TRUSTS  ġKAP. 374.    1
KAPITOLU 374
ATT LI JIRRIKONOXXI TRUSTS
Biex Malta tirratifika l-Konvenzjoni fuq il-liġi applikabbli għal Trusts u
għall-għarfien tagħhom, u biex jagħmel xi emendi lill-Att dwar  Offshore
Trusts, Kap. 331.
(23 ta’ Settembru, 1994)*
Sar liġi bl-ATT XX ta’ l-1994.
Titolu fil-qosor.
Tifsir. 
xort’oħra -
"il-Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli
għal  trusts  u għall-għarfien tagħhom li ġiet addottata mill-
Konferenza ta’ l-Ajja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fl-20 ta’
Ottubru, 1984, u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 1992;
"trust" tfisser trust kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 tal-
Konvenzjoni.
(2) F’dan l-Att, jekk hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u t-test
Malti, it-test Ingliż għandu jipprevali.
ll-liġi applikabbli u 
l-għarfien ta’ 
trusts.
3. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 1 sa 12, 14, 15,
16 (l-ewwel paragrafu biss), 17, 18, u 22 (l-ewwel paragrafu biss)
tal-Konvenzjoni kif murija fl-Ewwel Skeda għal dan l-Att
għandhom iseħħu bħala liġi f’Malta.
(2) Skond l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni, fejn ir-regoli Maltin
dwar konflitt ta’ liġi jitolbu li jiġu applikati l-liġijiet ta’ Malta jew
ta’ Stat barrani fejn għandhom x’jaqsmu ma’ xi waħda mill-
ħwejjeġ li ġejjin:
(a) il-protezzjoni ta’ minuri jew persuni inkapaċi; 
(b) l-effetti persunali u partimonjali taż-żwieġ; 
(ċ) drittijiet tas-suċċessjoni, kemm minn testment jew ab
intestato,  speċjalment il-porzjoni riżervati tal-mara u
r-raġel u qraba;
(d) it-trasferiment ta’ titolu f’proprjetà u interessi
ipotekarji f’proprjetà;
(e) il-protezzjoni ta’ kredituri fi ħwejjeġ ta’ insolvenza; 
(f) il-protezzjoni, f’aspetti oħra, ta’ terzi persuni li
jaġixxu in bona fede,
hekk, ħlief kif hemm provdut fis-subartikolu li ġej, dawk il-liġijiet
għandhom jiġu applikati mill-qrati Maltin b’esklużjoni għad-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni sa fejn dawk il-liġijiet ma
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif ġie oriġinarjament promulgat,
liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji, u l-Avviż Legali 118 ta’ l-1994.
 2      KAP. 374.ħ      TRUSTS
jistgħux jiġu derogati b’att volontarju u huma nkompatibbli mal-
Konvenzjoni.
(3) Jekk persuna domiċiljata barra minn Malta tittrasferixxi jew
tiddisponi minn proprjetà mobbli matul ħajjitha lil jew favur ta’
trust -
(a) dik il-persuna titqies li kienet kapaċi li tagħmel hekk,
jekk fiż-żmien tat-trasferiment jew disponiment kienet
maġġorenni u kellha kapaċità mentali sħiħa taħt il-liġi
tad-domiċilju tagħha; u
(b) ebda regola dwar wirt jew suċċessjoni għal dik il-
proprjetà mobbli (li tinkludi, iżda bla ħsara għall-
ġeneralità ta’ dak imsemmi qabel, wirt furzat,
leġittima jew drittijiet simili) tal-liġi tad-domiċilju
tagħha jew ta’ xi sistema ta’ liġi barranija applikabbli
taħt ir-regoli Maltin ta’ konflitt ta’ liġi m’għandha
teffettwa l-għarfien ta’ dak it-trust mill-qrati ta’ Malta.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, "wirt furzat" ifisser
regola legali li tirrestrinġi d-dritt ta’ persuna li tiddisponi mill-
proprjetà tagħha matul ħajjitha sabiex dik il-proprjetà tiġi
priservata biex titqassam wara mewtha, jew li jkollha effett simili.
(4) Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni,
il-qrati m’għandhomx jagħtu effett lil trust  sa fejn id-
disposizzjonijiet tat-trust ikunu nkompatibbli ma’ regoli tal-liġi
Maltija li huma mandatarji, bla ma jittieħed każ tar-regoli Maltin
ta’ konflitt ta’ liġi.
(5) Bla ħsara għall-ġeneralità ta’ l-Artikolu 18 tal-
Konvenzjoni, il-qrati m’għandhomx jagħtu effett lil trust meta biex
jagħmlu hekk, ikun inkonsistenti ma’ l-ordni bażika pubblika tal-
liġi Maltija.
(6) Fl-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni, ir-referenza għal Stat
tinkludi referenza għal kull pajjiż jew territorju (kemm jekk parti
fil-Konvenzjoni jew le) li jkollu s-sistema legali tiegħu.
(7) L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni m’għandux jiftiehem bħala
li jolqot il-liġi li għandha tiġi applikata rigward xi ħaġa magħmula
jew li naqset li tiġi magħmula qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
(8) Xejn fil-Konvenzjoni ma għandu jkollu xi effett dwar l-
interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-liġijiet ta’ Malta rigward
materji fiskali.
TRUSTS  ġKAP. 374.    3
SKEDA
(Artikolu 3)
KONVENZJONI DWAR IL-LIĠI APPLIKABBLI GĦAL TRUSTS U DWAR L-
GĦARFIEN TAGĦHOM
KAPITOLU I - SKOP
Artikolu 1
Din il-Konvenzjoni tispeċifika l-liġi applikabbli għal trusts u tirregola l-għarfien
tagħhom.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, il-kelma trust tirreferi għar-relazzjoni legali
maħluqa - inter vivos jew b’mewt - minn persuna, is-settlor, fejn l-assi jitpoġġew
taħt il-kontroll ta’ trustee għall-benefiċċju ta’ benefiċjarju jew għal skop speċifikat.
Trust għandu dawn il-karatteristiċi:
(a) l-assi jikkostitwixxu fond separat u mhumiex parti mill-partimonju tat-
trustee innifsu;
(b) it-titolu ta’ l-assi tat-trust huma f’isem it-trustee jew f’isem persuna oħra
għan-nom tat-trustee;
(ċ) it-trustee għandu s-setgħa u d-dmir li, għar-rigward ta’ dak li għalih hu
responsabbli, jamministra, juża, jew jiddisponi mill-assi skond il-kundizzjonijiet tat-
trust u l-obligazzjonijiet speċjali mposti fuqu mil-liġi.
Sewwa jekk is-settlor iżomm xi drittijiet jew poteri, u sew jekk it-trustee innifsu
jkollu drittijiet bħala benefiċjarju, mhumiex neċessarjament inkonsistenti ma’ l-
eżistenza ta’ trust.
Artikolu 3
Il-Konvenzjoni tapplika biss għal trusts maħluqin volontarjament u bil-miktub.
Artikolu 4
Il-Konvenzjoni ma tapplikax għal kwistjonijiet preliminarji li jirrelataw għall-
validità ta’ testmenti jew ta’ atti oħra li bis-saħħa tagħhom assi jiġu trasferiti lit-
trustee.
Artikolu 5
Il-Konvenzjoni ma tapplikax għal trusts jew għal kategorija ta’ trusts safejn il-liġi
speċifikata fil-Kapitolu II ma tipprovdix għalihom.
KAPITOLU II - LIĠI APPLIKABBLI
Artikolu 6
Trust għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mis-settlor. L-għażla għandha tkun
espressa jew impliċità kif provdut fid-dokument tat-trust jew fil-kitba li turi l-
 4      KAP. 374.ħ      TRUSTS
eżistenti ta’ trust interpretati, jekk hemm bżonn, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ.
Meta l-liġi magħżula skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu ta’ qabel ma
tipprovdix għal trusts jew għal kategorija ta’ trust in kwistjoni, l-għażla ma jkollhiex
effett u l-liġi speċifikata fl-Artikolu 7 għandha tapplika.
Artikolu 7
Meta ebda liġi applikabbli ma tkun ġiet magħżula, trust għandu jiġi rregolat bil-
liġi li magħha huwa l-aktar marbut.
Biex jiġi aċċertat ma’ liema liġi trust huwa l-aktar marbut, għandha ssir riferenza
in partikolari għal:
(a) il-post ta’ l-amministrazzjoni tat-trust msemmi mis-settlor; 
(b) is-situs ta’ l-assi tat-trust;
(ċ) il-post tar-residenza jew tax xogħol tat-trustee;
(d) l-għanijiet tat-trust u l-postijiet fejn dawn għandhom jiġu esegwiti.
Artikolu 8
Il-liġi speċifikata mill-Artikoli 6 jew 7 għandha tirregola l-validità tat-trust, l-
interpretazzjoni tiegħu, l-effetti tiegħu u l-amministrazzjoni tat-trust.
B’mod partikolari dik il-liġi għandha tirregola -
(a) il-ħatra, riżenja u tneħħija ta’ trustees, il-kapaċità li taġixxi bħala trustee, u
l-passaġġ ta’ l-uffiċċju ta’ trustee minn wieħed għal ieħor;
(b) id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ trustees bejniethom;
(ċ) id-dritt tat-trustees li jiddelegaw fl-intier jew in parti t-twettiq tad-dmirijiet
tagħhom jew l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom;
(d) is-setgħa tat-trustee li jamministra jew jiddisponi minn assi tat-trust, li
jikkreja drittijiet ipotekarji jew ta’ garanzija fuqhom, jew li jakkwista assi ġodda;
(e) is-setgħa ta’ trustees li jinvestu;
(f) restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien ta’ trust, u fuq is-setgħa li d-dħul ta’ trust
jiġi akkumulat;
(g) ir-relazzjonijiet bejn it-trustees  u l-benefiċjarji inkluża r-responsabbiltà
persunali tat-trustees lejn il-benefiċjarji;
(h) il-varjazzjoni jew terminazzjoni tat-trust; 
(i) id-distribuzzjoni ta’ l-assi tat-trust;
(j) id-dmir ta’ trustees li jagħtu kont ta’ l-amministrazzjoni tagħhom. 
Artikolu 9
Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu aspett tat-trust li jista’ jinqata’ mill-oħrajn,
b’mod partikolari ħwejjeġ ta’ amministrazzjoni, jistgħu jiġu regolati minn liġi
differenti.
TRUSTS  ġKAP. 374.    5
Artikolu 10
Il-liġi applikabbli għall-validità ta’ trust għandha tiddetermina jekk dik il-liġi jew
il-liġi li tirregola xi aspett li jista’ jinqata’ mill-oħrajn, jistax jiġi sostitwit b’liġi
oħra.
KAPITOLU III - GĦARFIEN 
Artikolu 11
Trust ikkrejat skond liġi speċifikata mill-Kapitolu ta’ qabel dan għandu jiġi
mogħti għarfien bħala trust.
Dak l-għarfien għandu jimplika, bħala minimu, illi l-proprjetà tat-trust
tikkostitwixxi fond separat, illi t-trustee jista’ jfittex jew jiġi mfittex fil-qorti fil-
kwalità tiegħu ta’ trustee, u illi hu jista’ jidher jew jaġixxi f’dik il-kwalità quddiem
nutar jew kull persuna li tkun qed taġixxi f’kapaċità uffiċjali.
Sa fejn il-liġi applikabbli għat-trust teħtieġ jew tipprovdi, dak l-għarfien għandu
b’mod partikolari jimplika -
(a) illi l-kredituri persunali tat-trustee ma jkollhom ebda jedd kontra l-assi tat-
trust;
(b) illi l-assi tat-trust m’għandhomx jiffurmaw parti mill-patrimonju tat-trustee
meta dan ikun fi stat ta’ insolvenza jew falliment;
(ċ) illi l-assi tat-trust m’għandhomx jifformaw parti mill-proprjetà matrimonjali
tat-trustee u l-konjuġi tiegħu u l-anqas parti mill-assi ereditarji tiegħu ma’ mewtu;
(d) illi l-assi tat-trust jistgħu jiġu rkuprati meta t-trustee bi ksur tat-trust, ikun
ħallat l-assi tat-trust ma’ l-assi tiegħu jew ikun aljena assi tat-trust. B’danakollu id-
drittijiet u obbligazzjonijiet ta’ terza persuna li jkollha f’idejha dawk l-assi
għandhom jibqgħu regolati bil-liġi determinata skond ir-regoli ta’ għażla ta’ liġi tal-
forum.
Artikolu 12
Fejn it-trustee jixtieq jirreġistra assi, mobbli jew immobbli, jew dokumenti ta’
titolu għalihom, hu jkollu d-dritt, sa fejn dan ma jkunx projbit minn jew
inkonsistenti mal-liġi ta’ l-Istat fejn ir-reġistrazzjoni tkun mitluba, li jagħmel hekk
fil-kwalità tiegħu ta’ trustee jew b’xi mod ieħor li l-eżistenza tat-trust tkun murija.
Artikolu 14
Din il-Konvenzjoni m’għandhiex tostakola l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ liġi aktar
favorevoli għall-għarfien ta’ trusts.
KAPITOLU IV - KLAWSOLI ĠENERALI 
Artikolu 15
Il-Konvenzjoni ma tostakolax l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-liġi
speċifikata mir-regoli ta’ konflitt ta’ liġi tal-forum, sa fejn dawk id-disposizzjonijiet
ma jistgħux jiġu derogati b’att volontarju, u li jirreferu b’mod partikolari għall-
materji li ġejjin:
 6      KAP. 374.ħ      TRUSTS
(a) il-protezzjoni ta’ minuri u persuni inkapaċi; 
(b) l-effetti persunali u patrimonjali taż-żwieġ; 
(ċ) drittijiet suċċessorji, kemm minn testment jew ab intestato, speċjalment il-
porzjonijiet riżervati ta’ l-armel jew ta’ l-armla u qraba tal-mejjet;
(d) it-trasferiment ta’ titolu fi proprjetà u interessi ipotekarji fi proprjetà; 
(e) il-protezzjoni ta’ kredituri f’materja ta’ insolvenza; 
(f) il-protezzjoni, f’aspetti oħra, ta’ terzi persuni li jaġixxu in bona fede.
Jekk l-għarfien tat-trust ma jkunx jista’ jingħata minħabba l-applikazzjoni tal-
paragrafu preċedenti, il-qorti għandha tipprova tagħti effett lill-għanijiet tat-trust
b’mezzi oħra.
Artikolu 16
Il-Konvenzjoni ma tostakolax l-applikazzjoni ta’ dawk id-disposizzjonijiet tal-liġi
tal-forum li għandhom jiġu applikati anke f’sitwazzjonijiet internazzjonali,
irrispettivament mir-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet.
Artikolu 17
F’din il-Konvenzjoni il-kelma "liġi" tifisser ir-regoli ta’ liġi fis-seħħ fi Stat barra
mir-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet.
Artikolu 18
Id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jistgħu jiġu mwarrba meta l-
applikazzjoni tagħhom tkun manifestament inkompatibbli ma’ l-ordni pubbliku
(ordre public).
Artikolu 22
Din il-Konvenzjoni tapplika għal trusts irrispettivament mid-data li fiha jkunu
ġew ikkrejati.
