TAXXAFUQBUNKERING TA’ŻJUT  ġ K AP. 381.     1
KAPITOLU 381
ATT DWAR TAXXA FUQ BUNKERING 
TA’ ŻJUT
Biex jirregola l-ħruġ ta’ liċenzi lil operaturi tal-bunkering u biex
jagħmel taxxa fuq żjut mogħtija bi provvista għall-bunkering.
28 ta’ April, 1995
L-ATT VIII ta’ l-1995, kif emendat bl-Att XXV ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor. 
Bunkering ta’ Żjut.
Tifsir.
mod ieħor -
Kap. 352.
dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta u tinkludi lil kull uffiċjal jew
impjegat ta’ l-Awtorità ;
"bastiment" tfisser kull deskrizzjoni ta’ biċċa tal-baħar ta’ liema
kobor tkun li titħaddem fit-tbaħħir, sew jekk timxi waħedha sew
jekk le, u tinkludi braken, rigs taż-żejt, puntuni u kull biċċa oħra
tal-baħar bħal dawn;
"bunkering" tfisser it-tagħbija, ħatt u trasferiment ta’ żjut bejn
bunker barge jew road tanker jew terminal marittimu jew faċilità
marittima jew xi tnejn jew iktar minn dawk imsemmija qabel u
bastiment li jirċievi meta ż-żjut imsemmija jkunu biex iħaddmu l-
istess bastiment jew il-makkinarju tiegħu;
"Dwana" tfisser il-Kontrollur tad-Dwana u tinkludi kull uffiċjal
jew impjegat tad-dipartiment tiegħu li jkollu awtorità  espressa jew
impliċità  li jaġixxi f’isem il-Kontrollur;
"Ministru" kemm-il darba ma jiġix indikat mod ieħor tfisser il-
Ministru responsabbli għall-finanzi;
Kap. 337. 
"żejt" tfisser kull non-volatile marine grade fuel oil li jintuża
biex iħaddem bastiment jew il-makkinarju tiegħu u jinkludi żejt
lubrikanti kif ukoll dawk il-prodotti li jinsabu taħt is-subintestaturi
H.S. 2710.00.69.00 u H.S. 2710.00.78.00 fl-Ewwel Skeda li tinsab
ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni.
Ġbir ta’ taxxa. 
ta’ Malta taxxa fuq żjut elenkati fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, li
jiġu fornuti, bla ħlas ta’ kull dazju ta’ dwana jew dazju ieħor, għall
bunkering tal-bastimenti bir-rati murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan
l-Att.
Żmien u mod kif 
titħallas it-taxxa. 
4. (1) Il-ħlas tat-taxxa jkun dovut minnufih malli ż-żejt jiġi
rilaxxat mill-istallazzjoni ta’ depożt, terminal marittimu jew
faċilità  marittima fuq il-kwantità  ta’ żejt meqjusa jew kalkolata
mid-Dwana bħala dik meħlusa.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), id-Dwana
  2      KAP. 381. ħ        TAXXAFUQBUNKERING TA’ŻJUT 
tista’ tagħmel kull arranġament, kif suġġett għal dawk il-garanziji u
kondizzjonijiet li tista’ timponi, għall-ħlas tat-taxxa li tinġabar bis-
saħħa ta’ dan l-Att meta dan il-ħlas ma jsirx mal-ħelsien taż-żjut kif
hemm imsemmi fis-subartikolu (1), u f’dawk l-intervalli ta’ żmien
li jista’ jsir ftehim dwarhom.
Responsabbiltà  
għall-bunkering ta’ 
żjut.
5. Imħassar bl-Att XXV. 2000.36.
Għoti ta’ liċenzi 
mill-awtorità  
regolatorja.
Sostitwit:
XXV. 2000.36.
Kap. 423.
6. Ħadd ma għandu jqassam, ibiegħ, jesporta jew jiddisponi
b’kull mod ieħor li jkun żjut mogħtija bi provvista għall-bunkering
jekk ma jkollux liċenza maħruġa minn, jew xi ftehim jew
arranġament magħmul ma’ l-Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
skond l-Att dwar Awtorità  dwar ir-Riżorsi ta’ Malta.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
XXV. 2000.36.
7. (1) Il-Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta jemenda jew
jissostitwixxi r-rati ta’ taxxa li jidhru fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att: 
Iżda l-Ministru ma jistax b’dak l-avviż iżid ir-rata ta’ taxxa
li għandha tinġabar skond dan l-Att għal iktar minn lira għal kull
tunnellata metrika jew parti minnha.
(2) Il-Ministru responabbli għall-portijiet jista’,
f’konsultazzjoni ma’ l-Awtorità , u bi ftehim mal-Ministru jagħmel
regolamenti għar-rigward ta’ kull ħaġa li tista’ jew li tkun meħtieġa
li tiġi preskritta b’dan l-Att u għar-rigward ta’ kull ħaġ‘oħra li tista’
tidher li tkun meħtieġa jew spedjenti għall-aħjar twettiq tal-
provvedimenti ta’ dan l-Att.
Setgħat ta’ l-
Awtorità , tal-
Pulizija u tad-
Dwana. 
8. (1) Ir-rilaxx ta’ żejt għall-bunkering għandu jingħata taħt
is-superviżjoni tad-Dwana. L-Awtorità  jkollha jedd tissorvelja kull
operazzjoni ta’ bunkering u tista’ titlob ħlasijiet għal kull
superviżjoni bħal dik hekk kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti.
(2) Kull uffiċjal ta’ l-Awtorità , tal-Pulizija jew tad-Dwana
għandu jedd f’kull ħin li jispezzjona kull imkien fejn jinħażen jew
jinżamm xi żejt sabiex jiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
ikunu qegħdin jiġu osservati u li ma jkunx hemm evażjoni tat-
taxxa, drittijiet u ħlasijiet imposti b’dan l-Att.
Reati u pieni.  9. (1) Kull min -
(a) huwa b’xi mod involut f’xi evażjoni bi frodi jew
tentattiv ta’ evażjoni ta’ taxxa imposta b’dan l-Att; jew
(b) jgħin, iħajjar jew jassisti fit-twettiq tar-reati msemmija
fil-paragrafu ta’ qabel; jew
(ċ) xjentement jostakola, iwaqqaf jew idewwem lil xi
uffiċjal ta’ l-Awtorità , tad-Dwana jew tal-Pulizija fl-
eżekuzzjoni tad-dmirijiet u setgħat tiegħu taħt dan l-
Att; jew
(d) jikser xi jew kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att,
ikun ħati ta’ reat u għandu għal kull reat bħal dak jeħel, meta jinsab
ħati mill-Qorti tal-Maġistrati, multa li tkun daqs darbtejn il-valur
taż-żejt u t-taxxa fuq dak iż-żejt li dwaru jkun sar ir-reat, jew ta’ elf
lira, skond liema tkun l-aktar.
TAXXAFUQBUNKERING TA’ŻJUT  ġ K AP. 381.     3
(2) Ir-responsabbiltà  imposta bis-subartikolu (1) għandha tkun
mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  oħra imposta f’kull
liġi oħra għall-istess reat.
Eżenzjoni mit-
taxxa, jew għoti 
lura ta’ taxxa. 
10. Il-Ministru jista’ b’ordni, u bla ħsara għal dawk il-
limitazzjonijiet li jagħmel f’dak l-ordni, jeżenta lil persuna mill-
ħlas tat-taxxa imposta b’dan l-Att jew jippermetti l-għoti lura ta’
dik it-taxxa.
SKEDA 
(Artikolu 3)
Żjut li jinsabu taħt H.S. 2710.00.69.00; taxxa ta’ 40 ċenteżmu
għal kull tunnellata metrika jew parti minnha.
Żjut li jinsabu taħt H.S. 2710.00.78.00; taxxa ta’ 20 ċenteżmu
għal kull tunnellata metrika jew parti minnha.
