AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      1
KAPITOLU 378
ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
Biex jipprovdi għat-twaqqif u l-funzjonijiet tal-kariga ta’ Direttur għall-Affarijiet tal-
Konsumatur u għat-twaqqif ta’ Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u ta’ tribunali li jkunu
magħrufa bħala t-Tribunali għal Talbiet tal-Konsumaturi, u dwar ħwejjeġ oħra li għandhom
x’jaqsmu ma’ dan jew joħorġu b’konsegwenza minnu. 
23 ta’ Jannar, 1996
L-ATT XXVIII ta’ l-1994, kif emendat bl-Atti V ta’ l-1995, XIX ta’ l-1996,  XXVI ta’ l-2000
u VI ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
TAQSIMA I. Preliminari 1-2
TAQSIMA II. Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Kunsill 
għall-Affarijiet tal-Konsumatur 3-15
TAQSIMA III. Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi 16-27
TAQSIMA IV. Għaqdiet ta’ Konsumaturi 28-42
TAQSIMA V. Dikjarazzjoni ta’ prinċipji     43
TAQSIMA VI. Atti mhux ġusti 44-55
TAQSIMA VII. Responsabbiltà  għal prodotti difettużi 56-71
TAQSIMA VIII. Bejgħ ta’ oġġetti lil konsumaturi 72-93
TAQSIMA IX. Ordnijiet ta’ tħaris 94-101
TAQSIMA X. Infurzar 102-110
TAQSIMA XI. Mixellanji 111
  2      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
TAQSIMA I 
Preliminari 
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Affarijiet tal-
Konsumatur.
Tifsir.
Emendat:
V. 1995.20;
XXVI. 2000.2.
2. F’dan l-Att kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-
Konsumatur;
"Direttur" tfisser id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur; 
"fond" tfisser kull imkien mnejn jitmexxa jew isir kull kummerċ
jew negozju, magħduda posta jew vettura;
"konsumatur" tfisser -
(i) kull individwu li fi transazzjonijiet u ħwejjeġ
oħra koperti b’dan l-Att jew b’regolamenti
magħmulin taħtu, jkun qed jaġixxi għal għanijiet
li ma jkollhomx x’jaqsmu mal-kummerċ,
negozju, sengħa jew professjoni; u
(ii) kull individwu ieħor li ma jkunx ix-xerrej jew
benefiċjarju dirett, u sew jekk ikunx jew le
membru tal-familja tal-konsumatur, li għax ikun
espressament jew taċitament awtorizzat jew
permess mill-konsumatur, seta’ kkonsma, uża
jew ibbenefika minn xi oġġetti jew servizzi
pprovduti lill-konsumatur minn kummerċjant li
jkun qed jaġixxi fil-kors ta’ xi kummerċ,
negozju, sengħa jew professjoni, inklużi oġġetti
jew servizzi li jiġu pprovduti bħala parti minn
skemi ta’ rigali u tħajjir ieħor simili jew
analogu; u
(iii) kull klassi jew kategorija oħra ta’ persuni sew
naturali sew ġuridiċi li jistgħu, minn żmien għal
żmien, jissemmew bħala "konsumaturi" għal
kull raġuni jew xi waħda mir-raġunijiet ta’ dan l-
Att b’regolamenti magħmulin mill-Ministru
wara li jikkonsulta lill-Kunsill;
"korp kwalifikanti" tfisser għaqda ta’ konsumaturi reġistrata u
kull korp ieħor sew kostitwit f’Malta jew xort’oħra hekk kif il-
Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Kunsill, jinnomina b’avviż
fil-Gazzetta;
"kummerċjant" tfisser -
(i) kull persuna, inkluż korp magħqud jew mhux
magħqud, li għar-rigward ta’ kull transazzjoni
jew ħaġ’oħra koperta b’dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu tkun qegħda
taġixxi għal raġunijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-
kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni
tiegħu;
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      3
Kap. 13.
(ii) kull persuna li għaliha japplika l-artikolu 4 tal-
Kodiċi tal-Kummerċ: 
Iżda l-Ministru wara li jikkonsulta lill-Kunsill jista’ minn
żmien għal żmien b’Ordni li jippubblika fil-Gazzetta, isemmi bħala
"kummerċjant" għall-għanijiet kollha ta’ l-Att, lil kull kategorija
jew klassi ta’ persuni u lil kull korp magħqud jew mhux magħqud
sew jekk imwaqqaf b’liġi sew jekk le. Ordni li jsir mill-Ministru kif
imsemmi qabel jista’ jiġi emendat, sostitwit jew revokat b’Ordni
ieħor bħalu;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur
imwaqqaf taħt it-Taqsima II ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
konsumatur;
"għaqda ta’ konsumaturi" tfisser korp volontarju ta’ persuni li l-
għan ewlieni tiegħu hu l-promozzjoni ta’ protezzjoni jew
edukazzjoni tal-konsumatur;
"għaqda ta’ konsumaturi reġistrata" tfisser għaqda ta’
konsumaturi reġistrata skond it-Taqsima IV ta’ dan l-Att; 
"oġġetti" tinkludi kull proprjetà  mobbli, sew tanġibbli sew
intanġibbli, li jista’ jsir kummerċ minnha, inklużi annimali u ħut ta’
liema speċi jkun kemm ħaj kemm mejjet;
"pattijiet" tinkludi kull kondizzjoni jew ħtieġa f’kull kuntratt,
avviż, garanzija jew dikjarazzjoni oħra, sew jekk dawn jingħataw
bil-fomm sew bil-miktub;
Kap. 380.
"qorti ordinarja" għall-finijiet tat-Taqsima III ta’ dan l-Att
tinkludi t-Tribunal għal Talbiet Żgħar imwaqqaf bl-Att dwar it-
Tribunal għal Talbiet Żgħar;
Kap. 217.
"residenti permanenti" tfisser persuna li jkun inħarġilha permess
għal residenza skond l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni;
"riklam" tfisser kull rappreżentazzjoni, inklużi katalogu,
ċirkolari u lista ta’ prezzijiet, dwar xi kummerċ, negozju, sengħa
jew professjoni sabiex tinġieb ’il quddiem il-provvista jew it-
trasferiment ta’ oġġetti jew servizzi, proprjetaċ immobbli, drittijiet
jew obbligazzjonijiet u "reklamar" għandha tiftiehem skond hekk;
"servizzi" tinkludi l-provdiment, fil-kors jew bi tkomplija ta’ xi
kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, ta’ kull għamla ta’ kors
edukattiv, professjonali jew istruttiv, faċilitajiet għall-mogħdija ta’
żmien, divertiment, rikreazzjoni, attivitajiet sportivi u kulturali,
programmi dwar l-estetika, is-saħħa u affarijiet li għandhom
x’jaqsmu man-nutriment, servizzi ta’ sptar u ta’ infermerija,
akkommodazzjoni u faċilitajiet analogi, ta’ kull għamla, u t-twettiq,
bi tkomplija ta’ xi kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni, ta’
kull għamla oħra ta’ xi xogħol jew xi azzjoni bi skambju għal ħlas
jew xi rigal;
"Tribunal" tfisser Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi
mwaqqaf taħt it-Taqsima III ta’ dan l-Att.
  4      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
TAQSIMA II
Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Kunsill għall-
Affarijiet tal-Konsumatur
Twaqqif tal-kariga 
ta’ Direttur għall-
Affarijiet tal-
Konsumatur. 
3. (1) Ikun hemm Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur li
jkun uffiċjal pubbliku maħtur mill-Prim Ministru għal dak il-għan.
(2) Il-funzjonijiet ta’ Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-Att imsejjaħ "id-Direttur")
għandhom ikunu sabiex iwettaq il-policy stabbilita mill-Ministru,
sew persunalment jew permezz ta’ uffiċjali pubbliċi fid-
Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur u għandhom jinkludu -
(a) l-għoti ta’ tagħrif u guidelines lill-pubbliku dwar
ħwejjeġ li jolqtu l-interessi tal-konsumaturi;
(b) is-sorveljanza ta’ kull konswetudni kummerċjali dwar
il-provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumaturi, u
sabiex iwettaq u biex jieħu passi sabiex iwarrab u jara
li ma jsirux konswetudnijiet kummerċjali li jistgħu
jkunu ta’ detriment għall-konsumaturi;
(ċ) l-investigazzjoni ta’ ilmenti li jsiru minn konsumaturi
dwar il-provvista ta’ oġġetti u servizzi u sabiex jaġixxi
daqskemm hu fis-setgħa tiegħu li jagħmel dan sabiex
jirrimedja kull ilment ġustifikat li jista’ jsir jaf bih;
(d) l-għajnuna li tingħata lill-Kunsill għall-Affarijiet tal-
Konsumatur fit-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet
tiegħu u l-għoti ta’ dak it-tagħrif li jista’ jenħtieġ mill-
Kunsill dwar it-twettiq ta’ dmirijietu; u
(e) it-twettiq ta’ kull funzjoni jew dmir ieħor li jkun
assenjat jew li jista’ jiġi assenjat lilu taħt dan l-Att jew
kull liġi oħra.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tagħti lil
konsumatur xi jedd li jeħtieġ mingħand id-Direttur xi parir dwar xi
ħaġa speċifikata jew ġenerali jew li d-Direttur jaġixxi f’ismu u fl-
interess tiegħu f’xi tilwima jew ħaġa partikolari ma’ kummerċjant
jew wieħed li jipprovdi servizzi, quddiem xi qorti, tribunal jew
band’oħra.
(4) Id-Direttur jista’ jawtorizza bil-miktub lil kull uffiċjal
pubbliku li jkun fid-Dipartiment sabiex iwettaq funzjonijiet
mogħtija lid-Direttur bis-saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra.
Kunsill għall-
Affarijiet tal-
Konsumatur.
Emendat:
XXVI. 2000.3.
4. (1) Ikun hemm Kunsill magħruf bħala "il-Kunsill għall-
Affarijiet tal-Konsumatur" li jkollu l-funzjonijiet u d-dmirijiet
stabbiliti b’dan l-Att. Il-Kunsill ikun magħmul minn chairman, viċi
chairman, u ħames membri oħra.
(2) Il-Ministru għandu jappunta:
(a) iċ-chairman u erba’ membri oħra minn fost persuni li,
minħabba l-esperjenza, il-kwalifiki jew l-attivitajiet
tagħhom, fil-fehma tal-Ministru jistgħu jikkontrib-
wixxu għall-promozzjoni ta’ l-interessi tal-
konsumatur;
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      5
(b) lid-Direttur bħala viċi chairman; u
(ċ) membru wieħed li, minħabba esperjenza, il-kwalifiki
jew l-attivitajiet tiegħu, il-Ministru jqis li jista’ jġib ’il
quddiem il-fehma tal-kummerċjanti.
(3) Wieħed mill-membri, mhux iċ-chairman, imsemmija fis-
subartikolu (2)(a) għandu jiġi appuntat wara konsultazzjoni ma’
dawk l-għaqdiet tal-konsumatur, jekk ikun hemm, li jkunu ġew
irreġistrati taħt it-Taqsima IV ta’ dan l-Att, u l-membru msemmi
fil-paragrafu (ċ) ta’ l-istess subartikolu għandu jiġi appuntat wara
konsultazzjoni ma’ dawk l-organizzazzjonijiet kostitwiti li l-
Ministru jqis bħala li jirrappreżentaw l-interess tal-kummerċjant.
(4) Il-membri maħturin għandhom jibqgħu fil-kariga għal dak
iż-żmien, li ma jkunx iktar minn tliet snin, hekk kif jista’ jiġi
stabbilit fl-ittra tal-ħatra tagħhom u jkunu jistgħu jerġgħu jinħatru.
(5) Meta l-post ta’ membru maħtur ma jibqax jiġi okkupat
qabel tmiem iż-żmien stabbilit fl-ittra tal-ħatra tiegħu, il-Ministru
jaħtar persuna oħra sabiex toqgħod minflok dak il-membru għal
dak iż-żmien, li ma jkunx żmien aktar minn tliet snin hekk kif il-
Ministru jista’ jistabbilixxi fl-ittra tal-ħatra tiegħu.
(6) Il-viċi chairman jagħmilha minflok iċ-chairman kull meta
ċ-chairman ma jkunx jista’ leġittimament jattendi jew inkella jkun
assenti minn laqgħa tal-Kunsill.
(7) Persuna ma tkunx tista’ tinħatar membru tal-Kunsill, jew
tibqa’ membru tal-Kunsill jekk dik il-persuna -
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew 
(b) tkun inabilitata jew interdetta skond il-liġi; jew
(ċ) tkun ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
kompożizzjoni mal-kredituri tagħha; jew
(d) tkun instabet ħatja ta’ -
(i) reat li jolqot il-fiduċja pubblika; jew 
(ii) serq; jew
(iii) frodi; jew
(iv) li tkun xjentement laqgħet għandha oġġetti
misruqa jew miksuba bi frodi; jew
Kap. 39. 
Kap. 37.
Kap. 313.
Kap. 317.
(v) xi reat maħsub f’dan l-Att, fl-Ordinanza dwar l-
Użin u l-Kejl, fl-Ordinanza tad-Dwana, fl-Att
dwar Deskrizzjonijiet Kummerċjali, fl-Att dwar
Bejjiegħa Bieb b’Bieb, jew f’kull liġi mħassra
minn xi wieħed mill-Atti jew Ordinanzi
msemmija jew b’kull liġi li tidħol minflokhom.
(8) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-artikolu l-
Ministru jista’ f’kull żmien itemm il-ħatra ta’ membru maħtur jekk
fil-fehma tiegħu dak il-membru maħtur ma jkunx iktar kapaċi li
jibqa’ jżomm il-kariga tiegħu jew ikun sar inkapaċi li jibqa’ jwettaq
sew il-funzjonijiet tiegħu.
(9) Il-Ministru jaħtar uffiċjal li jkun iwettaq dmirijietu fis-
servizz pubbliku sabiex jagħmilha ta’ segretarju tal-kunsill
  6      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
mingħajr jedd ta’ vot.
Funzjonijiet tal-
kunsill.
5. (1) Tkun il-funzjoni tal-Kunsill - 
(a) li jagħti parir lill-Ministru dwar kif jagħmel il-policy li
għandu jimxi biha d-Direttur fit-twettiq tal-
funzjonijiet tiegħu taħt din il-liġi jew kull liġi oħra;
(b) li jagħti parir u jgħin lill-Ministru fuq il-miżuri għall-
promozzjoni u l-protezzjoni ta’ l-interessi tal-
konsumaturi;
(ċ) li jissorvelja u jiskrutinja kull konswetudni ta’
kummerċ u ta’ negozju li għandha x’taqsam mal-
provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumaturi u ma’
attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan jew anċillari
għalih;
(d) fuq talba tal-Ministru li jagħmel jew jinkariga li jsir
kull studju jew riċerka li jistgħu jenħtieġu biex iġibu ’l
quddiem il-protezzjoni tal-konsumatur;
(e) li jissorvelja l-ħdim u t-twettiq ta’ liġijiet li sew b’mod
dirett jew mhux dirett jolqtu l-konsumatur f’Malta;
(f) li jirrediġi u jirrevedi direttivi dwar il-protezzjoni tal-
konsumatur u l-inqas livelli dwar servizzi sabiex
iressaqhom quddiem il-Ministru;
(g) li jissorvelja l-iżvilupp ta’ għaqdiet ta’ konsumaturi
f’Malta, u li jirrediġi u jirrevedi regoli ta’ prattika għal
għaqdiet ta’ konsumaturi reġistrati sabiex iressaqhom
quddiem il-Ministru;
(h) li jeżamina u jaqta’ dwar jekk għaqda ta’ konsumaturi
ikollhiex il-ħtiġiet biex tkun għaqda ta’ konsumaturi
reġistrata skond dan l-Att; u
(i) li jwettaq kull funzjoni oħra jew dmir ieħor li jistgħu
jingħatawlu mill-Ministru jew li jistgħu jingħataw lill-
Kunsill b’din il-liġi jew b’kull liġi oħra.
(2) (a) Il-Kunsill jista’, bi ftehim mal-Ministru, minn żmien
għal żmien jistabbilixxi dawk il-kummissjonijiet
konsultivi li jista’ jqis li jkunu meħtieġa sabiex jgħinuh
fil-funzjonijiet tiegħu.
(b) Il-kummissjonijiet ikollhom funzjoni konsultiva u li
jagħtu pariri, u r-riżultanzi jew ir-rakkomandaz-
zjonijiet tagħhom ma għandhomx jobbligaw lill-
Kunsill jew lill-Ministru b’ebda mod.
(ċ) Kull kummissjoni mwaqqfa taħt dan is-subartikolu
għandha tkun magħmula minn żewġ persuni jew iżjed
nominati mill-Kunsill u minn għadd indaqs ta’ persuni
oħra nominati minn organizzazzjonijiet jew individwi
li jirrappreżentaw l-interess tal-fergħa jew settur tal-
kummerċ jew negozju li dik il-Kummissjoni tkun
twaqqfet għar-rigward tagħhom. Kummissjoni
għandha f’kull każ tkun presjeduta minn membru tal-
Kunsill.
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      7
(d) Kummissjoni għandha sservi bħala mezz ta’
komunikazzjoni bejn fergħa jew settur kummerċjali li
dwaru dik l-istess kummissjoni tkun twaqqfet u l-
Kunsill, u għandha tipprova twaqqaf u tirrisolvi
sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu ta’ konflitti ta’ ideat
u interessi bejn il-konsumaturi u l-kummerċjanti f’dik
il-fergħa jew f’dak is-settur partikolari.
Tmexxija tax-
xogħol tal-Kunsill. 
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-
Kunsill għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess.
(2) Il-Kunsill jiltaqa’ kemm il-darba jkun meħtieġ iżda f’ebda
każ inqas minn darba kull xahar kalendarju. Il-laqgħat jissejħu miċ-
chairman jew fin-nuqqas tiegħu mill-viċi chairman, sew
b’inizjattiva tiegħu, jew fuq talba ta’ tliet membri oħra tal-Kunsill.
(3) F’laqgħa tal-Kunsill quorum jintgħamel miċ-chairman, jew
mill-viċi chairman fin-nuqqas tiegħu, u minn tliet membri oħra.
(4) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu bil-
maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti u votanti, filwaqt li ċ-
chairman ikollu vot oriġinali u fil-każ ta’ voti ndaqs, vot ieħor jew
casting vote.
(5) Il-Kunsill xorta jista’ jiffunzjona minkejja kull vakanza fost
il-membri tiegħu.
(6) Membru tal-Kunsill li f’xi kwistjoni li tkun quddiem il-
Kunsill ikollu xi interess konfliġġenti mal-kariga tiegħu ta’
membru tal-Kunsill għandu jiddikjara x-xorta ta’ interess li jkollu u
jirtira minn kull laqgħa tal-Kunsill li matulha tkun qed tiġi diskussa
dik il-kwistjoni. Kull dikjarazzjoni għandha tiġi reġistrata fil-
minuti tal-laqgħa.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
Sostitwit:
XXVI. 2000.4.
7. (1) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Kunsill,
jagħmel regolamenti dwar kull ħaga li tolqot l-affarijiet tal-
konsumatur sabiex jagħti effett iktar sħiħ lid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, u b’mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel imsemmi, huwa jista’
jippreskrivi regolamenti - 
(a) dwar kull aspett li jirrigwarda l-provdiment ta’ xi
servizz, jew il-bejgħ jew kiri ta’ oġġetti offruti jew
forniti lill-konsumaturi; li jistabbilixxu standards ta’
servizz minimi u ħtiġiet ta’ indikazzjoni ta’ prezzijiet
għar-rigward ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi, u li tiġi
stipulata kull ħtieġa oħra sabiex tittejjeb it-trasparenza
fil-prezzijiet u l-informazzjoni għall-konsumatur, u
biex jinġieb ‘il quddiem paragun iktar faċli bejn l-
oġġetti jew is-servizzi differenti li jkunu offruti lill-
konsumaturi;
(b) li jistabbilixxu regoli ta’ prattika għal għaqdiet ta’
konsumaturi reġistrati;
(ċ) li jirregolaw ir-reklamar u kull prattika oħra simili
sabiex jiġi żgurat li r-reklamar u kull prattika oħra
simili jkunu ġusti u li ma jkunux jieħdu vantaġġ mhux
  8      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
dovut fuq il-konsumaturi;
(d) li jirregolaw skemi ta’ bolol tal-kummerċ, skemi ta’
rigali, offerti speċjali, attivitajiet promozzjonali ta’
bejgħ u skemi oħra simili, arranġamenti u attivitajiet,
ikunu kif ikunu deskritti jew imsemmija, konnessi,
anċillari jew relatati mal-provdiment ta’ xi servizz jew
mal-bejgħ jew il-kiri ta’ oġġetti lill-konsumaturi u
transazzjonijiet oħra konsumistiċi, inklużi skemi li
jkunu jinvolvu l-użu u l-promozzjoni ta’ units, kupuni,
punti, tokens, vouchers, punti, bolol jew kull għamla
oħra ta’ kumpens, rigal, sħubija, inċentiv, tħajjir jew
benefiċċju ieħor, sew bi flus sew in natura, u kemm
jekk dawn jistgħu jiġu skambjati, mifdija jew
xort’oħra, li jinħarġu jew jitqassmu lil konsumaturi
f’konnessjoni, sew direttament sew indirettament,
max-xiri jew il-kiri ta’ oġġetti jew servizzi jew
transazzjonijiet oħra mal-konsumatur;
(e) li jirregolaw arranġamenti ta’ bejgħ remot u l-għemil
ta’ kull ftehim meta l-konsumatur u l-kummerċjant
ikunu jinsabu ‘l bogħod minn xulxin, u għal dan l-għan
biex jistipulaw il-proċedura biex ikun jista’ jsir kull
ftehim ta’ bejgħ remot, biex jipprovdu dwar li jiġu
inklużi jew li jitħallew barra xi pattijiet u
kondizzjonijiet partikolari, biex jistabbilixxu żmien ta’
tregwa għall-konsumaturi, biex jistabbilixxu livelli u
eżenzjonijiet, u biex jistabbilixxu drittijiet
konsumistiċi minimi, u biex jintroduċu miżuri biex
jagħmlu offerti għal kull ftehim tali aktar trasparenti u
informattivi, u biex jirregolaw kull aspett ieħor ta’
bejgħ remot; u
(f) biex jirregolaw offerti ta’ kreditu lill-konsumatur u l-
għemil ta’ kull ftehim għall-provdiment ta’ pattijiet u
faċilitajiet ta’ kreditu minn kummerċjanti jew persuni
oħra lill-konsumaturi fil-kors ta’ xi kummerċ, negozju,
sengħa jew professjoni dwar, direttament jew
indirettament, il-bejgħ jew l-offerta ta’ oġġetti,
proprjetà  immobbli jew servizzi, biex jistipulaw il-
forma u l-proċedura kif għandu jsir kull ftehim ta’
kreditu lill-konsumatur, biex jistipulaw u jirregolaw il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jew ma jistgħux
jiġu adottati f’kull tali ftehim, biex jistabbilixxu livelli
u eżenzjonijiet, il-metodu ta’ kalkolu tan-nefqa għall-
kreditu, ir-reklamar, u miżuri oħra li jitqiesu meħtieġa
jew adattati biex jiġu stabbiliti l-inqas drittijiet għad-
debituri u biex jagħmlu l-offerti ta’ kreditu iktar
trasparenti u informattivi, u biex jirregolaw kull aspett
ieħor ta’ arranġamenti ta’ kreditu lill-konsumatur.
(2) Regolamenti li jsiru taħt dan l-artikolu jistgħu jipprovdu
wkoll għall-assenjament tas-setgħa u l-awtorità  lid-Direttur u lill-
Kunsill, jew lil min ikun minnhom, biex jikkontrolla, jissorvelja,
jibqa’ jieħu konjizzjoni jew jipprojbixxi kull skema, ftehim, attività
jew arranġament, inkluża s-setgħa li jawtorizza, jeħtieġ liċenza,
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      9
jissospendi, jirrestrinġi u biex jordna l-emenda, l-projbizzjoni, s-
sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir ta’ xi skema, ftehim, attività  jew
arranġament partikolari, jew ta’ xi klassi jew kategorija partikolari
tagħhom, u biex jimponi kull kondizzjoni u ħtieġa f’konnessjoni
ma’ dan. 
(3) Regolamenti li jsiru taħt dan l-artikolu jistgħu jipprovdu li
kull min jikser xi disposizzjoni tar-regolamenti jkun ħati ta’ reat, u
jistgħu jippreskrivu pieni għal dawk ir-reati kontra kull regolament,
sakemm il-piena għal dawk ir-reati ma għandha f’ebda każ teċċedi
multa ta’ aktar minn elfejn lira. Jistgħu jiġu preskritti pieni
differenti għal reati differenti.
Dikjarazzjonijiet 
ta’ avviż pubbliku.
Emendat:
XXVI. 2000.5.
8. (1) Id-Direttur jista’, bi qbil maċ-chairman f’każ ta’
urġenza, jew tal-Kunsill, jagħmel jew joħroġ avviż pubbliku li fih
jidentifika u jwissi jew jgħarraf dwar xi ħaġa minn dawn li ġejjin:
(a) oġġetti li mhumiex tajba biżżejjed jew li huma
perikolużi u persuni li jfornu dawk l-oġġetti;
(b) servizzi li jingħataw b’mod mhux sodisfaċenti u
persuni li jfornu dawk is-servizzi;
(ċ) kull prattika ta’ kummerċ li hi ta’ detriment għall-
interessi ta’ konsumaturi u ta’ persuni li jieħdu sehem
f’kull prattika bħal dik; u
(d) kull ħaġa oħra li tolqot jew tista’ tolqot ħażin kull
interess tal-konsumaturi f’dak li għandu x’jaqsam
max-xiri ta’ oġġetti jew l-għoti ta’ servizzi minn
kummerċjanti.
(2) Meta jintgħamel jew jinħareġ avviż skond kif hemm fis-
subartikolu (1), id-Direttur għandu jsegwi il-prinċipji tas-sewwa u
ta’ l-oġġettività .
(3) Kemm il-Gvern, id-Direttur kif ukoll kull uffiċjal pubbliku
li jaġixxi fuq istruzzjonijiet mogħtija mid-Direttur jew taħt l-
awtorità  tiegħu, ikunu eżenti minn kull responsabbiltà  legali għal
kull ma jkun sar bona fide bi twettiq ta’ dan l-artikolu mid-Direttur
jew minn kull uffiċjal pubbliku kif imsemmi qabel. Din l-eżenzjoni
tapplika għall-persuni kollha li jippubblikaw, jistampaw,
jirreġistraw, ixandru jew jikkomunikaw dik l-informazzjoni b’kull
mod li jkun.
Isem il-Kunsill jew 
Dipartiment ma 
għandux jintuża 
f’xi reklam.
Emendat:
XXVI. 2000.6.
9. (1) Kemm-il darba ma jkollux il-kunsens bil-miktub tad-
Direttur, kummerċjant ma għandux jagħmel jew iġiegħel lil min
jagħmel xi deskrizzjoni f’għamla li tidher jew li tinstama’, sew
b’mod speċifiku jew billi hekk jiftiehem, li tkun tfisser illi:
(a) xi oġġetti jew servizzi fornuti minn xi kummerċjant
ikollhom l-approvazzjoni ta’ xi awtorità  stabbilita bis-
saħħa ta’ dan l-Att; jew
(b) xi attività  mwettqa minn xi kummerċjant ikollha l-
approvazzjoni, jew tkun qiegħda titmexxa bil-ko-
operazzjoni jew għajnuna ta’ xi awtorità  imwaqqfa
bis-saħħa ta’ dan l-Att.
(2) Meta ssir referenza għal isem tal-kummerċjant, isem
  10      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
kummerċjali, trade-mark jew it-tismija ta’ oġġetti jew servizzi
provduti jew fornuti minn kummerċjant, bħala li għandhom
x’jaqsmu ma’ deskrizzjoni msemmija fis-subartikolu (1), dak il-
kummerċjant għandu jitqies għall-finijiet ta’ dan l-artikolu bħala li
kien il-persuna responsabbli għall-għemil tad-deskrizzjoni, kemm-
il-darba ma jġibx prova li d-deskrizzjoni tkun saret mingħajr ma hu
kien jaf biha jew li hu kellu x’jaqsam ma’ l-għemil tagħha.
(3) Meta kummerċjant jinsab ħati taħt dan l-artikolu, huwa
jista’ jeħel multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u mhux iżjed
minn elf lira.
Responsabbiltà  ta’ 
kummerċjant għal 
dak li jagħmlu l-
impjegati tiegħu, 
eċċ.
10. Meta reat bi ksur ta’ dan l-Att jew ta’ kull regolament
magħmul bis-saħħa tiegħu jsir minn impjegat jew minn persuna
oħra li taġixxi f’isem kummerċjant, il-kummerċjant ikun ħati wkoll
tar-reat li jkun sar mill-impjegat jew mill-persuna l-oħra li tkun qed
taġixxi f’ismu kemm-il darba ma jippruvax li jkun wettaq kull
diliġenza raġonevoli sabiex jipprevjeni t-twettiq tar-reat mill-
impjegat jew mill-persuna l-oħra li tkun qed taġixxi f’isem il-
kummerċjant.
Kunfidenzjalità .  11. (1) Kull min ikun jew f’xi żmien kien membru tal-Kunsill
jew ta’ xi kummissjoni konsultiva mwaqqfa bis-saħħa ta’ dan l-Att,
id-Direttur, jew uffiċjal pubbliku mad-Dipartiment ma għandhomx,
kemm-il darba dan ma jkunx fit-twettiq ta’ dmirijietu jew
funzjonijiet taħt dan l-Att jew taħt kull liġi oħra, jew meta jkun
imiss lilu li jagħmel dan bis-saħħa ta’ disposizzjoni ta’ dan l-Att
jew ta’ xi liġi oħra, sew b’mod dirett jew mhux dirett
jikkomunikaw tagħrif li jkunu saru jafu bih b’effett tal-fatt li kellu
dik il-kariga jew uffiċċju.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ma għandha tiftiehem bħala li
tipprojbixxi d-Direttur jew kull uffiċjal pubbliku ieħor mad-
Dipartiment milli jikkomunika lill-konsumatur, li l-ilment tiegħu
dwar xi ħaġa jkun ġie investigat mid-Direttur, tagħrif dwar xi ħaġa
li jkun sar jaf biha b’riżultat ta’ l-investigazzjoni tiegħu.
(3) Mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  oħra taħt xi
liġi oħra, kull min jikser dan l-artikolu jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u ta’ mhux iżjed minn elf
lira, jew għal priġunerija ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew għal
dik il-multa u priġunerija flimkien.
Garanziji.
Emendat:
XXVI. 2000.7.
12. (1) Meta d-Direttur jidhirlu li kummerċjant ikun ġab ruħu
bi ksur tar-regolamenti taħt l-artikolu 7 jew taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 9, jew li jkun naqas li jikkonforma ma’ dawk ir-
regolamenti, id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, minflok ma
jibda proċedimenti kontra l-kummerċjant taħt ir-regolament
relattiv, jammonixxi lill-kummerċjant u jikseb mingħandu
garanzija bil-miktub li l-kummerċjant sa jieqaf milli jkompli jġib
ruħu skond ma hemm miktub fil-garanzija għal dak iż-żmien li ma
jkunx iktar minn tliet snin, skond ma jiġi speċifikat mid-Direttur.
Il-garanzija għandu jkun fiha dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet
oħra li jista’ jkun hemm ftehim dwarhom, inkluż, fejn iċ-
ċirkostanzi jkunu hekk jeħtieġu, l-għoti ta’ kumpens lil
konsumaturi milqutin.
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      11
(2) Id-Direttur ma jibdiex proċedimenti kontra kummerċjant
meta l-kummerċjant ikun temm iġib ruħu b’dak il-mod u jkun ta l-
garanzija msemmija.
(3) Id-Direttur għandu jżomm reġistru għall-garanziji
magħmula taħt dan l-artikolu, liema reġistru għandu jinżamm fl-
uffiċċju prinċipali tad-Dipartiment u kull persuna tkun tista’ tara r-
reġistru matul dawk il-ħinijiet li jkunu stabbiliti mid-Direttur.
(4) Kummerċjant li jikser garanzija magħmula skond dan l-
artikolu ikun, mingħajr preġudizzju għal xi responsabbiltà  li
titnissel minn din il-liġi jew xi liġi oħra, ħati ta’ reat u meta jinsab
ħati jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn elf
lira u għandu f’kull każ jibqa’ marbut bil-garanzija għaż-żmien li
jifdal mill-perijodu tagħha.
Proċedimenti.
Emendat:
XXVI. 2000.8.
13. (1) Proċedimenti dwar reat kontra dan l-Att jista’ biss
jinbeda fuq istanza tad-Direttur.
(2) F’kull proċediment imsemmi fis-subartikolu (1), id-
Direttur, jew uffiċjal tad-Dipartiment li jkun debitament awtorizzat
li jaġixxi minfloku, jista’, minkejja kull disposizzjoni ta’ kull liġi
oħra, imexxi l-prosekuzzjoni fil-Qorti tal-Maġistrati.
(3) Fil-każ li tkun tenħtieġ ix-xhieda tad-Direttur jew l-uffiċjal
prosekutur bħala parti mill-każ għall-prosekuzzjoni, huwa għandu
jinstama’ qabel kull xhud ieħor, sakemm il-ħtieġa li jagħti x-xiehda
tiegħu ma tokkorrix fi stadju ulterjuri tal-proċedimenti.
Ordnijiet ta’ 
kumpens.
14. (1) Fuq talba wkoll verbali ta’ konsumatur aggravat jew
ta’ l-uffiċjal prosekutur f’ismu, il-qorti għandha meta l-akkużat
jinsab ħati ta’ reat kontra xi regolament magħmul taħt l-artikolu 7,
toħroġ ordni ta’ kumpens li bih il-misjub ħati għandu jkun ordnat
iħallas lill-konsumatur aggravat bħala kumpens sħiħ jew parzjali -
(a) ammont li ma jkunx iktar minn mitejn u ħamsin lira
għal kull telf ta’ flus, u
(b) ammont li ma jkunx inqas minn ħmistax il-lira u mhux
iktar minn mitt lira bħala danni morali għal kull
uġiegħ, għali, ansjetà  u inkonvenjenza,
għal danni mġarrba mill-konsumatur aggravat b’riżultat tar-reat
jew b’konsegwenza tiegħu.
(2) Kull kumpens ordnat taħt is-subartikolu (1)(a) għandu
jitnaqqas minn kull ammont li jista’ jingħata b’sentenza ta’ qorti
jew tribunal ta’ ġurisdizzjoni ċivili dwar l-istess kwistjoni.
(3) Ma għandhiex issir talba għall-ħruġ ta’ ordni ta’ kumpens
meta dawk id-danni jkun sar ftehim dwarhom mal-kummerċjant
jew meta l-konsumatur aggravat ikun għamel talba quddiem qorti
jew tribunal ta’ ġurisdizzjoni ċivili kontra l-akkużat dwar l-istess
kwistjoni.
(4) Ordni ta’ kumpens maħruġ taħt dan l-artikolu għandu jkun
magħmul mingħajr preġudizzju għall-jedd li għandu l-konsumatur
aggravat li jibda azzjoni ċivili għat-teħid ta’ kull ammont dovut lilu
bħala danni b’dan illi l-ammont li jkun issemma’ fl-ordni ta’
kumpens għandu jitnaqqas mill-ammont kollu dovut mill-akkużat
  12      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
bħala danni.
(5) Jista’ jsir appell mill-akkużat dwar ordni ta’ kumpens
magħmul taħt dan l-artikolu bl-istess mod kif isir appell minn
sentenza.
Kap. 12.
(6) Meta s-sentenza li jkun fiha l-ordni ta’ kumpens tgħaddi
f’ġudikat, l-ordni ta’ kumpens imsemmi għandu jitqies li
jikkostitwixxi titolu esekuttiv għall-finijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u għandu jkun eżegwibbli bl-
istess mod bħallikieku kien sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati (f’kull
każ fil-ġurisdizzjoni ċivili inferjuri tagħha) tal-ġżira fejn tkun
tinsab il-qorti li toħroġ l-ordni ta’ kumpens.
Il-Prim Ministru 
jista’ jestendi t-
tħaddim ta’ l-
artikoli 10,12,13 u 
14 għal-liġijiet 
oħra. 
15. (1) Il-Prim Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jordna li d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 10, 12, 13 u 14 għandhom ukoll
japplikaw għal reati li jiksru kull liġi oħra li tiġi amministrata mid-
Direttur, jew li jiksru kull liġi li biha jiġu stabbiliti l-ogħla
prezzijiet għal oġġetti jew servizzi, jew li biha jiġu stabbiliti l-
inqas livelli għal oġġetti jew servizzi.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 10, 12, 13 u 14 għandhom
ikunu japplikaw għal reati li jiksru l-liġijiet imsemmija fl-artikolu
43.
TAQSIMA III
Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi
Twaqqif ta’ 
Tribunali.
16. (1) Ikun hemm żewġ Tribunali li jkunu magħrufin bħala
"Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Malta)" u "Tribunal għal
Talbiet ta’ Konsumaturi (Għawdex)" rispettivament.
(2) It-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Malta) ikollu,
mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3),
ġurisdizzjoni jisma’ u jaqta’ dwar talbiet li jsiru minn konsumaturi
meta n-negozju li dwaru tkun tirreferi t-talba jkun sar f’Malta, u
għandu jagħmel is-seduti tiegħu f’dak il-post jew dawk il-postijiet
f’Malta hekk kif il-Ministru jista’ jistabbilixxi b’ordni fil-Gazzetta.
(3) It-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Għawdex) ikollu
ġurisdizzjoni jisma’ u jaqta’ dwar talbiet li jsiru mill-konsumaturi
meta n-negozju li dwaru tkun tirreferi t-talba jkun sar fil-Gżejjer ta’
Għawdex jew ta’ Kemmuna, u għandu jagħmel is-seduti tiegħu
f’dak il-post fil-Gżejjer ta’ Għawdex u ta’ Kemmuna hekk kif il-
Ministru wara li jikkonsulta lill-Ministru responsabbli għall-
Affarijiet ta’ Għawdex jista’ jistabbilixxi b’ordni fil-Gazzetta.
(4) Għall-finijiet tas-subartikoli (2) u (3) negozju jitqies li jkun
seħħ -
(a) fil-każ ta’ bejgħ jew ta’ servizz li jkun sar jew ingħata
fil-fond tal-kummerċjant, fil-gżira fejn ikun jinsab dak
il-fond;
(b) fil-każ ta’ bejgħ jew ta’ servizz li jkun sar jew ingħata
barra mill-fond tal-kummerċjant -
(i) meta l-bejgħ jew is-servizz ikun ġie kuntrattat
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      13
telefonikament, bil-facsimile,  bil-
korrispondenza jew b’kull mezz ta’
komunikazzjoni mekkaniku jew elettroniku u l-
kummerċjant innifsu ma jkunx resaq lejn il-
konsumatur u offra l-bejgħ ta’ l-oġġetti jew l-
għoti tas-servizz, il-gżira fejn ikun jinsab il-fond
tal-kummerċjant;
(ii) fil-każijiet l-oħra fil-gżira fejn tkun saret il-
konsenja ta’ l-oġġetti jew fejn ikunu ingħataw
is-servizzi; b’dan illi meta l-prodott ikun ġie
konsenjat jew is-servizz ikun ġie provdut fil-
Gżira ta’ Malta u parti fil-Gżira ta’ Għawdex
jew fil-Gżira ta’ Kemmuna, jew ikun ġie
konsenjat jew provdut waqt vjaġġ bejn il-Gżira
ta’ Malta u l-Gżira ta’ Għawdex jew il-Gżira ta’
Kemmuna, iż-żewġ tribunali jkollhom
ġurisdizzjoni.
Kap. 12. 
(5) Meta skond id-disposizzjonijiet magħmulin fis- subartikolu
(4), jew skond ir-regoli magħmulin skond l-artikolu 27, ma jkunx
jista’ jiġi determinat liema tribunal ikollu ġurisdizzjoni, għandhom
japplikaw mutatis mutandis dawk id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li jiddeterminaw il-konflitt ta’
ġurisdizzjoni bejn il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) fil-ġurisdizzjoni
ċivili tagħha u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-ġurisdizzjoni
ċivili inferjuri tagħha.
Arbitri.
Iżda iktar minn arbitru wieħed jistgħu jinħatru biex
jippresjedu xi wieħed mit-tribunali msemmija, iżda għal kull każ
ikun hemm arbitru wieħed biss.
(2) L-arbitri jinħatru mill-Prim Ministru. Ħadd ma jkun
kwalifikat jinħatar arbitru ħlief jekk -
(a) ikun ċittadin ta’ Malta li jkun għalaq it-tletin sena; u
(b) ikollu warrant u jkun ipprattika bħala avukat għal
mill-inqas ħames snin.
(3) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar arbitru jekk - 
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b) tkun membru ta’ Kunsill Lokali; jew 
(ċ) tkun kummerċjant; jew
(d) tkun instabet ħatja ta’ waħda mill-offiżi msemmija fil-
paragrafu (e) tas-subartikolu (7) ta’ l-artikolu 4.
(4) L-arbitri jirċevu dik ir-rimunerazzjoni li l-Prim Ministru
jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta, u dawn ma għandhomx
jitwaqqfu mill-prattika tal-professjoni tagħhom.
(5) L-arbitri jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin u jkunu jistgħu
jerġgħu jinħatru għal perijodu ieħor jew perijodi oħra ta’ tliet snin
kull wieħed.
(6) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, arbitru ma
  14      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
jkun jaqa’ taħt ebda kontroll jew ordni ta’ xi persuna jew awtorità
oħra u ma jistax jitneħħa mill-kariga jekk mhux mill-Qorti ta’ l-
Appell fuq talba għal dak l-għan mill-Prim Ministru imsejsa fuq
imġieba ħażina jew inkapaċità  li jwettaq dmirijietu minħabba
f’inabilità  fiżika jew debilità  mentali.
(7) Ir-rimunerazzjoni dovuta lill-arbitri u l-ispejjeż meħtieġa
għall-amministrazzjoni tat-tribunali għandhom jitħallsu mill-Fond
Konsolidat mingħajr il-ħtieġa ta’ xi approprjazzjoni oħra.
Astensjoni jew 
rikuża ta’ arbitri.
18. Arbitru għandu jastjeni u jista’ jiġi rikużat fl-istess
ċirkostanzi li jokkorru fil-każ ta’ mħallef tal-qrati superjuri.
Ġurament li 
jittieħed minn 
arbitru. 
19. Kull min jinħatar bħala arbitru ma għandux jibda jwettaq
id-dmirijiet tal-kariga tiegħu sakemm ma jkunx ħa quddiem l-
Avukat Ġenerali ġurament biex jeżamina u jaqta’ l-każijiet li
jinġiebu quddiemu mingħajr dewmien, b’mod imparzjali u b’ekwità
skond il-liġi.
Ġurisdizzjoni tat-
Tribunal.
Emendat:
XXVI. 2000.9.
20. (1) Tribunal ikollu ġurisdizzjoni li jisma’ u jaqta’ talbiet
magħmula minn konsumaturi kontra kummerċjanti meta l-valur tat-
talba, minbarra l-imgħax u l-ispejjeż, ma jkunx aktar minn elf u
ħames mitt lira, u meta t-talba jkollha x’taqsam ma’, toħroġ minn
jew tkun dwar, sew direttament sew indirettament -
(a) ix-xiri jew kiri minn konsumatur ta’ oġġetti mingħand
kummerċjant;
(b) l-għoti ta’ servizzi minn kummerċjant lil konsumatur. 
(2) Il-ġurisdizzjoni ta’ tribunal ma għandhiex tkun waħda
esklussiva, u l-għażla tkun f’idejn il-konsumatur dwar jekk
għandux iġib azzjoni kontra kummerċjant quddiem tribunal jew
quddiem il-qrati ordinarji, b’dan illi -
(a) meta tkun inġiebet azzjoni quddiem it-Tribunal minn
konsumatur, dak il-konsumatur ma jkollux jedd jerġa’
wkoll iġib azzjoni li toħroġ mill-istess talba quddiem
il-qorti ordinarja; u
(b) meta tkun inġiebet azzjoni quddiem il-qrati ordinarji
minn konsumatur, jew f’każ miġjub minn kummerċjant
kontra konsumatur u l-konsumatur jagħmel kontro-
talba, il-partijiet kollha fil-kawża jkunu jistgħu, jekk
it-talba u l-kontro-talba li jista’ jkun hemm ikunu
jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ tribunal, permezz ta’
nota konġuntiva li tiġi preżentata fl-atti tal-kawża
jitolbu lil dik il-qorti tittrasferixxi l-każ lit-Tribunal.
Malli jiġri dan il-qorti ordinarja għandha permezz tar-
Reġistratur tittrasferixxi kopja ta’ l-atti ta’ dik il-
kawża lit-Tribunal u tieqaf milli tkompli tisma’ dak il-
każ. Id-drittijiet tar-reġistru għar-rigward tal-każ
quddiem il-qrati ordinarji għandhom f’kull każ jiġu
kanċellati, u sakemm il-partijiet ma jiftehmux
xort’oħra fin-nota imsemmija, l-ispejjeż jiġu kanċellati
bl-istess mod bħallikieku l-każ ikun ġie ċedut mill-
attur:
Iżda każ ma għandux jiġi trasferit għal tribunal
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      15
meta l-valur tat-talba jew kontro-talba stabbilit skond
ma hemm provdut fis-subartikolu (1) ikun iktar minn
elf u ħames mitt lira; u
(ċ) kummerċjant ikun jista’ jagħmel kontro-talba kontra
konsumatur li toħroġ minn kwistjoni msemmija fis-
subartikolu (1) quddiem it-Tribunal f’azzjoni miġjuba
kontrih minn konsumatur.
Kif jinqatgħu l-
kwistjonijiet 
quddiem it-
Tribunal. 
21. (1) Tribunal jaqta’ l-kwistjonijiet f’talba jew kontro-talba
preżentati quddiemu skond kull meritu u ġustizzja sostantiva tal-
każ, u skond l-ekwità :
Iżda kull kwistjoni li jista’ jkun hemm dwar il-preskrizzjoni
għandha tinqata’ skond il-liġi.
(2) Tribunal jista’, meta jaqta’ l-kwistjonijiet f’talba jew
kontro-talba preżentati quddiemu, jordna lill-kummerċjant iħallas
lill-konsumatur ammont li ma jkunx inqas minn ħmistax-il lira u
mhux iktar minn mitt lira bħala danni morali għal kull ħsara, deni,
ansejtà  u inkonvenjenza.
Appelli.
Emendat:
XXVI. 2000.10.;
VI. 2001. 26.
22. (1) Appell isir minn deċiżjoni ta’ Tribunal permezz ta’
rikors li jiġi preżentat fi żmien tmintax-il jum tax-xogħol mid-data
tad-deċiżjoni -
(a) fil-każ ta’ appell mit-Tribunal tal-Konsumaturi
(Malta) lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri)
li joqgħod f’Malta; u
(b) fil-każ ta’ appell mit-Tribunal tal-Konsumaturi
(Għawdex) lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza
Inferjuri) li joqgħod f’Għawdex. 
(2) Appell skond is-subartikolu (1) jista’ jsir biss meta t-
Tribunal ikun mar kontra d-dettami tal-ġustizzja naturali, u dik l-
azzjoni tkun ippreġudikat b’mod gravi l-jeddijiet ta’ min jappella.
Meta l-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) taqta’ li l-appell
ikun fondat u ġustifikat, din għandha tħassar id-deċiżjoni tat-
Tribunal u għandha hi stess taqta’ t-talba oriġinali u kull kontro-
talba skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21.
(3)  Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’regolamenti
taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li għandhom
jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-rigward tal-preżentata ta’ atti
bil-miktub f’konnessjoni ma’ appell taħt dan l-artikolu:
Kap. 12.
Iżda meta ma jkunu ;ew hekk stabbiliti ebda drittijiet bġal dawk,
għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li tinsab mal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(4) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli li
jirregolaw appelli taħt dan l-artikolu.
Proċedura.
Emendat:
XXVI. 2000.11.
23. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull regola
magħmula skond l-artikolu 27 u skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2), arbitru jirregola l-proċedimenti quddiem tribunal
bil-mod li jaħseb li jkun l-aktar xieraq għall-finijiet li tintagħmel
  16      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
ġustizzja, skond id-dettami tal-ġustizzja naturali.
(2) Bla ħsara għal kull regola msemmija fis-subartikolu (1),
arbitru - 
(a) għandu jiżgura li każ għandu, daqskemm ikun b’mod
raġonevoli possibbli, jinqata’ fl-istess jum tas-smigħ
tiegħu;
(b) għandu jitgħarraf b’kull mod li jista’ jidhirlu xieraq u
ma jkunx marbut bil-prattika dwar l-aħjar prova jew
dwar xiehda fuq kliem ħaddieħor jekk ikun sodisfatt li
x-xiehda li jkollu quddiemu tkun biżżejjed veritiera li
biha jista’ jasal biex jaqta’ l-każ li jkun qed jittratta;
(ċ) għandu jiddeżisti kemm jista’ jkun milli jqabbad periti
tekniċi sabiex jagħtu l-parir espert tagħhom, u jekk
jinħatru tali periti huwa għandu jifformula elenku ta’
dettalji li l-perit ikollu jirrelata dwarhom;
(d) ma għandux joqgħod jagħti motivi imtawwlin dwar kif
ikun wasal għad-deċiżjonijiet tiegħu, iżda jkun
biżżejjed li jelenka d-dettalji ewlenin li jkun sejjes id-
deċiżjoni tiegħu fuqhom;
(e) jkollu l-istess setgħa daqs maġistrat li joqgħod fil-
Qorti tal-Maġistrati (Malta) fil-kompetenza ċivili
tagħha jew fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-
kompetenza ċivili inferjuri tagħha u b’mod partikolari
jkun jista’ jħarrek ix-xhieda u jamministralhom il-
ġurament; u
(f) għandu jiżgura li x-xiehda quddiem it-Tribunal
għandha f’kull każ tingħata bil-ġurament.
(3) Ebda proċediment quddiem tribunal ma jkun invalidu
minħabba f’nuqqas ta’ tħaris ta’ xi formalità  sakemm wieħed ikun
mexa b’mod konformi kemm jista’ jkun mar-regoli.
(4) (a) Qabel ma talba tiġi preżentata quddiem tribunal, dik il-
parti li tkun ser tagħmel it-talba għandha l-ewwel
tirreferi t-talba lid-Direttur jew lil xi għaqda ta’
konsumaturi reġistrata li għandhom jippruvaw jwasslu
lill-partijiet fi ftehim dwar il-kwistjonijiet li jkun
hemm.
(b) Jekk ma jkunx intlaħaq ftehim dwar il-kwistjonijiet
kollha fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta l-
parti tkun irriferiet it-talba tagħha lid-Direttur jew lill-
għaqda ta’ konsumaturi reġistrata, skond il-każ, dik il-
parti tista’ mbagħad tressaq it-talba tagħha quddiem it-
Tribunal.
Kap. 108.  (5) Ix-xhieda għandhom jitħallsu d-drittijiet skond l-Ordinanza
dwar id-Drittijiet tax-Xhieda.
Kap. 189. (6) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Proċeduri Ġudizzjarji
(Użu ta’ l-Ilsien Ingliż) għandhom japplikaw għat-Tribunal.
Kif toħodd din it-
Taqsima. 
24. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jgħoddu għal
talbiet li joħorġu minn xi bejgħ magħmul jew servizz mogħti wara
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      17
d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, u tkun kundizzjoni ta’ kull bejgħ
jew servizz mogħti wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu li d-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom ikunu jgħoddu għal
kull talba li toħroġ minnhom:
Iżda konsumatur u kummerċjant ikunu jistgħu jaqblu li din
it-Taqsima tkun tgħodd ukoll għal bejgħ li jkun sar, jew servizz li
jkun ġie provdut, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu.
(2) Il-partijiet fi transazzjoni li għalihom jirreferi s-subartikolu
(1), ma jistgħux jiċħdu jew inaqqsu xi wieħed mill-jeddijiet
mogħtija lil konsumatur taħt din it-Taqsima.
Spejjeż u 
esekuzzjoni.
Emendat:
XXVI. 2000.12.
25. (1) F’kull deċiżjoni li jagħti l-arbitru għandu jiddeċiedi
dwar l-ispejjeż li xi waħda mill-partijiet ikollha tħallas lill-parti l-
oħra u sakemm ma jkunx hemm xi ċirkostanzi speċjali, il-parti li
titlef il-każ għandha tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra li
favur tagħha jkun inqata’ l-każ:
Iżda meta l-arbitru jkun sodisfatt li talba ppreżentata
quddiem it-Tribunal jew id-difiża għar-rigward tagħha tkun waħda
vessatorja jew frivola, huwa jista’ jordna lill-parti li tagħmel it-
talba jew lill-intimat, skond il-każ, biex tħallas lill-parti l-oħra
penali ta’ mhux iktar minn ħamsin lira. Kull ordni bħal dik għandha
tkun motivata u esegwibbli bl-istess mod bħallikieku kienet
deċiżjoni tat-Tribunal.
(2) L-ispejjeż ikunu limitati biss għal nefqiet li jkunu saru
b’mod dirett dwar il-każ mill-parti li favur tagħha jkun ġie deċiż li
jitħallsulha l-ispejjeż:
Iżda f’ebda każ ma għandu jiġi deċiż dwar spejjeż li
jkollhom x’jaqsmu ma’ nefqiet li jkunu jikkonsistu fi drittijiet
legali jew kull dritt ieħor b’kull isem li jkunu mħallsa minn xi parti
li tkun lil avukati, prokuraturi legali jew kull persuna oħra li tassisti
lill-partijiet quddiem it-Tribunal.
(3) Deċiżjoni ta’ tribunal li tkun għaddiet f’ġudikat tista’ tkun
eżegwibbli mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) fil-każ ta’ deċiżjoni
tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Malta) u mill-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza ċivili inferjuri tagħha fil-każ
tat-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi (Għawdex) bl-istess mod
bħallikieku d-deċiżjoni kienet sentenza ta’ qorti jew oħra.
Reġistru, 
Segretarju u 
Deputat Segretarju.
26. (1) Kull tribunal ikollu r-Reġistru tiegħu.
(2) Ir-records ta’ kull tribunal għandhom ikunu aċċessibbli
għal kulħadd, u għandhom jingħataw kopji relattivi mal-ħlas tad-
dritt preskritt lil kull persuna li titlobhom.
(3) L-atti u records ta’ tribunal għandhom jiġu depożitati u
miżmuma fil-post kif il-Ministru jista’ jistabbilixxi, bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja, b’ordni fil-Gazzetta.
(4) Il-Ministru jaħtar Segretarju għal kull tribunal minn fost
uffiċjali pubbliċi fid-Dipartiment.
(5) Bla ħsara għal dawk ir-regoli li jistgħu jsiru taħt din it-
Taqsima, is-segretarju jkollu l-istess funzjonijiet għar-rigward tat-
  18      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
tribunal l-istess bħalma għandhom ir-Reġistratur tal-Qrati u l-
Arkivist tal-Qrati għar-rigward tal-qrati superjuri.
(6) Il-Ministru jaħtar ukoll deputati segretarji minn fost
uffiċjali pubbliċi fid-Dipartiment li, bla ħsara għal regoli
magħmula kif imsemmi qabel, ikollhom dawk id-dmirijiet li
jingħatawlhom b’mod ġenerali mis-Segretarju u b’mod partikolari
hekk kif jitwettqu minn deputati reġistraturi fil-qrati superjuri.
(7) Qabel ma jibdew iwettqu l-funzjonijiet tal-kariga tagħhom,
segretarju u deputat segretarju għandhom jieħdu u jiffirmaw
ġurament quddiem Kummissjunarju għall-Ġuramenti li jkunu se
jwettqu dmirijiethom b’mod ġust u imparzjali skond il-liġi.
Regoli.  27. Il-Ministru jista’, bi ftehim mal-Ministru responsabbli
għall-ġustizzja, jagħmel regolamenti għall-ħdim aħjar tat-tribunali
imwaqqfin b’din it-Taqsima u jista’ mingħajr preġudizzju għall-
mod ġeneriku ta’ dan il-paragrafu jagħmel regoli li:
(a) jifformulaw il-proċedura ta’ quddiem it-tribunali jew
ta’ l-appelli li jsiru minn deċiżjonijiet tat-tribunali;
(b) jistabbilixxu kif għandhom isiru l-proċedimenti
quddiem it-tribunali jew f’appelli mit-tribunali;
(ċ) jistabbilixxu r-rati ta’ l-ispejjeż fi proċedimenti li jsiru
quddiem it-tribunali;
(d) jistabbilixxu d-drittijiet li jistgħu ikunu dovuti lir-
reġistru tat-tribunal;
(e) jifformulaw id-dmirijiet tas-segretarji u deputati
segretarji; u
(f) jippreskrivu kull ħaġa oħra li tista’ jew għandha tkun
hemm preskritta skond din it-Taqsima.
TAQSIMA IV 
Għaqdiet ta’ Konsumaturi
Ħtiġiet għal 
reġistrazzjonijiet.
Emendat:
XXVI. 2000.13.
28. Għaqda ta’ konsumaturi reġistrata hija għaqda ta’
konsumaturi li tissodisfa l-Kunsill li tkun qiegħda tikkonforma
ruħha ma’ dawn il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) li l-għaqda jkollha għadd ta’ membri regolari ta’ mill-
inqas mitt membru maġġorenni li jkunu ċittadini
maltin jew residenti permanenti f’Malta;
(b) li l-istatut ta’ l-għaqda jistabbilixxi l-prinċipju li l-
għan ewlieni tas-soċjetà  huwa l-promozzjoni ta’
protezzjoni tal-konsumatur, u li din tmexxi, tgħarraf u
teduka lill-konsumaturi;
(ċ) li l-istatut ikun jipprovdi li l-għaqda titmexxa minn
persuni li jiġu eletti b’mod ħieles mill-membri ta’ l-
għaqda f’elezzjoni li ssir mill-inqas darba kull sena
kalendarja;
(d) li l-għaqda ma jkollhiex bħala wieħed mill-għanijiet
tagħha li tagħmel xi qligħ; u
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      19
(e) li l-għaqda tkun indipendenti minn kull għaqda,
organizzazzjoni jew gruppi oħra li l-għan ewlieni
tagħhom ma jkunx dak li jipproteġu l-konsumaturi.
Kif tapplika għal 
għarfien.
29. (1) Kull għaqda ta’ konsumaturi li tkun tixtieq tiġi
rikonoxxuta bħala għaqda ta’ konsumaturi reġistrata għandha
tissottometti lill-Kunsill dan li ġej:
(a) applikazzjoni fuq il-formula adatta maħruġa taħt l-
awtorità  tal-Kunsill;
(b) kopja sħiħa aġġornata ta’ l-istatut tagħha debitament
ċertifikat mill-persuna li jkollha l-ogħla kariga
esekuttiva ma’ l-għaqda;
(ċ) lista tal-membri ta’ l-għaqda inklużi l-indirizzi
rispettivi tagħhom u numri tal-karta ta’ l-identità ; u
(d) l-indirizz uffiċjali ta’ l-għaqda.
(2) Il-Kunsill għandu ma’ l-ewwel opportunità  li jkollu
jeżamina u jivverifika jekk l-għaqda tkunx tissodisfa l-ħtiġiet
stipulati fl-artikolu 28. Meta dawn il-ħtiġiet ikunu twettqu, il-
Kunsill jirreġistra lil min japplika bħala għaqda ta’ konsumaturi
reġistrata, u joħroġ ċertifikat lill-għaqda li bih jikkonferma r-
reġistrazzjoni ta’ l-imsemmija għaqda u d-data ta’ dik ir-
reġistrazzjoni.
(3) Meta l-Kunsill jaqtagħha li għaqda ma tissodisfax il-ħtiġiet
għar-reġistrazzjoni, dan għandu fi żmien erbatax-il jum mid-data
tad-deċiżjoni tiegħu jinnotifika b’dan bil-miktub lil min ikun
applika filwaqt li jsemmi kif wasal għal dik id-deċiżjoni.
(4) Il-Kunsill jista’ jirrifjuta li jirreġistra għaqda ta’
konsumaturi taħt isem jew tismija li jikkunsidra offensivi jew
inkella mhux mixtieqa.
(5) Ċertifikat maħruġ mill-Kunsill li jfisser li għaqda ta’
konsumaturi partikolari hija għaqda ta’ konsumaturi reġistrata
konformi mal-ħtiġiet kollha stipulati taħt is-subartikolu (1), ikun
prova valida u konklusiva ta’ dan il-fatt għall-finijiet u effetti
kollha tal-liġi.
(6) Ebda dritt ma għandu jitħallas dwar ir-reġistrazzjoni ta’
għaqda ta’ konsumaturi mal-Kunsill.
Reġistru ta’ 
għaqdiet ta’ 
konsumaturi. 
30. (1) Il-Kunsill iżomm reġistru ta’ l-għaqdiet ta’
konsumaturi kollha, fejn jissemmew isimhom, id-dati tar-
reġistrazzjoni, l-għadd ta’ membri u kull partikolarità  oħra li l-
Kunsill jista’ jqis xierqa.
(2) Ir-reġistru jkun aċċessibbli għall-ispezzjon ta’ kulħadd bla
ebda ħlas f’kull ħin u mkien hekk kif jista’ jiġi stabbilit mill-
Kunsill: 
Iżda l-identità  tal-membri ta’ għaqda ta’ konsumaturi
reġistrata ma għandiex tkun aċċessibbli għal skrutinju pubbliku.
Obbligu li jinżamm 
dettalji dwar il-
membri. 
31. Kull għaqda ta’ konsumaturi reġistrata għandha żżomm
dettalji għal kollox aġġornati ta’ l-ismijiet, indirizzi u numri tal-
  20      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
karti ta’ l-identità  tal-membri tagħha.
Obbligu li jingħata 
tagħrif lill-Kunsill.
32. (1) Għaqda ta’ konsumaturi reġistrata għandha
tissottometti lill-Kunsill kull rapport u tagħrif dwar il-membri
komponenti u l-attivitajiet tagħha hekk kif jistgħu minn żmien għal
żmien jenħtieġu. Mingħajr preġudizzju għal dak imsemmi qabel,
kull għaqda ta’ konsumaturi reġistrata għandha f’kull sena
kalendarja mhux iktar tard mill-aħħar ta’ Marzu tippreżenta għand
il-Kunsill rapport dwar il-membri komponenti tagħha fil-31 ta’
Diċembru tas-sena ta’ qabel.
(2) Għaqda ta’ konsumaturi reġistrata għandha tipprovdi lill-
Kunsill b’kopja ta’ l-emendi ta’ l-istatut tagħha, liema kopja
għandha tkun debitament ċertifikata mill-persuna li jkollha l-ogħla
kariga esekuttiva fl-għaqda. Kull emenda bħal dik għandha tiġi
notifikata lill-Kunsill fi żmien erbatax-il jum minn meta tiġi
approvata mill-għaqda msemmija.
Il-Kunsill għandu 
jippubblika lista ta’ 
kull sena. 
33. Kemm jista’ jkun malajr wara li tgħaddi kull sena
kalendarja waħda wara l-oħra iżda mhux aktar tard minn tmiem
Mejju ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jippubblika b’tagħrif ġenerali
fil-Gazzetta lista ta’ l-għaqdiet ta’ konsumaturi reġistrati li jkunu
debitament reġistrati miegħu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.
Stqarrijiet foloz 
jew mhux veritieri, 
eċċ. 
34. Kull min xjentement jew bi traskuraġni jagħmel stqarrija
jew dikjarazzjoni falza jew mhux veritiera jew mod ieħor jagħti
tagħrif falz jew mhux veritier lill-Kunsill taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jeħel, meta jinsab ħati, multa sa
elf lira jew priġunerija għal mhux iżjed minn sitt xhur, jew għal dik
il-multa u priġunerija flimkien.
Eżenzjonijiet u 
privileġġi.
35. Għaqda ta’ konsumaturi reġistrata għandha jkollha l-
jeddijiet, benefiċċji, privileġġi u eżenzjonijiet mogħtija b’din it-
Taqsima għal daqstant żmien kemm iddum hekk reġistrata u
tkompli tikkonforma ruħha mal-ħtiġiet ta’ din it-Taqsima.
Eżenzjoni mir-
responsabbiltà . 
36. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, għaqda
ta’ konsumaturi reġistrata u kull wieħed mill-uffiċjali tagħha fil-
qadi ta’ dmirijietu f’isimha jkun eżenti minn kull responsabbiltà
kemm ċivili jew kriminali, dwar kull pubblikazzjoni, stqarrija jew
komunikazzjoni jew attività  oħra, li jkunu saru bona fide li jkunu
maħsubin unikament għall-aħjar tagħrif jew edukazzjoni jew
protezzjoni tal-konsumaturi. Din l-eżenzjoni tapplika għall-persuni
kollha li jippubblikaw, jistampaw, jirreġistraw, ixandru jew
jikkomunikaw din l-informazzjoni b’xi mod li jkun.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), pubblikazzjoni, stqarrija,
komunikazzjoni jew attività  titqies li tkun bona fide meta din ma
ssirx jew ma tintgħamilx bi traskuraġni jew dolożament, meta din
tkun issegwi l-prinċipji tas-sewwa u ta’ l-oġġettività , u ma tkunx bi
ksur ta’ xi regoli ta’ prattika magħmula skond l-artikolu 7(1)(ċ).
(3) Kull min jallega male fide minn għaqda ta’ konsumaturi
reġistrata jkun jinkombi fuqu li jipprova dawk l-allegazzjonijiet.
Għaqdiet ta’ 
Konsumaturi 
Reġistrati u 
prosekuzzjonijiet. 
37. (1) Għaqda ta’ konsumaturi reġistrata tista’ f’isimha
tagħmel rapporti jew ilmenti lill-awtorità  kompetenti fuq kull ksur
ta’ dan l-Att, ta’ kull liġi amministrata mid-Direttur jew ta’ kull liġi
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      21
jew regolament li l-Prim Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi b’avviż li jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
(2) F’kull prosekuzzjoni li ssir mill-awtorità  kompetenti wara
xi rapport jew ilment bis-saħħa tas-subartikolu (1), għandu jissejjaħ
rappreżentant ta’ l-għaqda biex jixhed dwar il-fatti li l-għaqda tkun
taf bihom dwar l-ilment jew ir-rapport u biex jindika lill-qorti kull
xiehda dwar l-akkuża li jista’ jkun jaf biha.
(3) Filwaqt li jkunu qegħdin isiru il-proċedimenti kriminali
mibnijin fuq ilment jew rapport li jsiru mill-għaqda, uffiċjal li jkun
debitament awtorizzat mill-għaqda għal dan l-għan ikollu jedd
jieħu sehem u jassisti fil-prosekuzzjoni tar-reati msemmija.
Eżenzjoni mit-
taxxa fuq l-income. 
38. Għaqda ta’ konsumaturi reġistrata tkun eżenti mill-ħlas ta’
taxxa fuq l-income.
Għajnuna lil 
għaqdiet ta' 
konsumaturi 
reġistrati. 
39. Il-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Kunsill, jagħti lil kull
għaqda ta’ konsumaturi reġistrata dik l-għajnuna u dawk il-
faċilitajiet li jista’ minn żmien għal żmien iqis xierqa sabiex
għaqda tkun tista’ twettaq dmirijietha.
Konsultazzjoni u 
inizjattivi ma’ 
għaqdiet ta’ 
konsumaturi 
reġistrati.
40. (1) Kull meta jqis li jkun hekk meħtieġ, il-Kunsill jista’
jikkonsulta ruħu ma’ għaqdiet ta’ konsumaturi reġistrati dwar kull
ħaġa li għandha x’taqsam jew li toħroġ mill-provvista ta’ oġġetti u
servizzi lill-konsumaturi.
(2) Il-Kunsill jista’ wkoll jieħu inizjattivi jew jipparteċipa
f’kampannji ma’ għaqdiet ta’ konsumaturi reġistrati kif jidhirlu
xieraq minn żmien għal żmien.
Tħassir ta’ 
reġistrazzjoni. 
41. Il-Kunsill għandu jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ għaqda ta’
konsumaturi reġistrata f’wieħed minn dawn il-każijiet meta - 
(a) issir talba għal tħassir mill-għaqda stess;
(b) ikun sodisfatt li l-għaqda ma tkunx iktar konformi
mal-ħtiġiet stipulati fl-artikolu 28;
(ċ) għal kull raġuni li tkun, l-istatut li jirregola l-għaqda
ma jkunx konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din it-
Taqsima;
(d) ikun sodisfatt li l-għaqda tkun temmet teżisti jew
taħdem;
(e) ikun sodisfatt li hemm prova biżżejjed li r-
reġistrazzjoni ta’ għaqda kienet inkisbet bi frodi,
negliġenza jew żball serju;
(f) l-għaqda tinstab, jew kull min jaġixxi f’isimha jinstab,
ħati ta’ reat taħt l-artikolu 34; jew
(g) l-għaqda tkun għal diversi drabi aġixxiet bi ksur tar-
regoli ta’ prattika magħmula taħt l-artikolu 7(1)(ċ),
jew li tkun f’xi ħaġa serja aġixxiet, ukoll jekk darba
waħda biss, bi ksur ta’ dawk ir-regoli.
Għaqdiet oħra ta’ 
konsumaturi. 
42. Ebda ħaġa f’din it-Taqsima ma għandha titqies bħala li
tostakola jew tillimita l-jedd ta’ persuni li jwaqqfu għaqdiet għall-
protezzjoni u l-promozzjoni ta’ interessi tal-konsumaturi mingħajr
  22      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
ma jkunu jikkwalifikaw skond l-artikolu 28. F’każ bħal dan għaqda
mhux reġistrata ma jkollha ebda dritt li tiġi konsultata, tingħata
għajnuna jew tingħaraf mill-Kunsill, jew għal kull dritt, privileġġ
jew eżenzjoni oħrajn mogħtija b’din it-Taqsima lil għaqdiet ta’
konsumaturi reġistrati.
Miżjuda:
XXVI. 2000.15.
TAQSIMA V
Dikjarazzjoni ta’ prinċipji
Drittijiet favur il-
konsumatur.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
43. (1) Il-prinċipji dikjarati fis-subartikolu (2) ma għandhomx
ikunu direttament esegwibbli f’xi qorti jew tribunal, iżda
għandhom jinżammu fl-interpretazzjoni u l-implementazzjoni ta’
dan l-Att u tar-regolamenti kollha magħmula taħtu.
(2) Il-konsumaturi jkollhom dritt -
(a) għal aċċess adegwat għal oġġetti u servizzi essenzjali
bażiċi bi prezzijiet raġonevoli u li jkunu jistgħu
jagħżlu minn firxa wiesgħa ta’ oġġetti u servizzi;
(b) li jkunu protetti minn oġġetti, proċessi ta’ produzzjoni
u servizzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa;
(ċ) għal aċċess adegwat għal informazzjoni dwar oġġetti
jew servizzi li tkun ċara, korretta u ma tqarraqx;
(d) li jikkomponu u jingħaqdu ma’ għaqdiet favur il-
konsumatur u li kull interess favur il-konsumatur jiġi
rappreżentat fl-għemil u l-eżekuzzjoni ta’ policy
governattiva, u fl-iżvilupp ta’ oġġetti u servizzi;
(e) għal protezzjoni minn kull prattika ta’ kummerċ mhux
legali jew mhux ġust;
(f) li talbiet ġustifikati jiġu rranġati b’mod ġust inkluż il-
kumpens adegwat għal rappreżentazzjoni ħażina,
oġġetti diżutli jew servizzi mhux sodisfaċenti; u
(g) għal rimedju effettiv, imgħaġġel u bi spejjeż baxxi fit-
tilwim li jista’ jkollhom mal-kummerċjanti.
(3) Konsumatur ma jista jwarrab ebda dritt stabbilit favurih
minn jew taħt dan l-Att.
Miżjuda:
XXVI. 2000.15.
TAQSIMA VI
Atti mhux ġusti
Espressjonijiet 
projbiti.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
44. (1) Ma jistgħux jintużaw f’kuntratti li jsiru mal-
konsumatur espressjonijiet mhux ġusti, jew espressjonijiet jew
kombinazzjoni ta’ espressjonijiet li jkunu mhux ġusti f’illi
jkollhom bħala skop jew effett xi wieħed mill-iskopijiet u effetti
msemmija fis-subartikolu (2), u kull espressjoni pprojbita kif hawn
aktar qabel imsemmi li tiddaħħal f’xi kuntratt li jsir mal-
konsumatur għandha titqies bħallikieku qatt ma tkun hekk
iddaħħlet. 
(2) L-espressjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1) jinkludu
espressjonijiet li jkollhom l-iskop jew l-effett li -
(a) jeskludu jew jillimitaw ir-responsabbiltà  ta’
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      23
kummerċjant minħabba fil-frodi jew in-negliġenza
gravi tiegħu nnifsu jew dik ta’ l-impjegati jew l-aġenti
tiegħu, jew minħabba f’xi nuqqas li jwettaq xi
obbligazzjoni li tkun tikkostitwixxi xi wieħed mill-
elementi fundamentali tal-kuntratt;
(b) jistabbilixxu perjodu, li jkun b’mod xejn raġonevoli
wieħed qasir, li fih il-kummerċjant ikun jista’ jiġi
avżat b’xi difetti;
(ċ) jeskludu jew jillimitaw id-drittijiet legali ta’
konsumatur kontra l-kummerċjant fil-każ ta’ nuqqas
totali jew parzjali ta’ twettiq jew ta’ twettiq inadegwat
mill-kummerċjant ta’ xi waħda mill-obbligazzjonijiet
kontrattwali tiegħu;
(d) jipprojbixxu lill-konsumatur mit-tpaċija ta’ xi dejn
dovut lill-kummerċjant dwar xi talba li l-konsumatur
jista’ jkollu kontra l-istess kummerċjant;
(e) jagħmlu xi ftehim li jkun jorbot lill-konsumatur
filwaqt li l-provdiment ta’ servizzi jew oġġetti mill-
kummerċjant jkun suġġett għal xi kondizzjoni li r-
realizzazzjoni tagħha tkun tiddependi biss mir-rieda
tal-kummerċjant;
(f) jippermettu lill-kummerċjant li jżomm ammonti
mħallsa mill-konsumatur jekk il-konsumatur
jiddeċiedi li ma għandux jikkonkludi jew iwettaq il-
kuntratt, mingħajr ma jiġi pprovdut għall-konsumatur
li jirċievi kumpens f’ammont ekwivalenti mingħand il-
kummerċjant meta l-kummerċjant ikun dik il-parti li
tkun qegħda tħassar il-kuntratt;
(g) jeħtieġu lil konsumatur li jkun naqas milli jwettaq l-
obbligazzjoni tiegħu, li jħallas b’kumpens lill-
kummerċjant ammont li jkun sproporzjonatament
għoli ħdejn il-valur ta’ l-oġġetti jew is-servizzi
mixtrijin jew mikrijin;
(h) jistabbilixxu l-kumpens li għandu jitħallas minn
konsumatur li jkun naqas li jwettaq l-obbligazzjonijiet
tiegħu, mingħajr ma jipprovdu għal kumpens
daqsinsew mill-kummerċjant li jkun naqas mill-istess
ħaġa;
(i) jillimitaw il-mezzi ta’ provi li l-konsumatur jista’ jġib;
(j) jġiegħlu lill-konsumatur iwarrab xi raġuni għal xi talba
kontra l-kummerċjant f’każ ta’ tilwima;
(k) jipprojbixxu lill-konsumatur milli jikseb it-tħassir tal-
kuntratt jekk il-kummerċjant jonqos milli jwettaq l-
obbligazzjonijiet tiegħu;
(l) jirrestrinġu d-dritt tal-konsumatur li jħassar il-kuntratt
jekk il-kummerċjant, f’dak li għandu x’jaqsam ma’
kull garanzija mogħtija, ma jwettaqx l-obbligazzjoni
tiegħu jew jonqos milli hekk jagħmel f’perjodu
raġonevoli;
  24      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
(m) ikunu irrevokabilment jorbtu lill-konsumatur
b’pattijiet li ma kellu ebda opportunità  reali li jifhem
sew qabel ma jagħmel il-kuntratt;
(n) bihom il-kummerċjant ikun jista’ jibdel il-pattijiet ta’
kuntratt unilateralment, mingħajr ebda raġuni valida li
tkun speċifikata fil-kuntratt;
(o) bihom il-kummerċjant ikun jista’ jibdel
unilateralment, mingħajr ebda raġuni valida, il-
karatteristiċi tal-prodott jew tas-servizz li jkun se jiġi
pprovdut;
(p) jipprovdu għall-prezz ta’ l-oġġetti li jiġi stabbilit fil-
waqt tal-kunsinna mill-kummerċjant jew li jkunu
jippermettulu li jżid il-prezz mingħajr f’kull każ ma
jagħti lill-konsumatur id-dritt korrispondenti li jħassar
il-kuntratt jekk il-prezz finali jkun daqstant għoli kif
imqabbel mal-prezz miftiehem meta jkun sar il-
kuntratt;
(q) jagħtu lok li l-prezz jinbidel minħabba f’fatturi li
jkunu jiddependu biss mir-rieda tal-kummerċjant;
(r) jagħtu lill-kummerċjant id-dritt li jistabbilixxi
unilateralment jekk l-oġġetti jew is-servizzi mogħtija
jkunux konformi mal-kuntratt;
(s) jagħtu lill-kummerċjant id-dritt esklużiv li
jinterpretaw xi frażi mill-kuntratt;
(t) jillimitaw jew jeliminaw l-obbligazzjoni tal-
kummerċjant li jirrispetta rabtiet li jkunu għamlu l-
aġenti jew l-impjegati tiegħu;
(u) jobbligaw lill-konsumatur li jwettaq l-
obbligazzjonijiet tiegħu fejn il-kummerċjant ma
jwettaqx tiegħu;
(v) jippermettu lill-kummerċjant il-possibiltˆ li
jittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha
tiegħu taħt il-kuntratt fejn dan jista’ jservi biex
inaqqas kull garanzija li l-konsumatur ikollu, mingħajr
il-kunsens tal-konsumatur;
(w) jipprovdu dwar li jkun hemm xi rabta immedjata u
finali mill-konsumatur malli jiffirma l-kuntratt, filwaqt
li l-kummerċjant jidħol fil-kuntratt kif suġġett għal xi
kondizzjoni li t-twettiq tagħha jkun jiddependi biss
mir-rieda tal-kummerċjant; u
(x) jippermettu lill-kummerċjant li jistabbilixxi jew
ibiddel unilateralment iż-żmien li fih jikkunsinna
oġġetti jew jipprovdi xi servizz. 
(3) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Kunsill,
b’regolamenti jemenda, jissostitwixxi jew jirrevoka xi waħda mill-
espressjonijiet elenkati fis-subartikolu (2).
(4) L-elenku ta’ espressjonijiet stipulati fis-subartikolu (2)
mhix lista eżawrjenti, u għaldaqstant ebda ħaġa li tinsab fis-
subartikolu (1) u (2) ma għandha tiftiehem bħala li tillimita jew
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      25
xort’oħra tippreġudika l-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 45.
(5) F’din it-Taqsima, l-espressjoni "oġġetti" għandha tinkludi
proprjetà  immobbli.
Tifsira ta’ att mhux 
ġust.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
45. (1) Espressjoni mhux ġusta tfisser espressjoni f’kuntratt li
jsir mal-konsumatur, li sew waħidha sew f’rabta ma xi espressjoni
waħda jew iktar, oħra -
(a) toħloq żbilanċ sinjifikanti bejn id-drittijiet u l-
obbligazzjonijiet tal-partijiet fil-kuntratt b’detriment
tal-konsumatur; jew
(b) tikkaġuna li t-twettiq tal-kuntratt ikun, b’mod mhux
dovut, detrimentali għall-konsumatur; jew
(ċ) tikkaġuna li t-twettiq tal-kuntratt ikun, b’mod
sinjifikanti, differenti minn dak li l-konsumatur jista’
raġonevolment jistennih li jkun; jew
(d) tkun inkompatibbli ma’ kull ħtieġa ta’ bonafidi.
(2) Il-grad ta’ kemm espressjoni ma tkunx waħda ġusta għandu
jitqies skond kif ġej:
(a) ix-xorta ta’ l-oġġetti jew tas-servizzi li dwarhom ikun
sar il-kuntratt;
(b) iż-żmien meta jkun sar il-kuntratt; u
(ċ) iċ-ċirkostanzi kollha li jakkumpanjaw l-għemil tal-
kuntratt u l-espressjonijiet l-oħra kollha tal-kuntratt
jew ta’ kuntratt ieħor li jkun jiddependi fuqu. Dawk iċ-
ċirkostanzi jistgħu wkoll jinkludu:
(i) kemm kull parti tkun taf tinnegozja;
(ii) jekk konsumatur kienx assoġġettat għal xi
pressjoni mhux dovuta; u
(iii) jekk in-nuqqas ta’ konoxxenza jew sengħa tal-
konsumatur kienux ta’ vantaġġ mhux dovut
kontrih.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44 sa 47 għandhom ikunu
japplikaw għal kuntratti magħmula jew esegwiti wara l-bidu fis-
seħħ ta’ dawn l-artikoli.
X’jiġri meta 
tiddaħħal 
espressjoni mhux 
ġusta jew projbita.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
46. Kuntratt li jsir mal-konsumatur li jkun jinkludi xi
espressjonijiet projbiti jew mhux ġusti ma jkunx jorbot lill-
konsumatur kemm-il darba l-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ jeżisti
mingħajr dik l-espressjoni mhux ġusta.
Użu ta’ lingwaġġ 
mitkellem 
f’kuntratt li jsir 
mal-konsumatur.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
47. (1) F’kuntratt li jsir mal-konsumatur, fejn l-espressjonijiet
kollha jew x’uħud minnhom li jkunu offruti minn kummerċjant lil
konsumatur jkunu bil-miktub, dawk l-espressjonijiet għandhom
jinkitbu b’lingwa kif ordinarjament mitkellma u intelliġibbli li
tista’ tiftiehem mill-konsumaturi li l-kuntratt ikun indirizzat
lejhom.
(2) Meta xi espressjoni tkun ambivalenti jew ikun hemm xi
  26      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
dubbju dwar it-tifsira ta’ xi espressjoni, għandha tipprevalixxi t-
tifsira l-iktar favorevoli għall-konsumatur.
Riklami qarrieqa.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
48. (1) Kull għamla ta’ riklam qarrieqi hija pprojbita.
(2) Riklam ikun qarrieqi jekk b’kull mod li jkun, inkluża l-
preżentazzjoni tiegħu, ikun iqarraq jew x’aktarx iqarraq bil-persuni
li jkun indirizzat lejhom jew li jkun jilħaq, u jekk minħabba fix-
xorta tiegħu li turi ħaġa b’oħra, x’aktarx li jolqot l-imġieba
ekonomika tagħhom jew ikun wieħed li minħabba f’dawk ir-
raġunijiet, jagħmel ħsara jew x’aktarx jagħmel ħsara lil xi
kompetitur tal-persuna li r-riklam ikun qed jara li jġib ‘il quddiem
l-interessi tagħha.
(3) Sabiex jiġi stabbilit jekk riklam ikunx wieħed qarrieqi
għandu jittieħed kont tal-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod
partikolari ta’ kull informazzjoni li jista’ jkun fih dwar -
(a) il-karatteristiċi ta’ oġġetti jew servizzi, inkluża d-
disponibilità , ix-xorta, l-eżekuzzjoni, il-
kompożizzjoni, il-metodu u d-data tal-manifattura jew
provdiment tagħhom, il-konvenjenza għall-iskop
tagħhom, l-użu, il-kwantità , l-ispeċiċikazzjoni, l-
oriġni ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li
jiġu mistennija mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u
karatteristiċi materjali ta’ testijiet jew verifiki li jkunu
saru fuq l-oġġetti jew is-servizzi;
(b) il-prezz jew il-mod li bih jiġi kkalkulat il-prezz, u l-
kondizzjonijiet li taħthom jiġu forniti l-oġġetti jew is-
servizzi pprovduti;
(ċ) ix-xorta, attributi u drittijiet ta’ min jirreklama,
inkluża l-identità  u l-attiv tiegħu, kemm ikollu
kwalifiki u drittijiet industrijali, kummerċjali jew ta’
proprjetà  intellettwali jew kull premju jew distinzjoni
lilu mogħtija.
(4) Kull min jagħmel riklam qarrieqi jkun ħati ta’ reat kontra
din it-Taqsima ta’ l-Att. 
Tifsira ta’ reklamar 
komparattiv.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
49. (1) "Reklamar komparattiv" tfisser kull reklamar li
espliċitament jew b’implikazzjoni jidentifika lil xi kompetitur jew
lil xi oġġetti jew servizzi offruti minn kompetitur.
(2) Kull min jagħmel riklam li jkun jikkostitwixxi reklamar
komparattiv xort’oħra minn kif inhu permess taħt l-artikolu 50 ikun
ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Reklamar 
komparattiv 
permess.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
50. (1) Ir-reklamar komparattiv għandu, f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ paraguni, jkun permess meta jseħħu dawn il-
kondizzjonijiet:
(a) ma jkunx riklam qarrieqi skond l-artikolu 48 jew
xort’oħra;
(b) ikun jipparaguna oġġetti jew servizzi li jkollhom l-
istess ħtieġa jew li jkunu maħsubin għall-istess skop;
(ċ) ikun jipparaguna oġġettivament xi wieħed jew iktar
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      27
mill-karatteristiċi materjali, rilevanti, verifikabbli u
rappreżentattivi ta’ dawk l-oġġetti u s-servizzi, liema
karatteristiċi jistgħu jinkludu l-prezz;
(d) ma jkunx joħloq konfużjoni fis-suq bejn min
jirreklama u kompetitur jew bejn it-trade marks,
ismijiet kummerċjali, marki distintivi oħra, oġġetti jew
servizzi ta’ min jirreklama u dawk ta’ kompetitur;
(e) ma jkunx inaqqas mill-kreditu jew imaqdar it-trade
marks, ismijiet kummerċjali, marki distintivi oħra,
oġġetti, servizzi, attivitajiet jew ċirkostanzi ta’
kompetitur;
(f) għal prodotti b’tismija ta’ oriġini, f’kull każ ikun
jirrigwarda prodotti bl-istess tismija;
(g) ma jieħux vantaġġ mhux ġust mir-riputazzjoni ta’ xi
trade mark, isem kummerċjali jew marki distintivi
oħra ta’ kompetitur jew tat-tismija ta’ oriġini ta’
prodotti kompetittivi; u
(h) ma jippreżentax oġġetti jew servizzi bħala
imitazzjonijiet jew replika ta’ oġġetti jew servizzi li
jkollhom xi marka protetta jew isem kummerċjali.
(2) Paragun li jirreferi għal xi offerta speċjali għandu jindika
b’mod ċar u mhux ekwivoku d-data meta tintemm dik l-offerta jew,
fejn ikun xieraq, li l-offerta speċjali tkun suġġetta għad-
disponibilità  ta’ l-oġġetti u s-servizzi, u meta l-offerta speċjali tkun
għadha ma bdietx id-data tal-perjodu li matulu għandha tkun
tapplika l-offerta speċjali. "Offerta speċjali" f’dan is-subartikolu
tirreferi għall-prezz ta’ l-oġġetti jew is-servizzi jew xi kondizzjoni
speċifika oħra li taħtha l-oġġetti jew is-servizzi ikunu se jiġu
forniti. 
L-offerta ta’ rigali 
u premjijiet.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
51. Kummerċjant li, b’konnessjoni mal-provvista jew possibbli
provvista ta’ oġġetti jew servizzi jew mal-promozzjoni b’kull mod
li jkun tal-provvista jew l-użu ta’ oġġetti jew servizzi, joffri rigali,
premjijiet, jew oġġetti oħra b’xejn -
(a) jonqos milli jipprovdihom jew ma jipprovdihomx kif
offrut; jew
(b) jonqos li jiżvela b’mod ċar il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet kollha għall-kisba tagħhom; jew
(ċ) jonqos milli jagħti deskrizzjoni ċara u sħiħa tar-rigali,
premjijiet jew oġġetti oħra b’xejn li jkunu qegħdin jiġu
offruti,
jkun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Skemi ta’ bejgħ 
piramidali.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
52. (1) Kull forma ta’ skemi ta’ bejgħ piramidali, jkun kif
ikun deskritt, hija projbita. Skemi jew attivatijiet li fihom element
materjali jew sinifikattiv ikun jikkonsisti f’attività  ta’ bejgħ
piramidali għandhom jitqiesu wkoll bħala skema ta’ bejgħ
piramidali għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Min jistabbilixxi, iħaddem jew iġib ‘il quddiem xi skema
ta’ bejgħ piramidali jkun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima ta’ dan
  28      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
l-Att.
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "skema ta’ bejgħ
piramidali" tfisser -
(a) skema -
li tipprovdi għall-provvista ta’ oġġetti jew servizzi jew
it-tnejn flimkien bi premju;
li għal bosta parteċipanti fl-iskema tkun primarjament
tikkostitwixxi opportunità  ta’ bejgħ ta’ opportunità  ta’
investiment pjuttost minn opportunità  ta’ provvista ta’
oġġetti jew ta’ servizzi; u
li tkun jew x’aktarx tkun waħda mhux ġusta għal bosta
mill-parteċipanti f’dik l-iskema peress li -
(i) l-premjijiet finanzjarji ta’ dawk il-parteċipanti
jkunu prinċipalment dipendenti fuq l-ingaġġ ta’
parteċipanti addizzjonali, sew jekk f’livelli
wieħed inqas mill-ieħor sew jekk le; u
(ii) l-għadd ta’ parteċipanti addizzjonali fl-iskema li
jkollhom jiġu ingaġġati biex jipproduċu
premjijiet finanzjarji raġonevoli għall-
parteċipanti fl-iskema ma jintlaħaqx jew
x’aktarx li ma jintlaħaqx minn bosta mill-
parteċipanti fl-iskema; jew
(b) skema ta’ tip simili għal chain letter, sew jekk din
tipprovdi jew ma tipprovdix għal provvista ta’ oġġetti
jew servizzi, li tkun waħda mhux ġusta għal bosta
mill-parteċipanti fl-iskema peress li -
(i) l-premjijiet finanzjarji ta’ bosta mill-parteċipanti
jkunu dipendenti fuq l-ingaġġ ta’ parteċipanti
addizzjonali; u
(ii) l-għadd ta’ parteċipanti addizzjonali fl-iskema li
jkollhom jiġu ingaġġati biex jipproduċu
premjijiet finanzjarji raġonevoli għall-
parteċipanti fl-iskema ma jintlaħaqx jew
x’aktarx li ma jintlaħaqx minn bosta mill-
parteċipanti fl-iskema.
(4) Parteċipanti, li ma jkunux dawk imsemmija fis-subartikolu
(2), f’xi skema ta’ bejgħ piramidali jkollhom jedd mhux iktar tard
minn sentejn mid-data meta jkunu għamlu l-aħħar ħlas li jitolbu l-
ħlas lura sħiħ ta’ kull flus li jkunu ħallsu fl-iskema. 
Dikjarazzjonijiet 
qarrieqa dwar ċerti 
skemi jew 
attivitajiet.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
53. (1) Min jagħmel xi dikjarazzjoni li tkun falza jew qarrieqa
f’xi dettall materjali dwar il-profittabilità  jew ir-riskju jew xi aspett
materjali ieħor ta’ xi skema ta’ xogħol domestiku jew skemi jew
attivitajiet simili oħra, jkunu kif ikunu deskritti, u jirrappreżenta
dik l-iskema bħala waħda li tista’ ssir, jew li tista’ ssir f’ċertu qies
sostanzjali, mill-post ta’ residenza ta’ xi ħadd, jkun ħati ta’ reat
kontra din it-Taqsima ta’ dan l-Att. 
(2) Min jistieden, sew b’riklam sew xort’oħra, lil xi ħadd biex
jaħdem jew jipparteċipa, jew biex joffri jew japplika li jaħdem jew
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      29
jipparteċipa, fi skemi jew attivitajiet bħal dawk imsemmija fis-
subartikolu (1) li jkunu jeħtieġu -
(a) l-għemil minn min ikun involut ta’ xogħlijiet; jew
(b) l-investiment ta’ flus mill-persuni involuti u l-għemil
minnhom ta’ xogħol assoċjat ma’ l-investiment,
u jagħmel, għar-rigward tal-profittabilità  jew ir-riskju jew xi aspett
materjali ieħor ta’ l-attività  kummerċjali, xi rappreżentazzjoni li
tkun falza jew qarrieqa f’xi dettall materjali, jkun ħati ta’ reat
kontra din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Reati.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
54. Min ikun ħati ta’ reat kontra din it-Taqsima ta’ dan l-Att
jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira
u ta’ mhux iktar minn elfejn lira.
Applikabbilità  fuq 
kull liġi oħra.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
Kap. 16.
Kap. 13.
Kap. 313.
55. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom
jipprevalixxu fuq kull ħaġa li tmur kuntrarju għalih u li tinsab fil-
Kodiċi Ċivili, fil-Kodiċi tal-Kummerċ u fl-Att dwar
Deskrizzjonijiet Kummerċjali.
Miżjuda:
XXVI. 2000.15.
TAQSIMA VII
Responsabbiltà  għal prodotti difettużi
Tifsir.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
56. F’din it-Taqsima, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra -
"ħsara personali" tinkludi kull marda u kull tħassir tal-
kondizzjoni fiżika jew mentali ta’ persuna;
"prodott" tfisser kull ħaġa mobbli u tinkludi:
(a) kull ħaġa mobbli inkorporata fi prodott ieħor jew
f’ħaġa immobbli,
(b) l-elettriku,
(ċ) il-gass, u
(d) prodotti agrikoli primarji;
"prodotti agrikoli primarji" tfisser kull prodott li tagħti l-art, ta’
annimali f’razzett u li jiġi mis-sajd u l-kaċċa;
"produttur" tfisser -
(a) il-manifattur ta’ prodott mitmum jew ipproċessat, jew
(b) il-manifattur ta’ parti komponenti, jew
(ċ) il-produttur ta’ xi materja prima, jew
(d) il-produttur ta’ xi prodotti li tagħti l-art, ta’ annimali
f’razzett u li jiġu mis-sajd u l-kaċċa, jew
(e) kull min, għax iqiegħed ismu, t-trade mark jew xi
dettall distintiv ieħor fuq il-prodott, jippreżenta lilu
nnifsu bħala l-produttur tiegħu, jew
(f) meta prodott jiġi manifatturat jew prodott barra minn
Malta, kull min jimporta ġewwa Malta prodott għall-
bejgħ, kiri, self jew kull għamla oħra ta’
distribuzzjoni.
  30      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
Responsabbiltà  tal-
produttur.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
57. Il-produttur ikun responsabbli għall-ħsara għalkollox jew
f’parti kaġunata b’xi difett fil-prodott tiegħu.
Prova dwar ħsara u 
difett.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
58. Il-parti aggravata jkollha biss il-piż li ġġib prova dwar il-
ħsara, id-difett u r-relazzjoni kawżali bejn id-difett u l-ħsara u ma
jkollhiex il-piż li ġġib prova dwar il-ħtija tal-produttur.
Responsabbiltà  tal-
fornitur tal-prodott.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
59. (1) Il-fornitur tal-prodott għandu jitqies bħala l-produttur
jekk -
(a) il-produttur ma jkunx jista’ jiġi identifikat u l-parti
aggravata tkun talbet lill-fornitur biex jipprovdilha l-
identità  u l-indirizz sħiħ tal-produttur jew tal-persuna
li tkun forniet lill-fornitur bil-prodott, jew
(b) fil-każ ta’ prodott importat meta l-importatur ma jkunx
jista’ jiġi identifikat ukoll jekk isem il-produttur ikun
indikat u l-parti aggravata tkun talbet lill-fornitur biex
jipprovdilha l-identità  u l-indirizz sħiħ ta’ l-importatur
jew tal-persuna li tkun forniet lill-fornitur bil-prodott, 
u l-fornitur jonqos milli jagħmel dan fi żmien tletin jum minn meta
tkun saritlu t-talba.
(2) Talba taħt is-subartikolu (1) għandha -
(a) ssir bil-miktub u tintbagħat bil-posta reġistrata jew
b’ittra uffiċjali fil-post tan-negozju jew tal-kummerċ
tal-fornitur; u
(b) tindika l-prodott li jkun ikkaġuna l-ħsara, il-post minn
fejn u, jekk ikun possibbli d-data approssimattiva,
meta l-prodott ikun ġie akkwistat.
(3) Il-fornitur ikollu l-piż li jġib prova li jkun ipprovda lill-
parti aggravata bl-informazzjoni meħtieġa taħt is-subartikolu (1)
fiż-żmien hemm indikat.
Prodott difettuż.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
60. (1) Prodott ikun difettuż jekk dan jonqos milli jipprovdi
dik is-sigurezza li persuna jkollha jedd li tistenna minnu fil-qies
taċ-ċirkostanzi kollha, inklużi:
(a) il-preżentazzjoni tal-prodott, kif ikun tmexxa fis-suq,
u kull direzzjoni u twissija li jkunu ġew ipprovduti,
(b) liema użu jista’ jkun raġonevolment mistenni mill-
prodott, u
(ċ) iż-żmien meta l-prodott ikun tqiegħed fiċ-
ċirkolazzjoni.
(2) Prodott ma jitqiesx bħala wieħed difettiż biss għaliex
prodott aħjar sussegwentement jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni.
(3) Prodott jitqies difettuż jekk dan ma jkunx jipprovdi għas-
sigurezza li soltu jiġi provdut dwarha b’mudelli oħra ta’ l-istess tip.
Danni li jistgħu 
jiġu rkuprati.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
61. Id-danni li jistgħu jiġu rkuprati taħt din it-Taqsima huma:
(a) danni kaġunati bil-mewt jew ħsara fil-persuna; jew
(b) telfien, ħsara, jew qirda ta’ xi oġġett ta’ proprjetà
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      31
minbarra l-prodott difettuż innifsu, b’valur ta’ mill-
anqas mitejn lira, jew dak il-valur ieħor hekk kif il-
Ministru jista’ jippreskrivi: 
Iżda -
(i) l-oġġett ta’ proprjetà  jkun ta’ tip soltu maħsub
għall-użu jew il-konsum privat, u
(ii) l-oġġett ta’ proprjetˆ kien użat mill-parti
aggravata prinċipalment għall-użu jew il-
konsum privat tagħha nnifisha.
X’difiża produttur 
jista’ jġib.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
62. Il-produttur ma jġorr ebda responsabbiltà  taħt din it-
Taqsima jekk iġib prova -
(a) li huwa ma qiegħedx il-prodott fiċ-ċirkolazzjoni, jew
(b) li, fil-qies taċ-ċirkostanzi, jkun probabbli li d-difett li
jkun ikkaġuna l-ħsara ma kienx jeżisti fiż-żmien meta
l-prodott ikun tqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni minnu jew li
dak id-difett beda jseħħ wara, jew
(ċ) li l-prodott la ġie manifatturat minnu għall-bejgħ jew
għal xi xorta ta’ distribuzzjoni b’għan ekonomiku
lanqas ma ġie manifatturat jew imqassam minnu
filwaqt tal-kummerċ jew negozju tiegħu, jew
(d) li d-difett involut ikun dovut minħabba fit-tħaris ta’ xi
ħtieġa mandatorja imposta b’liġi jew minn xi awtorità
pubblika, jew
(e) li l-istat ta’ konoxxenza xjentifika u teknika filwaqt li
huwa kien qiegħed il-prodott fiċ-ċirkolazzjoni ma
kienetx daqstant li b’hekk setgħet ġiet skoperta l-
eżistenza tad-difett, jew
(f) fil-każ ta’ manifattur ta’ komponent jew il-produttur
ta’ materja prima, li d-difett ikun attribwibbli għad-
disinn tal-prodott li fih ikun twaħħal il-komponent jew
ġiet inkorporata l-materja prima jew għall-istruzzjoni
mogħtija mill-manifattur tal-prodott.
Ħlas provviżorju 
ta’ perit.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
Kap. 12.
63.  Il-Qorti tista, minkejja kull disposizzjoni tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, tordna li d-drittijiet ta’ perit
għandhom provviżorjament jitħallsu jew jiġu depożitati mill-
produttur jekk ikun hemm provi prima facie li l-ħsara tkun ġiet
kaġunata minn difett fil-prodott.
Solidarjetà .
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
64. Meta taħt din it-Taqsima, żewġ persuni jew aktar jkunu
responsabbli għall-istess ħsara, l-obbligazzjoni tagħhom tkun
waħda solidali.
Kontribuzzjoni 
għall-ħsara mill-
persuna aggravata.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
Kap. 16.
65. L-artikolu 1051 tal-Kodiċi Ċivili għandu jkun japplika
sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà  tal-produttur meta d-dannu
jkun kaġunat sew minn xi difett fil-prodott sew bi ħtija tal-persuna
aggravata jew minn xi ħadd li l-persuna aggravata tkun
responsabbli għalih.
  32      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
Responsabbiltà  
jekk ikun hemm att 
jew ommissjoni ta’ 
terzi.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
66. Ir-responsabbiltà  tal-produttur ma għandhiex titnaqqas
meta l-ħsara tkun kaġunata sew b’difett fil-prodott sew b’xi att jew
ommissjoni ta’ terzi.
Limitazzjoni ta’ 
azzjoni.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
67. (1) L-azzjoni għal danni taħt din it-Taqsima għandha tiġi
preskritta meta jgħaddu tliet snin mill-ġurnata meta l-parti
aggravata saret taf, jew imissha raġonevolment saret taf, bil-ħsara,
bid-difett u bl-identità  tal-produttur. 
(2) Minkejja s-subartikolu (1), l-azzjoni għad-danni taħt din it-
Taqsima għandha f’kull każ tispiċċa mal-mogħdija tal-perjodu ta’
għaxar snin mid-data meta l-produttur ikun qiegħed fiċ-
ċirkolazzjoni l-prodott attwali li jkun ikkaġuna l-ħsara kemm-il
darba l-parti aggravata ma tkunx sadattant bdiet proċedimenti legali
kontra l-produttur.
Kap. 16. (3) Is-Sub-titoli I, II u III at-Titolu XXV tal-Kodiċi Ċivili li
jirrigwardaw il-kawżi li jimpedixxu, jissospendu u jiksru l-
preskrizzjoni għandhom ikunu japplikaw għal azzjonijiet li jsiru
taħt din it-Taqsima.
(4) Ikun jinkombi fuq il-produttur il-piż tal-prova dwar meta l-
prodott attwali li kkaġuna d-dannu jkun tqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni.
Projbizzjoni ta’ 
esklużjoni ta’ 
responsabbiltà .
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
68. Ir-responsabbiltà  ta’ produttur taħt din it-Taqsima ma tistax
tiġi limitata jew eskluża sew b’xi patt f’kuntratt, b’xi avviż jew
b’kull mod ieħor li jista’ jkun.
Drittijiet oħra ta’ 
azzjoni mhumiex 
preklużi.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
Kap. 16.
69. Id-disposizzjonijiet taħt din it-Taqsima ma għandhomx
jeskludu jew jillimitaw xi drittijiet jew rimedji li l-persuna
aggravata jkollha taħt il-Kodiċi Ċivili jew xi liġi oħra.
Danni emerġenti 
minn aċċidenti 
nukleari.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
70. Id-disposizzjonijiet taħt din it-Taqsima ma għandhomx
japplikaw għal xi feriment jew ħsara li jiġġarbu minn aċċidenti
nukleari li jkunu regolati b’xi ftehim internazzjonali li Malta tkun
imsiehba fih.
Kif tapplika din it-
Taqsima.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
71. Din it-Taqsima għandha tapplika għal prodotti li jitqegħdu
fiċ-ċirkolazzjoni f’Malta wara l-bidu fis-seħħ ta’ din it-Taqsima.
Miżjuda:
XXVI. 2000.15.
TAQSIMA VIII
Bejgħ ta’ oġġetti lil konsumaturi
Tifsir.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
72. (1) F’din it-Taqsima kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
"bla ebda ħlas" tirreferi għall-esklużjoni ta’ l-ispejjeż li jsiru
biex iġibu l-oġġetti konformi mal-kuntratt ta’ bejgħ, partikolarment
man-nefqa tal-pustaġġ, xogħol u materjal, liema spejjeż għandhom
skond hekk jitħallsu mill-kummerċjant;
"garanti" tfisser min ikun responsabbli lejn il-konsumatur għall-
eżekuzzjoni ta’ garanzija kummerċjali u tinkludi lil kull persuna
oħra li tkun qed taġixxi għall-garanti jew f’ismu;
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      33
"garanzija kummerċjali" tfisser kull rappreżentazzjoni jew rabta
tkun kif tkun deskritta jew mogħtija minn kummerċjant jew
produttur lil konsumatur, irrispettivament minn jekk din tingħatax
b’xi ħlas iktar jew mingħajru, li jintradd lura l-prezz imħallas jew li
jiġu rimpjazzati, imsewwija jew ittrattati oġġetti b’kull mod li jkun,
jekk dawn ma jkunux skond l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-
dikjarazzjoni ta’ garanzija jew fir-reklamar rilevanti;
"oġġetti" tfisser kull biċċa proprjetà  mobbli li tkun tanġibbli;
"produttur" tfisser il-manifattur ta’ oġġetti magħmula għall-
konsumatur, l-importatur ta’ oġġetti magħmula għall-konsumatur
ġewwa Malta jew ġo xi pajjiż ieħor jew grupp ta’ pajjiżi oħra kif
jistgħu, minn żmien għal żmien, jissemmew għal dan l-għan mill-
Ministru b’avviż fil-Gazzetta, jew minn kull min jagħmilha ta’
produttur billi jqiegħed ismu, t-trade mark jew sinjal distintiv ieħor
tiegħu fuq l-oġġetti;
"tiswija" tfisser fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità , il-proċess li
bih oġġetti jinġiebu konformi mal-kuntratt ta’ bejgħ.
(2) Kuntratti għall-provvista ta’ oġġetti magħmula għall-
konsumatur li għad iridu jiġu manifatturati jew prodotti għandhom
ukoll jitqiesu bħala kuntratti ta’ bejgħ għall-għanijiet ta’ din it-
Taqsima.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom ikunu
japplikaw għal kuntratti ta’ bejgħ ta’ oġġetti lil konsumaturi
magħmula jew esegwiti wara l-bidu fis-seħħ ta’ din it-Taqsima.
Konformità  mal-
kuntratt.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
73. (1) Il-kummerċjanti għandhom l-obbligu jikkunsinnaw
lill-konsumaturi oġġetti li jkunu konformi mad-deskrizzjoni u l-
ispeċifikazzjonijiet fil-kuntratt tal-bejgħ, u skond hekk ikollhom l-
obbligu li jiżguraw li l-oġġetti -
(a) jkunu konformi mad-deskrizzjoni mogħtija mill-
kummerċjant u jkollhom il-karatteristiċi, l-fattizzi u l-
kwalitajiet ta’ l-oġġetti li l-kummerċjant jkun wiegħed
jew ikun wera jew xort’oħra ppreżenta lill-konsumatur
bħala kampjun jew mudell;
(b) jkunu adattati għall-iskop partikolari li għalih il-
konsumatur ikun jeħtieġhom u li jkun għarraf bihom
lill-kummerċjant meta kien qed jagħmel il-kuntratt;
(ċ) jkunu adattati għall-iskop li għalih oġġetti ta’ l-istess
tip normalment jintużaw; u
(d) juru l-kwalità  u l-kapaċità  li huma normali f’oġġetti ta’
l-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment
jistenna, fil-qies tax-xorta ta’ l-oġġetti u meta jitqiesu
d-dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar il-karatteristiċi
speċifiċi ta’ l-oġġetti li jsiru dwarhom sew mill-
kummerċjant, mill-produttur jew mir-rappreżentant
tiegħu, partikolarment fl-irreklamar jew fuq it-tikketti.
(2) L-obbligazzjoni tal-kummerċjant taħt is-subartikolu (1)
meta jkun sar il-kuntratt, għandha tiskadi u tintemm f’dawn iċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
  34      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
(a) meta l-konsumatur kien jaf, jew ma setax
raġonevolment ma jkunx jaf, bin-nuqqas ta’
konformità , jew
(b) meta n-nuqqas ta’ konformità  jkollha l-oriġini tagħha
f’materjal fornit mill-konsumatur.
(3) Il-kummerċjant ikun marbut b’dikjarazzjonijiet pubbliċi
msemmija fis-subartikolu (1)(d) kemm-il darba huwa -
(a) ma jurix li ma kienx jaf, u li ma setax raġonevolment
ikun jaf, bid-dikjarazzjoni involuta, jew 
(b) ma jurix li saż-żmien meta jkun sar il-kuntratt id-
dikjarazzjoni tkun ġiet korretta, jew
(ċ) ma jurix li d-deċiżjoni li jinxtraw l-oġġetti ma setgħetx
kienet influwenzata bid-dikjarazzjoni.
(4) Kull nuqqas ta’ konformità  li tirriżulta mill-istallazzjoni
mhux tajba ta’ l-oġġetti għandha titqies daqslikieku kient nuqqas
ta’ konformità  ta’ l-oġġetti jekk l-istallazzjoni tkun parti mill-
kuntratt tal-bejgħ ta’ l-oġġetti u l-oġġetti kienu installati mill-
kummerċjant jew taħt ir-responsabbiltà  tiegħu. Dan għandu
japplika wkoll jekk il-prodott, li jkun maħsub li jiġi installat mill-
konsumatur, jiġi installat mill-konsumatur u l-installazzjoni mhux
korretta tkun dovuta għal xi difett fl-istruzzjonijiet dwar l-
istallazzjoni.
X’rimedji għandu 
l-konsumatur.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
74. (1) Il-kummerċjant ikun responsabbli li jipprovdi rimedju
skond dan l-artikolu lill-konsumatur għal kull nuqqas ta’
konformità  fl-oġġetti li kienet teżisti meta l-oġġetti ġew
ikkunsinnati mill-kummerċjant lill-konsumatur. Bla ħsara għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima, għandu jkun il-
konsumatur li jiddeċiedi x’rimedju għandu jitlob.
(2) Fil-każ ta’ tali nuqqas ta’ konformità , il-konsumatur ikollu
jedd jew -
(a) li l-oġġetti jinġiebu konformi bla ebda ħlas billi
jissewwew jew jiġu rimpjazzati, skond l-artikolu
75(1), jew
(b) li jirċievi ħlas lura ta’ tnaqqis fil-prezz adattat jew li
ssir ir-rexxissjoni tal-kuntratt għar-rigward ta’ dawk l-
oġġetti, skond l-artikolu 76(1) jew (2).
Tiswija jew 
rimpjazzament ta’ 
l-oġġetti.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
75. (1) Sakemm ma jkunx impossibbli jew sproporzjonat, il-
konsumatur jista’, fl-ewwel lok, jeħtieġ lill-kummerċjant isewwi l-
oġġetti jew inkella jirrimpjazzjhom, f’kull każ bla ebda ħlas.
(2) Rimedju jitqies li jkun sproporzjonat jekk ikun jimponi
spejjeż fuq il-kummerċjant li, b’paragun mar-rimedji alternattivi li
jeżistu taħt din it-Taqsima, ma jkunux raġonevoli, meta jitqiesu -
 (a) il-valur ta’ l-oġġetti li kieku ma kienx hemm nuqqas
ta’ konformità ,
(b) xi jkun ifisser dak in-nuqqas ta’ konformità , u
(ċ) jekk ir-rimedju alternattiv ikunx jista’ jitlesta
għalkollox mingħajr ebda inkonvenjenza sinjifikanti
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      35
għall-konsumatur.
(3) Kull tiswija jew rimpjazzament għandhom jitlestew, kemm
ikun prattikament malajr, fi żmien raġonevoli u mingħajr ebda
inkonvenjenza sinjifikanti għall-konsumatur, meta titqies ix-xorta
ta’ l-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur jkun ħtieġ dawk l-
oġġetti.
Tnaqqis tal-prezz 
mar-rexxissjoni 
tal-kuntratt.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
76. (1) Il-konsumatur jista’ jeħtieġ riduzzjoni adattata fil-
prezz jew li ssir ir-rexxissjoni tal-kuntratt -
(a) meta l-konsumatur ma jkun jista’ jikseb la r-rimedju
ta’ tiswija lanqas dak ta’ rimpjazzar, jew
(b) jekk il-kummerċjant ma jkunx spiċċa r-rimedju ta’
tiswija jew ta’ rimpjazzar fi żmien raġonevoli, jew
(ċ) jekk il-kummerċjant jkun jista’ biss jipprovdi jew
jispiċċa r-rimedju ta’ tiswija jew rimpjazzar
b’inkonvenjenza sinjifikanti għall-konsumatur.
(2) Il-konsumatur ma jkollux jedd għar-rexxissjoni tal-kuntratt
jekk in-nuqqas ta’ konformità  miegħu jkun wieħed minuri u
insinjifikanti. 
Dritt għal rimedju 
li għandu l-aħħar 
bejjiegħ.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
77. Meta l-kummerċjant bħala l-aħħar bejjiegħ ta’ l-oġġetti
jkun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba f’nuqqas ta’
konformità  li tirriżulta minn xi att jew ommissjoni tal-produttur,
tal-bejjiegħ ta’ qabel fl-istess rabta ta’ kuntratti jew ta’ kull
intermedjarju ieħor, l-aħħar bejjiegħ ikollu jedd li jikseb ir-rimedji
kontra l-persuna jew persuni responsabbli fir-rabta kontrattwali.
Preskrizzjoni.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
78. Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 73 u 74 meta l-konsumatur jinduna
bin-nuqqas ta’ konformità  fi żmien sentejn mill-kunsinna ta’ l-
oġġetti. Dan il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi sospiż sakemm
idumu għaddejin in-negozjati bejn il-kummerċjant u l-konsumatur
bil-għan li jintlaħaq ftehim amikevoli.
Avviż li jingħata 
lill-kummerċjant.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
79. (1) Sabiex ikun jista’ jikseb benefiċċju mir-rimedji
disponibbli taħt din it-Taqsima, konsumatur għandu javża lill-
kummerċjant bil-miktub b’kull nuqqas ta’ konformità  fi żmien
xahrejn mid-data meta l-konsumatur ikun intebaħ b’dak n-nuqqas
ta’ konformità .
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jitqies bħala
prova suffiċjenti li jkun ingħata avviż jekk in-notifika ssir b’att
ġudizzjarju fiż-żmien preskritt, jew jekk il-konsumatur juri li l-ittra
tkun intbagħtet bil-posta reġistrata fiż-żmien preskritt.
Preżunzjoni li jkun 
hemm nuqqas ta’ 
konformità .
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
80. Sakemm ma jiġix ippruvat xort’oħra, kull nuqqas ta’
konformità  li wieħed jista’ jinduna bih fi żmien sitt xhur mill-
kunsinna ta’ l-oġġetti għandu jitqies bħala li jkun eżista filwaqt tal-
kunsinna, meta din il-presunzjoni tkun fil-biċċa l-kbira kompatibbli
max-xorta ta’ l-oġġetti jew max-xorta ta’ nuqqas ta’ konformità .
  36      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
Ma jorbtux dawk 
il-klawżoli fil-
kuntratt li jwarrbu 
jew jirrestrinġu xi 
drittijiet.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
81. Ebda klawżola kuntrattwali jew ftehim magħmul mill-
konsumatur mal-kummerċjant qabel ma n-nuqqas ta’ konformità
jiġi mgħarraf lill-kummerċjant ma jkunu jorbtu lill-konsumatur
jekk dawk il-klawżoli jew ftehim b’mod sew dirett sew mhux dirett
ikunu jwarrbu jew jirrestrinġu d-drittijiet disponibbli taħt din it-
Taqsima.
Il-garanzija 
kummerċjali 
għandha tkun aktar 
vantaġġuża.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
82. Garanzija kummerċjali hija garanzija addizzjonali li
tqiegħed lill-benefiċjarju ta’ dik il-garanzija f’pożizzjoni iktar
vantaġġuża min dik stabbilita bil-liġi. Garanzija kummerċjali ma
għandhiex tkun tolqot ħażin rimedji oħra li jkunu disponibbli taħt
kull liġi oħra li tkun tirregola r-responsabbiltà  li toħroġ minn
kuntratt jew delitt.
Ħtiġiet għal 
garanziji 
kummerċjali.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
83. (1) Garanzija kummerċjali għandha tiġi abbozzata f’forma
bil-miktub b’mod ċar u leġibbli, f’lingwaġġ li jiftiehem u għandha
tkun konformi ma’ dan li ġej:
(a) li tkun formulata f’mill-inqas waħda mil-lingwi
uffiċjali ta’ Malta;
(b) li tkun tagħti l-isem u l-indirizz tal-garanti, u tkun
tiddikjara biċ-ċar x’ikun l-indirizz permanenti tal-post
tal-kummerċ jew tan-negozju u isem il-persuna li tkun
qegħda tipprovdi lill-konsumatur bil-garanzija
kummerċjali;
(ċ) li tkun tiddikjara biċ-ċar x’ikun il-kontenut tal-
garanzija inkluża l-firxa territorjali tagħha jekk din
tkun waħda limitata kif ukoll iż-żmien li matulu din il-
garanzija tibqa’ valida mid-data tax-xiri u jistgħu jiġu
stipulati perjodi differenti għal komponenti differenti
ta’ l-oġġetti;
(d) li tkun tispeċifika b’mod ċar il-mod kif konsumatur
għandu jipproċedi biex jagħmel talba u jikseb l-
esekuzzjoni tal-garanzija kummerċjali, il-persuna li
tkun awtorizzata tesegwixxi l-garanzija kummerċjali u
indirizz f’Malta fejn jistgħu jintbagħtu t-talbiet. Jekk
persuna li tkun qed tipprovdi garanzija kummerċjali
tonqos milli tipprovdi lill-konsumatur bl-
informazzjoni meħtieġa taħt dan il-paragrafu, hija
mbagħad tkun responsabbli għall-esekuzzjoni tal-
garanzija kummerċjali bi spejjeż tagħha;
(e) li tkun tiddikjara b’mod ċar jekk il-garanzija
kummerċjali tkunx tista’ tiġi trasferita lil oħrajn.
Kemm-il darba ma jiġix stipulat xort’oħra l-garanzija
kummerċjali tista’ wkoll tkun disponibbli għal sidien
sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti li l-garanzija
kummerċjali tkun tirreferi għalihom:
Iżda kemm-il darba l-garanzija kummerċjali ma
tiddikjarax speċifikatament xort’oħra, għandu
jiftiehem li fil-każ ta’ oġġetti, il-garanzija
kummerċjali tkun tkopri kull difett li jista’ jirriżulta
matul il-perjodu ta’ garanzija;
(f) li tipprovdi deskrizzjoni ċara ta’ l-oġġetti jew is-
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      37
servizzi koperti mill-garanzija kummerċjali;
(g) li tistipula b’mod ċar dak li l-garanti jkun qed jintrabat
li jagħmel jekk ikun hemm difett fl-oġġetti koperti bil-
garanzija kummerċjali jew jekk is-servizzi koperti
mill-garanzija ma jitwettqux kif dovut; u
(h) li tiddikjara b’mod ċar li l-konsumatur ikun igawdi
ċerti drittijiet li tagħtih il-liġi għar-rigward tal-bejgħ
ta’ oġġetti lil konsumaturi u li dawk id-drittijiet ma
jintlaqtux ħażin mill-garanzija. 
(2) Fuq talba tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jagħmel
disponibbli lill-konsumatur il-garanzija kummerċjali bil-miktub
jew b’xi mezz ieħor li ma jitħassarx li jkun aċċessibbli u
disponibbli għall-konsumatur.
(3) Meta garanzija kummerċjali ma tkunx tħares il-ħtiġiet
stipulati f’dan l-artikolu, il-validità  tal-garanzija ma għandhiex
tintlaqat u l-konsumatur għandu jibqa’ jkollu l-jedd li jagħmel kull
talba bis-saħħa tagħha u jesiġi li tiġi onorata.
Responsabbiltà  
taħt garanzija 
kummerċjali.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
84. Meta kummerċjant jew xi ħadd ieħor jagħti garanzija
kummerċjali lil konsumatur, irrispettivament meta jew kif din
tingħata, għaldaqshekk dak il-kummerċjant jew xi ħadd ieħor ikun
responsabbli lejn il-konsumatur għall-osservanza tal-pattijiet u l-
eżekuzzjoni tal-garanzija kummerċjali bħallikieku kien il-garanti,
kemm-il darba il-kummerċjant jew xi ħadd ieħor, skond il-każ, ma
jġibx prova li huwa kien b’mod espress u ċar għarraf lill-
konsumatur xort’oħra filwaqt tal-kunsinna ta’ l-oġġetti jew it-
twettiq tas-servizz.
Garanzija 
kummerċjali ma 
għandhiex teskludi 
drittijiet taħt liġijiet 
oħra.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
85. (1) Garanzija kummerċjali u kull dritt mogħti lil
konsumatur taħt il-garanzija ma għandhom b’ebda mod, sew dirett
sew indirett, jeskludu jew jillimitaw id-drittijiet ta’ konsumatur
taħt dan l-Att jew taħt kull liġi oħra. Kull esklużjoni jew
limitazzjoni simili li jiġu stipulati bi ksur ta’ din il-projbizzjoni
għandhom ikunu nulli u ineffettivi.
(2) Id-disposizzjonijiet f’din it-Taqsima għandhom ikunu
japplikaw fil-każijiet kollha meta l-kuntratt għall-bejgħ ta’ oġġetti
lil konsumatur jkun sar f’Malta jew xort’oħra jkollu rabta fil-qrib
ma’ Malta, jew dawk il-pajjiżi jew grupp ta’ pajjiżi oħra hekk kif
il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi bil-għan ta’
din id-disposizzjoni b’avviż pubblikat fil-Gazzetta. Skond dan, id-
drittijiet li jitnisslu favur il-konsumaturi taħt din it-Taqsima
għandhom jibqgħu japplikaw u ma għandhomx jintlaqtu mill-
adozzjoni tal-liġi ta’ xi pajjiż li ma jkunx jinkwadra taħt id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.
Il-garanti jista’ biss 
jitlob dawk il-
ħlasijiet stipulati.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
86. Garanti ma jistax, meta jkun qed iwettaq jew jesegwixxi
garanzija kummerċjali, jitlob lil xi konsumatur biex iħallsu xi dritt
jew ħlas, ikun kif ikun magħruf, kemm-il darba dan ma jkunx ġie
stipulat b’mod espress u ċar fil-garanzija kummerċjali.
Spejjeż tal-ġarr.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
87. Il-garanti għandu jieħu fuqu l-ispiża ta’ kull ġarr li jrid isir
f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ garanzija kummerċjali
kemm-il darba ma jiġix stipulat xort’oħra fil-garanzija
  38      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
kummerċjali. 
Estensjoni ta’ 
garanzija 
kummerċjali.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
88. It-tul ta’ żmien ta’ garanzija kummerċjali għandu jittawwal
awtomatikament għal żmien daqsinsew dak li matulu l-garanti kellu
l-oġġetti jew parti mill-oġġetti fil-pussess tiegħu sabiex iwettaq
jew jesegwixxi l-garanzija kummerċjali jew bħala riżultat tar-
rikjam ta’ l-oġġetti jew parti minnhom mill-manifattur.
Garanzija minn 
terzi.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
89. It-tismija mill-garanti ta’ terzi biex jesegwixxu garanzija
kummerċjali ma teħlisx lill-garanti mill-obbligazzjoni li jkollu lejn
il-konsumatur skond il-garanzija kummerċjali mogħtija lill-
konsumatur.
Garanzija 
kummerċjali 
dikjarata fir-
reklam.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
90. Garanzija kummerċjali sew dwar oġġetti sew dwar servizzi
li tissemma f’dikjarazzjoni jew riklam minn xi persuna għandha
tkun torbot lil dik il-persuna ukoll jekk dik il-garanzija
kummerċjali ma tkunx speċifikatament imsemmija fil-kuntratt tal-
bejgħ.
Jedd ta’ azzjoni 
taħt garanzija 
kummerċjali.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
91. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull rimedju ieħor li tagħti
l-liġi, konsumatur jista’ jibda proċedimenti ċivili kontra garanti li
jonqos milli josserva xi wieħed mill-pattijiet jew rabtiet stipulati
f’garanzija kummerċjali.
(2) Il-qorti tista’ fi proċedimenti ċivili li jsiru taħt din it-
Taqsima -
(a) tordna lill-garanti li jieħu dik l-azzjoni rimedjali li
tista’ tkun meħtieġa biex josserva il-pattijiet tal-
garanzija, jew
(b) tordna lill-garanti li jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu
taħt il-garanzija kummerċjali b’sodisfazzjon tagħha
f’dak iż-żmien li l-qorti tista’ tistabbilixxi. Meta tkun
qed tagħmel dan il-qorti tista’ tordna lill-garanti
jħallas lill-konsumatur ammont li ma jkunx ta’ iktar
minn ħamsin lira għal kull ġurnata ta’ nuqqas fil-każ
ta’ non-osservanza wara l-iskadenza tal-perjodu
stabbilit mill-qorti.
Disposizzjonijiet 
jipprevalixxu fuq 
liġijiet oħra.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
92. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, meta dawn ikunu
iktar jaqblu għall-konsumatur, għandhom jipprevalixxu fuq id-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra. 
Rimpjazzar ta’ 
parts, servizz ta’ 
tiswija meta l-
oġġetti jeħtieġu 
manutenzjoni.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
93. (1) Jekk l-oġġetti li jkunu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ bejgħ
lil konsumatur, ikunu ta’ xorta li tista’ teħtieġ manutenzjoni, jew
possibilment ir-rimpjazzar ta’ parts, għaldaqshekk sew il-parts
għar-rimpjazzar sew is-servizz ta’ tiswija adattat għandhom ikunu
disponibbli għal żmien raġonevoli mid-data tal-kunsinna ta’ l-
oġġetti mill-kummerċjant lill-konsumatur.
(2) Il-kummerċjant jew il-produttur jista’ jirrilaxxa lilu nnifsu
minn din l-obbligazzjoni billi jwissi b’mod speċifiku u espress lill-
konsumatur bil-miktub, qabel ma jsir il-kuntratt, li huwa ma jkunx
jipprovdi l-parts għar-rimpjazzar jew is-servizz ta’ tiswija.
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      39
Miżjuda:
XXVI. 2000.15.
TAQSIMA IX
Ordnijiet ta’ tħaris
Ħruġ ta’ ordnijiet 
ta’ tħaris.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
94. (1) Meta jkun hekk jaħseb li jkun raġonevolment adattat
jew meħtieġ fl-interess pubbliku, id-Direttur jista’, sew
b’inizjattiva tiegħu nnifsu jew wara li ssirlu talba bil-miktub minn
korp kwalifikanti, joħroġ ordni ta’ tħaris -
(a) lil xi persuna fejn jeħtieġ -
(i) it-tħassir jew it-tibdil ta’ pattijiet f’kuntratt li
jsir mal-konsumatur li d-Direttur ikun iqis li ma
jkunx wieħed ġust għall-konsumaturi skond id-
disposizzjonijiet tat-Taqsima VI ta’ dan l-Att; u
(ii) l-inkorporazzjoni ta’ pattijiet f’kuntratt li jsir
mal-konsumatur li d-Direttur ikun iqis li jkunu
meħtieġa għall-aħjar tagħrif tal-konsumaturi,
jew sabiex jipprevjeni żbilanċ konsiderevoli
bejn l-obbligazzjonijiet u d-drittijiet tal-partijiet,
u dan għall-benefiċċju tal-konsumaturi;
(b) fejn jeħtieġ lil xi persuna involuta, li tkun tippromwovi
jew tiġġestixxi, jew tipproponi li tinvolvi ruħha jew
tiġġestixxi jew tippromwovi xi reklamar li jkun
qarrieqi jew mhux reklamar komparattiv permess
skond it-Taqsima VI ta’ dan l-Att, biex ma tkomplix
għaddeja jew tieqaf minn dak ir-reklamar;
(ċ) fejn jeħtieġ lil xi persuna li tieħu dawk il-miżuri
speċifikati fl-ordni ta’ tħaris, fiż-żmien speċifikat fl-
ordni ta’ tħaris sabiex jiġi żgurat li dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu jew kull liġi oħra li
tittratta dwar id-drittijiet u l-protezzjoni tal-
konsumatur li tista’ tiġi hekk imsemmija b’Ordni fil-
Gazzetta mill-Ministru wara li jikkonsulta lill-Kunsill,
jiġu mħarsa; u
(d) fejn jeħtieġ lil xi persuna li tieqaf jew tiddeżisti milli
twettaq xi reat kontra dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu jew kull liġi oħra li tittratta dwar id-
drittijiet u l-protezzjoni tal-konsumatur li tista’ tiġi
hekk imsemmija b’Ordni fil-Gazzetta mill-Ministru
wara li jikkonsulta lill-Kunsill.
(2) Id-Direttur għandu, meta jkun qed joħroġ ordni ta’ tħaris
taħt dan l-artikolu -
(a) jinnotifika kopja ta’ l-ordni ta’ tħaris lil kull persuna li
l-ordni tkun inħarġet kontriha;
(b) jinkludi flimkien ma’ l-ordni ta’ tħaris, informazzjoni
rigward id-dritt li tinbeda kawża quddiem il-qorti
skond l-artikolu 97; u
(ċ) jiddikjara fil-qosor ir-raġunijiet tiegħu għall-ħrug ta’
dik l-ordni ta’ tħaris, liema raġunijiet għandhom jiġu
notifikati lil kull persuna li kontriha tinħareġ l-ordni
ta’ tħaris u, jekk ikun hemm, lill-korp kwalifikanti li
fuq applikazzjoni tiegħu tinħareg l-ordni ta’ tħaris.
  40      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
(3) Ebda mandat kawtelatorju jew xi ordni ieħor taħt xi liġi
oħra ma għandhom jinħarġu minn xi qorti jew tribunal li jkun
iżomm jew jirrestrinġi lid-Direttur milli joħroġ ordni ta’ tħaris taħt
dan l-Att. 
(4) Korp kwalifikanti, meta dan ikun qed jagħmel
applikazzjoni taħt din it-Taqsima, ma jkunx meħtieġ li jkollu jew li
jġib prova dwar xi interess fi, jew jintlaqat mill-kwistjoni jew
azzjoni involuta.
Diskrezzjoni tad-
Direttur fil-ħruġ ta’ 
ordni ta’ tħaris.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
95. (1) Ikun fid-diskrezzjoni tad-Direttur dwar jekk joħroġx
ordni ta’ tħaris jew le wara li tkun saritlu talba bil-miktub minn
korp kwalifikanti skond l-artikolu 94.
(2) Jekk id-Direttur jiddeċiedi li ma għandux joħroġ ordni ta’
tħaris wara li tkun saritlu applikazzjoni minn korp kwalifikanti,
huwa għandu, fi żmien sebat ijiem mid-data tad-deċiżjoni tiegħu,
javża bil-miktub lill-korp kwalifikanti u lill-persuni li kontrihom
ikun qed jintalab l-ordni ta’ tħaris bid-deċiżjoni tiegħu filwaqt li
jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaldaqstant.
(3) Korp kwalifikanti jista’ fi żmien ħmistax il-ġurnata minn
meta jiġi notifkat bid-deċiżjoni tad-Direttur li ma joħrogx ordni ta’
tħaris, jibda kawża quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisdizzjoni
ċivili tagħha għall-ħruġ ta’ ordni li tkun teħtieġ lid-Direttur li
joħroġ ordni ta’ tħaris taħt l-artikolu 94. Dawk il-persuni li
kontrihom tkun qed tintalab li ssir ordni ta’ tħaris għandhom ikunu
partijiet fil-kawża, u jkun id-dmir tal-korp kwalifikanti li
jinnotifika lil dawk il-persuni skond hekk.
(4) Fit-twettiq tal-funzjonijiet u setgħat tiegħu taħt din it-
Taqsima d-Direttur għandu f’kull każ jaġixxi b’mod kemm jista’
jkun spedittiv. Fil-każ ta’ applikazzjoni minn korp kwalifikanti, id-
Direttur għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu fi żmien ħmistax il-
ġurnata minn meta jkun irċieva l-applikazzjoni.
Ordni ta’ tħaris 
għandu jkollha 
seħħ immedjat.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
96. Ordni ta’ tħaris għandha tibda sseħħ b’effett immedjat.
Applikazzjoni għal 
revoka ta’ ordni ta’ 
tħaris.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
97. (1) Persuna li kontriha tkun saret ordni ta’ tħaris tista’, fi
żmien ħmistax-il ġurnata minn meta jiġi notifikat bl-ordni ta’
tħaris, tibda kawża quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisdizzjoni
ċivili tagħhom għal revoka ta’ l-ordni ta’ tħaris. Kawża bħal dik
tista’ ssir biss għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(a) fuq xi punt ta’ liġi materjali; jew
(b) jekk l-għemil ta’ ordni ta’ tħaris ikun gravement
irraġonevoli jew mhux ġustifikat.
(2) Il-qorti tista’ tikkonferma, tibdel jew tħassar l-ordni ta’
tħaris b’kull patt jew kondizzjoni li tqis xieraq.
(3) Meta kawża tinbeda taħt is-subartikolu (1), l-ordni ta’ tħaris
għandha titwaqqaf sakemm ikun magħruf kif spiċċat il-kawża. Id-
Direttur jista’ madankollu. jekk huwa jqis li jkun adattat jew
meħtieġ fl-interess pubbliku, jitlob lil qorti li tagħmel ordni,
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      41
hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa ordni temporanja ta’ tħaris, li
tkun tordna li l-ordni ta’ tħaris tista’ bla ħsara għal dawk il-
modifiki li l-qorti tista’ fl-ordni temporanja ta’ tħaris tistabbilixxi,
tkompli fis-seħħ sakemm il-kawża mibdija skond is-subartikolu (1)
tiġi finalment deċiża. Ordni temporanja ta’ tħaris għandha tiskadi
malli l-kawża tiġi finalment deċiża.
(4) Persuna li kontriha tkun inħarġet ordni ta’ tħaris tista’ ma
tibdiex kawża quddiem il-qorti skond dan is-subartikolu jekk hija
tkun qabel iddaħħlet fil-kawża skond l-artikolu 95.
Il-kawżi 
jinstemgħu u jiġu 
deċiżi b’urġenza.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
98. Dawk il-kawżi li jsiru taħt l-artikoli 95 u 97 għandhom
jinstemgħu u jiġu deċiżi mill-qorti bl-urġenza u bl-iktar mod
spedittiv possibbli.
Ebda ħtieġa li jiġi 
ppruvat it-telfien 
attwali.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
99. Id-Direttur, meta jkun qed joħroġ ordni ta’ tħaris taħt l-
artikolu 94, ma jkunx meħtieġ li jġib prova dwar -
(a) it-telfien jew il-ħsara attwali, jew
(b) it-traskuraġni, negliġenza jew ħtija daparti tal-persuna
li kontriha ssir l-ordni.
Id-Direttur 
jipprova jikseb 
konformità  
volontarja.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
100. Id-Direttur għandu, kull meta jqis li jkun possibbli u
raġonevoli li hekk jagħmel, jipprova l-ewwel jikseb konformità
volontarja mill-persuna jew il-persuni involuti, ma’ dan l-Att jew
ma’ regolamenti magħmulin taħtu jew ma’ kull liġi oħra li tkun
tittratta mad-drittijiet u l-protezzjoni tal-konsumatur hekk kif jista’
jiġi stabbilit mill-Ministru wara li jikkonsulta lill-Kunsill b’Ordni
fil-Gazzetta, qabel ma jgħaddi għall-ħruġ ta’ ordni ta’ tħaris taħt l-
artikolu 94.
Id-Direttur jista’ 
jeħtieġ il-
pubblikazzjoni.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
101. Id-Direttur, sabiex jelimina jew inaqqas l-effetti kontinwi
ta’ non-konformità  ma’ xi disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ma’
regolamenti magħmulin taħtu jew ma’ kull liġi oħra li tittratta dwar
id-drittijiet u l-protezzjoni tal-konsumatur hekk kif jista’ jiġi
msemmi mill-Ministru wara li jikkonsulta lill-Kunsill b’Ordni fil-
Gazzetta, jista’ b’avviz bil-miktub jitlob lil xi persuna -
(a) li tippubblika kopja ta’ l-ordni ta’ tħaris magħmula
taħt l-artikolu 94 kontra persuna tali, kollha kemm hi
jew f’parti minnha u f’dik l-għamla li jqis li jkun
adattat u adegwat; u
(b) li tippubblika dikjarazzjoni korrettiva għar-rigward ta’
kull ksur ta’ dan l-Att, kontra regolamenti magħmulin
taħtu, jew kontra kull liġi oħra li tittratta dwar id-
drittijiet u l-protezzjoni tal-konsumatur hekk kif jista’
jiġi msemmi mill-Ministru wara li jikkonsulta lill-
Kunsill b’Ordni fil-Gazzetta;
Il-pubblikazzjoni tista’ ssir f’mill-inqas żewġ gazzetti ta’
kuljum fi żmien sebat ijiem minn meta l-persuna tirċievi l-avviż u
din għandha ssir bi spejjeż tal-persuna li tkun ġiet notifikata b’dak
l-avviż. Meta dik il-pubblikazzjoni ma ssirx kif hawn aktar qabel
imsemmi, id-Direttur jista’ jgħaddi biex jagħmel dik il-
pubblikazzjoni huwa nnifsu, f’liema każ ikollu d-dritt li jirkupra
mingħand il-persuna li jkun lilha ġie notifikat l-avviż, kull spejjeż
  42      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
magħmula, bħala dejn ċivili.
Miżjuda:
XXVI. 2000.15.
TAQSIMA X
 Infurzar
Produzzjoni ta’ 
awtorizzazzjoni 
bil-miktub.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
102. Id-Direttur jista’ jawtorizza bil-miktub lil uffiċjal pubbliku
li jwettaq xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu jew li jeżerċita xi
setgħa lilu mogħtija taħt din it-Taqsima. Kull uffiċjal tali għandu,
meta jkun hekk meħtieġ li jagħmel, jipproduċi l-awtorizzazzjoni
bil-miktub iffirmata mid-Direttur.
Dħul bi skop ta’ 
spezzjon.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
103. (1) Bil-għan li jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu
taħt dan l-Att, id-Direttur jista’ -
(a) jidħol u jfittex f’kull fond minbarra xi fond użat
esklużivament bħala post ta’ residenza;
(b) jagħmel kull spezzjon, imexxi kull test u wara li
jħallas jew jagħmel sejħa għal offerti, jieħu oġġetti; u
(ċ) jieħu kull ktieb, dokument jew record ikun kif ikun li
jinżamm jew jinħażen.
Ebda dħul u tfittxija ma għandha ssir bejn is-sebgħa ta’
filgħaxija u s-sebgħa ta’ filgħodu, kemm-il darba d-Direttur ma
jkollux għaliex jaħseb li xi dewmien jista’ joħloq it-telf ta’ xi
informazzjoni meħtieġa.
(2) Meta d-Direttur jieħu xi ktieb, dokument jew record taħt
dan l-artikolu, huwa jista’ jżomm dak il-ktieb, dokument jew
record -
(a) għal daqskemm ikun meħtieġ sabiex dan ikun jistqa’
jiġi spezzjonat u jsiru jew jittieħdu kopji ta’ estratti
minnu, jew
(b) jekk dan ikun meħtieġ biex jinġieb bi prova fi
proċedimenti għal reat taħt dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu.
(3) Id-Direttur għandu jagħti lill-persuna li mingħandha tkun
ittieħdet xi ħaġa, riċevuta għal dak li jkun ittieħed.
(4) Jekk id-Direttur iżomm l-oriġinal ta’ xi ktieb, dokument
jew record, huwa għandu jippermetti lil sidu li jkollu aċċess
raġonevoli għalih jew għal kopja tiegħu kemm jista’ jkun malajr.
Kap. 9.
(5) Ebda ħaġa f’din it-Taqsima ma għandha titqies li tnaqqas
mis-setgħat tal-Pulizija taħt il-Kodiċi Kriminali jew taħt xi liġi
oħra. 
(6) Fil-kors ta’ kull dħul u tfittxija taħt din it-Taqsima, id-
Direttur jista’ jitlob l-għajnuna tal-Pulizija.
Ksib ta’ 
informazzjoni.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
104. (1) Id-Direttur jista’, bil-għan li jwettaq il-funzjonijiet
tiegħu taħt dan l-Att, jeħtieġ lil kull persuna sabiex tipprovdi
informazzjoni b’kull mod, inkluż -
(a) billi twieġeb għal kull mistoqsija sew bil-fomm sew
bil-miktub; jew
(b) billi tipproduċi kull ktieb, dokument jew record ieħor
AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR   ġ K AP. 378.      43
hekk kif id-Direttur jista’ jqis li jkun meħtieġ.
(2) Persuna ma għandhiex tenħtieġ twieġeb għal xi mistoqsija
jekk ir-risposta tista’ tinkriminaha.
Tfixkil tad-
Direttur.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
105. Kull min -
(a) xjentement ifixkel, iħebb għal, jhedded, jirreżisti jew
jindaħal lid-Direttur jew lil xi uffiċjal pubbliku fl-
eżerċizzju ta’ dmirijietu taħt din it-Taqsima, jew
jittanta jagħmel dan; jew
(b) juża lingwaġġ ta’ theddid, abbużiv jew insolenti mad-
Direttur jew ma’ uffiċjal pubbliku filwaqt li jkun qed
iwettaq dmirijietu taħt din it-Taqsima, 
għandu, meta jinsab ħati, jkun ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
Reati.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
106. (1) Kull min -
(a) jonqos li jħares xi ordni ta’ tħaris maħruġa taħt dan l-
Att jew regolamenti magħmulin taħtu;
(b) jirrifjuta jew jonqos milli jagħti dik l-informazzjoni kif
meħtieġ taħt din it-Taqsima jew inkella jipprovdi
informazzjoni falza jew qarrieqa,
ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Persuna li tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att jew xi
regolament magħmul taħtu għandha, kemm-il darba ma tiġix
preskritta piena oħra għaliha, meta tinsab hekk ħatja teħel multa ta’
mhux inqas minn mitt lira u mhux iktar minn għaxart elef lira.
(3) Il-qorti tista’ wkoll tordna lil persuna tħallas multa ta’
mhux iktar minn ħamsin lira għal kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ tħaris
ta’ xi ordni tad-Direttur li tkun saret taħt dan l-Att.
Ordni ta-qorti.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
107. Meta l-qorti jirriżultalha li persuna tkun għamlet reat taħt
dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu, il-qorti tista’, mingħajr
preġudizzju għal kull ordni oħra li tista’ tagħmel taħt kull liġi
oħra-
(a) tordna r-restituzzjoni ta’ kull flus, proprjetà  jew
korrispettiv ieħor li jkun ingħata mill-konsumatur;
(b) tagħmel ordni ta’ twettiq speċifiku kontra dik il-
persuna; u
(ċ) tagħmel kull ordni oħra li l-qorti tqis li tkun adattata.
Preskrizzjoni ta’ 
reati taħt dan l-Att.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
108. Il-prosekuzzjoni ta’ reat taħt dan l-Att għandha tkun
preskritta bl-iskadenza ta’ tliet snin minn meta r-reat jiġi allegat li
jkun sar.
Eżenzjoni minn 
responsabbiltà
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
109. Id-Direttur jew uffiċjal pubbliku li jkun qed jaġixxi taħt id-
direzzjoni jew il-kontroll tiegħu jew membru tal-Kunsill filwaqt li
jkunu qed iwettqu l-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att, jew
regolamenti magħmulin taħtu, ma għandhomx ikunu responsabbli
għal xi telf jew ħsara mġarrba minn xi persuna minħabba f’xi ħaġa
magħmula jew li titħalla milli ssir bonafidi fil-kors ta’ l-
amministrazzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament magħmul
  44      KAP. 378. ħ         AFFARIJIETTAL-KONSUMATUR
taħtu. 
Notifika ta’ 
ordnijiet jew avviżi 
magħmulin taħt 
dan l-Att.
Miżjud:
XXVI. 2000.15.
110. (1) Meta ordni jew avviż ikunu meħtieġa jew awtorizzati
li jiġu notifikati taħt dan l-Att, dawn għandhom jiġu notifikati f’xi
wieħed minn dawn il-modi li ġejjin: 
(a) billi ssir il-kunsinna tagħhom, jew billi jintbagħtu bil-
posta reġistrata lil min ikollhom jiġu notifikati fil-post
ta’ residenza, uffiċċju jew post tax-xogħol relattiv; jew
(b) fil-każ ta’ korp magħqud jew korp ieħor ta’ persuni,
bil-kunsinna tagħhom lil xi uffiċjal jew impjegat
relattiv fl-uffiċċju reġistrat jew f’xi post ieħor tal-
kummerċ, jew billi jintbagħtu permezz ta’ ittra
reġistrata indirizzata f’xi uffiċċju bħal dak.
(2) F’kull każ meta ma jkunx raġonevolment possibbli li ssir
notifika b’xi mod bħal dak imsemmi fis-subartikolu (1), id-Direttur
jista’ jagħmel in-notifika billi jippubblika dak l-avviż fil-qosor fil-
Gazzetta u f’żewġ gazzetti ta’ kuljum.
Emendata:
XXVI. 2000.14.
TAQSIMA XI
Mixellanji 
Id-Direttur 
jamministra ċertu 
liġijiet. 
Emendat: 
XIX.1996.10;
XXVI. 2000.14.
Kap. 313. 
Kap. 317. 
111. Id-Direttur ikun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-
Att dwar Deskrizzjonijiet Kummerċjali u l-Att dwar Bejjiegħa Bieb
b’Bieb.
