SEGRETEZZAPROFESSJONALI     ġ K AP. 377.      1
KAPITOLU 377
ATT DWAR SEGRETEZZA PROFESSJONALI
Biex jagħmel disposizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tas-segretezza professjonali u
sabiex jagħmel emendi konsegwenzjali f’liġijiet oħra.
23 ta’ Settembru, 1994
L-ATT XXIV ta’ l-1994, kif emendat bl-Atti XVII ta’ l-1998 u XVII ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
TAQSIMA I. Preliminari 1-2
TAQSIMA II. Id-Dmir ta’ Segretezza Professjonali  3-5
TAQSIMA III.  Eċċezzjonijiet 6-11
TAQSIMA IV.  Disposizzjonijiet Supplementari 12-14 
  2      KAP. 377. ħ          SEGRETEZZAPROFESSJONALI 
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar Segretezza
Professjonali.
Tifsir.  2. (1) Kull referenza f’dan l-Att għall-kxif ta’ tagħrif
għandha tinkludi referenzi għall-komunikazzjoni ta’ dak it-tagħrif
bil-miktub, bit-trasmissjoni ta’ dokumenti jew tagħrif elettroniku,
b’sinjali, b’negazzjoni jew b’kull mod ieħor .
(2) Referenzi f’dan l-Att għal uffiċjali jew impjegati ta’ l-Istat
jew għal persuni mpjegati mill-Istat jinkludu referenzi għal:
(a) impjegati tal-Gvern ta’ Malta;
(b) impjegati ta’ korp kostitwit imwaqqaf b’liġi;
(ċ) kull persuna, kemm jekk individwu, u kemm jekk le u
sew jekk tkun korp magħqud jew le, li tagħmilha ta’
konsulenti jew tkun f’kapaċità  kontrattwali oħra simili
bħal dik mal-Gvern ta’ Malta jew ma’ korp kostitwit
imwaqqaf b’liġi; jew
(d) kull persuna, kemm jekk tkun individwu kemm jekk le
sew jekk tkun korp magħqud jew le, li twettaq
funzjonijiet ta’ uffiċjal jew rappreżentant tal-Gvern ta’
Malta jew ta’ korp kostitwit imwaqqaf b’liġi.
(3) "Sigriet professjonali" jew "sigriet" f’dan l-Att jirreferi
għal tagħrif li jaqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(a) tagħrif li għandu jiġi meqjus sigriet taħt xi
disposizzjoni speċifika ta’ xi liġi;
Kap. 9.
(b) tagħrif li jkun deskritt bħala sigriet mill-persuna li
tkun qed tgħaddi dak it-tagħrif lil persuna li tidħol fl-
ambitu ta’ l-artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali; jew
(ċ) tagħrif li għandu raġonevolment jiġi meqjus bħala
sigriet minħabba -
(i) iċ-ċirkostanzi li fihom dak it-tagħrif ikun
mgħoddi jew ġie irċevut; u
(ii) in-natura ta’ dak it-tagħrif; u
(iii) l-istat, il-professjoni jew kariga tal-persuna li
tirċievi t-tagħrif, u tal-persuna li tagħti t-tagħrif,
fejn hu l-każ.
SEGRETEZZAPROFESSJONALI     ġ K AP. 377.      3
TAQSIMA II 
ID-DMIR TA’ SEGRETEZZA PROFESSJONALI
Tifsir ta’ l-artikolu 
257 tal-Kodiċi 
Kriminali.
Emendat:
XVII.1998.70.
Kap. 9.
Kap. 31.
Kap. 370.
Kap. 345.
3. (1) Dawk il-persuni li, minħabba fl-istat, professjoni jew
kariga tagħhom, jidħlu fl-ambitu ta’ l-artikolu 257 tal-Kodiċi
Kriminali, jinkludu dawn li ġejjin: membri ta’ professjoni regolata
mill-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha, avukati, nutara, prokuraturi legali,
accountants, udituri, impjegati u uffiċjali ta’ istituzzjonijiet
finanzjarji u ta’ kreditu, trustees, uffiċjali ta’ kumpanija nominee,
jew ta’ nominee liċenzjata, persuni li jkollhom liċenza biex
jipprovdu servizzi ta’ investiment taħt l-Att dwar Servizzi ta’
Investimenti, stockbrokers li jkollhom liċenza taħt l-Att dwar is-
Swieq Finanzjarji, assiguraturi, aġenti ta’ l-assigurazzjoni,
managers ta’ l-assigurazzjoni, brokers fl-assigurazzjoni u sotto-
aġenti fl-assigurazzjoni, uffiċjali u impjegati ta’ l-Istat.
Kap. 9.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10, persuna
tibqa’ suġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 257 tal-Kodiċi
Kriminali anke wara li hi tkun waqfet teżerċita dak l-istat jew dik
il-professjoni relevanti jew milli tibqa’ f’dik il-kariga relevanti.
Kap. 9.
(3) Kull referenza f’liġijiet oħra għal "id-dmir ta’ segretezza
professjonali", jew espressjonijiet simili, għandhom minn issa ’l
quddiem jiġu interpretati, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx mod ieħor, bħala referenza għad-dmir impost bl-artikolu
257 tal-Kodiċi Kriminali biex ma jikxifx sigriet li jkun jaqa’ taħt
dak l-artikolu.
Depożitarju ta’ 
siġriet.
Kap. 9.
4. (1) Persuna jitqies ukoll li jkun sar depożitarju ta’ sigriet
minħabba fl-istat, professjoni jew kariga tiegħu meta huwa jikseb
dak is-sigriet billi jkun impjegat jew prinċipal, soċju jew assistent
ta’ persuna li jidħol fl-ambitu ta’ l-artikolu 257 tal-Kodiċi
Kriminali jew billi jkun għamilha ta’ interpretu jew traduttur fil-
komunikazzjoni ta’ dak is-sigriet.
(2) Persuna wkoll jitqies li jkun sar depożitarju ta’ sigriet
minħabba fl-istat, professjoni jew kariga tiegħu, meta jikseb dak is-
sigriet waqt li jkun impjegat mill-Istat.
Kap. 9.
(3) Meta persuna jafda tagħrif sigriet lill-impjegat jew
prinċipal ta’ persuna li tidħol fl-ambitu ta’ l-artikolu 257 tal-Kodici
Kriminali minħabba fir-relazzjoni ta’ dak l-impjegat mal-prinċipal
tiegħu, dak it-tagħrif sigriet għandu jitqies li jkun ġie afdat lill-
prinċipal permezz ta’ l-impjegat tiegħu jew lill-impjegat permezz
tal-prinċipal tiegħu, skond il-każ, bħala mandatarju.
Investigaturi. 
setgħa ta’ investigazzjoni jew inkjesta li jkollu u li tkun ingħatatlu
b’liġi jew bis-saħħa ta’ xi leġislazzjoni li tkun teħtieġ il-komunika
ta’ informazzjoni għandu jitqies li jkun sar id-depożitarju ta’ dak it-
tagħrif bis-saħħa ta’ l-istat, professjoni jew kariga tiegħu.
  4      KAP. 377. ħ          SEGRETEZZAPROFESSJONALI 
TAQSIMA III
EĊĊEZZJONIJIET
Awtorizzazzjoni li 
wieħed jikxef. 
Kap. 9.
6. (1) Tkun difiża għal akkuża ta’ kxif ta’ tagħrif sigriet
kontra l-artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali jekk jiġi ppruvat li t-
tagħrif sigriet ikun inkixef mill-persuna akkużata, biss meta din
ġiet awtorizzata tagħmel dan mill-persuna li tkun fdatilha dak it-
tagħrif.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), min ikun irċieva tagħrif
sigriet mingħand persuna oħra ma jkunx jista’ jagħti
awtorizzazzjoni valida għall-kxif ta’ dak it-tagħrif minn terzi.
Kxif permess.
Miżjud:
XVII. 2002.224.
6A. Ebda reat ma jkun sar kontra l-artikolu 257 tal-Kodiċi
Kriminali jew dan l-Att minn -
(a) persuna li tikxef in bona fide informazzjoni sigrieta
waqt jew sabiex tikseb parir jew direzzjonijiet mill-
korp li jirregola l-professjoni tagħha;
(b) persuna li tikxef in bona fide informazzjoni sigrieta lil
awtorità  pubblika jew quddiem qorti jew tribunal sal-
limitu li tkun proporzjonata u raġonevolment meħtieġa
għall-għan speċifiku li -
(i) tiddefendi lilha nnifisha kontra xi talba dwar
xogħol professjonali li b’konnessjoni miegħu
tkun kisbet l-informazzjoni sigrieta; jew
(ii) tibda jew tkompli proċedimenti ġuddizzjarji bil-
ħsieb li jinġabru drittijiet jew somom oħra
dovuti lilha jew biex tinforza talbiet jew
interessi leġittimi oħra;
Kap. 9
Kap. 12.
(ċ) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 642(1)
tal-Kodiċi Kriminali jew l-artikolu 588(1) tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili , persuna, li in
bona fide tikxef xi nformazzjoni sigrieta lil awtorità
kompetenti f’Malta bit-twemmin raġonevoli li dak il-
kxif ikun raġonevolment meħtieġ sabiex ikun hemm
prevenzjoni, kxif, identifikazzjoni jew prosekuzzjoni
ta’ egħmil ta’ atti li jammonta jew li x’aktarx
jammonta għal reat kriminali, jew biex jiġi evitat li jsir
żball tal-ġustizzja.
Obbligu ta’ kxif.
Miżjud:
XVII. 2002.224.
Kap. 9.
Kap. 12.
6B. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 642(1) tal-
Kodiċi Kriminali u ta’ l-artikolu 588(1) tal-Kodiċi ta’
Orgaizzazzjoni u Proċedura Ċivili persuna għandha tikxef
informazzjoni li xort’oħra tkun koperta bis-segretezza professjonali
meta tkun meħtieġa li tagħmel hekk:
(a) minn awtorità  kompetenti biex tinforza l-liġi jew
regolatorja li tkun qed tinvestiga reat kriminali jew
ksur ta’ dmir;
(b) minn maġistrat fil-kawża għall-finijiet ta’
proċedimenti in genere; u
(ċ) minn qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali fil-kors ta’
SEGRETEZZAPROFESSJONALI     ġ K AP. 377.      5
prosekuzzjoni għal reat kriminali.
Komunikazzjoni 
meħtieġa lil 
impjeġati, eċċ.
Kap. 9.
7. (1) Kemm-il darba min ikun fada t-tagħrif sigriet ma
jgħidx li għandu jsir mod ieħor, huwa għandu jitqies li jkun
awtorizza l-komunikazzjoni tat-tagħrif sigriet lill-impjegati, soċji u
assistenti tal-persuna li lilha jkun ġie afdat it-tagħrif, jew lil xi
persuna oħra li tidħol fl-ambitu ta’ l-artikolu 257 tal-Kodiċi
Kriminali, meta din il-komunikazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq
ta’ servizzi mitluba minn min ikun fada t-tagħrif.
Kap. 9.
(2) Żewġ persuni jew aktar li jidħlu fl-ambitu ta’ l-artikolu 257
tal-Kodiċi Kriminali, u li jeżerċitaw is-setgħa ta’ tmexxija u
kontroll effettiv ta’ kumpannija mwaqqfa bil-għan ta’ l-eżerċizzju
tal-professjoni tagħhom, għandhom għall-finijiet ta’ dan l-artikolu
jitqiesu bħala soċji.
Kxif imġiegħel bil-
liġi.
Emendat:
XVII. 2002.225.
Kap. 9. 
8. Għall-finijiet ta’ l-artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali,
persuna m’għandhiex titqies li tkun imġiegħla bil-liġi li tagħti
tagħrif lill-awtorità  pubblika kemm-il darba ma jkunx hemm ħtieġa
statutorja li tkun tgħid dan.
Ordnijiet tal-qorti 
biex isir kxif.
Emendat:
XVII. 2002.226.
Kap. 9.
Kap. 12.
9. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 642(1) tal-
Kodiċi Kriminali u ta’ l-artikolu 588(1) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Qorti tista’ tawtorizza jew
toħroġ ordni għal kxif ta’ tagħrif sigriet skond id-disposizzjonijiet
espressi ta’ liġi, u biss għal finijiet speċifiċi li għalihom dik id-
disposizzjoni tkun saret b’liġi, jew għall-iskop speċifiku ta’
prevenzjoni, kxif jew ditezzjoni ta’ l-egħmil ta’ atti li jammontaw
jew li x’aktarx jammontaw għal reat kriminali:
Iżda fejn ma hemmx disposizzjoni espressa għar-rigward
ta’ professjoni, stat jew kariga partikolari, ebda ħaġa f’dan l-
artikolu m’għandha tiftiehem li qed tbiddel ir-regoli eżistenti tal-
liġi għar-rigward tas-setgħa tal-qorti li teħles xhud quddiem qorti li
jkun membru ta’ dik il-professjoni, dak l-istat jew dik il-kariga
mid-dmir tas-segretezza professjonali:
Iżda wkoll fejn il-qorti tawtorizza jew tordna dak il-kxif,
dik ix-xiehda għandha tinstema’ in camera u tkun biss aċċessibbli
għall-qorti u għall-partijiet:
Kap. 12. 
Iżda wkoll li xejn f’dan l-Att m’għandu jiftiehem li jolqot
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili għar-rigward ta’ mandati ta’ sekwestru.
Tagħrif li jsir 
pubbliku. 
Kap. 9.
10. Tkun difiża għal akkuża ta’ kxif ta’ tagħrif sigriet kontra l-
artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali jekk jiġi pruvat li, fil-ħin li
nkixef it-tagħrif, it-tagħrif kien sar ta’ dominju pubbliku b’mod
leġittimu.
Komunikazzjoni-
jiet fi ħdan il-
Gvern. 
Kap. 9.
11. (1) Ma jkunx hemm ksur ta’ l-artikolu 257 tal-Kodiċi
Kriminali meta persuna impjegata mill-Istat tikkomunika tagħrif
sigriet lil persuna oħra impjegata mill-istess enti jew lil Ministru li
jkun responsabbli għal dik l-enti, meta dik il-komunikazzjoni tkun
meħtieġa b’mod dirett għat-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi
tagħhom.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, dawn li ġejjin huma entijiet
  6      KAP. 377. ħ          SEGRETEZZAPROFESSJONALI 
separati:
(a) kull korp kostitwit imwaqqaf b’liġi; 
(b) id-Dipartiment tat-Taxxi Interni;
(ċ) kull dipartiment jew diviżjoni ta’ l-Istat , b’esklużjoni
ta’ l-entijiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b).
TAQSIMA IV 
DISPOSIZZJONIJIET SUPPLEMENTARI 
Riżervi għal 
komunikazzjonijiet
privileġġati. 
12. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tirristrinġi jew tillimita,
jew titqies li tirristrinġi jew tillimita, il-liġijiet jew konswetudni
dwar il-protezzjoni ta’ komunikazzjonijiet privileġġati.
Referenzi f’liġijiet 
oħra.
13. Kull referenza f’xi liġi, sew jekk mgħoddija qabel jew
wara d-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, għal obbligazzjoni li
tinżamm is-segretezza jew il-kunfidenzjalità , għandha tiġi
nterpretata bħala li tkun qiegħda timponi dmir li għall-inqas ikollu
saħħa daqskemm għandu dmir ta’ segretezza professjonali, bla
ħsara għal kull ħtieġa oħra ta’ dik il-liġi.
Proċedimenti 
kriminali. 
Kap. 9.
14. (1) Ma għandhom jinbdew ebda proċedimenti għal reat
taħt l-artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali mingħajr l-awtorizzazzjoni
ta’ l-Avukat Ġenerali.
(2) Meta r-reat imwettaq minn persuna jkun jikkostitwixxi reat
iktar gravi taħt xi liġi oħra, id-disposizzjonijiet ta’ dik il-liġi l-oħra
għandhom ikunu jgħoddu għar-rigward ta’ dak ir-reat.
