 SELFLOKALI   ġKAP. 384.    1
 KAPITOLU 384
ATT DWAR SELF LOKALI
Biex jawtorizza li s-somma ta’ mhux iżjed minn tnejn u tletin miljun u
ħames mitt elf lira Maltija tinġabar b’self f’Malta sabiex tagħmel tajjeb
għad-deficit fil-Fond Konsolidat minħabba l-ispiża matul is-sena 1994.
(13 ta’ Ġunju, 1995)*
Sar liġi bl-ATT XVIII ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor.
Setgħa għall-ġbir 
ta’ self.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ jiġbor b’self f’Malta s-somma li ma tkunx iżjed
minn tnejn u tletin miljun u ħames mitt elf lira Maltija.
Kap. 161.
(2) Sabiex jinġabar is-self kif intqal qabel, il-Ministru
responsabbli għall-finanzi huwa b’dan awtorizzat li joħroġ stock
f’Malta skond l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli
Reġistrati); u s-self magħmul skond id-disposizzjoni-jiet ta’ dan l-
artikolu għandu jsir skond dawk it-termini u kundizzjonijiet li l-
imsemmi Ministru jista’ japprova.
Skop tas-self. 
tiġi approprjata u wżata biex tagħmel tajjeb għad-deficit fil-Fond
Konsolidat minħabba l-ispiża li saret matul is-sena 1994.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 385 tat-13 ta’ Ġunju, 1995.
