REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ ġ K AP. 375.      1
KAPITOLU 375
Emendat:
XVII. 2002.194.
ATT  DWAR REATI GĦAL INSIDER DEALING U 
ABBUŻ MIS-SUQ
Biex jirregola reati dwar l-insider dealing u abbuż mis-suq.
23 ta’ Settembru, 1994
L-ATT XXI ta’ l-1994 u ġie emendat bl-Atti XXV ta’ l-1995, XVII ta’ l-
2002 u IV ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XVII. 2002.194.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Reati għal
Insider Dealing u Abbuż mis-Suq.
Tifsir.
Emendat:
XXV.1995.434;
XVII. 2002.196.
Kap. 386.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"azzjoni", relattivament għal kumpanniji mhux inkorporati taħt l-
Att dwar Kumpanniji, għandha l-istess tifsira bħal ma għandha
relattivament għal kumpanniji hekk inkorporati;
Kap. 345.
"borża rikonoxxuta" tfisser il-borża rikonoxxuta u kull exchange
ta’ investimenti rikonoxxut skond l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji;
"borża ta’ investiment" tfisser organizzazzjoni li żżomm sistema
li biha offerta ta’ negozjar f’titoli magħmula minn sottoskrittur
għall-organizzazzjoni tiġi kkomunikata, mingħajr ma tinkixef l-
identità  tiegħu, lil sottoskritturi oħrajn għall-organizzazzjoni, u li
biha tiġi reġistrata u konfermata l-aċċettazzjoni ta’ dik l-offerta
minn xi wieħed minn dawk is-sottoskritturi l-oħra;
Kap. 386.
"debenture", relattivament għal kumpanniji mhux inkorporati
taħt l-Att dwar Kumpanniji għandha l-istess tifsira bħal ma
għandha relattivament għal kumpanniji hekk inkorporati;
"impjegat pubbliku" tfisser -
(a) uffiċjal pubbliku;
(b) membru, funzjonarju, impjegat tal-Bank Ċentrali ta’
Malta, ta’ borża rikonoxxuta u ta’ l-Awtorità  għas-
Servizzi Finanzjarji ta’ Malta;
(ċ) kull persuna li tiġi dikjarata, b’ordni li jkun iseħħ
f’dak iż-żmien, li tkun impjegat pubbliku għall-finijiet
ta’ dan l-Att; 
"jobber" tfisser individwu, soċjetà  jew kumpannija li
jinnegozjaw f’titoli f’borża rikonoxxuta u li jkunu rikonoxxuti
mill-Kunsill tal-Borża bħala li jagħmlu xogħol ta’ jobber;
"kumpannija" tfisser kumpannija, korp statutorju jew entità  oħra
li toħroġ titoli;
"kumpannija msieħba", relattivament għal kumpannija, tfisser
kull korp ġuridiku li jkun is-sussidjarju ta’ dik il-kumpannija jew
holding company, jew sussidjarju tal-holding company ta’ dik il-
kumpannija;
  2      KAP. 375. ħ       REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ
"market maker" tfisser persuna (kemm jekk tkun individwu,
soċjetà  jew kumpannija) li - 
(a) tippreżenta ruħha fil-ħinijiet normali kollha skond ir-
regoli ta’ borża rikonoxxuta bħala persuna li tkun
tixtieq tixtri u tbiegħ titoli bil-prezzijiet speċifikati
minnha; u
(b) tkun rikonoxxuta bħala li tkun qed tagħmel hekk minn
dik il-borża rikonoxxuta.
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi; 
Kap. 370.
Kap. 345.
"off market dealer" tfisser persuna li tinnegozja bħala prinċipal
jew aġent bis-saħħa ta’ liċenza mogħtija skond l-artikolu 3 ta’ l-Att
dwar Servizzi ta’ Investiment u mhux bħala stockbroker fil-kunċett
ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji;
"offerta ta’ takeover għal kumpannija" tfisser offerta magħmula
lid-detenturi kollha (jew lid-detenturi kollha minbarra l-persuna li
tagħmel l-offerta u n-nominees tagħha) ta’ l-azzjonijiet fil-
kumpannija biex jakkwistaw dawk l-azzjonijiet jew proporzjon
speċifikat minnhom, jew lid-detenturi kollha (jew lid-detenturi
kollha minbarra l-persuna li tagħmel l-offerta u n-nominees tagħha)
ta’ klassi partikolari ta’ dawk l-azzjonijiet biex jakkwistaw l-
azzjonijiet ta’ dik il-klassi jew proporzjon minnhom;
"parir jew jipprokura", tinkludi tħajjar, tinkoraġġixxi, tagħti
pariri, iġġiegħel jew tirrakkomanda, u d-derivattivi grammatikali
tagħhom għandhom jiftiehmu f’dan is-sens;
"titoli" tfisser kull azzjonijiet, obbligazzjonijiet, titoli
ekwivalenti għal azzjonijiet u obbligazzjonijiet, u tinkludi kuntratti
għas-sottoskrizzjoni, akkwist jew bejgħ ta’ titoli, kif ukoll futures,
contracts, options, financial futures u index contracts għar-rigward
ta’ titoli;
"titoli kwotati", relattivament għal kumpannija, tfisser
kwalunkwe titoli tal-kumpannija kwotati f’borża rikonoxxuta;
"titoli reklamati", relattivament għal okkorrenza partikolari,
tfisser titoli kwotati jew titoli li dwarhom, mhux aktar minn sitt
xhur qabel dik l-okkorrenza, tkun ġiet ippubblikata informazzjoni li
tindika l-prezzijiet li bihom persuni jkunu nnegozjaw jew kienu
lesti li jinnegozjaw f’dawk it-titoli sabiex jiġi faċilitat in-negozju
f’dawk it-titoli.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, individwu jitqies li jkun konness
ma’ kumpannija jekk, iżda biss jekk - 
(a) ikun direttur jew membru ta’ dik il-kumpannija jew ta’
kumpannija msieħba; jew
(b) ikun jokkupa pożizzjoni bħala uffiċjal (li ma jkunx
direttur) jew impjegat ta’ dik il-kumpannija jew ta’
kumpannija msieħba jew pożizzjoni li tinvolvi
relazzjoni professjonali jew kummerċjali bejnu nnifsu
(jew bejn il-prinċipal tiegħu jew kumpannija li tagħha
huwa jkun direttur) u l-ewwel kumpannija jew
kumpannija msieħba li fil-każ il-wieħed u l-ieħor tkun
REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ ġ K AP. 375.      3
raġonevolment mistennija li tagħtih aċċess għal
informazzjoni li, relattivament għat-titoli ta’
kumpannija l-waħda u l-oħra, tkun informazzjoni
sensittiva għall-prezz mhux ippubblikata.
(3) Kull riferenza f’dan l-Att għal informazzjoni sensittiva
għall-prezz mhux ippubblikata relattivament għal kwalunkwe titoli
ta’ kumpannija hija riferenza għal informazzjoni ta’ natura preċiża
jew speċifika li ma tkunx ġiet pubblikata u li tirrigwarda
kumpanniji li jkunu ħarġu titoli, jew it-titoli nfushom, u li kieku
kellha tigi ippubblikata x’aktarx ikollha effett sinifikanti jew
materjali fuq il-prezz jew valur ta’ dawk it-titoli.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, persuna titqies li tkun qed
tinnegozja f’titoli jekk (direttament u indirettament u kemm bħala
prinċipal jew aġent) tixtri jew tbiegħ jew taqbel li tixtri jew tbiegħ
xi titoli; u riferenzi għal negozjar f’titoli f’borża rikonoxxuta
jinkludu negozjar f’titoli permezz ta’ borża ta’ investiment.
(5) (a) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, persuna li (kemm bħala
prinċipal jew aġent) tixtri jew tbiegħ jew taqbel li tixtri
jew tbiegħ investimenti, kif din il-kelma hija mfissra
fil-paragrafu (b), meta l-iskop jew l-iskop propost
imsemmi f’dak il-paragrafu jkun li wieħed jagħmel
profitt jew li jevita telf għal kollox jew f’parti
b’riferenza għat-tlugħ u nżul fil-valur jew prezz tat-
titoli, għandha titqies bħallikieku kienet qiegħda
tinnegozja fit-titoli fondamentali.
(b) Għall-finijiet tal-paragrafu (a), "investimenti" għandha
tfisser drittijiet taħt kuntratt għal differenzi jew taħt xi
kuntratt ieħor li l-iskop jew skop propost tiegħu ikun li
wieħed jagħmel profitt jew li jevita telf b’riferenza
għal tlugħ u nżul fil-valur jew prezz ta’ proprjetà  ta’
kwalunkwe deskrizzjoni jew f’indiċi jew fattur ieħor
speċifikat għal dak l-iskop fil-kuntratt.
(6) Off market dealer għandu jitqies -
(a) li jinnegozja f’titoli reklamati, jekk huwa jinnegozja
f’dawk it-titoli jew jaġixxi bħala intermedjarju
f’konnessjoni ma’ negozju magħmul minn persuni
oħra f’dawk it-titoli (riferenzi għal funzjonarju,
impjegat jew aġent ta’ negozjant tali li jkun jinnegozja
f’dawk it-titoli għandhom jiftiehmu skond hekk), u
(b) li jkun qed imexxi suq ta’ titoli, jekk fil-kors tan-
negozju tiegħu bħala off market dealer huwa
jippreżenta ruħu kemm lix-xerrejja prospettivi kif
ukoll lill-bejjiegħa prospettivi ta’ dawk it-titoli (li ma
jkunux xerrejja jew bejjiegħa partikolari) bħala li jkun
lest biex jinnegozja fihom xort’oħra milli f’borża
rikonoxxuta.
(7) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 6, individwu jitqies li jkun qed
jinnegozja permezz ta’ off market dealer jekk dan ta’ l-aħħar ikun
parti fit-transazzjoni, ikun aġent għal parti jew l-oħra fit-
transazzjoni jew ikun qed jaġixxi bħala intermedjarju f’konnessjoni
  4      KAP. 375. ħ       REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ
mat-transazzjoni.
Kap. 386.
(8) Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
kliem u espressjonijiet użati f’dan l-Att għandu jkollhom l-istess
tifsir u l-istess interpretazzjoni bħat-tifsir u l-interpretazzjonijiet
mogħtija lil dawk il-kliem u espressjonijiet fl-Att dwar
Kumpanniji.
(9) F’dan l-Att u f’kull regolamenti magħmula taħtu, jekk ikun
hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u t-test Malti għandu jipprevali
t-test Ingliż.
Projbizzjoni ta’ 
negozju tal-borża 
minn insiders, eċċ.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5,
individwu li jkun jew li f’xi żmien kien, xjentement konness ma’
kumpannija ma għandux f’borża rikonoxxuta jinnegozja f’titoli ta’
dik il-kumpannija jekk huwa jkollu informazzjoni li - 
(a) huwa jkollu bis-saħħa li jkun konness mal-
kumpannija; u
(b) huwa jkun jaf li tkun informazzjoni sensittiva għall-
prezz mhux ippubblikata dwar dawk it-titoli.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, individwu
li jkun, jew li f’xi żmien kien, xjentement konness ma’ kumpannija
ma għandux f’borża rikonoxxuta jinnegozja f’titoli ta’ xi
kumpannija oħra jekk ikollu informazzjoni li - 
(a) huwa jkollu bis-saħħa li jkun konness ma’ l-ewwel
kumpannija;
(b) huwa jkun jaf li tkun informazzjoni sensittiva għall-
prezz mhux ippubblikata dwar dawk it-titoli ta’ dik il-
kumpannija oħra; u
(ċ) ikollha x’taqsam ma’ xi transazzjoni (attwali jew
proġettata) li tinvolvi kemm l-ewwel kumpannija u dik
il-kumpannija oħra, jew li tinvolvi kumpannija
minnhom u titoli ta’ l-oħra, jew li jkollha x’taqsam
mal-fatt illi xi transazzjoni tali ma tkunx baqgħet
proġettata.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) għandhom
japplikaw fejn - 
(a) individwu jkollu informazzjoni li huwa jkun
xjentement akkwista jew irċieva, direttament jew
indirettament, mingħand individwu ieħor li jkun
konness ma’ kumpannija partikolari jew li f’xi żmien
kien hekk konness, u
(b) l-individwu ta’ l-ewwel ikun jaf jew ikollu raġuni
biżżejjed għalfejn jemmen li l-individwu l-ieħor ikollu
l-informazzjoni bis-saħħa li hu jkun hekk konness.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, fil-każijiet
kontemplati fis-subartikolu (3), l-individwu ta’ l-ewwel ma
għandux huwa stess jinnegozja -
(a) f’borża rikonoxxuta f’titoli ta’ dik il-kumpannija jekk
huwa jkun jaf li l-informazzjoni tkun informazzjoni
REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ ġ K AP. 375.      5
sensittiva għall-prezz mhux ippubblikata dwar dawk
it-titoli, u
(b) f’borża rikonoxxuta f’titoli ta’ xi kumpannija oħra
jekk huwa jkun jaf li dik l-informazzjoni tkun
informazzjoni sensittiva għall-prezz mhux
ippubblikata dwar dawk it-titoli u jkollha x’taqsam
ma’ xi transazzjoni (attwali jew proġettata) li tinvolvi
l-ewwel kumpannija u l-kumpannija l-oħra, jew li
tinvolvi waħda minnhom u titoli ta’ l-oħra, jew li
jkollha x’taqsam mal-fatt li xi transazzjoni tali ma
tkunx baqgħet proġettata.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, meta
individwu jkun qed jipproġetta, jew ikun ipproġetta, li jagħmel
(kemm jekk ma’ persuna oħra jew le) offerta ta’ takeover għal
kumpannija f’kapaċità  partikolari, dak l-individwu m’għandux
jinnegozja f’borża rikonoxxuta f’titoli ta’ dik il-kumpannija
f’kapaċità  oħra jekk ikun jaf li informazzjoni li l-offerta tkun
proġettata, jew ma tkunx baqgħet proġettata, tkun informazzjoni
sensittiva għall-prezz mhux ippubblikata dwar dawk it-titoli.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, meta
individwu ikun kiseb jew irċieva xjentement, direttament jew
indirettament, mingħand individwu li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), informazzjoni li l-offerta
msemmija f’dak is-subartikolu tkun qed tiġi proġettata, jew ma
tkunx baqgħet proġettata, l-individwu ta’ l-ewwel ma għandux
huwa nnifsu jinnegozja f’borża rikonoxxuta f’titoli ta’ dik il-
kumpannija jekk ikun jaf li l-informazzjoni tkun informazzjoni
sensittiva għall-prezz mhux ippubblikata dwar dawk it-titoli.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, individwu
li f’dak iż-żmien li jkun ikun projbit b’xi disposizzjoni ta’ dan l-
artikolu milli jinnegozja f’borża rikonoxxuta f’xi titoli ma għandux
jagħti parir jew jipprokura lil xi persuna oħra biex tinnegozja
f’dawk it-titoli, meta jkun jaf jew ikollu għalfejn jaħseb li dik il-
persuna tkun sejra tinnegozja fihom f’borża.
(8) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, individwu
li f’dak iż-żmien li jkun ikun projbit, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, milli jinnegozja f’borża rikonoxxuta f’xi titoli
minħabba li huwa jkollu xi informazzjoni, ma għandux
jikkomunika dik l-informazzjoni lil xi persuna oħra jekk ikun jaf
jew ikollu għalfejn jaħseb li dik il-persuna jew xi persuna oħra
jkunu se jagħmlu użu minn dik l-informazzjoni sabiex jinnegozjaw,
jew sabiex jagħtu parir jew jipprokuraw lil xi persuna oħra biex
tinnegozja, f’borza rikonoxxuta f’dawk it-titoli.
Abbuż ta’ 
informazzjoni 
miksuba f’kapaċità  
uffiċjali.
4. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw għal kull informazzjoni li - 
(a) tkun għand impjegat pubbliku jew individwu li qabel
kien impjegat pubbliku bis-saħħa tal-pożizzjoni tiegħu
bħala impjegat pubbliku, jew li tkun inkisbet jew ġiet
riċevuta xjentement minn individwu, direttament jew
indirettament, mingħand impjegat pubbliku jew
  6      KAP. 375. ħ       REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ
mingħand individwu li qabel kien impjegat pubbliku li
huwa jkun jaf jew ikollu għalfejn jaħseb li tkun
għandu bis-saħħa ta’ xi pożizzjoni tali; u
(b) li l-individwu li jkollu dik l-informazzjoni jkun jaf li
tkun informazzjoni sensittiva għall-prezz mhux
ippubblikata dwar titoli ta’ kumpannija partikolari,
f’dan l-artikolu msemmija bħala "it-titoli rilevanti".
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
għal impjegat pubbliku jew individwu li qabel kien impjegat
pubbliku li jkollu informazzjoni li għaliha japplika dan l-artikolu u
għal kull individwu li xjentement ikun kiseb jew irċieva
kwalunkwe informazzjoni tali, direttament jew indirettament,
mingħand impjegat pubbliku jew mingħand individwu li qabel kien
impjegat pubbliku li huwa jkun jaf jew ikollu għalfejn jaħseb li dik
l-informazzjoni kienet għandu bis-saħħa tal-pożizzjoni tiegħu jew
bis-saħħa tal-pożizzjoni li huwa kellu qabel bħala impjegat
pubbliku.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, individwu
li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu - 
(a) m’għandux jinnegozja f’xi titoli rilevanti f’borża
rikonoxxuta;
(b) m’għandux iħajjar jew jipprokura lil xi persuna oħra
biex tinnegozja f’xi titoli bħal dawk, meta jkun jaf jew
ikollu għalfejn jaħseb li dik il-persuna l-oħra tkun
sejra tinnegozja fihom f’borża rikonoxxuta; u
(ċ) m’għandux jikkomunika lil xi persuna oħra l-
informazzjoni miżmuma jew, skond il-każ, miksuba
jew riċevuta minnu kif imsemmi fis-subartikolu (2)
jekk ikun jaf jew ikollu għalfejn jaħseb li dik il-
persuna jew xi persuna oħra tkun se tagħmel użu minn
dik l-informazzjoni sabiex tinnegozja, jew sabiex
tagħti parir jew tipprokura lil xi persuna oħra biex
tinnegozja, f’xi titoli bħal dawk f’borża rikonoxxuta.
Miżuri mill-Bank 
Ċentrali.
Sostitwit:
XVII. 2002.197.
5. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha titqies li tipprojbixxi lil
uffiċjali jew impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, li jkunu qegħdin
jaġixxu f’dik il-kapaċità , milli jagħmlu xi operazzjoni jew milli
jieħdu xi miżura konformement ma’ xi politika monetarja jew
politika dwar rati tal-kambju jew il-maniġġ ta’ xi dejn pubbliku.
Negozjar off 
market f’titoli 
reklamati.
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 għandhom japplikaw dwar - 
(a) negozjar xort’oħra milli f’borża rikonoxxuta ta’ titoli
reklamati ta’ kwalunkwe kumpannija - 
(i) permezz ta’ off  market dealer li jkun qed imexxi
suq ta’ dawk it-titoli, meta wieħed ikun jaf li dan
ikun off  market dealer,  li jkun qed imexxi suq
ta’ dawk it-titoli u li t-titoli jkunu titoli
reklamati; jew
(ii) bħala off market dealer li jkun qed imexxi suq
ta’ dawk it-titoli jew bħala uffiċjal, impjegat jew
REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ ġ K AP. 375.      7
aġent ta’ negozjant tali li jkun qed jaġixxi fil-
kors tan-negozju tan-negozjant;
(b) l-għoti ta’ parir jew li wieħed jipprokura lil persuna
biex tinnegozja f’titoli reklamati meta wieħed ikun jaf
jew ikollu għalfejn jaħseb li dik il-persuna tkun sejra
tinnegozja fihom kif imsemmi fil-paragrafu (a);
(ċ) l-ikkomunikar ta’ xi informazzjoni meta wieħed ikun
jaf jew ikollu għalfejn jaħseb li din tkun sejra tintuża
għal dak in-negozjar jew għal dak l-għoti ta’ parir jew
prokurar, bħal ma japplikaw dwar negozjar f’titoli
f’borża rikonoxxuta u dwar l-għoti ta’ parir jew
prokurar jew l-ikkomunikar ta’ kwalunkwe
informazzjoni f’konnessjoni ma’ dak in-negozjar.
Restrizzjoni fuq il-
promozzjoni ta’ 
negozjar off market 
barra minn Malta.
Emendat:
IV. 2003.183.
7. (1) Individwu li, għar-raġuni li jkollu informazzjoni, ikun
għal dak iż-żmien projbit b’xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 3 jew 4 milli jinnegozja f’xi titoli ma għandux- 
(a) jagħti parir jew jipprokura lil xi persuna oħra biex
tinnegozja f’dawk it-titoli meta jkun jaf jew ikollu
għalfejn jaħseb li dik il-persuna tkun sejra tinnegozja
fit-titoli barra minn Malta f’xi borża li ma tkunx borża
rikonoxxuta; jew
(b) jikkomunika dik l-informazzjoni lil xi persuna oħra
meta jkun jaf jew ikollu għalfejn jaħseb li dik il-
persuna jew xi persuna oħra tkun sejra tagħmel użu
mill-informazzjoni sabiex tinnegozja, jew tagħti parir
jew tipprokura lil xi persuna oħra biex tinnegozja, fit-
titoli barra minn Malta f’xi borża li ma tkunx borża
rikonoxxuta.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
jipprojbixxu lil individwu, għar-raġuni li jkollu xi informazzjoni,
milli jaġixxi kif hemm imsemmi fl-artikolu 5.
(3) Individwu m’għandux, għar-raġuni li jkollu informazzjoni
li jkollha x’taqsam ma’ transazzjoni partikolari, ikun projbit b’xi
disposizzjoni ta’ dan l-artikolu milli jagħmel xi ħaġa jekk huwa
jagħmel dik il-ħaġa sabiex jiffaċilita t-tlestija jew l-esekuzzjoni tat-
transazzjoni.
Stabbilizzazzjoni 
tal-prezzijiet. 
8. Ebda disposizzjoni li tinsab fl-artikoli 3, 4, 6 jew 7 ma
għandha tipprojbixxi lil individwu milli jagħmel xi ħaġa għal skop
ta’ stabbilizzazzjoni tal-prezz tat-titoli jekk huwa jagħmel dik il-
ħaġa skond ir-regoli preskritti mill-Ministru bis-saħħa ta’ dan l-Att:
Iżda l-obbligu li jiġi ppruvat li dan l-artikolu japplika jkun
fuq il-persuna akkużata b’offiża taħt dan l-Att.
Mandatarji.
Emendat:
IV. 2003.184.
9. (1) Meta mandatarju jew, fejn mandatarju jkun korp
ġuridiku, individwu jkun qed jaġixxi għal dak il-mandatarju li,
apparti mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 jew, skond il-każ, ta’ l-
artikolu 7(2), ikun projbit b’xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 3 sa 7, it-tnejn inklużi, milli jinnegozja, jew jagħti parir jew
jipprokura lil xi persuna oħra biex tinnegozja f’xi titoli, jinnegozja
  8      KAP. 375. ħ       REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ
f’dawk it-titoli jew jagħti parir jew jipprokura lil xi persuna oħra
biex tinnegozja fihom, huwa għandu jiġi preżunt li jkun aġixxa kif
għandu jkun jekk ikun aġixxa fuq il-parir ta’ persuna li - 
(a) lilu kienet tidher li kienet persuna adatta biex
mingħandha jieħu dak il-parir, u
(b) lilu ma kenitx tidher li kienet projbita bid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4, 6 jew 7 milli
tinnegozja f’dawk it-titoli.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), l-espressjoni "kif għandu
jkun" għandha tfisser xort’oħra milli bil-għan li jagħmel qligħ jew
li jevita telf (kemm jekk għalih innifsu jew għal persuna oħra) bl-
użu ta’ l-informazzjoni in kwistjoni.
Reati dwar abbuż 
mis-suq.
Miżjud:
XVII. 2002.198.
9A. Ebda persuna ma għandha -
(a) ixxerred informazzjoni falza, esaġerata jew qarrieqa,
ixxerred għejdut falz, jew twettaq operazzjonijiet jew
transazzjonijiet li jkunu simulati jew artifiċjali li huma
maħsuba, jew li jistgħu jew x’aktarx:
(i) li jinfluwenzaw il-provvista, it-talba jew prezz
ta’ titoli;
(ii) joħolqu impressjoni jew dehra falza jew qarrieqa
ta’ suq attiv jew kummerċ attiv f’titoli, bil-għan
biex b’mod artifiċjali jkun simulat jew li jħajjar
ix-xiri jew il-bejgħ ta’ dawk it-titoli minn
oħrajn; jew
(b) xort’oħra timmanipula s-suq tat-titoli bl-użu ta’ mezzi
artifiċjali, transazzjoni fittizja jew imġieba oħra
qarrieqa jew manipulattiva.
Pieni għal reati.
Emendat:
XVII. 2002.199.
10. (1) Individwu li jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3,
4, 6, 7 jew 9A ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta
mhux iżjed minn mitejn u ħamsin elf lira (Lm250,000) jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn seba’ snin jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(2) Ma għandhomx isiru proċedimenti għal reat taħt dan l-
artikolu ħlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(3) Ebda transazzjoni ma għandha titqies li tkun nulla jew
annullabbli minħabba biss f’li tkun saret bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4, 6, 7 jew 9A.
(4) Meta taħt xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, persuna tkun
projbita milli tagħmel xi att, hija għandha tkun projbita milli
tagħmel xi att bħal dak direttament jew indirettament, u kemm jekk
personalment jew permezz ta’ l-użu jew l-intermedjazzjoni ta’ xi
persuna oħra.
REATI GĦAL INSIDERDEALING U ABBUŻ MIS-SUQ ġ K AP. 375.      9
Koordinazzjoni 
ma’ awtoritajiet 
oħra.
Miżjud:
XVII. 2002.200.
Kap. 345.
10A.  Għall-fini li tiġi żgurata konformità  ma’ dan l-Att, u
sabiex jiġi prevjenut, investigat jew jiġu mikxufa attivitajiet li
jammontaw jew x’aktarx jammontaw għal insider dealing, jew
abbużi fis-suq taħt il-liġi ta’ Malta jew xi liġi barranija, l-Awtorità
ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji għandha tikkoordina l-isforzi
tagħha u tiskambja informazzjoni u xort’oħra tikkollabora mal-
Listing Authority fi ħdan it-tifsira ta’ l-Att dwar is-Swieq
Finanzjarji, mar-Reġistratur tal-Kumpanniji u ma’ awtoritajiet oħra
lokali jew barranin li jissorveljaw, jenforzaw jew ta’ xorta
ġudizzjarja, li l-funzjonijiet tagħhom jinkludu l-kxif, il-prevenzjoni
jew il-prosekuzzjoni fil-każ ta’ reati dwar insider dealing jew
abbużi fis-suq:
Iżda persuna jew korp li jirċievu informazzjoni li tkun ġiet
hekk skambjata -
(a) jkunu soġġetti għar-regoli li jirregolaw is-segretezza
professjonali għar-rigward ta’ dik l-informazzjoni; u
(b) jkunu jistgħu biss jużaw dik l-informazzjoni hekk
riċevuta għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi
tagħhom skond il-liġi u fil-kuntest ta’ proċedimenti
ġudizzjarji jew amministrattivi li jkunu speċifikament
jirrigwardaw l-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet:
Iżda wkoll informazzjoni skambjata minn awtorità
kompetenti f’Malta lil xi awtorità  barranija bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu tista’, bil-kunsens espress ta’ l-awtorità  kompetenti
msemmija, tintuża għal finijiet oħra jew titressaq quddiem
awtoritajiet oħra kompetenti f’dak il-pajjiż.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti. 
Emendat:
XVII. 2002.201.
11. (1) Jekk ikun jidher lill-Ministru li l-membri, uffiċjali jew
impjegati ta’, jew persuni xort’oħra konnessi ma’ xi korp li lilu
jkun jidher li qed jeżerċita funzjonijiet pubbliċi jista’ jkollhom
aċċess għal informazzjoni sensittiva għall-prezz mhux ippubblikata
dwar titoli, huwa jista’ b’ordni jiddikjara li dawk il-persuni
għandhom jitqiesu li jkunu impjegati pubbliċi għall-finijiet ta’ dan
l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni jiddikjara li borża ta’ investiment
f’Malta jew barra minn Malta tiġi meqjusa li tkun borża
rikonoxxuta għall-finijiet ta’ dan l-Att.
Kap. 370.
(3) Il-Ministru, fuq il-parir tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’
Malta u ta’ l-awtorità  kompetenti taħt l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment, jista’ jagħmel regoli jew regolamenti sabiex
jippreskrivi l-operazzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni tal-prezzijiet
permessi b’dan l-Att, u jista’ jippreskrivi dawk ir-regolamenti għal
kategoriji partikolari ta’ titoli jew negozjanti u jista’ jippreskrivi
regolamenti differenti għal kategoriji differenti ta’ titoli jew
negozjanti.
