ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     1
KAPITOLU 376
ATT DWAR ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI
Biex jirregola l-kummerċ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.
15 ta’ Novembru, 1994
L-ATT XXII ta’ l-1994, kif emendat bl-Atti XXIV u XXV ta’ l-1995, XVII
ta’ l-2002 u IV ta’ l-2003.
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Istituzzjonijiet Finanzjarji. 
Tifsir. 
Emendat:
XXIV.1995.362;
XXV.1995.434;
XVII. 2002.203.
2. (1) F’dan l-Att, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"awtorità  kompetenti" tfisser il-korp imsemmi fl-artikolu 12(2);
"azzjoni ta’ ekwità " tfisser azzjoni nominali f’kumpannija meta
t-tiżmim ta’ azzjonijiet ikun jintitola lill-azzjonista għall-jedd li
jivvota, għall-profitti disponibbli lill-azzjonisti għad-distribuzzjoni
u għall-attiv disponibbli għad-distribuzzjoni waqt l-istralċ tal-
kumpannija u "tiżmim ta’ azzjonijiet ta’ ekwità " għandha tiftiehem
skond hekk;
Kap. 204.
"Bank Ċentrali" tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta kif imfisser fl-
Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
"direttiva lill-istituzzjonijiet finanzjarji" tfisser direttiva
maħruġa minn l-awtorità  kompetenti biex tirregola istituzzjonijiet
finanzjarji;
"direttur" tinkludi individwu li jkun jokkupa l-pożizzjoni ta’
direttur ta’ kumpannija, imsejjaħ b’isem ikun li jkun, li jkollu s-
setgħa li jmexxi sostanzjalment l-istess funzjonijiet relattivi għad-
direzzjoni tal-kumpannija bħal dawk magħmula minn direttur u
relattivament għal kumpannija reġistrata jew inkorporata barra
minn Malta tinkludi membru ta’ bord jew aġent jew rappreżentant
lokali ta’ dik il-kumpannija;
"faċilità  ta’ kreditu" tfisser is-self ta’ somma ta’ flus b’avvanz,
overdraft jew self jew xi linja oħra ta’ kreditu inkluż l-iskontar ta’
kambjali u promissory notes,  garanziji, indennizzi,
aċċettazzjonijiet, kambjali mdawra b’avall u kuntratti finanzjarji;
"fergħa" tfisser fond ta’ istituzzjoni finanzjarja, li ma jkunx l-
uffiċċju prinċipali, minn fejn jitmexxa kummerċ ta’ l-istituzzjoni;
"fondi tagħha stess" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha
b’direttiva lill-istituzzjonijiet finanzjarji;
"funzjonarju", relattivament għal kumpannija, tinkludi direttur,
soċju, manager jew segretarju ta’ kumpannija jew kull persuna li
tkun effettivament taġixxi f’dik il-kariga kemm jekk tkun ġiet
maħtura formalment jew le;
  2      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
"grupp ta’ kumpanniji" tfisser kumpanniji li għandhom l-istess
holding company inkluża l-holding company innifisha;
Kap. 386.
"holding company" jew "parent company" għandha l-istess tifsir
kif mogħti lill-frażi parent company fl-Att dwar il-Kumpanniji; 
"istituzzjoni finanzjarja" tfisser kull persuna li b’mod regolari
jew abitwali tikseb holdings jew twettaq xi attività  mniżżla fl-
Iskeda akkont u għar-riskju tal-persuna li tkun qed twettaq dik l-
attività :
Kap. 371.
Iżda dawk l-attivitajiet ma jkunux finanzjati billi jittieħdu
depożiti jew fondi oħra li jitħallsu lura mill-pubbliku kif imfisser
fl-Att dwar il-Kummerċ Bankarju:
Kap. 370.
Iżda wkoll dan l-Att ma għandux japplika għal xi waħda
mill-attivitajiet ta’ hawn fuq li tkun regolata taħt l-Att dwar
Servizzi ta’ Investiment;
"kambjali għall-kummerċ" tfisser kambjali u promissory notes;
"kapital azzjonarju kwalifikanti" tfisser l-ekwità  diretta jew
indiretta ta’ kapital azzjonarju ta’ għall-anqas għaxra fil-mija ta’ l-
azzjonijiet b’ekwità  ta’ kumpannija; iżda meta d-drittijiet
miżmuma dwar il-percentaġġ ta’ voti, ta’ profitti disponibbli għal
tqassim u ta’ drittijiet għall-attiv li jkun disponibbli għat-tqassim
max-xoljiment rispettivament għal azzjonijiet b’ekwità  ma jkunux
identiċi, l-ogħla figura ta’ percentaġġ għandha titqies li hi l-
percentaġġ ta’ l-azzjonijiet b’ekwità  miżmuma, u "azzjonista
kwalifikanti" għandha tiftiehem skond hekk;
"korp ġuridiku" tfisser korp ta’ persuni li jkollu personalità
ġuridika distinta minn dik tal-membri tiegħu;
"kontroll" tfisser is-setgħa biex jiġu stabbiliti l-policies
finanzjarji u operattivi ta’ korp ġuridiku; is-setgħa li jinħatru jew
jitneħħew il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi jew ta’
korp governanti ekwivalenti u s-setgħa li jintefgħu l-maġġoranza
tal-voti f’laqgħa tal-bord tad-diretturi jew korp governattiv ieħor;
"kontrollur" tfisser persuna li, waħedha jew flimkien ma’ oħrajn,
teżerċita kontroll relattivament għal korp ġuridiku;
Kap. 386.
"kumpanija" tfisser kumpanija b’responsabbiltà  limitata
kostitwita f’Malta skond l-Att dwar il-Kumpanniji jew xi liġi li
tista’ minn żmien għal żmien tkun fis-seħħ, jekk kumpanija
inkorporata barra minn Malta, kemm-il darba dik il-kumpanija,
jekk mhux inkorporata f’Malta, tkun hekk tikkwalifika biex tkun
inkorporata taħt il-liġijiet ta’ Malta;
"liċenza" relattivament għall-kummerċ ta’ istituzzjoni
finanzjarja, tfisser liċenza mogħtija skond dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi; 
Kap. 373. "money laundering" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-Att
kontra Money Laundering;
"qorti" tfisser il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili;
"rabtiet mill-qrib" tirreferi għal sitwazzjoni fejn żewg persuni
jew iktar ikollhom rabta:
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     3
(a) bil-parteċipazzjoni, permezz ta’ proprjetà  diretta jew
permezz ta’ kontroll ta’ għoxrin fil-mija jew iktar tal-
jeddijiet tal-voti jew tal-kapital ta’ korp ġuridiku; jew
(b) bil-kontroll, permezz ta’ relazzjoni bejn parent
company u kumpanija sussidjarja; jew
(ċ) permanenti ma’ l-istess persuna unika permezz ta’
relazzjoni ta’ kontroll;
Kap. 386.
dwar Kumpanniji; u
Kap. 386.
"sussidjarja" għandha l-istess tifsira bħal "impriża sussidjarja"
fl-Att dwar Kumpanniji;
Kap. 330.
"Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji" jew "Tribunal" tfisser it-
Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji stabbilit taħt l-Att dwar l-
Awtorità  ta’ Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
(2) Persuna ma titqiesx li hija istituzzjoni finanzjarja minħabba
fil-fatt li dik il-persuna jew -
(a) tagħmel parti minn grupp ta’ kumpanniji u tipprovdi xi
attivitajiet imniżżia fl-Iskeda lil kumpanniji li ma
jkunux banek jew istituzzjonijiet finanzjarji u li jkunu
parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji; jew
(b) tagħmel u toħroġ kambjali għall-kummerċ bħala parti
mill-attività  tagħha taħt arranġamenti ta’ hire
purchase, jew ta’ bejgħ li jsir bi kreditu meta l-
kambjali għall- kummerċ isiru għall prezz dovut:
Iżda meta persuna ma titqiesx li hija istituzzjoni finanzjarja
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) u (b), dik il-persuna
għandha, qabel tibda l-attivitajiet tagħha, titlob konferma mingħand
l-awtorità  kompetenti li hi titqies li hi eżentata mill-ħtieġa ta’
liċenza taħt l-artikolu 3.
ĦTIĠIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZI
Liċenzi għall-
kummerċ ta’ 
istituzzjonijiet 
finanzjarji.
3. (1) Ebda kummerċ ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandu
jsir f’Malta jew minn Malta ħlief minn kumpannija li jkollha
liċenza mogħtija taħt dan l-Att mill-awtorità  kompetenti.
(2) Fil-każ ta’ dubju raġonevoli dwar jekk xi attività  tkun
tikkonsisti f’kummerċ ta’ istituzzjoni finanzjarja, jew jekk
kummerċ ta’ istituzzjoni finanzjarja jkun jew ma jkunx qed isir
f’Malta jew minn Malta minn xi persuna, il-kwistjoni għandha tiġi
konklużivament deċiża mill-awtorità  kompetenti.
(3) L-għoti ta’ liċenza għandu jkun suġġett għal dritt annwali li
l-awtorità  kompetenti tista’ tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
Applikazzjoni għal 
liċenza.
Emendat:
XVII. 2002.204.
4. (1) Kull kumpannija li tixtieq tibda kummerċ ta’
istituzzjoni finanzjarja f’Malta għandha, qabel ma tibda xi
kummerċ bħal dak, tapplika bil-miktub lill-awtorità  kompetenti
għal-liċenza skond dan l-Att.
(2) L-applikazzjonijiet kollha għal liċenza għandhom ikunu
f’dik l-għamla u għandu jkollhom magħhom dik l-informazzjoni u
  4      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
jkunu konformi ma’ dawk il-kondizzjonijiet li tista’ tiġi preskritta
minn żmien għal żmien minn direttiva lill-istituzzjonijiet
finanzjarji u applikazzjoni tista’ tiġi irtirata biss b’avviż bil-miktub
li jingħata lill-awtorità  kompetenti fi żmien qabel l-għoti jew iċ-
ċaħda irtirata tal-liċenza.
(3) L-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tordna lil
kull persuna biex tipprovdi dik l-informazzjoni li hija tqis meħtieġa
għad-deċiżjoni ta’ applikazzjoni għal liċenza u għad-deċiżjoni ta’
jekk liċenza għandhiex tiġi ristretta jew revokata.
Ħruġ ta’ liċenza.
Emendat:
XVII. 2002.205.
5. (1) Ebda kumpannija ma għandha tingħata liċenza kemm-il
darba - 
(a) il-fondi tagħha stess, kemm jekk f’liri Maltin jew fi
flus oħra aċċettabbli għall-awtorità  kompetenti, ma
jkunux jammontaw għall-valur ta’ dak l-ammont
stabbilit mill-awtorità  kompetenti kif adattat skond l-
attivitajiet li obbliga ruħu li jagħmel l-applikant;
(b) ma jkunx hemm mill-inqas żewġ individwi li jkunu
effettivament se jmexxu l-kummerċ ta’ l-istituzzjoni
finanzjarja f’Malta;
(ċ) l-azzjonisti kwalifikattivi, kontrolluri u l-persuni
kollha li jkunu effettivament se jmexxu l-kummerċ ta’
l-istituzzjoni finanzjarja ma jkunux persuni adatti biex
jassiguraw il-management prudenti tagħha;
(d) l-awtorità  kompetenti ma tkunx sodisfatta li, meta jkun
hemm rabtiet mill-qrib bejn dik il-kumpannija u
persuna jew persuni oħra, dawk ir-rabtiet ma jtellfuhix
bil-mezz ta’ xi liġi, regolament, disposizzjoni
amministrattiva jew b’xi mod ieħor, milli teżerċita
sorveljanza effettiva ta’ dik il-kumpannija taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi direttiva lil
istituzzjonijiet finanzjarji:
Iżda:
(i) dwar il-paragrafi (a), (b) u (ċ), jekk l-applikant
ikun istituzzjoni finanzjarja awtorizzata f’pajjiż
ieħor, ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-
istess pajjiż fejn tkun reġistrata u, jew
liċenzjata;
(ii) dwar il-paragrafu (d), il-kumpannija għandha,
wara li tkun liċenzjata taħt dan l-Att, tinforma
lill-awtorità  kompetenti minnufih b’kull tibdil
fiċ-ċirkostanzi dwar l-applikazzjoni ta’ l-
imsemmi paragrafu (d) u tkun meħtieġa wkoll li
tipprovdi lill-awtorità  kompetenti bl-
informazzjoni meħtieġa biex issegwi t-tħaris
mal-kondizzjonijiet imsemmija f’dak il-
paragrafu (d) fuq bażi kontinwa.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tiddeċiedi kull
applikazzjoni għal liċenza fi żmien tliet xhur minn meta tkun
irċeviet l-applikazzjoni jew, jekk l-applikazzjoni ma tkunx taqbel
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     5
ma’ l-artikolu 4(2) jew tkun meħtieġa aktar informazzjoni, fi żmien
tliet xhur mit-tħaris ta’ l-imsemmi subartikolu jew il-provvediment
ta’ l-informazzjoni, skond il-każ, liema jkun ta’ l-aħħar. F’kull każ
l-applikazzjoni għandha tiġi deċiża fi żmien sitt xhur minn meta
tiġi riċevuta.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħti jew tiċħad li tagħti
liċenza li dwarha tkun saret applikazzjoni skond dan l-Att u meta
tirrifjuta applikazzjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miktub
bir-raġunijiet għar-rifjut.
(4) Fl-għoti ta’ liċenza l-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel
istituzzjoni suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li jidhrilha
xieraq, u meta tkun tat liċenza tista’, minn żmien għal żmien, tibdel
jew tħassar kull kondizzjoni hekk imposta jew timponi
kondizzjonijiet ġodda.
(5) Meta l-awtorità  kompetenti tonqos għal kwalunkwe raġuni
li tiddeċiedi applikazzjoni għal liċenza fiż-żmien preskritt taħt is-
subartikolu (2), dan il-fatt għandu jitqies li jikkostitwixxi rifjut li
tagħti liċenza.
(6) Kumpannija, wara li tkun liċenzjata taħt dan l-Att, ma
għandhix tħalli l-fondi tagħha stess jinżlu taħt l-ammont stabbilit
fil-liċenza tagħha jew kif jista’ jkun meħtieġ mill-awtorità
kompetenti minn żmien għal żmien, kemm-il darba dak it-tnaqqis
ma jkunx ta’ natura temporanja u jkun sar wara li tkun inkisbet l-
approvazzjoni bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti.
Restrizzjoni u 
tħassir ta’ liċenza.
Emendat:
XVII. 2002.206.
6. (1) Liċenza awtomatikament tieqaf milli jkollha effett jekk
id-detentur tal-liċenza:
(a) jirrinunzja l-liċenza; jew
(b) ma jibdiex il-kummerċ bis-saħħa tal-liċenza fi żmien
sitt xhur mill-ħruġ tagħha, jew f’dak il-perijodu ieħor
ta’ żmien li jista’ jkun speċifikat fil-liċenza; jew
(ċ) jiġi dikjarat fallut jew jibda likwidazzjoni jew jagħmel
ftehim mal-kredituri jew ikun xort’oħra xolt; jew
(d) ma jkunx baqa’ jaħdem bħala riżultat ta’ merger ma’
istituzzjoni finanzjarja oħra; jew
(e) ikun fergħa ta’ istituzzjoni finanzjarja inkorporata
barra minn Malta u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż
ta’ inkorporazzjoni jirtiraw l-awtorizzazzjoni lil dik l-
istituzzjoni.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ timponi restrizzjonijiet fuq
liċenza jew tista’ tħassar liċenza f’kull waħda minn dawn iċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk xi dokument jew informazzjoni li jkunu ma’ l-
applikazzjoni għal liċenza jew xi informazzjoni
mogħtija in konnessjoni magħha jkunu foloz f’xi
partikolarità  sostanzjali jew jekk id-detentur tal-
liċenza jaħbi, jew jonqos milli javża, lill-awtorità
kompetenti xi dokument jew informazzjoni jew xi
bidla fihom li kien fid-dmir tiegħu li juri jew li javża
  6      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
skond dan l-Att; jew
(b) jekk id-detentur tal-liċenza ma jkomplix jagħmel
kummerċ ta’ istituzzjoni finanzjarja f’Malta għal aktar
minn tliet xhur; jew
(ċ) jekk id-detentur tal-liċenza jonqos milli jħares xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew il-
kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenza; jew
(d) jekk id-detentur tal-liċenza ma jkunx għadu
jippossjedi fondi tiegħu stess; jew
(e) jekk id-detentur tal-liċenza x’aktarx ma jkunx jista’
jonora l-obbligi tiegħu; jew
(f) jekk id-detentur tal-liċenza ma jkollux attiv biżżejjed
biex ikopri l-passiv tiegħu; jew
(g) jekk l-awtorità  kompetenti tkun tal-fehma li, minħabba
fil-mod ta’ kif l-istituzzjoni finanzjarja tkun qed
tmexxi jew tkun bi ħsiebha tmexxi l-affarijiet tagħha,
jew għal xi raġuni oħra, l-integrità  tas-sistema
finanzjarja tal-pajjiż tkun mhedda.
(3) Ir-restrizzjonijiet imposti mill-awtorità  kompetenti bis-
saħħa tas-subartikolu (2) għandhom ikunu dawk ir-restrizzjonijiet li
l-awtorità  kompetenti jkun jidhrilha li jkunu xierqa sabiex l-
istituzzjoni finanzjarja tħares kif imiss id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-liċenza tagħha u
għall-protezzjoni ta’ l-integrità  tas-sistema finanzjarja tal-pajjiż u
jistgħu jinkludu (mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’
hawnhekk):
(a) it-tneħħija ta’ kull funzjonarju ta’ l-istituzzjoni
finanzjarja jew ir-rimpjazzament ta’ kull funzjonarju
b’dik il-persuna li l-awtorità  kompetenti tista’ tagħżel;
(b) il-ħtieġa li kwalunkwe persuna li direttament jew
indirettament tkun tippossjedi kapital azzjonarju
kwalifikanti fl-istituzzjoni finanzjarja tirrinunzja dak
il-holding kollu jew parti minnu;
(ċ) il-ħtieġa li l-istituzzjoni finanzjarja tieħu jew iżżomm
milli tieħu xi azzjoni;
(d) il-ħtieġa li l-istituzzjoni finanzjarja tiġi projbita milli
timpenja ruħha f’xi transazzjoni jew transazzjonijiet
jew xi attività  li hemm fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att
jew titħalla timpenja ruħha f’xi transazzjoni jew
transazzjonijiet jew xi attività  elenkata fl-Iskeda fuq
dawk il-patti biss li l-awtorità  kompetenti tista’
tippreskrivi.
(4) L-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tvarja jew
tneħħi kwalunkwe restrizzjonijiet imposti taħt dan l-artikolu.
(5) Liċenza mogħtija lil fergħa ta’ istituzzjoni finanzjarja
inkorporata barra minn Malta tista’ titħassar biss wara
konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’
inkorporazzjoni, kemm-il darba l-awtorità  kompetenti ma
tiddeċidix li l-kwistjoni tkun urġenti jew li jkun hemm ċirkostanzi
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     7
fejn ikun improprju li ssir dik il-konsultazzjoni minn qabel.
(6) Mar-restrizzjoni jew tħassir ta’ liċenza ta’ istituzzjoni
finanzjarja inkorporata f’Malta, l-awtorità  kompetenti għandha
tavża lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ kwalunkwe stat
barrani li fih l-istituzzjoni finanzjarja jew is-sussidjarji tagħha
jkunu qed jagħmlu xi attività  li hemm fl-Iskeda li tinsab ma’ dan il-
Att jew kull attività  oħra li l-awtorità  kompetenti jista’ jidhrilha li
tkun komplimentari għall-attivitajiet ta’ dik l-istituzzjoni f’Malta.
(7) Meta l-awtorità  kompetenti tkun sodisfatta li ċ-ċirkostanzi
hekk jeħtieġu, din tista’ f’kull żmien tippubblika kull azzjoni li
tkun ħadet taħt dan l-artikolu.
Avviż ta’ proposta 
ta’ tibdil, 
restrizzjoni jew 
tħassir ta’ liċenza.
Emendat:
XVII. 2002.207.
7. (1) Meta l-awtorità  kompetenti jkollha l-ħsieb:
(a) li tibdel xi kundizzjoni li għaliha tkun suġġetta liċenza
jew li timponi kundizzjoni magħha; jew
(b) li tirrestrinġi jew tħassar liċenza jew tibdel xi
restrizzjoni li għaliha tkun suġġetta liċenza,
hija għandha tinnotifika b’avviż bil-miktub il-ħsieb tagħha lill-
istituzzjoni finanzjarja u għandha tispeċifika r-raġunijiet li
minħabba fihom l-awtorità  kompetenti bi ħsiebha li tieħu azzjoni.
(2) Kull avviż mogħti taħt subartikolu (1) għandu jispeċifika
perijodu li fih l-istituzzjoni finanzjarja tkun intitolata li tagħmel
rappreżentazzjonijiet lill-awtorità  kompetenti għaliex dik l-azzjoni
ma għandhiex tittieħed.
(3) Kemm-il darba l-awtorità  kompetenti ma’ tiddeċidix li l-
kwistjoni tkun urġenti, hija ma għandhiex timponi jew tvarja xi
restrizzjoni jew kundizzjoni jew tħassar liċenza qabel ma’ jkun
għadda dak il-perijodu kif stipulat fis-subartikolu (2).
Tibdil fl-
informazzjoni.
Miżjud:
XVII. 2002.208.
7A. Istituzzjoni finanzjarja liċenzjata taħt dan l-Att għandha
tipprovdi lill-awtorità  kompetenti b’dawk il-partikolaritajiet ta’
kull tibdil fl-informazzjoni provduta taħt dan l-Att malli l-
istituzzjoni finanzjarja ssir taf b’dak it-tibdil.
OBBLIGI TA’ DETENTURI TA’ LIĊENZA U OĦRAJN
Ftuħ ta’ fergħat.
kompetenti bil-miktub qabel ma tiftaħ fergħa ġdida f’Malta.
(2) Ħlief bil-kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti, ebda
istituzzjoni finanzjarja inkorporata f’Malta ma tista’ tiftaħ fergħa
ġdida, aġenzija jew uffiċċju, jew tistabbilixxi jew takkwista xi
sussidjarja f’xi post barra minn Malta.
Arranġamenti ta’ 
aġenzija.
Miżjud:
XVII. 2002.209.
8A. (1) Ebda kumpannija liċenzjata taħt dan l-Att ma għandha
tidħol f’arranġamenti ta’ aġenzija ma’ terzi, jekk ma tkunx kisbet l-
approvazzjoni bil-miktub bil-quddiem ta’ l-awtorità  kompetenti; u
persuna maħtura bħala aġent ta’ kumpannija liċenzjata taħt dan l-
Att għandha biss taġixxi bħala aġent:
(i) dwar dawk l-attivitajiet li dwarhom l-istituzzjoni
finanzjarja li tagħha tkun se taġixxi bħala aġent,
  8      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
tkun liċenzjata taħt dan l-Att;
(ii) għal mhux iktar minn persuna waħda liċenzjata
taħt dan l-Att.
(2) Fl-għoti ta’ l-approvazzjoni tagħha taħt is-subartikolu (1),
l-awtorità  kompetenti tista’:
(a) tissuġġetta lill-kumpannija liċenzjata taħt dan l-Att u
lill-persuna li tkun maħtura bħala aġent għal dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirla xierqa u meta tkun tat l-
approvazzjoni tagħha tista’ minn żmien għal żmien,
tibdel jew tirrevoka dik l-approvazzjoni jew xi
kondizzjoni hekk imposta jew timponi kondizzjonijiet
ġodda;
(b) tissuġġetta lill-persuna li tkun se tinħatar bħala aġent
kull obbligi mposti fuq il-kumpannija liċenzjata taħt
dan l-Att.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħti jew tirrifjuta li tagħti l-
approvazzjoni li dwarha ssir applikazzjoni taħt dan l-artikolu u jekk
tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni għandha tinforma lill-istituzzjoni
finanzjarja liċenzjata bil-miktub bir-raġunijiet għar-rifjut:
Iżda l-awtorità  kompetenti għandha tirrifjuta li tagħti l-
approvazzjoni tagħha biex isir ftehim ta’ aġenzija jekk l-awtorità
kompetenti tkun:
(a) tal-fehma li l-ftehim ta’ aġenzija jagħti lill-istituzzjoni
finanzjarja liċenzjata vantaġġ kompettiv fuq
istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati oħra li jista’
joħloq ostakolu biex tinżamm kompetizzjoni u għażla
effettiva; jew
(b) tal-fehma li l-attivitajiet li jkunu se jsiru mill-aġent
ikunu jistgħu jsiru mill-istituzzjoni finanzjarja
liċenzjata permezz ta’ l-uffiċċju prinċipali tagħha, jew
fergħa jew sussidjarja; jew
(ċ) ma tkunx sodisfatta li l-persuna li tkun se tinħatar
bħala aġent hi kompetenti biex tipprovdi l-attivitajiet li
jkunu se jifformaw parti mill-ftehim ta’ aġenzija.
Avviż ta’ 
parteċipazzjoni jew 
kontroll ġdid jew 
mibdul.
Emendat:
XVII. 2002.210.
9. (1) Jekk -
(a) xi persuna tieħu jew tagħmel il-ħsieb li tieħu xi azzjoni
biex tikseb jew tiddisponi minn kapital azzjonarju
kwalifikanti f’istituzzjoni finanzjarja jew iżżid jew
tnaqqas kapital azzjonarju kwalifikanti biex is-sehem
tad-drittijiet tal-votazzjoni jew tal-kapital azzjonarju
kontrollat minnha f’dik l-istituzzjoni finanzjarja jkun
jilħaq, jaqbeż jew jonqos taħt 20 fil-mija, 33 fil-mija
jew 50 fil-mija jew biex dik l-istituzzjoni finanzjarja
ssir jew ma tibqax is-sussidjarja ta’ dik il-persuna; jew
(b) xi istituzzjoni finanzjarja tieħu jew tagħmel il-ħsieb li
tieħu xi azzjoni biex tbiegħ jew tiddisponi mill-
kummerċ tagħha jew xi parti sinifikanti tiegħu,
tingħaqad ma’ xi kumpannija oħra, tagħmel xi
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     9
rikostruzzjoni jew iżżid il-kapital azzjonarju nominali
jew maħruġ jew tagħmel xi bidla sostanzjali fil-
jeddijiet tal-votazzjoni,
mingħajr ma jiksbu minn qabel il-kunsens ta’ l-awtorità  kompetenti
jew, alternattivament, jekk wara li jkunu kisbu dak il-kunsens ikun
sussegwentement jidher lill-awtorità  kompetenti li xi waħda minn
dawn l-azzjonijiet tkun qed taħdem, jew x’aktarx tkun se taħdem,
għad-detriment ta’ l-amministrazzjon prudenti u tajba ta’ l-
istituzzjoni finanzjarja, allura, mingħajr preġudizzju għal xi piena
oħra li tista’ tiġi imposta taħt dan l-Att, l-awtorità  kompetenti
jkollha s-setgħa li tagħmel ordni:
(i) li jżomm lill-persuna jew istituzzjoni finanzjarja
milli tieħu jew tkompli tieħu l-azzjoni;
(ii) li tiddikjara l-azzjoni nulla u bla effett;
(iii) li tordna lill-persuna jew istituzzjoni finanzjarja
biex tieħu dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa biex
il-qagħda tinġieb lura għall-qagħda li kienet
teżisti minnufih qabel ma ttieħdet l-azzjoni;
(iv) li żżomm lill-persuna jew istituzzjoni finanzjarja
milli teżerċita xi drittijiet li dik l-azzjoni, kieku
kienet leġittima, kienet tagħtiha, inkluż id-dritt li
tirċievi xi pagament jew li teżerċita xi drittijiet
ta’ vot li jiġu mill-azzjonijiet akkwistati;
(v) li żżomm lill-persuna jew istituzzjoni finanzjarja
milli tieħu xi azzjoni simili jew xi azzjoni oħra
fil-kategoriji murija fil-paragrafi (a) u (b).
(2) Jekk, bħala riżultat ta’ l-akkwist ta’ azzjonijiet
f’istituzzjoni finanzjarja, l-istituzzjoni finanzjarja li fiha l-persuna
tipproponi li takkwista l-kapital azzjonarju ssir sussidjarja jew tkun
suġġetta għall-kontroll tal-persuna li takkwista dawk l-azzjonijiet,
l-awtorità  kompetenti jkollha d-diskrezzjoni li tikkunsidra kull
talba magħmula minn dik il-persuna għall-kunsens ta’ l-awtorità
kompetenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu li
tikkostitwixxi talba biex tapplika għal liċenza biex tmexxi l-
kummerċ ta’ istituzzjoni finanzjarja taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att.
Kap. 345.
(3) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu japplika kemm
jekk l-azzjonijiet rilevanti jkunu jew ma jkunux imniżżla f’borża
rikonoxxuta taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji.
(4) Meta persuna tagħmel il-ħsieb li tieħu xi azzjoni kif stipulat
fis-subartikolu (1)(a) u (b), hija għandha qabel ma tieħu din l-
azzjoni tavża lill-awtorità  kompetenti. L-awtorità  kompetenti
għandha fi żmien xahrejn li tirċievi din in-notifika tagħti jew ma
tagħtix il-kunsens tagħha, u jekk dak iż-żmien igħaddi mingħajr
ma’ l-awtorità  kompetenti tkun tat id-deċiżjoni tagħha, dak il-fatt
għandu jitqies bħala rifjut.
(5) (a) Istituzzjoni finanzjarja għandha tinforma lill-awtorità
kompetenti bil-partikolaritajiet kollha ta’ kull persuna
li tkun proposta li ssir kontrollur jew direttur ta’ l-
istituzzjoni finanzjarja jew kull persuna oħra li tkun
  10      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
proposta biex ma tibqax kontrollur jew direttur ta’ l-
istituzzjoni finanzjarja.
(b) Jekk l-awtorità  kompetenti tkun tal-fehma li xi persuna
li tkun jew li hi proposta li tkun kontrollur jew direttur
ta’ istituzzjoni finanzjarja ma tkunx persuna adatta
biex tkun kontrollur jew direttur, l-awtorità  kompetenti
tista’ tagħmel ordni li jeħtieġ li dik il-persuna tieqaf
milli tkun kontrollur jew direttur, jew li jżomm lil dik
il-persuna milli ssir kontrollur jew direttur.
Operazzjonijiet 
projbiti.
Emendat:
XVII. 2002.211.
10. (1) Istituzzjoni finanzjarja ma għandhiex -
(a) tagħti xi faċilità  ta’ kreditu kontra s-sigurtà  ta’ l-
azzjonijiet tagħha stess jew kontra xi sigurtajiet oħra
maħruġa mill-istituzzjoni finanzjarja nnifisha jew
kontra xi azzjonijiet jew xi sigurtajiet oħra ta’ korp
ġuridiku ieħor li fih l-istituzzjoni finanzjarja jkollha
kontroll;
(b) tagħti jew tippermetti li jibqgħu pendenti, faċilitajiet
ta’ kreditu jew testendi servizzi oħra taħt pattijiet u
kondizzjonijiet iktar favorevoli milli kieku l-
istituzzjoni finanzjarja kienet xort’oħra tapplika -
(i) lil xi wieħed mid-diretturi tagħha jew lill-
konjuġi tagħhom kemm flimkien jew
individwalment, jew ma’ terzi persuni:
Iżda, f’kull każ fejn jingħataw faċilitajiet
ta’ kreditu li ma jkunux assigurati, dawn ma
għandhomx fit-total jaqbzu s-somma ta’ għaxart
elef lira Maltin;
(ii) lil xi persuna li fiha l-istituzzjoni finanzjarja jew
xi wieħed jew iżjed mid-diretturi tagħha jkun
interessat bħala direttur, soċju, manager, aġent
jew membru jew lil xi persuna li tagħha xi
wieħed mid-diretturi jew iżjed ta’ l-istituzzjoni
finanzjarja jkun garanti;
(iii) lil xi korp ta’ persuni li fih l-istituzzjoni
finanzjarja jew xi wieħed jew iżjed mid-diretturi
tagħha jkollhom flimkien jew individwalment
kontroll li ma jkunx huwa stess istituzzjoni
finanzjarja jew l-impriża ċentrali ta’ l-
istituzzjoni finanzjarja, jew sussidjarja ta’ l-
istituzzjoni finanzjarja;
u meta l-awtorità  kompetenti jkollha raġuni temmen li
jkunu ġew applikati dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet favorevoli, ikollha s-setgħa li teħtieġ
lill-istituzzjoni finanzjarja li tirrettifika l-pożizzjoni u
jekk l-istitutzzjoni finanzjarja tonqos li tieħu l-azzjoni
meħtieġa biex tirrettifika l-pożizzjoni kif ordnata, l-
awtorità  kompetenti għandha tieħu dawk il-miżuri li
jidhrilha meħtieġa sakemm il-pożizzjoni tkun
rettifikata;
(ċ) tagħti jew tippermetti li jibqgħu pendenti relattivament
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     11
għal xi wieħed mill-funzjonarji, ħlief direttur, jew xi
impjegat, faċilitajiet ta’ kreditu mhux assigurati li fit-
total jeċċedu s-salarju ta’ tnax-il xahar ta’ dak il-
funzjonarju jew impjegat.
(2) Fis-subartikolu (1)(b) u (ċ) l-espressjoni "faċilitajiet ta’
kreditu mhux assigurati" tfisser faċilitajiet ta’ kreditu magħmula
mingħajr sigurtà  jew, relattivament għal xi faċilità  ta’ kreditu
magħmula b’sigurtà , kull parti minnha li f’xi żmien teċċedi l-valur
fis-suq ta’ l-attiv li jikkostitwixxi dik is-sigurtà , jew meta l-
awtorità  kompetenti tkun sodisfatta li ma hemm ebda valur stabbilit
fis-suq, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni approvata mill-awtorità
kompetenti nnifisha.
Istituzzjonijiet 
finanzjarji li ma 
jkunux jistgħu 
jonoraw l-obbligi. 
11. Minkejja kull investigazzjoni provduta f’dan l-Att,
 (a) meta istituzzjoni finanzjarja tqis li x’aktarx ma tkunx
tista’ tonora l-obbligi tagħha, hija għandha minnufih
tinforma lill-awtorità  kompetenti u l-Bank Ċentrali bil-
miktub;
(b) meta l-awtorità  kompetenti ssir taf illi istituzzjoni
finanzjarja x’aktarx ma tkunx tista’ tonora l-obbligi
tagħha, hija għandha tinforma minnufih lill-Bank
Ċentrali bil-miktub;
(ċ) meta l-Bank Ċentrali jsir jaf illi istituzzjoni finanzjarja
x’aktarx ma tkunx tista’ tonora l-obbligi tagħha, huwa
għandu jinforma minnufih lill-awtorità  kompetenti bil-
miktub.
SETGĦAT REGOLATORJI U INVESTIGATTIVI
Setgħat u dmirijiet 
tal-Ministru.
Emendat:
XVII. 2002.212.
12. (1) Il-Ministru għandu b’ordni fil-Gazzetta jinnomina
korp biex ikun l-awtorità  kompetenti għall-finijiet ta’ dan l-Att
sabiex jesegwixxi l-funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan
l-Att. Dan il-korp għandu jiġi nominat għal dak il-perijodu li l-
Ministru jista’ jistabbilixxi u l-Ministru għandu jkollu s-setgħa
f’kull żmien li jtawwal, iġedded jew itemm dik in-nomina b’ordni
fil-Gazzetta.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel ir-regolamenti li jistgħu jkunu
meħtieġa biex jagħti effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u jista’ jemenda jew jirrevoka dawk ir-regolamenti.
Setgħat u dmirijiet 
ta’ l-awtorità  
kompetenti.
13. (1) Għandu jkun id-dmir ta’ l-awtorità  kompetenti li
tesegwixxi l-funzjonijiet stabbiliti b’dan l-Att u li tassigura li l-
istituzzjonijiet finanzjarji li jagħmlu kummerċ f’Malta jħarsu dan l-
Att, ir-regolamenti u direttivi maħruġa taħt dan l-Att u l-
kundizzjonijiet tal-liċenzi tagħhom. Bis-saħħa ta’ dak id-dmir l-
awtorità  kompetenti għandha f’kull żmien tagħti dik il-
koperazzjoni lill-Bank Ċentrali li l-Bank Ċentrali jista’ jkun jeħtieġ
fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel dawk id-direttivi lill-
istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jkunu meħtieġa biex tagħti
effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. L-awtorità
  12      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
kompetenti tista’ temenda jew tirrevoka dawk id-direttivi lill-
istituzzjonijiet finanzjarji.
(3) Id-direttivi lill-istituzzjonijiet finanzjarji u kull emenda jew
revoka tagħhom għandhom jiġu komunikati uffiċjalment lill-
istituzzjonijiet finanzjarji kollha u l-awtorità  kompetenti għandha
tagħmel kopji tagħhom disponibbli għal pubbliku.
(4) Direttivi lill-istituzzjonijiet finanzjarji magħmula taħt dan
l-Att jistgħu jipprovdu għall-ħtiġijiet regolatorji differenti li
għandhom japplikaw għal klassijiet differenti ta’ istituzzjonijiet
finanzjarji, li jkollhom liċenza bis-saħħa ta’ dan l-Att, sabiex jiġi
assigurat li l-kummerċ huwa immexxi b’mod prudenti.
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li titlob 
tagħrif.
Emendat:
XVII. 2002.213.
14. (1) Kull istituzzjoni finanzjarja għandha tissottometti lill-
awtorità  kompetenti dik l-informazzjoni u reżokontijiet dwar il-
fergħat tagħha f’Malta jew barra minn Malta li l-awtorità
kompetenti tista’ teħtieġ fil-qadi ta’ dmirijietha taħt dan l-Att jew
kull liġi oħra.
(2) Ir-reżokontijiet kollha meħtieġa taħt is-subartikolu (1)
għandhom jiġu sottomessi f’dik il-forma u f’dawk il-perijodi li
jistgħu jiġu preskritti minn żmien għal żmien mill-awtorità
kompetenti b’direttivi lill-istituzzjonijiet finanzjarji.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
ukoll għall-fergħat, aġenziji jew uffiċċji kollha f’Malta ta’
istituzzjoni finanzjarja li ma tkunx inkorporata f’Malta.
(4) Istituzzjoni finanzjarja għandha tissottometti lill-Bank
Ċentrali dik l-informazzjoni li l-Bank Ċentrali jista’ jeħtieġ fil-qadi
ta’ dmirijietu u l-Bank Ċentrali jista’ jinvestiga u jitlob kjarifiki
dwar kull informazzjoni hekk mogħtija.
(5) Ir-reżokontijiet kollha u l-informazzjoni l-oħra kollha li
jingħataw minn istituzzjoni finanzjarja skond is-subartikoli (1) u
(4) għandhom jitqiesu bħala sigrieti u konfidenzjali ħlief bejn dik l-
istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità  kompetenti jew il-Bank
Ċentrali, skond il-każ, salv illi l-awtorità  kompetenti għandha
tagħti dik l-informazzjoni taħt dan l-artikolu kif jista’ jkun meħtieġ
mill-Ministru jew mill-Bank Ċentrali u għandha tinforma lill-
Ministru u l-Bank Ċentrali jekk f’xi żmien fil-fehma tagħha ikun
hemm tħassib dwar l-istat ta’ l-affarijiet ta’ dik l-istituzzjoni
finanzjarja.
(6) L-awtorità  kompetenti tista’, b’avviż bil-miktub, teħtieġ
istituzzjoni finanzjarja jew kull funzjonarju tagħha li jagħmlu dan
li ġej jew xi waħda minnhom:
(a) li tagħti lill-awtorità  kompetenti f’dak iż-żmien u post
u f’dik l-għamla li tista’ tispeċifika, dak it-tagħrif u
dokumentazzjoni li tista’ teħtieġ u ta’ dik id-
deskrizzjoni li tista’ tiġi hekk speċifikata fl-avviż;
(b) li tagħti lill-awtorità  kompetenti kull tagħrif jew
dokumentazzjoni kif imsemmija verifikati b’dak il-
mod li jista’ jkun speċifikat;
(ċ) li tidher quddiem l-awtorità  kompetenti, jew quddiem
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     13
persuna maħtura minnha, f’dak iż-żmien u post li tista’
tispeċifika, biex twieġeb mistoqsijiet u tagħti tagħrif u
dokumentazzjoni dwar dak li l-awtorità  kompetenti
tista’ raġonevolment tkun teħtieġ biex taqdi d-dmirijiet
tagħha taħt dan l-Att.
(7) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel kopji ta’ kull
dokument mogħti jew provdut taħt dan l-artikolu.
(8) Meta l-persuna meħtieġa li tagħti tagħrif jew
dokumentazzjoni taħt dan l-artikolu ma jkollhiex it-tagħrif jew id-
dokumentazzjoni rilevanti, din għandha tgħid lill-awtorità
kompetenti fejn, skond l-aħjar tagħrif li jkollha, dak it-tagħrif jew
dik id-dokumentazzjoni tkun, u l-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ
lil kull persuna, sew jekk indikata kif imsemmi qabel sew jekk le, li
fil-fehma tagħha jkollha fil-pussess tagħha dak it-tagħrif jew dik
id-dokumentazzjoni, biex tagħtihielha.
(9) Dikjarazzjoni magħmula u dokumentazzjoni provduta
skond xi waħda mill-ħtiġijiet taħt dan l-artikolu jistgħu jinġiebu
bħala prova kontra l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni jew li
tipprovdi d-dokumentazzjoni kif ukoll kontra kull persuna li
għaliha jirreferu.
(10) Meta l-awtorità  kompetenti tkun ħatret persuna taħt is-
subartikolu (6)(ċ), dik il-persuna jkollha, sabiex taqdi l-funzjonijiet
tagħha skond il-ħatra tagħha, dawk is-setgħat kollha mogħtija lill-
awtorità  kompetenti b’dan l-artikolu u jekk dik il-persuna teħtieġ xi
ħaġa dik il-ħtieġa titqies li tkun saret u li jkollha l-istess saħħa u
effett bħal ħtieġa ta’ l-awtorità  kompetenti.
(11) L-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ persuna maħtura taħt
is-subartikolu (6)(ċ) sabiex tissottometti rapport f’dak il-mod li
tispeċifika.
(12) L-awtorità  kompetenti tista’ wkoll teżerċita s-setgħat
mogħtija bis-subartikoli (1) u (6) relattivament għal xi persuna li
tkun jew li f’xi żmien relevanti kienet -
(a) holding company,  kumpannija sussidjarja jew
kumpannija li hija persuna konnessa ma’ dik l-
istituzzjoni finanzjarja;
(b) sussidjarja jew kumpannija li hija persuna konnessa ta’
holding company ta’ dik l-istituzzjoni finanzjarja;
(ċ) holding company ta’ sussidjarja ta’ dik l-istituzzjoni
finanzjarja;
(d) kontrollur ta’ dik l-istituzzjoni finanzjarja; jew
(e) persuna li għandha kapital azzjonarju kwalifikanti ta’
dik l-istituzzjoni finanzjarja,
u l-provvedimenti ta’ dan l-artikolu ikunu japplikaw għal dik il-
persuna. 
(13) L-awtorità  kompetenti tista’ wkoll teżerċita s-setgħat
tagħha taħt dan l-artikolu meta u fejn għandha raġunijiet validi li
tissuspetta li persuna tista’ tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att.
  14      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
Ħatra ta’ spetturi. 
Emendat:
XVII. 2002.214.
15. (1) L-awtorità  kompetenti tista’, kull meta jidhrilha
meħtieġ jew xieraq, taħtar spettur jew spetturi biex jistħarrġu u
jirraportaw dwar l-affarijiet ta’ istituzzjoni finanzjarja.
(2) Spettur maħtur taħt is-subartikolu (1) -
(a) jista’ wkoll, jekk jidhirlu meħtieġ jew xieraq għall-
finijiet ta’ dak l-istħarriġ, jistħarreġ l-affarijiet ta’ kull
persuna oħra kif provdut taħt l-artikolu 14(12);
(b) ikollu u jkun jista’ jeżerċita s-setgħat kollha mogħtija
lill-awtorità  kompetenti bl-artikolu 14, u kull ħaġa li
jeħtieġ titqies li tkun u jkollha l-istess saħħa u effett
bħal ħtieġa ta’ l-awtorità  kompetenti;
(ċ) jista’, u jekk hekk ordnat mill-awtorità  kompetenti
għandu, jagħmel rapporti interim u fuq il-konklużjoni
ta’ l-istħarriġ tiegħu jagħmel rapport finali lill-
awtorità  kompetenti.
(3) L-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa tordna li l-ispejjeż
kollha ta’ investigazzjoni, u li għandhom x’jaqsmu magħha, li ssir
bis-saħħa ta’ dan l-artikolu għandhom jitħallsu mill-persuni jew
mill-istituzzjonijiet finanzjari involuti.
Setgħa ta’ dħul. 16. (1) Kull funzjonarju, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità
kompetenti, li juri jekk mitlub, evidenza ta’ l-awtorità  tiegħu, jista’
jidħol f’post okkupat minn persuna li lilha jkun notifikat avviż taħt
l-artikolu 14 jew li l-affarijiet tagħha jkunu qed jiġu mistħarrġa taħt
l-artikolu 15, sabiex minn hemm jikseb it-tagħrif jew id-dokumenti
meħtieġa b’dak l-avviż, jew xort’oħra għall-finijiet ta’ l-istħarriġ, u
sabiex jeżerċita dawk is-setgħat mogħtija bl-imsemmija artikoli.
(2) Meta persuna li tkun funzjonarju, impjegat jew aġent ta’ l-
awtorità  kompetenti jkollha raġuni biżżejjed li taħseb li jekk dak l-
avviż kif imsemmi fis-subartikolu (1) kellu jkun notifikat ma jkunx
se jitħares jew li xi dokumenti li għalih jista’ jirreferi jitneħħew,
ikunu mbagħabsa jew distrutti, l-imsemmija persuna, tista’, wara li
turi l-evidenza tagħha, jekk mitluba, tidħol f’kull post imsemmi fis-
subartikolu (1) sabiex minn hemm tikseb kull tagħrif jew
dokumenti speċifikati fl-awtorità , liema tagħrif jew dokumenti
setgħu kienu meħtieġa bis-saħħa ta’ dak l-avviż li hemm imsemmi
fis-subartikolu (1).
(3) Għall-finijiet ta’ kull azzjoni li tittieħed taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-awtorità  kompetenti tista’
titlob l-għajnuna tal-Kummissarju tal-Pulizija, li jista’ għal dan l-
għan jeżerċita dawk is-setgħat li huma vestiti fih sabiex iħares milli
jsiru reati u sabiex jinforza l-liġi u l-ordni:
Iżda jekk xi fond imsemmi f’dan l-artikolu jkun okkupat
bħala residenza, dak id-dħul għandu jsir biss fil-preżenza ta’
uffiċjal tal-Pulizija ta’ grad ta’ mhux anqas minn spettur u ma jistax
isir bejn id-disgħa ta’ fil-għaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu.
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     15
Setgħa tal-Bank 
Ċentrali li jieħu 
kontroll ta’ 
istituzzjonijiet 
finanzjarji.
Emendat:
XVII. 2002.215.
17. (1) Jekk, kemm minn xi rapport magħmul taħt l-artikolu
14 jew l-artikolu 15 jew xort’oħra, ikun jidher lill-awtorità
kompetenti illi tkun tapplika xi waħda miċ-ċirkostanzi murija fl-
artikolu 6(2), l-awtorità  kompetenti, wara konsultazzjoni mal-Bank
Ċentrali, tista’, bla ħsara għas-setgħat li timponi restrizzjonijiet jew
tirrevoka liċenza taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(2) -
(a) teħtieġ lill-istituzzjoni finanzjarja biex minnufih tieħu
dawk il-passi li l-awtorità  kompetenti tqis meħtieġa
biex tirrimedja jew tirretifika l-materja;
(b) taħtar persuna kompetenti biex tagħti parir lill-
istituzzjoni finanzjarja dwar it-tmexxija xierqa tal-
kummerċ tagħha;
(ċ) taħtar persuna kompetenti biex tieħu f’idejha l-attiv ta’
l-istituzzjoni finanzjarja jew xi parti minnu sabiex jiġu
mħarsa l-interessi ta’ l-integrità  tas-sistema finanzjarja
f’Malta;
(d) taħtar persuna kompetenti biex tieħu f’idejha l-kontroll
tal-kummerċ ta’ l-istituzzjoni finanzjarja u jew li
tkompli tmexxi dak il-kummerċ jew li tagħmel dik il-
funzjoni jew funzjonijiet oħra dwar dak il-kummerċ
jew parti minnu, kif tordna l-awtorità  kompetenti;
(e) teħtieġ lill-istituzzjoni finanzjarja biex tillikwida l-
kummerċ tagħha jew biex tillikwida l-kummerċ tagħha
f’Malta;
(f) tistabbilixxi r-rimunerazzjoni li għandha titħallas mill-
istituzzjoni finanzjarja lil kull persuna kompetenti
maħtura taħt dan is-subartikolu.
(2) Meta jirċievi rapport jew jirċievi tagħrif b’xi mod ieħor kif
imsemmi fis-subartikolu (1), l-awtorità  kompetenti għandha
tinforma lill-Bank Ċentrali dwar jekk tkunx ser tieħu azzjoni fuq
dak ir-rapport u dwar kull azzjoni li tkun bi ħsiebha tieħu fuqu.
UDITURI 
Ħatra u dmirijiet 
ta’ l-udituri.
Emendat:
XXV.1995.434;
XVII. 2002.216.
18. (1) (a) Kull istituzzjoni finanzjarja għandha tinnomina
kull sena uditur jew udituri approvati li d-dmir tagħhom ikun biex
jirraportaw dwar ir-reżokontijiet finanzjarji ta’ l-istituzzjoni
finanzjarja eżaminati minnhom u dwar ir-reżokontijiet finanzjarji
kollha preparati mill-istituzzjoni finanzjarja.
Kap. 386.
(b) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu uditur approvat għandu jkun
persuna li tkun kwalifikata biex tkun uditur skond l-Att dwar
Kumpanniji:
Iżda li fil-każ ta’ istituzzjoni finanzjarja mhux inkorporata
f’Malta l-awtorità  kompetenti tista’ tagħti eżenzjoni mill-paragrafu
(b) sakemm dik l-eżenzjoni ma tnaqqasx sostanzjalment l-iskopijiet
prinċipali ta’ dan l-artikolu.
(2) Jekk istituzzjoni finanzjarja tonqos milli tinnomina uditur
skond is-subartikolu (1) jew, f’xi żmien tonqos milli timla xi
vakanza fil-kariga ta’ uditur, l-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa
li tinnomina uditur għal dik l-istituzzjoni finanzjarja u għandha
  16      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
tistabbilixxi l-kumpens li għandu jitħallas minn dik l-istituzzjoni
finanzjarja lil dak l-uditur.
(3) Istituzzjoni finanzjarja għandha minnufih tavża bil-miktub
lill-awtorità  kompetenti -
(a) malli tinnomina l-udituri tagħha;
(b) jekk tkun bi ħsiebha tavża lill-azzjonisti tagħha biex - 
(i) tirrimpjazza l-udituri tagħha malli jagħlaq iż-
żmien tal-kariga tagħhom;
(ii) tneħħi l-udituri tagħha qabel jagħlaq iż-żmien
tal-kariga tagħhom;
(ċ) jekk l-udituri jieqfu milli jkunu udituri ta’ l-
istituzzjoni finanzjarja għal xi raġuni li ma tkunx
waħda mir-raġunijiet li jinsabu fil-paragrafu (b).
(4) L-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ lil istituzzjoni
finanzjarja tibdel l-udituri nominati tagħha meta, fil-fehma ta’ l-
awtorità  kompetenti, dawk l-udituri jitqiesu li ma jkunux adatti
għal dik il-kariga, f’kull żmien matul iż-żmien tal-kariga tagħhom.
(5) Uditur għandu javża minnufihlill-awtorità  kompetenti
jekk - 
(a) huwa jirreżenja;
(b) ma jkunx bi ħsiebu li jieħu dik il-kariga mill-ġdid; jew
(ċ) jiddeċiedi li jikkwalifika r-rapport ta’ verifika.
(6) Jekk fil-kariga tiegħu bħala uditur ta’ istituzzjoni
finanzjarja jew bħala riżultat ta’ talba diretta ta’ l-awtorità
kompetenti skond l-artikolu 14 jew skond l-artikolu 15, uditur isir
jaf b’xi materja li jkollha x’taqsam ma’ u li jista’ jkollha effett
avvers serju fuq l-istat u s-saħħa ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarja
jew il-fergħa jew l-uffiċċju f’Malta ta’ istituzzjoni finanzjarja
mhux inkorporata f’Malta jew l-integrità  tas-sistema finanzjarja
f’Malta, huwa għandu minnufih igħarraf lill-awtorità  kompetenti
permezz tal-management ta’ l-istituzzjoni finanzjarja jew, jekk iċ-
ċirkostanzi jkunu hekk jiġġustifikaw, direttament lill-awtorità
kompetenti.
Kap. 386.
(7) Sa fejn id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom jipprevalu u d-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att ma għandhomx, sa fejn ikunu
inkonsistenti, japplikaw għal istituzzjonijiet finanzjarji.
Komunikazzjoni 
mill-udituri, eċċ., 
ma’ l-awtorità  
kompetenti.
19. Ebda dmir (magħdud id-dmir ta’ segretezza professjonali)
li bih - 
(a) uditur ta’ istituzzjoni finanzjarja jista’ jkun marbut ma
għandu jitqies bħala li jkun ġie miksur għar-raġuni li
huwa jkun wassal in bona fede lill-awtorità
kompetenti, sew jekk għax mitlub minnha jew le, xi
tagħrif jew fehma fuq xi ħaġa li l-uditur sar jaf biha
minħabba fix-xogħol tiegħu ta’ uditur ta’ dik l-
istituzzjoni u li tkun relevanti għall-funzjonijiet ta’ l-
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     17
awtorità  kompetenti bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew li tenħtieġ li tiġi komunikata bis-saħħa
ta’ dan l-Att;
(b) persuna maħtura biex tagħmel rapport taħt l-artikolu
14 jew l-artikolu 15 tista’ tkun suġġetta, ma għandu
jitqies li jkun ġie miksur minħabba li dik il-persuna
tkun b’bona fede ikkomunikat lill-awtorità  kompetenti
dwar materja relatata mal-kummerċ jew affarijiet ta’ l-
istituzzjoni finanzjarja li dwarha jkun sar ir-rapport.
KOPERAZZJONI U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
Koperazzjoni u 
skambju ta’ 
informazzjoni. 
Emendat:
XVII. 2002.217;
IV. 2003.186.
20. (1) Fuq il-bażi ta’ ftehim internazzjonali, jew fuq ftehim
ta’ reċiproċità , l-awtorità  kompetenti tista’ taqsam id-dmirijiet ta’
sorveljanza tagħha ma’ l-awtoritajiet kompetenti barranin oħra fil-
każ ta’ istituzzjoni finanzjarja jew fergħa li topera f’Malta li hi
kollha kemm hi jew f’parti minnha l-proprjetà  ta’ persuna barranija
jew fil-każ ta’ istituzzjoni finanzjarja li tkun għal kollox jew f’parti
minnha l-proprjetà  ta’ residenti Maltin li tkun qed topera barra
minn Malta.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ wkoll, fuq il-bażi ta’ ftehim
internazzjonali, jew fuq ftehim ta’ reċiproċità , tikxef informazzjoni
lil awtoritajiet kompetenti oħra barranin.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tikxef informazzjoni taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) biss sal-limitu li l-awtoritajiet
barranin li jirċievu dik l-informazzjoni jillimitaw l-użu tagħha għal
finijiet ta’ sorveljanza u regolatorji u għal dawk il-finijiet l-oħra li
jistgħu jkunu speċifikament miftehma ma’ l-awtorità  kompetenti.
(4) L-awtorità  kompetenti tista’ wkoll, fuq il-bażi ta’ ftehim
internazzjonali, jew fuq ftehim ta’ reċiproċità , tawtorizza
awtoritajiet kompetenti oħra barranin biex huma stess jew permezz
ta’ persuni kompetenti li huma jaħtru, jagħmlu spezzjonijiet fuq il-
post għall-finijiet ta’ sorveljanza jew regolatorji f’fergħat jew
sussidjarji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju
prinċipali tagħom fil-pajjiż ta’ l-awtorità  kompetenti li tagħmel l-
ispezzjoni.
(5) L-awtorità  kompetenti għandha wkoll, fuq talba bil-miktub,
tikxef lill-Bank Ċentrali kull informazzjoni fil-pussess ta’ l-
awtorità  kompetenti jew aċċessibbli għaliha, li tkun meħtieġa fil-
qadi tad-dmirijiet tal-Bank Ċentrali taħt il-liġi.
(6) Persuna maħtura skond l-artikolu 14 jew l-artikolu 15
għandu jingħatalha aċċess għal kull kont, rendikont jew
informazzjoni oħra dwar kull istituzzjoni finanzjarja li jkunu fil-
pussess ta’ l-awtorità  kompetenti.
(7) Għandu jkun hemm laqgħat li jsiru bejn istituzzjoni
finanzjarja, l-udituri maħtura tagħha u l-awtorità  kompetenti fuq
bażi trilaterali jew bilaterali skond kif ikunu jiġġustifikaw iċ-
ċirkostanzi. Dawn il-laqgħat jistgħu jiġu msejjħa minn kwalunkwe
waħda mill-partijiet ikkonċernati iżda għandhom dejjem ikunu
preseduti mill-awtorità  kompetenti.
  18      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
Kap. 371.
(8) L-awtorità  kompetenti u l-Bank Ċentrali għandhom
jiddiskutu materji ta’ interess komuni fuq istituzzjonijiet finanzjarji
taħt il-Kumitat Bankarju Konġunt kif kostitwit bl-artikolu 27 ta’ l-
Att dwar il-Kummerċ Bankarju.
APPELLI, RIMEDJI, SKWALIFIKA U KONFIDENZJALITÀ
Appelli.
Sostitwit:
XVII. 2002.218.
Kap. 371.
21. Kull persuna li tħossha aggravata b’deċiżjoni ta’ l-awtorità
kompetenti :
(a) taħt l-artikolu 3(2);
(b) li tirrifjuta applikazzjoni għal liċenza;
(ċ) li timponi xi kondizzjoni tal-liċenza;
(d) li timponi jew tvarja xi restrizzjoni;
(e) li tirrevoka liċenza;
(f) li tagħmel xi ordni taħt l-artikolu 9;
(g) li tagħmel dikjarazzjoni pubblika, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25A, dwar imġieba
ħażina ta’ persuna;
(h) li timponi penali amministrattiva taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23; jew
(i) bin-nuqqas ta’ l-awtorità  kompetenti li tiddeċiedi
applikazzjoni għal liċenza taħt l-artikolu 5(5),
Kap. 330.
tista’ tappella kontra d-deċiżjoni lit-Tribunal f’dak iż-żmien u taħt
dawk il-kondizzjonijiet kif stabbiliti taħt l-Att dwar l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
Reati.
Emendat:
XVII. 2002.219.
22. (1) Kull persuna li -
(a) tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) tikser jew tonqos li tħares id-disposizzjonijiet ta’ xi
direttiva lill-istituzzjonijiet finanzjarji, regolament jew
kundizzjoni tal-liċenza;
(ċ) tonqos li tosserva xi ordni jew ħtieġa leġittima ta’ l-
awtorità  kompetenti jew tal-Bank Ċentrali;
(d) tonqos li tosserva xi ordni jew ħtieġa leġittima tat-
Tribunal għal Servizzi Finanzjarji;
(e) tonqos li tosserva xi ordni jew ħtieġa leġittima ta’ xi
persuna oħra magħmula skond dan l-Att;
(f) mingħajr skuża raġonevoli tibdel, tissopprimi, taħbi,
tiddistruġġi jew tirrifjuta li tipproduċi xi dokument li
b’liġi tkun meħtieġa li tipproduċi lil xi persuna skond
dan l-Att,
tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li xjentement tkun parti fl-għemil, jew li
tipprokura jew tgħin, jew tħajjar l-għemil ta’ xi reat taħt is-
subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat u tkun suġġetta għall-istess pieni
bħall-ħati prinċipali.
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     19
(3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti taħt dan is-subartikolu
jippreskrivi l-penalitajiet li persuna misjuba ħatja għal reat kontra
dan l-Att tista’ teħel u b’mod partikolari b’dawk ir-regolament
jista’:
(a) jippreskrivi penalitajiet differenti għal reati differenti
kontra dan l-Att;
(b) jippreskrivi penalitajiet differenti kalkolati skond
kemm idum ir-reat:
Iżda dawk il-penalitajiet ma għandhomx ikunu iktar minn
priġunerija għal żmien ta’ mhux iktar minn sentejn jew multa ta’
mhux iżjed minn mitejn elf lira Maltin jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
(4) Il-Ministru jista’ b’regolamenti taħt dan is-subartikolu
jippreskrivi l-penalitajiet amministrattivi li jistgħu jiġu imposti
mill-awtorità  kompetenti u li jinġabru bħala dejn ċivili mingħand
min jagħmel ir-reat minflok proċedimenti kriminali, liema
penalitajiet amminnistrattivi ma għandhomx ikunu iktar minn
erbgħin elf lira dwar xi reat wieħed.ż
(5) Ebda proċedimenti kriminali għal reat kontra dan l-Att ma
għandhom jinbdew minghajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx itellfu xi
proċedimenti kriminali li jistgħu jittieħdu taħt xi liġi oħra.
Penalitajiet 
amministrattivi.
Sostitwit:
XVII. 2002.220.
23. (1) Meta l-awtorità  kompetenti tiddeċiedi li timponi penali
amministrattiva fuq persuna minflok proċedimenti kriminali, ebda
proċedimenti dwar l-istess reat ma jistgħu jinġiebu kontra l-istess
persuna quddiem qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali u l-awtorità
kompetenti għandha tinnotifika dik id-deċiżjoni b’avviż bil-miktub
lill-persuna li fuqha l-penali amministrattiva tkun hekk imposta.
Kap. 12.
(2) Jekk fi żmien tletin jum min-notifika ta’ l-avviż imsemmi
fis-subartikolu (1) il-persuna li lilha jkun ġie notifikat l-avviż ma
tkunx ħallset il-penali amministrattiva jew ma tkunx appellat
kontra d-deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti quddiem it-Tribunal
kif provdut fl-artikolu 21, jew meta fi żmien ħmistax-il jum mid-
deċiżjoni tat-Tribunal dik il-persuna ma tkunx ħallset il-penali
amministrattiva kif konfermata jew imnaqqsa mit-Tribunal, f’dan
il-każ l-awtorità  kompetenti tista’ biex tiġbor l-ammont dovut lilha
bħala penali amministrattiva tinnotifika kopja ta’ l-avviż jew tad-
deċiżjoni tat-Tribunal, skond il-każ, lill-persuna li tkun dovuta
tħallas il-penali amministrattiva permezz ta’ att ġudizzjarju, u dak
l-avviż jew deċiżjoni, skond il-każ, għandhom ma’ dan
jikkostitwixxu titolu eżekuttiv għall-finijiet u effetti kollha tat-
Tiotlu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Skwalifika ta’ 
funzjonarji. 
24. Ebda persuna -
(a) li tkun ġiet dikjarata falluta b’sentenza jew li tkun
għamlet akkordju mal-kredituri tagħha jew li kienet
funzjonarju ta’ istituzzjoni finanzjarja li kellha liċenza
tagħha mħassra skond l-artikolu 6(2) u li ma tkunx ġiet
  20      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
eżentata bil-miktub mill-awtorità  kompetenti mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu; jew
(b) li tkun interdetta jew inabilitata jew li kienet involuta
f’money laundering jew li tkun instabet ħatja ta’ reat li
jolqot il-fiduċja pubblika, serq, qerq, estorsjoni jew
talli xjentement tkun irċeviet oġġetti miksuba b’serq
jew b’qerq,
ma għandha taġixxi jew tkompli bħala funzjonarju ta’ istituzzjoni
finanzjarja.
Konfidenzjalità .
Emendat:
XVII. 2002.221.
25. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tawtorizza lill-awtorità
kompetenti biex tinvestiga jew iġġiegħel li ssir investigazzjoni
f’istituzzjoni finanzjarja fl-affarijiet ta’ xi klijent individwali ta’
istituzzjoni finanzjarja ħlief -
(a) sabiex jiġi assigurat li titħares kull disposizzjoni ta’
dan l-Att; jew
(b) fejn l-exposure tal-klijent tista’ tkun ta’ theddid għall-
integrità  tas-sistema finanzjarja tal-pajjiż.
(2) Ebda persuna inklużi funzjonarji jew aġenti ta’ l-imgħoddi
jew preżenti ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandha tikxef xi
informazzjoni dwar l-affarijiet ta’ istituzzjoni finanzjarja jew ta’
klijent ta’ l-istituzzjoni finanzjarja li hija tkun kisbet fil-qadi tad-
dmirijiet tagħha jew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond dan
l-Att ħlief -
(a) meta tkun awtorizzata biex tagħmel hekk skond xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att;
(b) għall-qadi tad-dmirijiet tagħha jew għall-eżerċizzju
tal-funzjonijiet tagħha;
(ċ) meta tkun meħtieġa b’liġi li tagħmel hekk b’ordni tal-
qorti jew skond xi disposizzjoni ta’ xi liġi.
Kap. 373.
(3) Meta funzjonarju ta’ istituzzjoni finanzjarja jkollu għalfejn
jaħseb li transazzjoni jew transazzjoni proposta tista’ tinvolvi
money laundering, huwa obbligat jimxi skond ir-regolamenti
maħruġa taħt l-Att kontra Money Laundering u skond kull linja ta’
gwida magħmula mill-awtorità  kompetenti. It-tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma għandux jikkostitwixxi
ksur ta’ konfidenzjalità .
(4) Uffiċjali ta’ l-awtorità  kompetenti u tal-Bank Ċentrali,
inklużi uffiċjali passati u preżenti, ma għandhomx jikxfu
informazzjoni miksuba minn istituzzjonijiet finanzjarji waqt il-qadi
ta’ dmirijiet ta’ sorveljanza u oħrajn, li tkun regolata bl-obbligu
tas-segretezza professjonali, ħlief għall-fini tal-qadi ta’
dmirijiethom jew għall-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, jew meta
skond il-liġi hekk meħtieġa jagħmlu minn xi qorti jew taħt
disposizzjoni ta’ xi liġi.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, istituzzjoni
finanzjarja tista’ jekk iċ-ċirkostanzi hekk jitolbu, tikkomunika kull
informazzjoni li tkun fil-pussess tagħha u li tirrelata għall-affarijiet
ta’ klijent, lil membri oħra tal-grupp ta’ kumpaniji li minnhom dik
l-istituzzjoni finanzjarja tkun tagħmel parti.
ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI ġ K AP. 376.     21
(6) Għall-finijiet tas-subartikolu (5), il-frażi "grupp ta’
kumpaniji" tinkludi kull korp ġuridiku reġistrat jew li jopera
f’Malta jew f’ġurisdizzjoni barranija u li jifforma parti minn grupp
ta’ kumpanniji u li hu wkoll liċenzjat jew xort’oħra awtorizzat taħt
il-liġijiet ta’ Malta jew ta’ dik il-ġurisdizzjoni biex imexxi xi
attività  ekwivalenti għal kummerċ bankarju jew għall-ħruġ ta’ flus
elettroniċi jew xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Iskeda.
(7) L-iskambju ta’ informazzjoni dwar klijenti komuni jew
konnessi bejn l-istituzzjoni finanzjarja, il-holding company tagħha
jew is-sussidjarji tagħha meta faċilità  ta’ kreditu tkun ingħatat jew
tista’ tingħata lil dak il-klijent ma għandux jikkostitwixxi ksur ta’
konfidenzjalità .
MIXXELLANJI 
Applikazzjoni ta’ l-
Att dwar il-
Kontroll fuq il-
Kambju,
Kap. 233. 
26. Il-Bank Ċentrali jista’ jeżenta l-applikazzjoni ta’ l-Att
dwar il-Kontroll fuq il-Kambju għal transazzjonijiet li jsiru minn
detenturi ta’ liċenza ma’ persuni mhux residenti f’Malta għar-
raġunijiet ta’ l-imsemmi Att.
Applikazzjoni ta’ l-
Att għall-Bank 
Ċentrali.
27. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx japplikaw
għall-Bank Ċentrali, ħlief meta u sa fejn il-Bank Ċentrali huwa
msemmi b’ismu.
SKEDA
(Artikolu 2)
ATTIVITAJIET TA’ ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI
1. Self (li jinkludi krediti persunali, krediti taħt mortgage, xiri
ta’ fatturi kemm bi jew mingħajr dritt ta’ rikors,
finanzjament ta’ transazzjonijiet kummerċjali inkluż
forfaiting);
2. Financial leasing;
3. Kapital ta’ sogru jew riskju;
4. Servizzi ta’ trasferiment ta’ flus;
5. Ħruġ u amministrazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament (e.g. karti
ta’ kreditu, travellers’ cheques, ċedoli bankarji);
6. Garanziji u rabtiet;
7. Negozju bħala prinċipal jew bħala aġent fi:
(a) strumenti ta’ swieq finanzjarji (ċekkijiet, kambjali,
ċertifikati ta’ depożitu, eċċ); 
(b) kambju ta’ flus;
(ċ) financial futures u options;
(d) strumenti ta’ rati ta’ kambju u imgħax;
(e) strumenti oħra finanzjarji li jistgħu jiġu trasferiti; 
  22      KAP. 376. ħ          ISTITUZZJONIJIETFINANZJARJI
8. Underwriting ta’ ħruġ ta’ ishma u s-sehem f’dak il-ħruġ;
9. Senserija ta’ flus.
