KUMPANNIJI KONTROLLATI (PROĊEDURA TA’ STRALĊ)ġ K AP. 383.     1
KAPITOLU 383
ATT DWAR KUMPANNIJI KONTROLLATI 
(PROĊEDURA TA’ STRALĊ)
Biex jipprovdi għall-istralċ u distribuzzjoni ta’ attiv li jappartjeni lil
entijiet kontrollati.
8 ta’ Novembru, 1995
L-ATT XVII ta’ l-1995, kif emendat bl-Atti XXIV ta’ l-1995,  IX ta’ l-
1997, VI ta’ l-2001 u XVII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
Kontrollati (Proċedura ta’ Stralċ). 
Tifsir.
Emendat:
XVII. 2002.228.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
mod ieħor -
Kap. 215.
Kap. 371.
"attiv kontrollat" tfisser u tinkludi bank jew istituzzjoni ta’
kreditu oħra, proprjetà , soċjetà , ażjenda jew negozju ieħor li dwaru
l-Ministru, skond l-artikolu 18 ta’ l-Att dwar il-Kummerċ
Bankarju#,  jew l-awtorità  kompetenti skond l-artikolu 29 ta’ l-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju, ikun ħatar persuna jew persuni biex
jassumu kontroll tagħhom;
Kap. 371.
"awtorità  kompetenti" tfisser l-awtorità  kompetenti nominata
mill-Ministru taħt u għall-finijiet ta’ l-Att dwar il-Kummerċ
Bankarju;
Kap. 204.
"Bank Ċentrali" tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta stabbilit bl-Att
dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
Kap. 215.
Kap. 371.
"Kontrullur" tfisser persuna maħtura mill-Ministru skond l-
artikolu 18 ta’ l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju*, jew mill-awtorità
kompetenti skond l-artikolu 29 ta’ l-Att dwar il-Kummerċ
Bankarju;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Applikabilità . 
Emendat:
XVII. 2002.229.
Kap. 371.
3. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ l-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju għandhom ikunu japplikaw għal kull attiv
kontrollat li dwaru l-awtorità  kompetenti wara konsultazzjoni mal-
Bank Ċentrali ta’ Malta jkun għamel ordni għall-istralċ tiegħu bis-
saħħa ta’ dan l-Att.
(2) Fl-egħmil ta’ ordni għal stralċ l-awtorità  kompetenti wara
konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali ta’ Malta jista’ jordna li xi attiv
kontrollat li jkun hemm, jistgħu, għall-għanijiet ta’ l-istralċ li jsir
bis-saħħa ta’ dan l-Att, jitqiesu bħala enti wieħed.
Liema proċedura 
tiġi adottata mill-
Kontrullur.
Emendat:
XVII. 2002.229.
4. (1) Meta l-awtorità  kompetenti wara konsultazzjoni mal-
Bank Ċentrali ta’ Malta jagħmel ordni għall-istralċ ta’ attiv
kontrollat, il-Kontrullur għandu jgħaddi biex jippubblika avviż fil-
Gazzetta fejn isejjaħ lil kull kreditur li jista’ jkollu xi pretensjoni
*Imħassar bl-Att XV ta’ l-1994. Ara l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371).
  2      KAP. 383. ħ   KUMPANNIJI KONTROLLATI (PROĊEDURA TA’ STRALĊ)
kontra jew fuq l-attiv kontrollat sabiex iressaq quddiemu dik il-
pretensjoni fi żmien tlett xhur mid-data ta’ dak l-avviż. Il-
Kontrullur għandu, flimkien ma’ dak l-avviż, jippubblika lista ta’
kredituri li jkunu minnu rikonoxxuti bħala li għandhom pretensjoni
valida kontra l-attiv kontrollat, kif ukoll l-ammont dovut mill-attiv
kontrollat għal dik il-pretensjoni.
(2) Persuna li tonqos milli tressaq il-pretensjoni tagħha fiż-
żmien mogħti għandha tinżamm milli tressaq dik il-pretensjoni u
kull pretensjoni bħal dik ma għandhiex titqies mill-Kontrullur fl-
istralċ u fl-iskema ta’ distribuzzjoni ta’ l-attiv kontrollat:
Iżda kreditur li jkollu l-pretensjoni tiegħu rikonoxxuta mill-
Kontrullur skond dan l-artikolu ma jenħtieġx li jressaq il-
pretensjoni tiegħu f’dak il-perijodu.
(3) Il-Kontrullur għandu, meta jiskadi ż-żmien imsemmi fis-
subartikolu (1), jippubblika fil-Gazzetta elenku komprensiv tal-
pretensjonijet kollha li jkunu sarulu jew li jkunu ġew rikonoxxuti
minnu.
(4) Kull min ikollu xi interess fl-istralċ jew fl-iskema ta’
distribuzzjoni ta’ attiv kontrollat jista’, fi żmien xahar mill-
pubblikazzjoni ta’ l-elenku msemmi fis-subartikolu (3),
joġġezzjona għal pretensjoni li tkun rikonoxxuta mill-Kontrullur
jew li tkun saret skond dan l-artikolu.
Pretensjonijiet 
kontra attiv 
kontrollat. 
5. (1) Il-Kontrullur jgħaddi biex jiddeċiedi dwar il-
pretensjonijiet u oġġezzjonijiet li jsirulu, biex jagħlaq u jagħmel
stralċ ta’ kull attiv kontrollat, li jaħtar awditur indipendenti sabiex
jagħmel il-verifika tal-kontijiet tiegħu, u sabiex jifformula skema
ta’ distribuzzjoni u jagħmel rapport dwarha lill-Ministru.
(2) Estratt ta’ rapport mill-Kontrullur li jkun juri min huma l-
kredituri li huwa jirrikonoxxi bħala li għandhom pretensjoni valida
fuq l-attiv kontrollat, l-ammont dovut fuq dik il-pretensjoni, u kull
dritt ta’ preferenza li dawk il-pretensjonijiet jista’ jkollhom,
għandu jiġi pubblikat mill-Kontrullur fil-Gazzetta.
(3) Fl-egħmil tar-rapport u fil-formulazzjoni ta’ l-iskema ta’
distribuzzjoni, il-Kontrullur għandu jistabbilixxi d-data minn meta
l-attiv kontrollat kien insolventi.
Kap. 371.
Kap. 13.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 29(3)(d) ta’ l-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 485
tal-Kodiċi tal-Kummerċ għandhom ikunu japplikaw mutatis
mutandis għal attiv kontrollat:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu ma għandhomx
ikunu japplikaw għal kull att magħmul mill-Kontrullur jew taħt l-
awtorità  tiegħu.
(5) Meta attiv kontrollat, jew is-sid, id-direttur jew il-manager
tiegħu jwettqu xi att jew jonqsu milli jagħmlu xi att, u dan jirriżulta
fil-privazzjoni frawdolenti tal-jeddijiet tal-kredituri ta’ dak l-attiv
kontrollat, il-Kontrullur ikollu jedd, skond il-każ, li ma jagħtix każ
ta’ dak l-att li jkun hekk intgħamel jew li jqis li dak l-att ikun
bħallikieku sar minkejja n-nuqqas milli jagħmlu dak l-att.
KUMPANNIJI KONTROLLATI (PROĊEDURA TA’ STRALĊ)ġ K AP. 383.     3
(6) Il-Kontrullur għandu filwaqt li jkun qiegħed jifformula l-
iskema ta’ distribuzzjoni, jgħaddi biex jiggradwa dawk il-kredituri
li jkollhom xi rahan, privileġġ jew ipoteka skond il-liġi li tkun
qiegħda attwalment isseħħ filwaqt tad-distribuzzjoni:
Iżda rahan jew privileġġ li jsiru, jinħolqu jew jiġu reġistrati
wara d-data stabbilita mill-Kontrullur skond is-subartikolu (3), ma
għandhomx ikollhom effett kemm-il darba dak ir-rahan jew
privileġġ ma jkunux inħolqu mill-Kontrullur:
Iżda wkoll id-drittijiet u l-ispejjeż sopportati mill-
Kontrullur fl-amministrazzjoni, kontroll u stralċ ta’ xi attiv
kontrollat għandhom jiggradwaw qabel kull pretensjoni oħra tkun li
tkun.
Dritt ta’ appell 
mill-parti 
aggravata.
6. (1) Kull min iħoss ruħu aggravat bir-rapport u bl-iskema
ta’ distribuzzjoni magħmula mill-Kontrullur ikollu dritt ta’ appell
quddiem il-Bord ta’ l-Appelli mwaqqaf b’dan l-Att bil-mezz ta’
rikors li jsir fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Gazzetta
ta’ l-estratt tar-rapport imsemmi fl-artikolu 5.
(2) Fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ l-estratt tar-rapport
u ta’ l-iskema ta’ distribuzzjoni msemmija fl-artikolu 5, il-
Kontrullur għandu jirreferi dak ir-rapport u dik l-iskema ta’
distribuzzjoni lill-Bord ta’ l-Appelli għall-approvazzjoni jew
varjazzjoni tiegħu.
Bord ta’ l-Appelli. 
jkun magħruf bħala l-Bord ta’ l-Appelli li jkun magħmul minn
Chairman u minn żewġ membri oħra li jinħatru mill-Ministru.
(2) Qabel ma jibdew jeżerċitaw il-kariga tagħhom il-membri
tal-Bord għandhom jieħdu ġurament quddiem l-Avukat Ġenerali li
jeżaminaw u jiddeċiedu dwar kull kwistjoni li tiġi lilhom riferita
b’kull ekwità  u imparzjalità .
(3) Iċ-Chairman ikun avukat li jkollu mill-anqas tnax-il sena
ta’ prattika legali.
(4) Iż-żewġ membri l-oħra msemmija fis-subartikolu (1)
għandhom ikunu persuni li, fil-fehma tal-Ministru, ikollhom il-
perizja u esperjenza meħtieġa fil-kummerċ bankarju jew servizzi
finanzjarji.
(5) Il-membri tal-Bord għandhom jiġu maħtura għal dak il-
perijodu li jista’ jistabbilixxi l-Ministru fl-ittra tal-ħatra tagħhom,
liema perijodu ma jkunx aktar minn tliet snin, u jistgħu biss
jitneħħew mill-Ministru fuq il-parir tal-Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għar-raġuni li jiġi pruvat li ma
jkunux kapaċi jwettqu l-funzjonijiet tal-kariga tagħhom sew jekk
dan ikun minħabba f’nuqqas ta’ saħħa fiżika jew mentali jew kull
raġuni oħra li tkun, jew minħabba f’imġieba ħażina li tiġi pruvata.
Setgħat tal-Bord. 
Kap. 12. 
8. (1) Il-Bord ikollu dawk is-setgħat kollha li bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma vestiti fil-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili.
(2) Kull mandat jew ordni li jinħareġ mill-Bord għandu jiġi
  4      KAP. 383. ħ   KUMPANNIJI KONTROLLATI (PROĊEDURA TA’ STRALĊ)
ffirmat miċ-Chairman u ċertifikat mir-Reġistratur.
Kap. 12. 
(3) L-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord bil-mod preskritt
fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandha tiġi
dekretata miċ-Chairman tal-Bord.
(4) Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikollhom is-saħħa ta’ titoli
eżekuttivi.
Seduti u reġistru 
tal-Bord. 
Emendat:
IX. 1997.6.
9. (1) Kemm-il darba l-Ministru ma jordnax mod ieħor, il-
Bord għandu jagħmel is-seduti tiegħu fl-edifiċju tal-Qrati ta’ Malta,
u r-reġistru tal-Qrati Superjuri jkun ir-reġistru tal-Bord.
(2) Il-Ministru jista’ jaħtar Segretarju tal-Bord għal dak iż-
żmien li l-Ministru jista’ jistabbilixxi fl-ittra tal-ħatra li jibgħat lis-
Segretarju, liema perijodu m’għandux ikun ta’ iktar minn tliet snin.
(3) Is-Segretarju għandu jwettaq il-funzjonijiet kollha li huma
vestiti bil-liġi fir-Reġistratur tal-Qrati.
Ġurisdizzjoni tal-
Bord. 
10. (1) Il-Bord ikollu l-ġurisdizzjoni unika u esklużiva li
jisma’ u jiddeċiedi dwar -
(a) kull appell magħmul minn deċiżjoni tal-Kontrullur
dwar xi pretensjoni;
(b) kull pretensjoni li ssir mill-Kontrullur kontra terża
parti inkluża pretensjoni għar-radd lura ta’ proprjetà  li
tkun fil-pussess ta’ terzi persuni;
(ċ) kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’, jew li titnissel mir-
rapport u l-iskema ta’ distribuzzjoni pubblikati mill-
Kontrullur;
(d) kull pretensjoni li ssir kontra xi Kontrullur li titnissel
b’kull mod li jkun mill-amministrazzjoni u mill-istralċ
ta’ xi attiv li jkun qiegħed jikkontrolla.
(2) Il-Bord ikollu wkoll il-ġurisdizzjoni unika u esklużiva biex
jinforza id-deċiżjonijiet mogħtija minnu kif ukoll kull sentenza
mogħtija minn qorti kompetenti f’Malta kontra l-Kontrullur.
Deċizjonijiet tal-
Bord. 
11. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jingħataw fil-qorti
bil-miftuħ.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom isiru skond maġġoranza
tal-voti.
Appell minn punti 
ta’ liġi. 
Emendat:
VI. 2001.28.
12. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu finali ħlief għal dawk
il-punti ta’ liġi li jiġu deċiżi mill-Bord li dwarhom ikun jista’ jsir
appell għal quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
(2) Appell li jsir bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jintgħamel
b’rikors quddiem il-Qorti ta’ l-Appell li għandu jiġi preżentat fi
żmien ħmistax-il ġurnata mill-jum meta l-Bord jagħti d-deċiżjoni
tiegħu.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu għar-rigward tal-preżentata ta’ atti bil-miktub
fir-reġistru tal-qorti f’konnessjoni ma’ appelli lill-Qorti ta’ l-
KUMPANNIJI KONTROLLATI (PROĊEDURA TA’ STRALĊ)ġ K AP. 383.     5
Appell taħt dan l-Att:
Kap. 12.
Iżda sakemm isiru regolamenti bħal dawk mill-Ministru,
għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li tinsab mal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(4) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel Regoli tal-Qrati
li jirregolaw appelli lill-Qorti ta’ l-Appell taħt dan l-Att.
Pretensjonijiet 
pendenti. 
Emendat:
XXIV. 1995.362.
13. Kull kawża u pretensjoni li jinsabu pendenti quddiem il-
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u li jkunu kawżi u pretensjonijiet
kontra l-Kontrullur ta’ attiv kontrollat li dwaru jkun inħareġ ordni
għal stralċ bis-saħħa ta’ dan l-Att, għandhom jiġu trasferiti lill-
Bord ta’ l-Appelli u għandhom jitkomplew jinstemgħu u jiġu deċiżi
minn dak il-Bord:
Iżda ebda ħaġa li tinsab f’dan l-Att ma għandha tnaqqas
mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti ta’ l-Appell li tkompli tisma’ kull każ li
jinsab pendenti quddiemha:
Iżda wkoll il-Kontrullur ikollu s-setgħa li jirriferi kull ħaġa
għall-arbitraġġ b’dawk il-patti u kundizzjonijiet li jista’ jqis li
jkunu xierqa, u kull ħaġa hekk riferita, kif ukoll ħaġa riferita għall-
arbitraġġ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att, għandha tinstama’ u
tiġi deċiża minn u skond it-termini ta’ referenza biex isir arbitraġġ
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Likwidazzjoni u 
distribuzzjoni ta’ l-
attiv.
14. Malli jintemm kull appell u malli l-Bord jagħti d-deċiżjoni
tiegħu tar-referenza li tkun saritlu dwar l-iskema ta’ distribuzzjoni,
il-Kontrullur għandu jgħaddi biex jillikwida u jqassam l-attiv li
jkollu fil-kontroll tiegħu skond l-iskema ta’ distribuzzjoni tiegħu
kif tkun ġiet emendata jew approvata, skond il-każ, mill-Bord.
Tħassir ta’ l-isem 
ta’ kumpannija jew 
ta’ soċjetà . 
Kap. 168. 
15. (1) Il-Kontrullur għandu wkoll, skond l-artikolu 161 ta’ l-
Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali*, jew kull disposizzjoni
ta’ kull liġi oħra li tissostitwixxi dik l-Ordinanza, jibgħat avviż ta’
dik l-approvazzjoni lir-Reġistratur sabiex huwa jirreġistrah, u malli
jsir dan, ir-Reġistratur għandu jħassar isem il-kumpannija jew
soċjetà  minn fuq ir-reġistru.
(2)  Il-Kontrullur, flimkien ma’ l-avviż imsemmi, għandu
jibgħat ukoll kull ktieb u dokument ieħor tal-kumpannija lir-
Reġistratur, li mbagħad iżommhom għal żmien għaxar snin mid-
data meta isem il-kumpannija jew soċjetà  jkun tħassar minn fuq ir-
reġistru.
Immunità  legali.
Kap. 371.
16. Ma tista’ ssir ebda azzjoni kontra l-Kontrullur, il-Bord ta’
l-Appelli jew il-Gvern għal xi ħaġa li ssir bis-saħħa ta’ dan l-Att
jew ta’ l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju w dan l-artikolu għandu
japplika mid-data tan-nomina tal-Kontrullur ukoll jekk dik id-data
tkun qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Tneħħija ta’ 
obbligazzjoni 
fiskali jew ta’ 
taxxa.
17. Il-Ministru jista’ b’ordni jneħħi kull obbligazzjoni fiskali
jew ta’ taxxa, jew parti minnha, li jkunu dovuti minn attiv
kontrollat li dwaru jkun sar ordni għal stralċ.
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
  6      KAP. 383. ħ   KUMPANNIJI KONTROLLATI (PROĊEDURA TA’ STRALĊ)
Il-Ministru jista’ 
jagħmel 
regolamenti.
Miżjud:
IX. 1997.6.
18. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li ma jkunux
inkonsistenti ma’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att sabiex ikunu jistgħu
jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
