont veru tal-qligħ
jew profitti ta’ xi persuna mhux residenti li għandha tħallas it-taxxa
fl-isem ta’ persuna residenti ma jistax, f’xi każ individwali, ikun
aċċertat mingħajr diffikultà , il-Kummissarju jista’, jekk jidhirlu
xieraq, jintaxxa u jordna l-ħlas mingħand il-persuna mhux residenti
fuq perċentaġġ xieraq u raġunat tat-tħaddim tal-flus tan-negozju
magħmul mill-persuna mhux residenti b’mezz tal-persuna residenti
jew magħha li fl-isem tagħha huwa taxxabbli kif imsemmi hawn
qabel u f’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi
dwar il-kunsinni ta’ prospetti jew informazzjonijiet minn persuni li
jaġixxu f’isem ħaddieħor jestendu ruħhom b’mod illi jkunu
meħtieġa prospetti jew informazzjonijiet li għandhom ikunu fornuti
mill-persuna mhux residenti b’mezz tal-persuna residenti jew
magħha, l-istess bħalma prospetti jew informazzjonijiet għandhom
jiġu kkunsinnati minn persuni li jaġixxu għal persuni inkapaċitati
jew mhux residenti dwar l-income li għandu jiġi ntaxxat:
Iżda l-ammont tal-perċentaġġ għandu f’kull każ ikun deċiż
billi wieħed iħares lejn ix-xorta tan-negozju u għandu, meta jiġi
deċiż mill-Kummissarju, ikun suġġett għal appell kif provdut bl-
artikoli 35 u 37.
(8) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tirrendi persuna mhux
residenti taxxabbli fl-isem ta’ xi sensal, aġent kummissjonant
ġenerali jew aġent ieħor meta dak is-sensal, aġent kummissjonant
ġenerali jew aġent ma jkunux persuna awtorizzata li tmexxi l-
aġenzija regolari tal-persuna mhux residenti, jew persuna taxxabbli
daqslikieku hija kienet aġent skond is-subartikoli (5), (6) u (7),
dwar qligħ jew profitti li jkun hemm minn bejgħ jew
operazzjonijiet li jsiru b’mezz ta’ dak is-sensal jew aġent.
(9) Il-fatt meħud waħdu li persuna mhux residenti tagħmel
bejgħ jew operazzjonijiet ma’ oħrajn mhux residenti f’ċirkostanzi li
  6      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
jagħmluha taxxabbli skond is-subartikoli (5) u (6) fl-isem ta’
persuna residenti ma jġibx li hija tkun taxxabbli dwar qligħ jew
profitti li jkun hemm minn dak il-bejgħ jew l-operazzjonijiet.
(10) Meta persuna mhux residenti tkun suġġetta għat-taxxa fl-
isem ta’ xi mandatarju, factor, aġent, receiver, fergħa jew manager
dwar xi qligħ jew profitti li jkun hemm mill-bejgħ ta’ oġġetti jew
prodott manifatturat jew prodott barra minn Malta mill-persuna
mhux residenti, il-persuna li f’isimha il-persuna mhux residenti
tkun hekk taxxabbli tista’, jekk jidhrilha xieraq, titlob lill-
Kummissarju sabiex l-istima tat-taxxa dwar dak il-qligħ jew profitti
tkun magħmula jew emendata fuq il-bażi tal-profitti illi skond ir-
raġuni wieħed għandu jistenna li negozjant jaqla’ jew, meta l-
oġġetti jinbiegħu bl-imnut mill-fabbrikant jew produttur jew għan-
nom tiegħu, li bejjiegħ bl-imnut jaqla’ ta’ l-oġġetti mibjugħa, li
jkun xtara mingħand il-fabbrikant jew produttur direttament, u
meta tingħata prova b’sodisfazzjon tal-Kummissarju ta’ l-ammont
tal-profitti fuq il-bażi hawn fuq imsemmija, l-istima ssir jew tkun
emendata skond hekk.
Kap. 370.
(11) Persuna mhux residenti ma tkunx, bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu, taxxabbli jew obbligata li tħallas it-taxxa fl-isem ta’ aġent
jew rappreżentant ieħor dwar qligħ jew profitti li jinqalgħu mill-
persuna mhux residenti b’riżultat tal-provvediment f’Malta mill-
aġent jew dak ir-rappreżentant l-ieħor ta’ xi wieħed mis-servizzi
mniżżlin fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment, hekk iżda li:
(a) is-servizzi ta’ investiment konċernati jingħataw fil-
kors ordinarju ta’ dak in-negozju; u
(b) ir-rimunerazzjoni li l-aġent jew ir-rappreżentant l-
ieħor jirċievi biex jipprovdi s-servizzi ta’ investiment
lil persuna mhux residenti tkun b’rata li ma tkunx
inqas minn dik li tkun normali għal dik il-klassi ta’
negozju, u fil-każ ta’ aġent jew rappreżentant ieħor li
jipprovdi servizzi ta’ investiment bħala parti biss min-
negozju, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-
paragrafi (a) u (b) daqslikieku dik il-parti kienet
negozju separat.
(12) Għall-finijiet tas-subartikolu (11) aġent jew rappreżentant
ieħor jitqies li ta servizz ta’ investiment għan-nom tal-prinċipal
tiegħu kemm jekk jagħmel l-operazzjoni hu stess kif ukoll jekk
jagħti istruzzjonijiet lil persuna oħra.
(13) L-attivitajiet ta’ l-aġent jew rappreżentant ieħor ma jolqtux
ir-residenza ta’ persuna mhux residenti għall-finijiet ta’ taxxa.
Atti li għandhom 
isiru mill-
fiduċjarji, eċċ. 
6. Il-persuna li f’isimha bniedem mhux residenti jkun
taxxabbli tkun responsabbli għal dak kollu li hu meħtieġ isir bis-
saħħa ta’ l-Atti dwar it-Taxxi għall-istima ta’ l-income ta’ xi
persuna li għaliha hija taġixxi u għall-ħlas tat-taxxa stabbilita fuq
dak l-income.
Manager ta’ 
korpijiet ta’ 
persuni.
7. (1) Il-manager jew funzjonarju prinċipali ieħor ta’ kull
korp ta’ persuni jkun responsabbli għall-għemil ta’ dawk l-atti,
affarijiet u ħwejjeġ kollha illi huma meħtieġa li jsiru bis-saħħa ta’
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      7
l-Atti dwar it-Taxxi għall-istima tat-taxxa ta’ dak il-korp u għall-
ħlas tat-taxxa.
(2) Kull funzjonarju prinċipali bħal dak għandu jħallas it-taxxa
mill-proprjetà  ta’ l-imsemmi korp ta’ persuni. Iżda hu jkun suġġett
għall-ħlas persunalment u in solidum ma’ kull persuna oħra
responsabbli għaliha, jekk f’xi żmien wara l-1 ta’ Jannar, 1979, hu
jkollu fil-pussess tiegħu jew taħt il-kontroll tieħu xi proprjetà  tal-
korp ta’ persuni li setgħet tintuża biex titħallas it-taxxa li tkun dak
iż-żmien dovuta.
(3) Il-likwidatur ta’ kumpannija li tkun qed tiġi likwidata ma
għandux iqassam xi attiv tal-kumpannija lill-azzjonisti tagħha
kemm-il darba ma jkunx ipprovda, safejn ikun jista’ jagħmel dan
mill-attiv tal-kumpannija, għall-ħlas kollu ta’ xi taxxa li huwa jkun
jaf biha jew li jista’ raġonevolment jistenna li għandha titħallas
mill-kumpannija taħt l-Atti dwar it-Taxxi u f’każ ta’ nuqqas, dak il-
likwidatur ikun suġġett persunalment, u in solidum ma’ kull
persuna oħra responsabbli għaliha, għall-ħlas tat-taxxa dovuta.
Listi li jitlestew 
mir-rappreżentant 
jew aġent.
8. Kull persuna illi, f’kull kwalità  li tkun, iddaħħal flus jew
valur li jkun income li jinqala’ minn xi wieħed mill-għejjun
imsemmija fl-Atti dwar it-Taxxi u li jkunu ta’ jew jappartjenu lil xi
persuna li tkun hekk taxxabbli dwar dak l-income, jew illi kienet
tkun hekk taxxabbli li kieku kienet residenti f’Malta u li ma tkunx
persuna inkapaċitata, għandha, kull meta meħtieġa li tagħmel hekk
b’xi avviż mill-Kummissarju, tħejji u tikkunsinna, fiż-żmien
imsemmi f’dak l-avviż, lista iffirmata minnha li jkun fiha -
(a) dikjarazzjoni vera u korretta ta’ dak l-income kollu; u
(b) l-isem u l-indirizz ta’ kull persuna li lilha dak l-income
ikun jappartjeni, u d-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar
it-Taxxi dwar in-nuqqas tal-kunsinna ta’ listi jew
informazzjonijiet skond avviż mingħand il-
Kummissarju jkunu jgħoddu għal dawn il-listi.
Indennizz ta’ 
rappreżentant.
9. Kull persuna responsabbli taħt l-Atti dwar it-Taxxi għall-
ħlas ta’ taxxa f’isem persuna oħra tista’ żżomm minn xi flus li jiġu
f’idejha f’isem dik il-persuna l-oħra daqs hekk minnhom daqs
kemm ikun biżżejjed sabiex titħallas dik it-taxxa, u tkun u hija
hawnhekk b’dan l-Att indennizzata kontra kull persuna, hi min hi,
għall-ħlasijiet kollha magħmulin minnha skond u bis-saħħa ta’ l-
Atti dwar it-Taxxi.
TAQSIMA IV 
Prospetti
Prospett ta’ l-
income.
Sostitwit:
IX. 1999.2.
10. (1) il-Kummissarju jista’, b’avviż bil-miktub, jeħtieġ lil
kull persuna sabiex tagħtih sa mhux aktar tard minn dik id-data li
tista’ tiġi stabbilita, prospett ta’ l-income li jkun fih dawk il-
partikolaritajiet, dikjarazzjonijiet, kontijiet, kalkoli jew dokumenti
oħra li jkunu meħtieġa sabiex l-income u t-tnaqqis permess ta’ dik
il-persuna u t-taxxa li titħallas minn, jew li titħallas lura lil dik il-
persuna jkunu jistgħu jigu aċċertati malajr skond u għall-finijiet ta’
  8      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
l-Atti dwar it-Taxxi.
(2) Il-Kummissarju jista’, permezz ta’ l-avviż imsemmi fis-
subartikolu (1), jeħtieġ lil kull persuna sabiex tinkludi fil-prospett
tagħha għas-sena ta’ stima 1999 u għal kull sena ta’ stima
sussegwenti, stima personali, jiġifieri kalkolu li jkun juri:
(a) l-income taxxabbli ta’ dik il-persuna għas-sena ta’
stima fuq il-bazi ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab fil-
prospett ta’ l-income;
(b) l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas fuq dak l-
income; u
(ċ) it-taxxa li għandha titħallas minn, jew li titħallas lura
lil dik il-persuna għas-sena ta’ stima, li tkun id-
differenza bejn it-taxxa kalkolata taħt il-paragrafu (b)
u t-total sħiħ tas-somom imsemmija fis-subparagrafi li
ġejjin, bla ma jittieħed kont ta’ xi kreditu, ħelsien jew
taxxa mħallsa, miżmuma, li għandha titħallas jew
titħallas lura għal xi sena oħra ta’ stima:
(i) kull taxxa provviżorja mħallsa u kull taxxa
mnaqqsa minn ras il-għajn li tkun se titpatta jew
li tkun disponibbli bħala kreditu skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi kontra
t-taxxa kalkolata taħt il-paragrafu (b);
Kap. 123.
(ii) kull kreditu jew ħelsien ta’ taxxa mitlub u dovut
skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima X ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għar-rigward ta’
l-income taxxabbli kalkolat taħt il-paragrafu (a);
(iii) kull ammont ieħor imħallas akkont ta’ l-ammont
ta’ taxxa li għandu jitħallas għas-sena ta’ stima
kif kalkolat taħt il-paragrafu (b).
(3) Stima personali m’għandhiex titqies bħala stima għal xi
għan ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u kull riferenza f’dawk l-Atti għal
stima m’għandhiex tiftiehem bħala stima personali, jew li tinkludi
referenza għaliha.
(4) Meta persuna li tkun meħtieġa li tibgħat prospett ta’ l-
income taħt dan l-artikolu tkun kumpannija residenti f’Malta, din
għandha tibgħat flimkien mal-prospett dawk id-dokumenti li hemm
speċifikati fl-artikolu 19(4).
(5) Ebda prospett li jkun intbagħat skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu m’għandu jitqies li jkun ġie hekk mibgħut kemm-
il darba dan ma jkunx sħiħ fid-dettalji materjali kollha tiegħu,
inkluża stima personali meta din tkun meħtieġa bl-avviż imsemmi
fis-subartikolu (1), u kemm-il darba ma jkollux inklużi miegħu
dawk id-dokumenti li jkunu meħtieġa skond id-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan l-artikolu.
Kummissarju jista’ 
jitlob 
informazzjoni.
Miżjud:
II. 2003.42.
10A. Il-Kummissarju jista’, kull meta u kemm-il darba huwa jqis li
jkun meħtieġ, javża bil-miktub lil persuna biex tagħtih, fi żmien
raġonevoli li jissemma f’dak l-avviż, li ma jkunx ta’ inqas minn tletin
ġurnata, dik l-informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa sabiex tiġi
pprovduta informazzjoni lil awtoritajiet barranin tat-taxxa fejn ikun
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      9
hemm arranġamenti bejn Malta u l-Istat rispettiv jew l-awtoritajiet
tiegħu tat-taxxa għall-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni għal
finijiet ta’ taxxa u fejn l-informazzjoni tkun tali li l-Kummissarju jista’
jiġborha għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
Meta ma jkunx 
riċevut avviż.
Sostitwit:
IX. 1999.2.
11. Meta xi persuna suġġetta għat-taxxa ma tkunx irċeviet l-
avviż imsemmi fl-artikolu 10(1) dwar xi sena ta’ stima li għaliha
tkun hekk taxxabbli sa dik id-data li tista’ tiġi stabbilita għall-iskop
ta’ dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 10
għandhom japplikaw għaliha bħallikieku kienet debitament
notifikata b’avviż skond is-subartikolu (1) ta’ dak l-artikolu u,
għar-rigward tas-sena ta’ stima 1999 u ta’ kull sena ta’ stima
sussegwenti, b’avviż skond is-subartikolu (2) ta’ dak l-artikolu, u
jkun id-dmir ta’ dik il-persuna li tibgħat prospett ta’ l-income
skond dak l-artikolu inkluż, meta dan ikun japplika, stima personali
għal dik is-sena u li tħares kull provvediment ieħor ta’ l-imsemmi
artikolu.
Meta jintgħażel li 
ma jintbagħtx 
prospett.
Sostitwit:
IX. 1999.2.
12. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 10 u 1 1 ta
dan l-Att, iżda mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra
ta’ din it-Taqsima, persuna li għaliha japplika dan l-artikolu ma
tkunx meħtieġa li tibgħat prospett ta’ l-income għal xi sena ta’
stima jekk hija tagħmel dik l-għażla għal dik is-sena taħt u skond
dan l-artikolu.
(2) Dan l-artikolu japplika għal:
(a) individwu residenti f’Malta li l-income totali tiegħu
għas-sena ta’ stima -
Kap. 123.
(i)  ma jkunx jinkludi xi income li jaqa’ taħt l-
artikolu 4(1)(a) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income; u
Kap. 123.
(ii) ma jkunx jeċċedi l-ammont li għalih tkun
tapplika rata "nil" ta’ taxxa skond id-
disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-artikolu 56(1) ta’
1-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(b) individwu residenti f’Malta li l-income totali tiegħu
għas-sena ta’ stima jkun jikkonsisti unikament minn
income li kien suġġett għal tnaqqis minn ras il-għajn,
inkluż income suġġett għal rata "nil" ta’ tnaqqis, skond
ir-regolamenti magħmulin għall-għanijiet ta’ 1-
artikolu 23 u għal kollox rapportati f’dikjarazzjoni jew
dikjarazzjonijiet ta’ qligħ imħejjija skond ir-
regolamenti msemmija u miżmumin fil-pussess tiegħu;
(ċ) persuna li tissemma bħala persuna li għaliha japplika
dan l-artikolu b’regolamenti li jistgħu jsiru taħt dan l-
artikolu.
Kap. 123.
(3) (a) Meta persuna jkollha għażla skond xi disposizzjoni ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income li ssemmi jew ma
ssemmix xi income, dak m’għandux jitqies bħala tali
għall-finijiet tas-subartikolu (2), u jekk dik il-persuna
tagħmel għażla skond dan l-artikolu hija għandha
titqies għall-għanijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi li tkun
  10      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
għażlet li ma ssemmix dak l-income u dak l-income
m’għandux ikun parti mill-income totali tagħha.
(b) Meta persuna tagħmel għażla taħt dan l-artikolu, l-
income li kienet tkun meħtieġa li ssemmi li kieku ma
kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għandu
jitqies sabiex jiġi stabbilit l-income totali tagħha għal
xi għan ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
Kap. 123.
(ċ) Meta persuna tagħmel għażla taħt dan l-artikolu u tkun
ukoll eliġibbli li tagħmel għażla għal kalkolu separat
taħt l-artikolu 50 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income,
dik il-persuna għandha titqies bħala li tkun għamlet l-
għażla l-iktar vantaġġuża taħt dak l-artikolu skond iċ-
ċirkostanzi partikolari tagħha.
(d) Għar-rigward ta’ individwu miżżewweġ li jkun qed
jgħix mal-konjuġi relattiv ir-referenzi f’dan l-artikolu
għall-individwu għandhom jiftiehmu bħala referenzi
għall-konjuġi responsabbli u referenzi għall-income
jew għall-income taxxabbli ta’ l-individwu għandhom
jiftiehmu bħala referenzi għall-income jew għall-
income taxxabbli taż-żewġ konjuġi.
(4) (a) Għażla taħt dan l-artikolu għandha ssir billi tintbagħat
lill-Kummissarju dikjarazzjoni ffirmata li tkun
tikkonferma li persuna tkun eliġibbli li tagħmel dik l-
għażla skond dan l-artikolu u li tkun konformi mad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan is-subartikolu.
(b) M’għandhiex titqies li tkun saret għażla taħt dan l-
artikolu kemm-il darba:
(i) din ma tkunx saret minn persuna li għaliha
japplika dan l-artikolu;
(ii) din ma ssirx fuq il-formola preskritta u jkun fiha
dawk il-partikolaritajiet u jkollha inklużi dawk
id-dokumenti li jistgħu jinħtieġu skond dik il-
formola; u
(iii) din ma tintbagħatx lill-Kummissarju sa mhux
aktar tard minn dik id-data li tista’ tkun
preskritta.
Prospetti oħra.
Sostitwit:
IX.1999.2.
13. (l) Il-Kummissarju, kull meta jidhirlu meħtieġ, javża bil-
miktub lil persuna li tkun għamlet prospett skond l-artikolu 10 fejn
jitlobha tibgħatlu, fi żmien xieraq imsemmi f’dak l-avviż, u li ma
jkunx inqas minn tletin jum, prospetti iktar kompiti jew oħrajn li
jkunu jirrigwardaw kull ħaġa li dwarha jkun meħtieġ prospett
skond dak l-artikolu.
(2) Il-Kummissarju jista’ jagħti avviż bil-miktub lil persuna li
tkun għamlet għażla skond l-artikolu 12 li tibgħat prospett ta’ l-
income u li tagħmel stima personali skond l-artikolu 10 u li tħares
id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dak l-artikolu fiż-żmien xieraq
imsemmi f’dak l-avviż u li ma jkunx ta’ inqas minn tletin jum.
(3) Persuna li tkun bagħtet prospett ta’ l-income tista’ f’ kull
żmien qabel ma ssir stima taħt l-artikolu 31 tagħmel dawk il-
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      11
korrezzjonijiet jew żjidiet f’dak il-prospett li tqis meħtieġa billi
tibgħat prospett ieħor b’dak il-mod u fuq dik il-formola li tista’ tiġi
preskritta.
(4) Meta prospett ieħor li jsir skond is-subartikolu (3) għar-
rigward ta’ xi sena ta’ stima jkun juri tnaqqis fit-taxxa li għandha
titħallas minn, jew żjieda fit-taxxa li għandha titħallas lura lil dik
il-persuna minn kif kien jidher fil-prospett ta’ qabel, l-aħħar
prospett m’għandu jkollu ebda effett għall-għanijiet ta’ dan l-Att
jekk isir iktar tard minn ħames snin mill-iskadenza ta’ dik is-sena
ta’ stima.
(5) Persuna li tkun għamlet għażla skond l-artikolu 12 għar-
rigward ta’ xi sena ta’ stima tista’ f’kull żmien matul dik is-sena ta’
stima jew fi żmien ħames snin mill-iskadenza tagħha, iżda qabel
ma ssir stima skond l-artikolu 31, tibgħat lill-Kummissarju prospett
ta’ l-income inkluża stima personali fuq dik il-formola li tista’ tiġi
preskritta.
(6) Meta jintbagħat prospett għal xi sena ta’ stima b’mod
konformi ma’ , u skond dan l-artikolu dan għandu jitqies li jkun
prospett ta’ l-income magħmul taħt l-artikolu 10 u għandu jinqara u
jiftiehem bħala ħaġa waħda ma’ kull prospett ieħor li seta’ sar għal
dik l-istess sena, u kull determinazzjoni magħmula taħt l-artikolu
31 għandu jkun rivedut u sostitwit kif meħtieġ, iżda:
(a) dak il-prospett m’għandux jeħles lil persuna minn xi
penali, taxxa, taxxa addizzjonali jew imgħax li setgħet
inkorriet skond xi provvediment ta’ l-Atti dwar it-
Taxxi;
(b) persuna li tkun għamlet għazla taħt l-artikolu 12 u li
tibgħat prospett skond is-subartikolu (2) jew is-
subartikolu (5) m’għandhiex titqies li tkun naqset
għall-fatt biss li l-prospett jintbagħat wara ż-żmien
preskritt għall-għanijiet ta’ l-artikolu 10(1).
Ordni għall-għoti 
ta’ prospetti, kotba, 
eċċ. 
Emendat:
II. 2003.43.
Kap. 123.
14. Sabiex jikseb informazzjoni sewwa dwar l-income ta’ xi
persuna, il-Kummissarju jista’, minkejja kull disposizzjoni oħra ta’
dan l-Att jew ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jagħti avviż lil
dik il-persuna fejn jeħtieġ minn għandha li, fi żmien xieraq, tlesti u
tikkunsinna lill-Kummissarju xi prospett speċifikat f’dak l-avviż u/
jew sabiex tmur hi stess jew billi tibgħat lil ħaddieħor minflokha
quddiemu u turih, għall-eżami, il-kotba, dokumenti, kontijiet u
prospetti (inklużi dikjarazzjonijiet u kotba tal-bank) illi l-
Kummissarju jidhirlu meħtieġa.
Il-prospetti jitqiesu 
li jkunu fornuti bis-
setgħa meħtieġa.
15. Prospett, dikjarazzjoni jew formula li jidhru li huma
fornuti taħt l-Atti dwar it-Taxxi minn jew f’isem persuna
għandhom, għall-finijiet kollha, jitqiesu li ġew fornuti minn dik il-
persuna jew bl-awtorità  tagħha, skond il-każ, sakemm ma jkunx
pruvat il-kuntrarju, u kull persuna li tiffirma xi prospett,
dikjarazzjoni jew formula bħal dawk għandha titqies li taf b’kull
ma jinsab fihom.
Informazzjoni 
uffiċjali. 
16. Il-Kummissarju jista’ jeħtieġ lil kull persuna li għandha
kariga jew impieg, kemm jekk imħallsa kemm jekk le, mal-Gvern
ta’ Malta jew ma’ xi organizzazzjoni jew korp ieħor, sew jekk
  12      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
għandhom personalità  legali u sew jekk le, li fihom il-Gvern ta’
Malta jew xi korp kif intqal qabel ikollu setgħa li jikkontrolla jew li
fuqhom ikollu kontroll effettiv, sabiex jagħtih l-informazzjonijiet
dwar persuna jew persuni speċifikati minnu kif ikun meħtieġ għall-
finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u li jistgħu jkunu fil-pussess ta’ dik
il-persuna li jkollha dik il-kariga jew impjieg:
Iżda ma ssir ebda talba għall-dawk l-informazzjonijiet taħt
dan l-artikolu kemm-il darba l-Kummissarju jew xi uffiċjal
awtorizzat minnu ma jkollux raġuni xierqa biex jissuspetta li l-
persuni msemmija jew li jkunu se jissemmew fit-talba jkunu
evadew it-taxxa:
Iżda wkoll ebda persuna li jkollha dik il-kariga jew impieg
kif imsemmi qabel, ma għandha, bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, tkun
obbligata li tikxef xi informazzjoni dwar persuna li dwarha dik il-
persuna b’dik il-kariga jew impjieg tkun marbuta bis-sigriet
professjonali.
Sigriet 
professjonali.
17. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet dwar ir-rabta ta’ sigriet
professjonali, ebda talba għal informazzjoni ma għandha ssir skond
xi setgħa mogħtija taħt l-Atti dwar it-Taxxi mingħand il-persuni
liċenzjati li ġejjin:
Kap. 371. (a) bank liċenzjat taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju;
Kap. 290 - 
Revokat.
(b) kumpannija ta’ assigurazzjoni dwar kummerċ ta’
assigurazzjoni fuq il-ħajja li jitmexxa skond liċenza
maħruġa taħt l-Att dwar l-Impriża ta’ l-
Assigurazzjoni;
Kap. 370.
(ċ) kull persuna liċenzjata li tmexxi negozju ta’
investiment taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment; 
Kap. 370. (d) skema ta’ investiment kollettiv liċenzjata taħt l-Att
dwar Servizzi ta’ Investiment;
Kap. 345. (e) stockbroker liċenzjat taħt l-Att dwar il-Borża ta’
Malta,
ħlief biss biex jiġi stabbilit l-income taxxabbli ta’ dik il-persuna
liċenzjata, u fir-risposta għal kull talba bħal dik il-persuna
liċenzjata m’għandhiex tikxef xi informazzjoni dwar l-affarijiet ta’
persuni li magħhom il-persuna liċenzjata jkollha jew kellha
relazzjonijiet professjonali:
Kap. 123.
Iżda xejn f’dan l-artikolu ma għandu jippreġudika d-dritt
tal-Kummissarju li jagħmel talba li jirreferi għaliha s-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 34 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Sostituzzjoni ta’ 
prospetti oriġinali.
Emendat:
IX.1999.3.
18. (1) Meta xi prospett, dikjarazzjoni jew formula magħmula
u konsenjata lill-Kummissarju għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi
tkun intilfet jew ġiet distrutta, jew tkun ġiet imħassra jew ġratilha
ħsara hekk li ma tkunx tinqara jew tkun xort’oħra bla siwi, il-
Kummissarju jista’ jeħtieġ lill-persuna li tkun għamlet jew
ikkonsenjat, jew li f’isimha jkun ġie magħmul jew ikkonsenjat, dak
il-prospett, dikjarazzjoni jew formula li tagħtih mill-aħjar li tista’
kopja duplikata ta’ dak il-prospett, dik id-dikjarazzjoni jew formula
jew li tagħti dik l-informazzjoni, partikolaritajiet jew provi li jkunu
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      13
meħtieġa minflokhom.
(2) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma tolqot id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30(4) u (5) jew ta’ l-artikolu 31(5) u
(6), u lanqas il-Kummissarju ma jkollu s-setgħa li jitlob kopja ta’ xi
prospett, dikjarazzjoni jew prova dwar xi sena ta’ stima meta l-
iffissar ta’ l-istima relattiva jkun preskritt skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija subartikoli.
Records li 
għandhom 
jinżammu. 
Emendat: 
XX.1996.21.
19. (1) Kull persuna li jkollha sengħa, negozju, professjoni
jew vokazzjoni għandha żżomm records xierqa u suffiċjenti ta’ l-
income u spejjeż tagħha sabiex l-income u t-tnaqqis permess tagħha
jkunu jistgħu jiġu aċċertati malajr.
(2) Ir-records imsemmija fis-subartikolu (1) għandhom
jinkludu:
(a) kontijiet xierqa dwar -
(i) is-somma ta’ flus kollha riċevuti jew minfuqa u
l-ħwejjeġ li dwarhom ikunu saru r-riċevuti jew l-
infiq, u
(ii) kull bejgħ, xiri jew servizzi mogħtija, kif ukoll
kull transazzjoni, att jew operazzjoni oħra li
għandhom x’jaqsmu mas-sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni;
(b) kont ta’ profitt u telf jew dikjarazzjoni annwali
ekwivalenti; 
(ċ) dikjarazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv kif kienu fid-data li
fiha l-kontijiet annwali tas-sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni jkunu magħluqa jew, fil-
każ ta’ kumpannija, balance sheet.
(3) Bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa li
jimponi, il-Kummissarju jista’ jeżenta lil kull persuna dwar kull
sena ta’ stima milli żżomm xi record jew dikjarazzjoni kif imsemmi
fis-subartikolu (2).
(4) Ir-records meħtieġa li jinżammu b’dan l-artikolu għandhom
ikunu ppruvati b’dawk id-dokumenti li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi,
inklużi -
Kap. 386.
(a) fil-każ ta’ kumpannija residenti f’Malta, il-balance
sheet u l-kont ta’ profitt u telf, li għandhom iħarsu
f’kull dettall id-disposizzjonijiet applikabbli ta’ l-
artikoli 167, 168 u 169 ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji, u
minkejja kull eżenzjoni magħmula b’dak l-Att jew b’xi
liġi oħra, dik il-balance sheet u l-kont ta’ profitt u telf
għandu jkollhom magħhom rapport magħmul minn
awditur pubbliku ċertifikat kif provdut bid-
disposizzjonijiet applikabbli ta’ l-artikoli 179 u 181 ta’
dak l-Att;
(b) fil-każ ta’ għaqda koperativa, id-dikjarazzjonijiet
finanzjarji verifikati ta’ l-għaqda, imħejjija f’kull
dettal kif meħtieġ bil-liġi li għal dak iż-żmien tkun fis-
seħħ li tirregola għaqdiet koperattivi u jkollhom
  14      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
magħhom kull rapport li b’dik il-liġi jkun meħtieġ li
għandu jkun mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji
verifikati ta’ l-għaqda.
(5) Ir-records kollha meħtieġa li jinżammu skond xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu konservati
għal żmien ta’ mhux inqas minn disa’ snin wara li jkunu tlestew it-
transazzjonijiet, l-atti jew l-operazzjonijiet li għalihom jirreferixxu:
Kap. 386.
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx meta jkun ingħata effett lid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 27, jew ta’ l-artikolu 324(2) ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji.
Ċerti setgħat tal-
Kummissarju.
Emendat:
IX. 2001.31.
20. (1) Il-Kummissarju, jew kull uffiċjal awtorizzat minnu
bil-miktub, ikollu l-jedd kollu ta’ aċċess liberu fil-postijiet kollha
ta’ negozju jew professjoni bħal uffiċċji, fabbriki, ħwienet tax-
xogħol, imħażen, garaxxijiet u art li sservi għal hekk sabiex ikun
jista’ josserva u jirreġistra x-xorta u l-importanza ta’ kull attività
ta’ negozju jew professjonali li titmexxa hemmhekk, u sabiex
jivverifika l-eżistenza ta’ merkanzija u mezzi ta’ produzzjoni u
trasport u għandu jkollu 1-jedd ta’ aċċess liberu għal kull proprjetà
mobbli jew immobbli li jkun meħtieġ li jiġi stabbilit il-valur tagħha
għal kull fini ta’ l-Atti dwar it-Taxxi sakemm dak 1-aċċess ikun jista’
jgħinu biex jistabbilixxi dak il-valur iżda ma jkollu ebda setgħa taħt
dan l-artikolu li jaqbad u jieħu xi ħaġa minn dak il-post:
Iżda l-Kummissarju jew uffiċjal awtorizzat minnu kif intqal
qabel ma jistax jaqbad xi att jew reġistru nutarili, u ma jistax
jispezzjona testmenti pubbliċi, l-atti ta’ kunsinna ta’ testmenti
sigrieti u r-reġistri tagħhom matul il-ħajja tat-testatur jew testaturi,
mingħajr il-permess bil-miktub ta’ dak it-testatur jew dawk it-
testaturi:
Iżda wkoll il-Kummissarju jew uffiċjal awtorizzat minnu
kif intqal qabel ma jistax jispezzjona xi dokument jew reġistru
ieħor li jkun imħares bir-rabta ta’ sigriet professjonali li jisma’ xi
taħdita jew mezz ta’ reġistrazzjoni li jkunu mħarsa bl-istess sigriet.
(2) Jekk fl-eżeċizzju tas-setgħat tiegħu taħt is-subartikolu (1),
il-Kummissarju jew persuna awtorizzata minnu kif imsemmi,
jeħtieġ aċċess f’xi post li għal kollox jew f’parti jkun okkupat
bħala residenza, dak l-aċċess jeħtieġ il-preżenza ta’ uffiċjal tal-
Pulizija ta’ grad ta’ mhux anqas minn spettur u ma jistax isir bejn
id-disgħa ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu.
Kap. 55.
(3) Il-Kummissarju għandu, sabiex jagħmel stima tat-taxxa taħt
l-Atti dwar it-Taxxi, ikollu l-jedd li jagħmel ir-rikors imsemmi fl-
artikolu 68(2)(a) ta’ l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji
Nutarili, u d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi subartikolu (2)
għandhom, safejn ikunu applikabbli, japplikaw għal dak ir-rikors.
(4) Jekk xi persuna timpedixxi jew tfixkel lill-Kummissarju
jew l-imsemmi uffiċjal fl-esekuzzjoni ta’ dmirijietu, jew tirrifjuta li
tħares xi talba magħmula mill-Kummissarju jew mill-imsemmi
uffiċjal skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, hija, meta
tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati, bħala qorti ta’ ġudikatura
kriminali, tkun suġġetta għal multa ta’ mhux inqas minn ħamsa u
għoxrin lira u mhux iżjed minn mitejn lira jew priġunerija għal
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      15
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew sew għal dik il-multa u dik
il-priġunerija flimkien.
(5) Is-setgħat ta’ investigazzjoni taħt dan l-artikolu ma jkunux
eżerċitati kemm-il darba l-Kummissarju jew xi uffiċjal awtorizzat
minnu, ma jkollux raġunijiet xierqa jissuspetta li jkun hemm
evażjoni tat-taxxa dwar operazzjonijiet li jkunu qed isiru mit-
taxpayer fil-post imsemmi fis-subartikolu (1).
Prospett li jingħata 
minn min iħaddem 
nies oħra. 
21. (1) Kull min iħaddem nies oħrajn, meta meħtieġ li jagħmel
hekk, b’avviż mingħand il-Kummissarju, għandu, fiż-żmien
stabbilit fl-avviż, ilesti u jikkunsinna għal xi sena prospett li jkun
fih - 
(a) l-ismijiet u l-indirizzi ta’ fejn joqogħdu l-persuni
kollha impjegati minnu; u
(b) il-ħlasijiet u allowances magħmulin lil dawk il-persuni
dwar dak l-impieg,
u d-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi dwar in-nuqqas tal-
kunsinna tal-prospetti jew informazzjonijiet skond avviż mingħand
il-Kummissarju jkunu jgħoddu għal dak il-prospett.
(2) Meta dak li jħaddem oħrajn ikun korp ta’ persuni, il-
manager jew funzjonarju ieħor prinċipali jitqies li huwa l-persuna
li tħaddem għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, u kull direttur ta’
kumpannija, jew persuna mqabbda fid-direzzjoni ta’ kumpannija,
jitqiesu li huma persuna impjegata.
Ħlas ta’ taxxa ta’ 
individwi 
impjegati iżda 
mhux domiċiljati 
jew ordinarjament 
residenti f’Malta.
22. (1) F’dan l-artikolu l-frażi "individwu li għalih dan l-
artikolu jgħodd" tfisser individwu li mhux domiċiljat f’Malta jew
li, jekk hekk domiċiljat, mhux ordinarjament residenti fiha.
(2) Meta xi persuna timpjega f’Malta individwu li għalih dan l-
artikolu jgħodd li huwa jew aktarx ikun taxxabbli skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi għandha tagħti avviż bil-
miktub lill-Kummissarju mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-
data tal-bidu ta’ dak l-impieg, li juri l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ dak
l-individwu, id-data tal-bidu u l-patti ta’ impieg.
(3) Kull persuna li ttemm milli timpjega f’Malta individwu li
għalih dan l-artikolu jgħodd u li huwa jew aktarx ikun taxxabbli
skond l-Atti dwar it-Taxxi, għandha tagħti avviż bil-miktub lill-
Kummissarju mhux anqas minn xahar qabel ma dak l-individwu
jtemm milli jkun impjegat minnha f’Malta, li juri l-isem u l-
indirizz ta’ l-individwu u d-data mistennija ta’ temm:
Iżda l-Kummissarju jista’ jaċċetta dak l-avviż aqsar li jista’
jidhirlu xieraq.
(4) Kull persuna li timpjega f’Malta individwu li għalih dan l-
artikolu jgħodd u li skond tagħrif ta’ dik il-persuna jkun sejjer
jitlaq jew bi ħsiebu jitlaq minn Malta fit-temm ta’ l-impieg tiegħu
ma’ dik il-persuna għandha tagħti avviż bil-miktub lill-
Kummissarju dwar id-data mistennija ta’ tluq ta’ dak l-individwu.
Dan l-avviż għandu jingħata mhux anqas minn xahar qabel id-data
mistennija ta’ tluq:
Iżda l-Kummissarju jista’ jaċċetta dak l-avviż aqsar li jista’
  16      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
jidhirlu xieraq.
(5) Meta xi persuna fil-kapaċità  tagħha bħala persuna li
tħaddem individwu hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmi jkollha
fil-pussess tagħha xi flejjes ikunu li jkunu li huma jew jistgħu
jkunu dovuti lil jew għall-benefiċċju ta’ individwu li għalih dan l-
artikolu jgħodd u li jkun temm jew ikun sejjer itemm milli jkun
impjegat minn dik il-persuna f’Malta, m’għandhiex mingħajr il-
permess tal-Kummissarju, b’dak kollu li hemm fid-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, tħallas ebda parti minn dawk il-
flejjes lil jew għall-benefiċċju ta’ dak l-individwu sat-temm ta’
tletin ġurnata wara l-irċevuta mill-Kummissarju ta’ dak l-avviż kif
meħtieġ li jingħata skond is-subartikolu (4).
(6) Il-Kummissarju jista’ b’avviż bil-miktub kull meta jidhirlu
xieraq jiddikjara lil kull persuna li timpjega f’Malta individwu li
għalih dan l-artikolu jgħodd, li jkun individwu li huwa jew aktarx
ikun taxxabbli skond l-Atti dwar it-Taxxi, biex tkun il-persuna
rappreżentanti li tħallas it-taxxa dwar dak l-individwu, u l-persuna
hekk dikjarata għandha tkun il-persuna rappreżentanti li tħallas it-
taxxa dwar dak l-individwu għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u
tista’ tkun meħtieġa li tħallas kull taxxa dovuta minn dak l-
individwu minn proprjetà  jew flejjes, magħduda pensjoni, salarju,
pagi jew kull kumpens li jista’ jkun dovut minnha lil dak l-
individwu u, f’nuqqas, dak il-ħlas għandu, b’dak kollu li hemm fid-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, jinġabar mill-persuna
rappreżentanti li tħallas it-taxxa hekk dikjarata mill-Kummissarju
bil-mod maħsub fit-Taqsima VII ta’ dan l-Att.
(7) Kull avviż li għandu jingħata lill-Kummissarju skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jingħata b’żieda ma’ kull
avviż ieħor li għandu jingħata skond l-artikolu 23.
(8) Meta jingħataw servizzi f’Malta għal xi persuna residenti
f’Malta minn individwu li ma jkollux min iħaddmu f’Malta d-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
għal dik il-persuna residenti bl-istess mod daqslikieku kienet il-
persuna li tħaddem lill-imsemmi individwu.
Ħlas bi tnaqqis 
minn ċertu 
income.
Emendat:
V. 1998.5;
IX.1999.4;
II. 2003.44.
Kap. 123.
23. (1) Meta xi persuna tħallas xi income taxxabbli taħt l-
artikolu 4(1)(a), (b) jew (d) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income,
jew xi income hekk kif jista’ jiġi preskritt, hi għandha, fil-ħin tal-
ħlas, tnaqqas it-taxxa minnu f’dak l-ammont u b’dak il-mod hekk
kif jista’ jiġi preskritt skond dan is-subartikolu jew skond kull
disposizzjoni oħra ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
(2) Kull taxxa mnaqqsa kif meħtieġ skond is-subartikolu (1)
għandha tintbagħat lill-Kummissarju b’dak il-mod u f’dak iż-żmien
li jista’ jiġi hekk preskritt.
(3) Tnaqqis ta’ taxxa li jsir taħt is-subartikolu (1) għandu
jitpatta għall-finijiet ta’ ġbir mat-taxxa li għandha titħallas fuq l-
income korrispondenti għas-sena ta’ stima li tiġi wara dik li
matulha jkun sar it-tnaqqis relattiv, jew ma’ dik ta’ xi sena ta’
stima oħra kif jagħżel il-Kummissarju u kull taxxa li ma tistax
titpatta kif intqal qabel għandha tiġi mħallsa lura skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48:
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      17
Iżda dik it-taxxa m’għandhiex titpatta jew titħallas lura
sakemm il-persuna li tkun qiegħda tirċievi 1-income ma tkunx
iddikjarat dak l-income fi prospett ta’ l-income mibgħut skond l-
artikolu 10 jew għamlet għażla taħt l-artikolu 12 għas-sena ta’
stima li tiġi wara dik is-sena li matulha jkun sar it-tnaqqis:
Iżda wkoll, id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx meta xi taxxa mnaqqsa kif intqal qabel ma tkunx ġiet
mibgħuta lill-Kummissarju u l-Kummissarju jkun sodisfatt li dak
in-nuqqas li tintbagħat kien minħabba xi ħtija jew konnivenza tal-
persuna li tirċievi l-income.
(4) Jekk xi persuna tonqos li tnaqqas taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ xi regoli msemmija fis-subartikolu (1) jew,
wara li tnaqqas dik it-taxxa, tonqos li tħallasha lill-Kummissarju
fiż-żmien preskritt jew xort’oħra tonqos milli tħares id-
disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regoli, hija tista’ teħel dik it-taxxa
addizzjonali preskritta li l-Kummissarju għandu setgħa li jimponi
taħt is-subartikolu (5) u meta jkun hekk japplika huwa għandu,
b’żieda, jintalab iħallas it-taxxa li kellha tiġi mnaqqsa jew
imħallsa.
(5) Meta l-Kummissarju jkollu għaliex jaħseb li persuna tkun
naqset kontra d-disposizzjonijiet ta’ xi regoli msemmija taħt dan l-
artikolu huwa jista’ f’kull żmien jinnotifika avviż ta’ nuqqas lil dik
il-persuna kif preskritt li fih juri x’inhi t-taxxa li kellha titnaqqas
jew tingħata lura u/jew kull taxxa addizzjonali imposta fuqu kif
imsemmi qabel, b’dan illi dik it-taxxa addizzjonali ma tkunx
teċċedi s-somma ta’ mitejn lira għal kull nuqqas; u t-taxxa
addizzjonali hekk imposta għandha tinkombi fuq dik il-persuna li
għaliha japplika s-subartikolu (4) u din ma tkunx tista’ tittieħed
lura minn dik il-persuna kollha kemm hi jew f’parti minnha
mingħand il-persuna li tkun qed tirċievi l-income.
(6) Jekk persuna tħoss ruħha aggravata b’avviż ta’ nuqqas li
jiġi notifikat lilha taħt is-subartikolu (5), hija tista’ tirrikorri għand
il-Kummissarju bil-miktub billi tikkontesta dak l-avviż bil-mod u
f’dak iż-żmien li jista’ jiġi hekk preskritt.
(7) Meta persuna ma tkunx ikkontestat l-avviż ta’ nuqqas
imsemmi fis-subartikolu (5) jew meta l-kontestazzjoni tagħha tkun
ġiet miċħuda, il-Kummissarju jista’, meta l-ħlas tas-somma dovuta
ma jkunx digà  sar, jinnotifika lil dik il-persuna b’avviż ta’ talba li
fih juri x’kienet dik it-taxxa li kellha tiġi mnaqqsa jew imħallsa
lura u/jew kull taxxa addizzjonali imposta fuqha; u sakemm ma
jiġix ippruvat il-kuntrarju, dak l-avviż għandu jkun prova biżżejjed
li l-ammont fih indikat ikun l-ammont li jkun dovut li jitħallas lill-
Kummissarju minn dik il-persuna:
Iżda persuna li tkun ġiet notifikata b’avviż ta’ talba
b’konsegwenza ta’ ċaħda mill-Kummissarju skond dan is-
subartikolu tista’ tappella minn dik id-deċiżjoni f’qorti tal-ġustizzja
fi żmien ħmistax-il jum mid-data tan-notifika ta’ dak l-avviż.
(8) Il-Kummissarju jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jagħti lura
kollha kemm hi jew f’xi parti minnha xi taxxa addizzjonali imposta
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
  18      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
Kap. 123.
(9) Kull taxxa addizzjonali imposta taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu m’għandhiex titqies bħala parti minn xi taxxa
mħallsa jew li jkollha titħallas għall-għanijiet ta’ kull artikolu ieħor
ta’ dan l-Att jew ta’ xi artikolu ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
jew tar-regoli kollha magħmulin bis-saħħa tagħhom.
(10) Is-setgħat mogħtija lill-Kummissarju b’dan l-artikolu
għandhom ikunu b’żieda għal kull dritt ieħor mogħti lilu li jibda
proċedimenti dwar reat skond is-subartikolu (13).
Kap. 318.
(11) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, l-avviż ta’
talba mill-Kummissarju msemmi fis-subartikolu (7), li juri l-
ammont li għandu jitħallas taħt dan l-artikolu, jikkostitwixxi talba
privileġġata fuq l-assi ta’ min iħaddem ta’ grad minnufih wara l-
pagi ta’ l-impjegati u talbiet tad-Direttur tas-Sigurtà  Soċjali għal
ammonti li jkollhom jitħallsu bħala kontribuzzjoni taħt l-artikolu
116 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u għandha titħallas wara dawk
il-pagi u talbiet iżda bi preferenza għall-pretensjonijiet l-oħra
kollha sew privileġġati jew ipotekarji.
Kap. 123.
(12) Kull min japplika għalih dan l-artikolu għandu f’kull żmien
iżomm records xierqa u suffiċjenti hekk kif jistgħu jiġu preskritti u
għandu, meta hekk jintalab jagħmel mill-Kummissarju jew minn xi
uffiċjal pubbliku minnu għaldaqshekk awtorizzat bil-miktub,
jipproduċi għall-ispezzjoni fil-fond ta’ dik il-persuna jew hekk kif
xort’oħra ordnat, kull dokumentazzjoni dwar pagi, listi, dokumenti
u records oħra li jkunu u li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi ħlas magħmul
minnu ta’ income li għandu jkun intaxxat skond l-artikolu 4(1)(b)
jew (d) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, ma’ xi income ieħor li
jista’ jiġi preskritt, ma’ xi tnaqqis ta’ taxxa li jkun sar minnu jew
ma’ l-ikkontjar ta’ xi ħlas jew tnaqqis ta’ taxxa bħal dawk:
Iżda dawk ir-records kollha għandhom jinżammu għal
żmien ta’ mhux inqas minn disa’ snin wara li jintemmu t-
transazzjonijiet, atti jew operazzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu
magħhom u dawn għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu
eżaminati f’kull waqt tul dak iż-żmien.
Iż-żmien ta’ preskrizzjoni msemmi qabel m’għandu f’ebda
każ jibda għaddej qabel ma dik il-persuna tkun osservat għal kollox
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ kull regola li ssir bis-
saħħa tagħhom.
(13) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’ xi regoli msemmija fis-
subartikolu (1) teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn
ħamsin lira u mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija
flimkien, u multa oħra ta’ mhux inqas minn żewġ liri iżda mhux
iżjed minn għaxar liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat
wara li tinsab ħatja:
Iżda il-Kummissarju jista’ jasal f’arranġamenti dwar reat
taħt dan is-subartikolu u jista’, qabel is-sentenza, iżomm jew jasal
f’arranġamenti fuq proċedimenti taħt dan is-subartikolu:
Iżda wkoll ir-reat taħt dan l-artikolu jibqa’ jeżisti sakemm
min jagħmel ir-reat ikun ikkonforma ma’ u ħares id-
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      19
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’ kull regola msemmija
fih.
Għemil ta’ prospett 
ta’ l-income 
imdaħħal akkont 
ta’, jew imħallas 
lil, persuni oħra. 
24. (1) Meta xi persuna f’kull kwalità  li tkun -
(a) tirċievi xi profitti jew income li għalihom japplikaw
id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi, li
jappartjenu lil xi persuna oħra; jew
(b) tħallas lil xi persuna oħra, jew lil ħaddieħor bl-ordni
tagħha, xi profitti jew income li għalihom japplikaw
id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u li
jappartjenu lil dik il-persuna l-oħra,
il-Kummissarju jista’ jagħti avviż lil dik il-persuna l-ewwel
imsemmija fejn jordnalha li turih, fiż-żmien stabbilit f’dak l-avviż,
li ma jkunx inqas minn tletin jum mid-data tan-notifika ta’ dak l-
avviż, prospett li jkun fih -
(i) dikjarazzjoni vera u korretta ta’ dawk il-profitti
u income kollha; u
(ii) l-isem u l-indirizz ta’ kull persuna li lilha l-
profitti jew l-income jappartjenu jew ikunu
mħallsa:
Iżda ebda persuna bħal dik ma tkun obbligata, bis-saħħa ta’
dan l-artikolu, li tikxef xi informazzjoni dwar persuna oħra, liema
informazzjoni tkun marbuta bis-sigriet professjonali.
(2) Avviż skond is-subartikolu (1) jista’ jingħata mill-
Kummissarju sabiex japplika sew b’mod ġenerali għall-persuni li
għalihom dawk il-profitti jew income kif imsemmija f’dak is-
subartikolu jappartjenu jew ikunu mħallsa sew għal xi persuna jew
klassi ta’ persuni partikulari kif intqal qabel.
Il-kerrejja jagħtu 
prospett tal-kera li 
jħallsu. 
25. Il-Kummissarju jista’ jagħti avviż bil-miktub lil xi persuna
li tkun tokkupa xi dar, art jew bini industrjali fejn jordnalha li
tagħti, fi żmien xieraq, prospett li jkun fih:
(a) l-isem u l-indirizz tas-sid ta’ dik id-dar, art jew bini
industrjali; u
(b) dikjarazzjoni vera u korretta tal-kera li għandu
jitħallas u kull kumpens ieħor li jingħata b’hekk.
Lista ta’ l-inkwilini 
u residenti.
26. Il-Kummissarju jista’ jagħti avviż bil-miktub lil xi persuna
fejn jordnalha, fiż-żmien stabbilit f’dak l-avviż, li ma jkunx iqsar
minn tletin jum mid-data tan-notifika ta’ dak l-avviż, li tagħti
prospett li jkun fih l-isem ta’ kull min, fid-data ta’ l-avviż, ikun
residenti fid-dar, lukanda jew istitut tagħha, u kien hekk residenti,
ħlief għal xi assenzi temporanji, matul it-tliet xhur ta’ qabel.
Ċerti soċjetajiet.
negozju, professjoni jew vokazzjoni jkunu qed jitmexxew minn
żewġ persuni jew iżjed flimkien, l-income ta’ xi soċju mis-soċjetà ,
xort’oħra milli f’soċjetà  in akkomandita li l-kapital tagħha jkun
maqsum f’azzjonijiet jew f’soċjetà  anonima, għandu jitqies illi
huwa s-sehem li għalih huwa kellu jedd matul is-sena qabel is-sena
  20      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
ta’ stima fl-income tas-soċjetà , liema income jiġi aċċertat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u għandu jidħol fil-
prospett ta’ l-income li għandu jsir minn dak is-soċju taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
(2) Is-soċju ewlieni, jiġifieri s-soċju illi fost is-soċji residenti
f’Malta -
(i) ikun l-ewwel wieħed imsemmi fil-kuntratt tas-
soċjetà , jew 
(ii) ikun is-soċju attiv ewlieni jekk is-soċju
imsemmi bi preċedenza ma jkunx soċju attiv,
għandu, meta meħtieġ mill-Kummissarju, jagħmel u jikkunsinna
prospett ta’ l-income tas-soċjetà  għal xi sena, billi dak l-income jiġi
aċċertat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi, u
jiddikjara fih l-ismijiet u l-indirizzi tas-soċji l-oħra fid-ditta
flimkien ma’ l-ammont tas-sehem ta’ l-imsemmi income li għalih
kull soċju kellu l-jedd għal dik is-sena; u -
(a) meta ebda soċju ma jkun residenti f’Malta, il-prospett
għandu jsir u jkun ikkunsinnat mill-mandatarju, aġent,
manager jew deputat tad-ditta residenti f’Malta; u
(b) id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi dwar in-
nuqqas tal-kunsinna tal-prospetti jew informazzjonijiet
skond avviż mingħand il-Kummissarju jkunu jgħoddu
għal kull prospett meħtieġ taħt dan l-artikolu.
(3) Meta l-Kummissarju ma jkunx sodisfatt illi sengħa,
negozju, professjoni jew vokazzjoni hija mmexxija minn żewġ
persuni jew iżjed flimkien, il-qligħ jew profitti minn dik is-sengħa,
negozju, professjoni jew vokazzjoni għandhom jitqiesu li nġabru
minn dik il-persuna intitolata għal sehem mill-qligħ jew profitti kif
il-Kummissarju jidhirlu u l-istima tat-taxxa għandha ssir skond
hekk.
Kap. 123.
(4) Meta stima tat-taxxa tkun saret skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (3), is-soċjetà  ma għandhiex titqies li hija korp ta’
persuni għall-finijiet ta’ l-artikolu 60 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income.
(5) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma żżomm illi deċiżjoni
tal-Kummissarju fl-eżerċizzju ta’ xi diskrezzjoni mogħtija lilu tiġi
appellata skond l-artikoli 35 u 37.
Firma ta’ avviżi.
Emendat:
II. 2003.45.
28. (1) Kull avviż li għandu jingħata mill-Kummissarju taħt l-
Atti dwar it-Taxxi għandu jkun iffirmat mill-Kummissarju jew
minn xi persuna jew persuni minn żmien għal ieħor maħtura għal
dak l-iskop, u u kull avviż bħal dak, inkluża riċevuta li jkun sar il-
ħlas tat-taxxa, jkun validu jekk il-firma tal-Kummissarju jew ta’
dik il-persuna jew persuni tkun debitament stampata, ittimbrata jew
miktuba fuqu:
Iżda kull avviż bil-miktub taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti
dwar it-Taxxi lil xi persuna li fih din tiġi ordnata li tagħti
informazzjonijiet lill-Kummissarju, jew kull avviż ieħor taħt l-Atti
dwar it-Taxxi li jeħtieġ il-preżenza ta’ xi persuna jew xhud
quddiem il-Kummissarju, għandu jkun iffirmat persunalment mill-
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      21
Kummissarju jew minn xi persuna debitament awtorizzata minnu.
(2) Firma mqiegħda fuq avviż u li tidher li hi l-firma ta’ xi
persuna hekk maħtura għandha tittieħed li hi l-firma ta’ dik il-
persuna kemm-il darba ma jintweriex il-kuntrarju.
Notifika ta’ avviżi. 
personalment jew billi jintbagħat bil-posta fl-indirizz tagħha l-
aħħar magħruf tan-negozju jew privat, u għandu, fl-aħħar każ, ħlief
jekk jiġi ppruvat il-kuntrarju, jitqies li kien ġie notifikat, fil-każ ta’
persuni residenti f’Malta, mhux aktar tard mit-tielet jum wara l-jum
ta’ l-impustar, u fil-każ ta’ persuni mhux hekk residenti, il-jum ta’
wara l-jum li fih l-avviż kien ikun missu s-soltu wasal bil-posta, u
fil-prova ta’ dik in-notifika jkun biżżejjed li wieħed jipprova illi l-
ittra li kien fiha l-avviż kienet ġiet indirizzata u mpustata kif jixraq.
Posta bla ħlas. 
u korrispondenza riżultanti u ħlas tat-taxxa taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att jistgħu jintbagħtu b’xejn bil-posta lill-Kummissarju
f’inviloppi mmarkati Income Tax.
Żmien u data għat-
twassil ta’ prospetti 
eċċ., u għall-ħlas.
Miżjud:
IX. 1999.6.
29A. (1)  Kull żmien jew data stipulati fl-Atti dwar it-Taxxi
għall-konsenja jew notifika ta’ xi prospett, avviż jew dokument
ieħor lill-Kummissarju jew għal xi ħlas lill-Kummissarju għandu
jitqies bħala li jiskadi f’nofsinhar ta’ l-aħħar jum ta’ dak iż-żmien
jew ta’ dik id-data jew f’dak iż-żmien li jiġi iktar tard hekk kif
jista’ jiġi preskritt.
Kap. 252.
(2) Meta d-data li fiha xi prospett, avviż jew dokument ieħor
għandu jiġi konsenjat, imwassal jew notifikat jew meqjus bħala li
jiġi notifikat jew li fiha għandu jsir xi ħlas skond xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att taħbat, li kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu, f’xi Sibt jew f’xi btala pubblika kif stabbilit fl-
Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra, dik id-data
għandha titqies li taħbat fl-ewwel jum tax-xogħol, li ma jkunx is-
Sibt, li jiġi wara s-Sibt jew il-btala pubblika msemmija.
TAQSIMA V 
Stima ta’ Taxxa
Stimi relattivi għal 
snin ta’ stima li 
jiġu qabel l-1999.
Sostitwit:
IX.1999.7.
30. (1) Meta persuna tkun bagħtet prospett ta’ 1- income għal
xi sena ta’ stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 1999 il-Kummissarju
jista’ -
(a) jaċċetta l-prospett u jagħmel l-istima;
(b) wara li jikkonsidra kull prospett, ktieb jew prova oħra
li tinġieb quddiemu jew li jinkisbu minnu, jirrifjuta li
jaċċetta l-prospett u mill-ahjar li jista’ jiddetermina
b’ordni bil-miktub l-ammont ta’ l-income taxxabbli
tal-persuna u jintaxxaha.
(2) Meta persuna ma tkunx bagħtet prospett ta’ l-income għal
xi sena ta’ stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 1999 u l-
Kummissarju jkun tal-fehma li dik il-persuna hija suġġetta li tħallas
taxxa, huwa jista’, skond l-aħjar dehen tiegħu, jiddetermina l-
  22      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
ammont ta’ l-income taxxabbli ta’ dik il-persuna u jintaxxaha,
imma dak l-intaxxar m’għandux jolqot xi responsabbiltà  li dik il-
persuna jkollha minħabba n-nuqqas jew it-traskuraġni tagħha li
tibgħat prospett.
(3) Meta l-Kummissarju jkun tal-fehma li persuna ma tkunx
saritilha stima jew li tkun saritilha stima b’ammont inqas minn dak
li kien imissha ġiet intaxxata għal xi sena ta’ stima li tiġi qabel is-
sena ta’ stima 1999, il-Kummissarju jista’ jagħmel stima ta’ dik il-
persuna b’dak l-ammont jew b’ammont addizzjonali, skond il-
ġudizzju tiegħu, kien imissha ġiet intaxxata u d-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1)(b) għandhom ikunu japplikaw għal stima bħal
dik.
(4) L-istima, għal xi sena ta’ stima, li ssir b’mod konformi ma’,
u skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
għandha ssir matul dik l-istess sena ta’ stima jew matul it-tmien
snin li jigu wara l-iskadenza tagħha.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), meta
persuna ma tkunx bagħtet lill-Kummissarju l-prospetti meħtieġa bl-
Atti dwar it-Taxxi għal xi sena ta’ stima li tiġi qabel is-senata’
stima 1999 jew ma ddikjaratx b’mod komplet u veritier kull fatt
materjali meħtieġ għall-istima tagħha għal xi sena u b’hekk tevita t-
taxxa, il-Kummissarju, meta jidhirlu li dak li sar jkun dovut għal
frodi jew evażjoni, jista’ f’kull żmien jagħmel stima ta’ dik il-
persuna b’dak l-ammont jew ammont addizzjonali hekk kif skond l-
aħjar ġudizzju tiegħu dik il-persuna kellha tiġi intaxxata u għandu
jiehu passi biex isir il-ħlas tat-taxxa, taxxa addizzjonali jew penali.
(6) Meta fil-fehma tal-Kummissarju kien hemm frodi jew
evażjoni kif imsemmi, dik id-deċizjoni tkun suġġetta għal appell
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35 u 37.
Stimi u 
determinazzjonijiet 
relattivi għas-sena 
ta’ stima 1999 u 
għal snin 
sussegwenti.
Sostitwit:
IX.1999.7.
Emendat:
II. 2003.46.
31. (1) Meta persuna tkun bagħtet prospett ta’ l-income skond
l-artikolu 10 li jinkludi stima personali għas-sena ta’ stima 1999
jew għal xi sena ta’ stima sussegwenti, il-Kummissarju għandu
jiddetermina l-income taxxabbli, it-taxxa li għandha titħallas fuqu u
t-taxxa li għandha titħallas, jew li għandha titħallas lura lil dik il-
persuna għal dik is-sena ta’ stima f’dawk l-ammonti indikati minn
dik il-persuna fl-istima personali, billi jsiru dawk il-korrezzjonijiet
aritmetiċi li jkunu meħtieġa fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li jkun
hemm f’dak il-prospett.
(2) Meta persuna tkun għamlet għażla skond l-artikolu 12 għal
xi sena ta’ stima, il-Kummissarju għandu, fuq il-bażi ta’ l-
informazzjoni li jkollu f’idejh, jiddetermina l-income taxxabbli, it-
taxxa dovuta u dak li dik il-persuna għandha tħallas jew tieħu lura.
(3) Meta persuna ma tkunx bagħtet prospett ta’ lincome għas-
sena ta’ stima 1999 jew għal xi sena sussegwenti u ma tkunx
għamlet għażla taħt l-artikolu 12 jew, għalkemm tkun għamlet
għażla bħal dik hija, wara li jkun ingħatalha avviż mill-
Kummissarju sabiex tagħmel prospett kif provdut fl-artikolu 13,
tonqos milli tipprezenta il-prospett, u l-Kummissarju jkun tal-
fehma li dik il-persuna tkun suġġetta għall-ħlas tat-taxxa, huwa
jista’ jiddetermina l-ammont tat-taxxa li għandha titħallas minn dik
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      23
il-persuna għal dik is-sena ta’ stima fuq il-bazi ta’ kalkolu li jsir
b’dak il-mod u b’dak il-metodu kif il-Kummissarju jqis li jkun
xieraq mingħajr preġudizzju għal xi responsabbiltà  xort’oħra
mġarrba minn dik il-persuna minħabba fin-nuqqas jew it-
traskuraġni tiegħu li jibgħat prospett.
(3A) Meta tkun saret stima fiċ-ċirkostanzi msemmija fis-
subartikolu (3) u l-prospett ikun għadu ma ġiex ikkunsinnat, il-
Kummissarju jista’ jagħmel stima taħt id-diposizzjonijiet tas-
subartikolu (5) fuq il-persuna involuta, mingħajr il-ħtieġa li jkun
qabel avża lil dik il-persuna li tkun qed issir inkjesta dwar id-
dikajarazzjonijiet ta’ taxxa li jagħmel u kull passiv li jkollu.
(4) Il-Kummissarju jista’ jagħmel kull stħarriġ u verifika li
jidhrulu xierqa għar-rigward ta’ kull taxxa li titħallas, jew li
titħallas lura lil xi persuna u jista’ jagħmel dawk l-aġġustamenti
għal xi stimi jew kontijiet oħra li jkunu saru skond id-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu kif jista’ jiġi miftiehem
bil-miktub ma’ dik il-persuna jew kif jista’ jkun meħtieġ skond l-
artikolu 13(6).
(5) Meta l-Kummissarju jkun jidhirlu li t-taxxa li għandha
titħallas minn persuna għas-sena ta’ stima 1999 jew għal xi sena ta’
stima sussegwenti tkun ġiet determinata f’ammont inqas minn dak
li kellu jiġi ntaxxat, il-Kummissarju jista’ wara li jqis dawk il-
prospetti, kotba jew provi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jinġiebu
quddiemu jew jinkisbu minnu, skond l-aħjar ġudizzju tiegħu
jagħmel stima ta’ l-income taxxabbli ta’ dik il-persuna, it-taxxa li
għandha titħallas fuqu u t-taxxa li għandha titħallas, jew li għandha
titħallas lura lil dik il-persuna għal dik is-sena ta’ stima, u meta 1-
Kummissarju wara li jkun għamel stima jkun tal-fehma li xi taxxa
tkun ġiet stmata f’ammont inqas minn dak li kellu jiġi intaxxat,
huwa jista’, bl-istess mod, jagħmel stima jew stimi addizzjonali.
(6) Stima jew stimi addizzjonali għal xi sena ta’ stima taħt is-
subartikolu (5) għandha ssir jew għandhom isiru mhux iktar kmieni
miż-żmien preskritt taħt l-artikolu 10(1) sabiex jintbagħat il-
prospett ta’ l-income għal dik is-sena u mhux iktar tard minn ħames
snin minn tmiem is-sena li fiha kien intbagħat prospett ta’ l-income
jew prospett ulterjuri għal dik is-sena jew li fiha tkun saret għażla
taħt l-artikolu 12 għal dik is-sena.
(7) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6) meta
persuna:
(a) tkun bagħtet prospett jew prospetti lill-Kummissarju u
fihom ma tkunx żvelat il-fatti materjali kollha rilevanti
għalbiex jiġi determinat l-income u t-tnaqqis permess;
jew
(b) bil-għan li tiġi evitata t-taxxa jew bi traskuraġni kbira
jew konsapevoli tkun bagħtet lill-Kummissarju
prospett li ma jkunx korrett u qarrieqi f’xi aspett
materjali, stima jew stima addizzjonali taħt is-
subartikolu (5) tista’ ssir f’kull waqt wara ż-żmien
stipulat skond ma hemm f’dan l-Att għar-rigward tal-
konsenja tal-prospett ta’ l-income għal dik is-sena.
  24      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
(8) Jista’ jsir appell minn deċiżjoni dwar jekk ikunx hemm xi
waħda miċ-ċirkostanzi li wasslu għall-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (7). L-appell isir skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35 u 37.
(9) Determinazzjoni li ssir skond is-subartikoli (1), (2) u (3)
m’għandhiex tittieħed bħala stima għal xi wieħed mill-għanijiet ta’
l-Atti dwar it-Taxxi.
Stima u ħlas ta’ 
taxxa f’munita 
barranija. 
Miżjud:
IX.1999.7.
31A. It-taxxa li għandha titħallas fuq l-income ta’ kumpannija
għandha tiġi dikjarata, determinata, stmata u mħallsa bil-munita
(jew meta jkun il-każ, b’muniti pro rata) li biha jkun denominat il-
kapital azzjonarju tal-kumpannija u kull rifuzjoni u ħlas lura
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi għar-
rigward ta’ din it-taxxa għandha ssir bl-istess munita (jew, fejn
ikun il-każ, b’muniti pro rata) li biha jew bihom tkun tħallset it-
taxxa.
Tħassir ta’ stimi. 
Emendat: 
XXIII.1995.2;
I. 1999.2;
II. 2002.80.
32. (1) Il-Kummissarju jista’ għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-
Taxxi iħassar kull stima magħmula minnu, u dak it-tħassir ikun bla
ħsara għall-egħmil ta’ kull stima li skond dan l-Att għandha ssir
minflok l-istima hekk imħassra li titqies li ma tkunx saret.
(2) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma tagħti s-setgħa lill-
Kummissarju li jħassar jew jagħmel xi stima għal xi sena meta dak
it-tħassir jew l-egħmil ta’ xi stima jġib miegħu il-ftuħ ta’ xi
kwistjoni li tkun ġiet deċiża b’appell għal dik is-sena.
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ l-Atti dwar it-Taxxi
fejn aktar minn tmien snin ikunu għaddew minn għeluq is-sena ta’
stima li għaliha tkun tapplika stima magħmula mill-Kummissarju
qabel l-1 ta’ Jannar, 1992 u dik l-istima tkun għadha mhux finali u
konklussiva skond l-artikolu 38, u l-Kummissarju jkun jidhirlu li
dik l-istima tkun invalida jew bla effett minħabba xi żball, difett
jew ommissjoni mill-Kummissarju fl-għemil ta’ dik l-istima jew fl-
avviż t’hekk, il-Kummissarju jista’ fi żmien għaxar snin mill-1 ta’
Jannar 1992 jew fi żmien sentejn mid-data li t-taxpayer japplika
bil-miktub lill-Kummissarju fejn jindika bħala raġuni oħra għal
oġġezzjoni dak l-iżball, difett jew ommissjoni, jagħmel stima
ġdida, skond l-artikolu 30 għas-sena ta’ stima in kwestjoni u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi dwar l-avviż ta’ stima,
appelli u proċeduri oħra ta’ l-Atti dwar it-Taxxi għandhom
japplikaw għal dik l-istima u għat-taxxa stabbilita bis-saħħa
tagħha:
Iżda:
(i) id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
għandhom bl-istess mod japplikaw għal dawk l-
istimi li ġew magħmula mill-Kummissarju fl-1
ta’ Jannar 1992 jew xi data sussegwenti, ħlief
għal stimi magħmula skond l-artikolu 31 ta’ l-
Att; u
(ii) meta ma tkunx saret stima ġdida skond l-artikolu
30, u li għaliha jkun japplika dan is-subartikolu
jew il-paragrafu (i) ta' dan il-proviso, mill-
Kummissarju fil-perjodu msemmi f’dan is-
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      25
subartikolu, il-Kummissarju jista’ f’kull żmien
jagħmel stima ġdida fuq it-taxpayer fuq l-
income taxxabbli kollu jew parti minnu tat-
taxpayer kif dikjarat minnu għas-sena ta’ stima
in kwistjoni li fuqu ma tkunx għadha ġiet
magħmula stima valida; u minbarra d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30(4), id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi dwar
avviż ta’ stima, appelli u proċeduri oħra taħt l-
Atti dwar it-Taxxi għandhom japplikaw għal dik
l-istima u għal kull taxxa dovuta skond dik l-
istima.
Setgħa tal-
Kummissarju li 
jirrevedi stimi fil-
każ ta’ oġġezzjoni. 
Emendat: 
XXIII.1995.3;
XX.1996.21.
33. (1) Il-Kummissarju jordna li jkun notifikat persunalment
jew mibgħut bil-posta reġistrata, lil kull persuna li ssirilha stima ta’
taxxa, avviż indirizzat lilha fil-post soltu tagħha ta’ residenza jew
negozju, fejn jissemma l-ammont ta’ l-income tagħha taxxabbli u l-
ammont tat-taxxa li hija għandha tħallas u fejn tiġi mgħarrfa bil-
jeddijiet tagħha taħt is-subartikolu (2).
(2) Jekk xi persuna tikkontesta l-istima hija tista’ titlob lill-
Kummissarju, b’avviż ta’ oġġezzjoni bil-miktub, sabiex jerġa’
jeżamina u jirrivedi l-istima magħmula dwarha. Din it-talba
għandha ssemmi preċiżament ir-raġunijiet ta’ l-oġġezzjoni tagħha
għall-istima u għandha ssir fi żmien tletin jum mid-data tan-
notifika ta’ l-istima:
Iżda l-Kummissarju, meta jkun sodisfatt illi, minħabba
assenza minn Malta, mard jew xi raġuni oħra xierqa, il-persuna li
tikkontesta l-istima kienet impeduta milli tagħmel it-talba f’dak iż-
żmien, għandu jestendi l-perijodu kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi:
Iżda wkoll ebda avviż ta’ oġġezzjoni ma jista’ jsir għar-
rigward ta’ xi stima kemm-il darba:
(a) il-prospett għas-sena ta’ stima rispettiva ma jkunx
intbagħat skond ma hemm fl-artikoli 10 u 11 qabel
jingħata l-avviż lill-Kummissarju;
Kap. 123.
(b) it-taxxa li ma tkunx qed tiġi kontestata għal dik is-sena
ta’ stima ma tkunx tħallset kollha kemm hi qabel iż-
żmien stabbilit fl-artikolu 42(1) meta l-income
prinċipali tal-persuna għas-sena li tiġi minnufih qabel
dik is-sena ta’ stima jinkiseb minn għejjun li ma
jkunux dawk li jaqgħu taħt l-artikolu 4(1)(b) u (d) ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income li jkunu suġġetti għal
tnaqqis ta’ taxxa skond ir-regoli tal-PAYE:
Iżda wkoll meta persuna tkun diġà  għamlet avviż bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu għar-rigward ta’ xi stima w dik l-istima tkun
għadha mhijiex waħda finali w konklusiva skond l-artikolu 38 ta’ l-
Att, hija għandha tħares il-proviso ta’ qabel dan ta’ dan is-
subartikolu sat-28 ta’ Ġunju, 1996, inkella l-avviż mogħti jiġi
rrifjutat u l-istima li dwarha ssir l-oġġezzjoni ssir finali w
konklusiva f’dik id-data.
(3) Meta jasallu l-avviż ta’ oġġezzjoni msemmi fis-subartikolu
(2), il-Kummissarju jista’ jitlob lill-persuna li tibgħat l-avviż ta’
  26      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
oġġezzjoni sabiex tagħti dawk id-dettalji jew informazzjonijiet illi
l-Kummissarju jidhirlu meħtieġa dwar l-income tal-persuna
intaxxata u sabiex iġġib il-kotba kollha jew dokumenti oħra fil-
kustodja tagħha jew taħt il-kontroll tagħha dwar dak l-income, u
jista’ jsejjaħ kull persuna illi, huwa jidhirlu, hija kapaċi li tagħti
provi dwar l-istima sabiex tidher quddiemu u ġġib il-kotba kollha
jew dokumenti oħra fil-kustodja tagħha jew taħt il-kontroll tagħha
u jista’ jeżamina lil dik il-persuna bil-ġurament jew xort’oħra:
Iżda l-iskrivan, l-aġent, l-impjegat jew persuna oħra
impjegata f’kariga konfidenzjali fl-affarijiet tal-persuna li tkun ser
tiġi intaxxata u l-ġenituri, il-mara jew ir-raġel jew l-ulied ta’ din il-
persuna ma għandhomx ikunu eżaminati ħlief fuq it-talba tal-
persuna li dwarha tkun saret l-istima:
Iżda wkoll ħlief fuq it-talba tal-persuna li ssirilha stima,
ebda persuna ma tkun eżaminata dwar xi tagħrif li jolqot lill-
persuna li ssirilha stima meta dwar dak it-tagħrif il-persuna
msemmija tkun marbuta bis-sigriet professjonali.
(4) Fil-każ ta’ persuna li dwarha tkun saret stima, illi tkun
oġġezzjonat għall-istima magħmula dwarha, tasal fi ftehim mal-
Kummissarju dwar l-ammont li bih hija suġġetta li tkun intaxxata,
l-istima għandha tiġi emendata skond hekk, u avviż tat-taxxa li
għandha titħallas għandu jkun notifikat lil dik il-persuna.
(5) Jekk ma jkunx hemm ftehim, il-Kummissarju għandu
jiffissa t-taxxa b’ordni bil-miktub:
Iżda dejjem, fil-każ ta’ persuna illi, taħt is-subartikolu (2),
tkun talbet lill-Kummissarju għal reviżjoni ta’ l-istima magħmula
dwarha, ma tiftiehemx mal-Kummissarju dwar l-ammont li bih hija
suġġetta li tkun intaxxata, il-jedd tagħha għall-appell taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kontra l-istima magħmula dwarha,
jibqa’ bla mittiefes.
TAQSIMA VI 
Appelli 
Twaqqif ta’ Bord 
ta’ Kummissarji 
Speċjali.
34. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ Kummissarji Speċjali
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Bord", sabiex jisma’ u
jaqta’ appelli skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35. ll-Bord
ikun magħmul minn chairman, li jkun wieħed minn lista ta’ persuni
maħtura mill-President ta’ Malta biex iservu ta’ Kummissarju
Speċjali fdik il-kariga, u minn żewġ Kummissarji Speċjali oħra li
jkunu tnejn minn lista ta’ persuni maħtura kif intqal qabel biex
iservu f’dik il-kariga l-oħra, u li għandhom iservu fuq il-Bord
skond dak it-tqassim ta’ dmirijiet, inkluż il-provvediment meta ma
jkunux jistgħu jservu u ċirkostanzi oħra, kif il-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ jistabbilixxi.
(2) Persuna tkun skwalifikata milli tkun maħtura, jew li tibqa’,
bħala Kummissarju Speċjali sakemm hija tkun membru tal-Kamra
tad-Deputati.
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      27
(3) Kull Kummissarju Speċjali għandu, qabel ma jidħol għall-
kariga tiegħu, jagħmel u jissottoskrivi dikjarazzjoni bil-ġurament
fuq il-formula preskritta għalhekk quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
(4) Kull Kummissarju Speċjali għandu jibqa’ fil-kariga għal
kemm żmien jogħġob lill-President ta’ Malta.
(5) Il-President ta’ Malta jista’, mingħajr ma jagħti ebda
raġuni, iħassar il-ħatra ta’ xi Kummissarju Speċjali u huwa jista’
jaħtar Kummissarji Speċjali ġodda kull meta jinħtieġ.
(6) Il-Kummissarju għandu jippubblika fi żmien raġonevoli d-
deċiżjonijiet kollha mogħtija mill-Bord fuq punti ta’ liġi, fejn
jingħataw il-fatti ta’ l-appell u l-argumenti.
(7) Il-Bord ikollu s-setgħa li jsejjaħ kull persuna sabiex tixhed
jew iġġib kotba jew dokumenti oħra quddiemu u ċ-chairman tal-
Bord jew il-membru li jagħmilha ta’ chairman f’laqgħa tal-Bord,
ikollu s-setgħa li jamministra l-ġurament lil kull persuna li tidher
quddiem il-Bord:
Iżda -
(i) l-iskrivan, l-aġent, l-impjeġat jew persuna oħra
mpjegata f’kariga konfidenzjali fl-affarijiet ta’ l-
appellant u l-ġenituri, żewġ jew mart jew ulied
dak l-appellant m’għandhomx jissejħu biex
jixhdu jew biex jiġu eżaminati ħlief fuq it-talba
ta’ l-appellant;
(ii) kull persuna, barra mill-Kummissarju, li jkollha
jew li kellha xi dmir uffiċjali, jew li tkun jew
kienet taħdem, fl-amministrazzjoni ta’ l-Atti
dwar it-Taxxi, m’għandhiex tissejjaħ biex tixhed
jew biex tiġi eżaminata dwar xi ħaġa uffiċjali li
jkollha x’taqsam mal-likwidazzjoni li tkun qed
tiġi appellata ħlief fuq it-talba tal-Kummissarju;
(iii) ħlief fuq it-talba ta’ l-appellant, ebda persuna ma
tkun eżaminata dwar xi tagħrif li jolqot lill-
appellant meta dwar dak it-tagħrif l-imsemmija
persuna tkun marbuta bis-sigriet professjonali.
(8) Il-Kummissarji Speċjali jdaħħlu dik ir-rimunerazzjoni illi l-
President ta’ Malta jiffissa.
(9) Il-Kummissarji Speċjali ma jkunux persunalment
responsabbli għal kull għemil jew nuqqas tal-Bord magħmul jew li
naqas li jsir in bona fede fil-kors tax-xogħol tal-Bord.
(10) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ joħroġ regoli li
jreġu l-appelli quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali, u
mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’
joħroġ regoli -
(a) fejn jippreskrivi l-mod li bih appell għandu jsir lill-
Bord u d-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar kull
appell bħal dak;
(b) fejn jippreskrivi l-proċedura li l-Bord għandu juża fis-
smigħ ta’ appell u n-notamenti li għandhom jinżammu
  28      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
mill-Bord; 
(ċ) fejn jippreskrivi l-mod li bih il-Bord għandu jissejjaħ u
l-postijiet fejn il-Bord għandu jagħmel il-laqgħat u
meta; 
(d) fejn jippreskrivi tariffa ta’ l-ispejjeż; u
(e) b’mod ġenerali sabiex id-disposizzjonijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att dwar il-Bord ta’ Kummissarji
Speċjali jkunu jistgħu jitmexxew aħjar.
Appell lill-
Kummissarji 
Speċjali.
35. (1) Kull persuna illi, aggravata bi stima magħmula
dwarha, ma tkunx ftehmet mal-Kummissarju kif maħsub fis-
subartikolu (4) ta’ l-artikolu 33 tista’ tagħmel, fi żmien tletin
ġurnata wara d-data tan-notifika lilha ta’ avviż tar-rifjut tal-
Kummissarju li jemenda l-istima kif mixtieq, appell kontra dik l-
istima lill-Bord ta’ Kummissarji Speċjali:
Iżda ebda appell bħal dak ma jista’ jsir validament minn xi
stima jekk qabel ma jitħallasx l-ammont tat-taxxa li dwarha ma
jkunx hemm kwistjoni.
(2) Kull persuna li tappella għandha tidher quddiem il-Bord
jew persunalment jew permezz ta’ aġent fil-jum u l-ħin iffissati
għas-smigħ ta’ l-appell:
Iżda, dejjem jekk jigi ippruvat, b’sodisfazzjon tal-Bord, illi
minħabba assenza minn Malta, mard jew raġuni oħra tajba, xi
persuna ma tistax tattendi għas-smigħ ta’ l-appell tagħha fil-jum u
fil-ħin iffissati għall-iskop, il-Bord jista’ jipposponi s-smigħ ta’ l-
appell għal dak iż-żmien xieraq li jidhirlu meħtieġ għall-attendenza
ta’ l-appellant.
(3) Il-piż tal-prova illi l-istima li dwarha jsir l-ilment hija
eċċessiva jkun ta’ l-appellant.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), il-Bord
jikkonferma, inaqqas, iżid jew jannulla l-istima jew jagħmel dak l-
ordni dwarha illi jidhirlu xieraq. Avviż tad-deċiżjoni tal-Bord, tad-
data tad-deċiżjoni u ta’ kull emenda fl-istima għandu jintbagħat
lill-Kummissarju illi jordna li kopja ta’ dak l-avviż tiġi notifikata
jew persunalment jew bil-posta reġistrata lill-persuna li tappella
flimkien ma’ avviż li jinforma lil dik il-persuna bil-jeddijiet tagħha
taħt l-artikolu 37.
(5) Ebda appell ma jista’ jsir mid-deċiżjoni tal-Bord ta’
Kummissarji Speċjali ħlief fuq punt ta’ liġi biss.
(6) Appell lill-Bord ta’ Kummissarji Speċjali magħmul minn
persuna suġġetta għat-taxxa jew f’isimha ma jistax jiġi rtirat jew
ċedut ħlief bil-kunsens tal-Kummissarju.
(7) Il-Bord jista’ jordna l-korrezzjoni ta’ kull żball aritmetiku li
jagħmel f’xi deċiżjonijiet tiegħu fuq rikors notifikat lill-parti l-oħra
u preżentat, fil-każ tal-Kummissarju, fi żmien għaxart ijiem mid-
data tad-deċiżjoni u, fil-każ tal-persuna suġġetta għat-taxxa, fi
żmien għaxart ijiem wara n-notifika lilha ta’ dik id-deċiżjoni.
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      29
Ċerti 
disposizzjonijiet 
għandhom jiġu 
mħarsa fis-smigħ 
ta’ appelli.
36. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandu jkollhom effett għall-
finijiet ta’ kull appell magħmul taħt l-artikolu 35:
(a) il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għandu
sommarjament jiċħad kull appell quddiemu għal xi
sena ta’ stima u jikkonferma l-istima li dwarha jsir l-
ilment kemm-il darba ma tinġiebx quddiemu prova
prima facie li, sad-data li fiha jkun sar l-appell, l-
appellant ikun ippreżenta taħt l-artikoli 10 u 11
prospett ta’ l-income taxxabbli tiegħu għall-imsemmija
sena ta’ stima;
Kap. 123.
(b) meta l-istima li dwarha jsir l-ilment tkun saret mill-
Kummissarju skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2)(b), jew ta’ l-artikolu 30(3), jew ta’ l-
artikolu 31(1), u l-kwistjoni quddiem il-Bord tinkludi
kwistjoni dwar xi income li jinqala’ minn għejjun
imsemmija fl-artikolu 4(1)(a) ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income, ebda prova ma titqies mill-Bord li hi
biżżejjed li minħabba fiha jista’ jkun hemm xi tibdil fl-
istima dwar dak l-income kemm-il darba l-persuna li
tappella kontra d-deċiżjoni tal-Kummissarju ma
tikkonsenjax lill-Kummissarju, mhux aktar tard mit-
tletin ġurnata wara dik stabbilita għall-ewwel smigħ
ta’ l-appell, in-notamenti li għandhom jinżammu
skond l-artikolu 19 u d-dokumenti l-oħra li b’dak l-
artikolu għandhom jippruvaw jew ikunu ma’ dawk in-
notamenti, u kemm-il darba ma tikkonfermax dawk in-
notamenti u d-dokumenti bil-ġurament quddiem il-
Bord;
(ċ) il-Kummissarju jista’ f’kull żmien matul is-smigħ ta’
l-appell jitlob dikjarazzjoni mill-Bord dwar jekk l-
appell għandux jiġi miċħud u l-istima li dwarha jsir l-
ilment tiġi konfermata skond id-disposizzjonijiet tal-
paragrafi (a) jew (b).
Appelli lill-Qorti 
ta’ l-Appell 
(Kompetenza 
Inferjuri).
Emendat:
VI. 2001.25.
37. (1) Kull persuna li, wara li tkun appellat lill-Bord ta’
Kummissarji Speċjali, tħossha aggravata bid-deċiżjoni tagħhom,
tista’ tappella mid-deċiżjoni, fuq punt ta’ liġi biss, lill-Qorti ta’ l-
Appell (Kompetenza Inferjuri) b’rikors ippreżentat fi żmien tletin
jum mid-data li fiha tiġi notifikata bid-deċiżjoni tal-Bord.
(2) Il-Kummissarju jista’ jekk huwa ma jkunx sodisfatt bid-
deċiżjoni tal-Bord, jappella kontra d-deċiżjoni, fuq punt ta’ liġi
biss, lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) b’rikors
ippreżentat fi żmien tletin jum mid-data tad-deċiżjoni tal-Bord.
(3) Kemm-il darba regoli magħmulin taħt dan l-Att ma jaħsbux
għal perijodu itwal, għandu jingħata lill-partijiet avviż ta’ sebat
ijiem sħaħ tad-data iffissata għas-smigħ ta’ l-appell.
(4) Il-qorti tista’ tikkonferma, tnaqqas, iżżid jew tannulla l-
istima jew toħroġ fuq dik l-istima l-ordnijiet li jidhrilha xierqa.
(5) Avviż ta’ l-ammont tat-taxxa li għandha titħallas taħt l-
istima kif deċiż mill-qorti, għandu jkun notifikat mill-
Kummissarju, jew persunalment, jew bil-posta reġistrata, lill-parti
  30      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
l-oħra.
(6) Il-Kummissarju għandu jippubblika fi żmien raġonevoli d-
deċiżjonijiet kollha mogħtija mill-qorti fejn jingħataw il-fatti ta’ l-
appell u l-argumenti.
(7) L-ispejjeż ta’ l-appell ikunu fid-diskrezzjoni tal-Qorti ta’ l-
Appell (Kompetenza Inferjuri) u jkunu somma iffissata mir-
reġistratur.
Kap. 12. 
(8) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qrati f’dak li għandu x’jaqsam
mal-preżentata ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ appelli lill-
Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-artikolu:
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk stabbiliti mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
L-istimi jew stimi 
emendati jkunu 
finali.
Kap. 123.
38. Meta ebda oġġezzjoni valida jew appell ma jkunu ġew
imressqin fiż-żmien stabbilit f’din it-Taqsima kontra stima dwar l-
ammont ta’ income taxxabbli stabbilit b’dik l-istima jew dwar ir-
rebate ta’ taxxa mogħti skond l-artikolu 57 ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income, jew meta l-ammont ta’ l-income taxxabbli jew rebate
ta’ taxxa jkun sar ftehim fuqu taħt l-artikolu 33(4), jew meta l-
appell ikun ġie rtirat jew ċedut, jew meta l-ammont ta’ dak l-
income taxxabbli jew rebate ta’ taxxa jkun ġie deċiż fuq oġġezzjoni
jew appell, l-istima kif magħmula jew miftehma jew deċiża
f’appell, skond il-każ, tkun finali u konklużiva għall-finijiet kollha
ta’ dan l-Att dwar l-ammont ta’ dak l-income taxxabbli jew rebate
ta’ taxxa:
Iżda ebda ħaġa f’din it-Taqsima ma żżomm lill-
Kummissarju milli jagħmel xi rifużjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 48 jew xi stima jew stima addizzjonali għal xi sena ta’
stima li ma jimplikax li tinfetaħ xi kwistjoni li tkun ġiet deċiża fuq
appell għas-sena.
Żbalji fi stimi u 
f’avviżi.
39. (1) Ebda stima, mandat jew proċediment ieħor li jidhru li
huma skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi ma
għandhom jiġu imħassrin jew jitqiesu li huma nulli jew li jistgħu
jiġu annullati, minħabba l-għamla, jew ikunu mittiefsa minħabba xi
żball, difett jew ommissjoni fihom, jekk huma jkunu fis-sustanza u
fl-effett konformi jew skond il-ħsieb u tifsir ta’ l-Atti dwar it-Taxxi
jew xi Att li jemendhom, u jekk il-persuna intaxxata jew li jkun
hemm il-ħsieb li tiġi intaxxata jew mittiefsa b’hekk hija msemmija
hemm skond il-ħsieb u ftehim komuni.
(2) Stima ma tkunx mittiefsa jew milquta -
(a) minħabba żball fiha dwar -
(i) l-isem jew kunjom ta’ persuna intaxxata; jew 
(ii) id-deskrizzjoni ta’ xi income; jew
(iii) l-ammont tat-taxxa stabbilita;
(b) minħabba xi differenza bejn l-istima u l-avviż ta’
hekk: 
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  K AP. 372.    31
Iżda f’każijiet ta’ stima, l-avviż t’hekk għandu jiġi
avviż għandu jkun fih, fis-sustanza u fl-effett, id-dettalji li fuqhom
issir l-istima.
Fil-każ ta’ korp ta’ persuni jkun biżżejjed għall-finijiet ta’
l-Atti dwar it-Taxxi jekk l-isem biss tal-korp ta’ persuni jkun jidher
f’ismu.
(4)
Kummissarju u dik l-istima tiġi b’deċiżjoni jew sentenza finali
dikjarata invalida jew bla effett, il-Kummissarju jista’ fi żmien
tistax tinħareġ taħt xi disposizzjoni oħra ta’ l-Atti dwar it-Taxxi,
jagħmel stima ġdida dwar it- fuq l-income 
parti mill-income taxpayer kif dikjarat mit-
għas-sena ta’ stima in kwistjoni li dwarha ma tkunx ġiet magħmula
stima valida; u d-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi dwar
għandhom japplikaw għal dik l-istima u għat-taxxa stabbilita bis-
saħħa tagħha.
Ġbir
Titolu eżekuttiv.
XXIII.1995.4;
V. 1998.6.
Kap. 123.
40. Dan li ġej jikkostitwixxi titolu eżekuttiv skond u għall-
finijiet tat-Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
(a l-avviż imsemmi fl-artikolu 73(4)(ċ
Taxxa fuq l-Income
(b l-avviż imsemmi fl-artikolu 23(7);
( ) l-istima finali u konklużiva msemmija fl-artikolu 38;
d)
(e l-avviż imsemmi fl-artikolu 46(1) u l-avviż ta’ stima u
t-talba bil-miktub magħmula mill-Kummissarju
Iżda ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu (e)
proċedura stabbilita fl-artikolu 44(1)(b
każijiet kollha qabel ma jiġi nfurzat il-ħlas bis-saħħa ta’ dak it-
titolu.
Meta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44(1)(b
jista’ jiġi nfurzat kontra korp ta’ nies bis-saħħa ta’ titolu eżekuttiv,
il-Kummissarju jista’, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi att ieħor, jipproċedi
responsabbli għalih persunalment skond l-artikolu 7 jew xi regoli
magħmula bis-saħħa tiegħu.
  32      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
Proċeduri fil-
każijiet meta 
oġġezzjoni jew 
appell ikunu 
pendenti. 
41. (1) Meta jkun ingħata avviż ta’ oġġezzjoni jew ta’ appell
kontra likwidazzjoni, il-Kummissarju jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu,
iżomm pendenti l-ġbir ta’ mhux inqas minn disgħin fil-mija ta’ dik
il-parti tat-taxxa likwidata tagħha li fuqha jkun hemm kwistjoni.
(2) Dan l-artikolu ma għandux japplika għal taxxa li għandha
titnaqqas skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23 u għal taxxa li
għandha titħallas skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 42(2).
Żmien li fih 
għandu jsir il-ħlas. 
Emendat: 
XX.1996.21;
IX.1999.8.
42. (1) It-taxxa dovuta għal xi sena ta’ stima li tiġi qabel is-
sena ta’ stima 1999 għandha titħallas sa dak iż-żmien li jispiċċa fl-
aħħar ġurnata ta’ l-ewwel xahar kalendarju li jiġi minnufih wara
dak li matulu jkun ingħata avviż ta’ stima skond l-artikolu 33.
(1A)  It-taxxa li għandha titħallas għas-sena ta’ stima 1999 jew
għal xi sena ta’ stima sussegwenti għandha tkun dovuta u titħallas
sa mhux aktar tard minn dik id-data, li tkun data mhux iktar kmieni
mid-data tal-prospett ta’ taxxa kif stabbilita skond l-artikolu 10, li
tiġi matul dik is-sena, li fl-Atti dwar it-Taxxi hija d-"data ta’
settlement ta’ taxxa", kif jiġi preskritt.
(2) Minkejja kull ħaġa li tinsab fis-subartikolu (1) u (1A), it-
taxxa provviżorja għandha titħallas lill-Kummissarju fis-sena li
taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima minn kull persuna dwar ir-
responsabbiltà  tagħha għas-sena ta’ stima f’dak l-ammont u b’dak
il-mod u f’dik id-data kif jiġi preskritt:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx japplikaw għall-income ta’ xi korp ta’ nies li jinqala’
minn attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ jew li huma anċillari
għal xogħol bankarju, xandir bis-smigħ jew bit-televiżjoni, kiri ta’
films jew xogħol ta’ assikurazzjoni (barra minn kummissjonijiet li
jinqalgħu mill-bejgħ ta’ assikurazzjoni minn korpijiet ta’ nies li
jirresjedu f’Malta) għar-rigward tar-responsabbiltà  ta’ dak il-korp
ta’ nies għal xi sena ta’ stima qabel is-sena ta’ stima 1990.
(3) Barra minn kull ħlas ta’ taxxa provviżorja li jista’ jkollha
titħallas skond is-subartikolu (2) - 
(a) kull persuna għandha tagħmel dawk il-ħlasijiet li jiġu
stabbiliti mill-Kummissarju akkont ta’ dik it-taxxa li l-
imsemmija persuna jkun jonqosha tħallas dwar xi sena
ta’ stima f’dak l-ammont u b’dak il-mod u f’dik id-
data kif jista’ jiġi preskritt; u
ġ K   33
(b bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ
persuna li tħallas it-taxxa provviżorja għandha, mhux
iktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, tagħmel ħlas
tibda fl-ewwel ta’ Jannar ta’ dik is-sena f’ammont li
jkun daqs l-eċċess, jekk ikun hemm, tat-total tat-taxxa
income tagħha għas-sena li
tat-taxxa provviżorja mħallsa minnha dwar dik is-sena,
u kull ħelsien minn taxxa doppja li għalih dik il-
msemmija u kull taxxa mnaqqsa minn ras il-għajn
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 59 u 73 ta’ l-
Income, minn dak l- :
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma
income ta’ xi korp ta’ nies imsemmi
proviso għas-subartikolu (2) għal xi sena ta’ stima
(ċ Kull persuna li tkun meħtieġa li tagħmel stima
personali skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu l0,
ma tagħmilx għażla taħt dak l-artikolu għal dik is-
sena, għandha, sa mhux aktar tard mid-data ta’
 ta’ taxxa, tħallas l-ammont, jekk ikun
hemm, li jkun meħtieġ li jiġi determinat f’dik l-istima
minn dik il-persuna għal dik is-sena ta’ stima.
( ) Minkejja kull provvediment ieħor li hemm f’dan l-Att
taxxa li għandha titħallas għal xi sena ta’ stima skond
il-paragrafu ( ) xi ammont li jkun, inkluż xi ammont li
jitħallas lura lilha jew li jkun lilha dovut bħala kreditu
(e Għall-għanijiet tal-paragrafu (b
taxxa provviżorja" tfisser kull persuna, inkluża
kumpannija, li tikseb xi   jew li lilha jakkrexxi
xi   li ma jkunx emolumenti.
Kap. 123.
(a Il-ħlas ta’ taxxa dovuta minn individwi skond l-
artikolu 90A(7)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
għandu jsir mhux aktar tard minn:
(i) income
li jkun hemm matul il-perijodu Jannar sa April
(ii) it-30 ta’ Settembru tas-sena rilevanti dwar l-
 li jkun hemm matul il-perijodu Mejju sa
Awissu ta’ l-istess sena; u
il-15 ta’ Frar tas-sena minnufih wara s-sena
rilevanti dwar l-  li jkun hemm matul il-
perijodu Jannar sa Diċembru tas-sena rilevanti
subparagrafi (i) u (ii). Ma’ dan il-ħlas għandu
  34      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
jkun hemm dikjarazzjoni tal-kontijiet li tindika
l-profitti netti taxxabbli għas-sena rilevanti.
(b) Għall-finijiet tal-paragrafu (a) -
"sena rilevanti" tfisser is-sena li matulha jinqala’ l-
income mix-xogħol part-time; u
"profitt nett taxxabbli" huwa r-riżultat ta’ l-incomes u
spejjeż kollha skond il-prattika stabbilita ta’
accounting iżda debitament aġġustat għall-finijiet tat-
taxxa fuq l-income.
(5) Jekk xi persuna tonqos li tħallas xi taxxa kif preskritta taħt
jew b’mod konformi ma’, u skond dan l-artikolu, hija tiġi ntaxxata
b’dik it-taxxa li kellha hekk titħallas u, barra minn dan, b’dik it-
taxxa l-oħra jew imgħax hekk kif provdut fl-artikolu 44, u dik it-
taxxa, taxxa addizzjonali u dak l-imgħax jinġabru mingħand dik il-
persuna bl-istess mod bħal taxxa diġà  likwidata u li għandha
titħallas minnha.
(6) Għall-finijiet tas-subartikolu (5) avviż tal-Kummissarju lil
xi persuna li juri li t-taxxa li kellha titħallas u t-taxxa addizzjonali u
imgħax li tkun suġġetta għalihom minħabba li tkun naqset milli
tħallas it-taxxa jkun, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, prova
biżżejjed li l-ammont muri fl-imsemmi avviż ikun l-ammont li
għandu jitħallas lill-Kummissarju minn dik il-persuna.
(7) Is-setgħat mogħtija lill-Kummissarju bis-subartikoli (5) u
(6) għandhom ikunu b’żieda għal kull dritt ieħor mogħti lilu li jibda
proċedimenti dwar reat skond is-subartikolu (8).
(8) (a) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’ xi regoli
magħmula bis-saħħa tiegħu teħel meta tinsab ħatja
multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed
minn ħames mitt lira u multa oħra ta’ mhux inqas minn
ħames liri iżda mhux iżjed minn ħamsin lira għal kull
ġurnata li matulha jkompli r-reat.
(b) Il-Kummissarju jista’ jasal f’arranġamenti dwar kull
reat taħt dan l-artikolu u jista’, qabel is-sentenza,
iżomm jew jasal f’arranġamenti fuq kull
provvedimenti taħt dan l-artikolu.
(9) Minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu, kull taxxa li jkollha titħallas minn kumpanniji
b’kummerċ internazzjonali u minn kumpannija dwar profitti
allokati lil kont ta’ income barrani ma jkollhiex titħallas qabel l-
ewwel minn:
(a) id-data tat-tqassim ta’ dawk il-profitti mill-
kumpannija; jew 
(b) tmintax-il xahar wara li jagħlaq il-perijodu tal-
kontijiet li matulu l-imsemmija profitti kienu
magħmula mill-kumpannija.
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      35
Qligħ jew profitti 
minn trasferiment 
ta’ proprjetà . 
Kap. 123.
43. (1) Meta xi persuna tikseb qligħ jew profitti mit-
trasferiment ta’ proprjetà  msemmija fl-artikolu 5(1)(a)(i) u (ii) ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, irrispettivament jekk dak il-qligħ
jew dawk il-profitti jkunux taxxabbli taħt id-disposizzjonijiet ta’
dak l-artikolu jew taħt xi disposizzjoni oħra ta’ l-Atti dwar it-Taxxi,
din għandha tibgħat lill-Kummissarju fi żmien ħmistax-il jum mit-
trasferiment relattiv b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt, ħlas ta’
taxxa provviżorja li tammonta għal 7% tal-kunsiderazzjoni dwar it-
trasferiment tal-proprjetà  jew tal-valur tad-donazzjoni:
Iżda f’atti ta’ enfitwesi jew ta’ sub-enfitwesi ma jkunx
kalkolat xi ċens ta’ l-art li jitħallas fis-sena jew xi sub-ċens ta’ l-art
li jitħallas skond l-att.
Kap. 123.
(2) It-taxxa provviżorja taħt dan l-artikolu ma titħallasx dwar - 
(a) xi trasferiment ta’ beni li ma jkunx suġġett għat-taxxa
fuq qligħ kapitali, jew għat-taxxa taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income;
(b) trasferiment ta’ proprjetà  f’atti ta’ diviżjoni;
(ċ) trasferiment ta’ azzjonijiet f’kumpanniji pubbliċi.
Kap. 123.
(3) Il-Kummissarju jista’ jawtorizza lil kull persuna li tkun
suġġetta għat-taxxa taħt l-artikolu 5(1)(a) ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income, li tħallas taxxa provviżorja taħt dan l-artikolu b’rata
iktar baxxa minn dik imsemmija fis-subartikolu (1), jekk ikun jista’
jiġi ppruvat li l-qligħ ikun inqas minn 20% tal-konsiderazzjoni jew
tal-valur tad-donazzjoni, skond il-każ.
Kap. 123.
(4) Kull taxxa provviżorja mħallsa għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu matul jew dwar is-sena li taħbat qabel xi sena ta’ stima
għandha titpaċi għall-fini ta’ ġbir tat-taxxa li jkollha titħallas dwar
l-imsemmija sena ta’ stima u jekk ikun hemm eċċess wara li tkun
saret l-imsemmija tpaċija, dak l-eċċess għandu jitħallas lura skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48. Dik it-taxxa provviżorja tkun
separata u distinta minn dik imħallsa jew li jkollha titħallas taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 42 ħlief għal persuni li l-qligħ jew il-
profitti tagħhom minn proprjetà  immobbli jaqgħu taħt l-artikolu
4(1)(a) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
 (5) Jekk xi persuna tonqos li tħallas xi taxxa provviżorja kif
provdut taħt dan l-artikolu, din teħel it-taxxa li kellha hekk
titħallas, flimkien ma’ taxxa oħra kif provdut fl-artikolu 44(1), u
dik it-taxxa u t-taxxa addizzjonali jinġiebu mingħand dik il-persuna
bl-istess mod bħal taxxa oħra stmata u intaxxata lilu.
(6) Għall-finijiet tas-subartikolu (5) avviż mill-Kummissarju lil
xi persuna li juri t-taxxa li kellha titħallas u kull taxxa addizzjonali
li tkun weħlet għax tkun naqset milli tħallas it-taxxa, għandu,
sakemm ma jiġix pruvat kuntrarju, ikun prova biżżejjed li l-
ammont muri f’dak l-avviż huwa l-ammont li għandu jitħallas lill-
Kummissarju mill-imsemmija persuna.
(7) Is-setgħat mogħtija lill-Kummissarju bis-subartikolu (5) u
(6) jkunu b’żieda ma’ kull jedd mogħti lilu li jibda provvedimenti
dwar xi reat taħt is-subartikolu (8).
  36      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
(8) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu tista teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn ħames
mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur
jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u multa oħra ta’ mhux inqas
minn żewġ liri u mhux iżjed minn għaxar liri għal kull ġurnata li
matula jkompli r-reat wara li tinsab ħatja:
Iżda l-Kummissarju jista’ jasal f’arranġamenti dwar kull
reat taħt dan l-artikolu u jista’, qabel is-sentenza, iżomm jew jasal
f’arranġamenti fuq kull provvedimenti taħt dan l-artikolu.
(9) (a) It-taxxa provviżorja li għandha titħallas taħt dan l-
artikolu għandha titħallas b’dak il-mod li jista’ jiġi
preskritt.
Kap. 364.
(b) Minkejja kull ħaġa li tista’ tiġi provduta fir-regoli
meta proprjetà  immobbli jew xi jeddijiet marbuta
magħha jkunu trasferiti bil-mezz ta’ att publiku, in-
nutar li jippubblika dak l-att ikollu l-istess dmirijiet u
responsabbiltajiet dwar il-ġbir u l-ħlas tat-taxxa
provviżorja li jkollha titħallas fuq dak l-att skond dan
l-artikolu kif bl-Att dwar Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti huma mposti fuq in-nutara li
jippubblikaw dawk l-atti, dwar it-taxxa li skond dak l-
Att għandha tkun intaxxata u miġbura. Kull nuqqas ta’
nutar dwar il-ġbir u l-ħlas tat-taxxa provviżorja taħt
dan l-artikolu għandha, għall-finijiet kollha ta’ l-Att
dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, titqies li
hi nuqqas tad-dmirijiet tiegħu taħt dan l-Att.
Kap. 123.
Kap. 364.
(ċ) Meta xi beni li t-trasferiment tagħhom ikun suġġett
għat-taxxa fuq qligħ kapitali taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income,
jinbiegħu b’irkant ġudizzjarju, ir-Reġistratur tal-Qrati
jkollu l-istess dmirijiet biex iżomm u jħallas it-taxxa
provviżorja taħt dan l-artikolu kif, taħt id-
disposizzjonijet ta’ l-artikolu 66 ta’ l-Att dwar Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti huma mposti fuqu
dwar taxxa li għandha tinġabar fuq trasferimenti causa
mortis taħt l-imsemmi Att.
Taxxa addizzjonali 
u imgħax għal min 
ma jħallasx it-
taxxa, u infurzar 
tal-ħlas. 
Emendat: 
XXIII.1995.5;
IX.1999.9;
II. 2003.47.
Kap. 123.
44. (1) Jekk xi taxxa li għandha titħallas fiż-żminijiet
stabbiliti fis-subartikoli (1) jew (2), fis-subartikolu (3)(a) u (b), fl-
artikolu 42, u fl-artikolu 45 jew fl-artikolu 9A(8) ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income ma titħallasx fil-perijodu rilevanti-
(a) taxxa addizzjonali li tkun daqs wieħed fil-mija tat-
taxxa mhux imħallsa għal kull xahar kalendarju jew
parti minnu li matulu dik it-taxxa tibqa’ mhux imħallsa
għandha tiżdied magħha, u d-disposizzjonijiet ta’ l-
Atti dwar it-Taxxi, dwar il-ġbir u l-ħlas tat-taxxa jkunu
jgħoddu għall-ġbir u għall-ħlas ta’ dik it-taxxa
addizzjonali;
(b) il-Kummissarju għandu jinnotifika nota ta’ talba lill-
persuna intaxxata, u jekk ma jsirx il-ħlas fi żmien
ħmistax-il jum mid-data tan-notifika ta’ dik in-nota ta’
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      37
talba, il-Kummissarju jista’ jipproċedi għall-infurzar
tal-ħlas bis-saħħa tat-titolu eżekuttiv imsemmi fl-
artikolu 40 wara jumejn min-notifika lid-debitur ta’
intimazzjoni għall-ħlas magħmula permezz ta’ att
ġudizzjarju, jew kif hawn ’il quddiem provdut;
Kap. 123.
(ċ) taxxa addizzjonali mwaħħla skond dan is-subartikolu
ma għandhiex titqies li hi parti minn xi taxxa mħallsa
jew li għandha titħallas għall-finijiet ta’ l-artikoli 59,
73, 76 jew 89 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jew
ta’ l-artikoli 23, 43, 5l jew 52, jew ta’ xi regoli
magħmula bis-saħħa tagħhom.
(2) Il-Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaħfer għal
kollox jew f’parti kull taxxa addizzjonali li għandha titħallas skond
is-subartikolu (1):
Iżda ma għandha ssir ebda maħfra bħal dik mill-
Kummissarju jekk hu ma jkunx sodisfatt li l-persuna li jkollha
tħallas it-taxxa ma setgħetx tagħmel il-ħlas fiż-żminijiet provduti
fl-artikolu 42(1), (2) jew (3) jew fl-artikolu 45 jew fir-regoli
magħmula bis-saħħa tiegħu minħabba li kienet nieqsa minn Malta
jew għax kienet marida serjament jew minħabba dik ir-raġuni l-
oħra li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ minn żmien għal
żmien jippreskrivi.
(2A) Meta xi taxxa li għandha titħallas għas-sena ta’ stima 1999
jew għal xi sena ta’ stima sussegwenti ma titħallasx sad-data ta’
settlement ta’ taxxa relattiva -
(a) għandu jitħallas fuqha imgħax bir-rata ta’ wieħed fil-
mija tat-taxxa mhux imħallsa, mid-data ta’ settlement
ta’ taxxa għal kull xahar kalendarju jew parti minnu li
matulu dik it-taxxa tibqa’ ma titħallasx u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi li
jirrigwardaw il-ġbir ta’ taxxa għandhom ikunu
japplikaw għall-ġbir ta’ dak l-imgħax;
(b) l-ammont ta’ taxxa muri bħala li għandu jitħallas għal
sena ta’ stima minn persuna f’determinazzjoni jew
stima li ssir taħt l-artikolu 31 għandu, kemm-il darba u
sakemm ma jiġix sostitwit b’xi ammont ieħor permezz
ta’ determinazzjoni jew stima sussegwenti, jitqies li
jkun it-taxxa li għandha titħallas għal dik is-sena ta’
stima għall-għan tal-paragrafu (a) tkun liema tkun id-
data meta l-imsemmija determinazzjoni ssir jew meta
l-istima ssir waħda finali u konklużiva;
(ċ) il-Kummissarju għandu jinnotifika avviż ta’ talba lill-
persuna li minnha hi dovuta xi taxxa u jekk ma jsirx
ħlas fi żmien ħmistax-il jum mid-data tan-notifika ta’
dak l-avviż ta’ talba, il-Kummissarju jista’ jipproċedi
biex jesegwixxi għall-ħlas bis-saħħa tat-titolu
eżekuttiv imsemmi fl-artikolu 40 wara jumejn min-
notifika li ssir lid-debitur ta’ talba għall-ħlas permezz
ta’ att ġudizzjarju.
(2B) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2A):
  38      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
(a) ma għandu jgħaddi ebda imgħax fuq xi taxxa li
għandha titħallas minn persuna għal xi sena ta’ stima
jekk il-Kummissarju jkun iddetermina u ordna
permezz ta’ avviż bil-miktub mogħti lil min għandu
jħallas skond ir-regoli magħmulin b’mod konformi
ma’, u skond l-artikolu 23 illi għandu jsir kull tnaqqis
mill-emolumenti li jitħallsu lil dik il-persuna sabiex
tinġabar dik it-taxxa u kemm-il darba dak l-avviż ma
jkunx ġie revokat permezz ta’ avviż bil-miktub lil dik
il-persuna;
(b) ebda imgħax ma għandu jgħaddi fuq xi taxxa
addizzjonali li tiġi intaxxata skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 56(12) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income.
(2Ċ) Imgħax li għandu jitħallas taħt is-subartikolu (2A) ma
għandux jitqies bħala parti minn xi taxxa jew taxxa addizzjonali
mħallsa jew li għandha titħallas għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ l-
Atti dwar it-Taxxi.
(2D) Il-Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaħfer għal
kollox jew f’parti l-interessi li għandhom jitħallsu skond is-
subartikolu (2A), skond regoli maħruġa apposta għal dan il-għan
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Kap. 12. (3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 468* tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom japplikaw dwar kull
mandat maħruġ bis-saħħa ta’ xi titolu eżekuttiv imsemmi fl-
artikolu 40 u għall-ħlas tad-dħul mill-bejgħ bl-irkant tal-proprjetà
maqbuda; u ebda oppożizzjoni jew riżerva fiċ-ċedola ta’ depożitu
ma għandha twaqqaf milli titħallas xi somma depożitata fil-qorti
wara li jkun sar xi mandat hekk kif intqal qabel.
(4) Id-disposizzjoni tas-subartikolu (3) ma tkunx ta’
preġudizzju għall-ammont ta’ taxxa li tiġi stabbilita bħala finali
skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
Ġbir ta’ taxxa wara 
deċiżjoni ta’ 
oġġezzjoni jew 
appell.
Emendat:
IX.1999.10.
45. Meta l-ħlas tat-taxxa jkun ġie miżmum skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 41 sa ma joħroġ ir-riżultat ta’ avviż
ta’ oġġezzjoni jew ta’ appell, it-taxxa li tkun għadha ma tħallsitx
skond il-likwidazzjoni stabbilita fuq dik l-oġġezzjoni jew dak l-
appell, skond il-każ, għandha titħallas sa dak iż-żmien li jispiċċa fl-
aħħar jum tax-xahar kalendarju li jaħbat minnufih wara dak li
matulu jkun ġie notifikat l-avviż tat-taxxa li jkollha titħallas, u jekk
dik it-taxxa ma titħallasx sa dak iż-żmien, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu jew fl-artikolu 41
m’għandha titqies li tissospendi li jgħaddi l-imgħax fuq it-taxxa li
tkun għadha ma tħallsitx kif imsemmi qabel u l-imgħax fuq it-taxxa
msemmija għandu jiġi kalkolat u dovut skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 44(2A) sa mid-data ta’ settlement ta’ taxxa relattiva
sad-data tal-ħlas.
*Imħassar bl-Att XXIV ta’ l-1995. Ara l-artikolu 466 tal-Kapitolu 12.
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      39
Ħlas tat-taxxa 
minn persuni li 
jkunu se jitilqu 
minn Malta.
Emendat:
IX.1999.11.
46. (1) Jekk f’xi każ partikolari, il-Kummissarju għandu
għalfejn jaħseb illi persuna li ġiet intaxxata tista’ titlaq minn Malta
qabel ma’ dik it-taxxa jkollha titħallas taħt id-disposizzjonijiet ta’
l-Atti dwar it-Taxxi mingħajr ma tkun ħallset dik it-taxxa, huwa
jista’, b’avviż bil-miktub, lil dik il-persuna jitlob il-ħlas ta’ dik it-
taxxa fi żmien li jkun stabbilit f’dak l-avviż. Dik it-taxxa għandha
fuq hekk titħallas f’egħluq iż-żmien hekk stabbilit u għandha
f’nuqqas ta’ ħlas, kemm-il darba garanzija għall-ħlas tagħha ma
tinġiebx b’sodisfazzjon tal-Kummissarju, tinġabar minnufih bil-
mod preskritt fl-artikolu 44.
(2) Jekk f’xi każ partikolari, il-Kummissarju jkollu għalfejn
jaħseb illi taxxa fuq xi income taxxabbli tista’ ma tiġix miġbura,
huwa jista’ f’kull żmien, u skond kif jitlob il-każ -
(a) minnufih b’avviż bil-miktub jeħtieġ lil xi persuna
sabiex tagħmel prospett u sabiex tagħti informazzjoni
ta’ kull income bħal dak fi żmien li jkun speċifikat
f’dak l-avviż;
(b) jagħmel stima tat-taxxa dwar dik il-persuna fl-ammont
ta’ l-income miġjub fil-prospett jew, jekk ma
jintbagħatx dak il-prospett jew jekk il-Kummissarju
ma jkunx sodisfatt b’dak il-prospett, f’dak l-ammont
illi l-Kummissarju jaħseb li hu xieraq;
(ċ) b’avviż bil-miktub lill-persuna intaxxata jitlob li
tinġieb minnufih garanzija għall-ħlas tat-taxxa stmata,
għas-sodisfazzjon tiegħu.
(3) Lill-persuna intaxxata għandu jingħata avviż ta’ stima
magħmula skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), u kull
taxxa hekk stmata (skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2))
għandha titħallas fuq talba magħmula bil-miktub minn idejn il-
Kummissarju u, jekk ma jsirx il-ħlas, kemm-il darba ma tinġiebx
garanzija għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju, għandha tinġabar
minnufih bil-mod preskritt fl-artikolu 47.
(4) Kull persuna li tkun ħallset it-taxxa skond talba magħmula
mill-Kummissarju jew illi tkun ġiebet garanzija għal dak il-ħlas
taħt is-subartikolu (2) jkollha l-jeddijiet ta’ oġġezzjoni u ta’ appell
mogħtijin bl-artikoli 33, 35 u 37 u l-ammont imħallas minnha
għandu jkun aġġustat skond ir-riżultat ta’ xi oġġezzjoni jew appell
bħal dawk.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma jnaqqsux is-
setgħa mogħtija lill-Kummissarju bl-artikoli 30 u 3l.
Kawża mill-
Kummissarju għat-
taxxa. 
Emendat:
IX.1999.12.
47. (1) It-taxxa tista’ ssir kawża dwarha u tinġabar, skond il-
każ, fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jew fil-Qorti tal-Maġistrati
(Malta) fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha jew fil-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) wkoll fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha, mill-Kummissarju
fil-kwalità  uffiċjali tiegħu, bl-ispejjeż kollha tal-kawża, mingħand
il-persuna mressqa għal hekk, mingħand il-persuna li għandha
tħallasha jew mingħand il-persuna responsabbli għat-tnaqqis
tagħha bħala dejn.
(2) Salv kif xort’oħra espressament provdut fl-Atti dwar it-
  40      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
Taxxi u salvi b’mod partikolari d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
30(5) u ta’ l-artikolu 31(7), l-azzjoni għall-ħlas tat-taxxa, taxxa
addizzjonali, imgħax jew xi penali tista’ tinbeda f’kull żmien mid-
data minn meta jsiru dovuti u għandhom jitħallsu sa tmien snin
minn dik id-data jew, meta tkun saret stima għar-rigward tagħhom,
mid-data meta dik l-istima ssir finali u konklużiva.
(3) It-terminu għall-preskrizzjoni msemmi f’dan l-artikolu jkun
miksur b’kull att ġudizzjarju preżentat mill-Kummissarju qabel ma
jagħlaq dak it-terminu, li bih jintalab il-ħlas tat-taxxa.
TAQSIMA VIII 
Rifużjoni 
Ħlas lura ta’ taxxa. 
Emendat: 
XX.1996.21;
V. 1998.7;
IX.1999.13;
II. 2003.48.
48. (1) Jekk jiġi ppruvat, b’sodisfazzjon tal-Kummissarju, illi
xi persuna f’xi sena ta’ stima ħallset taxxa, bi tnaqqis jew
xort’oħra, b’iżjed mill-ammont li bih hija proprjament għandha tiġi
intaxxata, dik il-persuna jkollha l-jedd li l-Kummissarju
jirrifondilha l-ammont hekk imħallas b’eċċess. Kull talba għall-
ħlas lura taħt dan l-artikolu għandha ssir fi żmien erba’ snin mid-
data li fiha l-istima dwar dik is-sena ta’ stima li għaliha tirreferi
ssir finali u konklużiva:
Iżda fil-każ ta’ persuna li tagħmel talba għall-ħlas lura dwar
xi sena ta’ stima li dwarha ma kellha ebda income taxxabbli, dik it-
talba għandha ssir fi żmien erba’ snin mit-tmiem tas-sena ta’ stima
li għaliha tirreferi t-talba:
Iżda wkoll, meta t-talba jkollha x’taqsam ma’ taxxa mħallsa
għas-sena ta’ stima 1999 jew għal xi sena ta’ stima sussegwenti,
din għandha ssir fi żmien ħames snin mid-data tal-prospett ta’ taxxa
relattiva jew, meta tkun saret stima għar-rigward tagħha, mid-data
meta dik l-istima ssir finali u konklużiva:
Iżda wkoll f’ebda każ ma għandha ssir xi rifużjoni dwar -
Kap. 123.
(a) xi taxxa li kumpannija tkun naqqset jew li jkollha l-
jedd li tnaqqas minn xi dividend imħallas lil xi persuna
li bis-saħħa ta’ xi eżenzjoni mogħtija bl-artikolu jew
taħt l-artikolu 12 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
jew taħt kull liġi oħra ma tkunx suġġetta għat-taxxa
fuqu; u
Kap. 123.
(b) xi taxxa li tiġi ntaxxata lil xi korp ta’ persuni taħt l-
artikolu 56(4) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income,
jew taħt l-artikolu 27(3) u (4); u
(ċ) xi taxxa li kumpannija tkun naqqset jew ikollha jedd
tnaqqas minn xi dividend imħallas lil skema ta’
investiment kollettiv.
Għall-għanijiet ta’ dan il-proviso -
"kumpannija" tinkludi skema ta’ investiment kollettiv; u
"dividend" tinkludi kull tqassim magħmul minn skema ta’
investiment kollettiv.
(2) Ħlief għal dak li għandu x’jaqsam ma’ somom li għandhom
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      41
jitħallsu lura fuq oġġezzjoni jew appell, ebda ħlas lura ma għandu
jsir lil ebda persuna dwar xi sena ta’ stima li dwarha dik il-persuna
naqset jew ittraskurat li tikkunsinna prospett jew ġiet intaxxata
f’somma aktar mill-ammont li jinsab fil-prospett tagħha, kemm-il
darba hija tkun irċeviet avviż ta’ l-istima magħmula dwarha għal
dik is-sena; u jekk dik il-persuna ma tkunx għamlet għażla taħt l-
artikolu 12 għal dik is-sena jew ma jiġix ippruvat b’sodisfazzjon
tal-Kummissarju illi dak in-nuqqas jew traskuraġni tal-kunsinna ta’
prospett veru u korrett ma kienux ġejjin minn qerq jew att jew
ommissjoni volontarji min-naħa ta’ dik il-persuna.
Kap. 123.
(2A) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2B) kull
taxxa li jiġi determinat dwarha li għandha titħallas lura lil persuna
għal xi sena ta’ stima taħt l-artikolu 31(1) jew (2), għandha ssir
dovuta jew għandha titqies bħala li saret dovuta, skond il-każ, fil-
każ ta’ persuna li għaliha japplika l-artikolu 11(2) ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq 1-Income, fl-ewwel t’April, u fil-każ ta’ kull persuna
oħra, fl-ewwel ta’ Marzu, tas-sena li tiġi minnufih wara dik is-sena
ta’ stima jew f’dik id-data jew dawk id-dati oħra, li ma jaħbtux
wara d-dati msemmija qabel, kif jista’ jiġi preskritt.
(2B) Meta t-taxxa li għandha titħallas lura tkun ġiet determinata
taħt l-artikolu 31 wara li jsir prospett li jkun twassal wara d-data
tal-prospett ta’ taxxa rilevanti, din għandha ssir dovuta jew titqies
bħala li saret dovuta, skond il-każ, f’dik il-ġurnata li tkun l-aktar
tard minn -
(a) l-aħħar jum tat-tnax-il xahar li jiġi wara dak ix-xahar li
fih kien twassal l-imsemmi prospett, u
(b) l-aħħar jum tas-sitt xahar li jiġi wara d-data li fiha
kienet xort’oħra tkun dovuta skond is-subartikolu
(2A).
(2C) Il-Kummissarju jkollu jedd inaqqas minn kull ħlas lura
dovut lil persuna kif dikjarat fis-subartikoli (2A) jew (2B) kull
taxxa, taxxa addizzjonali jew imgħax li jista’ jkun dovut minn dik
il-persuna taħt l-Atti dwar it-Taxxi.
(2D) Għandu jitħallas imgħax mill-Kummissarju fuq kull ħlas
lura ta’ taxxa li jsir dovut taħt is-subartikolu (2A) jew (2B) wara xi
tnaqqis magħmul skond is-subartikolu (2C), sa mid-data meta dan
isir dovut kif imsemmi qabel bir-rata ta’ wieħed fil-mija għal kull
xahar jew parti minn xahar li matulu jibqa’ mhux imħallas.
(2E) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu meta l-ħlas lura ta’ taxxa
jsir permezz ta’ ċekk jew draft, it-taxxa għandha titqies li tkun
thallset lura lil persuna fil-jum meta jiġi mpustat dak iċ-ċekk jew
draft lil dik il-persuna fl-aħħar indirizz magħruf tagħha.
(2F) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2B) sa (2E)
m’għandhomx japplikaw għal rifużjonijiet li dwarhom jirreferu s-
subartikolu (4) jew il-proviso li hemm mas-subartikolu (7).
(3) Kull persuna li tkun aggravata bid-deċiżjoni tal-
Kummissarju dwar l-ammont li għandu jitħallas lura taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkollha l-istess jedd għall-appell
kontra dik id-deċiżjoni daqslikieku hija kienet aggravata bi stima
magħmula dwarha:
  42      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
Iżda dak l-appell ma jerġax jiftaħ xi kwistjoni li dwarha
jedd ta’ appell taħt l-artikoli 35 u 37 ikun għalaq jew xi kwistjoni li
ġiet ġa deċiża f’appell.
(4) (a) Persuna, li tirċievi dividend imħallas lilha minn profitti
allokati lil kont ta’ income barrani jew minn xi profitti
mqassmin minn kumpanija b’kummerċ internazzjonali,
skond il-każ, tista’ titlob ħlas lura ta’ żewġ terzi tat-
taxxa ta’ Malta li tkun tħallset mill-kumpanija dwar
dawk il-profitti mqassmin minnha bħala dividend,
meta dik il-persuna tkun jew:
(i) mhux residenti f’Malta u li, meta applikabbli,
ma tkunx proprjetà  ta’, u kontrollata minn,
direttament jew indirettament, lanqas ma taġixxi
f’isem, persuna li ordinarjament tirrisjedi u
domiċiljata f’Malta; jew
(ii) kumpannija residenti f’Malta li tkun għal kollox
proprjetà  ta’ persuna jew persuni mhux residenti
f’Malta, iżda dik il-persuna jew dawk il-persuni
ma jkunux proprjetà  ta’, u kontrollati minn,
lanqas ma jkunu qed jaġixxu f’isem, persuna jew
persuni li ordinarjament jirrisjedu u domiċiljati
f’Malta.
(b) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a),
meta l-profitti mqassmin kif intqal qabel mill-kont ta’
income barrani jinkisbu minn sehem parteċipanti jew
mid-disponiment minn dak is-sehem, tista’ ssir talba
għall-ħlas lura ta’ kull taxxa ta’ Malta mħallsa dwar
dawk il-profitti.
(ċ) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu u tas-subartikolu
(7), l-espressjoni "taxxa ta’ Malta mħallsa" tfisser it-
taxxa li fil-fatt titħallas mill-kumpannija lill-
Kummissarju fuq il-profitti li jitqassmu mill-kont ta’
income barrani jew fuq il-profitti miksubin u
mqassmin minn kumpannija filwaqt li din kienet
kumpannija b’kummerċ internazzjonali, skond il-każ.
(5) Talba għall-ħlas lura kif intqal qabel għandha ssir mhux
iktar tard minn erba’ snin mid-data li fiha l-ammont tat-taxxa
jikkwalifika biex jitħallas lura.
Kap. 123.
(6) Il-Kummissarju jista’ jagħmel il-ħlas lura taħt is-
subartikolu (4) meta jkun sodisfatt dwar il-korretezza tat-talba
magħmula u malli jirċievi ċertifikat maħruġ mill-kumpannija li
tħallas id-dividend taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59(5) ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income. Dak il-ħlas lura ma jkunx
taxxabbli.
(7) (a) Meta tkun saret talba għal ħlas lura taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), ebda persuna ma
jkollha jedd għal iktar ħlas lura taħt dak is-subartikolu
jew għal ħlas lura taħt xi disposizzjonijiet oħra ta’ l-
Atti dwar it-Taxxi tat-taxxa ta’ Malta mħallsa li
dwarha tkun saret it-talba.
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  K AP. 372.    43
( ) Meta tkun saret talba għall-ħlas lura ta’ taxxa ta’ Malta
jkollha jedd għal iktar ħlas lura taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) tat-taxxa ta’ Malta
(ċ Meta kumpannija (il-kumpannija li tqassam) tħallas
dividend minn profitti allokati lil kont ta’ 
barrani, lil kumpannija residenti f’Malta (il-
kumpannija riċevitura) u talba għal ħlas lura tkun saret
taxxa mħallsa mill-kumpannija riċevitura fuq id-
dividend riċevut mill-kumpannija li tqassam, ebda
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) tat-taxxa ta’ Malta
mħallsa li dwarha tkun saret it-talba:
subartikolu (4) dwar profitti mqassmin minn kumpannija
b’kummerċ internazzjonali jkollha wkoll jedd għall-ħlas lura tad-
t-taxxa li jkollha titħallas minn dik il-persuna fuq dak l-income
(8) Ħlas lura li jkollu jitħallas mill-Kummissarju kif intqal
it-talba, li għandu jitħallas mhux iktar tard mill-erbatax-il jum wara
l-aħħar tax-xahar li fih il-ħlas lura jkun dovut u għandu hekk
TAQSIMA IX 
Reati u Pieni
ġenerali dwar reati.
49. Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi jew ta’ xi regoli
ma jkunx hemm piena oħra speċifikata taħt l-Atti dwar it-Taxxi,
teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri u
Kap. 446.
(2)
ta’ reat taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi
u ma tingħatax priġunerija għal dak ir-reat, il-qorti għandha
twissija, hi terġa’ tinstab ħatja ta’ reat ieħor taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi (sew jekk ta’ l-istess xorta
mhux inqas minn tlitt ijiem priġunerija; u persuna hekk misjuba
ħatja għat-tieni darba u wara, matul l-imsemmi żmien, għandha,
Probation jew f’xi
mhux inqas minn tlitt ijiem, b’żieda ma’ kull piena oħra ħlief għal
priġunerija għal żmien itwal.
dwar avviż. 
50.
  44      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
(a) tonqos li tħares il-ħtiġijiet ta’ avviż, intimazzjoni,
talba jew nota li fiha ssir talba mogħtija, magħmula
jew notifikata lilha taħt l-Atti dwar it-Taxxi; jew
(b) tonqos li tattendi bi tweġiba għal avviż maħruġ lilha
taħt l-Atti dwar it-Taxxi jew wara li tkun attendiet
tonqos li twieġeb għal xi mistoqsija skond il-liġi lilha
magħmula,
tkun ħatja ta’ reat u tkun suġġetta, meta tinsab ħatja, għal multa ta’
mhux inqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsin lira, u għal
multa oħra ta’ mhux iżjed minn żewġ liri għal kull jum li tulu n-
nuqqas jibqa’ sejjer wara li tkun instabet ħatja.
Piena għall-għemil 
ta’ prospetti mhux 
korretti, eċċ. 
51. (1) Kull persuna illi, mingħajr raġuni tajba -
(a) tagħmel prospett mhux korrett billi tħalli barra jew
tnaqqas xi income li tiegħu hija għandha, skond dawn
l-Atti dwar it-Taxxi, tagħmel prospetti; jew
(b) tagħti xi informazzjoni mhux korretta dwar xi materja
jew ħaġa li tolqot ir-responsabbiltà  tagħha nfisha għat-
taxxa jew ir-responsabbiltà  ta’ xi persuna oħra jew ta’
soċjetà , 
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux anqas
minn ħamsa u għoxrin lira u mhux iżjed minn mitejn lira u,
minbarra dan, għal darbtejn l-ammont tat-taxxa li jkun ġie stmat
inqas minħabba dak il-prospett mhux korrett, jew informazzjoni,
jew kien jiġi hekk stmat inqas li kieku l-prospett jew informazzjoni
ġew aċċettati bħala korretti.
(2) Ebda persuna ma tkun suġġetta għal xi piena taħt dan l-
artikolu kemm il-darba l-ilment dwar dak ir-reat ma kienx sar fis-
sena ta’ stima li dwarha jew tulha r-reat kien sar jew fi żmien tliet
snin wara li tagħlaq dik is-sena.
(3) Il-Kummissarju jista’ jasal f’arranġamenti dwar reat taħt
dan l-artikolu u jista’, qabel is-sentenza, iwaqqaf jew jasal
f’arranġamenti fuq proċedimenti taħt dan l-artikolu.
Disposizzjonijiet 
penali dwar frodi, 
eċċ.
52. (1) Kull persuna illi bil-ħsieb li taħrab mit-taxxa, jew li
tgħin lil xi persuna oħra sabiex taħrab mit-taxxa taħt dan l-Att -
(a) tħalli barra minn prospett jew minn xi dokument jew
dikjarazzjoni magħmula, imħejjija jew mogħtija għall-
finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi jew taħt dawk l-Atti, xi
income li hemm kellu jidħol; jew
(b) tagħmel xi dikjarazzjoni falza jew reġistrazzjoni falza
f’xi prospett jew dokument jew dikjarazzjoni mħejjija
jew mogħtija għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi ;
jew
(ċ) tagħti xi tweġiba falza, sew jekk verbalment kemm bil-
miktub, lil xi mistoqsija jew talba għal informazzjoni
magħmula skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-
Taxxi; jew
(d) tipprepara jew iżżomm jew tawtorizza l-preparazzjoni
jew tiżmim ta’ xi kotba tal-kontijiet jew dokumenti
ġ K   45
falsifikazzjoni ta’ xi kotba tal-kontijiet jew dokumenti;
jew
e)
qerq jew tawtorizza l-użu ta’ dik il-frodi, tidwir jew
mezz ieħor ta’ qerq, 
tinsab ħatja quddiem Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura
kriminali, għal multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed
li għaliha l-persuna li t-taxxa tagħha kien hemm il-ħsieb li tiġi
evitata jew li tiġi mgħejjuna biex tevita hija suġġetta taħt l-Atti
sar, jew għal priġunerija għal xi perijodu mhux itwal minn sitt xhur,
jew sew għal dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien.
Il-Kummissarju jista’ jasal f’arranġamenti dwar reat taħt
dan l-artikolu u jista’, qabel is-sentenza, iżomm jew jasal
Piena għal reati 
kontra s-segretezza 
53. Kull persuna li, bħala li għandha jew kellha xi dmir
amministrazzjoni ta’ l-Atti dwar it-Taxxi, ikollha jew kellha aċċess
għal, pussess ta’, jew kontroll fuq xi dokumenti, informazzjoni,
li, ħlief kif provdut fl-artikolu 4, f’xi żmien tikkomunika jew
tipprova tikkomunika xi informazzjoni bħal dik jew xi ħaġa li tkun
persuna, tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux
inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn elf lira, jew priġunerija għal
flimkien.
It-taxxa għandha 
ikun hemm xi 
proċedimenti għal 
54. It-teħid ta’ proċedimenti għal piena, multa jew żmien ta’
priġunerija taħt l-Atti dwar it-Taxxi ma jeħles lil ebda persuna mir-
responsabbilt  għall-ħlas ta’ xi taxxa li għaliha hija jew tista’ tkun
suġġetta.
proċedimenti 
kriminali.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi ma jtiefsu ebda
proċedimenti kriminali taħt xi Att ieħor jew liġi oħra.
sensja tal-
Kummissarju.
Ebda kawża dwar reat taħt l-Atti dwar it-Taxxi ma tista’
tinbeda ħlief fuq it-talba jew bis-sensja tal-Kummissarju.
fihom prova ta’ xi 
att jew nuqqas 
warrant.
V. 1998.4.
Kap. 281.
* (1)
(a "detentur ta’ warrant
fil-pussess ta’ warrant
il-Professjoni ta’ l-Accountancy
(b "Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Accountancy
artikolu 6 ta’ l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-
Accountancy
*Dan l-artikolu kien ġie oriġinarjament miżjud bħala artikolu 19A.
  46      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
Kap. 281.
(2) Meta l-Kummissarju jkun tal-fehma li dokument li jkun ġie
mogħti lilu jew inkiseb minnu għal xi raguni li tkun skond l-Atti
dwar it-Taxxi għas-sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima li
tibda fl-1 ta’ Jannar, 1998 u għas-snin sussegwenti, li jkun
dokument li għalih jirreferi dan l-artikolu, ikun jikkostitwixxi jew
ikun fih prova ta’ xi att jew nuqqas min-naħa tad-detentur ta’
warrant, u li dak l-att jew nuqqas ikun att jew nuqqas bħalma hu
msemmi fl-artikolu 14(1)(a)(i) ta’ l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-
Accountancy, huwa għandu jibgħat, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, kopja ta’ dak id-
dokument lill-Bord.
(3) Il-Kummissarju għandu jiċċertifika kull dokument li jibgħat
lill-Bord skond ma hemm fis-subartikolu (1) bħala kopja vera ta’ l-
oriġinal u għandu jibgħat lill-Bord, flimkien ma’ kull dokument
bħal dak, dikjarazzjoni li fiha jagħti r-raġunijiet li fuqhom ikun
ibbaża l-fehma tiegħu, b’dan illi f’dik id-dikjarazzjoni ma tista’
ssir ebda riferenza għal xi fatt jew ċirkostanza li ma jkunux
jirriżultaw minn dawk id-dokumenti.
(4) Il-Bord jista’ juża dokument li jkun irċieva skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu bil-għan ta’ xi inkjesta li l-Bord
ikun qed jagħmel bis-saħħa ta’ l-Att imsemmi, iżda mhux għal xi
għan ieħor.
(5) Dokument li jintbagħat lill-Bord u li jiġi ċertifikat bħala
kopja vera ta’ l-oriġinal skond dan l-artikolu għandu jkun
ammissibbli bħala prova bħallikieku kien l-oriġinal, u l-
produzzjoni ta’ dak id-dokument m’għandha tagħti setgħa lill-ebda
qorti jew awtorità  sabiex din titlob lill-Kummissarju jipproduċi l-
oriġinal ta’ dak id-dokument jew li jixhed dwar dak id-dokument
ħlief hekk kif jista’ jiġi permess taħt id-disposizzjonijiet l-oħra ta’
l-Atti dwar it-Taxxi:
Iżda l-Kummissarju jista’ jenħtieġ li jipproduċi l-oriġinal
ta’ kull dokument bħal dak f’kull każ meta dan ikun meħtieġ sabiex
tinġieb prova dwar il-kalligrafija jew il-firma jew l-identità  tad-
detentur ta’ warrant involut, u bil-għan li tinġieb dik il-prova biss u
sakemm l-oriġinal imsemmi jitreġġa’ lura lill-Kummissarju malli
dan ma jkunx aktar meħtieġ għal dak l-għan li għalih ikun ġie
prodott.
(6) Il-Bord għandu jgħarraf bil-miktub lill-Kummissarju, fi
żmien raġonevoli minn meta jkun irċieva dokument li jkun
intbagħatlu skond ma hawn f’dan l-artikolu, jekk ikunx qiegħed
jipproponi li juża dak id-dokument għall-għan imsemmi fis-
subartikolu (4) jew le, u jekk le, il-Bord għandu jiddikjara xi tkun
ir-raġuni għad-deċiżjoni tiegħu li ma jagħmilx użu minnu u għandu
jibgħat id-dokument lura lill-Kummissarju.
(7) Fi żmien raġonevoli mill-għeluq ta’ inkjesta li fiha jkunu
intużaw xi dokumenti li jkunu ġew riferiti lill-Bord skond ma hawn
f’dan l-artikolu, il-Bord għandu jikkonsenja lill-Kummissarju
kopja tad-deċiżjoni tiegħu fuq dik l-inkjesta.
(8) Ebda ħaġa f’dan 1-artikolu m’għandha tinftiehem bħala -
(a) li tagħti setgħa lill-Bord li jitlob xi tagħrif jew
AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA  ġ K AP. 372.      47
dokumenti mingħand il-Kummissarju jew li l-Bord
xort’oħra jkollu aċċess għal xi dokumenti jew tagħrif
ieħor li jkollu l-Kummissarju;
(b) li torbot lill-Kummissarju li jagħti xiehda jew xi
spjegazzjoni dwar dawk id-dokumenti li huwa jkun
għadda lill-Bord;
(ċ) li torbot lill-Kummissarju biex imexxi xi
investigazzjoni jew jagħmel xi rapport fuq l-imġieba
ta’ xi detentur ta’ warrant.
(9) Dawk id-dokumenti li dan l-artikolu jirriferi għalihom
huma:
(a) kull rapport jew ċertifikazzjoni ffirmati minn detentur
ta’ warrant;
(b) kull record, ktieb, kont jew komputazzjoni, jew xi
estratt minnhom, li dwarhom ikunu saru xi rapport jew
ċertifikazzjoni kif hemm imsemmi fil-paragrafu (a):
Iżda dokument imsemmi f’dan il-paragrafu
m’għandux jitqies bħala dokument li għalih japplika
dan l-artikolu kemm-il darba dan ma jintbagħatx lill-
Bord flimkien ma’ dak ir-rapport jew dik iċ-
ċertifikazzjoni.
TAQSIMA X
Setgħa għall-egħmil ta’ regoli
Setgħa għall-
egħmil ta’ regoli.
Emendat:
II. 2002.81.
58. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn żmien
għal ieħor, jagħmel regoli b’mod ġenerali sabiex jitmexxew id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u jista’, b’mod speċjali, b’dawk ir-
regoli jipprovdi -
(a) għall-forma tal-prospetti, talbiet, dikjarazzjonijiet u
avviżi taħt dan l-Att;
(b) għall-użu ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi rigward il-
forma u kif jintbagħtu prospetti, dikjarazzjonijiet,
avviżi u informazzjoni jew dokumenti li l-forma u l-
konsenja tagħhom huma awtorizzati jew meħtieġa taħt
jew skond l-Atti dwar it-Taxxi jew skond regolamenti
magħmulin taħthom, inkluż l-għemil ta’ ħlasijiet
b’mezzi elettroniċi taħt l-Atti u r-regolamenti
msemmija; u
(ċ) għal dawk il-materji kollha li jkunu awtorizzati b’dan l-
Att li jiġu preskritti.
Notament ta’ ċerti 
eżenzjonijiet 
jitqiegħed fuq il-
Mejda tal-Kamra 
tad-Deputati.
Kap. 123.
59. Notament ta’ kull eżenzjoni mogħtija mill-Ministru
responsabbli għall-finanzi taħt l-artikolu 12(2) ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income, dwar korp ta’ persuni, jew klassi ta’ persuni,
għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati mill-aktar
fis li jista’ jkun wara li tingħata.
Disposizzjoni 
transitorja.
Kap. 123.
60. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(4A) ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq l-Income kif fis-seħħ minnufih qabel il-bidu fis-seħħ
  48      KAP. 372. ħ       AMMINISTRAZZJONITAT-TAXXA
ta’ dan l-Att u ta’ l-Att ta’ l-l994 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq
l-Income (Emenda Nru.2), għandhom jibqgħu fis-seħħ għar-rigward
ta’ kull prospett ta’ l-attiv kapitali msemmi f’dak is-subartikolu
dwar snin ta’ stima msemmija f’dak is-subartikolu sas-sena ta’
stima 1994.
Kap. 123. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
għar-rigward ta’ prospetti ta’ income u attiv kapitali għas-snin ta’
stima sas-sena ta’ stima 1994, għandhom jibqgħu fis-seħħ, kif
kienu fis-seħħ minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
