 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      1
KAPITOLU 379
ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI
Biex jirregola l-kompetizzjoni u jipprovdi għal kummerċ ġust f’Malta.
1 ta’ Frar, 1995
L-ATT XXXI ta’ l-1994, kif emendat bl-Att XXVIII ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor. 
Kompetizzjoni. 
Tifsir.
Emendat:
XXVIII. 2000.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"chairman" tfisser iċ-chairman tal-Kummissjoni; 
"dħul min-negozju" tfisser id-dħul totali min-negozju matul is-
sena finanzjarja preċedenti fuq is-suq lokali; għall-fini ta’ l-
artikolu 6(2) u ta’ l-artikolu 21 id-dħul min-negozju ta’ intrapriża
jfisser is-somma tad-dħul min-negozju ta’ l-intrapriżi kollha fi
grupp ta’ intrapriżi;
"Direttur" tfisser l-uffiċjal pubbliku li jmexxi l-Uffiċċju tal-
Kompetizzjoni Ġusta stabbilit taħt l-artikolu 3;
"grupp ta’ intrapriżi" tinkludi:
(a) l-intrapriża konċernata;
(b) dawk l-intrapriżi li fihom l-intrapriża konċernata,
direttament jew indirettament:
- ikollha iżjed minn nofs il-kapital jew attiv tan-
negozju; jew
-  ikollha s-setgħa li teżerċita iżjed minn nofs id-
drittijiet ta’ votazzjoni; jew
-  ikollha s-setgħa li taħtar iżjed minn nofs il-
membri tal-bord tad-diretturi jew korp jew korpi
oħra li legalment ikunu jirrappreżentaw lill-
intrapriżi; jew
-  ikollha d-dritt li tiddirieġi l-affarijiet ta’ l-
intrapriżi; 
(ċ) dawk l-intrapriżi li jkollhom fl-intrapriża konċernata
d-drittijiet jew setgħat elenkati fil-paragrafu (b);
(d) dawk l-intrapriżi li fihom intrapriża kif imsemmija fil-
paragrafu (ċ) jkollha d-drittijiet jew setgħat elenkati
fil-paragrafu (b);
(e) dawk l-intrapriżi li fihom żewġ intrapriżi jew iżjed kif
imsemmija fil-paragrafi (a) sa (d) flimkien ikollhom
id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-paragrafu (b);
"għaqda ta’ intrapriżi" tfisser korp ta’ persuni (sew jekk
inkorporat jew le) li jkun kostitwit bil-għan li jippromwovi l-
interess kummerċjali tal-membri tiegħu jew ta’ persuni
  2      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
rappreżentati mill-membri tiegħu;
"intrapriża'' tfisser kull persuna sew jekk tkun individwu, korp
magħqud jew mhux magħqud jew kull enti oħra, bi skop ta’ xi
attività  ekonomika, u tinkludi grupp ta’ intrapriżi;
"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust
stabbilita taħt l-artikolu 4;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ;
"pożizzjoni dominanti'' tfisser pożizzjoni ta’ qawwa ekonomika
li jkollha intrapriża waħda jew iktar li biha dawn l-impriżi jkunu
jistgħu jipprevjenu milli jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq
rilevanti billi tagħtihom is-setgħa li jikkomportaw ruħhom, f’limiti
sinjifikanti, independentement mill-kompetituri, provdituri jew
xerrejja tagħhom;
''prattika restrittiva'' tfisser ftehim bejn intrapriżi, deċiżjoni minn
għaqda ta’ intrapriżi, jew prattika miftiehma projbita taħt l-artikolu
5 u, jew, abbuż minn intrapriża waħda jew iktar intrapriżi minn
pożizzjoni dominanti projbita taħt l-artikolu 9;
"prodott" tinkludi oġġetti u l-provvista ta’ servizz; 
"suq rilevanti" tfisser is-suq għall-prodott ġewwa Malta kemm
jekk ikun jew ma jkunx limitat għal xi area jew lokalità  partikolari,
u kemm jekk ikun jew ma jkunx ristrett għal xi perjodu partikolari
ta’ żmien jew staġun tas-sena; 
"Uffiċċju" tfisser l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta stabbilit bl-
artikolu 3.
Twaqqif ta’ 
Uffiċċju tal-
Kompetizzjoni 
Ġusta.
Emendat:
XXVIII. 2000.3.
3. (1) Għandu jkun hemm Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta,
li għandu jkun dipartiment tal-Gvern li jkollu dawn il-funzjonijiet
li ġejjin, jiġifieri:
(a) li jagħti pariri lil intrapriżi, għaqdiet ta’ intrapriżi u
lill-pubbliku dwar ħwejjeġ li jkollhom x’jaqsmu ma’
prattiki u proċeduri ta’ kummerċ ġust taħt dan l-Att;
(b) li jagħti pariri u jagħmel proposti u rakkoman-
dazzjonijiet lill-Ministru dwar kull ħaġa li jkollha
x’taqsam ma’ l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt
dan l-Att;
(ċ) li jinvestiga prattiki restrittivi fil-kompetizzjoni u li
jagħti bidu għal azzjonijiet skond dan l-Att biex
jissopprimihom; u
(d) b’mod ġenerali li jeżerċita s-setgħat konferiti fuqu taħt
dan l-Att u li jistgħu jiġu assenjati lilu mill-Ministru,
fil-kuntest ta’ dan l-Att. 
(2) L-Uffiċċju għandu jkun taħt il-kontroll ta’ Direttur. Fl-
esekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-Uffiċċju, id-Direttur jista’
jiddelega kwalunkwe waħda mis-setgħat tiegħu taħt dan l-Att lil
kull uffiċjal pubbliku impjegat jew anness mad-dipartiment tiegħu.
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      3
Twaqqif tal-
Kummissjoni.
Emendat:
XXVIII. 2000.4.
4. (1) Għandu jkun hemm Kummissjoni li għandha tkun
magħrufa bħala l-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, u li għandha
tkun magħmula minn chairman u żewġ membri oħra maħtura mill-
President fuq il-parir tal-Prim Ministru.
(2) Il-Kummissjoni għandu jkollha l-funzjonijiet lilha mogħtija
b’dan l-Att u kif jistgħu jiġu lilha assenjati taħt kull liġi oħra.
(3) (a) Iċ-chairman għandu jkun maġistrat u ż-żewġ membri l-
oħra għandhom ikunu ekonomista u accountant
pubbliku ċertifikat;
(b) Iżjed minn maġistrat wieħed, ekonomista wieħed u
accountant pubbliku ċertifikat wieħed jistgħu jiġu
maħtura biex joqogħdu fuq il-Kummissjoni, iżda
maġistrat wieħed, ekonomista wieħed u accountant
pubbliku ċertifikat wieħed biss jistgħu joqogħdu f’kull
każ għalih.
(4) (a) Il-membri tal-Kummissjoni minbarra ċ-chairman,
hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu msejħa
"il-membri lajċi", għandhom jiġu maħtura għal
perijodu ta’ tliet snin u jkunu eliġibbli għall-ħatra mill-
ġdid.
(b) Il-membri lajċi tal-Kummissjoni jistgħu jirriżenjaw
mill-kariga tagħhom permezz ta’ ittra indirizzata lill-
President iżda ma jistgħux jiġu mneħħija mill-kariga
ħlief mill-President li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-
Ġustizzja.
(ċ) Avviż ta’ kull ħatra fuq il-Kummissjoni u ta’ kull tibdil
ieħor fil-membri tagħha għandu jiġi pubblikat fil-
Gazzetta. 
(d) Il-membri lajċi tal-Kummissjoni għandhom jirċievu
dik ir-rimunerazzjoni għas-servizzi tagħhom li tista’
tiġi preskritta: iżda dik ir-rimunerazzjoni ma tistax tiġi
mibdula matul iż-żmien li jkunu għadhom fil-kariga
tagħhom.
(e) Persuna ma tikkwalifikax biex tinħatar jew tibqa’
membru lajk tal-Kummissjoni jekk -
(i) tkun fallut mhux meħlus; jew
(ii) tkun ingħatat sentenza ta’ priġunerija għal sitt
xhur jew iżjed minn xi qorti; jew
(iii) tkun instabet ħatja ta’ xi reat kontra dan l-Att;
jew 
(iv) tkun Membru tal-Kamra tad-Deputati.
(f) Membru tal-Kummissjoni għandu qabel ma jibda jiġi
trattat xi każ jiddikjara kull interess li huwa jista’
jkollu fil-proċedimenti.
  4      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
Kap. 12.
(5) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja għandu jaħtar
uffiċjal pubbliku biex ikun segretarju tal-Kummissjoni. Is-
segretarju għandu mutatis mutandis ikollu l-istess setgħat u
dmirijiet tar-Reġistratur tal-Qrati, u għandu jieħu struzzjonijiet
mingħand iċ-chairman fiċ-ċirkostanzi kollha li l-imsemmi
reġistratur skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
għandu jieħu struzzjonijiet mingħand maġistrat li jkun qed
jippresjedi qorti partikolari.
(6) (a) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħat u għandha
ssegwi l-proċeduri mniżżla fl-Iskeda li tinsab ma’ dan
l-Att;
(b) il-Kummissjoni tista’ bl-approvazzjoni tal-Ministru
tagħmel regoli mhux inkonsistenti ma’ dan l-Att jew
id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab miegħu, li
jippreskrivu l-proċeduri u l-formoli li għandhom jiġu
segwiti u wżati quddiemha;
(ċ) fl-assenza ta’ disposizzjonijiet jew regoli kif imsemmi
qabel il-Kummissjoni għandha tirregola l-proċeduri
tagħha stess.
Akkordji u prattiki 
projbiti.
Emendat:
XXVIII. 2000.5.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dan li ġej
mhuwiex leġittimu, jiġifieri kull akkordju bejn intrapriżi, kull
deċiżjoni minn għaqda ta’ intrapriżi u kull prattika miftiehma bejn
intrapriżi li jsiru bil-ħsieb jew li jkollhom l-effett li jimpedixxu,
irażżnu, jew ixekklu l-kompetizzjoni f’Malta jew f’xi parti minn
Malta u partikolarment, iżda mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità
ta’ dan is-subartikolu, xi akkordju, deċiżjoni jew prattika li:
(a) jiffissaw il-prezz ta’ xiri jew bejgħ jew kundizzjonijiet
kummerċjali oħra, kemm b’mod dirett jew indirett; jew
(b) jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni, is-swieq,
l-iżvilupp tekniku jew l-investiment; jew
(ċ) iqassmu s-swieq jew sorsi ta’ provvista; jew
(d) jimponu l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti
għal transazzjonijiet ekwivalenti ma’ partijiet oħra
mhux imdaħħla f’dak l-akkordju, u b’hekk ipoġġuhom
fi żvantaġġ kompetittiv; jew
(e) jagħmlu l-konklużjoni ta’ kuntratti suġġetta għall-
aċċettazzjoni mill-partijiet l-oħra ta’ obbligazzjonijiet
supplimentari li, mix-xorta tagħhom jew skond l-użu
kummerċjali, ma jkollhom ebda konnessjoni mas-
suġġett ta’ kuntratti bħal dawn.
(2) Akkordji jew deċiżjonijiet projbiti skond is-subartikolu (1)
ikunu ipso jure nulli u mhux esegwibbli.
Ftehim, eċċ., meta 
l-impatt ikun 
wieħed minimali.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.6.
6. (1) Kull ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bejn
intrapriżi ma għandhomx ikunu suġġetti għall-projbizzjoni li hemm
fl-artikolu 5(1) jekk l-impatt tal-ftehim, deċiżjoni jew prattika fuq
is-suq rilevanti jkun wieħed minimali.
(2) Sabiex jiġi stabbilit jekk dak l-impatt ikunx wiehed
minimali jew le, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      5
inkluż is-sehem totali ta’ l-intrapriżi kollha involuti fis-suq
rilevanti:
Iżda kemm-il darba ma tinġiebx prova kuntrarja, dak l-
impatt għandu jiġi preżunt li jkun wieħed minimali jekk l-intrapriżi
involuti ma jkunux bejnithom jeċċedu xi tnejn minn dawn il-kriterji
li ġejjin, jiġifieri:
(a) medja ta’ impieg ta’ għoxrin persuna matul il-perjodu
rilevanti; jew
(b) dħul min-negozju annwali ta’ tliet mitt elf lira, jew dak
l-ammont ogħla li l-Ministru jista’ jippreskrivi; jew
(ċ) valur ta’ attiv nett ta’ mija u ħamsin elf lira, jew dak l-
ammont ogħla li l-Ministru jista’ jippreskrivi.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu ma
għandhomx ikunu japplikaw meta fis-suq rilevanti l-kompetizzjoni
tkun ristretta bl-effett kumulattiv ta’ networks paralleli ta’ ftehim
simili stabbiliti minn diversi intrapriżi.
Ċerti akkordji, 
eċċ., jistgħu jiġu 
dikjarati eżenti.
Emendat:
XXVIII. 2000.7.
7. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, id-Direttur
jista’, meta ssirlu applikazzjoni minn intrapriża jew minn għaqda
ta’ intrapriżi, jeżenta mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 -
(a)  kull ftehim bejn intrapriżi; jew
(b) kull deċiżjoni minn għaqda ta’ intrapriżi; jew
(ċ) kull prattika miftiehma,
li f’kull każ jikkontribbwixxu għall-iskop ta’ titjib fil-produzzjoni
jew id-distribuzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi jew fil-promozzjoni
ta’ progress tekniku jew ekonomiku u li jkunu jippermettu li l-
konsumatur igawdi sehem ġust fil-benefiċċju li jirriżulta:
Iżda d-Direttur ma għandux jeżenta xi ftehim, deċiżjoni jew
prattika miftiehma bħal dawk jekk dak il-ftehim, deċiżjoni jew
prattika miftiehma jew:
(i) ikunu jimponu fuq intrapriżi involuti xi
restrizzjoni li ma tkunx indispensabbli għall-
ksib ta’ dak l-iskop; jew
(ii) ikunu jagħtu lill-intrapriżi involuti l-possibilità
li jeliminaw jew inaqqsu b’mod sinjifikattiv il-
kompetizzjoni għar-rigward ta’ parti sostanzjali
tal-prodotti li għalihom jirreferu l-ftehim, id-
deċiżjoni jew il-prattika miftiehma.
(2) Id-Direttur jista’ jagħmel kull dikjarazzjoni li għaliha
japplika s-subartikolu (1) suġġetta għal dawk il-kundizzjonijiet u
limitazzjonijiet li jara li jkunu xierqa.
(3) Dikjarazzjoni li japplika għaliha dan l-artikolu għandha
tkun bil-miktub u għandha tispeċifika d-data, li tista’ tkun data li
tiġi qabel id-data tad-dikjarazzjoni, li minnha għandha tkun
effettiva, kif ukoll id-data sa meta għandha tkun effettiva.
(4) Id-Direttur jista’, meta ssirlu applikazzjoni għal dak l-
iskop, jekk ikun sodisfatt li l-ħtiġiet li jkunu jinsabu fis-subartikolu
(1) għall-għemil ta’ dikjarazzjoni jkunu għadhom jissussistu,
  6      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
jestendi l-perjodu li matulu dik id-dikjarazzjoni għandha tibqa’
sseħħ.
(5) Id-Direttur jista’ jirrevoka jew jemenda xi dikjarazzjoni li
tkun tippermetti eżenzjoni taħt dan l-artikolu meta:
(a) kien hemm bidla f’xi fatti li kienu materjali għall-
konċessjoni ta’ l-eżenzjoni; jew
(b) l-intrapriżi jagħmlu kontravvenzjoni ta’ xi kondizzjoni
jew limitazzjoni mehmuża mad-dikjarazzjoni; jew
(ċ) d-deċiżjoni għall-konċessjoni ta’ l-eżenzjoni kienet
waħda msejsa fuq informazzjoni, mogħtija mill-
intrapriża, li aktar ’il quddiem ġiet ippruvata bħala
falza, qarrieqa jew mhux kompleta; jew
(d) l-intrapriżi jabbużaw mill-eżenzjoni konċessa:
u fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi (b) sa (d) hawn aktar qabel,
dik ir-revoka tista’ tkun b’effett retroattiv.
(6) Meta d-Direttur jiċħad milli jagħti eżenzjoni jew jehmeż xi
kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet ma’ l-eżenzjoni mogħtija jew
jirrevoka jew jemenda xi dikjarazzjoni li għaliha jirreferi dan l-
artikolu, l-intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi involuta tista’ fi
żmien ħmistax il-jum mill-avviż tad-deċiżjoni tad-Direttur titolbu li
jissottomettiha għal stħarriġ mill-Kummissjoni u d-Direttur għandu
minnufih jimxi skond dik it-talba:
Iżda s-sottomissjoni ta’ deċiżjoni għal stħarriġ mill-
Kummissjoni ma għandhiex tissospendi d-deċiżjoni tad-Direttur
kemm-il darba l-Kummissjoni f’ċirkostanzi eċċezzjonali ma
tordnax xort’oħra.
Eżenzjonijiet 
ġenerali. 
Sostitwit:
XXVIII. 2000.8.
8. (1) Il-Ministru jista’ wara konsultazzjoni mad-Direttur
b’regolamenti jippreskrivi illi għandhom ikunu eżentati mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 dawk il-kategoriji ta’ ftehim,
deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma kif jista’ jiġi speċifikat fir-
regolamenti.
(2) Ir-regolamenti msemmija fis-subartikolu (1) għandhom
isiru biss meta l-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma jkunu
jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-artikolu 7(1).
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) il-
Ministru jista’ f’dawk ir-regolamenti jagħmel eżenzjoni suġġetta
għal dawk il-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Abbuż minn 
pożizzjoni 
dominanti.
Emendat:
XXVIII. 2000.9.
9. (1) Kull abbuż minn intrapriża waħda jew iżjed minn
pożizzjoni dominanti fis-suq relevanti mhux leġittimu.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), intrapriża waħda jew iżjed minn waħda jitqiesu
li jkunu qed jabbużaw minn pożizzjoni dominanti fis-suq rilevanti,
fejn hija jew huma -
(a) direttament jew indirettament jimponu prezz eċċessiv
jew inġust ta’ xiri jew bejgħ jew kundizzjonijiet
kummerċjali inġusti oħra;
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      7
(b) jitolbu prezzijiet li jkunu taħt l-average variable cost
ta’ prodott sabiex jaqilgħu mis-suq lil kompetituri
rivali;
(ċ) jillimitaw il-produzzjoni, is-swieq jew l-iżvilupp
tekniku bi ħsara għall-konsumaturi;
(d) jirrifjutaw li jissupplixxu oġġetti jew servizzi
indiskriminatament sabiex jeliminaw lil parti
kummerċjali mis-suq rilevanti bi ħsara għall-
konsumaturi;
(e) japplikaw kundizzjonijiet differenti, inkluża
diskriminazzjoni tal-prezzijiet għal transazzjonijiet
ekwivalenti ma’ partijiet kummerċjali differenti, u
b’hekk iqiegħdu lil xi parti kummerċjali jew uħud
mill-partijiet kummerċjali fi żvantaġġ kompetittiv;
(f) jikkundizzjonaw il-konklużjoni ta’ kuntratti għall-
aċċettazzjoni mill-parti l-oħra ta’ obbligazzjonijiet
supplimentari li, mix-xorta tagħhom jew skond l-użu
kummerċjali, ma jkollhom ebda konnessjoni mas-
suġġett ta’ kuntratti bħal dawk.
(3) Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk intrapriża tkunx
waħedha jew ma’ oħrajn f’pożizzjoni dominanti, u jekk xi att ikunx
jikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fuq talba għal dak il-
għan mid-Direttur, jew minn intrapriża jew persuna b’ilment
permezz tad-Direttur.
(4) Biex jiġi determinat jekk intrapriża waħda jew iżjed minn
waħda jkunux f’pożizzjoni dominanti, intrapriża li waħedha jew
flimkien ma’ oħrajn ikollha sehem ta’ mill-anqas 40% tas-suq
rilevanti għandha, fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, titqies li tkun
f’pożizzjoni dominanti:
Iżda intrapriża waħda jew iktar minn waħda li waħedhom
jew flimkien ma’ intrapriżi oħrajn ikollhom sehem ta’ inqas minn
40% tas-suq rilevanti jistgħu, minkejja dak imsemmi qabel, jiġu
determinati li jkunu f’pożizzjoni dominanti.
(5) Biex tiddetermina jekk il-prezz tax-xiri jew il-prezz tal-
bejgħ ikunx eċċessiv jew inġust, il-Kummissjoni għandha
tikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha u għandha fejn xieraq tieħu
qies ta’ -
(a) il-prezz mitlub għall-prodott (f’termini assoluti);
(b) iż-żieda jew żidiet perċentwali fil-prezz mifruxa fuq
perijodu twil u perijodu qasir;
(ċ) ir-relazzjoni bejn il-prezz u l-kost tal-prodott; 
(d) il-perijodu ta’ żmien li fih ikun intalab il-prezz; 
(e) il-valur ekonomiku tal-prodott;
(f) l-importanza tal-prodott għall-konsumaturi;
(g) ir-riskji ekonomiċi jew oħrajn biex il-prodott jinġieb
fis-suq;
(h) l-investiment ta’ kapital u riżorsi oħra meħtieġa biex
  8      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
il-prodott jinġieb fis-suq;
(i) il-bidliet mistennija, probabbli jew possibbli fis-suq
għall-prodott; u
(j) il-prezz mitlub għall-prodott minn intrapriżi oħra
f’Malta u mill-istess intrapriżi jew intrapriżi oħra fi
swieq analogi oħra.
Approvazzjoni 
negattiva.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.10
10. (1) Kull persuna inkarigata minn intrapriża li jkollha
għalfejn taħseb jew tissuspetta jew raġonevolment għandu jkollha
għalfejn taħseb jew għandha għaliex tissuspetta li xi ftehim bejn
intrapriżi, xi deċiżjoni minn għaqda ta’ intrapriżi, xi prattika
miftiehma bejn intrapriżi jew xi mġieba jistgħu jkunu ftehim,
deċiżjoni, prattika jew imġieba projbiti skond l-artikoli 5 jew 9,
għandha tfittex l-approvazzjoni negattiva tad-Direttur skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu u dik il-persuna għandha
tkun prekluża milli taġixxi skond dak il-ftehim, jew dik id-
deċiżjoni jew prattika, jew li timxi b’dik l-imġieba sakemm tiġi
konċessa dik l-approvazzjoni negattiva.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), meta ssir talba bil-miktub minn intrapriża jew
għaqda ta’ intrapriżi, id-Direttur jista’ jiddikjara li, skond il-fatti li
huwa jkun jaf bihom, jew fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta
mill-intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi, il-ftehim, id-deċiżjoni, l-
prattika jew l-imġieba ma jkunux jinkwadraw fil-projbizzjonijiet li
jinsabu fl-artikoli 5 u 9 u li ma jkun hemm ebda ħtieġa li tittieħed
xi azzjoni dwarhom taħt dan l-Att.
(3) Deċiżjonijiet li jikkonċedu approvazzjoni negattiva jistgħu
jkunu limitati fl-effett tagħhom għal dak iż-żmien li jista’ jiġi
dikjarat fl-istess deċizjoni.
(4) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (5), approvazzjoni negattiva konċessa skond dan l-
artikolu tista’ tiġi revokata jew emendata mid-Direttur meta:
(a) l-approvazzjoni negattiva tkun imsejsa fuq
informazzjoni falza, qarrieqa jew mhux kompleta; jew
(b) kien hemm bidla fil-fatti li kienu materjal għall-
konċessjoni ta’ approvazzjoni negattiva; jew
(ċ) il-kondizzjonijiet tas-suq ikunu inbidlu b’tali mod li
jikkaġunaw li l-ftehim, id-deċiżjoni, l-prattika jew l-
imġieba jinkwadraw fil-projbizzjoni ta’ l-artikoli 5 u,
jew, 9.
(5) Ħadd ma jista’ in konnessjoni ma’ talba għal eżenzjoni taħt
l-artikolu 7 jew għal approvazzjoni negattiva jagħti lid-Direttur xi
informazzjoni li tkun falza, qarrieqa jew mhux kompleta, u kull
eżenzjoni taħt l-artikolu 7 u kull approvazzjoni negattiva konċessa
fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni tkun nulla u bla ebda effett.
(6) Approvazzjoni negattiva konċessa mid-Direttur għandu
jkollha l-effett li tiddikjara l-ftehim, id-deċiżjoni, l-prattika jew l-
imġieba li tkun tirreferi għalihom bħala li ma jkunux jiksru d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5 u 9.
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      9
(7) Id-Direttur għandu jistabbilixxi minn żmien għal żmien il-
proċedura għall-għemil ta’ talbiet għal approvazzjoni negattiva taħt
dan l-artikolu.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(6) għandhom mutatis
mutandis japplikaw għad-deċiżjonijiet tad-Direttur taħt dan l-
artikolu.
(9) Meta tkun ġiet rifjutata jew tkun ġiet revokata xi
approvazzjoni negattiva, ħadd ma jista’ jibqa’ għaddej bil-ftehim,
deċiżjoni, prattika jew imġieba li dwarhom ma tkunx ġiet konċessa,
jew tkun giet revokata, xi approvazzjoni.
Ordnijiet ta’ 
prezzijiet.
11. Mħassar bl-Att XXVIII. 2000.11.
Investigazzjonijiet.
Emendat:
XXVIII. 2000.12.
12. (1) Ikun id-dmir tad-Direttur li jiżgura li d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jiġu osservati minn kulħadd, u li
jiġbor informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex sew hu sew il-
Kummissjoni jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom; u għal
dak l-għan għandu jkollu s-setgħa li jagħmel investigazzjonijiet
minn jeddu jew fuq talba tal-Ministru jew għax xi ħadd jagħmel
ilment bil-miktub dwar allegazzjoni raġonevoli ta’ ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Fil-kors ta’ kull investigazzjoni magħmula mill-Uffiċċju
skond is-subartikolu (1), id-Direttur jista’ jitlob lil kull persuna
biex tipprovdih b’kull tagħrif jew dokument fil-pussess tagħha li d-
Direttur ikollu għalfejn jaħseb li jkun rilevanti għall-kwistjoni li
tkun qed tiġi investigata, fi żmien li fiċ-ċirkostanzi ta’ l-
investigazzjoni d-Direttur iqis li jkun raġonevoli.
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ma tista’ tiftiehem li
tawtorizza lid-Direttur li jordna l-produzzjoni ta’ xi dokument jew
l-iżvelar ta’ xi informazzjoni li jistgħu jkunu suġġetti għad-dmir ta’
segretezza professjonali.
(4) Fil-kors ta’ kull investigazzjoni bħal dik id-Direttur jista’
jirċievi dikjarazzjonijiet bil-miktub jew verbali minn xhieda kif
ukoll jagħmel kopji ta’ kull dokument miġjub lilu, u r-record ta’
dawk id-dikjarazzjonijiet u ta’ dawk il-kopji debitament attestat
mid-Direttur ikun jista’ jinġieb bħala prova quddiem il-
Kummissjoni.
(5) Id-Direttur, awtorizzat kif imiss b’warrant maħruġ miċ-
chairman tal-Kummissjoni, jista’, għall-iskop ta’ kull
investigazzjoni taħt dan l-artikolu, jidħol u jagħmel tfittxija f’kull
fond u f’kull imkien ieħor jew jagħmel tfittxija f’kull mezz ta’
trasport fejn huwa jkollu għalfejn jaħseb li tkun tista’ tinstab
informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni, u fil-kors ta’ kull
tfittxija bħal dik jista’ jikkonfiska kull oġġett jew dokument jew
jordna li ma jitneħħa ebda oġġett minn xi fond bħal dak, u in
konnessjoni ma’ kull ordni bħal dik jista’ jagħlaq u jissiġilla
kwalunkwe parti jew il-partijiet kollha ta’ kull fond u ta’ kull
imkien ieħor, jew mezz ta’ trasport, jew iqiegħed kull oġġett taħt
siġill.
(6) Fil-kors ta’ kull tfittxija kif imsemmi fis-subartikolu (5) id-
Direttur jista’ jitlob l-għajnuna tal-Pulizija; b’dan illi, fil-każ ta’
  10      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
tfittxija li għandha ssir f’fond residenzjali, id-Direttur għandu
dejjem ikun akkumpanjat b’uffiċjal tal-Pulizija li ma jkollux kariga
inqas minn dik ta’ spettur.
(7) Kull ordni mogħtija mid-Direttur skond is-subartikolu (5)
għandha tibqa’ fis-seħħ sakemm tiġi mħassra mid-Direttur jew
mill-Kummissjoni.
(8) Ebda tfittxija ma tista’ tinbeda f’xi fond wara s-7.00 ta’ fil-
għaxija u qabel is-7.00 ta’ l-għada filgħodu, kemm-il darba ma
jkunx hemm għalfejn wieħed jaħseb li d-dewmien ikun jista’
jwassal għat-telfien ta’ informazzjoni meħtieġa u kemm-il darba t-
tfittxija ma tkunx ġiet espressament awtorizzata biex issir bejn l-
imsemmija ħinijiet fil-warrant rilevanti.
Kap. 9. 
(9) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li tnaqqas is-
setgħat tal-Pulizija taħt il-Kodiċi Kriminali jew taħt xi liġi oħra.
(10) Kull informazzjoni li tiġi żvelata lid-Direttur jew kull
dokument li jinġieb lilu waqt investigazzjoni għandhom ikunu
sigrieti u kunfidenzjali u jistgħu jiġu żvelati biss quddiem il-
Kummissjoni f’xi kwestjoni quddiemha, jew quddiem qorti
kompetenti b’relazzjoni għall-prosekuzzjoni ta’ xi reat kontra dan
l-Att.
Ordnijiet ta’ 
waqfien u ebda 
tkomplija.
Miżjud:
XXVIII. 2000.13.
12A. (1) Meta wara li tkun konkluża  investigazzjoni taħt l-
artikolu 12 id-Direttur jirriżultalu li l-ftehim, id-deċiżjoni, l-
prattika jew l-imġieba investigati jkunu bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5 u, jew, 9, id-Direttur jista’  jagħmel
rapport dwar il-konklużjonijiet tiegħu, fejn jagħti r-raġunijiet
tiegħu u għandu jinnotifika kopja tar-rapport lill-intrapriża jew
għaqda ta’ intrapriżi involuti permezz ta’ posta reġistrata jew tali
konsenja dokumentata oħra hekk kif id-Direttur jista’ jqis li jkun
xieraq, flimkien ma’ Ordni ta’ Waqfien u Ebda Tkomplija li bih
jordnalha jew jordnalhom l-waqfien u nuqqas ta’ tkomplija ta’
parteċipazzjoni minnha jew minnhom f’dak il-ftehim, jew f’dik id-
deċiżjoni, prattika jew imġieba.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(6) għandhom japplikaw
mutatis mutandis għal Ordni ta’ Waqfien u Ebda Tkomplija taħt is-
subartikolu (1).
Rapport ta’ l-
investigazzjonijiet 
lill-Kummissjoni. 
Emendat:
XVIII. 2000.14.
13. Mat-tlestija ta’ investigazzjoni taħt l-artikolu 12, meta d-
Direttur jirriżultalu li jkun sar ksur gravi minħabba fis-serjetà  u t-
tul ta’ żmien tal-ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma li ġew
investigati, id-Direttur għandu jagħmel rapport lill-Kummissjoni
tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom fl-imsemmija
investigazzjonijiet, li fih jagħti r-raġunijiet għal dawk il-
konklużjonijiet u jagħmel riferenza għall-provi b’sostenn
għalihom, liema provi għandhom fuq it-talba tal-Kummissjoni
jinġiebu quddiemha.
Ammissibiltà  ta’ 
ilmenti. 
Emendat:
XXVIII. 2000.15.
14. (1) (a) Meta d-Direttur jirċievi xi ilment bil-miktub
bħalma hemm imsemmi fl-artikolu 12(1), huwa
għandu l-ewwel jeżamina jekk dak l-ilment ikunx
wieħed ammissibbli jew xort’oħra, u meta jkun tal-
fehma li l-ilment ikun prima facie wiehed mhux
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      11
ammissibbli, huwa ma għandux jagħmel jew
jissokta bl-investigazzjoni relattiva u d-Direttur ma
jkunx meħtieġ li f’każijiet bħal dawk jgħarraf lill-
Kummissjoni bl-ilment li jkun irċieva.
(b) Meta min jagħmel l-ilment ma jkunx jaqbel mad-
deċiżjoni tad-Direttur li prima facie l-ilment ma
jkunx wieħed ammissibbli jew mid-deċiżjoni tad-
Direttur wara investigazzjoni li l-ilment ma jkunx
wieħed ġustifikat, id-disposizzjonijiet  ta’ l-
artikolu 7(6) għandhom mutatis mutandis
japplikaw.
(2) Meta l-Kummissjoni ma taqbilx li l-ilment ikun
inammissibbli hija għandha tgħarraf lid-Direttur f’dak is-sens, u d-
Direttur għandu fuq dan jibda jew jirreżumi l-investigazzjonijiet.
Miżuri interim.
Emendat:
XXVIII. 2000.16.
15. (1) Il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tad-Direttur jew ta’
xi intrapriża jew ta’ persuna b’ilment, permezz tad-Direttur, tieħu
miżuri interim maħsuba biex jissospendu kull prattika restrittiva li
tkun qed tiġi investigata jekk dan ikun urġentement meħtieġ biex
tiġi evitata sitwazzjoni li x’aktarx tista’ tikkaġuna preġudizzju
serju, immedjat u irreparabbli għall-interessi ta’ xi intrapriża, jew li
tagħmel ħsara lill-interess ekonomiku ġenerali.
(2) Meta t-talba issir mid-Direttur dik it-talba għandu jkollha
magħha rapport bir-raġunijiet li fih id-Direttur jgħid il-miżuri li
jqis meħtieġa sabiex jiġu sospiżi l-prattiki li jkunu qed jiġu
investigati.
(3) Meta t-talba ssir minn persuna b’ilment, il-Kummissjoni
għandha, kemm-il darba d-Direttur ma jkunx għamel hekk diġà
meta jirreferi l-ilment, tgħaddi t-talba għat-teħid ta’ miżuri interim
lid-Direttur li għandu jagħmel rapport bir-raġunijiet li fih isemmi l-
miżuri li jqis meħtieġa sabiex jiġu sospiżi l-prattiki li jkunu qed
jiġu investigati.
(4) Meta d-Direttur iqis li jkun meħtieġ li jittieħdu miżuri
interim, huwa għandu jissottometti r-rapport lill-Kummissjoni fi
żmien ħmistax-il jum u għandu jinnotifika kopja tar-rapport bil-
posta reġistrata lill-intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi li tkun qed
tiġi investigata li tista’ tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub lill-
Kummissjoni dwar ir-rapport fi żmien ħmistax-il jum minn meta
tirċievih: iżda l-imsemmija perijodi jistgħu jiġu mqassra mill-
Kummissjoni skond kif ikun jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi.
(5) Il-Kummissjoni għandha, fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar
data li fiha għandhom jaslulha s-sottomissjonijiet ta’ l-intrapriża
jew għaqda konċernata, b’deċiżjoni bir-raġunijiet tordna kull
miżura interim li hija tqis li tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi.
(6) Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mis-segretarju tal-
Kummissjoni lid-Direttur u lil dawk l-intrapriżi jew għaqdiet li l-
attività  tagħhom tkun qed tiġi investigata.
(7) Ordni mogħti bis-saħħa ta’ dan l-artikolu għandu jkollu
effett immedjat u għandu jibqa’ jseħħ għal perijodu ta’ tliet xhur
kemm-il darba ma jiġix qabel revokat mill-Kummissjoni jew
  12      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
kemm-il darba l-kwestjoni li tkun qed tiġi investigata tkun ġiet
determinata mill-Kummissjoni qabel l-imsemmi perijodu ta’ tliet
xhur. Ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha żżomm lill-
Kummissjoni milli toħroġ l-istess ordni għal perijodu ieħor jew
perijodi oħra ta’ tliet xhur:
Iżda dak l-ordni ma jista’ f’ebda każ jestendi aktar minn
perijodu massimu ta’ sena.
Ordnijiet interim.
Miżjud:
XXVIII. 2000.17.
15A. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 15 meta d-Direttur jkun sodisfatt filwaqt ta’ xi
investigazzjoni li jkunu qegħdin jiġru xi prattiki restrittivi u huwa
jqis li jkun hekk meħtieġ li jagħmel sabiex jikkumpensa
sitwazzjoni li titnissel minn dawk il-prattiki li x’aktarx ikunu se
jikkaġunaw ħsara lill-interess eknomiku ġenerali, huwa jista’
joħroġ ordni, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ordni interim, li
tkun tippreskrivi bħala miżura interim l-ogħla prezz li bih dawk l-
oġġetti li jistgħu jiġu msemmija fl-ordni interim jistgħu jinbiegħu
jew jiġu offruti għall-bejgħ jew l-ogħla prezz li jista’ jitħallas għal
dawk is-servizzi skond kif jista’ jissemma fl-ordni interim jew li
bih jistgħu jiġu offruti dawk is-servizzi.
(2) Ordnijiet interim għandhom jibdew iseħħu fid-data tal-
pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta jew f’dik id-data li tiġi wara li
tista’ tiġi speċifikata fl-ordni interim jew f’ordni interim li tiġi
wara.
(3) Fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta, kull
ordni interim għandha tiġi mistħarrġa mill-Kummissjoni, u l-
Kummissjoni għandha filwaqt li tagħmel dak l-istħarriġ tisma’ lid-
Direttur u lil kull intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi li jkollha
interess hekk kif tista’ tqis li jkun meħtieġ.
(4) Meta l-Kummissjoni wara l-istħarriġ hawn aktar qabel
imsemmi tiddikjara li l-ordni interim tkun adattata u meħtieġa, dik
l-ordni interim għandha tibqa’ sseħħ, kemm-il darba ma tkunx ġiet
qabel revokata mid-Direttur għal perjodu ta’ sena mid-data tad-
deċiżjoni tal-Kummissjoni.
(5) Meta l-Kummissjoni wara l-istħarriġ kif hawn aktar qabel
imsemmi jirriżultalha li l-ordni interim ma tkunx adattata jew
meħtieġa, jew meta ma’ l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-
pubblikazzjoni ta’ l-ordni interim fil-Gazzetta l-Kummissjoni ma
tkunx temmet l-istħarriġ, l-ordni interim għandha ttemm milli
tibqa’ sseħħ:
Iżda meta l-Kummissjoni jirriżultalha li ordni interim tkun
adattata u meħtieġa fiċ-ċirkostanzi iżda ma tkunx taqbel li dik l-
ordni interim kif maħruġa mid-Direttur kienet waħda adattata, hija
tista’ timmodifika l-ordni interim u dik l-ordni interim kif tkun ġiet
hekk modifikata għandha tibda sseħħ malli tiġi ppubblikata fil-
Gazzetta u għandha tibqa’ sseħħ bħallikieku kienet ordni interim
bħal dik imsemmija fis-subartikolu (4).
(6) Meta ordni interim ttemm milli jkollha iktar seħħ, dan
għandu jiġri mingħajr ebda preġudizzju għal:
(a) kull responsabbiltà  li persuna tidħol fiha matul il-
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      13
perjodu li l-ordni kienet fis-seħħ;
(b) kull ħaġa magħmula jew imħollija milli ssir skond il-
liġi matul il-perjodu li l-ordni kienet fis-seħħ;
(ċ) kull obbligazzjoni li ssir favur xi persuna jew kull dritt
miksub kontra xi persuna matul il-perjodu li l-ordni
kienet fis-seħħ;
(d) id-dritt li jkollu d-Direttur li jagħmel l-istess ordni
interim jew waħda bħalha skond is-subartikolu (1).
Id-Direttur għandu 
jimxi skond id-
deċiżjonijiet tal-
Kummissjoni.
Miżjud:
XXVIII. 2000.17.
15B. Meta xi deċiżjoni tad-Direttur tkun skond dan l-Att
mistħarrġa mill-Kummissjoni, id-Direttur għandu jaġixxi skond id-
deċiżjoni tal-Kummissjoni u jagħmel dawk it-tibdiliet fid-
deċiżjonijiet tiegħu skond hekk.
Reat ta’ prattika 
restrittiva u ta’ 
abbuż ta’ 
pożizzjoni 
dominanti. 
Emendat:
XXVIII. 2000.18.
16. (1) Meta l-Kummissjoni jew id-Direttur tiddikjara 1i xi
akkordju, deċiżjoni jew prattika jkunu bi ksur tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 5 u meta xi azzjoni tkun ġiet dikjarata mill-
Kummissjoni jew mid-Direttur li tkun abbuż ta’ pożizzjoni
dominanti skond l-artikolu 9, kull persuna li wara li tkun ġiet
ippubblikata dik id-deċiżjoni tagħmel xi att f’konformità  ma’ dak l-
akkordju, deċiżjoni jew prattika, jew abbużi ta’ pożizzjoni
dominanti, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Kull persuna inkarigata minn intrapriża li għaliha japplika
l-artikolu 10(1), li taġixxi skond dak l-akkordju jew dik id-
deċiżjoni jew prattika mingħajr ma qabel tfittex l-approvazzjoni
negattiva tad-Direttur kif meħtieġ taħt l-artikolu 10(1), tkun ħatja
ta’ reat taħt dan l-artikolu:
Iżda persuna ma għandhiex tingħata piena għal reat taħt dan
is-subartikolu jekk l-akkordju, deċiżjoni jew prattika imsemmija
ma tiġix dikjarata li tikser l-imsemmi artikolu 10(1) b’deċiżjoni tal-
Kummissjoni pubblikata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Meta tkun ingħatat xi eżenzjoni mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 5 kull persuna li taġixxi barra mid-disposizzjonijiet ta’ dik
l-eżenzjoni jew li ma timxix skond kull kondizzjoni li jkun hemm
fiha tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(4) Meta persuna taġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 10(9) hija tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Diusubbidienza ta’ 
ordni ta’ waqfien u 
ebda tkomplija.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.19.
17. Kull persuna li tmur kontra Ordni ta’ Waqfien u Ebda
Tkomplija maħruġa mid-Direttur skond l-artikolu 12A tkun ħatja,
mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  taħt dan l-Att jew
taħt kull liġi oħra, ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Reati kontra l-
artikolu 15. 
18. Kull persuna li tagħmel xi att kuntrarju għal ordni maħruġ
mill-Kummissjoni skond l-artikolu 15, wara li dak l-ordni jkun ġie
pubblikat, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Pubblikazzjoni ta’ 
deċiżjonijiet, eċċ., 
tal-Kummissjoni.
Emendat:
XXVIII. 2000.20.
19. Għall-finijiet ta’ l-artikoli 16 u 18 deċiżjoni jew ordni tal-
Kummissjoni jew tad-Direttur għandhom jitqiesu li jkunu ġew
ippubblikati meta jkunu ġew ippublikati b’avviż fil-Gazzetta, jew
meta b’relazzjoni għal xi individwu partikolari jkunu ġew notifikati
lilu jew b’att ġudizzjarju jew bil-konsenja ta’ kopja tagħhom mid-
Direttur:
  14      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
Iżda fejn l-intrapriża jew il-persuna li kontra tagħha sar l-
ilment tkun ġiet notifikata bil-proċedimenti quddiem il-
Kummissjoni, fil-konfront ta’ dik l-intrapriża jew persuna d-
deċiżjoni jew ordni tal-Kummissjoni dwar dak l-ilment titqies li
ġiet pubblikata fid-data li ġiet pronunzjata.
Reati kontra 
ordnijiet interim. 
Emendat:
XXVIII. 2000.21.
20. Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ ordni interim
maħruġ taħt l-artikolu 15A tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Penali għal reati 
taħt l-artikoli 16, 
17, 18 u 20. 
Emendat:
XXVIII. 2000.22.
21. (1) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra l-artikoli 16, 18 jew
20 teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ bejn wieħed u għaxra fil-mija
tad-dħul min-negozju ta’ l-intrapriża li fl-interessi ekonomiċi
tagħha l-persuna hekk ħatja kienet qed taġixxi, b’dana illi l-multa
ma għandhiex tkun ta’ anqas minn tlett elef lira:
Iżda meta l-persuna misjuba ħatja ta’ reat kontra l-artikolu
20 tkun persuna li tbiegħ bl-imnut li d-dħul minn negozju tagħha
ma jkunx jeċċedi mitt elf lira dik il-persuna teħel multa ta’ mhux
inqas minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn tlett elef lira:
Iżda wkoll fejn il-persuna hekk misjuba ħatja tkun id-
Direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ l-
intrapriża fuq imsemmija dik il-persuna titqies għall-finijiet ta’ dan
l-artikolu bħala li għandha r-rappreżentanza legali ta’ l-istess
intrapriża li għalhekk tkun responsabbli in solidum mal-persuna
ħatja għall-ħlas ta’ l-imsemmija multa.
(2) Il-multa msemmija fis-subartikolu (1) tinġabar bħala dejn
ċivili favur il-Gvern mid-Direttur, u l-intrapriża li fl-interessi
ekonomiċi tagħha l-persuna misjuba ħatja kienet qed taġixxi tkun
responsabbli in solidum mal-persuna misjuba ħatja għall-ħlas ta’ l-
imsemmija multa.
Kap. 446.
Kap. 9. 
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation u ta’ l-
artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali ma għandhomx japplikaw għar-
rigward tar-reati msemmija fis-subartikolu (1).
Reati kontra l-
artikolu 10(5).
Emendat:
XXVIII. 2000.24.
22. (1) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
10(5) tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, il-multa
stabbilita fl-artikolu 21(1).
(2) Id-disposizzjonijiet tal-provisos tas-subartikolu (1) u tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 21 għandhom japplikaw għall-multa
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
Kap. 446.
Kap. 9.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation u ta’ l-
artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali ma għandhomx japplikaw għar-
rigward tar-reati msemmija fis-subartikolu (1).
(4) Ma tista tittieħed ebda azzjoni dwar reat li jsir taħt dan l-
artikolu kemm-il darba l-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dan.
Piena għal reati 
kontra l-artikolu 
17.
Miżjud:
XXVIII. 2000.23.
22A. (1) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra l-artikolu 17 tista’,
meta tinsab ħatja, teħel multa ta’ mhux anqas minn mitt lira u mhux
iktar minn elf lira għal kull ġurnata li matulha jibqa’ għaddej ir-
reat.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21(2) u (3) għandhom
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      15
ukoll japplikaw.
Reati in 
konnessjoni ma’ 
investigazzjonijiet 
eċċ.
Emendat:
XXVIII. 2000.25.
23. Kull persuna li fil-kors ta’ xi investigazzjoni taħt dan l-Att
jew fil-kors ta’ xi proċeduri quddiem il-Kummissjoni xjentement
jew bi traskuraġni -
(a) tagħti xi informazzjoni falza, mhux eżatta jew
qarrieqa; jew
(b) tissupplixxi informazzjoni nieqsa; jew
(ċ) meta din tkun sid, Direttur, uffiċjal, amministratur jew
manager ta’ intrapriża tonqos, mingħajr raġuni xierqa,
li tissupplixxi l-informazzjoni mitluba fiż-żmien
mogħti; jew
(d) timpedixxi jew tfixkel xi investigazzjoni; jew
(e) tipproduċi jew tagħti, jew iġġiegħel jew xjentement
tħalli li jiġi prodott jew mogħti, xi dokument jew
informazzjoni li hija tkun taf li jkun falz jew tkun falza
f’xi dettall sostanzjali,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-artikolu u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn elf lira jew
priġunerija għal żmien ta’ minn tliet xhur sa sitt xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Id-Direttur jista’ 
jassisti l-
prosekuzzjoni. 
24. (1) Fi proċedimenti kriminali li jsiru mill-Pulizija
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għal reat kontra d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, id-Direttur jista’ jassisti lill-Pulizija fit-tmexxija tal-
prosekuzzjoni u fil-produzzjoni tal-provi.
(2) Id-Direttur jew kull uffiċjal delegat minnu għall-finijiet tas-
subartikolu (1) jista’ madankollu jinġieb bħala xhud iżda jekk ix-
xiehda tiegħu tkun meħtieġa bħala parti tal-każ tal-prosekuzzjoni,
ix-xiehda tiegħu għandha tinstama’ qabel dik ta’ kull xhud ieħor
għall-prosekuzzjoni u kemm-il darba ma tinqalax il-ħtieġa tax-
xiehda tiegħu sussegwentement.
Jedd għal appell. 
Kap. 9.
25. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-Avukat
Ġenerali jkollu l-jedd li jappella lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali
minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati dwar
proċedimenti kriminali li jinqalgħu mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
Preskrizzjoni.
Kap. 9. 
26. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali jew ta’
kull liġi oħra, azzjoni kriminali għal reati taħt dan l-Att hija
preskritta bl-egħluq ta’ ħames snin.
Pieni 
b’kompromess.
Miżjud:
XXVIII. 2000.26.
26A. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ hawn aktar qabel ta’ dan l-
Att, fil-każ ta’ reat kontra l-artikolu 17, fejn id-Direttur, wara li
għamel l-investigazzjoni li wasslet għal ħruġ ta’ l-Ordni ta’
Waqfien u Ebda Tkomplija skond l-artikolu 12A ma jkunx għamel
kull rapport lill-Kummissjoni skond l-artikolu 13, id-Direttur jista’
jimponi piena ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn
elfejn lira bħala alternattiva għal proċeduri fil-Qorti.
  16      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
Estinzjoni ta’ 
responsabbiltà  
kriminali f’ċerti 
każijiet.
Miżjud:
XXVIII. 2000.26.
26B. Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, id-Direttur
jista’, biss sakemm għandhom x’jaqsmu d-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, jagħmel ftehim bil-miktub mal-ħati li bih dak il-ħati jħallas
jew jagħti sigurtà  għas-sodisfazzjon tad-Direttur għall-ħlas ta’
somma li ma tkunx inqas minn ħamsin fil-mija ta’ l-inqas piena
applikabbli għar-reat u mhux iżjed minn sebgħin fil-mija ta’ l-ogħla
piena applikabbli għar-reat hekk kif id-Direttur jista’ bi ftehim mal-
Kummissjoni jistabbilixxi u malli jiġi ffirmat il-ftehim mid-
Direttur u mill-ħati kull responsabbiltà  kriminali tal-ħati taħt dan l-
Att għar-rigward tar-reat li dwaru jkun sar il-ftehim għandha tiġi
estinta:
Iżda meta l-piena għar-reat tkun ammont stabbilit mingħajr
ebda limitu baxx jew għoli, għaldaqstant is-somma li titħallas taħt
dak il-ftehim għandha tiġi stabbilita kif hawn aktar qabel imsemmi
f’ammont mhux inqas minn għoxrin u mhux iżjed minn sebgħin fil-
mija ta’ dik il-piena.
Ċerti kwestjonijiet 
għandhom jiġu 
riferiti lill-
Kummissjoni.
27. Meta quddiem xi qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili jiġi allegat li
xi akkordju jew deċiżjoni jkunu nulli u mhux esegwibbli skond l-
artikolu 5(2), dik il-qorti għandha, kemm-il darba l-allegazzjoni ma
tiġix ammessa mill-partijiet kollha fil-każ, tordna s-soprasessjoni
tal-proċedimenti u tirreferi l-kwestjoni lill-Kummissjoni li jkollha
d-dritt li tiddetermina l-kwestjoni u l-qorti għandha tiddeċiedi l-
kwestjoni skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Id-deċiżjonijiet tal-
Kummissjoni 
ikunu finali. 
Kap. 12.
28. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jkunu finali.
(2) Ma jista’ jinħareġ ebda mandat kawtelatorju msemmi fil-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili kontra l-
Kummissjoni. 
Ftehim ta’ 
reċiproċità . 
29. Minkejja kull ħaġa li tinsab f’dan l-Att id-Direttur jista’,
fil-kuntest ta’ ftehim ta’ reċiproċità  f’materji ta’ għajnuna
reċiproka dwar prattiki ta’ kompetizzjoni, jgħaddi dokumenti u
jiżvela informazzjoni fil-pussess tiegħu lil awtoritajiet barra minn
Malta b’responsabbiltà  f’materji ta’ kompetizzjoni u ristretti fl-
iżvelar ta’ informazzjoni bħal dik b’mod u skop analogu għal dak
tad-Direttur taħt dan l-Att.
Applikabbiltà  ta’ l-
Att għal 
dipartimenti tal-
Gvern. 
Sostitwit:
XXVIII. 2000.27.
30. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw ukoll għal
kull dipartiment tal-Gvern jew għal kull korp magħqud imwaqqaf
b’liġi jew għal kull kumpannija jew soċjetà  oħra li fihom il-Gvern,
direttament jew indirettament, ikollu l-kontroll jew li lilhom il-
Gvern ikun ikkonċeda drittijiet speċjali jew esklużivi f’xi qasam.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jeżenta xi ħidma jew
kull ħidma ta’ xi intrapriża, li għaliha s-subartikolu (1) japplika,
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Azzjoni bona fide. 
Emendat:
XXVIII. 2000.28.
31. Ma tista’ tittieħed ebda azzjoni kontra membru tal-
Kummissjoni, id-Direttur, jew xi uffiċjal jew kuntrattur tiegħu dwar
xi att jew ommissjoni in konnessjoni ma’ dan l-Att magħmulin jew
li jonqsu milli jsiru, sakemm dak l-att jew ommissjoni ġew
magħmula minnhom b’mala fede.
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      17
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.29.
32. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħmel
regolamenti għat-twettiq kif dovut tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att u jista’ b’mod partikolari b’dawk ir-regolamenti jippreskrivi
regoli għall-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet inklużi joint ventures
konċentrattivi li jistgħu jipprevjenu, jirrestrinġu jew jiddeformaw
il-kompetizzjoni fis-suq rilevanti.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
Miżjud:
XXVIII. 2000.30.
33. Il-Ministru jista’ b’regolamenti:
(a) jistabbilixxi d-drittijiet li għandhom jitħallsu lid-
Direttur in konnessjoni ma’ xi talba lid-Direttur taħt
dan l-Att u in konnessjoni ma’ proċeduri quddiem il-
Kummissjoni;
(b) jeżenta xi ftehim, deċiżjoni jew prattika in konnessjoni
ma’ l-agrikoltura u sajd mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 5 taħt dawk il-kundizzjonijiet li jista’
jippreskrivi.
  18      KAP. 379. ħ         KOMPETIZZJONI
 
1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi kull kwestjoni quddiemha b’ġustizzja u
imparzjalità  u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
2. Qabel jassumu l-funzjonijiet tagħhom, il-membri lajċi tal-Kummissjoni
għandhom jieħdu quddiem iċ-chairman ġurament li jaqdu l-funzjonijiet tagħhom
b’ġustizzja u imparzjalità  u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
3. Membru tal-Kummissjoni għandu jastjeni u jista’ jiġi rikużat fl-istess
ċirkostanzi, mutatis mutandis, bħalma imħallef tal-qrati superjuri għandu jastjeni
jew jist’a jiġi rikużat skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
4. Kull rikuża għandha tiġi determinata miċ-chairman. Id-deċiżjonijiet tal-
Kummissjoni għandhom jagħtu r-raġunijiet għalihom u jindikaw b’mod ċar l-
intrapriżi jew kategoriji ta’ intrapriżi li jkunu japplikaw għalihom.
5. Dawk id-deċiżjonijiet jistgħu jintagħmlu biex ikunu japplikaw b’mod limitat
għal area, żmien jew staġun partikolari.
6. Kull deċiżjoni tal-Kummissjoni tista’ tiġi imħassra jew mibdula mill-
Kummissjoni fejn ikun jirriżulta illi:
(a) l-informazzjoni li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni kienet falza,
qarrieqa jew nieqsa; jew
(b) il-kundizzjonijiet tas-suq ikunu tbiddlu b’mod sinjifikanti.
7. (a) Proċeduri quddiem il-Kummissjoni għandhom jinbdew b’talba bil-
miktub magħmula mid-Direttur, jew minn intrapriża jew persuna
b’ilment permezz tad-Direttur skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(b) Kull intrapriża li turi li l-attivitajiet tagħha jkunu milquta direttament
mill-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni u kull persuna li tallega li
tkun il-vittma ta’, jew li tkun avversament milquta minn, xi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jkun il-mertu ta’ dawk il-proċedimenti,
inkluż konsumatur li hekk jallega jew għaqda ta’ konsumaturi reġistrata
li taġixxi f’isem konsumaturi b’mod ġenerali, tista’ bil-miktub titlob li
tiġi ammessa tintervjeni fil-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni fi
kwalunkwe stadju tagħhom.
(ċ) Għall-finijiet tal-paragrafu (b) ta’ din ir-regola, għaqda ta’ konsumaturi
reġistrata tfisser għaqda ta’ konsumaturi reġistrata skond l-Att dwar l-
Affarijiet tal-Konsumatur.
8. Il-laqgħat tal-Kummissjoni għandhom isiru in camera:
Iżda:
(a) id-Direttur għandu jkollu l-jedd li jkun preżenti waqt il-laqgħat kollha; 
(b) l-intrapriża rilevanti u kull persuna li tkun ressqet l-ilment għandu
jkollhom il-jedd li jagħmlu sottomissjonijiet dwar kull kwestjoni li tkun
quddiem il-Kummissjoni, kif ukoll li jippreżentaw kull dokument jew
prova oħra li jistgħu ikunu rilevanti għal dik il-kwistjoni.
Emendata:
XXVIII. 2000.31. SKEDA
(ARTIKOLU 4)
Regoli ta’ Proċedura li għandhom x’jaqsmu  mal-Kummissjoni 
għall-Kummerċ Ġust
 KOMPETIZZJONI   ġ K AP. 379.      19
9. Qabel ma tipproċedi b’xi ilment, il-Kummissjoni għandha l-ewwel
tiddeċiedi jekk l-ilment ikunx ammissibbli, u għandha tgħarraf lill-persuna li tkun
ressqet l-ilment b’kull deċiżjoni bħal dik.
10. Il-Kummissjoni għandha wkoll tgħarraf lid-Direttur, lill-intrapriża rilevanti
u lill-persuna li tkun ressqet l-ilment b’kull deċiżjoni fuq il-kwestjoni li jkollha
quddiemha.
Meta jintbagħat rapport lill-persuna li tkun ressqet l-ilment, iċ-chairman tal-
Kummissjoni għandu jiżgura li ebda informazzjoni kummerċjali konfidenzjali fuq l-
intrapriża li dwarha jsiru l-proċedimenti ma tkun imdaħħla fir-rapport.
11. Il-Kummissjoni għandu jkollha, eżerċitabbli permezz taċ-chairman tagħha,
is-setgħat vestiti fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili, u b’mod partikolari s-setgħa li
tħarrek xhieda, is-setgħa li taħtar xhieda-periti u periti u setgħa li tamministra l-
ġurament.
Meta xhud, imħarrek regolament, ma jidhirx fil-jum li fih jiġi msejjaħ, iċ-
chairman jista’ jordna lill-Pulizija biex tarresta lil dak ix-xhud u ġġibu quddiem il-
Kummissjoni biex jixhed.
12. Il-Kummissjoni tista’ f’kull stadju ta’ kull proċedimenti quddiemha teħtieġ
lill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta biex jagħmel investigazzjonijiet dwar kull
ħaġa li hija tqis meħtieġa.
13. Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 19, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni
għandhom jiġu ppubblikati b’dak il-mod li ċ-chairman tal-Kummissjoni bi ftehim
mad-Direttur jista’ jiddeċiedi:
Iżda ċ-chairman għandu jiżgura illi ebda sigriet kummerċjali ta’ xi intrapriża
ma jiġi żvelat.
14. Fl-interpretazzjoni ta’ dan l-Att, il-Kummissjoni għandha tirrikorri għad-
deċiżjonijiet tagħha ta’ qabel u għall-interpretazzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet
ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-provvedimenti tad-disposizzjonijiet rilevanti tat-
trattati, direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea relattivi għall-
kompetizzjoni.
