TRIBUNALGĦALTALBIETŻGĦAR  ġ K AP. 380.      1
KAPITOLU 380
ATT DWAR TRIBUNAL GĦAL
TALBIET ŻGĦAR 
Biex iwaqqaf it-Tribunal għal Talbiet Żgħar. 
16 ta’ Ottubru, 1995
L-ATT V ta’ l-1995, kif emendat bl-Atti XII ta’ l-1998, VI ta’ l-2001 u
XXXI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Talbiet Żgħar.
Tifsir.
xort’oħra -
"Ġudikatur" tfisser Arbitru tat-Tribunal maħtur skond l-artikolu
4 ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; 
Kap. 12.
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
"Tribunal" tfisser it-Tribunal għal Talbiet Żgħar imwaqqaf taħt l-
artikolu 3.
Twaqqif tat-
Tribunal.
Emendat:
XII. 1998.2;
VI. 2001.27;
XXXI. 2002.227.
3. (1) Għandu jkun hemm Tribunal li jkun magħruf bħala t-
Tribunal għal Talbiet Żgħar.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu (5), it-Tribunal għal Talbiet
Żgħar ikollu ġurisdizzjoni biex jisma’ u jaqta’ biss it-talbiet kollha
ta’ flus ta’ ammont ta’ mhux iżjed minn elf u ħames mitt lira:
Iżda fil-kalkolu tas-somma msemmija f’dan is-subartikolu, ma
jitqiesux id-drittijiet u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istess
talba.
(3) (a) Jekk l-attur jitlob il-ħlas ta’ diversi somom bħala li
għandhom jingħataw lilu għall-istess raġuni, il-valur
jiġi determinat mill-ammont totali tat-talbiet.
(b) Jekk l-attur jitlob il-ħlas ta’ diversi somom bħala li
għandhom jingħataw lilu għal raġunijiet differenti, il-
valur jiġi determinat mill-ogħla somma, irrispettiva-
ment mis-somom iżgħar.
(ċ) Jekk it-talba tkun għal kapitali u mgħaxijiet, il-valur
jiġi determinat mis-somom kapitali kollha flimkien li
jkunu qed jiġu mitlubin, u t-Tribunal ikollu
ġurisdizzjoni dwar dik it-talba minkejja li s-somom
tal-kapital u ta’ l-imgħaxijiet mitlubin ikunu flimkien
iġibu iżjed minn elf u ħames mitt lira. 
(4) It-Tribunal għandu jżomm il-laqgħat tiegħu f’dak il-post
jew dawk il-postijiet f’Malta u Għawdex hekk kif il-Ministru jista’
jistabbilixxi b’ordni fil-Gazzetta u t-Tribunal għandu, sa fejn ikun
prattikabbli, iżomm il-laqgħat tiegħu fil-gżira fejn il-persuna li
  2      KAP. 380. ħ        TRIBUNALGĦALTALBIETŻGĦAR
kontriha ssir it-talba jkollha r-residenza ordinarja tagħha*.
(5) Kawżi li fihom jindaħlu kwistjonijiet dwar proprjetà  ta’
beni immobbli, piżijiet jew jeddijiet oħra mgħaqqdin ma’ l-
immobbli, għad li t-talba ma tkunx tiskorri l-elf u ħames mitt lira, u
kawżi ta’ żgumbrament jew tkeċċija minn beni immobbli ma
jidħlux fil-ġurisdizzjoni tat-Tribunal.
Ġudikaturi.
Emendat:
VI. 2001.27.
4. (1) Fuq it-Tribunal jippresjedi ġudikatur waħdu:
Iżda iktar minn ġudikatur wieħed jistgħu jinħatru biex
jippresjedu xi wieħed mit-Tribunali msemmija, iżda għal kull każ
ikun hemm ġudikatur wieħed biss.
(2) Il-ġudikaturi jinħatru mill-President li jaġixxi skond il-parir
tal-Prim Ministru. Ħadd ma jkun kwalifikat jinħatar ġudikatur
kemm-il darba ma jkunx ipprattika bħala avukat f’Malta għal
perjodu jew perjodi li b’kollox jammontaw għal mhux inqas minn
seba’ snin.
(3) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar ġudikatur jekk dik
il-persuna -
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew 
(b) tkun membru ta’ Kunsill Lokali; jew
(ċ) tkun fallut mhux meħlus; jew
Kap. 9. 
(d) tkun ingħatat minn xi qorti sentenza ta’ priġunerija
għal xi żmien jew tkun instabet ħatja minn xi qorti ta’
xi wieħed mid-delitti fit-Titoli IIl, V jew VI tat-
Taqsima II ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Kriminali.
(4) (a) Il-ġudikaturi jirċievu dik ir-rimunerazzjoni li l-Prim
Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi u dik
ir-rimunerazzjoni għandha tkun spiża fuq il-Fond
Konsolidat; dik ir-rimunerazzjoni m’għandhiex matul
iż-żmien li ġudikatur ikun fil-kariga tiġi mibdula bi
żvantaġġ tiegħu.
(b) Matul iż-żmien tal-ħatra tagħhom, il-ġudikaturi
għandhom ikunu preklużi mill-eserċizzju tal-
professjoni tagħhom f’każijiet quddiem it-Tribunal.
(5) Il-ġudikaturi jinħatru għal żmien ħames snin u, meta
jiskadilhom iż-żmien, ma jkunux eliġibbli biex jerġgħu jiġu
maħtura:
Iżda jekk il-kariga ta’ ġudikatur tkun vakanti jew jekk il-
ġudikatur ma jkunx jista’ jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu,
għaldaqshekk, sakemm ikun ġie maħtur xi ħadd ieħor li jieħu x-
xogħol ta’ dik il-kariga, dawk il-funzjonijiet għandhom isiru minn
xi ġudikatur ieħor li jkun fil-kariga jew minn xi ħadd ieħor li jkun
kwalifikat li jinħatar bħala ġudikatur hekk kif jista’ jiġi maħtur
biex jaġixxi bħala ġudikatur mill-President li jaġixxi skond il-parir
tal-Prim Ministru. Dik il-persuna għandha tkompli hekk tagħmilha
ta’ ġudikatur għall-perjodu kollu li jiġi maħtur għalih jew, jekk tali
*Ara l-Avviż Legali 142 ta’ l-1995.
TRIBUNALGĦALTALBIETŻGĦAR  ġ K AP. 380.      3
perjodu ma jiġix speċifikat, sakemm tiġi revokata l-ħatra tiegħu
mill-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru.
(6) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att,
ġudikatur ma jkunx suġġett għall-kontroll jew id-direzzjoni ta’ xi
persuna jew awtorità  oħra. Ġudikatur ma jistax jitneħħa mill-kariga
tiegħu ħlief bil-mod u għar-raġunijiet li hemm provdut dwarhom fl-
artikolu 97(2) tal-Kostituzzjoni, u kull liġi jew regolament li jsir
b’mod konformi ma’ l-artikolu 97(3) tal-Kostituzzjoni għall-finijiet
ta’ l-artikolu 97(2) tagħha għandhom ikunu japplikaw mutatis
mutandis għall-proċedura ta’ għemil ta’ indirizz u ta’ l-
investigazzjoni u l-prova ta’ l-inkapaċità  jew imġieba ħażina ta’
ġudikatur skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Astensjoni jew 
rikuża ta’ 
ġudikaturi. 
Sostitwit:
VI. 2001.27.
Kap. 12.
5. Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili li għandhom x’jaqsmu ma’ l-astensjonijiet minn, u
r-rikużi ta’, maġistrat, u għas-surroga u t-tqassim ta’ dmirijiet fost
il-maġistrati għandhom, mutatis mutandis, japplikaw għal
ġudikaturi. Kodiċi ta’ Etika li jkun japplika għall-maġistrati għandu
jkun japplika wkoll għall-ġudikaturi. 
Ġurament li 
jittieħed minn 
ġudikatur. 
6. Kull min jinħatar bħala ġudikatur ma għandux jibda
jwettaq id-dmirijiet tal-kariga tiegħu sakemm ma jkunx ħa quddiem
l-Avukat Ġenerali ġurament biex jeżamina u jaqta’ l-każijiet li
jinġiebu quddiemu mingħajr dewmien, b’mod imparzjali u b’ekwità
skond il-liġi.
It-Tribunal għandu 
jaqta’ l-każijiet 
skond l-ekwità . 
7. (1) It-Tribunal għandu jaqta’ kull talba u kontro-talba li
jkollu quddiemu prinċipalment skond l-ekwità :
Iżda, f’kull każ, kull kwistjoni li jista’ jkun hemm dwar il-
preskrizzjoni għandha tinqata’ skond il-liġi.
(2) It-Tribunal għandu jissospendi l-proċedimenti tiegħu jekk -
(a) il-parti tattakka t-talba bil-mezz ta’ eċċezzjoni, li
tinvolvi kwistjoni li taqa’ barra mill-ġurisdizzjoni tat-
Tribunal; u/jew
(b) ikun hemm pendenti quddiem qorti kompetenti
azzjoni, li l-eżitu tagħha jkun jolqot it-talba li t-
Tribunal ikollu quddiemu. 
Appelli.
Emendat:
XXXI. 2002.228.
Kap. 12.
8. (1) Appell isir minn deċiżjoni ta’ Tribunal lill-Qorti ta’ l-
Appell magħmula minn imħallef wieħed biss skond is-subartikolu
(6) ta’ l-artikolu 41 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili. Dak l-appell għandu jsir b’rikors li għandu jiġi preżentat fi
żmien għoxrin ġurnata.
(2) Indipendentement mill-ammont tat-talba, jista’ dejjem isir
appell fil-każijiet li ġejjin:
(a) fuq kull ħaġa li jkollha x’taqsam mal-ġurisdizzjoni tat-
Tribunal;
(b) fuq kull kwistjoni ta’ preskrizzjoni;
(ċ) fuq kull nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 7(2);
(d) meta t-Tribunal ikun b’mod gravi mar kontra d-
  4      KAP. 380. ħ        TRIBUNALGĦALTALBIETŻGĦAR
dettami ta’ l-imparzjalità  u ta’ l-ekwità  skond il-liġi u
dik l-azzjoni tkun ippreġudikat il-jeddijiet ta’ min
jappella.
(3) Ikun hemm ukoll dritt ta’ appell fil-każijiet kollha fejn l-
ammont in kwistjoni, kalkolat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
3(2), jaqbeż il-ħames mitt lira.
(4) Meta l-Qorti ta’ l-Appell taqta’ li l-appell ikun fondat u
ġustifikat, din għandha tħassar id-deċiżjoni tat-Tribunal u għandha
hi stess taqta’ t-talba u l-kontro-talba oriġinali skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7.
(5) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’, jekk tikkonsidra r-rikors frivolu
jew vessatorju, tiċħad l-appell u tordna lill-appellant biex iħallas
penali li m’għandhiex tkun inqas minn mitt lira u li ma tkunx iżjed
minn ħames mitt lira.
Kap. 12.
(6) L-ammont tal-penali għandu jkun dovut u għandu jitħallas
lill-Gvern bħala dejn ċivili, likwidu u ċert, u jista’ jiġi miġbur mir-
reġistratur. L-ordni msemmija fis-subartikolu (5) għandha
tikkostitwixxi titolu eżekuttiv skond u għall-finijiet tat-Titolu VII
tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Proċedura. 9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull regola
magħmula skond l-artikolu 16 u skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2), ġudikatur jirregola l-proċedimenti quddiem
Tribunal kif ikun jidhirlu xieraq skond id-dettami tal-ġustizzja
naturali.
(2) Bla ħsara għal kull regola msemmija fis-subartikolu (1),
ġudikatur -
(a) għandu jiżgura li każ għandu, daqskemm ikun
possibbli, jinstema’ u jinqata’ sommarjament fl-istess
jum tas-smigħ tiegħu u li dak is-smigħ ma jtulx iktar
minn seduta waħda;
(b) għandu jitgħarraf b’kull mod li jista’ jidhirlu xieraq u
ma jkunx marbut bil-prattika dwar l-aħjar prova jew
dwar xiehda fuq kliem ħaddieħor jekk ikun sodisfatt li
x-xiehda li jkollu quddiemu tkun biżżejjed veritiera li
biha jista’ jasal biex jaqta’ l-każ li jkun qed jittratta;
(ċ) għandu jiddeżisti kemm jista’ jkun milli jqabbad periti
sabiex jagħtu l-parir espert tagħhom, u jekk jinħatru
tali periti huwa għandu jifformula elenku ta’ fatti li l-
perit ikollu jirrelata dwarhom;
(d) għandu jelenka d-dettalji ewlenin li fuqhom ikun sejjes
id-deċiżjoni tiegħu; u
(e) ikollu l-istess setgħa daqs maġistrat li joqgħod fil-
Qorti tal-Maġistrati fil-kompetenza ċivili tagħha u
b’mod partikolari jkun jista’ jħarrek ix-xhieda u
jamministralhom il-ġurament.
(3) Ebda proċediment quddiem it-Tribunal ma jkun invalidu
minħabba fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ xi formalità  sakemm wieħed
ikun mexa b’mod konformi kemm jista’ jkun ma’ dan l-Att jew
TRIBUNALGĦALTALBIETŻGĦAR  ġ K AP. 380.      5
mar-regoli magħmula taħtu.
Spejjeż u 
eżekuzzjoni. 
Emendat:
XII. 1998.3;
VI. 2001.27;
XXXI. 2002.229.
10. (1) F’kull deċiżjoni li jagħti l-ġudikatur għandu jiddeċiedi
dwar l-ispejjeż li xi waħda mill-partijiet ikollha tbati. Sakemm ma
jkunx hemm ċirkostanzi speċjali li jitolbu xort’oħra l-parti li titlef
il-każ tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra li favur tagħha
jkun inqata’ l-każ.
(2) L-ispejjeż ikunu limitati biss għan-nefqiet attwali li jkunu
saru b’mod dirett dwar il-każ mill-parti li favur tagħha jkun inqata’
l-każ.
(3) Fil-każ ta’ talba vessatorja jew frivola t-Tribunal jista’
jordna lill-parti li tkun għamlitha biex tħallas lill-konvenut penali
ta’ mhux iżjed minn mitt lira, liema penali tkun dovuta bħala dejn
ċivili.
(4) Deċiżjoni ta’ Tribunal li tkun għaddiet f’ġudikat tista’ tkun
eżegwibbli, skond fejn tkun ir-residenza tal-persuna li kontra
tagħha tintalab l-eżekuzzjoni, mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew
mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), bħallikieku d-deċiżjoni kienet
sentenza ta’ qorti jew oħra.
Reġistru tat-
Tribunal. 
Sostitwit:
XII. 1998.4.
Emendat:
XXXI. 2002.230.
11. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jistabbilixxi r-reġistru
tat-Tribunal u l-funzjonijiet tagħhom u bl-istess regolamenti jista’
wkoll jaħtar dawk l-uffiċjali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-
operazzjoni tar-reġistru. Ir-records kollha tat-Tribunal għandhom
jinżammu fir-reġistru msemmi f’dan is-subartikolu.
(2) L-atti tat-Tribunal għandhom ikunu aċċessibbli għal
kulħadd, u jingħataw kopji tagħhom mal-ħlas tad-dritt preskritt lil
kull persuna li titlobhom.
(3) L-atti tat-Tribunal għandhom jiġu depożitati u miżmuma
f’dawk l-arkivji, kif jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru b’regolamenti
magħmula taħt dan l-artikolu.
Dmirijiet tar-
Reġistratur.
12. (1) Ir-Reġistratur ikun responsabbli għat-tmexxija tat-
Tribunal. Ir-Reġistratur għandu wkoll jaqdi kull dmir ieħor li jista’
jaqa’ fuqu taħt dan l-Att jew taħt xi regoli magħmula taħt dan l-Att.
Kap. 12.
(2) Id-dmirijiet ta’ Reġistratur tat-Tribunal għandhom jiġu
esegwiti skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Meta l-partijiet 
jonqsu li jidhru.
Sostitwit:
XXXI. 2002.231.
13. Jekk xi parti tonqos li tidher fid-data stabbilita għas-smigħ tal-
kawża, id-disposizzjonijet li ġejjin għandhom jgħoddu:
(a) jekk min jagħmel it-talba jonqos li jidher, il-ġudikatur
għandu jħalli l-kawża għal data oħra u jekk min ikun
għamel it-talba jerġa’ ma jidhirx, il-ġudikatur għandu
jirriġetta l-kawża u jordna li l-ispejjeż jitħallsu mill-
persuna li qed tagħmel it-talba:
Iżda l-ġudikatur m’għandux jagħmel id-differiment
imsemmi kemm-il darba l-konvenut jitlob li l-kawża
tinstema’ dak inhar jew li tiġi kanċellata bl-ispejjeż
kontra l-persuna li tkun għamlet it-talba;
  6      KAP. 380. ħ        TRIBUNALGĦALTALBIETŻGĦAR
Kap. 12.
(b) jekk il-konvenut jonqos li jidher, il-ġudikatur jista’
jiddeċiedi l-kawża fin-nuqqas tal-konvenut u tista’ ssir
ammissjoni bis-subizzjoni tal-konvenut, u d-
disposizzjonijet tas-Sub-titolu VI tat-Titolu I tat-Tielet
Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
li jirrigwardaw l-ammissjoni bis-subizzjoni tal-konvenut
fil-qrati inferjuri għandhom jgħoddu mutatis mutandis.
Il-partijiet jistgħu 
ikunu assistiti minn 
kull persuna.
14. Il-partijiet jistgħu jkunu assistiti minn kull persuna.
Ilsien tal-
proċeduri.
Kap.189. 
15. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Proċeduri Ġudizzjarji
(Użu ta’ l-Ilsien Ingliż) għandhom japplikaw għat-Tribunal.
Regoli.
Emendat:
XXXI. 2002.232.
16. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli għall-funzjonament
aħjar tat-Tribunal u jista’ mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’
dan il-paragrafu jagħmel regoli li -
(a) jifformulaw il-proċedura ta’ quddiem it-Tribunal jew
ta’ l-appelli li jsiru minn deċiżjonijiet tat-Tribunal;
(b) jistabbilixxu l-formuli li għandhom jintużaw fi
proċedimenti quddiem it-Tribunal jew f’appelli mit-
Tribunal;
(ċ) jistabbilixxu r-rati ta’ l-ispejjeż fi proċedimenti li jsiru
quddiem it-Tribunal;
(d) jistabbilixxu d-drittijiet li jistgħu ikunu dovuti lir-
reġistru tat-Tribunal;
(e) jistabbilixxu d-drittijiet li jistgħu ikunu dovuti lil
avukati u prokuraturi legali li jidhru quddiem it-
Tribunal;
(f) jifformulaw id-dmirijiet ta’ reġistratur relattivament
għat-Tribunal;
(g) jippreskrivu kull ħaġa oħra li tista’ jew li għandha tiġi
preskritta skond dan l-Att.
Kap. 12.
(2) In-notifika ta’ atti ġudizzjarji skond dan l-Att għandha
titwettaq bl-istess mod kif provdut għan-notifika ta’ l-atti ġudizzjarji
fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, kemm-il darba l-
Ministru, b’regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu, ma jipprovdix
xort’oħra.
Infiq għall-
amministrazzjoni 
tat-Tribunal. 
17. L-ispejjeż meħtieġa għall-amministrazzjoni tat-Tribunal u
r-rimunerazzjoni dovuta lill-ġudikaturi għandhom jitħallsu mill-
Fond Konsolidat mingħajr il-ħtieġa ta’ xi approprjazzjoni oħra.
