MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      1
KAPITOLU 373
ATT KONTRA MONEY LAUNDERING
Biex jipprovdi għall-prevenzjoni u l-projbizzjoni ta’ laundering ta’ flus
f’Malta.
23 ta’ Settembru, 1994
L-ATT XIX ta’ l-1994, kif emendat: bl-Att II ta’ l-1998; bl-Avviż Legali
71 ta’ l-1999; u bl-Atti XXXI ta’ l-2001 u III ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Laundering.
Tifsir.
Emendat:
XXXI. 2001.2.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"attività  kriminali" tfisser kull attività , tkun fejn tkun magħmula,
u tkun meta tkun magħmula, li taħt il-liġi ta’ Malta jew liġi oħra,
tammonta għal:
(a) delitt jew delitti speċifikati fl-artikolu 3(1)(a) tal-
United Nations Convention Against Illicit Traffic in
Narcotic Drugs and Psychotropic Substances adottata
fid-19 ta’ Diċembru 1988 fi Vjenna, liema artikolu
jinsab riprodott (bil-lingwa Ingliża biss) fl-Ewwel
Skeda għal dan l-Att; jew
(b) wieħed mid-delitti elenkati fit-Tieni Skeda għal dan l-
Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"money laundering" tfisser:
(i) il-konversjoni jew trasferiment ta’ proprjetà
meta wieħed ikun jaf li dik il-proprjetà  tkun
direttament jew indirettament inkisbet minn, jew
mir-rikavat ta’, attività  kriminali jew minn att
jew atti ta’ parteċipazzjoni f’attività  kriminali,
għall-iskop ta’ jew skopijiet ta’ ħabi jew wiri
ħaġa b’oħra ta’ l-oriġini tal-proprjetà  jew ta’
għoti ta’ għajnuna lil xi persuna jew persuni
involuti jew konċernati f’attività  kriminali;
(ii) il-ħabi jew wiri ħaġa b’oħra tal-veri xorta,
provenjenza, lok, disposizzjoni, moviment ta’
jeddijiet rigward, fi jew fuq proprjetà , meta
wieħed ikun jaf li dik il-proprjetà  tkun inkisbet
direttament jew indirettament minn attività
kriminali jew minn att jew atti ta’
parteċipazzjoni f’attività  kriminali;
(iii) l-akkwist ta’ proprjetà  meta wieħed ikun jaf li l-
istess proprjetà  tkun inkisbet jew oriġinat
direttament jew indirettament minn attività
kriminali jew minn att jew atti ta’
  2      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
parteċipazzjoni f’attività  kriminali;
(iv) ir-ritenzjoni mingħajr skuża raġonevoli ta’
proprjetà  meta wieħed ikun jaf li l-istess
proprjetà  tkun inkisbet jew oriġinat direttament
jew indirettament minn attività  kriminali jew
minn att jew atti ta’ parteċipazzjoni f’attività
kriminali;
Kap. 9 
(v) it-tentattiv ta’ xi ħwejjeġ jew attivitajiet definiti
fis-sub-paragrafi (i), (ii), (iii) u (iv) ta’ hawn
fuq, u dan fit-tifsir ta’ l-artikolu 41 tal-Kodiċi
Kriminali; 
Kap. 9 
(vi) l-aġir bħala kompliċi fit-tifsir ta’ l-artikolu 42
tal-Kodiċi Kriminali rigward xi waħda mill-
ħwejjeġ jew attivitajiet definiti fis-sub-paragrafi
(i), (ii), (iii), (iv) u (v) ta’ hawn fuq;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula taħt dan l-
Att;
"proprjetà " tfisser proprjetà  ta’ kull xorta, natura, deskrizzjoni,
kemm jekk mobbli jew immobbli, tanġibbli jew mhux tanġibbli u,
bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, tinkludi :
(a) kull flus, kemm jekk l-istess flus ikunu jew ma jkunux
valuta legali f’Malta, bills,  titoli, bonds,  dokumenti
negozjabbli jew kull dokument li jista’ jkun
negozjabbli inkluż dokument li jitħallas lill-portatur
jew imdawwar biex jitħallas lill-portatur kemm jekk
espressi f’liri Maltin jew f’xi flus oħra barranin;
(b) flus kontanti jew depożiti jew kontijiet ta’ flus ma’ xi
bank, istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni oħra kif
jista’ jiġi preskritt li jmexxu jew ikunu mexxew il-
kummerċ tagħhom f’Malta;
(ċ) flus kontanti jew oġġetti ta’ valur li jinkludu iżda
mhux limitati għal xogħlijiet ta’ l-arti jew ġojjellerija
jew metalli prezzjużi; u
(d) art jew kull interess fiha;
"il-Korp" tfisser il-Korp mwaqqaf bl-artikolu 15.
(2) (a) Persuna tista’ tinsab ħatja tad-delitt ta’ money
laundering taħt dan l-Att, anke fin-nuqqas ta’ sentenza
ta’ qorti li tistabbilixxi ħtija fir-rigward ta’ l-attività
kriminali sottostanti, liema attività  kriminali tista’ tiġi
stabbilita minn prova ċirkostanzjali jew prova oħra,
mingħajr il-ħtieġa li l-prosekuzzjoni tipprova li kien
hemm sentenza ta’ kundanna għall-offiża sottostanti.
(b) Persuna tista’ tinsab ħatja separatament kemm ta’
delitt ta’ money laundering taħt dan l-Att, kif ukoll ta’
l-attività  kriminali sottostanti li minnha inkisbet il-
proprjetà  jew ir-rikavat li fir-rigward tiegħu ikun qed
jiġi akkużat ta’ money laundering.
(ċ) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu "attività  kriminali
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      3
sottostanti" tirreferi għall-attività  kriminali li minnha
il-proprjetà  jew rikavat ieħor, li tkun involuta fir-reat
ta’ money laundering taħt dan l-Att tkun ġiet
direttament jew indirettament miksuba.
Miżjud:
XXXI. 2001.3.
TAQSIMA I
INVESTIGAZZJONI U PROSEKUZZJONI TA’ REATI
Reati.
Emendat:
III. 2002.166.
3. (1) Kull persuna li tagħmel att ta’ money laundering tkun
ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn
Lm1,000,000 (miljun lira), jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn erbatax-il sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Meta reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att isir minn
korp ta’ persuni (sew jekk dak il-korp ikun korporat jew le), kull
persuna li, fiż-żmien ta’ l-għemil tar-reat, kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dak il-korp jew għaqda, jew
kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-kariga, tkun ħatja ta’ reat kemm-
il darba ma tippruvax li r-reat ikun sar mingħajr it-tagħrif tagħha u
li tkun eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex ma tħallix illi jsir
ir-reat.
Kap. 101.
(3) Fi proċeduri dwar reat ta’ money laundering taħt dan l-Att
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22(1Ċ)(b) ta’ l-Ordinanza dwar il-
Mediċini Perikolużi, għandhom ikunu mutatis mutandis japplikaw.
Kap. 9.
(4) Meta l-persuna misjuba ħatja ta’ reat ta’ money laundering
taħt dan l-Att ikun uffiċjal ta’ korp magħqud bħalma hemm
imsemmi fl-artikolu 121F tal-Kodiċi Kriminali jew tkun persuna li
jkollha setgħa ta’ rappreżentanza jew li jkollha tali awtorità  bħalma
hemm imsemmi f’dak l-artikolu u r-reat li dik il-persuna tkun
instabet ħatja tiegħu jkun sar għall-benefiċċju, f’parti jew kollu
kemm hu, ta’ dak il-korp magħqud, dik il-persuna għandha għall-
finijiet ta’ dan l-Att titqies bħala li hi vestita bir-rappreżentanza
legali ta’ l-istess korp magħqud li għandu jkun responsabbli għall-
ħlas ta’ multa ta’ mhux anqas minn 500 lira u mhux iżjed minn
500,000 lira.
(5) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
23 tal-Kodiċi Kriminali l-qorti għandha, b’żieda ma’ kull piena li
għaliha tista’ tiġi kkundannata persuna misjuba ħatja ta’ reat ta’
money laundering taħt dan l-Att u b’żieda ma’ kull piena li korp
magħqud jista’ jeħel taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4),
tordna t-teħid favur il-Gvern tar-rikavat jew ta’ dik il-proprjetà  li l-
valur tagħha jkun jikkorrispondi għall-valur ta’ dak ir-rikavat sew
jekk dak ir-rikavat ikun ġie riċevut mill-persuna misjuba ħatja jew
mill-korp magħqud imsemmi fl-imsemmi subartikolu (4) u kull
proprjetà  li tappartjeni lil, jew li tkun fil-pussess jew taħt il-
kontroll ta’ xi persuna misjuba ħatja kif imsemmi qabel jew ta’
korp magħqud kif imsemmi f’dan is-subartikolu għandha, sakemm
ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, titqies li tkun inkisbet mir-reat ta’
money laundering u tkun suġġetta għal konfiska jew teħid mill-
qorti:
Iżda, għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, "rikavat" tfisser xi
vantaġġ ekonomiku u kull proprjetà  li tiġi jew titnissel, sew b’mod
  4      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
dirett sew mhux dirett, minn xi attività  kriminali u tinkludi kull
qliegħ jew benefiċċju ieħor miksub minn dik il-proprjetà .
Kap. 9.
(6) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5
tal-Kodiċi Kriminali, il-qrati ta’ Malta għandhom ukoll ikollhom
ġurisdizzjoni fuq kull reat ta’ money laundering taħt dan l-Att fl-
istess ċirkostanzi bħalma huma msemmija fl-artikolu 121Ċ tal-
Kodiċi Kriminali.
Setgħat 
addizzjonali ta’ 
investigazzjoni.
4. (1) Meta wara informazzjoni li tasallu, l-Avukat Ġenerali
jkollu raġuni biżżejjed biex jissuspetta li persuna (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "il-persuna suspettata") huwa ħati tar-reat
imsemmi fl-artikolu 3, huwa jista’ jitlob lill-Qorti Kriminali għal
ordni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ordni ta’
investigazzjoni") biex persuna (inkluż korp jew għaqda ta’ persuni,
sew jekk persuna ġuridika jew le) imsemmija fl-ordni li tidher li
għandha fil-pussess tagħha materjal partikolari jew material ta’
deskrizzjoni partikolari li x’aktarx li jkun ta’ siwi sostanzjali
(kemm jekk waħdu jew flimkien ma’ materjal ieħor) għall-
investigazzjoni ta’ jew in konnessjoni ma’, il-persuna suspettata,
turi jew tagħti aċċess għal dak il-materjal lill-persuna jew persuni
indikati fl-ordni; u l-persuna jew persuni hekk indikati jkollhom,
bis-saħħa ta’ l-ordni ta’ investigazzjoni, is-setgħa li jidħlu f’kull
dar, bini jew reċint ieħor sabiex jagħmlu tfittxija għal dak il-
materjal.
(2) Meta jkun sar jew ikun intalab ordni ta’ investigazzjoni,
kull min, meta jkun jaf jew ikollu suspett li tkun qed issir l-
investigazzjoni, jikxef illi qiegħda issir investigazzjoni jew jikxef
xi ħaġa oħra li tista’ tippreġudika l-imsemmija investigazzjoni ikun
ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn
ħamest elef lira jew priġunerija għal mhux iżjed minn tnax-il xahar,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda fi proċedimenti għal reat taħt dan is-subartikolu, l-akkużat
ikun jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova illi huwa ma kienx jaf jew
jissuspetta li l-kxif seta’ jippreġudika l-investigazzjoni.
(3) Ordni ta’ investigazzjoni -
Kap. 9. 
Kap. 12.
(a) ma jagħti ebda jedd għall-produzzjoni ta’ aċċess għal,
jew tiftix għal komunikazzjonijiet bejn avukat jew
prokuratur legali u l-klijent tiegħu, u bejn saċerdot u
persuna li tkun għamlet qrara miegħu, li fi
proċedimenti legali jkunu protetti kontra l-kxif bl-
artikolu 642(1) tal-Kodiċi Kriminali jew bl-artikolu
588(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili;
(b) għandu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet
tal-paragrafu ta’ qabel dan, ikollu seħħ minkejja kull
obbligu dwar is-segretezza jew restrizzjoni fuq il-kxif
ta’ informazzjoni imposti minn kull liġi jew xort’oħra;
u
(ċ) jista’ jsir dwar materjal fil-pussess ta’ dipartiment tal-
gvern.
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      5
(4) Meta l-materjal li dwaru tkun tirreferi talba taħt is-
subartikolu (1) ikun jikkonsisti f’informazzjoni li tkun f’computer,
l-ordni ta’ investigazzjoni għandu jkollu seħħ bħala ordni għall-
produzzjoni tal-materjal, jew għall-għoti ta’ aċċess għal dak il-
materjal, f’għamla li wieħed jista’ jieħdu miegħu u li jkun viżibbli
u leġibbli.
(5) Kull persuna li, wara li tkun ġiet ordnata biex tipproduċi
jew tagħti aċċess għal materjal kif provdut fis-subartikolu (1),
mingħajr raġuni valida (li l-prova tagħha tkun tinkombi fuqha)
volontarjament tonqos jew tirrifjuta li tobdi dak l-ordni ta’
investigazzjoni, jew li volontarjament timpedixxi jew tostakola xi
tfittxija għal dak il-materjal, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew priġunerija
għal mhux iżjed minn tnax-il xahar, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(6) Flimkien ma’, jew separatament minn, talba għal ordni ta’
investigazzjoni, l-Avukat Ġenerali jista’, fiċ-cirkostanzi msemmija
fis-subartikolu (1), jitlob lill-Qorti Kriminali għal ordni (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ordni ta’ sekwestru") - 
(a) li jissekwestra f’idejn dawk il-persuni (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "is-sekwestratarji") li jkunu
msemmijin fit-talba l-flus u l-proprjetà  mobbli oħra
kollha li jkunu dovuti jew jgħajjtu jew jappartjenu lill-
persuna suspettata,
(b) li jordna lis-sekwestratarju biex jiddikjara bil-miktub
lill-Avukat Ġenerali, mhux aktar tard minn erbgħa u
għoxrin siegħa mill-ħin tan-notifika ta’ l-ordni, ix-
xorta u l-provenjenza tal-flus u l-proprjetà  mobbli oħra
kollha hekk sekwestrati, u
(ċ) li jipprojbixxi lill-persuna suspettata milli tittrasferixxi
jew b’xi mod ieħor tiddisponi minn xi proprjetà
mobbli jew immobbli.
(7) Qabel ma tagħmel ordni ta’ investigazzjoni jew ordni ta’
sekwestru, il-qorti tista’ titlob li tisma’ lill-Avukat Ġenerali bil-
magħluq u ma tagħmilx dak l-ordni -
(a) kemm-il darba ma taqbilx ma’ l-Avukat Ġenerali li
hemm raġuni biżżejjed kif provdut fis-subartikolu (1);
u
(b) fil-każ ta’ ordni ta’ investigazzjoni, kemm-il darba l-
qorti ma tkunx sodisfatta li jkun hemm raġuni
biżżejjed biex wieħed jissuspetta li l-materjal li għalih
tirreferi t-talba - 
(i) x’aktarx li jkun ta’ siwi sostanzjali (kemm jekk
waħdu jew flimkien ma’ materjal ieħor) għall-
investigazzjoni li għaliha tkun saret it-talba, u
(ii) ma jkunx jikkonsisti f’komunikazzjonijiet
imsemmija fis-subartikolu (3)(a).
Kap. 12 
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 381(1)(a), (b) u (e) u ta’ l-
artikolu 382(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
  6      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-ordni ta’ sekwestru.
(9) Ordni ta’ sekwestru għandu jiġi notifikat lis- sekwestratarju
u lill-persuna suspettata minn uffiċjal tal-Pulizija Esekuttiva li ma
jkunx taħt il-grad ta’ spettur.
(10) Kull persuna li tikser ordni ta’ sekwestru tkun ħatja ta’ reat
u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tnax-il xahar,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda meta r-reat ikun jikkonsisti fil-ħlas jew konsenja lil xi
persuna mis-sekwestratarju ta’ xi flus jew proprjetà  mobbli oħra
sekwestrata kif provdut fis-subartikolu (6)(a) jew ikun jikkonsisti
fit-trasferiment jew tneħħija ta’ xi proprjetà  mobbli jew immobbli
mill-persuna suspettata bi ksur tas-subartikolu (6)(ċ), il-multa
għandha dejjem tkun mill-inqas id-doppju tal-valur tal-flus jew
proprjetà  in kwistjoni.
(11) Ordni ta’ sekwestru għandu, kemm-il darba ma jiġix
revokat aktar kmieni mill-Avukat Ġenerali b’avviż bil-miktub
notifikat lill-persuna suspettata u lis-sekwestratarju bil-mod
provdut fis-subartikolu (9), jispiċċa milli jkollu seħħ ma’ għeluq
tletin jum mid-data li fiha jkun sar; u l-qorti ma tagħmilx ordni
ieħor ta’ sekwestru dwar dik il-persuna suspettata kemm-il darba
ma tkunx sodisfatta li hemm informazzjoni sostanzjalment ġdida
dwar ir-reat imsemmi fl-artikolu 3:
Iżda l-imsemmi perijodu ta’ tletin jum għandu jitwaqqaf
għal dak iż-żmien li l-persuna suspettata tkun tinsab barra minn
dawn il-Gżejjer u l-Avukat Ġenerali javża b’dan il-fatt lis-
sekwestratarju b’avviż bil-miktub notifikat bil-mod provdut fis-
subartikolu (9).
(12) Waqt li tkun qed issir investigazzjoni ta’ reat kontra l-
artikolu 3, il-Pulizija Esekuttiva tista’ titlob lil maġistrat biex
jisma’ bil-ġurament lil kull persuna li hija taħseb li għandha
informazzjoni dwar dak ir-reat; u l-maġistrat għandu minnufih
jisma’ lil dik il-persuna bil-ġurament.
Kap. 9.
(13) Għall-fini tas-smigħ bil-ġurament ta’ persuna kif provdut
fis-subartikolu (12) il-maġistrat ikollu l-istess setgħat li bil-liġi
għandha l-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) bħala qorti istruttorja kif ukoll is-setgħat imsemmija fl-
artikolu 554 tal-Kodiċi Kriminali; iżda dak is-smigħ għandu dejjem
isir bil-magħluq. 
(14) Ebda qorti ma tista’ toħroġ mandat ta’ inibizzjoni għall-
waqfien ta’ l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ investigazzjoni.
Kunsinna w xiri 
kontrollati.
Miżjud:
III. 2002.166.
Kap. 101.
4A. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30B ta’ l-Ordinanza dwar
il-Mediċini Perikolużi, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal
kull rikavat li jaqa’ taħt it-tifsira ta’ l-artikolu 3(5).
Iffriżar ta’ 
proprjetà  ta’ 
persuna akkużata.
5. (1) Meta persuna tiġi akkużata taħt l-artikolu 3, il-qorti
għandha fuq it-talba tal-prosekuzzjoni tagħmel ordni -
(a) li jissekwestra f’idejn terzi persuni b’mod ġenerali il-
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      7
flejjes u l-proprjetà  mobbli kollha li jkunu dovuti lil
jew ikunu jmissu lill-akkużat jew ikunu proprjetà
tiegħu, u
(b) li jipprojbixxi lill-akkużat milli jittrasferixxi, jagħti
b’rahan, jipoteka jew xort’oħra jiddisponi minn xi
proprjetà  mobbli jew immobbli:
Iżda l-qorti għandha f’dak l-ordni tistabbilixxi xi
flejjes jistgħu jitħallsu lil jew jiġu riċevuti mill-
akkużat fil-waqt li jkun qed iseħħ dak l-ordni, fejn jiġu
speċifikati l-għejjun, il-mod u modalitajiet oħra ta’
ħlas, inklużi salarju, paga, pensjoni u benefiċċji soċjali
li jitħallsu lill-akkużat, sabiex huwa u l-familja tiegħu
jitħallilhom għixien deċenti f’ammont, fejn ikun hemm
mezzi biżżejjed, ta’ sitt elef lira fis-sena:
Iżda wkoll il-qorti tista’ barra minn dan - 
(a) tawtorizza l-ħlas ta’ djun li jkollhom jitħallsu mill-
akkużat lil kredituri bona fide u li jkunu saru qabel ma
jkun sar dak l-ordni; u
(b) għal raġuni tajba tawtorizza lill-akkużat biex
jittrasferixxi proprjetà  mobbli jew immobbli.
(2) Dak l-ordni għandu - 
(a) jibda jseħħ u jorbot lit-terzi persuni kollha
immedjatament malli jsir, u r-Reġistratur tal-Qorti
għandu jieħu ħsieb li avviż dwaru jiġi pubblikat
mingħajr dewmien fil-Gazzetta, u għandu jieħu ħsieb
ukoll li kopja tiegħu tiġi reġistrata fir-Reġistru
Pubbliku dwar proprjetà  immobbli, u
(b) jibqa’ jseħħ sakemm il-proċedimenti jkunu ġew deċiżi
b’mod finali u konklużiv, u fil-każ li persuna tinsab
ħatja, sakemm is-sentenza tkun ġiet esegwita.
(3) Il-qorti tista’ f’ċirkostanzi partikolari tibdel dak l-ordni, u
d-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel għandhom japplikaw
għal dak l-ordni kif hekk mibdul.
(4) Kull ordni bħal dak għandu jkun fih l-isem u l-kunjom ta’ l-
akkużat, il-professjoni, is-sengħa jew stat ieħor tiegħu, isem
missieru, isem ommu u kunjom ta’ xbubitha, post tat-twelid u post
ta’ residenza u n-numru tal-karta ta’ l-identità  tiegħu jew ta’
dokument ieħor ta’ identifikazzjoni, jekk għandu.
(5) Meta xi flus ikunu jew isiru dovuti lill-akkużat mingħand xi
persuna fil-waqt li dak l-ordni jkun fis-seħħ, dawk il-flus
għandhom, sakemm ma jkunx ordnat xort’oħra f’dak l-ordni, jiġu
depożitati f’bank għall-kreditu ta’ l-akkużat.
(6) Meta dak l-ordni ma jibqax fis-seħħ kif provdut fil-
paragrafu (b) tas-subartikolu (2), r-Reġistratur tal-Qorti għandu
jieħu ħsieb li avviż f’dak is-sens jiġi pubblikat fil-Gazzetta, u
għandu jirreġistra fir-Reġistru Pubbliku nota li tħassar ir-
reġistrazzjoni ta’ dak l-ordni.
  8      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
Piena għall-ksur ta’ 
l-ordni tal-qorti. 
6. Kull persuna li tagħmel xi ħaġa bi ksur ta’ l-ordni tal-qorti
msemmi fl-artikolu 5 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew għal priġunerija
għal żmien li ma jeċċedix tnax-il xahar, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien, u kull ħaġa hekk magħmula bi ksur ta’ ordni
tal-qorti bħal dik tkun nulla u bla effett fil-liġi.
Proċedimenti 
speċjali tal-qorti.
7. (1) Meta jkun sar ordni ta’ konfiska taħt l-artikolu 3(3), il-
persuna misjuba ħatja u kull persuna oħra li jkollha interess tista’
tibda azzjoni għal dikjarazzjoni li xi proprjetà  jew kull proprjetà
mobbli jew immobbli hekk konfiskata ma tkunx profitti jew dħul
minn ksur ta’ l-artikolu 3 jew b’xi mod ieħor involuta fil-
kummissjoni tar-reat ta’ money laundering, u lanqas proprjetà ,
akkwistata jew miksuba, direttament jew indirettament, minn jew
permezz ta’ xi profitti jew dħul bħal dawk.
(2) Dik l-azzjoni għandha tinbeda b’rikors fil-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha s-
sentenza li tordna l-konfiska tkun saret finali u konklużiva.
(3) Ir-rikorrent għandu b’sustenn għat-talba tiegħu, jehmeż
mar-rikors id-dokumenti kollha li hu jkun jista’ jipproduċi u
għandu jagħti fir-rikors tiegħu l-ismijiet tax-xhieda kollha li jkun bi
ħsiebu jġib, fejn igħid dwar kull wieħed il-prova li jkun bi ħsiebu
jagħmel.
(4) Il-qorti għandha, mingħajr dewmien, tqiegħed ir-rikors
għas-smigħ f’data kmieni, liema data m’għandha f’ebda każ tkun
iktar tard minn tletin jum mid-data tal-preżentata tar-rikors.
(5) Ir-rikors u l-avviż tad-data stabbilita għas-smigħ għandhom
jiġu notifikati lill-Kummissarju tal-Pulizija mingħajr dewmien, u l-
imsemmi Kummissarju għandu jippreżenta r-risposta tiegħu għar-
rikors fi żmien ħmistax-il jum wara d-data tan-notifika tar-rikors.
(6) Il-qorti għandha tisma’ r-rikors sat-tmiem fi żmien għoxrin
jum tax-xogħol mid-data stabbilita għas-smigħ oriġinali tar-rikors,
u ma jingħata ebda aġġornament ħlief jew bil-kunsens taż-żewġ
partijiet jew għal raġuni eċċezzjonali li tiġi reġistrata mill-qorti, u
dik id-data aġġornata ma tkunx aktar tard minn dak li hu ġustifikat
b’dik ir-raġuni.
Kap. 12.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili dwar il-proċedimenti quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili,
għandhom japplikaw dwar kull rikors bħal dak.
(8) Kull deċiżjoni li tirrevoka l-konfiska ta’ proprjetà  immobbli
titqies li tittrasferixxi t-titolu ta’ dik il-proprjetà  lura mingħand il-
Gvern lill-parti li favur tagħha tingħata, u dik il-parti tkun tista’
tikseb ir-reġistrazzjoni ta’ dak it-trasferiment fir-Reġistru
Pubbliku.
Radd lura ta’ 
proprjetà  li ma 
tibqax konfiskata. 
8. Meta l-qorti tilqa’ talba għal dikjarazzjoni kif provdut fl-
artikolu 7(1) dwar proprjetà  konfiskata, dik il-proprjetà  ma tibqax
konfiskata u tintradd lura lir-rikorrent bis-saħħa tas-sentenza meta
din tkun finali u konlużiva, u ma’ dan ir-rikorrent ikollu l-jedd li
jieħu lura d-dħul riċevut mill-Gvern minn dik il-proprjetà  matul il-
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      9
perijodu tal-konfiska tagħha.
Setgħat ta’ 
investigazzjoni 
dwar reati fil-
kompetenza ta’ 
qrati barra minn 
Malta.
Miżjud:
II. 1998.9.
Kap. 101.
9. (1) Meta 1-Avukat Ġenerali jirċievi talba magħmula minn
awtorità  ġudizzjarja jew prosekutriċi ta’ post barra minn Malta
sabiex isiru investigazzjonijiet f’Malta dwar persuna (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa "il-persuna suspettata") suspettata minn
dik 1-awtorità  b’att jew ommissjoni li jekk isiru f’dawn il-Gżejjer,
jew f’ċirkostanzi korrispondenti, ikunu jikkostitwixxu reat taħt l-
artikolu 3, l-Avukat Ġenerali jista’ jitlob lill-Qorti Kriminali għal
ordni ta’ investigazzjoni jew ordni ta’ sekwestru jew għat-tnejn u
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24A ta’ l-Ordinanza dwar il-
Mediċini Perikolużi għandhom mutatis mutandis japplikaw għal
dik it-talba u għall-persuna suspettata u għal kull ordni ta’
investigazzjoni jew ta’ sekwestru magħmul mill-qorti bħala riżultat
ta’ dik it-talba.
Kap. 101.
(2) Il-kliem "ordni ta’ investigazzjoni" fl-artikolu 24A(2) u (5)
ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi għandhom jinqraw u
jiftiehmu bħala li jinkludu ordni ta’ investigazzjoni magħmul taħt
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Kap. 101.
(3) Il-kliem "ordni ta’ sekwestru" fl-artikolu 24A(6A) ta’ l-
Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi għandhom jinqraw u
jiftiehmu bħala li jinkludu ordni ta’ sekwestru magħmul taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Iffriżar ta’ 
proprjetà  ta’ 
persuna akkużata 
b’reati fil-
kompetenza ta’ 
qrati barra minn 
Malta.
Miżjud:
II. 1998.9.
Kap. 101.
10. (1) Meta l-Avukat Ġenerali jirċievi talba magħmula minn
awtorità  ġudizzjarja jew prosekutriċi ta’ xi post barra minn Malta
għall-qbid temporanju ta’ kull jew xi flejjes jew proprjetà , mobbli
jew immobbli, ta’ persuna (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu msejħa "l-akkużat") imputata jew akkużata fi proċedimenti
quddiem il-qrati ta’ dak il-post b’reat li jkun jikkonsisti f’att jew
ommissjoni li jekk isiru f’dawn il-Gżejjer, jew f’ċirkostanzi
korrispondenti, ikunu jikkostitwixxu reat taħt l-artikolu 3, l-Avukat
Ġenerali jista’ jitlob lill-Qorti Kriminali għal ordni (hawnhekk
iżjed ’l quddiem imsejjaħ "ordni ta’ iffriżar") li jkollu l-istess effett
bħal ordni kif imsemmi fl-artikolu 22A(1) ta’ l-Ordinanza dwar il-
Mediċini Perikolużi u d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu
22A għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)
ta’ dan l-artikolu, japplikaw mutatis mutandis għal dak l-ordni.
Kap. 101.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24Ċ(2) sa (5) ta’ l-
Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi għandhom ikunu
applikabbli għal ordni magħmul taħt dan l-artikolu daqslikieku kien
ordni magħmul taħt l-imsemmi artikolu 24Ċ.
Kap. 101.
għandu jkun ukoll japplika għal kull persuna li taġixxi bi ksur ta’
ordni ta’ iffriżar taħt dan l-artikolu.
  10      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
Esekuzzjoni ta’ 
ordnijiet ta’ 
konfiska 
magħmulin minn 
qrati barra minn 
Malta wara 
kundanna għal 
reati fil-
kompetenza ta’ 
dawk il-qrati.
Miżjud:
II. 1998.9.
Kap. 101.
11. (1) Ordni ta’ konfiska magħmul minn qorti barra minn
Malta li jkun jipprovdi jew jidher li jkun jipprovdi għall-konfiska
jew it-telfien ta’ xi proprjetà  ta’, jew fil-pussess, jew taħt il-
kontroll ta’ persuna li tinsab ħatja ta’ reat rilevanti jista’ jiġi
esegwit f’Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24D(2) sa
(11) ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikoluzi.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "ordni ta’ konfiska" tinkludi
kull sentenza, deċiżjoni, dikjarazzjoni, jew ordni ieħor magħmulin
minn qorti sew ta’ gurisdizzjoni kriminali sew ċivili li jkunu
jipprovdu jew jiftiehmu bħala li jipprovdu dwar il-konfiska jew it-
teħid ta’ xi proprjetà  bħalma hemm speċifikat fis-subartikolu (1).
 (3) Għall-finijiet ta’ dan 1-artikolu "reat rilevanti" tfisser kull
reat li jkun jikkonsisti f’xi att li jekk isir f’dawn il-Gżejjer, jew
f’ċirkostanzi korrispondenti, ikun jikkostitwixxi r-reat imsemmi fl-
artikolu 3.
Regoli u 
regolamenti. 
12. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli u regolamenti in
ġenerali kif ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni aħjar tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u, in partikolari, jista’ permezz ta’
dawn ir-regoli jew regolamenti, jipprovdi għar-regolament u l-
kontroll ta’ banek, istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet
finanzjarji oħra biex jipprovdi inter alia għal proċeduri u sistemi
għal taħriġ, identifikazzjoni, żamma ta’ records, rapporti interni u
rapporti lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza għall-prevenzjoni ta’ money
laundering.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jestendi d-disposizzjonijiet
kollha ta’ dan l-Att jew parti minnhom u ta’ regolamenti magħmula
taħt dan l-Att għal kategoriji ta’ azjendi u ta’ professjonijiet li
jwettqu attivitajiet li fl-opinjoni tal-Ministru jistgħu b’mod
partikolari jintużaw għal finijiet ta’ money laundering.
(3) Ir-regoli u r-regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu jimponu pieni jew penalitajiet oħra rigward kull
kontravvenzjoni jew nuqqas ta’ tħaris ta’ mhux iżjed minn multa
ta’ Lm20,000 (għoxrin elf lira) jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Ħwejjeġ preskritti 
u regolamenti.
13. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12, il-
Ministru jista’, b’konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja -
(a) jippreskrivi b’regolament kull ħaġa li tkun meħtieġa li
tiġi preskritta b’dan l-Att;
(b) b’regolament jemenda, jibdel jew iżid mal-lista ta’
reati speċifikati fit-Tieni Skeda ta’ dan l-Att.
TAQSIMA II
KORP GĦALL-ANALISI TA’ INFORMAZZJONI 
FINANZJARJA
Tifsiriet.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
14. F’din it-Taqsima, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra:
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      11
"awtorità  sorveljanti" għandu jkollha l-istess tifsir bħalma hu
ogħti lilha b’regolamenti li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien
taħt dan l-Att jew kif jista’ jiġi preskritt taħt dan l-Att;
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ Gvernaturi msemmi fl-artikolu 18 ta’
dan l-Att;
"iċ-Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Bord maħtur taħt l-
artikolu 20;
"id-Direttur" tfisser id-Direttur tal-Korp maħtur jew reklutat taħt
l-artikolu 23;
"persuna suġġetta" tfisser kull min ikun meħtieġ iwettaq
proċeduri ta’ rapportar intern u li jirrapporta operazzjonijiet li
jkunu suspettati li jinvolvu money laundering taħt regolamenti li
jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien taħt dan l-Att jew skond ma
jista’ jiġi preskritt taħt dan l-Att;
"il-Viċi Chairman" tfisser il-Viċi Chairman tal-Bord maħtur taħt
l-artikolu 20.
Twaqqif tal-Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
15. (1) Ikun hemm aġenzija tal-Gvern, li tissejjaħ Korp għall-
Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja.
(2) Il-Korp ikun għaqda ġuridika li jkollu personalità  legali
distinta u li jkun kapaċi, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, li jagħmel kuntratti, li jagħmel memoranda ta’ intendiment
jew kull ftehim ieħor ma’ xi korp, awtorità  jew aġenzija barranin
bħalma hemm imsemmija fl-artikolu 16(1)(k), li jakkwista, ikollu u
jiddisponi minn kull għamla ta’ proprjetà  għall-finijiet tal-
funzjonijiet tiegħu, li jħarrek u li jiġi mħarrek, u li jagħmel dak
kollu u li jidħol għal dawk l-operazzjonijiet kollha li jistgħu ikunu
inċidentali jew li jwasslu għat-twettiq jew il-qadi ta’ dmirijietu taħt
dan l-Att, inkluż is-self ta’ flus.
(3) Il-Korp għandu jagħmel ftehim ta’ qadi li tagħmel l-
aġenzija mal-Ministru, liema ftehim għandu jistbbilixxi l-
finanzjament ta’ l-aġenzija u, mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ l-artikolu 16(1), kull ħidma speċifika li taqa’ fl-iskop
tal-funzjonijiet tal-Korp li għandhom ikunu indirizzati u miksuba
mill-Korp.
(4) Il-membri tal-Korp u l-impjegati kollha tiegħu għandhom
jimxu skond kull Kodiċi ta’ etika li jkun japplika għal uffiċjali
pubbliċi u għandu, bla ħsara għal kull liġi kuntrarja, jkollhom l-
istess obbligazzjonijiet skond ma dan ikun jgħid:
Iżda l-Korp jista’, bi ftehim mal-Ministru, ifassal valuri ta’
servizz u Kodiċi ta’ Etika li jkunu jissupplementaw kull Kodiċi ta’
Etika li jkun japplika għall-Korp. 
Funzjonijiet tal-
Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att u
mingħajr preġudizzju għal kull poter ieħor jew funzjoni oħra
mogħtija lilu b’dan l-Att jew minn xi liġi oħra, il-Korp ikun
responsabbli għall-ġabra, l-kollazzjoni, l-ipproċessar, l-analisi u t-
tixrid ta’ informazzjoni bil-għan li jiġi miġġieled money laundering
u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel
imsemmi għandu b’mod partikolari jkollu dawn il-funzjonijiet li
  12      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
ġejjin:
(a) li jirċievi rapporti ta’ operazzjonijiet li jkunu suspettati
li jinvolvu money laundering magħmul minn xi
persuna suġġetta skond kif jingħad f’xi regolament
magħmul taħt l-artikolu 12, li jissupplementa dawk ir-
rapporti b’dik l-informazzjoni addizzjonali hekk kif
tista’ tkun disponibbli għall-Korp jew hekk kif dan
jista’ jitlob, li janalizza r-rapport flimkien ma’ dik l-
informazzjoni addizzjonali u li jfassal rapport
analitiku fuq ir-riżultat ta’ dik l-analisi;
(b) li jibgħat rapport analitiku bħal dak imsemmi fil-
paragrafu (a) lill-Kummissarju tal-Pulizija għal kull
investigazzjoni ulterjuri jekk wara li jkun ikkonsidra r-
rapport dwar l-operazzjoni suspettata, il-Korp ikollu
wkoll tassew għaliex jissuspetta li l-operazzjoni tkun
waħda suspettuża u li tista’ tinvolvi money laundering;
(ċ) li jissorvelja konformità  mill-persuni suġġetti u li
jikkopera u jikkordina ma’ awtoritajiet sorveljanti
sabiex jiżgura li jkun hemm konformità ;
(d) li jibgħat lill-Kummissarju tal-Pulizija flimkien ma’
kull rapport analitiku mibgħut skond il-paragrafu (b)
jew f’kull waqt wara dan kull informazzjoni,
dokument, analisi jew materjal ieħor b’sostenn tar-
rapport;
(e) li jagħti struzzjonijiet lil persuna suġġetta li tieħu
dawk il-miżuri li jitqiesu meħtieġa sabiex tkun
faċilitata investigazzjoni dwar money laundering
b’mod ġenerali jew l-investigazzjoni ta’ rapport dwar
xi operazzjoni suspettuża partikolari;
(f) li jiġbor informazzjoni dwar l-attivitajiet finanzjarji u
kummerċjali fil-pajjiż għal finijiet analitiċi bil-għan li
jikxef oqsma ta’ attivitajiet li jistgħu jkunu vulnerabbli
għal money laundering;
(g) li jikkompila statistika u records, ixerred
informazzjoni, jagħmel rakkommandazzjonijiet,
joħroġ linji direttivi u jagħti pariri lill-Ministru dwar
kull ħaġa u kwistjoni relevanti għall-prevenzjoni, l-
kxif, l-investigazzjoni, l-prosekuzzjoni u l-kastig li
jingħata għal reati ta’ money laundering;
(h) li jġib ’il quddiem it-taħriġ ta’ persunal, u li jipprovdi
taħriġ għalihom, li jkunu impjegati ma’ xi persuna
suġġetta dwar kull ħaġa, obbligazzjoni jew attività
relevanti għall-prevenzjoni ta’ money laundering;
(i) li jikkonsulta ma’ kull persuna, istituzzjoni jew
organizzazzjoni li jistgħu jkunu adatti għall-fini li
jwettqu l-funzjonijiet tagħha;
(j) li jagħti pariri u jassisti persuni, sew fiżiċi sew legali,
li jintroduċu u jiżviluppaw miżuri u programmi
effettivi għall-prevenzjoni ta’ money laundering;
(k) fuq talba li ssirlu jew minn jeddu, li jiskambja
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      13
informazzjoni ma’ xi għaqda, awtorità  jew aġenzija
barranin li huwa jikkonsidra bħala li għandhom
funzjonijiet ekwivalenti jew analoġi għal dawk
imsemmija f’dan is-subartikolu u ma’ awtorità
sorveljanti f’Malta jew ma’ xi awtorità  sorveljanti
barra minn Malta li tqis bħala li jkollha funzjonijiet
ekwivalenti jew analoġi bħala awtorità  sorveljanti
f’Malta, bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet u
restrizzjonijiet li tista’ tistabbilixxi, inkluż l-għemil
minn qabel, jekk ikun iqis li jkun hekk xieraq, ta’
memorandum ta’ fehma jew xi qbil ieħor, li jirregola
kull tali skambju ta’ informazzjoni, meta dik l-
informazzjoni tista’ tkun relevanti għall-ipproċessar
jew l-analisi ta’ informazzjoni jew għal kull
investigazzjoni li tirrigwarda operazzjonijiet
finanzjarji li jkollhom x’jaqsmu ma’ money laundering
u l-persuni naturali jew legali li jkunu involuti;
(l) li jirrapporta lill-Kummissarju tal-Pulizija kull attività
li huwa jissuspetta li tkun tinvolvi money laundering u
li tista’ ssir taf biha filwaqt li tkun qed twettaq xi
waħda mill-funzjonijiet tagħha.
(2) Il-Korp għandu għall-inqas darba fis-sena jħejji rapport
dwar l-attivitajiet tiegħu b’mod ġenerali lill-Ministru u għandu
jagħti lill-Minstru faċilitajiet sabiex jikseb informazzjoni dwar il-
proprjetà  li jkollha u l-attivitajiet tagħha b’mod ġenerali u
tipprovdilu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra dwar dan.
Responsabbiltà  
għal danni.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
17. Il-Korp, u l-Bord, l-uffiċjali u l-impjegati tiegħu
m’għandhomx ikunu responsabbli għal xi ħaġa li ssir jew li tonqos
milli ssir fit-twettiq jew fit-twettiq maħsub ta’ xi funzjoni taħt dan
l-Att, kemm-il darba dak l-att jew dik l-ommissjoni ma jintwerewx
bħala li jkunu saru jew naqsu milli jsiru, skond il-każ, b’malafidi.
Tqassim tad-
dmirijiet tal-Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
18. (1) Il-Korp ikun magħmul minn Bord u minn Direttur.
(2) Il-Bord ikun responsabbli għall-politka li għandha tiġi
adottata mill-Korp u li għandha tiġi esegwita u mwettqa mid-
Direttur u li jiżgura li d-Direttur iwettaq dik il-politka skond hekk.
Il-Bord ikun ukoll responsabbli biex jagħti pariri lill-Ministru
skond m’hu pprovdut fl-artikolu 16(1)(g). 
(3) Id-Direttur ikun responsabbli għall-esekuzzjoni tal-politka
li tiġi stabbilita mill-Bord u biex jesegwixi l-funzjonijiet kollha tal-
Korp li ma jkunux attribwiti minn  dan l-Att lill-Bord skond il-
politka u bla ħsara għal sorveljanza ġenerali tal-Bord. 
(4) Il-Bord jista’ jaħtar lil xi membru tal-persunal tal-Korp
biex jagħmilha ta’ direttur meta d-Direttur jkun assenti, inkapaċi li
jaġixxi jew bi btala jew matul xi vakanza fil-kariga tad-Direttur.
Għamla tal-Bord.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
19. (1) Il-Bord ikun magħmul minn: 
(a) erba’ membri li jinħatru mill-Ministru bil-mod
ipprovdut fis-subartikolu (2); 
(b) mhux iktar minn żewġ membri oħra, kif jista’ jintalab
mill-Bord, maħtura mill-Ministru bil-mod ipprovdut
  14      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
fis-subartikolu (3).
(2) Il-Ministru għandu jaħtar l-erba’ membri msemmija fis-
subartikolu (1)(a) billi jagħżel membru wieħed minn kull waħda
minn erba’ listi, kull lista jkun fiha mill-inqas tliet persuni nominati
rispettivament mill-Avukat Ġenerali, mill-Gvernatur tal-Bank
Ċentrali, miċ-Chairman ta’ l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta u mill-Kummissarju tal-Pulizija.
(3) Il-Ministru għandu jaħtar lil kull membru addizzjonali hekk
kif jista’ jiġi mitlub mill-Bord skond ma hemm fid-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(b) minn lista ta’ mhux inqas
minn tliet persuni nominati mill-awtorità  u li jiġu indikati mill-
Bord dwar kull membru addizzjonali.
 (4) Il-membri tal-Bord għandhom jinħatru għal żmien tliet snin
u jingħataw dik ir-rimunerazzjoni li l-Ministru jista’ jistabbilixxi u
jistgħu jerġgħu jinħatru mill-ġdid bil-mod imsemmi fis-subartikoli
(2) jew (3), skond il-każ, meta jintemm iż-żmien tal-ħatra tagħhom.
(5) Il-membri tal-Bord għandhom iwettqu dmirijiethom skond
l-arbitriju individwali tagħhom u m’għandhom ikunu suġġetti għal
ebda ordni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità  oħra.
(6) Ħadd ma jkun kwalifikat li jinħatar bħala, jew li jkollu l-
kariga ta’ membru tal-Bord jekk:
(a) ikun legalment inkapaċitat; jew
(b) ikun ġie dikjarat fallut jew inkella jkun għamel
komposizzjoni jew skema ta’ arranġament mal-
kredituri tiegħu;  jew
Kap. 101.
Kap. 31.
(ċ) ikun insab ħati ta’ reat kontra dan l-Att jew ta’ reat
minn dawk elenkati fl-Ewwel Skeda jew fit-Tieni
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att  jew ta’ reat ta’ money
laundering kontra  d-disposizzjonijet ta’ l-Ordinanza
dwar il-Mediċini Perikolużi, u ta’ l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom
x’jaqsmu magħha;  jew
(d) ma jkunx uffiċjal li qed jirċievi salarju bħala wieħed
mill-persunal permanenti fis-servizz ta’ l-uffiċjal li
minnu huwa jkun se jiġi jew huwa jkun ġie
rakkomandat għall-ħatra tiegħu; jew
(e) ikun uffiċjal li qed jirċievi salarju mingħand jew ikun
xort’oħra impjegat ma’ jew fis-servizz ta’ persuna
suġġetta jew ikun b’xi mod ieħor professjonalment
konness ma’ xi persuna suġġetta.
(7) Membru tal-Bord jista’ jinħeles mill-kariga mill-Ministru,
wara konsultazzjoni ma’ l-uffiċjal li jkun irrakkomanda lil dak il-
membru, abbażi ta’ inkapaċità  li jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu, sew minħabba f’inkapaċità  tal-moħħ jew tal-ġisem, jew
minħabba f’xi kawża oħra, jew minħabba f’imġieba ħażina;  u
għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, nuqqas ta’ attendenza kostanti
u mhux ġustifikat għal-laqgħat tal-Bord jista’ jitqies bħala li
jikkostitwixxi mġieba ħażina.
(8) Membru tal-Bord jista’ wkoll jirriżenja mill-kariga permezz
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      15
ta’ ittra li tiġi indirizzata lill-Ministru.
(9) Meta jirriżulta li jkun hemm xi vakanza fil-komposizzjoni
tal-membri tal-Bord għal xi raġuni li ma tkunx l-iskadenza taż-
żmien ta’ kariga, dik il-vakanza għandha, għall-kumplament taż-
żmien tal-kariga li tkun tbattlet, timtela minn xi membru ieħor li
jinħatar mill-Ministru minn fost lista ta’ mhux inqas minn tliet
persuni li jiġu nominati mill-uffiċjal li jkun innomina l-lista li
minnha l-membru li jkun battal il-kariga jkun ġie maħtur.
Chairman u Viċi 
Chairman tal-
Bord.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
20. Għandhom jinħatru Chairman u Viċi Chairman mill-Prim
Ministru wara konsultazzjoni mal-Ministru minn fost il-membri tal-
Bord. Iċ-Chairman ikun il-Kap tal-Korp u l-Viċi Chairman ikollu
l-poteri kollha li jwettaq il-funzjonijiet kollha taċ-Chairman meta
huwa jkun assenti jew inkapaċi li jaġixxi bħala Chairman jew
filwaqt li huwa jkun fuq btala jew matul xi vakanza fil-kariga ta’
Chairman.
Laqgħat tal-Bord.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
21. (1) Il-Bord għandu jiltaqa’ fi żmien xahar minn meta jiġi
kostitwit u mbagħad daqstant daqskemm ikun meħtieġ jew
spedjenti wara dakinhar, iżda f’ebda każ inqas spiss minn għaxar
darbiet fis-sena. Is-seduti tal-Bord għandhom jitlaqqgħu miċ-
Chairman b’inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta’ xi tnejn mill-
membri l-oħra jew fuq talba li ssir mid-Direttur.
(2) Il-Bord m’għandux jaġixxi kemm-il darba ma jkunx
preżenti quorum li jkun jikkonsisti fiċ-Chairman jew Viċi
Chairman u mhux inqas minn żewġ membri oħra. 
(3) Il-laqgħat tal-Bord għandhom ikunu presjeduti miċ-
Chairman, jew meta jkun assenti, mill-Viċi Chairman.
(4) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu adottati permezz
ta’ maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri presenti u li jivvotaw u
fil-każ ta’ voti ndaqs il-membru li jippresjedi waqt il-laqgħa jkollu
u jeserċita vot ieħor jew deċisiv. 
(5) Id-Direttur ikollu jedd jattendi s-seduti tal-Bord u jieħu
parti fid-diskussjonijiet, iżda ma jkollu ebda vot.  Salvi d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), jekk id-Direttur ikun assenti
minn xi seduta, dan ma jkunx jinvalida il-proċedimenti ta’ dik is-
seduta.
(6) Kull vakanza fost il-membri tal-Bord, u kull
parteċipazzjoni fih minn xi persuna li ma jkollhiex jedd tagħmel
dan, ma jkunx jinvalida l-proċedimenti tal-Bord.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Bord jista’
jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu.
(8) Kull azzjoni li ssir minn xi ħadd li jkun qed jaġixxi bonafidi
bħala membru tal-Korp tkun waħda valida daqslikieku huwa kien
membru minkejja li jkun hemm xi difett fil-ħatra jew fil-kwalifika
tiegħu li jinkixfu wara.
Deċiżjonijiet f’każ 
ta’ emerġenza.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
22. F’każ ta’ emerġenza, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu
mill-inqas minn żewġ membri tal-Bord, li wieħed minnhom ikun
iċ-Chairman jew il-Viċi Chairman.
  16      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
Il-persunal 
esekuttiv u dak 
ieħor tal-Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
23. Id-Direttur u l-uffiċjali l-oħra u l-persunal tal-Korp
għandhom jinħatru jew jiġu reklutati mill-Bord skond dawk il-
proċeduri u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet u f’dak l-għadd li
l-Bord jista’ jistabbilixxi.
Uffiċjal kordinatur 
tal-Pulizija.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
24. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jqabbad uffiċjal
tal-pulizija li ma jkunx taħt il-grad ta’ Spettur sabiex jagħmilha ta’
uffiċjal kordinatur biex jikkordina mal-Korp.
(2) Minkejja kull ħaġa oħra li tkun tgħid il-kuntrarju f’xi liġi
oħra l-uffiċjal kordinatur tal-pulizija li jitqabbad kif hawn qabel
imsemmi jkun marbut li jżomm sigrieta u konfidenzjali kull
informazzjoni li huwa jista’ jsir jaf biha bħala riżultat tad-dmirijiet
tiegħu bħala uffiċjal kordinatur mal-Korp u m’għandu jikxef dik l-
informazzjoni lil ħadd ħlief lil xi membru tal-Korp jew lil xi
wieħed mill-persunal tiegħu filwaqt li jkun qed jeserċita l-
funzjonijiet tiegħu ta’ uffiċjal kordinatur mal-Korp:
Iżda meta l-Korp ikun għamel rapport lill-pulizija skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att il-Korp jista, mingħajr preġudizzju
għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31(4), jawtorizza lill-uffiċjal
kordinatur li jiżvela lill-Pulizija, jew lil xi awtorità  kompetenti oħra
identifikata mill-Korp bħala li għandha interess fl-investigazzjoni
tar-rapport, kull  informazzjoni relevanti għal dak ir-rapport li seta’
ġie jew li għad jista’ jiġi magħruf mill-uffiċjal kordinatur tal-
pulizija filwaqt li jkun qed iwettaq dmirijietu mal-Korp.
(3) L-uffiċjal kordinatur tal-pulizija għandu, bla ħsara li jkun
konformi ma’ kull ħtieġa ta’ korp tal-pulizija, jagħmel disponibbli
lill-Korp jew lil xi membru tal-persunal tiegħu kull informazzjoni li
tkun għad-disposizzjoni tal-pulizija jew li tkun tagħmel parti mir-
records tal-pulizija daqstant li dik l-informazzjoni tkun relevanti
għall-eserċizzju tal-funzjonijiet tal-Korp.
(4) L-uffiċjal kordinatur tal-pulizija għandu jassisti l-Korp fl-
analisi u l-ipproċessar ta’ rapporti ta’ operazzjonijiet suspettużi u
ta’ informazzjoni u data ta’ tagħrif miġbura mill-Korp fl-eserċizzju
tal-funzjonijiet tiegħu u għandu jagħti parir lill-Korp dwar it-
teknikalitajiet investigattivi u fuq kull punt ta’ infurzar tal-liġi. 
Rappreżentanza 
legali u ġudizzjarja 
tal-Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
25. (1) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Korp tvesti fiċ-
Chairman u meta jkun assenti fil-Viċi Chairman:
Iżda l-Korp jista’ jaħtar lil xi membru wieħed jew iktar
minn fost il-membri l-oħra jew l-uffiċjali jew l-impjegati tiegħu
sabiex dawn jidhru f’isem u għan-nom tal-Korp fi proċedimenti
ġudizzjarji u f’kull att, kuntratt, istrument jew dokument ieħor ikun
liema jkun.
(2) Dokument li jkun maħsub bħala istrument magħmul jew
maħruġ mill-Korp u li jkollu jiġi ffirmat miċ-Chairman jew mill-
Viċi Chairman f’isem il-Korp ikun jista’ jinġieb bi prova u għandu,
sakemm ma tinġiebx prova xort’oħra, jitqies bħala istrument
magħmul jew maħruġ mill-Korp.
Konformità .
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
26. (1) Il-Korp ikun responsabbli biex jiżgura li persuni
suġġetti jħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u tar-regolamenti
magħmulin taħtu fil-qies li dawn ikunu japplikaw għalihom.
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      17
(2) Jekk il-Korp ikun hekk jikkunsidra dan jista’:
(a) jawtorizza lill-uffiċjali, l-impjegati jew l-aġenti, wara
li juru prova ta’ l-awtorità  li jkollhom, jeħtieġ li
persuna suġġetta tipprovdilu minnufih dik l-
informazzjoni jew dawk id-dokumenti li jkollhom
x’jaqsmu mal-proċeduri interni ta’ dik il-persuna
suġġetta għat-tħaris mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
u tar-regolamenti li jsiru taħtu u li jwieġeb għal kull
domanda li l-Korp jista’ raġonevolment ikun jeħtieġ
għat-twettieq tal-funzjonijiet tiegħu taħt is-subartikolu
(1);
(b) b’avviż bil-miktub li jiġi notifikat lil xi persuna
suġġetta jeħtieġ lil dik il-persuna li ġġib magħha, fi
żmien tliet ijiem fil-ħin u l-lok li jista’ jiġi speċifikat
f’dak l-avviż, dawk id-dokumenti li jistgħu jiġu hekk
speċifikati fl-avviż sakemm dawk id-dokumenti jkunu
raġonevolment meħtieġa mill-Korp għall-qadi tal-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.
(3) Meta jinġiebu d-dokumenti meħtieġa taħt is-subartikolu (2),
il-Korp jista’ jagħmel noti u jieħu kopji ta’ dawk id-dokumenti
kollha jew ta’ xi parti minn dawk id-dokumenti.
(4) Meta d-dokumenti meħtieġa taħt is-subartikolu (2) ma
jinġiebux, il-Korp jista’ jitlob lill-persuna suġġetta li kienet
meħtieġa tipproduċihom li tiddikjara, bil-miktub, għaliex dawk id-
dokumenti ma jkunux jistgħu jiġu prodotti. 
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27, awtorità
sorveljanti hija, għall-finijiet tas-subartikolu (2)(a), ikkunsidrata
bħala aġent tal-Korp.
Koperazzjoni ma’ 
l-awtoritajiet ta’ 
sorveljanza.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
27. (1) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att il-Korp għandu jikkopera ma’ l-
awtoritajiet ta’ sorveljanza sabiex ikun jista’ jassigura li s-sistemi
finanzjarji u xi sistemi oħra ma jintużawx għal finijiet kriminali u
hekk jissalvagwardja l-integrità  tagħhom.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali ta’
kull liġi oħra li tkun tapplika għalihom, l-awtoritajiet ta’
sorveljanza għandhom jestendu kull assistenza u koperazzjoni lill-
Korp fit-twettieq tar-responsabbiltajiet tiegħu taħt dan l-Att.
(3) Fil-ksib tar-responsabbiltajiet tiegħu taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26, il-Korp jista’ jitlob lil xi awtorità
sorveljanti li tagħmel kull jew xi ħaġa waħda minn dan li ġej u l-
awtorità  sorveljanti m’għandhiex raġonevolment iżżomm l-
assistenza tagħha milli:
(a) tipprovdi lill-Korp b’dik l-informazzjoni li l-awtorità
sorveljanti tista’ ssir taf biha filwaqt li tkun qed
twettaq il-funzjonijiet sorveljanti tagħha u li tkun
tindika li persuna suġġetta li tkun taqa’ taħt il-
kompetenza ta’ l-awtorità  sorveljanti tista’ ma tkunx
konformi mal-ħtiġiet taħt dan l-Att jew ma’
regolamenti li jsiru taħtu;
  18      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
(b) twettaq, f’isem il-Korp, eżamijiet fuq il-post fuq
persuni suġġetti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ l-
awtorità  sorveljanti bil-għan li jistabbilixxu li dik il-
persuna tkun qegħda tikkonforma ruħha mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u mar-regolamenti li
jsiru taħtu u li tirrapporta lill-Korp skond hekk.
(4) Il-Korp jista’ jawtorizza lil xi wieħed mill-uffiċjali jew l-
impjegati tiegħu li jakkumpanjaw lill-awtorità  sorveljanti f’kull
eżami li jsir fuq il-post li jista’ jkun meħtieġ mill-Korp taħt is-
subartikolu (3)(b) u kull tali uffiċjal jew impjegat ikollu jedd, meta
jġib, jekk ikun hekk mitlub, prova ta’ l-awtorità  tiegħu, li jidħol ġo
kull fond tal-persuna suġġetta li fuqha jkun qed isir eżami.
Dewmien ta’ 
esekuzzjoni ta’ 
operazzjoni 
suspettuża.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
28. (1) Meta persuna suġġetta tkun konxja jew tissuspetta li
operazzjoni li għandha tiġi esegwita jista’ jkollha x’taqsam ma’
money laundering dik il-persuna suġġetta għandha tgħarraf lill-
Korp qabel ma jesegwixxi l-operazzjoni billi tagħti kull
informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-operazzjoni inkluż il-
perjodu li fih din tkun se tiġi esegwita.  Dik l-informazzjoni tista’
tingħata telefonikament iżda għandha minnufih tiġi kkonfermata
permess ta’ facsimile jew b’xi mezz ieħor bil-miktub u l-Korp
għandu mal-ewwel jgħarraf lil min ikun bagħat dik l-informazzjoni
li din tkun waslitlu.
(2) Meta l-kwistjoni tkun waħda gravi jew urġenti u l-Korp
ikun jikkonsidra li tali azzjoni tkun meħtieġa, il-Korp jista’ jopponi
l-esekuzzjoni ta’ operazzjoni qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi
fis-subartikolu (1) u għandu minnufih jingħata avviż ta’ dik l-
oppożizzjoni permezz ta’ facsimile jew permezz ta’ kull kitba oħra.
(3) L-oppożizzjoni li ssir mill-Korp għandha żżomm l-
operazzjoni milli sseħħ għal erbgħa u għoxrin siegħa mill-waqt tan-
notifika msemmija fis-subartikolu (1) kemm-il darba l-Korp ma
jawtorizzax iktar kmieni, b’facsimile jew xort’oħra bil-miktub, l-
esekuzzjoni ta’ l-operazzjoni.
(4) Fejn fil-perjodu msemmi fis-subartikolu (1) ma tkun saret
ebda oppożizzjoni mill-Korp kif hemm ipprovdut fis-subartikolu
(2) il-persuna suġġetta involuta tista’ tipproċedi għall-esekuzzjoni
ta’ l-operazzjoni inkwistjoni u fejn tkun saret oppożizzjoni kif
hemm ipprovdut hawn aktar qabel, il-persuna suġġetta involuta
tista’ tgħaddi għall-esekuzzjoni ta’ l-operazzjoni inkwistjoni  malli
jiskadi l-perjodu msemmi fis-subartikolu (3) kemm-il darba fil-
frattemp ma jkunx ġie notifikat ordni ta’ sekwestru lill-persuna
suġġetta.
Azzjoni wara l-
esekuzzjoni ta’ 
operazzjoni 
suspettuża li ma 
tkunx tista’ 
tiddewwem.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
29. Meta persuna suġġetta tkun konxja jew tissuspetta
operazzjoni li għandha tiġi esegwita tista’ tkun marbuta ma’ money
laundering iżda ma tkunx kapaċi tinforma lill-Korp qabel ma tiġi
esegwita l-operazzjoni, jew għaliex ma jkunx possibbli li
tiddewwem l-operazzjoni minħabba fix-xorta tagħha, jew għaliex
id-dewmien fl-esekuzzjoni ta’ l-operazzjoni jista’ jipprevjeni l-
prosekuzzjoni ta’ l-individwi li jkunu qegħdin jibbenefikaw mill-
money laundering, il-persuna suġġetta għandha tinforma lill-Korp
minnufih wara li tesegwixxi l-operazzjoni  billi tagħti r-raġuni
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      19
għaliex il-Korp ma jkunx ġie hekk mgħarraf qabel ma jkun
esegwixxa l-operazzjoni.
Poter tal-Korp li 
jitlob 
informazzjoni.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
30. (1) Meta l-Korp jirċeivi rapport bħalma hemm imsemmi
fl-artikolu 16(1)(a) jew meta minn informazzjoni li jkollu fil-
pussess tiegħu l-Korp jissuspetta li xi persuna suġġetta setgħet
intużat għal xi operazzjoni suspetta li tinvolvi money laundering il-
Korp jista’ jitlob mingħand il-persuna suġġetta li tkun qed tagħmel
ir-rapport jew mingħand il-persuna suġġetta li tkun suspetta li tkun
intużat għal xi operazzjoni suspetta li tkun tinvolvi money
laundering kif ukoll minn kull persuna suġġetta oħra, mill-pulizija,
minn xi Ministeru tal-Gvern, dipartiment, aġenzija jew awtorità
pubblika oħra, jew mingħand xi persuna oħra, fiżika jew legali, u
mingħand xi awtorità  sorveljanti, informazzjoni addizzjonali li jqis
li jkun utli għall-fini ta’ l-integrazzjoni u l-analisi tar-rapport jew
informazzjoni li jkollu fil-pussess tiegħu.
Kap. 377.
Kap. 9.
(2) Minkejja kull ħaġa li jista’ jkun hemm fl-Att dwar is-
Segretezza Professjonali u kull obbligazzjoni ta’ segretezza jew
kunfidenzjalità  taħt kull liġi oħra l-persuna suġġetta jew kull
persuna oħra, fiżika jew legali, u kull awtorità  jew entità  li
mingħandha tintalab xi informazzjoni mill-Korp konformement
mad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandu jikkomunika l-
informazzjoni mitluba lill-Korp u għall-finijiet ta’ l-artikolu 257
tal-Kodiċi Kriminali kull tali kxif għandu jitqies li jkun żvelar ta’
informazzjoni lil awtorità  pubblika meħtieġ bil-liġi:
Kap. 9.
Kap. 12.
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu m’għandu jimplika li
hemm xi obbligazzjoni fuq l-Avukat Ġenerali li jikkomunika lill-
Korp xi informazzjoni li b’xi mod ikollha x’taqsam jew tkun
konnessa ma’ jew tkun waslet għandu bħala riżultat ta’ l-eserċizzju
li jsir minnu ta’ poteri msemmija fl-artikolu 91(3) tal-Kostituzzjoni
jew ta’ kull obbligazzjoni fuq xi persuna li tikkomunika lill-Korp
informazzjoni li kieku waqt proċedimenti legali jkunu protetti milli
jiġu żvelati bl-artikolu 642(1) tal-Kodiċi Kriminali jew bl-artikolu
588(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Trasmissjoni ta’ 
informazzjoni lill-
pulizija għall-
investigazzjoni.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
31. (1) Meta wara analisi ta’ rapport ta’ operazzjoni
suspettuża u ta’ l-informazzjoni li jkollu f’idejh relevanti għar-
rapport il-Korp ikun tal-fehma li jkun jippersisti  suspett serju ta’
money laundering, ir-rapport flimkien ma’ kull informazzjoni
relevanti li jkollu f’idu u r-riżultati tal-konklużjonijiet ta’ kull
analisi li ssir mill-Korp għandhom jintbagħtu lill-Pulizija għal iktar
investigazzjonijiet.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom  ikunu
wkoll japplikaw mutatis mutandis għal kull suspett ta’ money
laundering li l-Korp jista’ jkun ifforma abbażi ta’ informazzjoni li
jkollu f’idejh mingħajr ma jkun sar ebda rapport ta’ operazzjoni
suspettuża lill-Korp jew independentement minn kull tali rapport.
(3) Meta l-Korp jittrasmetti informazzjoni lill-Pulizija skond
ma hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) u jkun
hemm involuta persuna suġġetta li fuqha xi awtorità  jew aġenzija
jkollha funzjonijiet supervisorji jew regolatorji, il-Korp għandu
jgħarraf lil dik l-awtorità  jew aġenzija bl-azzjoni li tittieħed.
  20      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
(4) Meta l-Korp jittrasmetti informazzjoni lill-Pulizija
konformement mas-subartikoli (1) u (2), il-Korp għandu wara li
jagħmel dan jgħaddi lill-Pulizija kull informazzjoni relevanti
ulterjuri dwar dak is-suspett imwassal lill-Pulizija kif hawn qabel
imsemmi.
Informazzjoni.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
32. Il-Korp għandu, fuq talba tal-persuna suġġetta, jagħti lill-
persuna suġġetta li tirrapporta xi operazzjoni suspetta li tinvolvi
money laundering dik l-informazzjoni hekk kif il-Korp ikun iqis li
jkun ta’ interess għall-persuna suġġetta sabiex dik il-persuna
suġġetta tkun tista’ tirregola l-affarijiet tagħha u biex tassisti l-
Korp iwettaq dmirijietu taħt dan l-Att jew kull regolament li jsir
bis-saħħa tiegħu.
Ħjiel ta’ kxif li jsir 
mill-uffiċjali jew l-
impjegati tal-Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
33. Uffiċjal jew impjegat tal-Korp li, f’ċirkostanzi li ma
jkunux dawk ipprovduti fil-proviso għall-artikolu 24(2), jikxef lill-
persuna involuta jew lil terzi li tkun qegħda ssir mill-Korp xi
investigazzjoni, jew li tkun twasslet informazzjoni lill-Korp minn
xi persuna suġġetta, jew li l-Korp ikun għadda informazzjoni lill-
pulizija għall-investigazzjoni, ikun ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab
ħati, jeħel multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin elf lira (Lm50,000)
jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn ħames snin jew dik il-
multa u priġunerija flimkien. 
Kunfidenzjalità  u 
kxif permissibbli 
ta’ informazzjoni.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
34. (1) Il-Korp, u l-uffiċjali, l-impjegati u l-aġenti tiegħu, sew
jekk ikunu għadhom fis-servizz tal-Korp sew jekk le, m’għandhom
jiżvelaw ebda informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-affarijiet tal-
Korp jew ta’ xi persuna, fiżika jew legali, li huma jkunu kisbu fit-
twettieq ta’ dmirijiethom jew fl-eserċizzju tal-funzjonijiet tagħhom
taħt dan l-Att ħlief:
(a) meta jkunu awtorizzati jagħmlu dan taħt xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) għall-fini tal-qadi ta’ jew l-eserċizzju tal-funzjonijiet
tagħhom taħt dan l-Att;
(ċ) meta speċifikament u espressament meħtieġa jagħmlu
hekk taħt id-disposizzjoni ta’ xi liġi.
(2) Il-Korp jista’ jiżvela kull dokument jew informazzjoni
msemmija fis-subartikolu (1) lil xi organizzazzjoni barra minn
Malta li fil-fehma tal-Korp ikollha funzjonijiet simili għal dawk
tal-Korp u li jkollha dmirijiet simili ta’ segretezza u kunfidenzjalità
bħal dawk tal-Korp jew lil xi awtorità  sorveljanti f’Malta jew lil xi
awtorità  sorveljanti barra minn Malta li fil-fehma tal-Korp ikollha
dmirijiet simili għal dawk ta’ awtorità  sorveljanti f’Malta.
(3) Il-Korp jista’, b’mod partikolari, jirrofta  li jiżvela xi
dokument jew informazzjoni jekk:
(a) fil-fehma tiegħu dak il-kxif ikun jista’ jwassal li
jikkaġuna preġudizzju għal xi investigazzjoni
kriminali li tkun għaddejja f’Malta; jew
(b) minħabba f’ċirkostanzi eċċezzjonali dak il-kxif ikun
b’mod ċar għal kollox sproporzjonat ma’ l-interessi
leġittimi ta’ Malta jew ta’ xi persuna naturali jew
legali;  jew
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      21
(ċ) dak il-kxif ma jkunx skond il-prinċipji fondamentali
tal-liġi ta’ Malta:
Iżda kull rifjut taħt dan is-subartikolu għandu jiġi spjegat
b’mod ċar lill-korp jew l-awtorità  li tkun qed titlob l-iżvelar tad-
dokument jew ta’ l-informazzjoni.
(4) Il-Korp jista’ wkoll jiżvela kull dokument jew
informazzjoni msemmija fis-subartikolu (1) lil xi awtorità
kompetenti f’Malta jew barra minn Malta li tkun qed tinvestiga xi
att jew ommissjoni li jkunu saru f’Malta u li jkunu jikkostitwixxu,
jew jekk isiru barra minn Malta kienu kieku f’ċirkostanzi
korrispondenti jikkostitwixxu:
Kap. 101.
(a) xi wieħed mir-reati msemmija fl-artikolu 22(2)(a)(1)
ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi; jew
Kap. 31.
(b) xi wieħed mir-reati msemmija fl-artikolu
120A(2)(a)(1) ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni
Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha; jew
(ċ) kull reat ta’ money laundering fi ħdan it-tifsira ta’ dan
l-Att:
Iżda dak il-kxif għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li l-
informazzjoni jew id-dokument żvelat m’għandux, mingħajr il-
kunsens espress tal-Korp, jintuża għal xi fini oħra li ma tkunx dik
ta’ l-investigazzjoni jew għal xi prosekuzzjoni sussegwenti għar-
reat li jkun is-suġġett ta’ l-investigazzjoni jew għal xi proċeduri li
jistgħu jwasslu għall-konfiska ta’ xi rikavat minn dak ir-reat.
Id-dħul tal-Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
35. Id-dħul li jagħmel il-Korp ikun kompost minn:
(a)  drittijiet li jitħallsu lill-Korp għal servizzi li dan
jagħti;
(b) kirjiet, imgħaxijiet u profitti li jidħlu minn proprjetà,
depositi u assi oħra tal-Korp;
(ċ) flejjes li jingħaddewlu mill-Ministru;
(d) flus oħra li jistgħu jiġu riċevuti jew li jkunu ġew
riċevuti mill-Korp.
Poteri tal-Korp.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
36. (1) Il-Korp jista’:
(a) ikollu kontijiet f’banek;
(b) jinvesti l-assi likwidi tiegħu f’titoli ta’ l-ewwel klassi
għal żmien qasir u medju skond ma jiġi approvat mill-
Bord;
(ċ) jakkwista, jixtri, jikri jew jiddisponi minn proprjetà
mobbli jew immobbli kif ikun meħtieġ għat-tmexxija
ta’ l-affarijiet tiegħu jew għal kull fini anċillari jew
inċidentali għall-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-
Att.
(2) Għall-fini li jwettaq xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu taħt
dan l-Att, il-Korp jista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru,
jissellef jew jiġġenera flus b’tali mod, minn tali persuna, korp jew
  22      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
awtorità , u taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Ministru
jista’ japprova bil-miktub.
Avvanzi li jsiru 
mill-Gvern.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
37. Il-Ministru jista’ jagħmel avvanzi lill-Korp ta’ dawk l-
ammonti li l-Ministru jista’ jqis li jkunu meħtieġa mill-Korp sabiex
iwettaq xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, u jista’
jagħmel dawk l-avvanzi fuq dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
l-Ministru jista’ jqis li jkunu xierqa. Avvanzi bħal dawk  jistgħu
jsiru mill-Ministru mill-Fond Konsolidat, u mingħajr ebda
approprjazzjoni oħra minbarra dan l-Att, b’ordni ffirmat minnu
nnifsu li bih jawtorizza lill-Accountant General jagħmel dawk l-
avvanzi.
Estimi u nfiq.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
38. (1) Id-Direttur għandu, mhux iktar tard minn sitt ġimgħat
qabel it-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, jippreżenta lill-Bord estimi
tad-dħul u l-infiq tal-Korp għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih
wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja tal-Korp
għandhom jitħejjew u jiġu adottati f’dak iż-żmien li l-Ministru
jista’ b’avviż bil-miktub mogħti lill-Korp jispeċifika.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Korp għandu jagħmel mill-
aħjar biex jiżgura li d-dħul totali tal-Korp ikun għall-inqas
suffiċjenti biex ikopri l-ammonti kollha assenjati kif imiss għall-
Kont ta’ Dħul u Ħruġ tiegħu, inkluż iżda mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dik l-espressjoni, id-deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik l-għamla u għandu jkun
fihom dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni mas-snin ta’ qabel
hekk kif il-Bord jista’ jordna.
(4) Qabel it-tmiem ta’ kull sena finanzjarja l-Bord għandu
jikkonsidra u jadotta, bl-emendi jew mingħajrhom skond il-każ, l-
estimi ppreżentati lilu għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara.
(5) Jekk dwar xi sena finanzjarja jirriżulta li l-ammont
approvat mill-Bord ma jkunx suffiċjenti jew inkella li tkun oriġinat
il-ħtieġa għal nefqa għal xi skop li ma jkunx hemm ipprovdut
dwaru fl-estimi, id-Direttur jista’ jikkaġuna li jsiru estimi
supplimentari u li dawn jintbagħtu minnufih lill-Bord sabiex jiġu
adottati u f’kull tali każ id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att hekk kif
japplikaw għall-estimi għandhom daqstant daqskemm ikunu
jistgħu, japplikaw għall-estimi supplimentari.
Determinazzjoni u 
allokazzjoni ta’ 
profitti.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
39. Il-profitti kollha li jiġu realizzati mill-Korp għandhom
jitqegħdu ġewwa fond ta’ riserva li għandu jintuża għal dawk il-
finijiet hekk kif il-Korp jista’ jqis li jkun meħtieġ biex ikun jista’
jwettaq il-miri tal-Korp innifsu, inkluż il-ħlas lura tal-passiv li
jista’ jkun hemm.
Sena finanzjarja.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
40. Is-sena finanzjarja tal-Korp tibda fl-ewwel jum ta’ Jannar u
ttemm fil-wieħed u tletin jum ta’ Diċembru:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja għandha tibda fid-data tal-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu u għandha ttemm fil-wieħed u tletin
jum ta’ Diċembru tas-sena li tiġi minnufih wara.
MONEYLAUNDERING ġ K AP. 373.      23
Verifika.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
41. Il-Korp għandu jżomm kotba ta’ kontijiet kif imiss b’dak
il-mod hekk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jordna.
Dawk il-kontijiet għandhom jiġu verifikati minn awdituri li jinħatru
mill-Bord bi ftehim mal-Ministru minn fost persuni li jkunu
kwalifikati biex jinħatru awdituri ta’ kumpannija taħt il-liġi li għal
dak iż-żmien tkun fis-seħħ f’Malta, bħallikieku l-Korp kien xi
kumpannija bħal dik, u iktar minn hekk dan ikun suġġett għall-
verifika li ssir mill-Awditur Ġenerali.
Kontijiet annwali.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
42. (1) Il-Bord għandu, kemm jista’ jkun malajr imma  mhux
iktar tard minn tliet xhur wara li ttemm kull sena finanzjarja,
jibgħat lill-Ministru -
(a) kopja tal-kontijiet annwali hekk kif iċċertifikati mill-
awdituri;
(b) rapport dwar l-operazzjonijiet tal-Korp matul is-sena.
(2) Ir-rapport imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jitqiegħed
fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru mhux iktar tard minn sitt
ġimgħat wara t-twassil tiegħu, jew meta l-Kamra ma tkunx
f’sessjoni matul dak il-perjodu, mhux iktar tard mit-tieni ġimgħa
wara li l-Kamra terġa’ tibda bis-seduti tagħha.
Eżenzjoni minn 
taxxi.
Miżjud:
XXXI. 2001.4.
43. Il-Korp ikun eżenti minn kull responsabbiltà  għall ħlas ta’
taxxa fuq l-income u taxxa fuq id-dokumenti u trasferimenti taħt
kull liġi li tkun f’dak il-waqt fis-seħħ.
L-EWWEL SKEDA 
(Artikolu 2)
Article 3 (1) (a) of the United Nations Convention Against Illicit 
Traffic in Narcotic Drugs and Psychotropic Substances.
(i) The production, manufacture, extraction, preparation,
offering, offering for sale, distribution, sale, delivery
on any terms whatsoever, brokerage, dispatch,
dispatch in transit, transport, importation or
exportation of any narcotic drug or any psychotropic
substance contrary to the provisions of the 1961
Convention, the 1961 Convention as amended or the
1971 Convention;
(ii) The cultivation of opium poppy, coca bush or cannabis
plant for the purpose of the production of narcotic
drugs contrary to the provisions of the 1961
Convention and the 1961 Convention as amended;
(iii) The possession or purchase of any narcotic drug or
psychotropic substance for the purpose of any of the
activities enumerated in (i) above;
(iv) The manufacture, transport or distribution of
equipment, materials or of substances listed in Table I
and Table II, knowing that they are to be used in or for
the illicit cultivation, production or manufacture of
narcotic drugs, or psychotropic substances;
  24      KAP. 373. ħ           MONEYLAUNDERING
(v) The organization, management or financing of any of
the offences enumerated in (i), (ii), (iii) or (iv) above.
Emendata:
A.L. 71 ta’ l-1999.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 2)
• Reat kontra l-liġi dwar mediċini jew narkotiċi
perikolużi
• Transazzjonijiet illegali f’armi u f’armamenti
•   Min iressaq għal qligħ persuni taħt l-età  għall-
attivitajiet u skopijiet immorali
•   Negozju ta’ skjavi 
•   Piraterija
•   Min jaħtaf jew jissekwestra illegalment xi persuna 
•   Omiċidju volontarju
•   Offiża gravi volontarja kontra l-persuna 
•   Rikatt
•   Kull delitt kontra l-fiduċja pubblika
•   Kull delitt skond l-artikoli 197, 204, 205, 208 u 210
tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.
•   Serq
•   Kull delitt ta’ frodi skond il-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.
•   Kull delitt kontra l-Ordinanza tad-Dwana, Kap. 37.
•   Kull delitt kontra l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali, Kap.
50.
•   Kull delitt kontra l-Ordinanza dwar l-Armi, Kap. 66.
•   Kull delitt kontra l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’
Malta, Kap. 204.
•   Kull delitt kontra l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju,
Kap. 233.
•   Kull delitt li jikkostitwixxi ''att ta’ korruzzjoni'' kif
imfisser fl-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti
Kontra l-Korruzzjoni, Kap. 326.
