OMBUDSMAN    ġKAP. 385.    1
KAPITOLU 385
ATT DWAR L-OMBUDSMAN
Biex jipprovdi għall-ħatra ta’ Ombudsman b’setgħa li jinvestiga l-
azzjonijiet amministrattivi li jsiru mill-Gvern u minn awtoritajiet oħra jew
f’isimhom, u għal għanijiet oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dan.
(25 ta’ Lulju, 1995)
(15 ta’ Novembru, 1995)*
Sar liġi bl-ATT XXI ta’ l-1995, kif emendat bl-Att XVI ta’ l-1997.
PRELIMINARI 
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
xort’oħra - 
"azzjoni" tfisser kull azzjoni li jkollha x’taqsam ma’ xi ħaġa li
tolqot l-amministrazzjoni u tinkludi n-nuqqas li wieħed jagħmel xi
ħaġa;
"korp statutorju" tfisser kull korporazzjoni jew korp magħqud
ieħor li jkun stabbilit bil-liġi;
Kap. 363.
dwar Kunsilli Lokali;
"Ombudsman" tinkludi sal-limitu ta’ kull delega li ssir skond l-
artikolu 27 ta’ dan l-Att persuna li tiġi hekk delegata;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsira kif lilha mogħtija fl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.
ĦATRA 
Ħatra ta’ 
Ombudsman. 
3. Għandu jinħatar bħala uffiċjal tal-Parlament Kummissarju
għal Investigazzjonijiet Amministrattivi li jissejjaħ Ombudsman, li
jinħatar mill-President li jaġixxi skond riżoluzzjoni tal-Kamra tad-
Deputati li tgħaddi bis-saħħa tal-voti ta’ mhux anqas minn żewġ
terzi tal-membri kollha li hemm fil-Kamra:
Iżda meta persuna li ma tkunx membru tal-Kamra tad-
Deputati tiġi eletta bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati, dik il-
persuna ma għandhiex titqies li tkun membru tal-Kamra bil-għan li
tiġi stabbilita l-maġġoranza meħtieġa b’dan l-artikolu.
Skwalifiki u 
inkompatibilitajiet. 
4. (1) Persuna ma jkollhiex kwalifika li tinħatar fil-kariga ta’
Ombudsman jekk hija tkun membru tal-Kamra tad-Deputati,
membru ta’ kunsill lokali, jew uffiċjal pubbliku.
(2) Il-kariga ta’ Ombudsman ma tkunx kompatibbli ma’ l-
eżerċizzju ta’ xi attività professjonali, bankarja, kummerċjali jew
ta’ trade union, jew ma’ kull attività oħra li ssir għal profitt jew
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ Att kif oriġinarjament promulgat, liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji, u l-Avviżi Legali 102 u 160 ta’ l-1995.
 2      KAP. 385.ħ      OMBUDSMAN
rikompens.
(3) L-Ombudsman ma għandu jkun f’ebda qagħda li ma tkunx
kompatibbli mat-twettiq korrett tad-dmirijiet uffiċjali tiegħu jew
ma’ l-imparzjalità u l-indipendenza tiegħu jew mal-fiduċja
pubblika dwarhom. L-Ombudsman għandu jiddikjara lill-iSpeaker
tal-Kamra tad-Deputati u jikseb l-approvazzjoni tiegħu dwar kull
kariga, trust jew tesserament li l-Ombudsman iqis bħala li ma
jolqtux l-imparzjalità, jew indipendenza u fiduċja pubblika, u li
huwa jkun jixtieq li jżomm matul iż-żmien tal-kariga tiegħu.
Żmien tal-kariga. 5. (1) Kemm-il darba ma jiġix provdut mod ieħor f’dan l-Att,
Ombudsman għandu jibqa’ f’dik il-kariga għal żmien ħames snin u
jkun eliġibbli biex jerġa’ jinħatar għal perijodu wieħed konsekuttiv
ta’ ħames snin.
(2) Sakemm ma jiġix li dik il-kariga ssir vakanti qabel, persuna
li tinħatar Ombudsman għandha tibqa’ f’dik il-kariga sa meta
jinħatar is-suċċessur tagħha.
(3) Ombudsman jista’ f’kull żmien jagħti r-riżenja tiegħu mill-
kariga bil-miktub lill-President.
Tnehħija jew 
sospensjoni mill-
kariga. 
6. (1) Ombudsman jista’ f’kull żmien jitneħħa jew jiġi sospiż
mill-kariga tiegħu mill-President, meta jsirlu indirizz mill-Kamra
tad-Deputati li jsir bis-saħħa tal-voti ta’ mhux anqas minn żewġ
terzi tal-membri kollha tal-Kamra, li fih jintalab biex ineħħih mill-
kariga minħabba f’inkapaċità evidenti li jwettaq il-funzjonijiet tal-
kariga tiegħu (sew jekk dawn ikunu minħabba f’nuqqas ta’ saħħa
fiżika jew mentali) jew minħabba f’imġieba ħażina evidenti, u d-
disposizzjoni-jiet tal-proviso li hemm ma’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw ukoll għall-għan li tiġi stabbilita l-
maġġoranza meħtieġa b’dan is-subartikolu.
(2) F’kull żmien meta ma jkunx hemm sessjoni tal-Parlament,
Ombudsman ikun jista’ jiġi sospiż mill-kariga tiegħu mill-President
li jaġixxi skond id-diskrezzjoni tiegħu, dwar l-inkapaċità li jwettaq
id-dmirijiet tal-kariga tiegħu jew imġieba ħażina li dwarha tinġieb
prova li tissodisfa lill-President; iżda kull sospensjoni bħal dik ma
għandhiex tkompli sseħħ għal iktar minn xahrejn wara li tibda s-
sessjoni tal-Parlament li jkun imiss minnufih wara.
Okkupazzjoni tal-
kariga vakanti.
7. (1) Jekk Ombudsman imut, jew jirriżenja mill-kariga
tiegħu, jew jivvaka l-kariga tiegħu jew jitneħħa mill-kariga, il-post
vakanti li hekk jirriżulta għandu jiġi okkupat skond ma jingħad
f’dan l-artikolu .
(2) Jekk il-kariga vakanti ta’ Ombudsman isseħħ f’xi żmien
meta l-Parlament ikun qiegħed f’sessjoni, din għandha tiġi
okkupata bil-ħatra ta’ l-Ombudsman mill-President fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kamra tad-Deputati skond l-artikolu 3 ta’
dan l-Att:
Iżda jekk il-kariga vakanti sseħħ inqas minn xahrejn qabel
l-egħluq ta’ dik is-sessjoni u ma ssir ebda rakkomandazzjoni bħal
dik f’dik is-sessjoni, id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan
l-artikolu għandhom ikunu japplikaw bħallikieku l-kariga vakanti
OMBUDSMAN    ġKAP. 385.    3
seħħet filwaqt li l-Parlament ma kienx qiegħed f’sessjoni.
(3) Jekk dik il-kariga vakanti sseħħ f’xi żmien meta l-
Parlament ma jkunx qiegħed f’sessjoni, il-President jaħtar l-
Ombudsman sabiex jokkupa l-kariga, u min jiġi hekk maħtur
għandu, kemm-il darba l-kariga tiegħu ma ssirx vakanti qabel,
jibqa’ fil-kariga sakemm jinħatar Ombudsman skond l-artikolu 3
ta’ dan l-Att.
Ħatra temporanja 
ta’ Ombudsman. 
8. (1) Il-President jista’ -
(a) f’kull żmien li matulu l-Ombudsman ikun marid jew
assenti, jew
(b) għal kull raġuni oħra temporanja meta l-Ombudsman
iqis li jkun hekk jeħtieġ li ma jmexxix investigazzjoni
hu nnifsu minħabba f’dawk iċ-ċirkostanzi li kieku
huwa kien imħallef tal-qrati superjuri huwa kien
jastjeni,
jaħtar Ombudsman sabiex jidħol fil-kariga skond dan l-artikolu, u
dak l-Ombudsman għandu jitħallas dak is-salarju, li ma jkunx aktar
mill-ammont li jkun qed jitħallas lill-Ombudsman, skond kif il-
President jikkonsidra li jkun xieraq.
(2) Is-setgħa mogħtija bil-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu għandha biss titwettaq wara li ssir kitba li tiġi
ffirmata mill-Ombudsman fejn jingħad li, fil-fehma tiegħu, ikun
jenħtieġ sabiex ikun jista’ jsir ix-xogħol ta’ Ombudsman skond dan
l-Att li jinħatar temporanjament Ombudsman addizzjonali.
(3) Ombudsman li jinħatar bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
minħabba f’li l-Ombudsman ikun marid jew assenti għandu jibqa’
fil-kariga sa dak iż-żmien meta l-Ombudsman jerġa’ jidħol fil-
kariga tiegħu, u kull Ombudsman ieħor li jinħatar għal għan
temporanju għandu jibqa’ fil-kariga sakemm huwa jwettaq il-
funzjoni lilu mogħtija.
(4) (a) Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar taħt dan l-
artikolu jekk ma tkunx kwalifikata biex tinħatar fil-
kariga ta’ Ombudsman taħt is-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 4 ta’ dan l-Att.
(b) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3) ta’ l-
artikolu 4 ta’ dan l-Att japplikaw għal persuna maħtura
taħt dan l-artikolu:
Iżda persuna maħtura taħt dan l-artikolu tkun tista’ teżerċita
attività li ssir għal profitt jew rikompens li ma tkunx b’xi mod
inkompatibbli mad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 4 ta’ dan l-Att.
Ġurament tal-
kariga.
9. (1) Qabel ma jibda jwettaq id-dmirijiet tal-kariga tiegħu,
Ombudsman għandu jieħu ġurament li jkun ser jaqdi d-dmirijiet tal-
kariga tiegħu b’fedeltà u imparzjalità, u li huwa ma jikxifx, ħlief
skond l-artikolu 21 ta’ dan l-Att, xi tagħrif li jkun kiseb bis-saħħa
ta’ dan l-Att.
 4      KAP. 385.ħ      OMBUDSMAN
(2) Il-ġurament jingħatalu mill-iSpeaker tal-Kamra tad-
Deputati.
Riżorsi. 10. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’
kull liġi oħra li tapplika għal dan, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, l-Ombudsman jista’ jaħtar lil dawk l-uffiċjali u
impjegati li jistgħu jenħtieġu għat-twettiq tal-funzjonijiet, setgħat u
dmirijiet li jitnisslu minn dan l-Att. Din is-setgħa ta’ ħatra tinkludi
l-approvazzjoni għall-għadd ta’ persuni li jistgħu jinħatru bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu sew jekk b’mod ġeneriku jew għar-rigward ta’ xi
dmirijiet speċifiċi jew klassi ta’ dmirijiet, is-salarji u l-
kondizzjonijiet tal-ħatra tagħhom.
(2) L-Ombudsman jista’ filwaqt li jkun qiegħed jagħmel
investigazzjoni, jaħtar, f’kapaċità konsultiva, lil min irid jekk il-
perizja partikolari tiegħu tkun meħtieġa biex l-investigazzjoni tkun
tista’ ssir b’mod iktar effettiv:
Iżda meta l-konsulent meħtieġ ikun uffiċjal pubbliku, il-
Prim Ministru jista’ jaħtar, wara li ssirlu talba mill-Ombudsman, lil
dak l-uffiċjal pubbliku sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu l-
Ombudsman ikun responsabbli li japprova l-livell ta’ tagħmir
kapitali, mobbilja, materjal u attivitajiet amministrattivi meħtieġa
għat-twettiq tal-funzjonijiet, setgħat u dmirijiet li jitnisslu minn
dan l-Att.
(4) Il-finanzi meħtieġa għas-salarju u allowances  ta’ l-
Ombudsman, u għar-riżorsi deskritti fis-subartikoli (1), (2) u (3) ta’
dan l-artikolu ma għandhomx jeċċedu dak l-ammont massimu li jiġi
indikat f’Ombudsplan li jiġi approvat mill-Kamra tad-Deputati u
dan ikun nefqa li ssir mill-Fond Konsolidat mingħajr il-ħtieġa ta’
ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att:
Iżda l-Ombudsman għandu jippreżenta quddiem il-Kamra,
mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru ta’ kull sena, Ombudsplan li
jkun jindika l-attivitajiet tas-sena li ġejja.
(5) Is-salarju, allowances u spejjeż li jitħallsu lill-Ombudsman
għandhom ikunu bir-rati li jkunu daqs dawk li japplikaw fil-każ ta’
mħallef tal-qrati superjuri. Is-salarju ma għandux jitnaqqas matul
it-tkomplija tal-ħatra ta’ l-Ombudsman.
(6) L-uffiċjali u l-impjegati maħtura skond is-subartikolu (1)
għandhom qabel ma jibdew iwettqu l-kariga jew l-impieg tagħhom
jieħdu ġurament li jkunu ser iwettqu d-dmirijiet tal-kariga jew ta’ l-
impjieg tagħhom fedelment u b’imparzjalità, u li ma jikxfu, ħlief
skond ma hemm fl-artikolu 21 ta’ dan l-Att, ebda informazzjoni li
huma jkunu kisbu bis-saħħa ta’ dan l-Att. Dak il-ġurament għandu
jingħatalhom mill-Ombudsman.
Verifika. 
Emendat:
XVI. 1997.8.
Kap. 174.
11. Il-kontijiet ta’ l-uffiċċju ta’ l-Ombudsman għandhom jiġu
verifikati mill-Awditur Ġenerali u għal dan għandu japplika l-Att
dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika.
OMBUDSMAN    ġKAP. 385.    5
FUNZJONIJIET 
Kif japplika dan l-
Att.
12. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, dan
l-Att japplika għal - 
(a) il-Gvern, inkluż kull dipartiment tal-Gvern jew
awtorità oħra tal-Gvern, kull Ministru jew Segretarju
Parlamentari, kull uffiċjal pubbliku u kull membru jew
impjegat ta’ awtorità kif imsemmi qabel;
(b) kull korp statutorju, u kull soċjetà jew korp ieħor li fih
il-Gvern jew xi wieħed jew iktar minn dawk il-korpi
jew xi kombinazzjoni tagħhom ikollu kontroll ta’ l-
ishma jew li fuqhom ikollu kontroll effettiv, inkluż
kull direttur, membru, manager jew uffiċjal ieħor jew
dak il-korp jew soċjetà jew tal-korp li jkollu kontroll
tagħhom (hawn iżjed ’il quddiem kollettivament
imsejħa bħala organizzazzjoni); u
(ċ) kunsilli lokali u kull kumitat tagħhom, is-sindki,
kunsillieri u membri tal-personnel tal-kunsilli lokali
kollha.
(2) Dan l-Att japplika kif imsemmi qabel ukoll meta l-persuni
li jkun japplika għalihom ikunu aġixxew skond
rakkomandazzjonijiet li huma jkunu irċevew jew wara li jkunu
għamlu konsultazzjonijiet skond il-liġi jew wara li jkunu osservaw
ħtiġiet legali oħra.
(3) (a) Dan l-Att ma japplikax għall-persuni jew għall-korpi li
jinsabu elenkati fit-Taqsima A fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att.
(b) Dan l-Att ma japplikax għall-korpi elenkati fit-
Taqsima B fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att,
kemm-il darba ma tinġiebx prova b’sodisfazzjon ta’ l-
Ombudsman li tkun turi li kull mezz possibbli għall-
ksib ta’ rimedju jkun ġie eżawrit.
(4) (a) Il-Prim Ministru jista’ jagħmel ordni fil-Gazzetta li
biha jemenda, jibdel jew jissostitwixxi l-listi li hemm
fit-Taqsima A u fit-Taqsima B ta’ l-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att.
(b) Ebda ordni maħruġa bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu
ma għandu jkollha effett kemm-il darba ma tkunx
irċeviet minn qabel l-approvazzjoni tal-Kamra tad-
Deputati mgħarrfa b’riżoluzzjoni.
Funzjonijiet.
tkun il-funzjoni ta’ l-Ombudsman li jinvestiga kull azzjoni li ssir
minn jew f’isem il-Gvern, jew awtorità, korp jew persuna oħra li
għalihom japplika dan l-Att, li tkun azzjoni li ssir fit-twettiq tal-
funzjonijiet amministrattivi tagħhom.
(2) L-Ombudsman jista’ jmexxi kull investigazzjoni bħal dik
b’inizjattiva tiegħu jew wara li jasallu ilment bil-miktub ta’
persuna li jkollha interess fil-kwistjoni li tippretendi li tkun ġiet
leża minn xi azzjoni bħal dawk imsemmija, jew meta l-persuna leża
 6      KAP. 385.ħ      OMBUDSMAN
tkun mietet jew għal kull raġuni li tkun ma tkunx kapaċi taġixxi
f’isimha, ta’ l-eredi jew rappreżentant tagħha.
(3) Minkejja d-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, l-Ombudsman jista’, jekk iqis li jkun sew li jagħmel hekk,
jirrifjuta milli jwettaq is-setgħa tiegħu taħt dan l-artikolu f’kull każ
fejn ikun hemm jew kien hemm disponibbli għal min jagħmel l-
ilment mezzi biżżejjed ta’ rimedju taħt xi liġi oħra:
Iżda l-Ombudsman jista’ jmexxi investigazzjoni jekk ikun
sodisfatt li fiċ-ċirkostanzi partikolari ma jkunx raġonevoli li
tippretendi lil min jagħmel l-ilment li jipproċedi jew li jkun
ipproċeda b’dawk il-mezzi ta’ rimedju.
(4) Mingħajr ma jiġu limitati d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, qiegħed b’dan jiġi dikjarat li kull Kumitat tal-Kamra
tad-Deputati jista’ f’kull waqt jirreferi lill-Ombudsman petizzjoni
li tkun tinsab quddiem dak il-Kumitat għall-konsiderazzjoni tiegħu,
jew kull ħaġa li dwarha dik il-petizzjoni tkun tittratta. F’kull każ
bħal dak l-Ombudsman għandu jinvestiga, kif suġġett għal kull
direttiva speċjali tal-Kumitat, il-kwistjonijiet hekk lilu riferiti,
kemm-il darba dawn ikunu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, u
jagħmel dak ir-rapport lill-Kumitat li jqis li għandu jagħmel. Ebda
ħaġa fl-artikolu l7, jew fl-artikolu 22, jew fl-artikolu 23 ta’ dan l-
Att ma għandha tkun tapplika dwar xi investigazzjoni jew rapport li
jsir skond dan is-subartikolu.
(5) L-Ombudsman ma għandux igħaddi biex jinvestiga xi
ilment fuq xi kwistjoni li fuqha jkun hemm pendenti proċedimenti
fil-qorti jew quddiem xi tribunal ieħor, u għandu jissospendi l-
investigazzjoni jekk xi persuna li jkollha interess tagħmel talba
quddiem qorti jew tribunal ieħor dwar il-kwistjoni li tkun qed tiġi
investigata; b’dan li investigazzjoni tista’ tibqa’ għaddejja meta
jkun hemm problemi ta’ interess ġenerali fl-ilment.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 12 u mingħajr ma jiġu limitati d-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’ f’kull żmien jirreferi lill-
Ombudsman għal investigazzjoni u rapport kull kwistjoni, sakemm
din ma tkunx kwistjoni suġġetta għal proċediment ġudizzjarju, li l-
Prim Ministru jikkonsidra li għandha tiġi investigata mill-
Ombudsman. Meta bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu kwistjoni tiġi
investigata mill-Ombudsman, huwa għandu jirrapporta dwarha lill-
Prim Ministru, u jista’ wara li jagħmel hekk jagħmel dak ir-rapport
lill-Parlament dwar dik il-kwistjoni hekk kif jidhirlu li jkun xieraq.
(7) L-Ombudsman ma jistax imexxi investigazzjoni taħt dan l-
Att għar-rigward ta’ xi azzjoni jew kwistjoni bħal dawk imsemmija
fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(8) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu l-Ombudsman ma għandu
jkun suġġett għal ebda direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew
awtorità oħra.
Preskrizzjoni 
għall-ilmenti. 
14. (1) Ebda ħaġa fl-artikolu 13 ta’ dan l-Att ma għandha
tippermetti lill-Ombudsman li jinvestiga ilment fuq xi att li ġara
iktar kmieni minn sitt xhur qabel id-data meta dan l-Att jibda jseħħ.
OMBUDSMAN    ġKAP. 385.    7
(2) Ma għandhiex tittieħed konjizzjoni ta’ ilment taħt dan l-Att
kemm-il darba dan l-ilment ma jsirx mhux iktar tard minn sitt xhur
wara li min jagħmel l-ilment sar għall-ewwel jaf bil-kwistjonijiet li
jkun qed jilmenta dwarhom; iżda l-Ombudsman jista’ jmexxi
investigazzjoni fuq ilment li ma jkunx sar matul dak iż-żmien jekk
huwa jqis li jkun hemm ċirkostanzi speċjali li jkunu jiġġustifikaw li
ssir dik l-investigazzjoni.
Regoli dwar kif 
jimxi l-
Ombudsman.
15. (1) Minn żmien għal żmien il-Kamra tad-Deputati tista’
b’riżoluzzjoni tagħmel, jekk hekk ikun jidhrilha li tagħmel, regoli
ġenerali dwar kif għandu jimxi l-Ombudsman fit-twettiq ta’
dmirijietu taħt dan l-Att, u tista’ f’kull żmien bl-istess mod
tirrevoka jew tibdel kull regola li tkun għamlet.
(2) Kull regola li ssir taħt dan l-artikolu għandha tiġi stampata
u pubblikata fil-Gazzetta.
Kif isir l-ilment. 
bil-miktub jew bil-fomm. Meta ilment isir bil-fomm dan għandu
jitniżżel bil-miktub kemm jista’ jkun malajr.
Kap. 262. 
(2) Minkejja kull disposizzjoni f’xi liġi oħra, meta ittra li tkun
tidher bħala li nkitbet minn persuna li tkun qiegħda tinżamm
f’kustodja jew li tkun akkużata jew wara li tkun instabet ħatja ta’ xi
reat, jew minn pazjent f’xi sptar fil-qies tat-tifsira fl-Att dwar is-
Saħħa Mentali, tkun indirizzata lill-Ombudsman, din għandha
minnufih titwassal, mhux miftuħa, lill-Ombudsman mill-persuna li
f’dak iż-żmien ikollu responsabbiltà tal-post jew istituzzjoni fejn
il-kittieb ta’ dik l-ittra jkun qed jinżamm jew li fih ikun qiegħed
bħala pazjent. Ittra li tinkiteb mill-Ombudsman lil persuna jew
pazjent kif hawn imsemmija għandha titwassal minnufih, mhux
miftuħa, lil dik il-persuna jew dak il-pazjent minn min f’dak iż-
żmien ikun responsabbli għal dak il-post jew istituzzjoni.
Rifjut ta’ 
investigazzjoni ta’ 
ilmenti. 
17. (1) Jekk meta jsir ilment, jew filwaqt li jkun qiegħed
jinvestiga ilment, l-Ombudsman jidhirlu li, fil-qies taċ-ċirkostanzi
kollha tal-każ, kull investigazzjoni, jew investigazzjoni ulterjuri
ma tkunx meħtieġa, huwa jista’ jiċħad li jinvestiga, jew ikompli
jinvestiga dak l-ilment.
(2) Bla ma jitqiegħed ebda limitu għas-setgħat mogħtija lill-
Ombudsman b’dan l-Att, l-Ombudsman jista’ fid-diskrezzjoni
tiegħu jiddeċiedi li ma jinvestigax, jew, skond il-ħtieġa tal-każ, li
ma jkomplix jinvestiga ilment jekk fil-fehma tiegħu -
(a) is-sustanza ta’ l-ilment tkun waħda trivjali; jew
(b) l-ilment ikun wieħed frivolu jew vessatorju jew ma
jsirx in bona fide, jew
(ċ) min jagħmel l-ilment ma jkollux interess personali
suffiċjenti fis-sustanza ta’ l-ilment.
(3) F’kull każ meta l-Ombudsman jiddeċiedi li ma jinvestigax
jew li ma jkomplix jinvestiga ilment, huwa għandu jgħarraf b’dan
lil min ikun għamel l-ilment, u jagħti r-raġunijiet għal dik id-
deċiżjoni.
 8      KAP. 385.ħ      OMBUDSMAN
PROĊEDIMENTI 
Proċedimenti. 18. (1) Qabel ma l-Ombudsman jinvestiga xi ħaġa skond dan
l-Att huwa għandu jgħarraf lill-kap tad-dipartiment konċernat, jew,
skond ma jkun jeħtieġ il-każ, l-uffiċjal eżekuttiv prinċipali ta’ l-
organizzazzjoni konċernata, jew is-sindku tal-kunsill lokali
konċernat, bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel l-investigazzjoni.
(2) Kull investigazzjoni li ssir mill-Ombudsman skond dan l-
Att għandha titmexxa bil-magħluq.
(3) L-Ombudsman jista’ jisma’ jew jirċievi tagħrif minn dawk
il-persuni li jidhrulu xierqa, u jista’ jagħmel dawk l-inkjesti li
jidhrulu xierqa. Ma jkunx meħtieġ li l-Ombudsman jagħmel xi
seduta, u ebda persuna ma jkollha xi jedd li tinstema’ mill-
Ombudsman bi dritt:
Iżda jekk f’xi waqt fil-perkors ta’ investigazzjoni l-
Ombudsman jidhirlu li jista’ jkun hemm raġunijiet suffiċjenti li
fuqhom ikun jista’ jagħmel ir-rapport jew rakkomandaz-zjoni
tiegħu li jista’ jolqot ħażin lil xi dipartiment, organizzazzjoni,
kunsill lokali jew persuna, l-Ombudsman għandu jagħti lil dak id-
dipartiment, organizzazzjoni, kunsill lokali jew persuna l-
opportunità li jinstemgħu.
(4) Fil-każ ta’ investigazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ xi
dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali, l-Ombudsman
jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu f’kull waqt matul jew wara l-
investigazzjoni, jikkonsulta lil xi Ministru, kap ta’ dipartiment,
chief executive, sindku jew kull persuna oħra li tkun il-qofol ta’ l-
investigazzjoni, u l-Ombudsman għandu jikkonsulta lil xi Ministru,
kap ta’ dipartiment, chief executive, sindku jew xi persuna oħra li
hekk titlob jew li tkun saritilha rakkomandazzjoni li tkun il-qofol
ta’ l-investigazzjoni, wara li l-Ombudsman ikun għamel l-
investigazzjoni u qabel ma jkun sawwar opinjoni konklużiva fuq
kull waħda mill-kwistjonijiet imsemmija fis-subartikoli (1) u (2) ta’
l-artikolu 22 ta’ dan l-Att.
(5) Jekk l-Ombudsman, matul jew wara xi investigazzjoni, jkun
tal-fehma li jkun hemm prova sostanzjali ta’ xi ksur evidenti ta’ xi
dmir jew ta’ imġieba ħażina li titwettaq minn xi uffiċjal jew
impjegat ta’ xi dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali,
huwa għandu jirreferi l-kwistjoni lill-awtorità konċernata inklużi l-
Pulizija:
Iżda l-Ombudsman jista’ jkompli għaddej bl-
investigazzjoni tiegħu wara li jirreferi l-kwistjoni kif imsemmi
qabel.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regola magħmula bis-saħħa tiegħu, l-Ombudsman jista’ jirregola l-
proċedura tiegħu b’kull mod li huwa jqis li jkun xieraq.
Provi. 19. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’
l-artikolu 20 ta’ dan l-Att, l-Ombudsman jista’ minn żmien għal
żmien jeħtieġ lil xi persuna li fil-fehma tiegħu tkun tista’ tagħti xi
tagħrif li jkollu x’jaqsam ma’ xi kwistjoni li tkun qiegħda tiġi
investigata mill-Ombudsman li tagħtih dak it-tagħrif, u li
OMBUDSMAN    ġKAP. 385.    9
tipproduċi kull dokument jew inkartament jew oġġett li fil-fehma
ta’ l-Ombudsman ikollhom x’jaqsmu mal-kwistjoni kif imsemmija
qabel u li tista’ tkun fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ dik il-
persuna. Dan is-subartikolu għandu japplika sew jekk dik il-
persuna tkun jew ma tkunx uffiċjal, impjegat jew membru ta’ xi
dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali, u sew jekk dawk
id-dokumenti, inkartamenti jew oġġetti jkunu jew ma jkunux fil-
kustodja jew taħt il-kontroll ta’ xi dipartiment, organizzazzjoni jew
kunsill lokali.
(2) L-Ombudsman ikollu s-setgħa li jħarrek ix-xiehda u li
jagħti l-ġurament lil kull xhud u persuna involuti fl-investigazzjoni,
u jeħtieġhom li jixhdu.
(3) Kull persuna mħarrka kif imsemmi qabel li tirrifjuta jew
mingħajr kawża ġusta tonqos milli tattendi fil-ħin u fil-post
imsemmija fit-taħrika, jew tirrifjuta mingħajr kawża ġusta li
twieġeb jew li twieġeb bis-sħiħ u b’mod sodisfaċenti fil-qies ta’
kemm taf u tifhem kull mistoqsija li ssirilha mill-Ombudsman, jew
li tirrifjuta jew tonqos mingħajr kawża ġusta li tipproduċi xi
dokument li l-Ombudsman ikun ħtieġha li tipproduċi, tkun ħatja ta’
reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur,
jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-subartikolu
(2) ta’ dan l-artikolu, ebda persuna li tkun qiegħda tixhed quddiem
l-Ombudsman ma tista’ tinġiegħel twieġeb għal xi domanda li
għandha mnejn tesponiha għal xi prosekuzzjoni kriminali, u kull
tali persuna għandu jkollha jedd, għar-rigward ta’ kull xhieda
minnha mogħtija quddiem l-Ombudsman, għall-istess privileġġi li
jkollu jedd għalihom xhud li jkun qed jixhed quddiem qorti tal-
ġustizzja.
Eżenzjonijiet minn 
kxif.
20. (1) Meta l-Prim Ministru jiċċertifika li l-għoti ta’ xi
tagħrif jew it-tweġib ta’ xi mistoqsija jew il-produzzjoni ta’ xi
oġġett, inkartament jew dokument ieħor -
(a) ikun jolqot is-sigurtà jew id-difiża ta’ Malta jew ir-
relazzjonijiet jew arranġamenti bejn il-Gvern ta’ Malta
u xi Gvern ieħor jew xi organizzazzjoni
internazzjonali ta’ Stati jew Gvernijiet; jew
(b) ikun x’aktarx jagħmel ħsara serja lill-ekonomija
nazzjonali; jew 
(ċ) ikun jinvolvi l-kxif tad-diskussjonijiet jew proċedi-
menti tal-Kabinett jew ta’ xi kumitat tal-Parlament jew
tal-Kabinett; jew
(d) ikun jippreġudika l-investigazzjoni jew is-sejbien ta’
reati,
l-Ombudsman ma għandux jenħtieġ li t-tagħrif jew ir-risposta
jkollhom jingħataw jew, skond il-każ, li l-oġġett, inkartament jew
dokument ieħor jiġu prodotti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu, kull liġi li tawtorizza jew teħtieġ it-tiżmim ta’ xi
 10      KAP. 385.ħ      OMBUDSMAN
dokument, oġġett jew inkartament, jew ir-rifjut li tintwieġeb xi
mistoqsija, għar-raġuni li l-kxif tad-dokument, oġġett jew
inkartament jew it-tweġib tal-mistoqsija jkun ta’ ħsara għall-
interess pubbliku, ma għandhiex tapplika għar-rigward ta’ xi
investigazzjoni magħmula mill-Ombudsman jew proċedimenti li
jsiru quddiemu.
It-tagħrif ikun 
sigriet.
21. (1) Kull tagħrif li jinkiseb mill-Ombudsman u minn kull
persuna li jkollha xi kariga, ħatra jew posizzjoni li jkunu jaqgħu
taħt l-Ombudsman, filwaqt li tkun qiegħda ssir investigazzjoni bis-
saħħa ta’ dan l-Att jew għall-għan tagħha, ma għandux jinkixef
ħlief għall-għanijiet ta’ l-investigazzjoni u ta’ kull rapport li jkollu
jsir fuq dik l-investigazzjoni bis-saħħa ta’ dan l-Att, jew bil-għan
ta’ xi proċedimenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi reat li jsir taħt dan
l-Att, u l-Ombudsman u l-membri ta’ l-uffiċċju tiegħu ma
għandhomx jiġu mħarrka sabiex jixhdu f’xi proċedimenti, ħlief
dawk imsemmija qabel, dwar kull ħaġa li jsiru jafu biha matul l-
investigazzjoni li tkun qiegħda ssir bis-saħħa ta’ dan l-Att.
Kap. 9. (2) L-artikolu 133 tal-Kodiċi Kriminali għandu japplika għall-
Ombudsman u l-membri ta’ l-uffiċċju tiegħu u dwarhom l-istess
bħalma japplika għal jew dwar uffiċjal jew impjegat pubbliku kif
hemm imsemmi fl-artikolu 133 tal-Kodiċi Kriminali.
PROĊEDURA WARA L-INVESTIGAZZJONI
Proċedura wara l-
investigazzjoni.
22. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
japplikaw f’kull każ meta, wara li ssir investigazzjoni bis-saħħa ta’
dan l-Att, l-Ombudsman ikun tal-fehma li d-deċiżjoni,
rakkomandazzjoni, att jew ommissjoni li kienu l-qofol ta’ l-
investigazzjoni - 
(a) jidhru li jkunu saru kontra dak li trid il-liġi; jew
(b) ikunu irraġonevoli, inġusti, oppressivi jew
improprjament diskriminatorji, jew ikunu skond liġi,
jew xi prattika li tkun jew tista’ tkun irraġonevoli,
inġusta, oppressiva jew improprjament
diskriminatorja; jew
(ċ) ikunu msejsa għal kollox jew f’parti minnhom fuq
żball tal-liġi jew ta’ xi fatt; jew
(d) ikunu ħżiena.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
wkoll japplikaw f’kull każ meta l-Ombudsman ikun tal-fehma li fit-
teħid tad-deċiżjoni jew fl-egħmil tar-rakkomandazzjoni, jew fl-
egħmil jew ommissjoni ta’ l-att, tkun twettqet xi setgħa
diskrezzjonali għal xi għan mhux tajjeb jew għal raġunijiet mhux
relevanti jew għaliex ikunu tqiesu affarijiet li ma jkunux relevanti,
jew li, fil-każ ta’ deċiżjoni magħmula fit-twettiq ta’ xi setgħa
diskrezzjonali, kellhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjoni.
(3) Jekk f’xi każ li dan l-artikolu jgħodd għalih l-Ombudsman
ikun tal-fehma - 
OMBUDSMAN    ġKAP. 385.    11
(a) li l-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-awtorità propizja
sabiex tiġi aktar kunsidrata; jew
(b) li l-ommissjoni għandha tiġi rettifikata; jew
(ċ) li d-deċiżjoni għandha titħassar jew tinbidel; jew
(d) li xi prattika li fuqha jkunu ġew ibbażati d-deċiżjoni,
rakkomandazzjoni, att jew ommissjoni għandha
tinbidel; jew 
(e)li xi liġi li fuqha ssejsu d-deċiżjoni, ir-rakkomandaz-
zjoni, l-att, jew l-omissjoni għandha tiġi kkunsidrata
mill-ġdid; jew
(f) li għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjoni; jew 
(g) li għandhom jittieħdu xi passi oħra, 
l-Ombudsman għandu jirrapporta l-fehma tiegħu, u r-raġunijiet
tiegħu għaliha, lid-dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali
li jkunu, u jista’ jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jidhrulu
xierqa. F’kull każ bħal dak huwa jista’ jitlob lid-dipartiment,
organizzazzjoni jew kunsill lokali li javżawh, fi żmien li jiġi
stabbilit, dwar il-passi (jekk ikun il-każ) li jkunu qegħdin
jipproponu li jieħdu sabiex jagħtu seħħ lir-rakkomandazzjonijiet
tiegħu. L-Ombudsman għandu wkoll, fil-każ ta’ investigazzjoni,
jibgħat kopja tar-rapport jew rakkomandazzjoni tiegħu lill-Ministru
konċernat u lis-sindku fil-każ ta’ xi kunsill lokali.
(4) Jekk fi żmien raġonevoli wara li jsir ir-rapport ma tittieħed
ebda azzjoni li l-Ombudsman ikun tal-fehma li tkun waħda
adegwata u xierqa, l-Ombudsman jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
wara lijikkonsidra l-kummenti (jekk ikun hemm) magħmulin minn
jew f’isem xi dipartiment, organizzazzjoni jew kunsill lokali
involuti, jibgħat kopja tar-rapport u tar-rakkomandazzjonijiet lill-
Prim Ministru, u jista’ wara dan jagħmel dak ir-rapport lill-Kamra
tad-Deputati li jidhirlu li jkun xieraq.
(5) L-Ombudsman għandu jehmeż ma’ kull rapport li
jintbagħat bis-saħħa tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu kopja ta’
kull kumment li jsir minn jew f’isem id-dipartiment,
organizzazzjoni jew kunsill lokali involuti.
(6) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu, l-Ombudsman
ma għandux jagħmel, f’xi rapport li jsir bis-saħħa ta’ dan l-Att, xi
kumment li jolqot lil xi persuna kemm-il darba dik il-persuna ma
tkunx ingħatat l-opportunità li tagħti l-verżjoni tagħha.
Tagħrif lil min 
jagħmel l-ilment. 
23. (1) Meta, f’xi investigazzjoni li ssir wara ilment, l-
Ombudsman jagħmel rakkomandazzjoni skond is-subartikolu (3)
ta’ l-artikolu 22 ta’ dan l-Att, u ma tittieħed dwarha fi żmien
raġonevoli ebda azzjoni li l-Ombudsman ikun tal-fehma li tkun
adegwata u xierqa, l-Ombudsman għandu jgħarraf lil min jagħmel
l-ilment bir-rakkomandazzjoni tiegħu, u jista’ jagħmel dawk il-
kummenti fuq il-kwistjoni li jqis li għandu jagħmel.
(2) L-Ombudsman għandu f’kull każ igħarraf lil min jagħmel l-
ilment, b’dak il-mod u f’dak iż-żmien li huwa jqis li jkun xieraq,
bir-riżultat ta’ l-investigazzjoni.
 12      KAP. 385.ħ      OMBUDSMAN
Il-proċedimenti ma 
jistgħux jiġu 
riveduti.
24. Ħlief għar-raġuni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, ebda
proċediment jew deċiżjoni ta’ l-Ombudsman ma jistgħu jiġu
kontestati f’xi qorti. 
Proċedimenti 
privileġġati.
25. (1) Ma jistgħu jittieħdu ebda proċedimenti, ċivili jew
kriminali, kontra l-Ombudsman jew kontra xi membru ta’ l-uffiċċju
tiegħu għal dak li jista’ jagħmel jew jirrapporta jew igħid matul it-
twettiq jew it-twettiq maħsub tal-funzjonijiet tiegħu bis-saħħa ta’
dan l-Att kemm-il darba ma jiġix ippruvat li jkun aġixxa in mala
fede.
(2) Kemm l-Ombudsman kif ukoll dawk il-persuni msemmija
qabel ma għandhomx jitħarrku sabiex jixhdu quddiem xi qorti, jew
matul xi proċedimenti ta’ xorta ġudizzjarja, dwar xi ħaġa li huma
jsiru jafu biha fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bis-saħħa ta’ dan
l-Att.
(3) Kull ħaġa li tingħad jew kull tagħrif li jingħata jew kull
dokument, inkartament jew oġġett prodott minn persuna matul
inkjesta ta’ l-Ombudsman jew proċedimenti quddiemu bis-saħħa ta’
dan l-Att għandhom ikunu privileġġati bl-istess mod bħallikieku l-
inkjesta jew il-proċedimenti kienu proċedimenti quddiem il-qorti.
MIXXELLANJI 
Setgħa ta’ dħul 
ġewwa fondi. 
26. (1) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, iżda bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-Ombudsman jista’ f’kull ħin
jidħol ġewwa fond li jintuża minn xi dipartiment jew
organizzazzjoni li dan l-Att japplika għalih kif speċifikat fl-artikolu
12, u jispezzjona dak il-fond u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
l-artikoli 19 u 20 ta’ dan l-Att, hemm ġew jagħmel kull
investigazzjoni li għandu setgħa li jagħmel.
(2) Qabel ma jidħol ġewwa fond bħal dak l-Ombudsman
għandu javża lill-Prinċipal Permanenti tad-Dipartiment jew, skond
il-ħtieġa tal-każ, lill-uffiċjal amministrattiv prinċipali ta’ dik l-
organizzazzjoni li tkun qiegħda tuża dak il-fond.
Delega ta’ 
funzjonijiet. 
27. (1) L-Ombudsman jista’ jiddelega bil-miktub lil persuna li
jkollha xi kariga taħtu kull setgħa li huwa għandu bis-saħħa ta’ dan
l-Att, ħlief din is-setgħa ta’ delega.
(2) Delega ta’ funzjonijiet bis-saħħa ta’ dan l-Att għandha tkun
mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet mill-
Ombudsman, u dik id-delega tista’ tiġi revokata mill-Ombudsman
meta jrid hu.
Użu ta’ l-isem 
"Ombudsman". 
28. (1) Ħadd ħlief l-Ombudsman maħtur bis-saħħa ta’ dan l-
Att ma jista’ juża l-isem "Ombudsman" f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ xi negozju, sengħa jew kariga, jew fl-għoti ta’ xi servizz, sew
bi ħlas jew mod ieħor, jew jippreżenta ruħu bħala Ombudsman ħlief
bil-kunsens bil-miktub ta’ l-Ombudsman maħtur bis-saħħa ta’ dan
l-Att.
(2) Min jikser is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’
reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux aktar minn mitt lira.
OMBUDSMAN    ġKAP. 385.    13
Rapporti.
jew b’dik il-frekwenza li huwa jista’ jqis spedjenti, lill-Kamra tad-
Deputati dwar it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bis-saħħa ta’ dan l-
Att lill-iSpeaker li għandu javża lill-Kap tal-Kamra sabiex iqiegħed
kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ l-ewwel opportunità
li jkollu.
(2) L-Ombudsman jista’ minn żmien għal żmien fl-interess
pubbliku, jew fl-interess ta’ kull persuna, jew dipartiment, jew
organizzazzjoni, jippubblika rapporti li b’mod ġeneriku jkollhom
x’jaqsmu mat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, jew
rapporti li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi każ jew każijiet partikolari
investigati. Dawk ir-rapporti jistgħu jiġu pubblikati sew jekk il-
kwistjonijiet trattati fir-rapport ikunu l-qofol ta’ rapport lill-Kamra
tad-Deputati skond dan l-Att sew jekk ma jkunux.
Emendata:
XVI. 1997.10.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 12)
TAQSIMA A 
Il-President
Il-Kamra tad-Deputati
Il-Kabinett
Il-Ġudizzjarju 
Kull Tribunal imwaqqaf b’xi liġi jew bis-saħħa tagħha 
Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja 
Il-Kummissjoni Elettorali
L-Awtorità dwar ix-Xandir ta’ Malta
Il-Kummissjoni dwar l-Impiegi
Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni 
Il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji
L-Avukat Ġenerali fit-twettiq tas-setgħat imsemmija fis-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 91 tal-Kostituzzjoni
Kull Avukat jew Konsulent Legali tal-Gvern li jaġixxi f’dik il-
kariga
L-Awditur Ġenerali dwar il-funzjonijiet li joħorġu mis-
subartikoli (5) u (8) ta’ l-artikolu 108 tal-Kostituzzjoni
Il-Forzi Armati ta’ Malta ħlief skond dak li hemm provdut fit-
Taqsima B ta’ din l-Iskeda
Is-Servizz ta’ Sigurtà.
 14      KAP. 385.ħ      OMBUDSMAN
TAQSIMA B
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Il-Forzi Armati ta’ Malta għar-rigward biss ta’ ħatriet,
promozzjonijiet, salarji u drittijiet ta’ pensjoni ta’ l-uffiċjali u
suldati f’dik il-Forza Armata.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 13)
Kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu investigati.
1. Kull kwistjoni li tista’ tiġi ċertifikata mill-Prim Ministru
bħala li tolqot is-sigurtà interna jew esterna ta’ Malta.
2. Azzjoni li tittieħed fi kwistjonijiet ċertifikati mill-Ministru
responsabbli għall-affarijiet barranin bħala li jolqtu r-relazzjonijiet
jew arranġamenti bejn il-Gvern ta’ Malta u Gvern ieħor jew xi
organizzazzjoni internazzjonali ta’ Stati jew Gvernijiet.
Kap. 276. 
3. Azzjoni li tittieħed mill-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja bis-saħħa ta’ l-Att dwar l-Estradizzjoni. 
Kap. 220.
4. L-istituzzjoni jew it-tmexxija ta’ proċedimenti ċivili jew
kriminali quddiem qorti tal-ġustizzja jew xi tribunal f’Malta, jew
ta’ proċedimenti dwar reati militari li jsiru bis-saħħa ta’ l-Att dwar
il-Forzi Armati ta’ Malta, jew ta’ proċedimenti quddiem xi qorti
jew tribunal internazzjonali. 
Kap. 9.
5. It-twettiq tas-setgħa li għandu l-Prim Ministru bis-saħħa
ta’ l-artikolu 515 tal-Kodiċi Kriminali.
6. Kull investigazzjoni kriminali magħmula mill-Pulizija.
