KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      1
KAPITOLU 386
ATT DWAR IL-KUMPANNIJI
Biex jirregola kumpanniji b’responsabbiltà  limitata u soċjetajiet kummerċjali oħra minflok
l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali.
1 ta’ Jannar, 1996
L-ATT XXV ta’ l-1995, kif emendat bl-Atti: XXIV ta’ l-1995, XI u XXX ta’ l-1997, XVII ta’ l-
1998, XXII ta’ l-2000, XVII ta’ l-2002, u IV u IX ta’ l-2003.
ARRANĠAMENT TA’ L-ATT
Artikoli
Titolu fil-qosor 1
TAQSIMA I. Disposizzjonijiet Preliminari  2-3
TAQSIMA II. Disposizzjonijiet Ġenerali 4-6
TAQSIMA III. Soċjetà  f’isem Kollettiv  7-50
TAQSIMA IV.  Soċjetà  In Akkomandita  51-66
TAQSIMA V.  Kumpannija ta’ Responsabbiltà  Limitata 67-326
Titolu I.  Formazzjoni u Funzjoni ta’ Kumpanniji  67-213
Kapitolu I.  Formazzjoni ta’ kumpannija u ħwejjeġ inċidentali għaliha 67-82
Kapitolu II.  Tibdil fil-kapital azzjonarju ta’ kumpannija  83-88
Kapitolu III. Ħruġ ta’ kapital minn kumpanniji pubbliċi 89-96
Kapitolu IV. Għoti ta’ azzjonijiet u obbligazzjonijiet ta’ kumpanniji  97-103
Kapitolu V. Tiżmim ta’ kapital azzjonarju u tħaris tal-jeddijiet 
ta’ klassi  104-116
Kapitolu VI.  Disposizzjonijiet mixxellanji dwar azzjonijiet 
u obbligazzjonijiet  117-127
Kapitolu VII.  Laqgħat u Riżoluzzjonijiet  128-135
Kapitolu VIII.  Tmexxija u Amministrazzjoni 136-150
Kapitolu IX.  Awdituri  151-162
Kapitolu X.  Kontijiet, Verifika u Prospett Annwali  163-191
Kapitolu XI.  Tqassim ta’ qligħ u attiv  192-208
Kapitolu XII.  Kumpannija Privata 209-213
Titolu II. Xoljiment u Stralċ Konsegwenzjali ta’ Kumpanniji  214-326
Sub-Titolu I.  Stralċ mill-qorti  218-264
Kapitolu I. Disposizzjonijiet Ġenerali  218-224
Kapitolu II.  Riċevitur uffiċjali  225-227
Kapitolu III.  Stralċjarji fi stralċ mill-qorti  228-244
Kapitolu IV.  Kumitati ta’ stralċ meta jsir stralċ mill-qorti  245-247
Artikoli
Kapitolu V.  Setgħat ġenerali ta’ stralċ mill-qorti fi stralċ mill-qorti  248-264
  2      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Sub-Titolu II. Stralċ Volontarju  265-294
Kapitolu I. Disposizzjonijiet Ġenerali 265-268
Kapitolu II.  Disposizzjonijiet applikabbli għal stralċ volontarju 
tal-membri  269-276
Kapitolu III.  Disposizzjonijiet applikabbli għal stralċ volontarju 
tal-kredituri  277-285
Kapitolu IV. Disposizzjonijiet applikabbli għal kull stralċ volontarju  286-294
Sub-Titolu III.  Disposizzjonijiet Applikabbli għal Kull Xorta ta’ Stralċ 295-326
Kapitolu I.  Effett ta’ ħatra ta’ stralċjarju u sejħa ta’ laqgħat  295-300
Kapitolu II.  Prova u preċedenza ta’ talbiet  301-302
Kapitolu III.  Effetti ta’ stralċ fuq transazzjonijiet li  jkunu saru qabel  303-304
Kapitolu IV.  Kwalifika ta’ stralċjarji u projbizzjoni ta’ ċerti 
trasferimenti minn stralċjarji 305-306
Kapitolu V.  Reati qabel xoljiment jew waqt l-istralċ  307-321
Kapitolu VI. Disposizzjonijiet Supplimentari  322-326
TAQSIMA VI.  Rikostruzzjonijiet ta’ Kumpanniji  327-329
TAQSIMA VII.  Tibdil ta’ Soċjetajiet Kummerċjali  330-335
TAQSIMA VIII.  Amalgamazzjoni ta’ Soċjetajiet Kummerċjali 336-359
Titolu I.  Amalgamazzjoni ta’ Soċjetajiet f’isem Kollettiv u 
In Akkomandita 336-342
Titolu II.  Amalgamazzjoni ta’ Kumpanniji 343-359
Kapitolu I.  Għaqda b’akkwist  344-356
Kapitolu II. Għaqda b’formazzjoni ta’ kumpannija ġdida 357
Kapitolu III. Akkwist ta’ kumpannija minn oħra li żżomm disgħin 
fil-mija jew iżjed mill-azzjonijiet tagħha 358-359
TAQSIMA IX.  Qsim ta’ Kumpanmji 360-375
Kapitolu I.  Qsim b’akkwist 361-373
Kapitolu II. Qsim bil-formazzjoni ta’ kumpanniji ġodda 374
Kapitolu III.  Qsim taħt is-sorveljanza tal-qorti 375
TAQSIMA X.  Assoċjazzjoni In Parteċipazzjoni  376-383
TAQSIMA XI.  Korpijiet Ġuridiċi Kostitwiti barra minn Malta 384-399
Kapitolu I. Disposizzjonijiet dwar it-twaqqif ta’ post tan-negozju
f’Malta  384-389
Kapitolu II. Ħruġ minn kumpanniji kostitwiti jew inkorporati 
jew li se  jkunu kostitwiti jew inkorporati barra 
minn Malta  390-398
Kapitolu III.  Disposizzjonijiet dwar stralċ ta’ l-affarijiet f’Malta 
ta’ kumpannija barranija  399
TAQSIMA XII.  Ġenerali  400-427
TAQSIMA XIII.  Disposizzjonijiet Transitorji u Finali  428-431
SKEDI
L-Ewwel Skeda  Regolamenti li fuqhom timxi kumpannija ta’ responsabbiltà  limitata
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      3
It-Tieni Skeda  Ħwejjeġ li għandhom ikunu speċifikati fi prospett u rapporti li
għandhom jitniżżlu fih
It-Tielet Skeda  Forma u kontenut ta’ kontijiet individwali 
Ir-Raba’ Skeda  Forma u kontenut ta’ kontijiet konsolidati
Il-Ħames Skeda  Kontijiet individwali u rapport tad-diretturi ta’ kumpannija ta’
investiment b’kapital azzjonarju varjabbli
Is-Sitt Skeda  Kontenut tar-rapport tad-diretturi 
Is-Seba’ Skeda  Kontenut u formula ta’ prospett annwali
It-Tmien Skeda  Regoli ta’ konverżjoni li japplikaw meta  jkun hemm bdil fil-munita li
fiha l-kapital azzjonarju ta’ kumpannija  jkun espress u l-munita
korrispondenti li biha jsiru l-kontijiet
Id-Disa’ Skeda  Tifsir ta’ espressjonijiet użati fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 2 ta’ l-
Att u disposizzjonijiet supplimentari għalih
L-Għaxar Skeda  Penalitajiet
Il-Ħdax-il Skeda  Tabella ta’ Konkordanza
  4      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Kumpanniji.
TAQSIMA I - DISPOSIZZJONIJIET PRELIMINARI
Tifsir.
Emendat:
XXIV. 1995.362;
IV. 2003.26.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, il-kliem li ġejjin għandhom it-tifsir hawnhekk
mogħti lilhom -
"avviż" tfisser avviż bil-miktub ta’ kull xorta;
Kap. 281.
"awditur" tfisser persuna li hi individwu li jkollha l-warrant biex
taġixxi bħala awditur maħruġ taħt l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-
Accountancy jew soċjetà  ta’ awdituri reġistrata kif imiss taħt l-
istess Att;
"azzjoni" tinkludi stock ħlief meta  jkun hemm distinzjoni
espressa jew mifhuma bejn stock u azzjonijiet;
"azzjonista" tfisser persuna reġistrata fir-reġistru ta’ kumpannija
skond l-artikolu 123 jew id-detentur bona fide ta’ warrant ta’
azzjoni msemmi fl-artikolu 121 ta’ dan l-Att;
Kap. 345. "borża rikonoxxuta" tfisser borża rikonoxxuta taħt l-Att dwar is-
Swieq Finanzjarji;
"ċertifikat ta’ reġistrazzjoni" meta wżata dwar kumpannija tfisser
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ taħt dan l-Att jew taħt l-
Ordinanza u l-kliem "reġistrazzjoni", "reġistrat" u derivattivi
tagħhom għandhom jiftiehmu f’dan is-sens;
"data stabbilita" tfisser id-data stabbilita mill-Ministru għad-dħul
fis-seħħ ta’ dan l-Att;
"direttur" tinkludi kull persuna li jkollha l-kariga ta’ direttur ta’
kumpannija, ikun x’ikun l-isem tagħha, li sostanzjalment taqdi l-
istess funzjonijiet dwar it-tmexxija tal-kumpannija, bħal direttur;
"euro" tirreferi għall-unità  tal-munita ta’ stati li jipparteċipaw fl-
Unjoni Monetarja Ewropea;
"espert" tfisser awditur sew  jekk assistit minn stimatur
speċjalizzat sew  jekk le;
Kap. 345.
''exchange ta’ investiment rikonoxxut'' tfisser exchange ta’
investiment rikonoxxut skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
Swieq Finanzjarji;
"impriża" tfisser korp ġuridiku jew mhux inkorporat li jmexxi
kummerċ jew negozju;
"interess parteċipanti" tfisser jeddijiet fil-kapital ta’ impriżi oħra,
sew  jekk rappreżentati b’ċertifikati u sew  jekk le, li, bil-ħolqien
ta’ rabta fit-tul ma’ dawk l-impriżi, ikunu maħsuba biex
jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’ dawk l-impriżi. It-tiżmim ta’
għoxrin fil-mija tal-kapital ta’ mpriża oħra jitqies li jikkostitwixxi
interess parteċipanti kemm-il darba ma jintwerix il-kuntrarju.
Interess f’azzjonijiet jinkludi interess li jista’ jinqaleb għal interess
f’azzjonijiet u għażla li  jkun akkwistat interess f’azzjonijiet.
Interessi f’azzjonijiet miżmuma minn impriżi sussidjarji jew minn
terzi persuni f’isem il-kumpannija jew l-impriżi sussidjarji tagħha
jitqiesu li huma miżmuma mill-kumpannija;
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      5
"isem" dwar individwu tfisser l-isem jew l-ismijiet u l-kunjom
ta’ l-individwu;
"kontijiet annwali" tfisser kontijiet individwali meħtieġa bl-
artikolu 167 ta’ dan l-Att u, meta applikabbli, ukoll il-kontijiet
konsolidati meħtieġa bl-artikolu 170 ta’ dan l-Att;
"kontijiet individwali" tfisser il-kontijiet meħtieġa bl-artikolu
167 ta’ dan l-Att;
"kontributorju" għandu jkollha, kemm-il darba ma jingħadx mod
ieħor, it-tifsir kif mogħti lilha bl-artikoli 215 sa 217 ta’ dan l-Att;
"kontijiet konsolidati" tfisser il-kontijiet meħtieġa bl-artikolu
170 ta’ dan l-Att;
"korp ġuridiku" tfisser kull entità  li għandha personalità  legali
distinta minn dik tal-membri tagħha, u tinkludi korporazzjoni
barranija;
"kumpannija" tfisser kumpannija ffurmata u reġistrata taħt it-
Taqsima V ta’ dan l-Att jew taħt l-Ordinanza;
"kumpannija barranija" tfisser korp iffurmat u reġistrat jew
inkorporat barra minn Malta;
"kumpannija eżentata" tfisser kumpannija li tissodisfa l-
kondizzjonijiet stabbiliti bis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 211 ta’
dan l-Att;
"kumpannija minn grupp" fir-rigward ta’ kull kumpannija tfisser
kull korp ġuridiku li  jkun is-sussidjarju jew parent ta’ dik il-
kumpannija, jew sussidjarju tal-kumpannija parent ta’ dik il-
kumpannija, u l-kelma "grupp" għandha tiftiehem skond hekk;
"kumpannija holding finanzjarja" tfisser kunipannija li l-għan
waħdieni tagħha huwa li takkwista holdings f’impriżi oħra, u li
tamministra dawk il-holdings u taqlibhom fi qligħ mingħajr ma
tinvolvi ruħha direttament jew indirettament fl-amministrazzjoni
ta’ dawk l-impriżi, u dan mingħajr preġudizzju għall-jeddijiet bħala
azzjonista;
"kumpannija ta’ investiment b’kapital fiss" tfisser kumpannija
pubblika li taqa’ taħt l-artikolu 194 ta’ dan l-Att;
"kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli" tfisser
kumpannija li taqa’ taħt l-artikolu 84 ta’ dan l-Att;
"kumpannija privata" tfisser kumpannija privata kif imfisser bl-
artikolu 209 ta’ dan l-Att;
"kumpannija pubblika" tfisser kumpannija li ma tkunx
kumpannija privata;
"liri" tfisser liri Maltin;
"membru", ħlief fejn speċifikament imfisser xort’oħra, tfisser
azzjonista ta’ kumpannija u soċju f’kull soċjetà  kummerċjali oħra;
"Ministru" tfisser, sakemm ma jingħadx mod ieħor, il-Ministru
responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ soċjetajiet kummerċjali;
"obbligazzjoni" tfisser stock ta’ obbligazzjonijiet, bonds u
sigurtajiet oħra ta’ kumpannija;
  6      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Kap. 168. "l-Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar Soċjetajiet
Kummerċjali*;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula jew li huma
meqjusa li saru taħt dan l-Att, u meta ma  jkun hemm ebda
regolament dwar ħaġa li tista’ jew li għandha tiġi preskritta, tfisser
deċiża, approvata jew permessa mill-Ministru;
"prospett" tfisser kull prospett, avviż, ċirkolari, reklam jew
stedina oħra, li toffri lill-pubbliku s-sottoskrizzjoni ta’ xi
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija jew soċjetà
kummerċjali oħra;
"qorti" tfisser il-Qorti Ċivili, Prim’Awla;
"rapport tad-diretturi" dwar kumpannija, tfisser ir-rapport tad-
diretturi meħtieġ bl-artikolu 177 ta’ dan l-Att;
"Reġistratur" tfisser persuna maħtura mill-Ministru skond l-
artikolu 400 ta’ dan l-Att;
"residenti", għall-finijiet ta’ dan l-Att, tfisser - 
(a) persuna naturali li tkun xi tkun in-nazzjonalità  tagħha
tkun ordinarjament residenti f’Malta;
(b) kull korp ġuridiku inkorporat taħt xi liġi f’Malta; 
"riżoluzzjoni ordinarja" għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 135 ta’ dan l-Att;
"riżoluzzjoni straordinarja" għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 135 ta’ dan l-Att;
"segretarju ta’ kumpannija" tfisser persuna li tkun individwu li
jkollha l-kariga ta’ segretarju ta’ kumpannija skond l-artikolu 138
ta’ dan l-Att;
"sigurtà " tinkludi azzjoni, obbligazzjoni jew kull strument simili
maħruġ minn kumpannija jew minn soċjetà  kummerċjali oħra;
"soċjetà  kummerċjali" tfisser kumpannija jew soċjetà
kummerċjali oħra iffurmata u reġistrata taħt dan l-Att jew iffurmata
u reġistrata taħt l-Ordinanza, meta applikabbli;
"stat sewwa u xieraq" tirreferi -
(a) fil-każ ta’ kontijiet individwali, għall-ħtieġa ta’ l-
artikolu 167 ta’ dan l-Att, u
(b) fil-każ ta’ kontijiet konsolidati, għall-ħtieġa ta’ l-
artikolu 171 ta’ dan l-Att;
"uffiċjal" dwar kumpannija, tinkludi direttur, manager jew
segretarju tal-kumpannija, iżda ma tinkludix awditur;
"uffiċċju prinċipali" dwar impriża li m’għandhiex uffiċċju
reġistrat, tfisser l-uffiċċju li għall-finijiet ta’ dik l-impriża jaqdi l-
istess skop jew skop simili bħal uffiċċju reġistrat ta’ soċjetà
kummerċjali taħt dan l-Att.
(2) (a) Għall-finijiet ta’ dan l-Att "kumpannija parent" hija
*Imħassra b’dan l-Att.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      7
kumpannija li - 
(i) ikollha l-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot ta’ l-
azzjonisti jew tal-membri tagħha f’impriża oħra
(impriża sussidjarja); jew
(ii) ikollha l-jedd li taħtar jew tneħħi maġġoranza
tal-membri tal-bord tad-diretturi jew persuni
fdati bl-amministrazzjoni ta’ mpriża oħra
(impriża sussidjarja) u fl-istess ħin tkun
azzjonista jew membru f’dik l-impriża; jew
(iii) ikollha l-jedd li teżerċita influwenza dominanti
fuq impriża (impriża sussidjara) li tagħha tkun
membru, skond kuntratt li  jkun sar ma’ dik l-
impriża jew skond disposizzjoni fil-
memorandum jew fl-artikoli ta’ dik l-
assoċjazzjoni; jew
(iv) tkun membru f’impriża u waħedha tikkontrolla,
skond ftehim li  jkun sar ma’ membri oħra ta’
dik l-impriża (impriża sussidjarja), maġġoranza
tal-jeddijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew membri
ta’ dik l-impriża; jew
(v) ikollha nteress parteċipanti f’impriża oħra u fil-
fatt teżerċita influwenza dominanti fuq dik l-
impriża (impriża sussidjarja) jew li tmexxi l-
impriża sussidjarja fuq bażi unifikata flimkien
magħha;
u "impriża parent" għandha tiftiehem f’dan is-sens.
(b) Għall-finijiet tat-tifsira fil-paragrafu (a) ta’ dan is-
subartikolu, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet
tad-Disa’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(ċ) L-espressjoni "impriżi sussidjarji" għandha tinftiehem
skond il-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu, u
għandha tinkludi impriża sussidjarja jew impriżi ta’
impriża sussidjarja.
(d) Riferenzi għal azzjonijiet ta’ impriżi f’dan l-Att
għandhom jinkludu riferenzi għal interessi benefiċjarji
f’impriżi fejn il-kapital ta’ dawk l-impriżi ma  jkunx
maqsum f’azzjonijiet; u riferenzi għal "azzjonijiet
rilevanti", "il-ħruġ ta’ azzjonijiet b’ekwità ", "il-kapital
azzjonarju maħruġ" u "il-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet b’ekwità " għandhom jiftiehmu f’dan is-
sens.
(e) Frażijiet oħra xierqa għal kumpanniji għandhom
jiftiehmu, dwar impriża li ma tkunx kumpannija, bħala
riferenzi għal persuni, uffiċjali, dokumenti jew organi
korrispondenti, skond il-każ, li  jkunu xierqa għal
impriżi ta’ dik id-deskrizzjoni.
(3) (a) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, dawn li ġejjin
jikkostitwixxu offerti magħmula lill-pubbliku:
(i) offerta magħmula lill-pubbliku b’mod ġenerali;
  8      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(ii) offerta magħmula lil persuni li jirċievu l-offerta
li l-għadd tagħhom ikun iktar minn ħamsin, bla
ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (b).
(b) Dawn li ġejjin ma jikkostitwux offerta lill-pubbliku
minkejja li l-għadd tal-persuni li jirċievu l-offerta
jista’ jkun iktar minn ħamsin:
(i) offerta fejn l-azzjonijiet ikunu offruti bħala
azzjonijiet imħallsa kollha għal ebda
konsiderazzjoni, jew
(ii) offerta fejn il-konsiderazzjoni totali li jkollha
titħallas għall-azzjonijiet offruti ma tkunx iżjed
minn għaxart elef u l-konsiderazzjoni massima li
jkollha titħallas minn persuna individwali li
tirċievi l-offerta ma tkunx iżjed minn mitt lira;
jew
(iii) offerta fejn l-inqas konsiderazzjoni li tista’
titħallas minn xi persuna għal azzjonijiet
akkwistati wara offerta tkun għall-inqas ħamsin
elf lira; jew
(iv) offerta magħmula esklużivament lil membri
eżistenti jew detenturi ta’ obbligazzjonijiet tal-
kumpannija; jew
(v) offerta magħmula lil underwriter; jew
(vi) offerta magħmula dwar jew b’konsegwenza ta’
merger proposta tal-kumpannija li tagħmel l-
offerta ma’ kumpannija oħra; jew
(vii) offerta magħmula dwar take-over bid; jew
(viii) offerta magħmula esklużivament għal ċirku
ristrett ta’ persuni, li n-numru tagħhom ikun
inqas minn mitejn u ħamsin, li jkunu qed jaġixxu
għalihom infushom fir-rigward tas-sengħa jew
professjoni tagħhom; jew
(ix) offerta magħmula esklużivament lil sezzjoni tal-
kommunità  jew grupp ta’ persuni magħżula u
identifikabbli b’mod ċar li jkunu magħrufa minn
min jagħmel l-offerta u li jaġixxu għalihom
infushom, li flimkien ma jkunux jgħoddu iktar
minn mitejn u ħamsin, li flimkien ma’ min
jagħmel l-offerta jkunu jaqsmu xi interess, mira
jew oġġettiv ċar u komuni, magħduda membri
ta’ l-istess familja u membri ta’ każin jew
assoċjazzjoni:
Iżda għal offerti magħmula bis-saħħa tas-
subparagrafi (ii), (viii) u (ix) ta’ dan il-paragrafu u
meta n-numru tal-persuni li jirċievu l-offerta jkun iżjed
minn ħamsin, tkun meħtieġa l-approvazzjoni bil-
miktub tar-Reġistratur sabiex dawk l-offerti ma jkunux
jikkostitwixxu offerta lill-pubbliku;
(ċ) Fil-każ ta’ xi dubju raġonevoli li jinqala’ dwar jekk
offerta partikolari ta’ azzjonijiet tkunx tammonta
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      9
għall-offerta lill-pubbliku jew le, il-kwistjoni tkun
deċiża mir-Reġistratur liema deċiżjoni tkun finali.
(d) F’dan l-artikolu, il-frażi ''azzjonijiet'' tinkludi
sigurtajiet oħra li jistgħu jinħarġu minn kumpannija.
(e) Meta l-offerta tkun magħmula minn soċjetà
kummerċjali, li ma tkunx kumpannija u sew jekk
kostitwita taħt dan l-Att jew xi Att ieħor, id-
dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom mutatis
mutandis japplikaw għal dik l-offerta.
(f) Il-Ministru jista’ b’Ordni pubblikat fil-Gazzetta
jirrevedi jew jemenda kull figuri jew ammonti
msemmija f’dan l-artikolu.
Kap. 281.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, tħaris ta’ "prinċipji u l-prattika
ta’ kontijiet ġeneralment aċċettati" jeħtieġ tħaris ta’ l-International
Accounting Standards li jistgħu jinħarġu minn żmien għal żmien
mill-International Accounting Standards Board, jew xi korp ieħor
suċċessur tiegħu jkun li jkun l-isem kif ikun magħruf, u ta’ kull
standards ta’ kontijiet li jistgħu jiġu applikati minn żmien għal
żmien skond l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy.
F’dan is-subartikolu, l-International Accounting Standards
Board jirreferi għall-Bord, stabbilit bl-att tal-kostituzzjoni tat-28
ta’ Ġunju 1973 li jiġbor fih il-korpi ta’ professjonisti fl-
accountancy li huma membri ta’ l-International Federation of
Accountants, stabbiliti fil-Kungress Internazzjonali ta’ l-
Accountants fi Munich, fl-1977.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, meta dokument li  jkun jinħtieġ
li  jkun konsenjat lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni jkollu   jagħti
l-isem u r-residenza jew l-indirizz ta’ persuna, dan għandu jitqies li
jeħtieġ ukoll l-identifikazzjoni uffiċjali, b’numru jew xort’oħra, ta’
dik il-persuna, skond kif applikabbli.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, meta xi dokument, li jkun
meħtieġ li jiġi konsenjat jew mogħti jew notifikat lir-Reġistratur,
għandu jkun iffirmat minn xi espert u dak l-espert ikun kumpannija,
soċjetà  jew xi korp ġuridiku ieħor, dak id-dokument għandu jġib il-
firma ta’ individwu li jkun direttur, soċju jew uffiċjal ekwivalenti,
skond il-każ, li jkun awtorizzat kif imiss biex jiffirma għan-nom
tiegħu.
(7) F’dan l-Att u f’kull regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu,  jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u t-test Malti,
għandu jipprevali t-test Ingliż.
Riferenzi f’Atti 
oħra.
Emendat:
IV. 2003.27.
3. (1) Riferenzi f’kull liġi oħra għall-Ordinanza għandhom
jiftiehmu bħala riferenza għal dan l-Att u riferenzi f’kull liġi oħra
għal disposizzjoni ta’ l-Ordinanza għandhom jiftiehmu, safejn
japplikaw, bħala riferenza għad-disposizzjoni korrispondenti ta’
dan l-Att; u riferenzi f’kull liġi oħra għal soċjetà  iffurmata u
reġistrata taħt l-Ordinanza, għandhom jiftiehmu bħala riferenza
għal soċjetà  kummerċjali ffurmata u reġistrata taħt dan l-Att.
(2) It-tabella tat-tqabbil murija fit-Tnax-il Skeda li tinsab ma’
dan l-Att tista’ tiġi safejn japplika wżata biex jiġi stabbilit id-
  10      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
disposizzjonijiet li jikkorrispondu skond is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu.
TAQSIMA II - DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Formazzjoni ta’ 
soċjetajiet 
kummerċjali u 
diversi forom 
legali ta’ soċjetajiet 
kummerċjali.
Emendat:
IV. 2003.28.
4. (1) Soċjetà  kummerċjali tista’ tkun ta’ xorta minn dawn -
(a) soċjetà  f’isem kollettiv; jew
(b) soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata; jew
(ċ) kumpannija.
(2) Soċjetà  kummerċjali li ma tkunx kumpannija tista’ tkun
iffurmata għall-eżerċizzju ta’ att jew atti kummerċjali.
(3) Kumpannija tista’ tkun iffurmata għal kull għan leġittimu u
għandu jkollha l-istatus ta’ -
(a) kumpannija pubblika; jew
(b) kumpannija privata.
(4) Soċjetà  kummerċjali għandha personalità  ġuridika distinta
minn dik tal-membru jew tal-membri tagħha, u l-imsemmija
personalità  ġuridika tibqa’ sseħħ sakemm l-isem tas-soċjetà
kummerċjali ma jiġix imħassar mir-reġistru, u b’hekk is-soċjetà
kummerċjali tieqaf teżisti.
Liġi li tirregola 
soċjetà jiet 
kummerċjali. 
5. Soċjetà  kummerċjali ffurmata u reġistrata taħt dan l-Att
jew taħt l-Ordinanza tkun regolata b’dan l-Att irrispetti-vament
fejn ikun il-post li fih tkun eżerċitata d-direzzjoni jew il-kontroll
tas-soċjetà  kummerċjali. 
Wiri ta’ 
partikolaritajiet 
f’ittri kummerċjali, 
eċċ.
Emendat:
IV. 2003.29.
6. (1) Fl-ittri kummerċjali u fil-formoli ta’ l-ordnijiet tagħha
kollha soċjetà  kummerċjali għandha ssemmi b’ittri leġibbli l-isem,
ix-xorta ta’ soċjetà  kummerċjali, l-uffiċċju reġistrat u n-numru tar-
reġistrazzjoni tagħha. 
(2) Fuq l-ittri kummerċjali u fil-formuli ta’ l-ordnijiet tiegħu
kollha, korp ġuridiku reġistrat taħt it-Taqsima XI ta’ dan l-Att
għandu jsemmi b’ittri leġibbli l-isem, il-pajjiż fejn ikun kostitwit
jew inkorporat in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu u l-uffiċċju
reġistrat fejn ikun kostitwit jew inkorporat, ix-xorta ta’ soċjetà
kummerċjali, l-indirizz tal-fergħa jew post tan-negozzju f’Malta,
in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu taħt it-Taqsima XI ta’ dan l-Att
u, meta applikabbli, il-fatt li l-kumpannija barranija tkun qed tiġi
stralċjata.
(3) Fuq l-ittri kummerċjali u l-formoli ta’ l-ordnijiet kollha
tagħha soċjetà  f’isem kollettiv għandha wkoll tagħti f’ittri leġibbli
l-ismijiet tas-soċji tagħha b’żieda ma’ dak li hemm mitlub fis-
subartikolu (1).
(4) Fuq l-ittri kummerċjali u l-formoli ta’ l-ordnijiet kollha
tagħha soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata għandha wkoll
tagħti f’ittri leġibbli l-ismijiet tas-soċji li r-responsabbiltà  tagħhom
ma tkunx limitata b’żieda ma’ dak li hemm mitlub fis-subartikolu
(1).
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      11
(5) Kull soċjetà  kummerċjali u kull korp ġuridiku reġistrat taħt
it-Taqsima XI ta’ dan l-Att għandu jsemmi l-isem tiegħu b’ittri
leġibbli fuq kull avviż u pubblikazzjonijiet uffiċjali oħra,
kambjalijiet, promissory notes, ċekkijiet u ordnijiet għal flus jew
oġġetti li juru li jkunu ffirmati f’ismu, u fuq kull bills of parcels,
fatturi, riċevuti u ittri ta’ kreditu tiegħu.
(6) Uffiċjal li jiffirma dokument f’isem soċjetà  kummerċjali
jew korp ġuridiku reġistrat taħt fit-Taqsima XI ta’ dan l-Att għandu
jiddikjara l-kariga li biha qed jiffirma.
(7) Meta soċjetà  kummerċjali tkun qed tiġi xolta, kull ittra,
fattura jew dokument ieħor maħruġ mis-soċjetà  kummerċjali jew
f’isimha, li jkun dokument li fuqu jew fih jidher l-isem tas-soċjetà
kummerċjali, għandhu jkollu, b’żieda mal-ħtiġiet mitluba fis-
subartikoli preċedenti ta’ dan l-artikolu, dikjarazzjoni li s-soċjetà
kummerċjali tkun qed tiġi xolta u, dwar kumpannija għandu jkollu
wkoll l-ismijiet ta’ l-istralċjarji.
(8) Jekk ikun hemm nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu minn (1) sa (6) kull uffiċjal tas-soċjetà  kummerċjali li
jkun naqas jista’ jeħel penali.
(9) Jekk ikun hemm nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (7) kull stralċjarju jew soċju, skond il-każ, li jkun naqas
jista’ jeħel penali.
TAQSIMA III - SOĊJETÀ  F’ISEM KOLLETTIV
Tifsir.
Emendat:
IV. 2003.30.
7. Soċjetà  f’isem kollettiv (li fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
din it-Taqsima qed tissejjaħ "soċjetà ") tista’ tkun iffurmata bejn
żewġ soċji jew iżjed u taħdem taħt isem soċjetà  u għandha l-
obbligazzjonijiet tagħha garantiti bir-responsabbiltà  illimitata u in
solidum tas-soċji kollha:
Iżda ebda azzjoni ma tkun tista’ tittieħed kontra s-soċji
individwali tagħha jekk qabel ma tkunx diskussa l-proprjetà  tas-
soċjetà :
Iżda wkoll illi għall-anqas wieħed mis-soċji jkun jew
individwu jew korp ġuridiku li jkollu l-obbligazzjonijiet tiegħu
garantiti bir-responsabbiltà  mhux limitata u in solidum ta’ wieħed
jew iktar mill-membri tiegħu.
Ftehim għall-ħlas 
ta’ sehem mill-
profitti. 
8. Ftehim sabiex jitħallas sehem mill-qligħ ta’ soċjetà  lil
persuna bħala kumpens totali jew parzjali għas-servizzi tagħha
m’għandux fih innifsu jagħmel lil dik il-persuna soċju.
Isem soċjali. 
(3), soċjetà  tista’ tingħata kull isem.
(2) Is-soċjetà  ma tkunx reġistrata b’isem li -
(a) ikun l-istess bħal isem ta’ soċjetà  reġistrata oħra jew
hekk jixxibah li fil-fehma tar-Reġistratur jista’ joħloq
konfużjoni; jew 
(b) fil-fehma tar-Reġistratur ikun offensiv jew xort’oħra
mhux mixtieq; jew
  12      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(ċ) ikun ġie riżervat għar-reġistrazzjoni ta’ kumpannija
oħra b’avviż bil-miktub lir-Reġistratur mogħti mhux
iktar minn tliet xhur qabel id-data tat-tieni talba:
Iżda r-Reġistratur għandu javża kull rifjut taħt dan is-
subartikolu lill-persuna li titlob ir-reġistrazzjoni.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2)(b), ir-Reġistratur għandu
jagħti każ ta’ l-ismijiet tas-soċji, il-kummerċ li qed teżerċita jew bi
ħsiebha teżerċita s-soċjetà , u għall-protezzjoni ta’ ismijiet ta’
individwi li ma huma bl-ebda mod konnessi mas-soċjetà .
Penalitajiet.  10. Kull persuna li xjentement tagħmel użu minn isem li juri
b’mod falz l-eżistenza ta’ soċjetà , tista’ teħel penali.
Kontribuzzjonijiet 
li jitqiesu 
magħmula fi 
proprjetà .
11. Kemm-il darba ma jkunx provdut speċifikament fl-att tas-
soċjetà , oġġetti kontribwiti fis-soċjetà  jitqiesu li jkunu ġew
trasferiti fi proprjetà  assoluta:
Iżda, meta xi wieħed mis-soċji jikkontribwixxi biss is-
servizz tiegħu, il-kontribuzzjonijiet magħmula mis-soċji l-oħra
għandhom, kemm-il darba ma jkunx provdut speċifikament fl-att
tas-soċjetà , jitqiesu li kienu magħmula b’użufrutt.
Kontribuzzjoni ta’ 
dejn dovut lil 
soċju.
12. Meta soċju jkun ikkontribwixxa fis-soċjetà  dejn dovut lilu,
huwa ma jiġix meħlus qabel ma s-soċjetà  tikseb il-ħlas ta’ l-
ammont li għalih id-dejn kien kontribwit u, f’każ ta’ nuqqas ta’
ħlas fid-data li fiha jkun dovut, ikun responsabbli, in solidum mad-
debitur, għal dak l-ammont bl-imgħax mid-data li fiha d-dejn
kontribwit ikun dovut.
Kif titwaqqaf 
soċjetà .
13. Soċjetà  ma tkunx imwaqqfa validament jekk ma jsirx l-att
tas-soċjetà  b’mod mitbugħ u ffirmat u ma jkunx maħruġ ċertifikat
ta’ reġistrazzjoni dwarha skond dan l-Att.
X’għandu jkun fiħ 
att tas-soċjetà . 
14. (1) L-att tas-soċjetà  għandu jiddikjara -
(a) l-isem u r-residenza ta’ kull wieħed mis-soċji; 
(b) l-isem tas-soċjetà ;
(ċ) l-uffiċċju reġistrat f’Malta tas-soċjetà ;
(d) l-għanijiet tas-soċjetà  jiġifieri jekk l-għanijiet humiex
ta’ kummerċ ġenerali jew fergħa partikolari tal-
kummerċ u, f’dan il-każ, in-natura tal-kummerċ;
(e) il-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed mis-soċji, fejn ikun
speċifikat il-valur tal-kontribuzzjoni relattiva ta’ kull
soċju;
(f) iż-żmien ta’ kemm għandha tibqa’ fis-seħħ is-soċjetà ,
jekk ikun il-każ.
(2) Jekk xi kontenut fl-għanijiet imsemmija fl-att ta’ soċjetà
jkun eskluż jew imħolli barra, m’għandux iseħħ fir-rigward tat-
terzi. 
Reġistrazzjoni ta’ 
l-att tas-soċjetà . 
15. (1) L-att tas-soċjetà  għandu jkun konsenjat għar-
reġistrazzjoni lir-Reġistratur li, wara li jkun sodisfatt illi jkun
iħares il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 14 ta’ dan l-Att u tas-subartikolu (2),
għandu jirreġistrah.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      13
(2) Meta l-att tas-soċjetà  jkun att pubbliku jew kitba privata
tranżuntata fl-atti ta’ nutar pubbliku, kopja awtentika tiegħu
għandha tiġi konsenjata minflok l-oriġinali.
(3) Il-konsenja fuq imsemmija għandha ssir minn xi wieħed
mis-soċji jew mill-aġent tiegħu awtorizzat.
Dmir tar-
Reġistratur u effetti 
tar-reġistrazzjoni. 
16. (1) Malli jkun reġistrat l-att tas-soċjetà  r-Reġistratur
għandu jiċċertifika taħt il-firma tiegħu li s-soċjetà  hija reġistrata u
s-soċjetà  tiġi fis-seħħ u tkun awtorizzata tibda n-negozju taħt l-
iseni tas-soċjetà  mid-data taċ-ċertifikat:
Iżda, jekk ir-reġistrazzjoni tinkiseb qabel id-data stabbilita
fl-att tas-soċjetà  għall-bidu fis-seħħ tas-soċjetà , iċ-ċertifikat
għandu juri dik id-data, u s-soċjetà  għandha tibda fis-seħħ u tkun
awtorizzata tibda n-negozju minn din l-aħħar data.
(2) Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ dwar soċjetà  huwa
prova konklusiva li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar ir-
reġistrazzjoni u għall-ħwejjeġ oħra preċedenti u inċidentali għaliha
ġew imħarsa u li s-soċjetà  hija reġistrata kif imiss taħt dan l-Att.
Meta ma jinħariġx 
ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
17. Kemm-il darba u sakemm ma jkunx inħareġ dwar soċjetà
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni taħt dan l-Att jew sakemm tasal id-data
murija fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala d-data li fiha soċjetà
għandha tibda fis-seħħ -
(a) kull żewġ persuni jew iżjed li jkollhom negozju taħt
isem li juri b’mod falz l-eżistenza ta’ soċjetà  jkollhom,
kontra xulxin u limitatament għall-proprjetà  miksuba
minn dak in-negozju, dawk il-jeddijiet biss mogħtija
mill-liġi lil koproprjetarji;
(b) kull obbligazzjoni li tkun saret favur it-terzi in  bona
fede taħt isem li juri b’mod falz l-eżistenza ta’ soċjetà
għandha torbot in solidum lil dawk il-persuni, li, kieku
kien inħareġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, kienu jkunu
soċji li jmexxu negozju taħt dak l-isem. 
Persuna li 
tippreżenta ruħha 
bħala soċju.
18. (1) Persuna li qed tippreżenta ruħha bħala soċju tinżamm
responsabbli mingħajr limitu u in solidum mas-soċji għall-
obbligazzjonijiet kollha li jkunu saru mis-soċjetà .
(2) Jekk f’isem ta’ soċjetà  ikun inkluż isem ta’ persuna li ma
tkunx soċju dan għandu jkun konsidrat mill-qorti sabiex
tistabbilixxi jekk dik il-persuna tkunx qed tippreżenta ruħha bħala
soċju jew le.
Tibdil f’att tas-
soċjetà .
19. (1) Kull tibdil dwar l-amministrazzjoni jew ir-
rappreżentanza ta’ soċjetà , ix-xoljiment ta’ soċjetà  qabel iż-żmien
stabbilit għad-dewmien tagħha, kull tkabbir ta’ dak iż-żmien li ma
jkunx espressament provdut fl-att tas-soċjetà  u b’mod ġenerali kull
tibdil jew żieda għall-att tas-soċjetà  għandu jkun bil-miktub u jkun
debitament iffirmat mis-soċji awtorizzati li jagħmlu dak it-tibdil, u,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21, m’għandux ikollu
effett jekk u sakemm id-dokument relattiv jew, meta dak id-
dokument ikun att pubbliku jew kitba privata tranżuntata fl-atti ta’
nutar pubbliku, kopja awtentika tiegħu tkun konsenjata lir-
  14      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Reġistratur għar-reġistrazzjoni u tkun reġistrata minnu. Fil-każ ta’
bdil dwar l-amministrazzjoni jew ir-rappreżentanza ta’ soċjetà , l-att
relattiv għandu jispeċifika l-isem u r-residenza tal-persuna jew
persuni fdati bl-imsemmija amministrazzjoni jew rappreżentanza.
(2) Meta t-tkabbir taż-żmien stabbilit, jekk il-każ, għad-
dewmien ta’ soċjetà  jkun espressament provdut fl-att tas-soċjetà ,
is-soċju jew soċji li jkollhom l-amministrazzjoni jew ir-
rappreżentanza tas-soċjetà  għandhom, minkejja l-provdiment fl-att,
jagħtu avviż tat-tkabbir taż-żmien tad-dewmien lir-Reġistratur
għar-reġistrazzjoni u dak it-tkabbir ma jibdix iseħħ kemm-il darba
u sakemm l-imsemmi avviż jingħata lir-Reġistratur u jkun reġistrat
minnu.
(3) Meta soċju jispiċċa milli jkun soċju jew meta persuna li
isimha ma jidhirx fl-att tas-soċjetà  jew f’xi tibdil jew żieda ta’ l-att
issir soċju ta’ soċjetà  eżistenti, avviż f’dak is-sens, li jispeċifika l-
isem u r-residenza ta’ kull soċju ġdid, għandu, fi żmien xahar,
jingħata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni mis-soċju jew soċji li
jkollhom l-amministrazzjoni jew ir-rappreżentanza tas-soċjetà :
Iżda kull assenjazzjoni ta’ nteress għal kollox jew f’parti
ta’ xi soċju għandha, kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra fl-
att tas-soċjetà , jeħtieġ il-kunsens miktub bil-quddiem tas-soċji l-
oħra kollha.
(4) F’każ ta’ nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), is-soċju jew soċji li jkollhom
l-amministrazzjoni jew ir-rappreżentanza tas-soċjetà  jkunu jistgħu
jeħlu penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali
oħra.
Meta t-tibdil ikun 
fl-isem ta’ soċjetà . 
20. Meta t-tibdil fl-att tas-soċjetà  jkun f’bidla ta’ l-isem tas-
soċjetà , ir-Reġistratur għandu jniżżel l-isem ġdid fir-reġistru
minflok l-isem ta’ qabel u għandu joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 għandhom
japplikaw għar-reġistrazzjoni ta’ dak l-isem il-ġdid.
Tnaqqis fil-
kontribuzzjonijiet 
ta’ soċju u 
xoljiment qabel iż-
żmien stabbilit 
għad-dewmien 
tagħha.
Emendat:
IV. 2003.31.
21. (1) Kull tnaqqis fil-kontribuzzjoni ta’ soċju, ħlief għall-
kontribuzzjoni li tikkonsisti f’servizzi personali, kull xoljiment tas-
soċjetà  għar-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 35(b) jew (f), kull
tnaqqis fiż-żmien tad-dewmien tas-soċjetà , jekk il-każ, jew kull
assenjazzjoni minn soċju ta’ l-interess tiegħu kollu fis-soċjetà , ma
għandhomx jibdew iseħħu qabel tliet xhur mid-data tal-
pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni skond l-artikolu 401(1)(e) dwar id-
dokument li joħloq dak it-tnaqqis, xoljiment jew assenjazzjoni.
(2) Kull kreditur tas-soċjetà  li d-dejn tagħha kien jeżisti qabel
il-pubblikazzjoni msemmija fis-subartikolu (1) jista’ jopponi ruħu
għalihom b’ċitazzjoni, fiż-żmien ta’ tliet xhur kif intqal qabel u,
jekk juri raġuni tajba għaliex m’għandhomx iseħħu, il-qorti
għandha jew tilqa’ l-oppożizzjoni jew tħalli li jsir it-tnaqqis tal-
kontribuzzjoni jew ix-xoljiment tas-soċjetà  jew l-assenjazjoni ta’ l-
interess tas-soċju, skond il-każ, wara li tingħata sigurtà  biżżejjed
mis-soċjetà .
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      15
Jedd ta’ kredituri 
ta’ soċju li jopponu 
t-tkabbir tad-
dewmien tas-
soċjetà .
22. (1) Meta d-dewmien ta’ soċjetà  jkun imkabbar għal iżjed
miż-żmien stabbilit fl-att tas-soċjetà , jekk il-każ, il-kreditur
partikolari ta’ soċju jista’ jopponi ruħu għal dak it-tkabbir
b’ċitazzjoni preżentata fi żmien tliet xhur mid-data tal-
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni skond l-artikolu 401(1)(e) dwar
id-dokument li joħloq dak it-tkabbir u, meta juri raġuni tajba, il-
qorti għandha tordna lis-soċjetà  li tillikwida l-interess ta’ dak is-
soċju fis-soċjetà  fi żmien tliet xhur mis-sentenza.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw sew jekk xi tkabbir taż-żmien stabbilit għad-dewmien
tas-soċjetà  jkun jew ma jkunx espressament provdut fl-att tas-
soċjetà .
(3) Kreditur partikolari ta’ soċju jista’ jopponi ruħu biss skond
dan l-artikolu jekk id-dejn tiegħu kien jeżisti qabel il-
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu (1).
Dmirijiet tar-
Reġistratur tal-
Qrati. 
Emendat:
XXIV. 1995.362.
23. Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu, bla dewmien, jara li kopja
ta’ kull ċitazzjoni preżentata skond l-artikoli 21 u 22 u kull
sentenza mogħtija dwarha tiġi notifikata lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
Kif jista’ jinbidel 
att ta’ soċjetà . 
24. Sakemm ma jkunx provdut xort’oħra fl-att tas-soċjetà , kull
tibdil jew żieda għall-att jista’ jsir biss bil-kunsens unanimu tas-
soċji. 
Amministrazzjoni 
u rappreżentanza 
ta’ soċjetà  u kif 
tista’ tintrabat 
soċjetà . 
25. (1) Safejn l-att tas-soċjetà  ma jipprovdix xort’oħra, l-
amministrazzjoni u r-rappreżentanza tas-soċjetà  tkun f’kull wieħed
mis-soċji individwalment.
(2) Soċjetà  ma tistax tintrabat favur it-terzi ħlief minn soċju li
jaġixxi taħt l-isem tas-soċjetà  u li jkollu r-rappreżentanza tas-
soċjetà  jew bis-saħħa ta’ l-att tas-soċjetà  jew bl-operat tal-liġi.
(3) Meta xi soċju bħal dak ikun aġixxa kif intqal qabel, is-
soċjetà  tkun marbuta wkoll jekk ma tikseb ebda benefiċċju.
Tiżmim ta’ records 
ta’ kontijiet.
Kap. 13.
26. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26 tal-
Kodiċi tal-Kummerċ, il-kotba ta’ kontijiet ta’ soċjetà  għandhom
jinżammu għal żmien għaxar snin:
Iżda meta l-kotba ta’ kontijiet ikunu miżmuma f’forma
legata u unifikata, l-għaxar snin jibdew jgħoddu mid-data ta’ l-
aħħar entratura fihom.
(2) Jekk ikun hemm nuqqas ta’ tħaris mill-ħtiġiet tas-
subartikolu (1), kull soċju li jkun naqas jista’ jeħel penali.
Soċji ġodda. 
b’hekk responsabbli għall-obbligi kollha tas-soċjetà , ukoll jekk
ikunu saru qabel id-data li fiha jkun sar soċju.
(2) Kull ftehim kuntrarju ma jkollu ebda effett dwar terzi. 
Tqassim ta’ 
profitti.
28. Soċjetà  ma għandhiex tqassam il-profitti qabel ma tagħmel
tajjeb għat-telf kollu.
Jeddijiet ta’ 
kredituri ta’ soċju.
29. Il-kredituri partikolari ta’ soċju jistgħu jwettqu l-jeddijiet
tagħhom, waqt li s-soċjetà  tkun għadha fis-seħħ, fuq il-parti tal-
  16      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
profitti dovuta lid-debitur tagħhom u, wara x-xoljiment tas-soċjetà ,
fuq dik il-parti ta’ l-attiv tas-soċjetà  li tkun dovuta lid-debitur
tagħhom meta s-soċjetà  tkun qed tiġi stralċjata.
Soċju ma jistax 
jikkompeti mas-
soċjetà .
30. (1) Soċju ma għandux, b’konkorrenza mas-soċjetà  u
mingħajr il-kunsens espress tas-soċji l-oħra, jagħmel negozju
għalih jew għal ħaddieħor jew ikun soċju b’responsabbiltà  llimitata
f’soċjetà  oħra.
(2) Jekk soċju jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), is-
soċjetà  tista’ b’għażla tagħha, jew tfittex għad-danni u imgħax lil
dan is-soċju jew titlob il-ħlas ta’ kull profitt magħmul minnu bi
ksur ta’ l-imsemmija projbizzjoni.
(3) L-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija bis-subartikolu (2) ikun
preskritt f’għeluq sentejn mid-data tal-kontravenzjoni.
Mewt ta’ soċju.  31. (1) Bla ħsara għal kull disposizzjoni kuntrarja fl-att tas-
soċjetà , fil-każ ta’ mewt ta’ wieħed mis-soċji, is-soċji l-oħra
għandhom jillikwidaw l-interess tas-soċju l-mejjet fis-soċjetà  favur
l-eredi tiegħu, jekk dawn is-soċji l-oħra ma jagħżlux unanimament
jew li jxolju s-soċjetà  jew li jkomplu s-soċjetà  ma’ l-eredi, kemm-il
darba, f’dan l-aħħar każ, dawk l-eredi jaċċettaw:
Iżda meta l-eredi kollha ma jaċċettawx, is-soċjetà  tista’
tkompli ma’ dawk li aċċettaw sakemm l-interess fis-soċjetà  ta’
dawk l-eredi li ma aċċettawx jiġi likwidat favur tagħhom.
(2) Meta s-soċju l-mejjet ikun ħalla l-interess tiegħu b’legat,
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom japplikaw
daqslikieku r-riferenzi għall-eredi kienu riferenzi għall-legatarji ta’
dak l-interess.
Tkeċċija ta’ soċju.  32. (1) Soċju jista’ jitkeċċa mis-soċjetà  b’deċiżjoni tal-
maġġoranza numerika tas-soċji l-oħra kemm-il darba l-att tas-
soċjetà  ma jeħtieġx maġġoranza ogħla -
(a) jekk ma jagħmilx il-kontribuzzjoni tiegħu skond l-att
tas-soċjetà ;
(b) jekk jikser serjament xi dmir bħala soċju;
(ċ) jekk jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30(1);
(d) jekk ikun interdett jew inkapaċitat;
(e) f’dawk il-każijiet l-oħra provduti fl-att tas-soċjetà .
(2) Kull deċiżjoni li tittieħed kif intqal qabel għandha tiġi
notifikata flimkien mar-raġunijiet għaliex tkun ittieħdet b’att
ġudizzjarju lis-soċju mkeċċi u ma tibdiex isseħħ qabel ma jgħaddu
erbatax-il jum min-notifika tagħha.
(3) Is-soċju mkeċċi jista’, b’ċitazzjoni preżentata fi żmien
erbatax-il jum minn meta jiġi notifikat kif imsemmi qabel, jopponi
ruħu għad-deċiżjoni u l-qorti jkollha s-setgħa li twaqqaf l-
eżekuzzjoni ta’ dik id-deċiżjoni sakemm tingħata s-sentenza
minnha.
(4) Meta s-soċjetà  tikkonsisti f’żewġ soċji biss, it-tkeċċija ta’
soċju tista’ biss tiġi ordnata mill-qorti fuq kawża magħmula mis-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      17
soċju l-ieħor.
Temm milli wieħed 
jibqa’ soċju.
33. Soċju ma jistax jibqa’ soċju jekk -
(a) ikun dikjarat fallut; jew
(b) l-interess tiegħu fis-soċjetà  jkun ġie likwidat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22.
Jeddijiet ta’ 
persuni li ma 
jibqgħux soċji. 
34. (1) Soċju li jitkeċċa jew li bis-saħħa ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan ma jkollux jedd li jibqa’ soċju jkollu jedd li l-interess
tiegħu fis-soċjetà  jkun likwidat.
(2) Għandu jkun hemm magħdud fil-likwidazzjoni ta’ l-interess
ta’ soċju li jkun tkeċċa, jew li bis-saħħa ta’ l-aħħar artikolu qabel
dan ma jkollux jedd li jibqa’ soċju, sehem pro rata mill-qligħ jew
telf tax-xogħol kollu li jkun għadu qed jinħadem fid-data tat-
tkeċċija.
Xoljiment ta’ 
soċjetà jiet f’isem 
kollettiv. 
Emendat:
IV. 2003.32.
35. Ikun hemm xoljiment ta’ soċjetà  f’isem kollettiv -
(a) meta ż-żmien stabbilit, jekk il-każ, għad-dewmien
tagħha jiskadi;
(b) jekk, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21,
is-soċji kollha hekk jiftiehmu;
(ċ) jekk is-soċjetà  tkun dikjarata falluta;
(d) jekk fil-fehma tal-Qorti jkun hemm raġunijiet gravi li
jiġġustifikaw ix-xoljiment;
(e) jekk in-numru ta’ soċji jiġi ridott għal anqas minn
tnejn u jibqa’ hekk ridott għal iżjed minn sitt xhur;
(f) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21,
f’dawk il-każijiet l-oħra li dwarhom ikun provdut fl-att
tas-soċjetà .
Avviż ta’ 
xoljiment.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
36. (1) Max-xoljiment tas-soċjetà , u f’ebda każ iktar tard
minn erbatax-il jum wara dak ix-xoljiment, is-soċji li jkollhom l-
amministrazzjoni jew ir-rappreżentanza tagħha għandhom
jikkonsenjaw lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni avviż tax-
xoljiment:
Iżda meta soċjetà  tkun dikjarata falluta jew ixxolji b’ordni
tal-qorti, għandu jingħata avviż kif intqal qabel mir-Reġistratur tal-
Qrati.
Kap. 13.
(2) Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-Taqsima għandhom
japplikaw għax-xoljiment ta’ soċjetà  ħlief meta s-soċjetà  tkun
dikjarata falluta, f’liema każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Kummerċ li għandhom x’jaqsmu
ma’ falliment.
Kif isir stralċ ta’ 
soċjetà  f’isem 
kollettiv.
37. (1) Meta l-mod li bih għandu jsir l-istralċ ta’ soċjetà  ma
jkunx provdut fl-att tas-soċjetà  jew ma jkunx stabbilit bi ftehim
bejn is-soċji, is-soċjetà  għandha tkun stralċjata minn stralċjarju jew
stralċjarji.
(2) Jekk is-soċji ma jaqblux dwar min għandu jinħatar
  18      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
stralċjarju, il-ħatra għandha ssir mill-qorti wara rikors minn xi
wieħed mis-soċji, mill-kredituri tas-soċjetà  jew mir-Reġistratur.
(3) L-istralċjarju għandu, fi żmien erbatax-il jum mill-ħatra
tiegħu, jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u
pubblikazzjoni avviż tal-ħatra tiegħu fejn jagħti ismu u l-indirizz
tiegħu.
Setgħa li jitneħħa 
stralċarju. 
Emendat:
IV. 2003.33.
38. (1) Stralċjarju, sew jekk jinħatar mis-soċji jew mill-qorti,
jista’ jitneħħa mill-kariga jew mis-soċji, jekk hekk jaqblu, jew
b’ordni tal-qorti, fuq talba b’ċitazzjoni magħmula minn xi wieħed
mis-soċji, jekk il-qorti tkun sodisfatta li jkun hemm raġunijiet
biżżejjed li jiġġustifikaw it-tneħħija tiegħu.
(2) Meta l-kariga ta’ stralċjarju issir vakanti, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37(2) għandhom japplikaw.
Kumpens ta’ 
stralċjarju. 
39. Il-kumpens ta’ l-istralċjarju jista’ jkun stabbilit bi ftehim
bejn is-soċji u l-istralċjarju, u f’nuqqas ta’ ftehim ikun stabbilit
mill-qorti. 
Spejjeż ta’ l-istralċ 
jitħallsu qabel kull 
drittijiet oħra. 
40. Kull infieq, ħlasijiet u spejjeż li jsiru b’mod xieraq fl-
istralċ, magħdud il-kumpens ta’ l-istralċjarju, għandhom jitħallsu
mill-attiv tas-soċjetà  qabel it-talbiet l-oħra kollha.
Penali. 41. Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mill-ħtiġiet ta’ l-artikolu
36 u ta’ l-artikolu 37(3), kull soċju jew stralċjarju, skond il-każ, li
jkun naqas, jista’ jeħel penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-
nuqqas, penali oħra.
Setgħat sakemm 
isir provdiment 
għall-istralċ. 
42. Sakemm isir provdiment għall-istralċ ta’ soċjetà , jistgħu
jsiru biss dawk l-atti li jkunu ta’ amministrazzjoni ordinarja.
Dmirijiet ta’ soċji 
li jkollhom l-
amministrazzjoni.
43. (1) Meta jinħatar stralċjarju, is-soċji li jkollhom l-
amministrazzjoni tas-soċjetà  għandhom -
(a) jikkonsenjaw lill-istralċjarju l-attiv kollu u r-records
tal-kontijiet u d-dokumenti l-oħra kollha tas-soċjetà  u
għandhom ilestu l-kontijiet dwar l-amministrazzjoni
tagħhom għal dak iż-żmien minn meta jkunu saru l-
kontijiet ta’ qabel; u
(b) flimkien ma’ l-istralċjarju, ilestu karta tal-bilanċ li turi
l-istat tas-soċjetà  fid-data tax-xoljiment.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), mal-
ħatra ta’ stralċjarju s-setgħat kollha ta’ amministrazzjoni u
rappreżentanza ta’ soċjetà  mogħtija lil kull soċju, ma tibqax isseħħ.
Setgħat ta’ l-
istralċjarji.
44. (1) L-istralċjarju għandu jirrapreżenta lis-soċjetà  u jkollu
setgħa li jagħmel dak kollu li jwassal u li jkun anċillari għall-istralċ
tan-negozju tas-soċjetà :
Iżda ma għandu jressaq ebda kwistjoni quddiem arbitraġġ
jew jittransiġi jekk ma jkunx hekk awtorizzat bil-miktub mis-soċji.
(2) L-istralċjarju ma jista’ jagħmel ebda operazzjoni
kummerċjali ġdida.
(3) Meta jinħatru iktar minn stralċjarju wieħed, għandhom
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      19
jaħdmu flimkien u jkunu responsabbli in solidum għal kull ma
jagħmlu, jekk ma jkunx provdut xort’oħra mis-soċji.
L-istralċjarju ma 
jqassamx l-attiv 
qabel ma jħallas id-
djun.
45. (1) L-istralċjarju ma għandu jqassam ebda attiv tas-soċjetà
fost is-soċji jekk ma jkunux tħallsu d-djun u l-passiv tas-soċjetà
jew ma jkunux twarrbu fondi biżżejjed għall-ħlas tagħhom.
(2) Meta l-attiv tas-soċjetà  ma jkunx biżżejjed għall-passiv
tagħha, l-istralċjarju jista’ jitlob lis-soċji l-ħlas tal-kontribuzzjoni,
jekk ikun hemm, dovuta minnhom, indipendentement mid-data ta’
l-iskadenza tagħha, u jekk meħtieġ, il-flejjes meħtieġa għall-ħlas
ta’ l-imsemmi passiv fil-proporzjon kif is-soċji għandhom ibagħtu
l-passiv tas-soċjetà .
(3) L-istralċjarju jista’ jħallas ukoll lis-soċji l-ħlas tal-
kontribuzzjoni, jekk ikun hemm, dovuta minnhom, jew parti
minnha, indipendentement mid-data ta’ l-iskadenza tagħha għall-
fini li jaġġusta d-drittijiet tas-soċji bejniethom.
Dmir ta’ l-
istralċarju li jagħti 
tagħrif, li jagħti 
rendikont u li jħejji 
skema ta’ tqassim. 
46. (1) L-istralċjarju għandu, fuq it-talba ta’ xi wieħed mis-
soċji, jagħti tagħrif lis-soċji dwar l-istat u l-progress tal-
likwidazzjoni. 
(2) Malli jsir l-istralċ tan-negozju tas-soċjetà , l-istralċjarju
għandu jagħti rendikont ta’ l-istralċ u ta’ l-irċevuti u l-ħlasijiet
tiegħu u jagħmel skema ta’ tqassim.
Regoli li japplikaw 
għal tqassim ta’ 
attiv. 
47. Fit-tqassim ta’ l-attiv tas-soċjetà , sakemm ma jkunx
provdut xort’oħra fl-att tas-soċjetà , għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet li ġejjin, jiġifieri -
(a) meta xi ħaġa tkun kontribwita b’użufrutt jew bi
tgawdija, din għandha tingħata lura lis-soċju li
kkontribwiha u s-soċjetà  tinżamm responsabbli għad-
danni jekk il-ħaġa tintilef jew titħassar minħabba xi
raġuni li tista’ tkun attribwita lil xi wieħed mis-soċji,
salv id-dritt tas-soċjetà  għar-radd lura tal-flejjes hekk
imħallsa kontra s-soċju li jkollu l-ħtija;
(b) l-attiv tas-soċjetà  għandu l-ewwel ikun applikat għall-
ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet tas-soċji u kull bilanċ
jitqassam bejn is-soċji fil-proporzjon għas-sehem
tagħhom mill-qligħ tas-soċjetà ;
(ċ) meta jkun hemm ftehim li t-tqassim ta’ l-attiv isir in
natura, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li
jirregolaw il-qsim ta’ proprjetà  komuni.
Approvazzjoni tal-
kontijiet u skema 
ta’ tqassim.
48. (1) L-istralċjarju għandu b’att ġudizzjarju jinnotifika lil
kull wieħed mis-soċji kopja tal-kontijiet u ta’ l-iskema ta’ tqassim
imsemmija fl-artikolu 46(2).
(2) Il-kontijiet u l-iskema ta’ tqassim jitqiesu li jkunu approvati
mis-soċji kollha jekk ma tiġix preżentata oppożizzjoni għalihom
b’ċitazzjoni minn xi wieħed mis-soċji fi żmien tliet xhur min-
notifika ta’ l-att ġudizzjarju msemmi fis-subartikolu (1).
  20      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Tħassir ta’ isem 
tas-soċjetà  mir-
reġistru. 
Emendat:
IV. 2003.34.
49. (1) Meta jkunu approvati l-kontijiet, l-istralċjarju għandu
jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni avviż ta’ dik l-
approvazzjoni u r-Reġistratur għandu jirreġistrah u jħassar l-isem
tas-soċjetà  mir-reġistru. Ir-Reġistratur għandu minnufih
jippubblika avviż li l-istralċ ikun ġie finalizzat u li sar dak it-tħassir
mir-reġistru.
(2) Meta l-mod li bih is-soċjetà  għandha tiġi stralċjata jkun
provdut fl-att ta’ assoċjazzjoni jew ikun stabbilit bi ftehim bejn is-
soċji, ikun id-dmir tas-soċji li jikkonsenjaw lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni nota, iffirmata minnhom kollha li l-istralċ ikun ġie
finalizzat u r-Reġistratur għandu minnufih jirreġistraha, u jħassar l-
isem tas-soċjetà  minn fuq ir-reġistru. Ir-Reġistratur għandu
minnufih jippubblika avviż ta’ l-istralċ u ta’ dak it-tħassir.
Konservazzjoni 
tal-kotba tal-
kontijiet, eċċ., 
wara xoljiment.
50. (1) Il-kotba tal-kontijiet u d-dokumenti tas-soċjetà
għandhom jinżammu mill-istralċjarju, jekk ikun hemm, jew mill-
persuna magħżula għalhekk mill-maġġoranza tas-soċji u għandhom
hekk jinżammu għal żmien għaxar snin mid-data li fiha isem is-
soċjetà  jkun tħassar mir-reġistru. L-għażla ta’ persuna bħal dik
għandha ssir fi żmien erbatax-il ġurnata mir-reġistrazzjoni
msemmija fl-artikolu 49 u m’għandhiex tibda sseħħ qabel l-
imsemmija persuna tkun għarrfet bil-miktub lis-soċju li tkun
aċċettat fi żmien erbatax-il ġurnata minn meta tkun ġiet magħżula:
Iżda fejn ma jkunx hemm stralċjarju u s-soċji ma jkunux
ħatru l-imsemmija persuna fejn dik il-persuna ma taċċettax il-ħatra,
il-kotba tal-kontijiet u d-dokumenti għandhom jiġu konsenjati lir-
Reġistratur fi żmien erbatax-il ġurnata minn meta l-ħatra ma tkunx
ġiet aċċettata jew minn meta ma tkunx saret l-għażla, skond il-każ,
u r-Reġistratur għandu jżomm dawn il-kotba u d-dokumenti għall-
imsemmi żmien ta’ għaxar snin.
(2) Meta persuna tkun ġiet magħżula biex iżżomm il-kotba tal-
kontijiet u d-dokumenti tas-soċjetà , jew fejn is-soċji ma jkunux
waslu biex jagħżlu persuna bħal dik, is-soċji għandhom jgħarrfu
b’dan lir-Reġistratur fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data li fiha l-
għażla sseħħ jew minn meta l-għażla ma tkunx saret fiż-żmien
stabbilit, skond il-każ, u fin-nuqqas ta’ dan, is-soċji jistgħu jeħlu
penali.
(3) Jekk l-istralċjarju jew il-persuna magħżula mis-soċji biex
iżżomm il-kotba tal-kontijiet u d-dokumenti tas-soċjetà  tonqos li
żżommhom għaż-żmien stabbilit bis-subartikolu (1), tista’ teħel
penali.
(4) Jekk l-istralċjarju jew il-persuna magħżula mis-soċji biex
iżżomm il-kotba u d-dokumenti tas-soċjetà  tmut, l-eredi tagħha
għandhom jgħaddu dawk il-kotba u d-dokumenti tas-soċjetà  lir-
Reġistratur fi żmien sitt xhur, u r-Reġistratur għandu jżommhom
għall-bqija taż-żmien preskritt fis-subartikolu (1).
(5) L-eredi msemmija fis-subartikolu (4) jistgħu jeħlu penali
jekk jonqsu milli jħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      21
Emendat:
IV. 2003.35.
TAQSIMA IV - SOĊJETÀ  IN AKKOMANDITA
Tifsir. 
Emendat:
IV. 2003.35, 36.
51. Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata taħdem taħt
isem soċjali u għandha l-obbligi tagħha garantiti mir-responsabbiltà
llimitata u in solidum ta’ soċju jew soċji, imsejħa soċji solidali, u
mir-responsabbiltà , limitata għall-ammont, jekk ikun hemm, mhux
imħallas mill-kontribuzzjoni, ta’ soċju wieħed jew iżjed, imsejħa
soċji akkomandanti:
Iżda għall-inqas wieħed mis-soċji solidali jkun jew
individwu jew korp ġuridiku li jkollu l-obbligazzjonijiet tiegħu
garantiti bir-responsabbiltà  mhux limitata u in solidum ta’ soċju
jew soċji tiegħu.
Safejn jgħoddu d-
disposizzjonijiet li 
jirregolaw 
soċjetà jiet f’isem 
kollettiv.
Emendat:
IV. 2003.35.
52. Id-disposizzjonijiet li jirregolaw soċjetà jiet f’isem kollettiv
għandhom igħoddu għal soċjetajiet in akkomandita jew soċjetà
limitata sakemm m’humiex inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima.
Isem soċjali. 
Emendat:
IV. 2003.37.
53. (1) Persuna, magħdud soċju solidali, li turi li tkun soċju
solidali għandha tinżamm responsabbli illimitatament u in solidum
mas-soċji l-oħra solidali għall-obbligi kollha li jkunu kuntrattati
mis-soċjetà .
(2) Il-fatt li l-isem tas-soċjetà  jkun jinkludi isem ta’ persuna li
ma tkunx soċju akkomandanti għandu jkun kunsidrat mill-qorti
sabiex tistabbilixxi jekk dik il-persuna tkunx qed turi li tkun soċju
akkomandanti.
Kontribuzzjoni ta’ 
soċju akkomandant 
ma tinkludix 
servizzi personali. 
54. Il-kontribuzzjoni ta’ soċju akkomandant ma tistax tinkludi
servizzi personali.
Kontenut ta’ att 
tas-soċjetà . 
Emendat:
IV. 2003.35.
55. L-att tas-soċjetà  ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata, b’żieda għall-partikolaritajiet stabbiliti fl-artikolu 14,
għandu juri liema mis-soċji huma soċji solidali u liema huma soċji
akkomandanti, u fin-nuqqas is-soċjetà  għandha tirrisolvi ruħha
f’soċjetà  f’isem kollettiv.
Jeddijiet u dmirijiet 
ta’ soċji. 
56. (1) Kemm-il darba disposizzjonijiet oħra ta’ din it-
Taqsima ma jipprovdux xort’oħra, id-drittijiet u dmirijiet tas-soċji
solidali jkunu l-istess bħal dawk ta’ soċji f’soċjetà  f’isem kollettiv.
(2) Kemm-il darba l-att tas-soċjetà  ma jipprovdix xort’oħra
iżda bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, soċji
akkomandanti għandu jkollhom biss dawk id-drittijiet u dmirijiet
imsemmija f’din it-Taqsima.
Amministrazzjoni 
u rappreżentanza. 
Emendat:
IV. 2003.35.
57. L-amministrazzjoni u r-rappreżentanza tas-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata tkun vestita fis-soċji solidali, u
kemm-il darba l-att tas-soċjetà  ma jipprovdix xort’oħra, dik l-
amministraz-zjoni u r-rappreżentanza tkun vestita f’kull wieħed
mis-soċji solidali individwalment.
  22      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Ħatra ta’ soċji biex 
jamministraw u 
jirrappreżentaw 
soċjetà  in 
akkomandita jew 
soċjetà  limitata.
Emendat:
IV. 2003.35, 38.
58. Is-soċji solidali għandu jkollhom, b’deċiżjoni unanima, id-
dritt li jaħtru minn fosthom is-soċji li għandhom jamministraw u
jirrappreżentaw is-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, u li
jkeċċu lil dawk is-soċji hekk maħtura:
Iżda l-att tas-soċjetà  jista’ jipprovdi illi s-soċji
akkomandanti għandu jkollhom dritt jipparteċipaw fil-ħatra ta’
soċji solidali li, jew tkeċċija ta’ soċji solidali li jamministraw u
jirrappreżentaw lis-soċjetà .
Soċju 
akkomandant ma 
jistax jieħu sehem 
fit-tmexxija ta’ 
soċjetà  in 
akkomandita jew 
soċjetà  limitata. 
Emendat:
IV. 2003.35.
59. (1) Soċju akkomandant ma għandu jagħmel ebda att ta’
amministrazzjoni jew jagħmel operazzjoni ta’ negozju f’isem is-
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata ħlief bis-saħħa ta’
prokura mogħtija għal atti jew operazzjonijiet speċifikati.
(2) Jekk soċju akkomandant jaġixxi bi ksur tal-projbizzjoni
msemmija qabel, huwa jkun marbut, dwar it-terzi, illimitatament u
in solidum mas-soċji solidali għall-obbligi kollha tas-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata u jkun jista’ wkoll jiġi mkeċċi
mis-soċjetà  skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32:
Iżda soċju akkomandant li jaġixxi bi ksur tal-projbizzjoni li
tinsab fis-subartikolu (1) ma jitkeċċix mis-soċjetà  jekk jipprova li
hu kien qed jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tas-soċji solidali.
Tagħrif tal-
kontijiet annwali 
lis-soċji 
akkomandanti. 
Emendat:
IV. 2003.35.
60. Fit-tmiem ta’ kull perijodu tal-kontijiet il-karta tal-bilanċ u
l-kont tal-qligħ u telf tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata għandhom jiġu mgħarrfa lis-soċji akkomandanti li, biex
jiżguraw il-korrettezza tagħhom, ikollhom jedd għal aċċess tar-
records tal-kontijiet u dokumenti oħra tas-soċjetà .
Artikoli li ma 
japplikawx għal 
soċji 
akkomandanti. 
61. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30 u ta’ l-artikolu
32(1)(ċ) ma japplikawx għal soċju akkomandant.
Soċju 
akkomandant 
mhux marbut 
jagħti lura qligħ li 
jirċievi in bona 
fede. 
62. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 28 soċju
akkomandant ma għandu f’ebda każ ikun marbut li jagħti lura qligħ
li jkun irċieva in bona fede.
Ċessjoni ta’ 
interess minn soċju 
akkomandant u 
drittijiet ta’ soċji 
akkomandanti. 
Emendat:
IV. 2003.35.
63. (1) Kemm-il darba l-att tas-soċjetà  ma jipprovdix
xort’oħra soċju akkomandant jista’ jċedi l-interess tiegħu fis-
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata:
Iżda, jekk il-kontribuzzjoni ta’ soċju akkomandant ma
tkunx imħallsa kollha, kull ċessjoni ta’ l-interess tiegħu fis-soċjetà
ma jkollhiex seħħ, dwar is-soċjetà , jekk ma tkunx saret bil-kunsens
tas-soċji kollha solidali.
(2) Kemm-il darba l-att tas-soċjetà  ma jipprovdix xort’oħra
kull tibdil fl-att tas-soċjetà  li jċaħħad soċji akkomandanti minn xi
jeddijiet tagħhom ikun jeħtieġ il-kunsens unanimu tas-soċji solidali
kollha u tas-soċji akkomandanti kollha.
Mewt jew tkeċċija 
ta’ soċju 
akkomandant.
Emendat:
IV. 2003.35.
64. (1) Kemm-il darba l-att tas-soċjetà  ma jipprovdix
xort’oħra fil-każ tal-mewt ta’ soċju akkomandant, is-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata tkompli mal-werrieta tiegħu.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      23
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32, interdizzjoni
jew inkapaċità  ma jkunux raġunijiet biżżejjed għat-tkeċċija ta’
soċju akkomandant.
Xoljiment ta’ 
soċjetà  in 
akkomandita jew 
soċjetà  limitata. 
Emendat:
IV. 2003.35.
65. (1) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, barra
milli tista’ tispiċċa minħabba xi waħda mir-raġunijiet imsemmija
fl-artikolu 35, għandha xxolji jekk ma jibqa’ ebda soċju solidali
jew ebda soċju akkomandant, jekk, fi żmien sitt xhur, is-soċju li
jkun spiċċa milli jkun soċju ma jkunx ġie sostitwit.
(2) Meta ma jibqa’ ebda soċju solidali, is-soċji akkomandanti
jistgħu, għaż-żmien imsemmi ta’ sitt xhur, jaħtru wieħed minn
fosthom għall-esekuzzjoni ta’ atti ta’ amministrazzjoni ordinarja.
(3) Soċju akkomandant maħtur kif intqal qabel ma jkunx
suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59.
Taqsim ta’ kapital 
f’azzjonijiet.
Emendat:
IV. 2003.35, 39.
66. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-
Taqsima, il-kapital ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
jista’ jinqasam f’azzjonijiet.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar azzjonijiet
f’kumpannija, barra mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 72,
għandhom japplikaw għall-azzjonijiet f’soċjetà  in akkomandita jew
soċjetà  limitata safejn dawn ma jkunux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-Kapitoli IX u X tat-Taqsima V ta’
dan l-Att, ħlief għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 184, għandhom
japplikaw għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-
kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet.
(4) Huwa d-dmir tas-soċju nkarigat mill-amministrazzjoni jew
rappreżentanza ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-
kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, li jikkonsenja lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni id-dokument jew kopja tiegħu kif
meħtieġ bl-artikolu 19 li jibdel jew iżid ma’ l-att tas-soċjetà , fi
żmien erbatax-il ġurnata mid-data ta’ dak il-bdil jew żieda,
flimkien ma’ kopja mitbugħa ta’ l-att tas-soċjetà , kif emendat, u
kull test ta’ l-att li jkun ġie emendat qabel jista’ jiġi mwarrab mir-
Reġistratur meta jiġi konsenjat lilu għar-reġistrazzjoni test ġdid
emendat:
Iżda f’każ ta’ diskrepanza bejn it-test ta’ kull att ta’ soċjetà
emendat u t-test ta’ l-att oriġinali tas-soċjetà  reġistrat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16, it-test ta’ l-aħħar, flimkien ma’
dawk id-dokumenti reġistrati skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (4) għandu jipprevali.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 78, ta’ l-artikolu 137(4),
(5) u (6) u ta’ l-artikolu 142(2) għandhom japplikaw għal soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-kapital tagħha huwa maqsum
f’azzjonijiet, bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal soċji vestiti bl-
amministrazzjoni jew rappreżentanza minflok riferenzi għal
diretturi, uffiċjali jew il-bord tad-diretturi; bis-sostituzzjoni ta’
riferenzi għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata bil-
kapital maqsum f’azzjonijiet minflok riferenzi għal kumpannija;
bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal att ta’ soċjetà  minflok riferenzi
  24      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
għal memorandum jew memorandum u statut; bis-sostituzzjoni ta’
riferenzi għal soċji minflok riferenzi għal azzjonisti; u bis-
sostituzzjoni tal-kliem "deċiżjoni tas-soċji" minflok il-kliem "xi
riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali jew minn deċiżjoni tal-bord tad-
diretturi tal-kumpannija" li jinsabu fl-artikolu 137(5).
(6) Fin-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(4), kull soċju, fdat bl-amministrazzjoni jew rappreżentanza ta’
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li jkollha l-kapital
tagħha maqsum f’azzjonijiet, li jkun fin-nuqqas jista’ jeħel penali,
u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(7) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital
tagħha mhux maqsum f’azzjonijiet, tista’ tibdel l-istatus tagħha
għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha
jkun maqsum f’azzjonijiet b’deċiżjoni meħuda skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-att ta’ soċjetà  jew fin-nuqqas ta’ din id-
disposizzjoni, bil-kunsens tas-soċji kollha, kemm solidali u
akkomandanti:
Iżda meta wieħed jew iżjed mis-soċji akkomandanti, li
jkollu b’kollox mhux iżjed minn kwart mill-kontribuzzjoni totali
tas-soċji akkomandanti, ma jkunx ta l-kunsens tiegħu, is-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata tista’ xorta waħda tkompli bil-
bdil ta’ l-istatus tagħha, iżda tkun meħtieġa, għall-finijiet tal-bdil,
tillikwida u tagħti lura lil kull soċju li ma jkunx ta il-kunsens
tiegħu, jekk hekk jitlob, l-interess tiegħu fis-soċjetà  in akkomandita
jew soċjetà  limitata b’dawk il-kondizzjonijiet li jkunu miftehma,
jew kif il-qorti, fuq talba, jew tas-soċjetà  jew tas-soċju
akkomandant, jidhrilha xieraq li tordna.
(8) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital
tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, tista’ tbiddel l-istatus tagħha
għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha
mhux maqsum f’azzjonijiet, b’deċiżjoni meħuda skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-att ta’ soċjetà  jew fin-nuqqas ta’ din id-
disposizzjoni, bil-kunsens tas-soċji kollha, kemm solidali u
akkomandanti:
Iżda meta wieħed jew iżjed mis-soċji akkomandanti, li
jkollu b’kollox mhux iżjed minn għaxra wieħed tal-kapital
azzjonarju tas-soċjetà , ma jkunx ta l-kunsens tiegħu, is-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata tista’ xorta waħda tkompli bil-
bdil ta’ l-istatus tagħha, iżda tkun meħtieġa, għall-finijiet tal-bdil,
li tifdi l-azzjonijiet miżmuma minn kull soċju fis-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata, li ma jkunx ta l-kunsens tiegħu,
jekk hekk jitlob, b’dawk il-kondizzjonijiet li jkunu miftehma, jew
kif il-qorti, fuq talba, jew tas-soċjetà  jew tas-soċju akkomandant,
jidhrilha xieraq li tordna.
(9) Huwa d-dmir tas-soċju nkarigat mill-amministrazzjoni jew
rappreżentanza ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li
tkun iddeċidiet li tibdel l-istatus tagħha skond is-subartikolu (7), li
jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, id-dokument jew
kopja tiegħu kif meħtieġ bl-artikolu 19, li jibdel jew iżid ma’ l-att
tas-soċjetà , flimkien ma’ kopja mitbugħa ta’ l-att tas-soċjetà , kif
emendat, u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) għandhom
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      25
japplikaw għas-soċjetà  minn hemm ’l quddiem.
(10) Huwa d-dmir tas-soċju inkarigat mill-amministraz-zjoni
jew rappreżentanza ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata,
li tkun iddeċidiet li tibdel l-istatus tagħha skond is-subartikolu (8),
li jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, id-dokument jew
kopja tiegħu kif meħtieġ bl-artikolu 19, li jibdel jew iżid ma’ l-att
tas-soċjetà , flimkien ma’ kopja mitbugħa ta’ l-att tas-soċjetà , kif
emendat, u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), m’għandhomx
minn hemm ’l quddiem, japplikaw għas-soċjetà .
(11) It-tibdil ta’ l-istatus imsemmi fis-subartikolu (7) jew fis-
subartikolu (8) ma għandux jibda jseħħ, jekk u sakemm ma jkunx
reġistrat kif meħtieġ mis-subartikolu (9) jew mis-subartikolu (10)
rispettivament.
(12) (a) Meta soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-
kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, tkun xolta u
jkun inħatar stralċjarju, malli jsir l-istralċ tan-negozju
tas-soċjetà , l-istralċjarju għandu jagħmel rendikont ta’
l-istralċ , fejn juri kif ikun sar l-istralċ u kif il-proprjetà
tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tkun
disposta, u għandu jagħmel skema ta’ tqassim, u jieħu
ħsieb li r-rendikont ikun verifikat minn awdituri
maħtura b’deċiżjoni tas-soċji. L-istralċjarju għandu
jagħti b’att ġudizzjarju lil kull wieħed mis-soċji kopja
tar-rendikont u ta’ l-iskema ta’ tqassim, jekk ikun
hemm, flimkien mar-rapport ta’ l-awdituri u jagħti
spjegazzjoni tagħhom.
(b) Ir-rendikont u l-iskema ta’ tqassim jitqiesu li jkunu
approvati mis-soċji kollha jekk ma tiġix preżentata
oppożizzjoni għalihom b’ċitazzjoni minn xi wieħed
mis-soċji fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ l-att
ġudizzjarju msemmi fil-paragrafu (a).
(ċ) Id-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu 153 għandhom
japplikaw għal awditur maħtur skond il-paragrafu (a),
u l-kliem ''it-tliet snin ta’ qabel'' fl-imsemmi artikolu
153 għandhom jiftiehmu bħala li jirreferu għall-aħħar
tliet snin minnufih qabel id-data tax-xoljiment. Dak l-
awditur m’għandux ikun persuna li kellha l-kariga ta’
awditur tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
f’xi żmien matul l-aħħar tliet snin minnufih qabel id-
data tax-xoljiment.
Soċjetà  in 
akkomandita jew 
soċjetà  limitata.
Miżjud:
IV. 2003.40.
Kap. 370.
66A. (1) Dan l-artikolu japplika għal soċjetà  in akkomandita
jew soċjetà  limitata li fil-ftehim ta’ l-assoċjazzjoni tagħha
espressament tillimita l-għanijiet tagħha għall-investiment kollettiv
tal-fondi tagħha f’sigurtajiet u f’beni oħra mobbli u immobbli, jew
f’xi wħud minnhom, bil-għan li tifrex ir-riskju u li tagħti lis-soċji l-
benefiċċji tar-riżultati ta’ l-immaniġġjar tal-fondi tagħha, u għal
ħwejjeġ anċillari jew inċidentali għal dan, u li tikkwalifika għal
skema ta’ investiment kollettiv u li tkun liċenzjata kif imiss skond
l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment jew għal kull għan ieħor kif il-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jippreskrivi b’regolamenti.
(2) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata skond kif
  26      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
imfisser fis-subartikolu (1) tkun regolata bid-disposizzjonijiet li
jinsabu fl-Għaxar Skeda u, kemm-il darba ma huwiex provdut
xort’oħra fl-imsemmija Skeda, bid-disposizzjonijiet tat-Taqsima IV
ta’ dan l-Att iżda biss sal-limitu li dawk id-disposizzjonijiet ma
jkunux inkonsistenti ma’ l-imsemmija Skeda:
Iżda meta xi ħaġa partikolari tinqala’ dwar soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata skond kif imfisser fis-subartikolu
(1) li ma tkunx speċifikament regolata b’xi disposizzjoni ta’ l-
Għaxar Skeda jew tat-Taqsima IV ta’ dan l-Att, għandha ssir
riferenza, safejn applikabbli u sal-limitu possibbli, għal xi
disposizzjoni rilevanti ta’ dan l-Att, inklużi kull regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għat-twettiq aħjar
tad-disposizzjonijiet ta’ l-Għaxar Skeda u tat-Taqsima IV ta’ dan l-
Att kif applikabbli għal soċjetajiet akkomanditi jew soċjetajiet
limitati skond kif imfisser fis-subartikolu (1) u jista’ bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li jingħad qabel, b’dawk ir-regolamenti
jipprovdi għal kull ħaġa minn dan li ġej -
(a) il-formuli li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ dan l-
Att dwar dawk is-soċjetajiet in akkomanditi jew
soċjetajiet limitati;
(b) ir-reġistrazzjoni ta’ dawk is-soċjetajiet in akkomanditi
jew soċjetajiet limitati taħt dan l-Att u kull ħaġa li
inċidentali għaliha;
(ċ) kull ħaġa li għandha tiġi preskritta taħt dan l-Att dwar
dawk is-soċjetajiet in akkomanditi jew soċjetajiet
limitati skond kif imfisser fis-subartikolu (1);
(d) l-emenda ta’ kull disposizzjoni -
(i) relatata ma’ ħwejjeġ li għandhom jiġu reġistrati
mar-Reġistratur dwar ir-reġistrazzjoni ta’ dawk
is-soċjetatjiet in akkomanditi jew soċjetajiet
limitati;
(ii) relata mar-records li għandhom jinżammu minn
dawk is-soċjetajiet in akkomanditi jew
soċjetajiet limitati;
(e) li jiġu preskritti drittijiet li jitħallsu taħt dan l-Att dwar
dawk is-soċjetajiet in akkomanditi jew soċjetajiet
limitati;
(f) l-eżenzjoni ta’ soċjetajiet in akkomanditi jew
soċjetajiet limitati skond kif imfisser fis-subartikolu
(1) jew xi kategorija minnhom minn xi
disposizzjonijiet ta’ l-Għaxar Skeda jew ta’ dan l-Att,
skond il-każ, bla ħsara għall-varjazzjonijiet u
kondizzjonijiet li jistgħu jkunu speċifikati.
(4) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu jagħmlu
disposizzjonijiet differenti għal każijiet differenti jew għal
klassijiet ta’ każijiet.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      27
TAQSIMA V - KUMPANNIJA TA’ RESPONSABBILTÀ  
LIMITATA 
TITOLU I - FORMAZZJONI U FUNZJONI TA’ KUMPANNIJI
Kapitolu I - Formazzjoni ta’ kumpannija u ħwejjeġ inċidentali 
għaliha 
Tifsir. 
f’azzjonijiet miżmuma mill-membri tagħha. Ir-responsabbiltà  tal-
membri tkun limitata għall-ammont, jekk ikun hemm, li ma jkunx
tħallas mill-azzjonijiet rispettivament miżmuma minnhom.
Kif titwaqqaf 
kumpannija. 
68. Kumpannija ma tkunx imwaqqfa validament taħt dan l-Att
jekk memorandum ta’ l-assoċjazzjoni ma jsirx u jiġi sottoskritt
minn ta’ l-anqas tnejn min-nies, u ma jinħariġx ċertifikat ta’
reġistrazzjoni dwarha. Kumpanniji ffurmati u reġistrati taħt l-
Ordinanza għandhom iħarsu dan l-Att skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 428.
Kontenut tal-
memorandum.
Emendat:
IV. 2003.41.
69. (1) Il-memorandum ta’ kull kumpannija għandu
jiddikjara-
(a) jekk il-kumpannija hijiex kumpannija pubblika jew
kumpannija privata;
(b) l-isem u l-indirizz ta’ kull wieħed mill-firmatarji; 
(ċ) l-isem tal-kumpannija;
(d) l-uffiċċju reġistrat f’Malta tal-kumpannija; 
(e) l-għanijiet tal-kumpannija;
(f) l-ammont tal-kapital azzjonarju li bih il-kumpannija
għandha l-ħsieb li tkun reġistrata (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "il-kapital azzjonarju"), il-qsim
tiegħu f’azzjonijiet ta’ ammont stabbilit, in-numru ta’
azzjonijiet meħuda minn kull wieħed mill-firmatarji u
l-ammont imħallas dwar kull azzjoni u, meta l-kapital
azzjonarju jkun maqsum fi klassijiet differenti ta’
azzjonijiet, id-drittijiet marbuta ma’ l-azzjonijiet ta’
kull klassi;
(g) in-numru tad-diretturi, l-isem u r-residenza ta’ l-ewwel
diretturi u, meta xi wieħed mid-diretturi jkun korp
ġuridiku, l-isem u l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali
tal-korp ġuridiku, u l-mod kif se tkun eżerċitata r-
rappreżentanza tal-kumpannija, u l-isem ta’ l-ewwel
persuna jew persuni li jkollhom dik ir-rappreżentanza;
(h) l-isem u r-residenza ta’ l-ewwel segretarju jew
segretarji tal-kumpannija;
(i) iż-żmien, jekk ikun hemm, stabbilit għad-dewmien tal-
kumpannija.
(2) Fil-każ ta’ kumpannija pubblika, għandu jkun hemm anness
mal-memorandum dokument li jipprovdi:
(a) l-ammont totali jew stima tal-kontijiet kollha li
jitħallsu mill-kumpannija jew li jkunu għall-karigu
  28      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
tagħha minħabba l-formazzjoni tagħha saż-żmien li
tkun awtorizzata li tibda n-negozju, u tal-kontijiet
kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-transazzjonijiet li
jwasslu għal dawk l-awtorizzazzjonijiet; u
(b) deskrizzjoni ta’ kull vantaġġ speċjali mogħti qabel iż-
żmien li l-kumpannija tkun awtorizzata li tibda n-
negozju lil xi ħadd li jkun ħa sehem fil-formazzjoni
tal-kumpannija jew fi transazzjonijiet li jwasslu għal
dik l-awtorizzazzjoni:
Iżda, meta skond il-proviso li hemm għall-artikolu 77(1),
kumpannija tkun awtorizzata li tibda n-negozju aktar tard mid-data
tar-reġistrazzjoni tagħha, l-imsemmi dokument għandu jkun
konsenjat lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni fi żmien erbatax-il jum
mid-data li fiha l-kumpannija tkun awtorizzata li tibda n-negozju.
(3) Kumpanniji ffurmati u reġistrati qabel il-bidu fis-seħħ ta’
dan is-subartikolu għandhom iħarsu d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1)(f) bil-kxif, fil-memorandum ta’ assoċjazzjoni tal-
kumpannija, tad-drittijiet marbuta ma’ l-azzjonijiet ta’ kull klassi,
fi żmien tnax-il xahar mill-bidu fis-seħħ ta’ dan is-subartikolu:
Iżda kumpanniji ffurmati u reġistrati qabel il-bidu fis-seħħ
ta’ dan is-subartikolu għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-ħtiġiet
tas-subartikolu (1)(f) mal-kxif, fil-memorandum ta’ l-assoċjazzjoni
tad-drittijiet marbuta ma’ l-azzjonijiet ta’ kull klassi differenti, jekk
dik id-disposizzjoni jew oħra ekwivalenti għaliha tkun diġà
inkorporata fl-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni tal-kumpannija.
Isem tal-
kumpannija.
Emendat:
IV. 2003.42.
70. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn
(3) sa (6), kumpannija pubblika tista’ tingħata kull isem iżda dak l-
isem għandu jispiċċa bil-kliem "public limited company" jew l-
abbrevjazzjoni tagħhom "p.l.c.".
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (3) sa
(6), kumpannija privata tista’ tingħata kull isem, iżda dak l-isem
għandu jispiċċa bil-kliem "private limited company" jew bil-kelma
"limited" jew l-abbrevjazzjoni tagħhom "ltd.".
(3) (a) Meta kumpannija privata tkun kumpannija ta’
investiment b’kapital azzjonarju varjabbli, l-isem tal-
kumpannija għandu jispiċċa bil-kliem "investment
company with variable share capital" jew bil-kelma
"SICAV", segwita bil-kliem "private limited company",
"limited" jew l-abbrevjazzjoni tagħha.
(b) Meta kumpannija pubblika tkun kumpannija ta’
investiment b’kapital azzjonarju fiss jew kumpannija
ta’ investiment b’kapital azzjonarju varjabbli, l-isem
tal-kumpannija għandu jispiċċa bil-kliem "investment
company with fixed share capital"  jew "investment
company with variable share capital",  skond iċ-
ċirkostanzi tal-każ, minnufih bil-kliem warajhom
"public limited company"  jew l-abrevjazzjoni
tagħhom. Minflok il-kliem "investment company with
fixed share capital"  jista’ jintuża l-kliem "investment
company"  "INVCO" u minflok il-kliem "investment
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      29
company with variable share capital"  jista’ jintuża
"SICAV".
(4) Kumpanija ma tistax tiġi reġistrata b’isem li -
(a) ikun l-istess bħal isem ta’ soċjetà  kummerċjali oħra
jew hekk jixxibah li fil-fehma tar-Reġistratur jista’
joħloq konfużjoni; jew
(b) fil-fehma tar-Reġistratur ikun offensiv jew xort’oħra
mhux mixtieq; jew
(ċ) ikun ġie riżervat għar-reġistrazzjoni ta’ soċjetà
kummerċjali oħra f’avviż bil-miktub lir-Reġistratur
mogħti mhux iktar minn tliet xhur qabel id-data tat-
tieni talba:
Iżda r-Reġistratur għandu mingħajr dewmien javża kull
rifjut taħt dan l-artikolu lill-persuna li titlob ir-reġistrazzjoni:
Iżda wkoll, fl-applikazzjoni tal-paragrafu (b) ta’ dan is-
subartikolu, ir-Reġistratur għandu jagħti każ tan-negozju jew in-
negozju propost tal-kumpannija, tal-protezzjoni ta’ ismijiet ta’
ndividwi li ma huma bl-ebda mod konnessi mal-kumpannija, u, fil-
każ ta’ kumpannija privata, ta’ l-ismijiet tal-membri.
Kap. 330.
Kap. 331.
(5) Kumpannija m’għandix tiġi reġistrata b’isem li jinkludi l-
kelma ''nominee'' kemm-il darba ma tkunx kumpannija kwalifikata
li tkun reġistrata bħala kumpannija nominee taħt l-Att dwar l-
Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta jew l-Att dwar it-
Trusts.'';
(6) Persuna jew persuni li jinnegozjaw jew li jmexxu negozju
jew attività  oħra -
(a) taħt isem jew titolu li jispiċċa bil-kliem "public limited
company" jew "p.1.c." jew "private limited company"
jew "limited" jew "ltd." jew xi taqsir jew imitazzjoni
ta’ dawk il-kliem u li ma jkunux l-isem ta’ kumpannija
reġistrata kif imiss; jew
Kap. 330. 
Kap. 331.
(b) taħt isem jew titolu li jkollu l-kelma nominee,  jew
taqsir jew imitazzjoni tagħha, u li ma jkunx l-isem ta’
kumpannija li jkollha warrant fis-seħħ, maħruġ taħt l-
Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
jew l-Att dwar it-Trusts, li jawtorizza lil kumpannija
bħal dik li taġixxi ta’ kumpannija nominee għall-
finijiet ta’ dawk l-Atti; jew
(ċ) taħt isem jew titolu li jispiċċa bil-kliem "investment
company with fixed share capital",  "investment
company"  jew "INVCO" jew tqassir jew imitazzjoni
tagħhom, meta l-persuna jew persuni ma humiex
kumpannija pubblika li hija kumpannija ta’
investiment b’kapital azzjonarju fiss; jew
(d) taħt isem jew titolu li jispiċċa bil-kliem "investment
company with variable share capital"  jew "SICAV"
jew tqassir jew imitazzjoni tagħhom, meta l-persuna
jew persuni ma humiex kumpannija ta’ investiment
b’kapital azzjonarju varjabbli;
  30      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
jistgħu jeħlu penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas,
penali oħra.
Għanijiet ta’ 
kumpannija. 
71. L-għanijiet ta’ kumpannija ma jistgħux ikunu mfissra
sempliċiment bħala li huma ta’ kull għan skond il-liġi jew ta’
kummerċ ġenerali.
L-inqas kapital 
azzjonarju. 
72. (1) Il-kapital azzjonarju awtorizzat ta’ kumpannija għandu
jkun -
ta’ mhux inqas minn għoxrin elf lira sottoskritti minn
għall-anqas żewġ persuni fil-każ ta’ kumpannija
pubblika; jew
ta’ mhux inqas minn ħames mitt lira sottoskritti minn
għall-anqas żewġ persuni fil-każ ta’ kumpannija
privata.
(2) Meta l-kapital azzjonarju awtorizzat ikun daqs l-imsemmi
minimu, dan għandu jkun kollu sottoskritt fil-memorandum, u meta
jkun iżjed minn dak il-minimu, għall-anqas dak il-minimu għandu
jkun sottoskritt fil-memorandum.
(3) Fil-każ ta’ kumpannija pubblika, mhux inqas minn ħamsa u
għoxrin fil-mija, u fl-każ ta’ kumpannija privata, mhux inqas minn
għoxrin fil-mija, ta’ l-ammont nominali ta’ kull azzjoni meħuda
għandu jitħallas mal-firma tal-memorandum.
(4) Id-detentur ta’ warrant azzjonarju maħruġ skond l-artikolu
121 ta’ dan l-Att ma għandux jingħadd sabiex jiġi stabbilit in-
numru ta’ persuni speċifikati fis-subartikolu (1).
(5) L-azzjonijiet ordinarji ta’ kumpannija ma jkunux jistgħu
jinfdew, u kull kumpannija jrid ikollha azzjonijiet ordinarji f’kull
żmien. 
Kumpens għall-
akkwist ta’ azzjoni.
73. (1) Il-kumpens għall-akkwist ta’ azzjonijiet f’kumpannija
sew jekk mas-sottoskrizzjoni oriġinali jew xort’oħra, jista’ jkun
biss attiv li jista’ jkun valutat ekonomikament, u barra minn hekk,
servizzi personali futuri u b’mod ġenerali xi impriżi biex jagħmlu
xogħol jew jipprovdu servizzi ma jistgħux jingħataw bħala
kumpens.
(2) Meta mas-sottoskrizzjoni oriġinali, l-azzjonijiet jinħarġu
għal kumpens li ma jkunx flus, il-kumpens kollu għandu jkun
trasferit lill-kumpannija fi żmien ħames snin mid-data li fiha l-
kumpannija tkun awtorizzata li tibda n-negozju.
(3) Meta jinħarġu azzjonijiet barra milli mas-sottoskrizzjoni
oriġinali għal kumpens li ma jkunx flus, il-kumpens kollu għandu
jkun trasferit fi żmien ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li jinħarġu
l-azzjonijiet.
(4) Qabel ma tkun reġistrata kumpannija jew qabel ma jinħarġu
l-azzjonijiet, skond il-każ, għandu jsir rapport dwar kull kumpens li
ma jkunx flus minn espert jew esperti indipendenti mill-
kumpannija u approvati mir-Reġistratur.
(5) Ir-rapport ta’ l-esperti għandu jkun fih għall-inqas
deskrizzjoni ta’ kull attiv li jikkomprendi l-kumpens kif ukoll il-
metodi ta’ valutazzjoni wżati u għandu jiddikjara jekk il-valuri
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      31
stabbiliti bl-applikazzjoni ta’ dawk il-metodi jaqblux għall-inqas
man-numru u mal-valur nominali, u, meta applikabbli, mal-
premium fuq l-azzjonijiet li jkunu se jinħarġu għalihom.
(6) Ir-rapport għandu jkun konsenjat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni qabel ma tkun reġistrata l-kumpannija jew qabel ma
jinħarġu l-azzjonijiet skond il-każ; u fin-nuqqas, ir-Reġistratur
għandu jirrifjuta li jirreġistra l-kumpannija jew il-prospett ta’ l-
għoti ta’ l-azzjonijiet hekk maħruġa, u, f’dan l-aħħar każ, il-ħruġ
ikun meqjus null u mingħajr effett.
(7) Meta ammont li jkun qiegħed għall-kreditu ta’ xi wieħed
mill-kontijiet ta’ riserva ta’ kumpannija jew tal-kont ta’ qliegħ u
telf tagħha, jintuża biex jitħallsu sa kull ammont azzjonijiet
mogħtija lill-membri ta’ kumpannija jew xi premiums fuq
azzjonijiet hekk mogħtija, l-ammont użat b’dan il-mod ma għandux
jitqies bħala kumpens li ma jkunx flus għal dak l-għoti għal finijiet
ta’ dan l-artikolu.
Trasferiment lill-
kumpannija fl-
ewwel sentejn ta’ 
attiv li ma jkunx 
flus.
74. (1) Kumpannija ma tistax takkwista, fi żmien sentejn mill-
awtorizzazzjoni tagħha li tibda n-negozju, xi attiv li jkun proprjetà
ta’ persuna li tkun issottoskrivit għall-memorandum tal-kumpannija
jew li tkun membru tal-kumpannija għal xi kumpens li jkun daqs
għall-anqas minn għaxra fil-mija tal-kapital maħruġ tal-kumpannija
kemm-il darba ma jkunux sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin -
(a) l-attiv li għandu jiġi riċevut mill-kumpannija, u kull
kumpens li ma jkunx flus li jingħata mill-kumpannija,
irid ikun valutat minn espert jew esperti li jkunu
indipendenti mill-kumpannija u approvati mir-
Reġistratur;
(b) rapport li juri l-ħwejjeġ imsemmija fil-paragrafu (a)
irid ikun sar lill-kumpannija matul is-sitt xhur
minnufih qabel id-data tal-ftehim;
(ċ) il-kondizzjonijiet tal-ftehim iridu jkunu ġew approvati
b’riżoluzzjoni ordinarja; u
(d) mhux iktar tard mill-għoti ta’ l-avviż tal-laqgħa li fiha
tkun proposta r-riżoluzzjoni, kopji tar-riżoluzzjoni u
tar-rapport iridu jkunu ġew ċirkolati lill-membri tal-
kumpannija li għandhom il-jedd li jirċievu avviż tal-
laqgħa u, jekk il-persuna li magħha jkun propost li jsir
il-ftehim ma tkunx membru tal-kumpannija b’dak il-
jedd, lil dik il-persuna.
(2) Ir-rapport imsemmi fis-subartikolu (1)(b) għandu jkun
konsenjat lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni fl-istess ħin li jkun
ċirkolat skond is-subartikolu (1)(d). Jekk il-kumpannija tonqos li
tħares dan is-subartikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jonqos
jista’ jeħel penali.
(3) Jekk kumpannija tagħmel xi ftehim li jmur kontra dan l-
artikolu u jew -
(a) il-persuna li magħha l-kumpannija tkun għamlet il-
ftehim ma tkunx irċeviet ir-rapport ta’ l-espert meħtieġ
biex ikun hemm tħaris mal-kondizzjonijiet ta’ dan l-
  32      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
artikolu; jew
(b) kien hemm xi ksur ieħor ta’ dan l-artikolu li dik il-
persuna kienet taf jew kellha tkun taf li kien ksur, 
il-kumpannija jkollha l-jedd li tiġbor lura mingħand dik il-persuna
kull kumpens mogħti minnha skond il-ftehim, jew ammont li jkun
daqs il-valur tal-kumpens fiż-żmien tal-ftehim, u l-ftehim, safejn
ma jkunx ġie sodisfatt, ikun null.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx -
(a) meta jkun parti mix-xogħol ordinarju tal-kumpannija li
takkwista, jew tagħmel arranġamenti għal persuni oħra
biex jakkwistaw, attiv ta’ deskrizzjoni partikolari, għal
ftehim magħmul mill-kumpannija fil-kors ordinarju
tax-xogħol tagħha għat-trasferiment ta’ attiv ta’ dik id-
deskrizzjoni lilha jew lil dik il-persuna l-oħra, skond
il-każ; jew
(b) meta akkwisti isiru mill-kumpannija kif imġegħla
minn jew taħt is-sorveljanza tal-qorti; jew
(ċ) għal akkwisti fuq il-Borża.
Statut ta’ 
assoċjazzjoni.
75. (1) Jista’ jiġi reġistrat mal-memorandum, statut ta’
assoċjazzjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-istatut") li
għandu jkun iffirmat mill-firmatarji tal-memorandum u li
jippreskrivi r-regolamenti tal-kumpannija.
(2) Jekk l-istatut ma jkunx reġistrat, jew, jekk l-istatut ikun
reġistrat, safejn ma jeskludix jew ma jbiddilx ir-regolamenti li
hemm fl-Ewwel Skeda, dawk ir-regolamenti jkunu r-regolamenti
tal-kumpannija bl-istess mod u fl-istess grad daqslikieku kienu fi
statut reġistrat kif imiss.
Reġistrazzjoni ta’ 
memorandum u 
statut.
Emendat:
IV. 2003.44.
76. (1) Il-memorandum u l-istatut, jekk ikun hemm,
għandhom jiġu konsenjati għar-reġistrazzjoni lir-Reġistratur li,
wara li jkun sodisfatt illi l-ħtiġiet kollha ta’ l-artikoli minn 68 sa 73
u ta’ l-artikoli 75 u 139 ikunu ġew imħarsa, għandu jirreġistrahom.
(2) Meta l-memorandum jew l-istatut ikunu magħmula b’att
pubbliku jew b’kitba privata tranżuntata fl-atti ta’ nutar pubbliku,
kopja awtentika tagħhom għandha tiġi konsenjata minflok l-
oriġinal.
(3) Il-konsenja fuq imsemmija għandha ssir minn xi wieħed
mill-firmatarji tal-memorandum jew mill-aġent awtorizzat ta’ xi
wieħed mill-firmatarji.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), u bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77(2), ir-responsabbiltà  li jkun
żgurat li l-istatut ta’ assoċjazzjoni, jekk ikun hemm, ta’
kumpannija, ikun korett, komplut u li jkun iħares għal kollox dan l-
Att u kull liġi oħra applikabbli, tkun fuq il-persuni li jkunu daħlu u
ssottoskrivew għall-istatut ta’ assoċjazzjoni.
Dmir tar-
Reġistratur u effetti 
tar-reġistrazzjoni. 
77. (1) Meta jiġi reġistrat il-memorandum u l-istatut, jekk
ikun hemm, ta’ kumpannija r-Reġistratur għandu jiċċertifika taħt il-
firma tiegħu illi l-kumpannija hija reġistrata, u l-kumpannija tibda
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      33
sseħħ u tkun awtorizzata li tibda taħdem mid-data tar-
reġistrazzjoni, liema data tkun murija fiċ-ċertifikat:
Iżda jekk ir-reġistrazzjoni tinkiseb qabel id-data, jekk ikun
hemm, stabbilita fil-memorandum għall-bidu fis-seħħ tal-
kumpannija, iċ-ċertifikat għandu juri dik id-data, u l-kumpannija
għandha tiġi fis-seħħ u tkun awtorizzata li tibda taħdem minn dik l-
aħħar data.
(2) Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ dwar kumpannija huwa
prova konklużiva illi l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
reġistrazzjoni u ħwejjeġ preċedenti u nċidentali għalih ikunu ġew
imħarsa u li l-kumpannija hija reġistrata kif imiss bħala kumpannija
pubblika jew privata taħt dan l-Att.
Meta ma jinħariġx 
ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
78. (1) Il-persuni kollha li jmexxu negozju jew jagħmlu
ftehim taħt isem jew għan-nom ta’ kumpannija li dwarha ma jkunx
inħareġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni taħt dan l-Att, jew qabel id-data
murija fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni bħala d-data li fiha dik il-
kumpannija għandha tibda sseħħ, ikunu, sakemm ma jkunx
miftiehem xort’oħra personalment u solidalment responsabbli dwar
terzi għall-atti magħmula taħt dak l-isem.
(2) Fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrarju, il-persuni msemmija fis-
subartikolu (1) ikollhom, kontra xulxin u dwar attiv u passiv li
jinqalgħu mit-tmexxija tan-negozju f’isem il-kumpannija jew għan-
nom tagħha, il-jeddijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom
koproprjetarji.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), in-negozji
msemmija f’dak is-subartikolu għandhom jitqiesu bħallikieku saru
mill-kumpannija għar-rigward ta’ terzi li trattaw in bona fede ma’
persuni li aġixxew f’isem jew għan-nom kumpannija li dwarha ma
jkunx inħareġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni taħt dan l-Att, jew li ma
tkunx għadha ġiet fis-seħħ, b’effett mid-data li fiha l-kumpannija
tiġi fis-seħħ; iżda f’dak il-każ id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ma japplikawx. Il-kumpannija jkollha jedd li tkun indennizzata
mill-persuni li jkunu aġixxew f’isimha jew għan-nom tagħha dwar
ir-responsabbiltà  tagħha taħt dan is-subartikolu lejn l-imsemmija
terzi.
Tibdil u żidiet fil-
memorandum u fl-
istatut.
Emendat:
IV. 2003.45.
79. (1) Kumpannija tista’ b’riżoluzzjoni straordinarja tibdel
jew iżżid fil-memorandum jew fl-istatut tagħha:
Iżda -
(i) meta t-tibdil jikkonsisti f’bidla ta’ l-uffiċċju
reġistrat f’Malta tal-kumpannija dak it-tibdil
jista’ jsir b’riżoluzzjoni tad-diretturi; u
(ii) meta t-tibdil jikkonsisti fit-tibdil ta’ xi
azzjonijiet fi stock jew fit-tibdil mill-ġdid ta’
dak l-istock f’azzjonijiet, dak it-tibdil jista’ jsir
biss jekk l-azzjonijiet li għandhom jiġu mibdula
jkunu azzjonijiet imħallsa u jekk l-istock ikun
mibdul mill-ġdid f’azzjonijiet imħallsa, iżda,
jekk il-kumpannija tkun hekk awtorizzata fil-
memorandum jew fl-istatut tagħha, tista’
  34      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
b’riżoluzzjoni ordinarja tibdel kull azzjonijiet
imħallsa fi stock u tibdel mill-ġdid dak l-istock
f’azzjonijiet imħallsa ta’ kull denominazzjoni.
(2) Ikun dmir id-diretturi u s-segretarju tal-kumpannija li
jikkonsenjaw lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni kopja mitbugħa ta’
kull riżoluzzjoni kif intqal qabel fi żmien erbatax-il jum wara d-
data tar-riżoluzzjoni, flimkien ma’ kopja riveduta u aġġornata tal-
memorandum, u ta’ l-istatut, jekk ikun hemm, kif emendati bl-
imsemmija riżoluzzjoni u li jkun fihom it-tibdiliet kollha li jkun
saru sa dak inhar dwar id-diretturi, is-segretarju tal-kumpannija, ir-
rappreżentazzjoni tal-kumpannija, tibdil fl-uffiċċju reġistrat tal-
kumpannija jew kull trasferiment jew trasmissjoni ta’ azzjonijiet
jew xi għoti ta’ azzjonijiet. Kull test preċedenti emendat tal-
memorandum u ta’ l-istatut, jekk ikun hemm, jista’ jiġi mwarrab
mir-Reġistratur meta test sussegwenti emendat ikun konsenjat lilu
għar-reġistrazzjoni:
Iżda f’każ ta’ diskrepanza bejn it-test ta’ xi memorandum u
statut emendati, jekk ikun hemm, u t-test tal-memorandum u statut
oriġinali, jekk ikun hemm, reġistrati skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 76, it-test ta’ l-aħħar flimkien mar-riżoluzzjonijiet
reġistrati skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) jipprevalu.
Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), meta it-
tibdil ikun il-bidla fl-uffiċċju reġistrat f’Malta tal-kumpannija, id-
diretturi jew is-segretarju tal-kumpannija għandu jibgħat lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni prospett tal-bidla fl-uffiċċju
reġistrat, li jispeċifika d-data tal-bidla, flimkien ma’ l-uffiċċju
reġistrat il-ġdid, fi żmien erbatax-il jum minn dik il-ġrajja.
(3) Kull tibdil jew żieda fil-memorandum jew fl-istatut ta’
kumpannija ma għandux jibda jseħħ, jekk u sakemm ma jkunx
reġistrat kif provdut fis-subartikolu (2).
(4) Ir-responsabbiltà  li jkun żgurat li kull emendi proposti
għall-istatut ta’ assoċjazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ kumpannija,
ikunu korretti, kompleti u li jkunu jħarsu għal kollox dan l-Att u
kull liġi oħra applikabbli, tkun fuq id-diretturi ta’ l-imsemmija
kumpannija.
(5) Fin-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijet tas-subartikolu
(2), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun fin-nuqqas jista’ jeħel
penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Tibdil ta’ isem il-
kumpannija.
80. Meta kumpannija tbiddel isimha skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 79, ir-Reġistratur għandu jniżżel l-isem ġdid fir-
reġistru minflok l-isem ta’ qabel u għandu joħroġ ċertifikat tar-
reġistrazzjoni mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      35
Tibdil fil-
memorandum jew 
fl-istatut b’żieda 
fir-responsabbiltà  
ta’ kontribuzzjoni 
għal kapital 
azzjonarju ma 
għandux jorbot 
membri eżistenti 
mingħajr il-
kunsens tagħhom. 
81. Minkejja dak kollu li jinsab fil-memorandum jew fl-istatut
ta’ kumpannija, ebda membru ma jkun marbut b’xi tibdil magħmul
fil-memorandum jew fl-istatut wara d-data li fiha jkun sar membru
jekk u sakemm il-bidla teħtieġ li huwa jissottoskrivi għal numru
akbar ta’ azzjonijiet minn dak miżmum minnu fid-data li fiha jkun
sar it-tibdil, jew b’xi mod tkabbar ir-responsabbiltà  li jkollu f’dik
id-data li jikkontribwixxi għall-kapital jew li xort’oħra jħallas flus
lill-kumpannija:
Iżda dan l-artikolu ma għandu jgħodd f’ebda każ meta l-
membru jaqbel bil-miktub, sew qabel kemm wara li jkun sar it-
tibdil, li jkun marbut bih.
Awtentikazzjoni ta’ 
dokumenti. 
82. (1) Dokument jew proċedura li jeħtieġu awtentikazzjoni
minn kumpannija jistgħu jkunu ffirmati minn direttur, mis-
segretarju tal-kumpannija jew uffiċjal ieħor awtorizzat tal-
kumpannija.
(2) Id-dokumenti kollha kkonsenjati lir-Reġistratur għandhom
ikunu awtentikati skond dan l-artikolu.
Kapitolu II - Tibdil fil-kapital azzjonarju ta’ kumpannija
Tnaqqis tal-kapital 
azzjonarju maħruġ.
Emendat:
XXIV. 1995.362;
IV. 2003.46.
83. (1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
79(3), meta t-tibdil jikkonsisti fit-tnaqqis tal-kapital azzjonarju
maħruġ, kull tnaqqis bħal dak ma jibdix iseħħ qabel ma jgħaddu
tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija
fl-artikolu 401(1)(e) dwar ir-riżoluzzjoni li tolqot dak it-tibdil:
Iżda jekk kreditur tal-kumpannija li d-dejn tagħha kien
jeżisti qabel il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija f’dan is-
subartikolu jopponi ruħu għal hekk b’ċitazzjoni preżentata fi żmien
tliet xhur kalkolati kif intqal qabel u juri raġuni tajba għaliex dan
ma għandux isir, il-qorti għandha jew tilqa’ l-oppożizzjoni jew
tħalli t-tnaqqis wara li tingħata sigurtà  biżżejjed:
Iżda wkoll tnaqqis fil-kapital azzjonarju jkun bla effett sal-
limitu li jnaqqas il-kapital għal inqas mill-minimu preskritt bl-
artikolu 72.
(2) Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu mingħajr dewmien jara li
kopja ta’ kull ċitazzjoni preżentata taħt is-subartikolu (1) u ta’ kull
sentenza mogħtija dwarha tkun notifikata lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
(3) Ir-rinunzja totali jew parzjali għal ammonti mhux imħallsa
ta’ azzjonijiet maħruġa u l-ħelsien tad-detenturi ta’ dawk l-
azzjonijiet mill-obbligu tagħhom li jħallsu dik il-parti mhux
imħallsa għandha, minkejja dak kollu li jinsab fil-memorandum jew
fl-istatut ta’ kumpannija, fil-każijiet kollha titqies bħala tnaqqis fil-
kapital azzjonarju.
(4) Meta jkun hemm diversi klassijiet ta’ azzjonijiet id-
deċiżjoni mill-laqgħa ġenerali dwar tnaqqis fil-kapital maħruġ tkun
suġġetta għal vot separat għal kull klassi ta’ azzjonisti li l-jeddijiet
tagħhom jintlaqtu bit-tnaqqis, u għal kull vot separat li jittieħed l-
istess maġġoranza tkun meħtieġa daqslikieku l-azzjonijiet ma
kenux maqsuma fi klassijiet differenti.
  36      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(5) Tibdil li jikkonsisti fi tnaqqis tal-kapital azzjonarju maħruġ
li l-għan tiegħu hu li jpaċi telf li jkun sar jew li jinkludi somom ta’
flus f’riżerva jibda jseħħ malli tiġi reġistrata r-riżoluzzjoni dwar it-
tnaqqis u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) dwar id-drittijiet
mogħtija lil kredituri ta’ kumpannija ma jgħoddux:
Iżda, wara din l-operazzjoni, l-ammont ta’ dik ir-riżerva ma
jkunx iżjed minn għaxra fil-mija tal-kapital azzjonarju maħruġ
imnaqqas:
Iżda wkoll kull riżerva bħal dik għandha tintuża biss biex
tpaċi telf li jkun sar jew biex jiżdied il-kapital azzjonarju maħruġ
bil-kapitalizzazzjoni ta’ dik ir-riżerva.
(6) Fil-każijiet imsemmija fis-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu
l-ammonti li jinkisbu mit-tnaqqis tal-kapital azzjonarju maħruġ ma
jistgħux jintużaw biex isiru ħlasijiet jew tqassim lil azzjonisti jew
biex jeħilsu azzjonisti mill-obbligu li jħallsu għal sejħiet fuq l-
azzjonijiet tagħhom:
Iżda jekk id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) dwar
id-drittijiet mogħtija lill-kredituri tal-kumpannija jkunu segwiti
sabiex titnaqqas xi somma ta’ flus li tkun tinsab f’xi riżerva bħal
dik, kif imsemmi fis-subartikolu (5), l-ammonti li jinkisbu
minnhom jistgħu jintużaw sabiex isiru ħlasijiet jew tqassim lill-
azzjonisti.
(7) L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa ġenerali li fiha tittieħed ir-
riżoluzzjoni straordinarja għat-tnaqqis ta’ kapital azzjonarju
maħruġ għandu, b’żieda mal-ħtiġiet stabbiliti fl-artikolu 135(1)(a),
jispeċifika wkoll l-għan tat-tnaqqis u l-mod li bih dan ikun se jsir.
Kumpanniji ta’ 
investiment 
b’kapital 
azzjonarju 
varjabbli.
Emendat:
IV. 2003.47;
IX. 2003.84.
84. (1) Kumpannija tista’, jekk tħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, tkun iffurmata bħala kumpannija ta’ investiment
b’kapital azzjonarju varjabbli.
(2) (a) Il-memorandum ta’ kumpannija ta’ investiment
b’kapital azzjonarju varjabbli għandu dwar il-kapital
azzjonarju tal-kumpannija, minflok il-ħwejjeġ
speċifikati fl-artikolu 69(f) jiddikjara illi -
(i) il-kapital azzjonarju tal-kumpannija għandu jkun
daqs il-valur għal dak iż-żmien tal-kapital
azzjonarju maħruġ tal-kumpannija; u
(ii) l-imsemmi kapital azzjonarju għandu jkun
maqsum f’numru speċifikat ta’ azzjonijiet
mingħajr ma jingħata ebda valur nominali
għalihom; u
(b) barra minn hekk, il-memorandum tal-kumpannija
għandu jillimita l-għan tal-kumpannija għal xi wieħed
minn dawn li ġejjin -
(i) l-investiment kollettiv tal-fondi tagħha
f’sigurtajiet u beni oħra mobbli u immobbli, jew
f’xi wħud minnhom, bil-għan li jinfirex ir-riskju
ta’ investiment; u l-għoti lill-azzjonisti tal-
kumpannija l-benefiċċju tar-riżultati ta’ l-
amministrazzjoni tal-fondi tagħha, u fit-twettiq
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      37
ta’ dak l-għan, għandu jkollha d-dritt li tagħmel
kull att li għandu x’jaqsam ma’ dan jew li hu
anċillari għalih; jew
Kap. 450.
(ii) li taġixxi u topera bħala Fond għal min Jirtira
skond kif imfisser fl-artikoli 2 u 4 ta’ l-Att li
jirregola Fondi Speċjali; u
(ċ) il-memorandum jew l-istatut tal-kumpannija għandu
jipprovdi -
(i) li l-valur attwali tal-kapital azzjonarju mħallas
tal-kumpannija jkun f’kull żmien daqs il-valur
ta’ l-attiv ta’ kull xorta tal-kumpannija wara li
jitnaqqas il-passiv; u
(ii) li l-azzjonijiet tal-kumpannija għandhom
jinxtraw mill-kumpannija direttament jew
indirettament mill-attiv tal-kumpannija, fuq it-
talba ta’ xi wieħed mid-detenturi tagħhom jew
kif xort’oħra provdut mill-memorandum jew l-
istatut tal-kumpannija.
(3) Azzjoni li tittieħed mill-kumpannija biex tiżgura li l-valur
ta’ l-azzjonijiet tagħha fuq il-borża ma’ jinbidilx mill-valur nett ta’
l-attiv tagħha b’iktar minn perċentwali speċifikat fl-istatut tagħha,
liema perċentwali ma jistax ikun iżjed minn ħamsa fil-mija, titqies
bħala azzjoni meħuda għall-finijiet tas-subartikolu (2)(ċ)(ii).
(4) Kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju varjabbli
ma tistax toħroġ azzjonijiet imħallsin parzjalment.
(5) Ix-xiri minn kumpannija ta’ investiment b’kapital
azzjonarju varjabbli ta’ l-azzjonijiet tagħha stess isir skond il-
kondizzjonijiet u b’dak il-mod li jista’ jkun provdut fl-istatut
tagħha.
(6) Azzjonijiet ta’ kumpannija ta’ investiment b’kapital
azzjonarju varjabbli li jkunu nxtraw mill-kumpannija nnifisha
għandhom ikunu kanċellati u l-ammont tal-kapital azzjonarju
maħruġ tal-kumpannija għandu jitnaqqas mill-prezz imħallas mill-
kumpannija għax-xiri ta’ l-azzjonijiet, u ebda ħaġa f’dan l-Att ma
teħtieġ li kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju varjabbli
toħloq xi riżerva.
(7) Bla ħsara għal xi ħtiġiet li jistgħu jkunu imposti fuq
kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju varjabbli skond xi
liġi oħra, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 70(1) u (2), l-artikoli 72,
83, 85 sa 88, 97, 103, 105 sa 113, 115 u Kapitolu XI tat-Taqsima V
ta’ dan l-Att, ma japplikawx għal kumpannija bħal dik.
(8) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, kumpannija
ta’ investiment b’kapital azzjonarju varjabbli ma tkunx obbligata li
tagħti d-dettalji fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-formola tal-prospett annwali
li hemm fis-Seba’ Skeda, barra mill-kapital azzjonarju tal-
kumpannija u n-numru ta’ azzjonijiet maħruġa.
(9) F’dan l-Att, riferenza għal valur nominali ta’ azzjoni
maħruġa jew mogħtija, jew ta’ kapital azzjonarju maħruġ jew
mogħti, f’kumpannija għandha tiftiehem, fil-każ ta’ kumpannija ta’
  38      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
investiment b’kapital azzjonarju varjabbli, bħala riferenza għall-
valur ta’ l-attiv nett.
Kap. 370.
(10) Il-Ministru, b’konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment li jaġixxi fuq il-parir ta’
l-awtorità  kompetenti taħt l-imsemmi Att, jagħmel regolamenti
sabiex id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jitwettqu aħjar; u bla
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel jista’, b’dawk ir-
regolamenti, b’mod partikolari:
(a) jagħmel iktar disposizzjonijiet dwar il-kontenut tal-
memorandum u statut tal-kumpannija, magħduda
disposizzjonijiet għall-ħruġ ta’ azzjonijiet frazzjonali;
(b) jeżenta jew jipprovdi għall-eżenzjoni ta’ dik il-
kumpannija, jew xi kategorija tagħha, minn xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra
li tkun fis-seħħ suġġetta għal dawk il-modifiki,
varjazzjonijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jkunu
speċifikati;
(ċ) jipprovdi għat-twaqqif u regolazzjoni ta’ kumpanniji
ta’ investiment b’kapital azzjonarju varjabbli bħala
kumpanniji umbrella jew ta’ diversi klassijiet, u
jipprovdi għat-twaqqif ta’ sotto-fondi, u għall-
klassijiet differenti ta’ azzjonijiet li jistgħu jinħarġu
minn dawk il-kumpanniji; jipprovdi għall-possibiltà  li
attiv u passiv jinqasmu u jkunu allokati bejn sotto-
fondi jew klassijiet differenti, għall-konsiderazzjoni
ta’ sotto-fondi jew klassijiet individwali bħala
entitajiet separati u distinti għal dawk l-għanijiet li
jistgħu jkunu stabbiliti, u jipprovdi għal-munita jew
muniti li bihom dawk is-sotto-fondi jew klassijiet
differenti ta’ azzjonijiet jistgħu jkunu desinjati;
Kap. 370.
(d) japplika u jestendi mutatis mutandis,  id-disposizzjo-
nijiet ta’ dan l-artikolu għal forom oħra ta’ soċjetà jiet
kummerċjali li jikkostitwixxu skemi ta’ investiment
kollettiv għall-finijiet ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’
Investiment u soġġett għal dawk il-varjazzjonijiet jew
modifiki li jistgħu jkunu preskritti; u
(e) jipprovdi għal kull ħaġa inċidentali jew li għandha
x’taqsam ma’ dan ta’ hawn fuq.
Kap. 450.
(11) Il-Ministru, f’konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
taħt l-Att li Jirregola Fondi Speċjali, filwaqt li jaġixxi fuq il-parir
ta’ l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, jista’ jagħmel
regolamenti biex mutatis mutandis japplika u jestendi d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għal kumpanniji ta’ investiment
b’kapital azzjonarju varjabbli stabbiliti bil-għan li jaġixxu u
joperaw bħala Fond għal Min Jirtira skond kif imfisser fl-artikoli 2
u 4 ta’ l-Att li jirregola Fondi Speċjali; u bla ħsara għall-ġeneralità
ta’ dak hawn qabel imsemmi jista’, b’dawk ir-regolamenti jipprovdi
dwar kull ħaġa msemmija fis-subartikolu li jiġi minnufih qabel dan.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      39
Setgħa ta’ egħmil 
ta’ regolamenti 
dwar kumpanniji 
ċellulari.
Miżjud:
XVII.1998.70.
Emendat:
IV. 2003.48.
Kap. 403.
84A. (1) Il-Ministru, b’konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi u li jaġixxi fuq il-parir ta’ awtorità
kompetenti taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, jista’
jagħmel regolamenti li jipprovdu dwar il-formazzjoni,
kostituzzjoni, awtorizzazzjoni u regolamentazzjoni ta’ kumpanniji
ċellulari, li jagħmlu possibbli għal kumpannija awtorizzata taħt l-
Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni li tmexxi l-kummerċ ta’
assigurazzjoni, jew kull kummerċ ieħor kif jista’ jiġi preskritt, li
tikkonverti f’kumpannija ċellulari, u għall-ħwejjeġ l-oħra kollha li
jistgħu jinqalgħu in konnessjoni ma’ l-istess; u għall-aħjar twettiq
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, u bla ħsara għall-ġeneralità
ta’ l-istess, jista’, b’dawk ir-regolamenti, in partikolari -
(a) jagħmel provvedimenti dwar il-kontenut tal-
memorandum u statut tal-kumpannija ta’ kumpannija
ċellulari, inklużi provvedimenti għal ħolqien minn
kumpannija ċellulari ta’ ċellula waħda jew aktar, u
għas-segregazzjoni u l-protezzjoni ta’ l-attiv ċellulari
u attiv ieħor tal-kumpannija, u li jistabbilixxu ħtiġiet
ta’ rapportar u li tiżvela;
(b) jeżenta jew jipprovdi għal eżenzjoni ta’ dik il-
kumpannija minn xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew xi
liġi oħra fis-seħħ, suġġett għal dwak il-modifiki,
varjazzjonijiet u kundizzjonijiet li jistgħu jkunu
speċifikati;
(ċ) jagħmel disposizzjonijiet dwar il-mod u l-forma kif
kumpannija ċellulari tista’ toħloq u toħroġ ishma
ċellulari u li jagħmel kull provvediment dwar l-attiv
ta’ kumpannija ċellulari, inkluż il-ħtieġa li l-attiv ta’
kumpannija ċellulari għandu jkun ta’ klassi jew
deskrizzjoni speċifikata, jew kull ħtieġa oħra dwar il-
kwalità , in-natura jew ammont ta’ dak l-attiv;
(d) jagħmel disposizzjonijiet li jippermettu li ċelluli jew
attiv ċellulari attribwibbli għal xi ċellula ta’
kumpannija ċellulari jiġu trasferiti lil xi persuna oħra;
(e) jagħmel provvedimenti biex ċelluli individwali jiġu
konsiderati bħala entitajiet separati u distinti għal
dawk l-għanijiet kif jista’ jiġi stabbilit;
(f) jipprovdi għal kull ħaġa konsegwenzjali, inċidentali
jew konnessa ma’ dan ta’ hawn fuq.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
Kap. 404.
(a) "kummerċ ta’ assigurazzjoni'' tinkludi manager ta’
kummerċ ta’ assigurazzjoni, kif ukoll il-kummerċ ta’
broking ta’ l-assigurazzjoni taħt l-Att dwar il-Brokers
ta’ l-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra, u riferenza
għal ''kumpannija'' għandha tinkludi soċjetà  in
akkomandita jew korp ġuridiku simili jew ekwivalenti
li l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet;
(b) "ċellula" tfisser ċellula maħluqa minn kumpannija
ċellulari bil-għan li tissegrega u tipproteġi l-attiv
ċellulari ta’ dik il-kumpannija kif jista’ jiġi preskritt;
  40      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(ċ) "attiv ċellulari" ta’ kumpannija ċellulari tfisser l-attiv
tal-kumpannija attribwibbli għal xi ċellula tal-
kumpannija kif jista’ jiġi preskritt u tinkludi riferenza
għal kontijiet segregati, kompartamenti jew unitajiet
f’kumpannija li jkollha kontijiet multipli,
kompartamenti jew unitajiet, ikunu kif ikunu msejħa, u
l-kelma ''ċellulari'' għandha tkun imfissra u applikata
f’dan is-sens; u
(d) "kumpannija ċellulari" hi kumpannija formata jew
kostitwita bħala tali, jew konvertita f’kumpannija
ċellulari u li toħloq fiha ċellula jew aktar bil-għan li
tissegrega u tipproteġi l-attiv ċellulari ta’ kumpannija
b’dak il-mod kif jista’ jiġi preskritt.
Applikabilità  ta’ l-
artikolu 84(10)(ċ) 
għal skemi ta’ 
investiment 
kollettiv.
Miżjud:
IV. 2003.49.
Kap. 370.
84B. Ebda ħaġa fl-artikolu 84 ma għandha tipprojbixxi
kumpannija, li ma tkunx kumpannija b’kapital azzjonarju varjabbli
iżda li tikkwalifika bħala skema għal investiment kollettiv u li tkun
liċenzjata kif imiss taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, milli
tkun kostitwita bħala kumpannija umbrella jew multi-class u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 84(10)(ċ) għandhom mutatis
mutandis japplikaw għal dik il-kumpannija.
Żieda fil-kapitat 
azzjonarju maħruġ 
u dritt ta’ diretturi 
li joħorġu 
azzjonijiet.
Emendat:
IV. 2003.50.
85. (1) Kull żieda fil-kapital azzjonarju maħruġ ta’
kumpannija għandu jkun deċiż b’riżoluzzjoni ordinarja tal-
kumpannija, sakemm il-memorandum jew l-istatut ma jeħtieġx
perċentwali ogħla minn dak meħtieġ għal riżoluzzjoni ordinarja bl-
artikolu l35(2).
(2) Il-memorandum jew l-istatut ta’ kumpannija jista’ jħalli l-
laqgħa ġenerali tawtorizza b’riżoluzzjoni ordinarja lill-bord tad-
diretturi biex joħroġ azzjonijiet sa ammont massimu speċifikat fl-
istess memorandum u statut, liema awtorizzazzjoni tkun għal żmien
massimu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded għal żminijiet oħra ta’
ħames snin il-wieħed; u meta dik l-awtorizzazzjoni ma tkunx
inkluża fil-memorandum jew statut tal-kumpannija, l-istess
awtorizzazzjoni tista’ tingħata lill-bord tad-diretturi b’riżoluzzjoni
straordinarja.
(3) Meta jkun hemm diversi klassijiet ta’ azzjonijiet, ir-
riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali dwar iż-żieda fil-kapital azzjonarju
maħruġ imsemmija fis-subartikolu (1) jew l-awtorizzazzjoni
msemmija fis-subartikolu (2) ikunu suġġetti għal vot separat għal
kull klassi ta’ azzjonisti li l-jeddijiet tagħhom jintlaqtu b’dik ir-
riżoluzzjoni jew awtorizzazzjoni, u d-disposizzjonijiet dwar il-
maġġoranza meħtieġa għar-riżoluzzjoni bis-saħħa tas-subartikoli
(1) u (2) għandhom japplikaw għal kull klassi.
(4) Kopja ta’ kull riżoluzzjoni ordinarja jew straordinarja bħal
dawk imsemmija fis-subartikoli (1), (2) u (3) għandha tkun
konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, fi żmien erbatax-il
jum wara d-data tar-riżoluzzjoni relattiva, u fin-nuqqas ta’ dan kull
uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali, u, għal kull
jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (1) sa (4)
għandhom japplikaw għal ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      41
f’azzjonijiet jew li jagħtu l-jedd għal sottoskrizzjoni f’azzjonijiet,
iżda mhux għall-konverżjoni ta’ dawk it-titoli, lanqas għall-
eżerċizzju tal-jedd għal sottoskrizzjoni.
(6) Meta żieda fil-kapital azzjonarju maħruġ ma titteħidtx
kollha, il-kapital azzjonarju maħruġ għandu jiżdied bl-ammont tas-
sottoskrizzjonijiet li jkunu daħlu biss jekk il-kondizzjonijiet tal-
ħruġ hekk jipprovdu.
Ammont imħallas 
ma’ l-għoti ta’ 
azzjonijiet ta’ 
kumpannija 
pubblika. 
86. Azzjonijiet għandhom jitħallsu malli jingħataw sa mill-
inqas ħamsa u għoxrin fil-mija tal-valur nominali tagħhom fil-każ
ta’ kumpannija pubblika.
Ammont imħallas 
ma’ l-għoti ta’ 
azzjonijiet ta’ 
kumpannija 
privata. 
87. Azzjonijiet għandhom jitħallsu malli jingħataw sa mill-
anqas għoxrin fil-mija tal-valur nominali tagħhom fil-każ ta’
kumpannija privata.
Offerta ta’ 
azzjonijiet fuq bażi 
ta’ prelazzjoni mal-
ħruġ.
Emendat:
IV. 2003.51.
88. (1) Kull meta azzjonijiet ta’ kumpannija pubblika jkunu
proposti biex jiġu mogħtija bi ħlas ta’ flus, dawk l-azzjonijiet
għandhom ikunu offerti fuq bażi ta’ prelazzjoni lill-azzjonisti fil-
proporzjon tal-kapital azzjonarju miżmum minnhom:
Iżda azzjonijiet f’kumpannija, sew pubblika jew privata,
ma għandhomx ikunu offerti fuq bażi ta’ prelazzjoni lill-
kumpannija nnifisha, minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att
li tagħti s-setgħa lill-kumpannija li żżomm l-azzjonijiet tagħha
stess.
(2) Meta l-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpannija kif
imsemmija fis-subartikolu (1) li jkollha diversi klassijiet ta’
azzjonijiet li jkollhom jeddijiet differenti dwar votazzjoni, jew
parteċipazzjoni fit-tqassim, jew sehem ta’ attiv fil-każ ta’
xoljiment, jiżdied bil-ħruġ ta’ azzjonijiet ġodda f’waħda biss minn
dawk il-klassijiet, il-jedd ta’ prelazzjoni ta’ l-azzjonisti tal-
klassijiet l-oħra għandu jkun eżerċitat biss wara li l-azzjonisti tal-
klassi li fiha jkunu qed jinħarġu l-azzjonijiet il-ġodda jkunu
eżerċitaw dan il-jedd.
(3) Kopja ta’ kull offerta għal sottoskrizzjoni fuq bażi ta’
prelazzjoni li turi ż-żmien li fih dak il-jedd jista’ jkun eżerċitat
għandha tkun konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni:
Iżda meta kumpannija pubblika ma tkunx ħarġet warrants
dwar azzjonijiet, dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa sakemm
l-azzjonisti kollha tal-kumpannija jkunu mgħarrfa bil-miktub bl-
offerta tas-sottoskrizzjoni fuq bażi ta’ prelazzjoni u biż-żmien li fih
dak il-jedd għandu jkun eżerċitat.
(4) Il-jedd ta’ prelazzjoni msemmi fis-subartikolu (3) għandu
jkun eżerċitat fi żmien li ma jkunx inqas minn erbatax il-jum mid-
data tal-pubblikazzjoni ta’ l-offerta fil-Gazzetta skond l-artikolu
401(1)(e), jew mid-data li fiha jintbagħtu l-ittri lill-azzjonisti
msemmija fl-istess subartikolu.
(5) Il-jedd ta’ prelazzjoni ma jistax ikun ristrett jew iritrat bil-
memorandum jew bl-istatut:
Iżda, dwar għoti partikolari kif imsemmi f’dan l-artikolu,
  42      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
il-jedd ta’ prelazzjoni jista’ jkun ristrett jew irtirat b’ riżoluzzjoni
straordinarja tal-laqgħa ġenerali. F’dan il-każ il-bord tad-diretturi
jkun meħtieġ jippreżenta lil dik il-laqgħa ġenerali rapport bil-
miktub li juri r-raġunijiet għar-restrizzjoni jew irtirar tal-jedd tal-
prelazzjoni u li jiġġustifika l-prezz tal-ħruġ propost.
(6) Kopja tar-riżoluzzjoni msemmija fis-subartikolu (5)
għandha tkun konsenjata mid-diretturi, jew mis-segretarju tal-
kumpannija, lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
(7) Il-memorandum jew l-istatut jew riżoluzzjoni straordinarja
tal-laqgħa ġenerali jistgħu jawtorizzaw lill-bord tad-diretturi li
jirrestrinġi jew jirtira l-jedd ta’ prelazzjoni jekk il-bord ikun
awtorizzat li joħroġ azzjonijiet skond l-artikolu 85 u sakemm il-
bord jibqa’ hekk awtorizzat.
(8) Kopja tar-riżoluzzjoni msemmija fis-subartikolu (7)
għandha tkun konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
(9) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (1) sa (8)
japplikaw għall-ħruġ tat-titoli kollha konvertibbli f’azzjonijiet jew
li jagħtu l-jedd għas-sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet, iżda mhux
għall-konverżjoni ta’ dawk it-titoli, lanqas għall-eżerċizzju tal-jedd
ta’ sottoskrizzjoni.
(10) Il-jedd ta’ prelazzjoni mhux eskluż għall-finijiet tas-
subartikoli minn (5) sa (8) meta, skond id-deċiżjoni li jingħataw
azzjonijiet, jinħarġu azzjonijiet lil banek jew istituzzjonijiet
finanzjarji bil-ħsieb li dawn joffruhom lil azzjonisti tal-kumpannija
skond is-subartikolu (1).
(11) Fin-nuqqas ta’ tħaris tas-subartikolu (6) jew tas-subartikolu
(8), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali u,
għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Kapitolu III - Ħruġ ta’ kapital minn kumpanniji pubbliċi
Ħruġ ta’ 
applikazzjonijiet 
għal azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet 
ta’ kumpannija 
pubblika jsir bi 
prospett. 
Emendat:
IV. 2003.52.
89. (1) Ebda formula ta’ applikazzjoni għal azzjonijiet jew
għal obbligazzjonijiet ta’ kumpannija pubblika ma tista’ tinħareġ
kemm-il darba l-kumpannija ma tkunx reġistrata u l-formula ma
tinħariġx bi prospett li jħares il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 90:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma japplikawx
għal formula ta’ applikazzjoni maħruġa jew -
(a) dwar stedina in  bona fede lil persuna biex tidħol fi
ftehim ta’ sottoskrizzjoni dwar azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet; jew
(b) dwar azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li ma humiex
offerti għall-pubbliku; jew
Kap. 370.
(ċ) minn detentur ta’ liċenza ta’ skema ta’ investiment
kollettiv kif imfisser fl-Att dwar is-Servizzi ta’
Investiment kemm-il darba dak il-ħruġ isir skond
regoli jew regolamenti magħmula taħt dak l-Att.
(2) Il-ħruġ ta’ prospett jew ta’ formula ta’ applikazzjoni għal
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      43
azzjonijiet fi jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija lill-membri jew
lid-detenturi ta’ obbligazzjonijiet eżistenti ma jitqiesx li jkun
offerta għall-pubbliku, sew jekk applikant ikollu sew jekk ma
jkollux jedd li jirrinunzja favur persuni oħra.
Data ta’ prospett u 
ħwejjeġ li jingħadu 
fiħ. 
90. (1) Kull prospett għandu jkollu d-data u għandu juri l-
ħwejjeġ imsemmija fit-Taqsima I tat-Tieni Skedau għandu juri r-
rapporti msemmija fit-Taqsima II ta’ dik l-Iskeda.
(2) Kondizzjoni li teħtieġ jew li torbot applikant għal
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li jirrinunzja għat-tħaris ta’ xi
ħtieġa ta’ dan l-artikolu jew li turi li tolqtu b’avviż ta’ xi kuntratt,
dokument jew ħaġa li mhijiex imsemmija speċifikatament fil-
prospett tkun bla effett.
Penali.
jew tqassim ta’ prospett jew għall-ħruġ ta’ formula ta’
applikazzjoni għal azzjonijiet jew obbligazzjo-nijiet, bi ksur ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 89 jew ta’ l-artikolu
90(1) tista’ teħel penali:
Iżda direttur jew persuna oħra responsabbli għall-prospett
ma titqiesx li hi responsabbli jekk -
(a) dwar xi ħaġa mhux murija tipprova li ma kenitx taf
biha; jew
(b) tipprova li l-ksur sar minħabba li għamlet żball ta’ fatt
onestament; jew
(ċ) il-ksur kien dwar ħwejjeġ li, fil-fehma tal-qorti, kienu
mhux sostanzjali jew xort’oħra kien tali li, wara li
jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, imissu b’mod
raġonevoli jkun skużat:
Iżda wkoll f’każ li ma tkunx imdaħħla fil-prospett
dikjarazzjoni dwar ħwejjeġ imsemmija fil-paragrafu 24 tat-Tieni
Skeda, ebda direttur jew persuna oħra ma tinkorri xi responsabbiltà
dwar dak in-nuqqas jekk ma jkunx provat illi kienet taf bil-ħwejjeġ
li ma ġewx murija.
Prospett li jkollu 
dikjarazzjoni minn 
esperti. 
92. (1) Prospett li jkollu dikjarazzjoni li turi li tkun saret minn
espert ma għandux jinħareġ jekk -
(a) l-espert ma jkunx ta u jkun, qabel il-konsenja ta’ kopja
tal-prospett għar-reġistrazzjoni, irtira l-kunsens tiegħu
bil-miktub għall-ħruġ ta’ dak il-prospett; u
(b) ma tidhirx fil-prospett dikjarazzjoni li huwa jkun ta u
ma jkunx irtira l-kunsens tiegħu kif intqal qabel.
(2) Jekk xi prospett jinħareġ bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, kull persuna li xjentement tkun ħadet sehem fil-ħruġ
tiegħu tista’ teħel penali.
Reġistrazzjoni ta’ 
prospett.
93. (1) Ebda prospett ma għandu jinħareġ jekk, fid-data tal-
pubblikazzjoni tiegħu jew qabel, kif provdut fl-artikolu 99 ma
tkunx ġiet konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni kopja
tiegħu iffirmata minn kull persuna msemmija fih bħala direttur tal-
  44      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kumpannija, jew mill-aġent tiegħu awtorizzat bil-miktub, u li
jkollha mniżżel fuqha jew mwaħħal magħha -
(a) kull kunsens għall-ħruġ tal-prospett meħtieġ bl-aħħar
artikolu qabel dan minn xi persuna bħala espert; u
(b) kopja ta’ kull kuntratt li bil-paragrafu 23 tat-Tieni
Skeda għandu jissemma fil-prospett jew, fil-każ ta’
kuntratt mhux imniżżel bil-miktub, memorandum li
jagħti l-partikolaritajiet kollha tiegħu.
(2) Jekk prospett jinħareġ bi ksur ta’ dan l-artikolu, kull
persuna li xjentement tkun ħadet parti fil-ħruġ tal-prospett tista’
teħel penali u għal kull ġurnata mid-data tal-ħruġ tal-prospett
sakemm tiġi konsenjata kopja tiegħu kif intqal qabel bid-dokumenti
meħtieġa mniżżla fuqha jew imwaħħla magħha, penali oħra.
Responsabbiltà  
ċivili għal 
dikjarazzjonijiet 
ħżiena fil-prospett. 
94. (1) Il-persuni li jkunu responsabbli għall-ħruġ jew li jkunu
awtorizzaw il-ħruġ ta’ prospett ikunu responsabbli in solidum għal
kull dannu li jbati min ikun issottoskriva għal azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet minħabba dak il-prospett, minħabba xi
dikjarazzjoni mhux vera li jkun hemm fih:
Iżda persuna li tkun tat il-kunsens tagħha meħtieġ bl-
artikolu 92 ma tkunx responsabbli bħala persuna li tkun awtorizzat
il-ħruġ ta’ prospett ħlief dwar xi dikjarazzjoni mhux vera
magħmula minnha bħala espert.
(2) Ebda persuna ma tkun responsabbli skond dan l-artikolu
jekk -
(a) tipprova li kellha raġunijiet biżżejjed li temmen, u
sakemm ingħataw l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet
kienet temmen, illi d-dikjarazzjoni kienet vera; jew
(b) tipprova, dwar dikjarazzjoni mhux vera magħmula
minn espert, li kellha raġunijiet biżżejjed li temmen, u
sakemm ingħataw l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet
kienet temmen, illi l-persuna li għamlet id-
dikjarazzjoni kienet kompetenti li tagħmilha; jew
(ċ) kif issir taf bid-dikjarazzjoni mhux vera qabel ma jkun
sar ebda għoti bis-saħħa tal-prospett, tkun tat avviż
xieraq lill-pubbliku dwar li d-dikjarazzjoni ma kenitx
vera.
Dokument li jkollu 
offerta għal 
azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet 
għal bejgħ jitqies 
bħala prospett.
95. (1) Meta kumpannija pubblika tagħti jew tiftiehem li
tagħti xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-kumpannija bl-iskop
li dawk l-azzjonijiet jew obbligazzjonijiet kollha jew x’uħud
minnhom jiġu offerti għall-bejgħ lill-pubbliku, kull dokument li bih
issir l-offerta għall-bejgħ lill-pubbliku għandu għall-finijiet kollha
jitqies li jkun prospett u r-regoli kollha dwar prospett għandhom
jgħoddu u jseħħu għal hekk.
(2) Għandu jitqies, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, illi l-
għoti jew il-ftehim ta’ għoti kien magħmul bil-ħsieb li l-azzjonijiet
jew l-obbligazzjonijiet jiġu offerti għall-bejgħ lill-pubbliku jekk
jintwera -
(a) illi offerta għall-bejgħ lill-pubbliku tkun saret fi żmien
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      45
sitt xhur wara l-għoti jew il-ftehim ta’ għoti; jew
(b) illi fid-data li fiha tkun saret l-offerta l-ammont kollu
li kellu jinġabar mill-kumpannija pubblika għall-
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ma kienx ġie hekk
miġbur.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 93 kif applikat b’dan l-
artikolu għandu jkollu seħħ -
(a) bħallikieku dak l-artikolu jeħtieġ ukoll illi prospett
ikollu mwaħħal miegħu kopja ta’ kull kuntratt li bih l-
azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet imsemmija
ingħataw jew ser jingħataw jew, f’każ ta’ kuntratt
mhux imniżżel bil-miktub, memorandum li jagħti l-
partikolaritajiet kollha dwar hekk; u
(b) bħallikieku l-persuni li jagħmlu l-offerta kienu persuni
msemmija fil-prospett bħala diretturi ta’ kumpannija.
Tifsir ta’ 
disposizzjonijiet 
dwar prospett. 
96. (1) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn
89 sa 95 -
(a) dikjarazzjoni inkluża fi prospett għandha titqies li ma
tkunx vera jekk tkun qarrieqa fil-forma u l-kontest li
fih tkun inkluża; u
(b) dikjarazzjoni titqies li tkun inkluża fi prospett jekk
tkun qiegħda fih jew f’xi dokument li jkun jidher fuq
il-wiċċ tiegħu jew li jkun b’riferenza inkorporat fih
jew maħruġ miegħu.
(2) F’dan il-kapitolu il-kelma "espert" tinkludi inġinier,
stimatur, accountant u kull persuna oħra li l-professjoni tagħha
tagħti awtorità  għal dikjarazzjoni magħmula minnha.
Kapitolu IV - Għoti ta’ azzjonijiet u obbligazzjonijiet 
ta’ kumpanniji 
Ebda għoti jekk ma 
tkunx riċevuta 
sottoskrizzjoni 
minima.
97. (1) Ebda kapital azzjonarju ta’ kumpannija pubblika offert
għall-pubbliku għal sottoskrizzjoni ma għandu jingħata 
(a) jekk ma jkunx ġie sottoskritt u mħallas bi flus l-
ammont imsemmi fil-prospett bħala l-inqas ammont li,
fil-fehma tad-diretturi, għandu jinġabar bil-ħruġ tal-
kapital azzjonarju sabiex jipprovdi għall-ispejjeż
preliminari, xiri ta’ proprjetà  u kapital għan-negozju
kif speċifikat fil-prospett; u
(b) sakemm il-kapital ma jkunx sottoskritt kollu, sew bi
flus jew le, jew il-kondizzjonijiet imsemmija fl-offerta
għall-għoti, meta l-offerta ma tkunx ġiet sottoskritta
kollha, ma jkunux ġew sodisfatti.
(2) Jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1) ma
jkunux tħarsu fi żmien erbgħin jum wara l-ħruġ tal-prospett, il-
flejjes kollha riċevuti mingħand l-applikanti għall-azzjonijiet
għandhom minnufih jitħallsu lura lilhom mingħajr imgħax.
  46      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(3) Jekk xi flus ma jitħallsux lura fi żmien tmienja u erbgħin
jum wara l-ħruġ tal-prospett, id-diretturi tal-kumpannija jkunu
responsabbli in solidum li jħallsuhom lura bl-imgħax ta’ żewġ punti
ta’ perċentaġġ fuq ir-rata minima ta’ skont tal-Bank Ċentrali ta’
Malta fis-sena minn meta jagħlqu l-erbgħin jum; iżda direttur ma
jkunx hekk responsabbli jekk jipprova li n-nuqqas fil-ħlas lura tal-
flus ma kienx dovut għal xi mġieba ħażina jew negliġenza min-
naħa tiegħu.
(4) Kull kondizzjoni li teħtieġ jew li torbot lil applikant għal
azzjonijiet li jirrinunzja għat-tħaris ta’ xi kondizzjoni ta’ dan l-
artikolu tkun nulla.
(5) Il-flejjes kollha miġbura mingħand applikanti skond il-
prospett għandhom jibqgħu proprjetà  ta’ l-applikanti sa dak iż-
żmien li ssir l-għotja b’mod irrevokabbli u ma jkunux disponibbli
biex jissoddisfaw id-djun tal-kumpannija. Dawn il-flejjes
għandhom jinżammu f’kont tal-bank separat sakemm il-
kumpannija tista’ tkun responsabbli li tħallashom lura taħt is-
subartikolu (2); u jekk ikun hemm nuqqas ta’ tħaris ta’ dan is-
subartikolu, il-kumpannija u kull uffiċjal tagħha li jkun naqas
jistgħu jeħlu penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas,
penali oħra.
Effett ta’ għoti 
irregolari. 
98. (1) Għotja magħmula minn kumpannija bi ksur ta’ l-
artikolu 97 tista’ tiġi annullata fuq it-talba ta’ applikant għall-
azzjonijiet imsemmi fl-istess artikolu b’ċitazzjoni ppreżentata fi
żmien xahar wara d-data ta’ l-għotja:
Iżda l-proċedimenti jistgħu jinbdew ukoll jekk il-
kumpannija tkun ġiet xolta u tkun fi stat ta’ stralċ.
(2) Jekk direttur xjentement jikser jew iħalli jew jawtorizza l-
ksur ta’ l-artikolu 97, dan ikun responsabbli li jikkumpensa
rispettivament lill-kumpannija u lill-persuna li lilha jkun sar l-għoti
dwar kull telf, danni jew spejjeż li l-kumpannija jew dik il-persuna
jkunu ġarrbu jew għamlu minħabba l-ksur:
Iżda proċedimenti għall-ġbir lura ta’ dak it-telf, danni jew
spejjeż jistgħu biss jinbdew b’ċitazzjoni fi żmien sentejn mid-data
ta’ l-għoti.
Żmien tal-ftuħ tal-
lista tas-
sottoskrizzjoni.
99. (1) Ebda għoti ta’ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’
kumpannija pubblika ma għandu jsir bis-saħħa ta’ prospett u ebda
proċedimenti ma għandhom jittieħdu fuq applikazzjonijiet
magħmula bis-saħħa ta’ prospett qabel mill-anqas il-bidu tat-tielet
jum tax-xogħol jew dak iż-żmien aktar tard (jekk ikun hemm) kif
ikun imsemmi fil-prospett, wara l-pubblikazzjoni f’gazzetta ta’
kuljum li tkun ċirkolata għal kollox jew prinċipalment f’Malta, ta’
avviż li juri li prospett ikun ġie maħruġ.
(2) Il-bidu tat-tielet jum tax-xogħol imsemmi jew dak iż-żmien
aktar tard kif intqal qabel huwa iżjed ’il quddiem f’dan l-Att
imsejjaħ "iż-żmien tal-ftuħ tal-listi tas-sottoskrizzjoni".
(3) Fl-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għal prospett li joffri
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet għal bejgħ, is-subartikoli (1) u (2)
għandhom ikollhom seħħ bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal bejgħ
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      47
minflok riferenzi għal għoti.
Irtir ta’ 
applikazzjonijiet 
għal azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet.
100. Applikazzjoni għal azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’
kumpannija pubblika li ssir bis-saħħa ta’ prospett ma tkunx tista’
tiġi rtirata qabel ma jgħaddi t-tielet jum tax-xogħol wara ż-żmien
tal-ftuħ tal-listi tas-sottoskrizzjoni, jew l-għoti, qabel ma jgħaddi t-
tielet jum tax-xogħol imsemmi, minn xi persuna responsabbli
skond l-artikolu 94 għall-prospett, ta’ avviż pubbliku li jkollu effett
skond dak l-artikolu li jneħħi r-responsabbiltà  tal-persuna li tagħti
l-avviż.
Għoti ta’ 
azzjonijiet, eċċ., 
isir fil-borża.
Emendat:
IV. 2003.54.
101. (1) Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu
japplikaw meta prospett maħruġ minn jew f’isem kumpannija
pubblika jiddikjara li saret jew se ssir applikazzjoni għal permess
biex l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet offerti minnha jkunu
mniżżla fuq exchange ta’ investiment rikonoxxut f’Malta jew barra
minn Malta.
(2) Għotja magħmula fuq applikazzjoni skond prospett tkun,
issir meta ssir, nulla jekk ma tkunx saret applikazzjoni għall-
permess qabel it-tielet jum tax-xogħol wara l-ewwel ħruġ tal-
prospett jew jekk il-permess ikun ġie rifjutat qabel ma jgħaddu
wieħed u għoxrin jum mid-data ta’ l-għeluq tal-lista ta’
sottoskrizzjoni jew dak iż-żmien itwal, li ma jkunx iktar minn tnejn
u erbgħin jum, kif jista’, matul dawk il-wieħed u għoxrin jum, ikun
notifikat lill-applikant għal permess minn jew f’isem il-borża.
(3) Jekk ma tkunx saret applikazzjoni għal permess kif meħtieġ
bis-subartikoli (1) u (2), jew il-permess ikun ġie rifjutat, il-
kumpannija għandha minnufih tħallas lura mingħajr imgħax, il-
flejjes kollha riċevuti mingħand l-applikanti skond il-prospett.
(4) Jekk xi flus ma jitħallsux fi żmien tmint ijiem wara li jkunu
dovuti mill-kumpannija, id-diretturi tal-kumpannija jkunu
responsabbli in solidum li jħallsu lura l-flus bl-imgħax bir-rata
annwali ta’ żewġ punti ta’ perċentaġġ fuq ir-rata minima ta’ skont
tal-Bank Ċentrali ta’ Malta mill-jum li l-kumpannija tkun dovuta li
tħallas lura, ħlief li direttur ma jkunx responsabbli jekk jipprova li
n-nuqqas tal-ħlas lura tal-flus ma kienx dovut minħabba xi mġieba
ħażina jew traskuraġni min-naħa tiegħu.
(5) Il-flus kollha miġbura mingħand applikanti skond il-
prospett għandhom jibqgħu proprjetà  ta’ l-applikanti sa dak iż-
żmien li ssir l-għotja b’mod irrevokabbli u ma jkunux disponibbli
biex jissoddisfaw id-djun tal-kumpannija. Dawn il-flus għandhom
jinżammu f’kont tal-bank separat sakemm il-kumpannija tista’ tkun
responsabbli li tħallashom lura taħt is-subartikolu (3); u jekk ikun
ħemm nuqqas ta’ tħaris skond dan is-subartikolu, il-kumpannija u
kull uffiċjal tagħha li jkun naqas jistgħu jeħlu penali, u, għal kull
jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(6) Kull kondizzjoni li teħtieġ jew li torbot lil applikant għal
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li jirrinunzja għat-tħaris ta’ xi
ħtieġa ta’ dan l-artikolu tkun nulla.
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, permess ma jitqiesx li jkun
rifjutat jekk jintwera li l-applikazzjoni għalih, għalkemm tkun
għadha ma ngħatatx, tkun se tiġi kunsidrata iktar.
  48      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jkollhom
effett dwar azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li dwarhom ikun hemm
ftehim ma’ persuna li tissottoskrivi offerta għalihom bi prospett
daqslikieku dik il-persuna kienet applikat għalihom skond il-
prospett.
Tħaddim ta’ l-
artikolu 101 ta’ dan 
l-Att meta l-
prospett joffri 
azzjonijiet għall-
bejgħ. 
102. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 101, barra mis-
subartikolu (4) tiegħu, għandhom japplikaw għal prospett li joffri
azzjonijiet għall-bejgħ, barra minn għoti, suġġetti għad-
disposizzjonijiet li ġejjin f’dan l-artikolu.
(2) Is-subartikoli (1) u (2) ta’ l-artikolu 101 japplikaw,
daqslikieku r-riferenza fl-imsemmi subartikolu (2) ta’ l-artikolu
101 għal għoti kienet riferenza għal bejgħ.
(3) Is-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 101 għandu japplika
daqslikieku r-riferenza għal kumpannija kienet riferenza għal min
joffri l-azzjonijiet.
(4) Jekk xi flus ma jitħallsux fi żmien tmint ijiem wara li jkunu
dovuti minn min joffri l-azzjonijiet dan ikun responsabbli li jħallas
l-imgħax fis-sena fuq is-somma dovuta bir-rata ta’ żewġ punti ta’
perċentaġġ fuq ir-rata minima ta’ skont tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
wara li jagħlaq it-tmien jum.
(5) Is-subartikoli minn (5) sa (8) ta’ l-artikolu 101 għandhom
japplikaw, ħlief li fis-subartikolu (5) tiegħu - 
(a) l-ewwel riferenza għall-kumpannija tiftiehem riferenza
għal min joffri l-azzjonijiet; u
(b) ir-riferenza għall-kumpannija u għal kull uffiċjal tal-
kumpannija li jkun naqas tiftiehem bħala riferenza
għal xi persuna li minnha jew permezz tagħha l-offerta
tkun saret u li xjentement u għax riedet awtorizzat jew
ħalliet in-nuqqas.
Prospett dwar għoti 
ta’ azzjonijiet.
103. (1) Kull meta kumpannija tagħmel xi għoti ta’ l-
azzjonijiet tagħha, il-kumpannija għandha, fi żmien xahar wara
hekk, tikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni -
(a) prospett ta’ l-għoti li juri n-numru u l-ammont
nominali ta’ l-azzjonijiet li jkunu jinsabu fl-għoti, l-
ismijiet u l-indirizzi ta’ min lilu jkunu ngħataw u l-
ammont imħallas u dak dovut, u li jkollu jitħallas, fuq
kull azzjoni, sew jekk akkont tal-valur nominali ta’ l-
azzjoni jew bħala premium; u
(b) fil-każ ta’ azzjonijiet mogħtija bħala mħallsa għal
kollox jew f’parti xort’oħra milli bi flus, kuntratt bil-
miktub jew meta l-kuntratt ma jkunx bil-miktub
dokument li juri l-partikularitajiet tal-kuntratt, li
jikkostitwixxi t-titolu ta’ l-għoti lil min ikun ingħata
flimkien ma’ xi kuntratt ta’ bejgħ, jew għal servizzi
mogħtija jew għal xi kumpens ieħor li dwaru jkun sar
l-għoti, u prospett li juri n-numru u l-ammont nominali
ta’ azzjonijiet hekk mogħtija, safejn għandhom jiġu
meqjusa bħala mħallsa, u l-kumpens li għalih ikunu
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      49
ngħataw; u
(ċ) meta applikabbli, dikjarazzjoni li l-ħtiġiet ta’ l-artikolu
97 ikunu ġew imħarsa.
(2) Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ dan l-artikolu, kull uffiċjal tal-
kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali, u, għal kull jum li
matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Kapitolu V - Tiżmim ta’ kapital azzjonarju u tħaris tal-
jeddijiet ta’ klassi
Dmir tad-diretturi 
meta jkun hemm 
telf serju ta’ 
kapital. 
104. (1) Meta l-attiv nett ta’ kumpannija pubblika jkun nofs
jew inqas tal-kapital azzjonarju tagħha maħruġ u msejjaħ, id-
diretturi għandhom, mhux iktar tard minn tletin jum mill-iktar jum
kmieni li fih direttur tal-kumpannija jkun sar jaf b’dak il-fatt,
isejħu kif imiss laqgħa ġenerali tal-kumpannija bil-mezz ta’ avviż
f’dan is-sens li ssir f’data mhux iktar tard minn erbgħin jum mid-
data ta’ l-avviż biex tara għandhomx jittieħdu passi, u jekk iva,
x’passi għandhom jittieħdu biex jilqgħu s-sitwazzjoni, magħduda
konsideraz-zjoni jekk il-kumpannija għandhiex tkun xolta.
F’dan is-subartikolu, "attiv nett" għandu jkollha l-istess
tifsir kif mogħti lilha taħt l-artikolu 193(2).
(2) F’laqgħa msejħa bis-saħħa tas-subartikolu (1) jistgħu jiġu
kunsidrati biss dawk il-passi msemmija fl-imsemmija subartikolu.
(3) Jekk il-laqgħa ġenerali meħtieġa bis-subartikolu (1) ma
tissejjaħx kull wieħed mid-diretturi tal-kumpannija li jkun naqas
jeħel penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali
oħra.
Kumpannija ma 
tistax tissottoskrivi 
għal azzjonijiet 
tagħha stess.
105. (1) Kumpannija ma tistax tissottoskrivi għal xi azzjonijiet
tagħha stess, sew jekk sottoskrizzjoni oriġinali jew sottoskrizzjoni
sussegwenti, u jekk xi azzjonijiet tagħha jkunu sottoskritti minn
persuna li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom tal-kumpannija dik
il-persuna li tissottoskrivi titqies li tkun issottoskriviet għalihom
akkont tagħha stess.
(2) Mar-reġistrazzjoni ta’ kumpannija, il-firmatarji tal-
memorandum ikunu responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ l-
azzjonijiet sottoskritti bi ksur tas-subartikolu (1).
(3) Fil-każ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju maħruġ, il-membri u
d-diretturi jkunu responsabbli in solidum li jħallsu għall-azzjonijiet
sottoskritti bi ksur tas-subartikolu (1) iżda kull membru jew
direttur jista’ jinħeles minn dik ir-responsabbiltà  jekk jipprova li n-
nuqqas ma jkunx sar bi ħtija tiegħu.
Kondizzjonijiet li 
taħthom 
kumpannija tista’ 
takkwista l-
azzjonijiet tagħha 
stess.
106. (1) Kumpannija tista’ takkwista xi azzjonijiet tagħha
stess, iżda mhux b’sottoskrizzjoni, kemm-il darba jitħarsu l-
kondizzjonijiet kollha li ġejjin -
(a) issir disposizzjoni bil-memorandum jew bl-istatut tal-
kumpannija li tawtorizza lill-kumpannija li takkwista
  50      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
l-azzjonijiet tagħha stess;
(b) tingħata awtorizzazzjoni b’riżoluzzjoni straordinarja,
liema riżoluzzjoni tistabbilixxi il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ dawk l-akkwisti u b’mod partikolari
l-akbar numru ta’ azzjonijiet li jkun se jiġu akkwistati,
iż-żmien li għalih tingħata awtorizzazzjoni u li ma
jistax ikun iżjed minn tmintax-il xahar u, fil-każ ta’
akkwist b’kumpens ta’ valur, l-ogħla u l-inqas
kumpens;
(ċ) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 135 għandhom
japplikaw dwar ir-riżoluzzjoni straordinarja msemmija
fil-paragrafu (b) iżda suġġetti għall-kondizzjoni li
azzjonijiet diġà  miżmuma mill-kumpannija nnifisha
jitqiesu li ma jkollhomx jedd għall-vot;
(d) il-valur nominali ta’ l-azzjonijiet akkwistati,
magħduda azzjonijiet li kienu akkwistati qabel mill-
kumpannija u miżmumin minnha ma għandux ikun
iżjed minn għaxra fil-mija tal-kapital azzjonarju
maħruġ;
(e) ebda akkwisti minn kumpannija ta’ l-azzjonijiet tagħha
stess ma jistgħu jsiru meta fl-għeluq ta’ l-aħħar
perijodu tal-kontijiet annwali tal-kumpannija l-attiv
nett kif jidher fil-kontijiet annwali tal-kumpannija
jkun, jew wara dak it-tqassim ikun, inqas mill-ammont
tal-kapital azzjonarju maħruġ flimkien ma’ dawk ir-
riżervi li ma jistgħux jitqassmu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att  jew skond il-
memorandum jew l-istatut tal-kumpannija; u li f’ebda
każ kumpannija ma tkun tista’ takkwista l-azzjonijiet
tagħha stess ħlief mid-dħul ta’ ħruġ ġdid ta’ azzjonijiet
li jsir speċifikament għal hekk, jew minn profitti li
jkunu disponibbli għat-tqassim;
(f) l-azzjonijiet akkwistati għandhom ikunu azzjonijiet
imħallsa għal kollox; u
(g) kumpannija ma tistax minħabba l-akkwist ta’ xi
azzjonijiet tagħha ssir id-detentur ewlieni ta’ l-
azzjonijiet ordinarji tagħha.
(2) Il-kumpannija għandha tikkonsenja lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni kopja tar-riżoluzzjoni imsemmija fis-subartikolu (1).
Jekk ikun hemm nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jinsab ħati jista’ jeħel
penali, u għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(b) ma japplikawx
fejn l-akkwist minn kumpannija ta’ l-azzjonijiet tagħha stess huwa
meħtieġ biex jevita ħsara serja u imminenti lill-kumpannija.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(b) għandhom ukoll
ma japplikawx għall-azzjonijiet akkwistati jew mill-kumpannija
nnifisha jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom
tal-kumpannija għal tqassim lill-impjegati ta’ dik il-kumpannija
jew lill-impjegati tal-kumpannija parent tagħha jew ta’ xi impriżi
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      51
sussidjarji tagħha. Dawk l-azzjonijiet għandhom jitqassmu fi żmien
sena mill-akkwist tagħhom.
(5) Riferenzi f’dan l-artikolu u fl-artikoli minn 107 sa 110 għal
kumpannija li żżomm, takkwista jew xort’oħra tinnegozja fl-
azzjonijiet tagħha stess għandhom jitqiesu li jinkludu riferenzi
għall-kumpannija li tkun qed tagħmel hekk hija stess jew permezz
ta’ persuna li tkun qed taġixxi f’isimha iżda għan-nom tal-
kumpannija.
Akkwist minn 
kumpannija ta’ l-
azzjonijiet tagħha 
stess mingħajr l-
applikazzjoni ta’ l-
artikolu 106.
Emendat:
IV. 2003.55
107. (1) Kumpannija tista’ takkwista xi azzjonijet tagħha stess
xort’oħra milli b’sottoskrizzjoni mingħajr ma tħares id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 106, barra mis-subartikolu (1)(g)
tiegħu, meta l-azzjonijiet ikunu - 
(a) akkwistati mill-kumpannija matul tnaqqis tal-kapital
azzjonarju maħruġ li jsir skond l-artikolu 83; jew
(b) is-suġġett ta’ applikazzjoni li tkun ġiet revokata skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 100; jew
(ċ) konfiskati jew ċeduti lura skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 112; jew
(d) akkwistati f’xi proċedura għat-tibdil, amalgamazzjoni
jew qsim ta’ kumpanniji skond id-disposizzjonijiet li
jinsabu fit-Taqsima VII, fit-Taqsima VIII u fit-Taqsima
IX rispettivament ta’ dan l-Att; jew
(e) akkwistati f’xi procedura għat-tibdil ta’ l-istatus ta’
kumpannija skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
213; jew
(f) akkwistati mill-kumpannija skond ordni tal-qorti
magħmul taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għax-
xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet miżmuma minn azzjonisti
li ma jaqblux, inkluż kull ordni magħmul skond l-
artikolu 402(3)(d); jew
(g) imħallsa għal kollox u akkwistati minn kumpannija ta’
investiment b’kapital azzjonarju fiss jew minn
kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp fuq
it-talba tal-membru kemm-il darba dawk l-akkwisti ma
jkollhomx l-effett li jnaqqsu l-attiv nett tal-kumpannija
għal anqas mill-ammont tal-kapital azzjonarju maħruġ
magħdud ma kull riżervi li t-tqassim tagħhom ma’
jistax isir skond il-liġi; jew
(h) akkwistati minn kumpannija waqt fidi ta’ azzjonijiet
privileġġati skond l-artikolu 115.
(2) Meta azzjonijiet akkwistati skond is-subartikolu (1)(b) sa
(f) ikunu miżmumin mill-kumpannija u ma jsirx id-disponiment
tagħhom fi żmien tletin xahar minn meta jkunu akkwistati l-
kumpannija għandha b’riżoluzzjoni straordinarja tikkanċella dawk
l-azzjonijiet fi żmien sitt xhur mill-għeluq ta’ l-imsemmija tletin
xahar.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 83 li jittrattaw dwar it-
tnaqqis ta’ kapital azzjonarju maħruġ għandhom japplikaw meta l-
azzjonijiet ikunu kanċellati skond is-subartikolu (2):
  52      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Iżda l-qorti ma tistax ma tħallix il-kanċellament milli jsir,
iżda, fejn hemm raġuni valida, għandha tordna biss illi tingħata
sigurtà  biżżejjed lill-kreditur li jkun oġġezzjona għall-kanċellament
u jekk sigurtà  biżżejjed ma tingħatax minnufih, il-qorti għandha
tordna li dik is-sigurtà  tingħata minnufih hekk kif din tkun għad-
disposizzjoni tal-kumpannija u ebda tqassim ta’ dividend ma jista’
jsir mill-kumpannija matul dan iż-żmien.
(4) Jekk il-kumpannija tonqos li tħares is-subartikolu (2) fiż-
żmien preskritt, kull membru jew direttur tal-kumpannija jista’
jagħmel rikors lill-qorti biex toħroġ ordni li dawk l-azzjonijiet
ikunu kanċellati.
(5) Meta l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet miżmuma mill-
kumpannija skond xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), magħduda azzjonijiet li l-kumpannija tista’ tkun akkwistat
permezz ta’ persuna li tkun qed taġixxi f’isimha proprju iżda għan-
nom tal-kumpannija, ma jaqbiżx l-għaxra fil-mija tal-kapital
azzjonarju maħruġ tagħha, id-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn
(2) sa (4) m’għandhomx japplikaw.
Azzjonijiet 
akkwistati jew 
miżmuma bi ksur 
ta’ l-artikoli 106 u 
107. 
108. (1) Jekk azzjonijiet akkwistati jew miżmuma bi ksur ta’ l-
artikolu 106 u ta’ l-artikolu 107(1) ma jsirx id-disponiment
tagħhom fi żmien sena mill-akkwist tagħhom, il-kumpannija
għandha tikkanċella dawk l-azzjonijiet fi żmien sitt xhur mill-
għeluq ta’ l-imsemmija sena.
(2) Jekk azzjonijiet ikunu kanċellati skond is-subartikolu (1)
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 83 japplikaw suġġetti għall-
proviso ta’ l-artikolu 107(3).
(3) Jekk il-kumpannija tonqos li tħares is-subartikolu (1) fiż-
żmien preskritt, kull membru jew direttur tal-kumpannija jista’
jagħmel rikors lill-qorti toħroġ ordni biex dawk l-azzjonijiet ikunu
kanċellati.
Kondizzjonijiet 
biex kumpannija 
takkwista l-
azzjonijiet tagħha 
stess meta permess 
bil-liġi.
Emendat:
IV. 2003.56.
109. Matul iż-żmien li kumpannija żżomm xi azzjonijiet tagħha
stess - 
(a) dawn ma jagħtux jedd għall-vot minkejja xi
disposizzjonijiet kuntrarji fil-memorandum jew fl-
istatut tal-kumpannija; u
(b) jekk l-azzjonijiet ikunu nklużi ma’ l-attiv tal-
kumpannija muri fil-karta tal-bilanċ, riżerva għall-
istess ammont, li ma tkunx tista’ titqassam, għandha
tkun inkluża mar-riżervi.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      53
Impriża ma tistax 
tissottoskrivi għal 
azzjonijiet jew 
takkwista 
azzjonijiet fil-
kumpannija parent 
tagħha jew 
tipprovdi għajnuna 
finanzjarja għax 
xiri jew 
sottoskrizzjoni 
għall-azzjonijiet 
tagħha stess jew 
tal-kumpannija 
parent tagħha. 
Emendat:
IV. 2003.57.
110. (1) Ma jkunx permess li mpriża - 
(a) tissottoskrivi, iżżomm, takkwista jew b’mod ieħor
tinnegozja f’azzjonijiet ta’ kumpannija li hija
kumpannija parent tagħha; jew
(b) tagħti, sew direttament jew indirettament, u sew bil-
mezz ta’ self, garanzija, għoti ta’ sigurtà  jew b’mezz
ieħor, xi għajnuna finanzjarja bil-għan li akkwist jew
sottoskrizzjoni magħmula jew li jkun ser issir minn xi
persuna ta’ xi azzjonijiet fil-kumpannija jew fil-
kumpannija parent tagħha.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
japplikaw għal transazzjonijiet li jsiru bil-ħsieb li azzjonijiet ikunu
akkwistati minn jew f’isem impjegati tal-kumpannija jew l-
impjegati ta’ kumpannija minn grupp:
Iżda dawk it-transazzjonijiet ma għandux ikollhom l-effett
li jnaqqsu l-attiv nett tal-kumpannija għal inqas mill-ammont
speċifikat fl-artikolu 106(1)(e).
(3) Is-subartikolu (1) ma għandux japplika għall-provdiment
ta’ għajnuna finanzjarja minn kumpannija ta’ investiment b’kapital
azzjonarju fiss għall-għan ta’ jew in konnessjoni ma’ l-akkwist ta’
l-azzjonijiet imħallsa kollha tagħha minn impriża oħra:
Iżda dik il-provvista ta’ għajnuna finanzjarja ma għandux
ikollha l-effett li tnaqqas l-attiv nett tal-kumpannija għal inqas
mill-ammont speċifikat fl-artikolu 106(1)(e).
Effett ta’ l-
aċċettazzjoni ta’ l-
azzjonijiet tal-
kumpannija stess 
bħala siġurtà .
111. L-aċċettazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-kumpannija stess bħala
sigurtà  jew bħala garanzija oħra għandha titqies bħala akkwist mill-
kumpannija ta’ dawk l-azzjonijiet għall-finijiet ta’ l-artikoli 106,
107 u 109.
Azzjonijiet 
konfiskati jew 
ċeduti.
112. (1) Kull azzjoni f’kumpannija tista’ tiġi konfiskata minn
għand azzjonista favur il-kumpannija u kull azzjonista jkollu jedd li
jċedi l-azzjonijiet kollha tiegħu jew uħud minnhom f’kumpannija
favur dik il-kumpannija jekk l-azzjonista jonqos li jħallas xi sejħa
jew rata ta’ sejħa fil-jum stabbilit għall-ħlas tagħha u sakemm ikun
hemm hekk provdut fil-memorandum jew fl-istatut tal-kumpannija.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 109 għandhom japplikaw
għall-konfiska jew ċessjoni ta’ azzjonijiet sa dak iż-żmien illi l-
kumpannija tiddisponi minnhom jew xort’oħra tikkanċellahom.
Kondizzjonijiet 
għall-ħlas lura ta’ 
kummissjonijiet, 
skonti, eċċ.
Emendat:
IV. 2003.58.
113. (1) Kumpannija tkun tista’ tħallas kummissjoni jew
tagħmel skont jew allowance lil xi persuna b’kumpens talli
tissottoskrivi jew talli tiftiehem li tissottoskrivi, tant għal kollox
kemm taħt kondizzjoni, għal xi azzjonijiet fil-kumpannija, jew talli
tipprokura jew tiftiehem li tipprokura sottoskrizzjonijiet, tant għal
kollox kemm taħt kondizzjoni, għal xi azzjonijiet fil-kumpannija,
kemm-il darba - 
(a) ma jkunx hemm awtorità  dwar hekk fil-memorandum
jew fl-istatut; u
(b) il-kummissjoni, skont jew allowance ma jkunux iżjed
minn għaxra fil-mija tal-prezz li għalih jinħarġu l-
  54      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
azzjonijiet jew l-ammont awtorizzat mill-
memorandum jew mill-istatut, liema jkun l-anqas; u
(ċ) l-ammont jew ir-rata fil-mija tal-kummissjoni, skont
jew allowance kif ukoll in-numru ta’ azzjonijiet li
persuni jkunu ftehmu minħabba f’hekk li
jissottoskrivu għal kollox, għandhom ikunu murija bil-
mod meħtieġ fis-subartikolu (3); u
(d) fl-ebda każ ma għandu l-valur ta’ dawk l-azzjonijiet
jitnaqqas taħt il-valur nominali tagħhom bħala riżultat
ta’ dik il-kummissjoni, skont jew allowance.
(2) Jekk jinħarġu azzjonijiet bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu d-detentur tagħhom ikun marbut li jħallas lill-
kumpannija ammont li jkun daqs l-ammont tal-kummissjoni, skont
jew allowance li jkunu ngħataw iżjed minn dak permess b’dan l-
artikolu, b’imgħax annwali bir-rata ta’ żewġ punti ta’ perċentaġġ
fuq ir-rata minima ta’ skont tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
(3) Il-kondizzjonijiet speċifikati fis-subartikolu (1) għandhom,
fil-każ ta’ azzjonijiet offerti lill-pubbliku għas-sottoskrizzjoni,
jintwerew fil-prospett u fil-każ ta’ azzjonijiet li ma jkunux hekk
offerti - 
(a) dawn għandhom jintwerew f’dikjarazzjoni ffirmata
minn kull direttur tal-kumpannija jew minn xi persuna
oħra awtorizzata bil-miktub biex tirrappreżenta lil xi
direttur u konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni
qabel il-ħlas attwali tal-kummissjoni, skont jew
allowance; u
(b) meta tinħareġ ċirkolari jew avviż, li ma jkunx prospett,
li jagħti sottoskrizzjoni għall-azzjonijiet, dawn
għandhom jintwerew ukoll f’dik iċ-ċirkolari jew f’dak
l-avviż.
(4) Fin-nuqqas tat-tħaris tas-subartikolu (3)(a), kull uffiċjal tal-
kumpannija li jonqos jista’ jeħel penali.
Kif jiġi applikat il-
premium riċevut 
mal-ħruġ ta’ 
azzjonijiet.
114. (1) Meta kumpannija toħroġ azzjonijiet bi premium, tant
bi flus jew xort’oħra, somma daqs l-ammont jew il-valur totali tal-
premiums fuq dawk l-azzjonijiet għandha titħallas minnufih sħiħa u
tiġi trasferita, għal kont li għandu jissejjaħ "il-kont tal-premium ta’
l-azzjonijiet", u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar it-tnaqqis tal-
kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpannija għandhom, ħlief kif
provdut f’dan l-artikolu, japplikaw daqslikieku l-kont tal-premium
kien kapital azzjonarju mħallas tal-kumpannija.
(2) Il-kont tal-premium ta’ l-azzjonijiet jista’, minkejja dak
kollu li hemm fis-subartikolu ta’ qabel dan, jiġi applikat mill-
kumpannija - 
(a) biex tħallas azzjonijiet tal-kumpannija mhux maħruġa
biex jinħarġu lil membri tal-kumpannija bħala bonus
shares imħallsa għal kollox; jew
(b) biex jitħallsu l-ispejjeż preliminari tal-kumpannija jew
l-ispejjeż ta’ jew il-kummissjoni mħallsa jew l-iskont
mogħti fuq kull ħruġ ta’ azzjonijiet jew
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      55
obbligazzjonijiet tal-kumpannija; jew
(ċ) biex jiġi provdut għall-premium li jitħallas fuq fidi ta’
xi azzjoni privileġġata li tista’ tinfeda jew xi
obbligazzjonijiet tal-kumpannija.
Azzjonijiet 
privileġġati li 
jistgħu jinfdew.
Emendat:
IV. 2003.59.
115. (1) Meta kumpannija, awtorizzata kif imiss bil-
memorandum jew bl-istatut tagħha, toħroġ azzjonijiet privileġġati
li jkunu, jew b’għażla tal-kumpannija jew ta’ l-azzjonista, jistgħu
jkunu mifdija -
(a) ebda azzjonijiet bħal dawn ma għandhom jiġu mifdija
ħlief mill-profitti tal-kumpannija li kieku kienu jkunu
disponibbli għad-dividend jew skond is-subartikolu
(4), mir-rikavat ta’ ħruġ ġdid ta’ azzjonijiet magħmul
għall-finijiet tal-fidi;
(b) ebda azzjonijiet bħal dawn ma għandhom jinħarġu
wara l-1 ta’ Ġunju 2003 kemm-il darba ma jkunux
sodisfatti l-pattijiet u l-kondizzjoniet li ġejjin dwar il-
fidi -
(i) id-data li fiha, jew sa liema data, jew id-dati li
bejniethom, l-azzjonijiet għandhom jew jistgħu
jiġu mifdija għandhom ikunu speċifikati fil-
memorandum jew fl-istatut jew, jekk il-
memorandum jew l-istatut hekk jipprovdi,
stabbilit mid-diretturi, u f’dan l-aħħar każ id-
data jew id-dati għandhom ikunu stabbiliti qabel
ma jinħarġu l-azzjonijiet;
(ii) f’kull ċirkostanzi oħra li fihom l-azzjonijiet
għandhom jew jistgħu jiġu mifdija għandhom
ikunu speċifikati fil-memorandum jew fl-istatut
tal-kumpannija;
(iii) l-ammont li għandu jitħallas mal-fidi għandu
jkun speċifikat, jew deċiż, skond il-
memorandum jew l-istatut tal-kumpannija, u
f’dan l-aħħar każ il-memorandum jew l-istatut
ma jistax jipprovdi li l-ammont ikun deċiż
b’riferenza għad-diskrezzjoni jew fehma ta’ xi
persuna; u
(iv) kull pattijiet u kondizzjonijiet ta’ fidi oħra
għandhom ikunu speċifikati fil-memorandum
jew l-istatut tal-kumpannija;
(ċ) ebda azzjonijiet bħal dawn ma jkunu mifdija jekk ma
jkunux imħallsa għal kollox u l-kondizzjonijiet għall-
fidi jipprovdu għall-ħlas sħiħ mal-fidi;
(d) il-premium, jekk ikun hemm, li għandu jitħallas mal-
fidi għandu jkun ġie provdut mill-profitti tal-
kumpannija jew mill-kont tal-premium ta’ l-azzjonijiet
tal-kumpannija qabel ma jiġu mifdija l-azzjonijiet;
(e) meta xi azzjonijiet bħal dawn jiġu mifdija xort’oħra
milli mir-rikavat ta’ ħruġ ġdid, mill-profitti li kieku
kienu jkunu disponibbli bħala dividend, għandha tiġi
  56      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
trasferita għal fond ta’ riżerva li għandu jissejjaħ "il-
fond tar-riżerva għall-fidi tal-kapital", somma daqs l-
ammont nominali ta’ l-azzjonijiet mifdija, u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar it-tnaqqis tal-
kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpannija għandhom,
ħlief kif provdut f’dan l-artikolu, japplikaw
bħallikieku l-fond tar-riżerva għall-fidi tal-kapital kien
kapital azzjonarju mħallas tal-kumpannija.
(2) Il-fond tar-riżerva għall-fidi tal-kapital jista’, minkejja dak
kollu li jingħad f’dan l-artikolu, jiġi applikat mill-kumpannija biex
tħallas azzjonijiet mhux maħruġa tal-kumpannija biex jinħarġu lil
membri tal-kumpannija bħala bonus shares imħallsa għal kollox.
(3) Azzjonijiet privileġġati mifdija taħt dan l-artikolu
għandhom jitqiesu li kienu kanċellati mal-fidi, u l-ammont tal-
kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpannija għandu jitnaqqas bil-
valur nominali ta’ dawk l-azzjonijiet skond hekk:
Iżda l-fidi ta’ azzjonijiet privileġġati minn kumpannija ma
għandux jitqies li jnaqqas l-ammont tal-kapital azzjonarju
awtorizzat tal-kumpannija.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), meta
kumpannija tkun se tifdi azzjonijiet privileġġati, din għandha s-
setgħa li toħroġ azzjonijiet sal-valur nominali ta’ l-azzjonijiet
privileġġati li jkunu se jinfdew daqslikieku dawk l-azzjonijiet
privileġġati qatt ma nħarġu.
(5) Avviż tal-fidi ta’ l-azzjonijiet privileġġati msemmija fis-
subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandu jkun konsenjat mill-
kumpannija lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, fi żmien erbatax-il
jum wara d-data tal-fidi.
(6) Jekk ikun hemm nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (5), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’
jeħel penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas penali
oħra.
Jeddijiet ta’ 
detenturi ta’ 
azzjonijiet ta’ 
klassijiet speċjali u 
tibdil tagħhom.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
116. (1) Jekk, f’każ ta’ kumpannija li jkollha l-kapital
azzjonarju tagħha maqsum fi klassijiet differenti ta’ azzjonijiet,
ikun hemm provdut fil-memorandum jew fl-istatut l-
awtorizzazzjoni għal tibdil f’xi azzjonijiet fil-kumpannija minn
klassi għal oħra jew għal tibdil tal-jeddijiet marbuta ma’ xi klassi
ta’ azzjonijiet fil-kumpannija, suġġetta għall-kunsens ta’ xi
proporzjon speċifikata tad-detenturi ta’ l-azzjonijiet maħruġa ta’
dik il-klassi jew ta’ xi klassi oħra li tintlaqat b’dak it-tibdil jew it-
twettiq ta’ riżoluzzjoni mgħoddija f’laqgħa separata tad-detenturi
ta’ dawk l-azzjonijiet u tad-detenturi ta’ xi azzjonijiet oħra li
tintlaqat b’dak it-tibdil, u bis-saħħa ta’ l-imsemmi provdiment l-
azzjonijiet jinbidlu minn klassi għal oħra jew il-jeddijiet marbuta
ma’ xi klassi ta’ azzjonijiet jinbidlu f’xi żmien, id-detenturi ta’
mhux inqas, b’kollox, minn ħmistax fil-mija jew ta’ l-azzjonijiet
maħruġa ta’ dik il-klassi jew ta’ xi klassi oħra li tintlaqat, li jkunu
persuni li ma qablux jew li ma’ vvutawx favur ir-riżoluzzjoni għat-
tibdil jew varjazzjoni, jistgħu b’ċitazzjoni preżentata fi żmien
wieħed u għoxrin jum mill-kunsens jew mir-riżoluzzjoni, jitlobu
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      57
illi t-tibdil jew varjazzjoni ma jkollhomx seħħ.
(2) Fuq xi talba bħal din il-qorti, jekk tkun soddisfatta, wara li
tqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, illi t-tibdil jew varjazzjoni
jippreġudikaw b’mod mhux xieraq id-detenturi ta’ azzjonijiet li l-
klassi tagħhom tkun ser tinbidel jew li d-drittijiet tagħhom ikunu
ser jiġu varjati, jew id-detenturi ta’ xi klassi oħra ta’ azzjonijiet
hekk milquta, għandha tiċħad li jsir dak it-tibdil jew varjazzjoni.
(3) Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu mingħajr dewmien jara li
kopja ta’ kull ċitazzjoni preżentata skond is-subartikolu (1) u ta’
kull deċiżjoni mogħtija fuqha tiġi notifikata lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni, u l-imsemmija ċitazzjoni għandha, fuq piena ta’
nullità  tinkludi talba għal dak l-effett.
(4) L-artikolu 79(2) u (4) għandu jgħodd għal kull kunsens
mogħti jew riżoluzzjoni meħuda skond is-subartikolu (1).
(5) Meta l-memorandum jew l-istatut ma jipprovdix li jkun
hemm awtorizzazzjoni għal tibdil kif imsemmi fis-subartikolu (1),
ma jista’ jsir ebda tibdil bħal dak.
Kapitolu VI. Disposizzjonijiet mixxellanji dwar
azzjonijiet u obbligazzjonijiet
Numerazzjoni ta’ 
azzjonijiet. 
117. Kull azzjoni f’kumpannija għandha tkun distinta bin-
numru tagħha xieraq:
Iżda, jekk f’xi żmien l-azzjonijiet maħruġa kollha
f’kumpannija, jew l-azzjonijiet maħruġa kollha tagħha ta’ klassi
partikolari, ikunu mħallsa għal kollox u jirrankjaw pari passu
għall-finijiet kollha, ebda waħda minn dawk l-azzjonijiet ma
jkollha bżonn wara hekk li jkollha numru distint sakemm tibqa’
mħallsa għal kollox u tirrankja pari passu għall-finijiet kollha ma’
l-azzjonijiet kollha ta’ l-istess klassi li jkunu għal dak iż-żmien
maħruġa u mħallsa għal kollox.
Trasferiment ta’ 
azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet. 
118. (1) Minkejja kull disposizzjonijiet li jinsabu f’xi liġi
oħra, trasferiment ta’ azzjonijiet jew ta’ obbligazzjonijiet
f’kumpannija jista’ jsir b’kitba privata.
(2) Kumpannija ma tkunx tista’ tirreġistra trasferiment ta’
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-kumpannija jekk ma jkunx
ingħata lill-kumpannija dokument regolari tat-trasferiment jew
kopja awtentika tiegħu:
Kap. 364.
Iżda bla ħsara għal xi dmir li joħroġ mid-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, ebda ħaġa
f’dan l-artikolu ma għandha tippreġudika xi setgħa tal-kumpannija
li tirreġistra bħala azzjonista jew detentur ta’ obbligazzjonijiet lil xi
persuna li lilha d-dritt għal xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-
kumpannija jkun ġie trasferit causa mortis.
  58      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Reġistrazzjoni ta’ 
trasferiment jew 
trasmissjoni ta’ 
azzjonijiet jew 
obbligazzjonijiet.
119. (1) Fuq talba ta’ min jittrasferixxi jew li lilu tkun
trasferita xi azzjoni jew obbligazzjoni ta’ kumpannija l-kumpannija
għandha tniżżel fuq ir-reġistru tagħha tal-membri jew ta’ l-
obbligazzjonijiet, skond il-każ, l-isem u l-indirizz tal-persuna li
lilha jkun sar it-trasferiment u meta t-talba ssir minn min jagħmel
it-trasferiment ir-reġistrazzjoni għandha ssir bl-istess mod u
suġġetta għall-istess kondizzjonijiet daqslikieku t-talba għar-
reġistrazzjoni saret mill-persuna li lilha jkun sar it-trasferiment.
(2) Jekk kumpannija tirrifjuta li tirreġistra trasferiment ta’
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, din għandha, fi żmien xahrejn
mid-data li fiha jkun ippreżentat it-trasferiment, tibgħat avviż ta’
rifjut lill-persuna li lilha jkun sar it-trasferiment.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti li jinsabu
f’Taqsima I ta’ l-Ewwel Skeda u minkejja dak kollu li hemm fil-
memorandum jew statut ta’ kumpannija pubblika, id-diretturi ta’
kumpannija pubblika għandhom l-obbligu li jirreġistraw it-
trasferiment ta’ kull azzjonijiet fil-kumpannija favur kull persuna li
tkun akkwistat dawk l-azzjonijiet b’riżultat tal-bejgħ bis-subbasta
tagħhom.
(4) Fuq it-talba tal-persuna li lilha l-jedd għal xi azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ta’ kumpannija jkun ġie trasmess causa mortis, il-
kumpannija għandha tirreġistra fir-reġistru tagħha tal-membri jew
ta’ l-obbligazzjonijiet, skond il-każ, l-isem u l-indirizz ta’ dik il-
persuna.
(5) Jekk kumpannija tirrifjuta li tirreġistra trasmissjoni kif
imsemmi fis-subartikolu (4), din għandha, fi żmien xahrejn mid-
data li fiha tkun ippreżentata it-trasmissjoni, tibgħat avviż ta’ rifjut
lill-persuna li lilha l-jedd għal xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
ta’ kumpannija jkun ġie trasmess causa mortis.
(6) Fin-nuqqas tat-tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikoli
(2) u (5), kull uffiċjal tal-kumpannija li jonqos, jeħel penali, u għal
kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Ħruġ ta’ certifikati.  120. (1) Kull kumpannija, fi żmien xahrejn wara l-għoti ta’ xi
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tagħha u fi żmien xahrejn wara d-
data li fiha t-trasferiment ta’ dawk l-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ikun ġie reġistrat mal-kumpannija, u fi żmien
xahar mid-data li fiha xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet bħal
dawk trasmessi causa mortis ikunu ġew reġistrati fl-isem tal-
persuna li jkollha dritt tkun reġistrata bħala d-detentriċi tagħhom,
għandha tikkonsenja ċ-ċertifikati ta’ l-azzjonijiet, obbligazzjonijiet
jew stock ta’ obbligazzjonijiet kollha mogħtija, trasferiti jew
trasmessi causa mortis lill-persuni li jkollhom jedd għalihom, jekk
il-kondizzjonijiet tal-ħruġ ta’ l-azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ma
jipprovdux xort’oħra.
(2) Il-kelma "trasferiment" għall-finijiet ta’ dan l-artikolu
tfisser trasferiment li fuqu jkun tħallas id-dazju dovut, jekk ikun
hemm, u hu xort’oħra validu, u ma tinkludix dak it-trasferiment li l-
kumpannija għal xi raġuni jkollha dritt li tiċħad li tirreġistra u li ma
tirreġistrax.
(3) Fil-każ ta’ trasferiment jew trasmissjoni causa  mortis ta’
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      59
azzjonijiet il-kumpannija għandha fi żmien erbatax-il jum mid-data
li fiha t-trasferiment ta’ xi azzjonijiet bħal dawk ikun reġistrat mal-
kumpannija, u fi żmien xahar mid-data li fiha t-trasmissjoni causa
mortis ta’ xi azzjonijiet bħal dawk tkun reġistrata f’isem il-persuna
li jkollha l-jedd li tkun reġistrata bħala d-detentur tagħhom,
tikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni avviż tat-
trasferiment jew tat-transmissjoni causa mortis fejn tagħti l-
ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li lilhom ikun sar it-trasferiment
jew l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li jkollhom il-jedd għall-
azzjonijiet trasmessi causa mortis, skond il-każ.
(4) Fin-nuqqas tat-tħaris ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jonqos jista’ jeħel
penali, u għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Warrants dwar 
azzjonijiet.
121. (1) Kumpannija pubblika, jekk tkun hekk awtorizzata bil-
memorandum jew bl-istatut tagħha, tista’, dwar azzjonijiet imħallsa
għal kollox, toħroġ warrant lill-portatur, f’dan l-Att imsejjaħ
"warrant dwar azzjonijiet", li juri li l-portatur tal-warrant ikollu
jedd għall-azzjonijiet imsemmija fih u jista’ jaħseb, b’kupuni jew
xort’oħra, għall-ħlas tad-dividendi li jkun hemm ’il quddiem fuq
azzjonijiet inklużi fil-warrant.
(2) L-azzjonijiet imsemmija f’warrant dwar azzjonijiet jistgħu
jiġu trasferiti bil-konsenja tal-warrant.
Rahan ta’ 
sigurtajiet.
Emendat:
XXIV. 1995.362;
XI. 1997.7;
IV. 2003.60.
122. (1) Sigurtajiet jistgħu, kemm-il darba ma jkunx provdut
xort’oħra fil-memorandum jew fl-istatut tal-kumpannija jew taħt il-
kondizzjonijiet tal-ħruġ ta’ dawk is-sigurtajiet, ikunu mirhuna mid-
detentur tagħhom favur xi persuna bħala garanzija għal xi obbligu.
Ir-rahan tal-garanzija għandu jsir bil-ħruġ ta’ dokument miktub
bejn min jirhan u bejn min favur tiegħu jsir ir-rahan:
Iżda r-rahan ta’ warrants dwar azzjonijiet jew warrants ta’
obbligazzjonijiet isir bil-konsenja favur min isir ir-rahan, u d-
disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (2) sa (5), minn (10) sa (12),
(14) u (15) ma japplikawx għalih:
Iżda wkoll fil-każ ta’ kumpannija privata, sigurtajiet ma
jistgħux jingħataw b’rahan sakemm il-memorandum jew l-istatut
tal-kumpannija ma jipprovdux hekk speċifikament; u dwar
trasferimenti ta’ azzjonijiet minn membri tal-kumpannija kull
restrizzjoni li tirriżulta mill-memorandum jew mill-istatut tal-
kumpannija għandha, bla ħsara għad-disposizzjonjiet tas-
subartikolu (10), titqies li ma tapplikax għal trasferimenti minn min
favur tiegħu jsir ir-rahan skond is-subartikolu (6) jew li jirriżultaw
minn xi bejgħ ġudizzjarju.
(2) Avviż tar-rahan għandu jiġi konsenjat minn min jirhan jew
favur min isir ir-rahan lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni fi żmien
erbatax-il jum mill-ħruġ tar-rahan. Il-kumpannija li s-sigurtajiet
tagħha jkunu mirhuna, għandha wkoll tiġi avżata bil-miktub dwar
ir-rahan fl imsemmi żmien u l-kumpannija għandha tirreġistrah fir-
reġistru tad-detenturi tas-sigurtajiet rispettivi.
(3) Ir-rahan tas-sigurtajiet ikun effettiv dwar terzi biss wara r-
reġistrazzjoni mir-Reġistratur ta’ l-avviż imsemmi fis-subartikolu
  60      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(2).
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), matul
is-seħħ ta’ rahan ta’ sigurtajiet, kull trasferiment jew assenjazzjoni
oħra magħmula minn min jagħmel ir-rahan, sew b’titolu oneruż jew
gratuwitu, tas-sigurtajiet mirhuna jkun null u bla effett.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), kull
trasferiment jew assenjazzjoni oħra ta’ sigurtajiet magħmula bil-
kunsens ta’ persuna li favur tagħha jkun sar ir-rahan ikun validu u
s-sigurtajiet li jkunu ser jiġu trasferiti jibqgħu suġġetti għar-rahan.
Kap. 12.
(6) Bla ħsara għall-jedd tal-persuna li favur tagħha jsir ir-rahan
li tagħmel talba għall-bejgħ ġudizzjarju tas-sigurtajiet u minkejja
d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili jew tal-memorandum jew l-
istatut tal-kumpannija, fil-każ ta’ inadempjenza taħt il-ftehim ta’
rahan u ma’ l-għoti ta’ avviż b’att ġudizzjarju lill-persuna li tirhan
u lill-kumpannija, il-persuna li favur tagħha jkun sar ir-rahan
jkollha d-dritt li:
(i) tiddisponi mis-sigurtajiet mirhuna favur tagħha;
jew
(ii) tagħmel approprjazzjoni u takkwista s-sigurtajiet
għaliha nnifisha, b’sodisfazzjon tad-dejn dovut
lilha jew parti minnu.
(7) Għall-finijiet tas-subartikolu (6), il-valur tas-sigurtajiet
jista’ jkun stabbilit bi ftehim bejn min jagħmel ir-rahan u favur min
isir wara li avviż ta’ l-inadempjenza ikun ingħata mill-persuna li
favur tagħha jsir ir-rahan lil min jirhan skond l-imsemmi
subartikolu (6), u ebda ftehim dwaru li jkun sar qabel ma jkun
validu:
Iżda, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-valur xieraq għall-bejgħ
jew approprjazzjoni tas-sigurtajiet jiġi stabbilit minn accountant
pubbliku ċertifikat jew minn accountant u awditur pubbliku
ċertifikat maħtur mill-Qorti Ċivili, Prim’Awla, fuq rikors tal-
persuna li favur tagħha jsir ir-rahan.
(8) Għall-finijiet tas-subartikolu (7), il-valur xieraq tas-
sigurtajiet ikun dak fis-seħħ fid-data ta’ l-avviż imsemmi fis-
subartikolu (6).
(9) Il-persuna li favur tagħha jsir ir-rahan tkun obbligata, meta
tbigħ is-sigurtajiet skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6), li
tfittex li ġġib l-aħjar prezz li ma jkunx inqas mill-valur xieraq
tagħhom stabbilit skond is-subartikolu (7). Fil-każ li ma jinstabx
xerrej għas-sigurtajiet bil-valur xieraq, il-persuna li favur tagħha
jsir ir-rahan għandha tagħmel rikors lill-qorti sabiex is-sigurtajiet
jinbiegħu inqas mill-valur xieraq tagħhom kif intqal qabel taħt
dawk il-kondizzjonijiet li l-qorti jidhrilha xierqa.
(10) Fil-każ ta’ rahan ta’ azzjonijiet ta’ kumpannija privata, il-
persuna li favur tagħha jsir ir-rahan tkun obbligata, qabel ma
teżerċita d-dritt mogħti bis-subartikolu (6), li toffri l-azzjonijiet lil
azzjonisti oħra tal-kumpannija skond xi jeddijiet ta’ prelazzjoni li
għandhom x’jaqsmu ma’ trasferiment ta’ azzjonijiet kif stabbilit
fil-memorandum jew fl-istatut tal-kumpannija, u, fin-nuqqas ta’
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      61
jeddijiet ta’ prelazzjoni, lill-azzjonisti l-oħra kollha tal-kumpannija
fi proporzjon tal-kapital azzjonarju miżmum minnhom. F’kull każ
l-azzjonisti jkollhom id-dritt li jixtru l-azzjonijiet bil-prezz stabbilit
skond is-subartikolu (7). Dik l-offerta għandha tibqa’ miftuħa mill-
anqas għal għaxart ijiem tax-xogħol.
(11) Fil-każ ta’ rahan ta’ azzjonijiet ta’ kumpannija pubblika li
l-memorandum jew l-istatut tagħha jitolbu li jekk xi azzjonista li
jixtieq jittrasferixxi azzjonijiet tal-kumpannija biex joffrihom fuq
bażi ta’ prelazzjoni lil azzjonisti oħrajn tal-kumpannija, il-persuna
li favur tagħha jsir ir-rahan tkun hekk obbligata, qabel l-eżerċizzju
tad-dritt mogħti bis-subartikolu (6), li toffri l-azzjonijiet lil dawk l-
azzjonisti, li jkollhom il-jedd li jixtru l-azzjonijiet bil-prezz
stabbilit skond is-subartikolu (7). Dik l-offerta għandha tibqa’
miftuħa għal mill-anqas għaxart ijiem tax-xogħol.
(12) (a) Fil-każ ta’ rahan ta’ sigurtajiet f’kumpannija pubblika
li tkun ikkwotata fuq exchange ta’ investiment
rikonoxxut, u li dwar dawk is-sigurtajiet ikunu saru
arranġamenti biex l-exchange ta’ investiment
rikonoxxut jżomm ir-reġistru relevanti tad-detenturi ta’
dawk is-sigurtajiet, id-disposizzjonijiet tas-subartikoli
minn (2) sa (11) u (15) ma għandhomx japplikaw għal
dawk is-sigurtajiet ikkwotati. Minflok għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet:
(i) min jirhan jew il-persuna li favur tagħha jsir ir-
rahan għandha fi żmien erbatax-il jum mill-għoti
tar-rahan ta’ sigurtà  kkwotata, tikkonsenja kopja
ċertifikata tal-ftehim tar-rahan iffirmat lill-
exchange ta’ investiment rikonoxxut, li għandha
wkoll tkun notifikata b’avviż tat-tmiem tar-
rahan mill-persuna li favur tagħha jsir ir-rahan fi
żmien erbatax-il jum mit-tmiem tar-rahan;
(ii) il-kumpannija li s-sigurtajiet ikkwotati tagħha
jkunu ngħataw b’rahan għandha wkoll tkun
notifikata bir-rahan jew bit-tmiem tiegħu fl-
istess żminijiet u l-kumpannija għandha
tirreġistra dak il-fatt fir-reġistru tad-detenturi
tas-sigurtajiet rispettivi;
(iii) kull rahan ta’ sigurtajiet għandu jseħħ dwar
terzi, biss mid-data tal-konsenja tal-ftehim tar-
rahan iffirmat lill-exchange ta’ investiment
rikonoxxut u kull trasferiment jew assenjazzjoni
oħra li jsir minnhom minn min jirhan, sew jekk
b’titolu oneruż jew gratuwitu, tas-sigurtajiet
mirhuna, ikunu nulli u mingħajr effett; u
(iv) il-persuna li favur tagħha jsir ir-rahan għandha,
fil-każ ta’ inadempjenza taħt il-ftehim tar-rahan
u ma’ avviż mogħti b’att ġudizzjarju lil min
jirhan, lill-exchange ta’ investiment rikonoxxut
u lill-kumpannija, ikollha s-sigurtajiet mibjugħa
bil-mezz ta’ stockbroker liċenzjat.
(b) Fil-każ ta’ rahan ta’ sigurtajiet f’kumpannija pubblika
  62      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
li huma kkwotati fuq Borża barranija preskritta, id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (7) sa (11) ma
għandhomx japplikaw, u fil-każ ta’ inadempjenza taħt
il-ftehim tar-rahan, il-persuna li favur tagħha jsir ir-
rahan għandha, malli tagħti avviż lil min jagħmel ir-
rahan u lill-kumpannija skond is-subartikolu (6),
għandha jkollha l-azzjonijiet mibjugħa bil-mezz ta’
stockbroker liċenzjat.
(13) Fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha taħt dan l-artikolu,
persuna li favur tagħha jsir ir-rahan għandha biss tbiegħ jew
tagħmel approprjazzjoni ta’ dak in-numru ta’ azzjonijiet li huma
meħtieġa biex jinġabru biżżejjed flus biex jitħallas id-dejn dovut.
L-azzjonijiet kollha li jibqgħu għandhom jiġu meħlusa favur il-
persuna li tirhan.
(14) Il-partijiet fi ftehim ta’ rahan ta’ sigurtajiet jistgħu jiftehmu
dwar il-persuna jew persuni li għandhom jeżerċitaw il-jeddijiet
kollha ta’ detentur tas-sigurtajiet magħduda l-jedd għal vot u l-jedd
li jkunu riċevuti dividendi u ħlasijiet ta’ imgħax:
Iżda, jekk il-ftehim bejn il-partijiet ma jipprovdix għal
dawn il-ħwejjeġ, matul is-seħħ tar-rahan, il-jeddijiet kollha ta’
detentur ta’ sigurtajiet għandhom ikunu eżerċitati minn min jirhan
sakemm dan ikun inadempjenti skond il-ftehim tar-rahan jew
sakemm il-persuna li favur tagħha jsir ir-rahan ma tinfurzax il-
garanzija tagħha; u f’każ bħal dan, man-notifika ta’ att ġudizzjarju
kontra min jirhan u l-kumpannija, l-jeddijiet kollha ta’ min jirhan
ikunu minnufih jistgħu jiġu eżerċitati mill-persuna li favur tagħha
jsir ir-rahan:
Iżda wkoll, sakemm il-persuna li tirhan u dik li favur
tagħha jsir ir-rahan ma jkunux ftehmu mod ieħor fil-ftehim tar-
rahan u avviż ma jkunx ġie mogħti lill-kumpannija, dividendi jew
ħlasijiet ta’ imgħax dovuti fuq sigurtajiet mirhuna għandhom,
matul iż-żmien li r-rahan ikun reġistrat fir-reġistru tad-detenturi
tas-sigurtajiet rispettivi, jitħallsu mill-kumpannija lill-persuna li
favur tagħha jsir ir-rahan li għandha tagħmel dawk l-ammonti
riċevuti għall-imgħax dovut fuq id-dejn assigurat bir-rahan, u, jekk
ikun hemm eċċess, għall-kapital.
(15) Avviż ta’ tmiem ta’ rahan għandu jiġi konsenjat minn min
jirhan jew mill-persuna li favur tagħha jsir ir-rahan lir-Reġistratur
għar-reġistrazzjoni fi żmien erbatax-il jum mit-tmiem tar-rahan. Il-
kumpannija li fiha s-sigurtajiet ikunu mirhuna, għandha wkoll tkun
notifikata bil-miktub bit-tmiem tar-rahan fl-imsemmi żmien u l-
kumpannija għandha tirreġistra dan il-fatt fir-reġistru tad-detenturi
tas-sigurtajiet rispettivi.
(16) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (6) sa
(9) u (13), il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tar-rahan ta’ warrant dwar
azzjonijiet jew ta’ warrant dwar obbligazzjonijiet ikunu stabbiliti
bi ftehim bejn min jirhan u l-persuna li favur tagħha jsir ir-rahan.
Ir-rahan ta’ warrant dwar azzjonijiet jew ta’ warrant ta’
obbligazzjonijiet ikun effettiv dwar terzi mid-data tal-konsenja tal-
warrant dwar obbligazzjonijiet li favur tagħha jkun sar ir-rahan.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      63
Reġistru tal-
membri.
123. (1) Kull kumpannija għandha żżomm reġistru tal-membri
tagħha u tniżżel fih il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-membri u dikjarazzjoni ta’ l-
azzjonijiet li jkollu kull membru li turi kull azzjoni
bin-numru tagħha, meta l-azzjoni jkollha numru, u ta’
l-ammont imħallas jew miftiehem li jiġi meqjus bħala
mħallas fuq l-azzjonijiet ta’ kull membru;
(b) id-data li fiha kull persuna tkun tniżżlet fir-reġistru
bħala membru; u
(ċ) id-data li fiha xi persuna ma tkunx baqgħet membru: 
Iżda mal-ħruġ ta’ warrant dwar azzjonijiet il-
kumpannija għandha tħassar mir-reġistru tal-membri
tagħha l-isem tal-membru li kien tniżżel fih bħala d-
detentur ta’ l-azzjonijiet imsemmija fil-warrant u
tniżżel, minflok il-ħtiġijiet imsemmija, il-
partikolaritajiet li ġejjin -
(i) il-fatt tal-ħruġ tal-warrant;
(ii) dikjarazzjoni dwar l-azzjonijiet inklużi fil-
warrant, li turi kull azzjoni bin-numru tagħha,
meta l-azzjoni jkollha numru; u
(iii) id-data tal-ħruġ tal-warrant:
Iżda wkoll meta l-kumpannija tkun biddlet xi
azzjonijiet tagħha fi stock u tkun irreġistrat it-tibdil
mar-Reġistratur, ir-reġistru għandu juri l-ammont ta’ l-
istock miżmum minn kull membru minflok l-ammont
ta’ azzjonijiet u l-partikolaritajiet dwar azzjonijiet
imsemmija fil-paragrafu (a).
(2) Meta żewġ persuni jew iktar ikunu detenturi ta’ azzjoni jew
ta’ azzjonijiet f’kumpannija flimkien, dawn għandhom, għall-
finijiet ta’ dan l-Att, jitqiesu bħala membru wieħed; u sakemm ma
jkunx provdut xort’oħra fil-memorandum jew l-istatut, l-isem ta’
wieħed biss minn dawk il-persuni għandu jidħol fir-reġistru tal-
membri. Din il-persuna għandha tiġi magħżula mid-detenturi
flimkien u għandha għal finijiet kollha titqies vis-a-vis il-
kumpannija li tkun il-membru tal-kumpannija għal dawk l-
azzjonijiet hekk miżmuma.
(3) Ir-reġistru tal-membri għandu jinżamm fl-uffiċċju reġistrat
tal-kumpannija, jew f’post ieħor li jista’ jkun indikat fil-
memorandum jew fl-istatut.
(4) Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mill-ħtiġiet ta’ dan l-
artikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel
penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Reġistru ta’ 
obbligazzjonijiet.
124. (1) Kull kumpannija għandha żżomm reġistru ta’
obbligazzjonijiet u tniżżel fih l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi
reġistrati u l-partikolaritajiet ta’ l-obbligazzjonijiet miżmuma
minnhom rispettivament.
(2) Ir-reġistru ta’ l-obbligazzjonijiet għandu jinżamm fl-
uffiċċju reġistrat tal-kumpannija jew f’post ieħor li jista’ jkun
  64      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
indikat fil-memorandum jew fl-istatut.
(3) Meta żewġ persuni jew iktar ikunu detenturi ta’
obbligazzjoni jew ta’ obbligazzjonijiet flimkien, dawn għandhom,
għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqiesu bħala detentur wieħed; u, jekk
mhux provdut xort’oħra fil-memorandum jew fl-istatut, l-isem ta’
wieħed biss minn dawn il-persuni għandu jitniżżel fir-reġistru ta’ l-
obbligazzjonijiet. Din il-persuna għandha tiġi magħżula mid-
detenturi kollettivi l-oħra u għall-finijiet u effetti kollha għandha
titqies vis-a-vis il-kumpannija li hija d-detentur ta’ l-
obbligazzjonijiet kollha hekk miżmuma.
(4) Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ xi waħda mill-ħtiġiet ta’ dan l-
artikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel
penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Spezzjoni ta’ 
reġistri.
125. Ħlief waqt li jkun magħluq kif imiss skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 126, u bla ħsara għal dawk ir-
restrizzjonijiet xierqa li l-kumpannija f’laqgħa ġenerali tista’
tagħmel - 
(a) ir-reġistru tal-membri għandu jinżamm miftuħ għall-
ispezzjon ta’ kull membru tal-kumpannija mingħajr
ħlas; u
(b) ir-reġistru ta’ l-obbligazzjonijiet għandu jinżamm
miftuħ għall-ispezzjon ta’ kull persuna mingħajr ħlas.
Setgħa li jingħalqu 
reġistri.
126. (1) Kumpannija tista’, wara li tagħti avviż f’gazzetta li
toħroġ kuljum u li tiċċirkola għal kollox jew prinċipalment f’Malta,
tagħlaq ir-reġistru tal-membri għal spezzjoni għal xi żmien jew
żminijiet ta’ mhux iżjed b’kollox minn tletin jum f’kull sena.
(2) Ir-reġistru ta’ l-obbligazzjonijiet jista’ jiġi magħluq għal
spezzjoni skond id-disposizzjonijiet imsemmija fil-memorandum
jew fl-istatut jew fl-obbligazzjonijiet jew, fil-każ ta’ stock ta’
obbligazzjoni, fiċ-ċertifikati ta’ l-istock, matul dak iż-żmien jew
żminijiet, li ma jkunux iżjed b’kollox minn tletin jum f’xi sena
waħda, kif jista’ jkun hemm speċifikat.
(3) Il-memorandum jew l-istatut jistgħu jipprovdu li, matul dak
iż-żmien li fih ir-reġistru tal-membri jew ir-reġistru ta’ l-
obbligazzjonijiet ikun magħluq skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (1) jew (2), ma jistgħux jiġu reġistrati ebda
partikolaritajiet fih.
Trustees u 
nominees. 
127. (1) Sakemm mhux provdut xort’oħra fl-istatut tagħha
kumpannija ffurmata u reġistrata f’Malta m’għandhiex tirrikonoxxi
xi relazzjoni ta’ nominee jew trust dwar xi obbligazzjoni maħruġa
minnu, u l-kumpannija m’għandhiex tirrikonoxxi, ukoll jekk
ikollha avviż dwar dan, xi nteress jew dritt ieħor f’dik is-sigurtà ,
ħlief tad-detentur reġistrat tagħha.
Kap. 330.
(2) Kull proċedimenti tal-qorti kontra detentur reġistrat ta’
sigurtà  minn persuni li jkollhom il-jedd benefiċjarju għas-sigurtà
għandhom jinstemgħu in camera jekk id-detentur reġistrat ikun
nominee liċenzat skond kif imfisser fl-Att dwar l-Awtorità  għas-
Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, sakemm il-persuna li jkollha l-jedd
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      65
benefiċjarju għas-sigurtà  ma titlobx li l-proċedimenti jinstemgħu
fil-pubbliku.
Meta l-proċedimenti jinstemgħu in camera,  ir-records
kollha li jkollhom x’jaqsmu magħhom għandhom ikunu sigrieta u
ma jkunux aċċessibbli għal ebda persuna ħlief bl-awtorizzazzjoni
tal-qorti, li tista’ wkoll tiddeċiedi l-mod li bih sentenza, digriet jew
deċiżjoni dwar il-proċedimenti tista’ tkun aċċessibbli, jekk se tkun
aċċessibbli, għal terzi.
(3) Minkejja dak kollu li hemm provdut f’dan l-artikolu, il-
persuni li għandhom il-jedd benefiċjarju għal sigurtà  għandhom
jiġu meqjusa, u xi relazzjoni ta’ nominee m’għandhiex tiġi meqjusa
biex ikun determinat l-istatus tal-kumpannija għal fini tal-Kapitolu
XII ta’ dan it-Titolu.
(4) Nominee liċenzjata ma għandhiex -
(a) f’isimha stess u fl-interessi tagħha stess bħala sid
benefiċjarju żżomm azzjonijiet f’kumpannija ħlief
għal dak in-numru ta’ azzjonijiet f’kumpannija li ma
jkunx b’kollox iktar minn lira f’valur nominali u li ma
jkollux xi jeddijiet għal vot speċjali;
Kap. 330.
(b) iżżomm azzjonijiet f’xi kumpannija f’isem u fl-
interess ta’ kumpannija li taqa’ taħt it-tifsir mogħti bl-
artikolu 22 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta;
Kap. 330.
(ċ) iżżomm azzjonijiet f’xi kumpannija li taqa’ taħt it-
tifsir mogħti bl-artikolu 22 ta’ l-Att dwar l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
(5) Il-kredituri ta’ nominee liċenzjata ma jkollhom ebda
pretensjoni għal, jew dritt għal azzjoni kontra, azzjonijiet
f’kumpanniji miżmuma mill-imsemmija nominee liċenzjat f’isem
in-nominee liċenzjata nnifisha iżda għan-nom u fl-interessi ta’ sid
benefiċjarju li jkollu dritt għalihom.
(6) Meta nominee liċenzjata żżomm f’isimha numru ta’ l-
azzjonijiet maħruġa jew l-azzjonijiet maħruġa kollha f’kumpannija
għan-nom u fl-interessi ta’ sid benefiċjarju wieħed jew iżjed,
magħduda dawk l-azzjonijiet li tista’ żżomm f’isimha u fl-interessi
tagħha stess sal-limitu permess bis-subartikolu (4)(a):
(a) il-memorandum ta’ l-assoċjazzjoni u l-istatut ta’
assoċjazzjoni, jekk il-każ, għandhom jitqiesu li saru
b’mod validu għall-finijiet ta’ l-artikoli 68 u 75 jekk:
(i) dwar in-numru ta’ azzjonijiet miżmuma f’isem
in-nominee liċenzjata u irrispettivament min-
numru ta’ sidien benefiċjarji li għandhom dritt
għalihom, dawn ikunu biss sottoskritti u ffirmati
min-nominee liċenzjata, u
(ii) meta n-nominee liċenzjata żżomm l-azzjonijiet
maħruġa kollha fil-kumpannija, dawn ikunu biss
sottoskritti u ffirmati min-nominee liċenzjata;
(b) il-memorandum ta’ assoċjazzjoni għandu jispeċifika l-
ammont ta’ azzjonijiet miżmuma min-nominee
  66      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
liċenzjata f’isimha u fl-interessi tagħha stess, jekk il-
każ, u l-ammont ta’ azzjonijiet miżmuma min-nominee
liċenzjata f’isem u fl-interessi tas-sid benefiċjarju jew
ta’ kull wieħed minn dawk is-sidien benefiċjarji jekk
ikun hemm iktar minn wieħed;
(ċ) ir-reġistru tal-membri għandu jispeċifika l-ammont ta’
azzjonijiet miżmuma min-nominee liċenzjata f’isimha
u fl-interessi tagħha stess, jekk il-każ, u l-ammont ta’
azzjonijiet miżmuma min-nominee liċenzjata f’isem u
fl-interessi tas-sid benefiċjarju jew ta’ kull wieħed
minn dawk is-sidien benefiċjarji jekk ikun hemm iktar
minn wieħed, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
123(1)(a), (b) u (ċ) għandhom jiftehmu f’dan is-sens;
(d) riżoluzzjoni bil-miktub skond l-artikolu 210 għandha
titqies li hi valida u effettiva jekk:
(i) dwar in-numru ta’ azzjonijiet miżmuma f’isem
in-nominee liċenzjata u irrispettivament min-
numru ta’ sidien benefiċjarji li għandhom dritt
għalihom, dawn ikunu biss sottoskritti u ffirmati
min-nominee liċenzjata, u
(ii) meta n-nominee tkun iżżomm l-azzjonijiet
maħruġa kollha fil-kumpannija, tkun iffirmata
biss min-nominee liċenzjata;
(e) iċ-ċertifikati ta’ l-azzjonijiet, il-prospett dwar l-għoti
ta’ azzjonijiet u l-prospett annwali tal-kumpannija
għandhom isiru u jkunu mimlija skond ir-reġistru tal-
membri kif provdut fil-paragrafu (ċ).
Kap. 364.
Kap. 123.
(7) (a) Meta sid benefiċjarju ta’ azzjonijiet ta’ kumpannija li
jkunu miżmuma minn nominee liċenzjata f’isem in-
nominee liċenzjata nnifisha, jittrasferixxi jew xort’oħra
jiddisponi mit-titolu tiegħu bħala sid benefiċjarju ta’
dawn l-azzjonijiet inter vivos lil terzi, dik it-
transazzjoni titqies li tikkostitwixxi trasferiment ta’
azzjonijiet għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti u għall-finijiet ta’ l-
artikolu 5(1) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u
għandha titniżżel fir-reġistru tal-membri, minkejja li
dawk l-azzjonijiet jistgħu jibqgħu jinżammu f’isem l-
istess nominee liċenzjata.
Kap. 364.
Kap. 123.
(b) Meta t-tibdil fid-detentur reġistrat ta’ azzjonijiet
f’kumpannija ma jkunx iġib miegħu tibdil fis-sid
benefiċjarju tagħhom, dak it-tibdil ma għandux jitqies
li jikkostitwixxi trasferiment ta’ azzjonijiet għall-
finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti u għall-finijiet ta’ l-artikolu 5(1) ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, iżda b’danakollu
għandu jitniżżel fir-reġistru tal-membri.
Kap. 364. (ċ) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 49 ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti, il-persuna li tagħmel
it-trasferiment u l-persuna li lilha jsir it-trasferiment fi
trasferiment ta’ azzjonijiet inter vivos għandhom
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      67
jitqiesu li jinkludu nominee liċenzjat li jaġixxi f’isem
jew il-persuna li tagħmel it-trasferiment jew il-persuna
li lilha jsir it-trasferiment tat-titolu ta’ sid benefiċjarju
ta’ dawk l-azzjonijiet, jew kemm tal-persuna li
tagħmel it-trasferiment kif ukoll tal-persuna li lilha jsir
it-trasferiment.
(8) F’dan l-artikolu -
"sid benefiċjarju" tfisser persuna li tkun is-sid reali ta’ l-
azzjonijiet, jew li xort’oħra b’mod benefiċjarju jkollha d-dritt
għall-azzjonijiet, li jkunu sottoskritti jew miżmuma f’isimha u fl-
interessi tagħha minn nominee liċenzjat; u "titolu tas-sid
benefiċċjarju" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
Kap. 330.
"nominee liċenzjat" tfisser kumpannija privata li jkollha liċenzja
skond l-artikolu 51A ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta.
(9) Ħlief fejn espressament permess taħt l-artikolu 212, ebda
ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li tiftieħem li kumpannija
jista’ jkollha inqas minn żewġ membri.
(10) Ebda persuna ma għandu jkollha azzjonijiet f’kumpannija
f’isimha, għan-nom u fl-interessi ta’ persuni oħra li għandhom id-
dritt ta’ sid benefiċjarju tagħhom, kemm-il darba dik il-persuna ma
tkunx nominee liċenzjata jew xort’oħra liċenzjata jew awtorizzata li
taġixxi bħala nominee jew fiduċjarju taħt xi liġi oħra f’Malta.
Kapitolu VlI. Laqgħat u Riżoluzzjonijiet
Tiżmim ta’ laqgħa 
ġenerali annwali. 
128. (1) Kull kumpannija għandha kull sena żżomm laqgħa
ġenerali bħala l-laqgħa ġenerali annwali tagħha b’żieda ma’ kull
laqgħat oħra f’dik is-sena, u għandha turi illi l-laqgħa hija dik
annwali fl-avviżi li bihom tissejjaħ; u m’għandhomx jgħaddu iżjed
minn ħmistax-il xahar bejn id-data ta’ laqgħa ġenerali annwali tal-
kumpannija u dik ta’ warajha:
Iżda sakemm kumpannija żżomm l-ewwel laqgħa ġenerali
annwali tagħha fi żmien tmintax-il xahar mir-reġistrazzjoni tagħha
ma jkollhiex bżonn iżżommha fis-sena tar-reġistrazzjoni tagħha
jew fis-sena ta’ wara.
(2) Kull laqgħa ġenerali li ma tkunx il-laqgħa ġenerali annwali
tkun laqgħa ġenerali straordinarja.
(3) Fin-nuqqas ta’ tħaris mad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jeħel penali u, għal
kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Sejħa ta’ laqgħa 
ġenerali 
straordinarja fuq 
talba.
129. (1) Id-diretturi ta’ kumpannija fuq talba ta’ membru jew
membri tal-kumpannija li jkollhom fid-data tal-konsenja tat-talba
mhux anqas minn għaxra waħda minn dak il-kapital azzjonarju
imħallas tal-kumpannija li fid-data tal-konsenja jagħti l-jedd għall-
vot f’laqgħat ġenerali tal-kumpannija, għandhom jipproċedu
minnufih kif jixraq biex isejħu laqgħa ġenerali straordinarja tal-
  68      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kumpannija.
(2) It-talba għandha turi l-iskopijiet tal-laqgħa, u għandha tiġi
iffirmata minn min jitlob il-laqgħa u konsenjata fl-uffiċċju reġistrat
tal-kumpannija u tista’ tkun magħmula minn diversi dokumenti ta’
l-istess għamla kull wieħed iffirmat minn min ikun qed jitlob il-
laqgħa jew jekk ikun hemm iktar minn wieħed li jagħmel it-talba
f’xi dokument minnhom kollha.
(3) Jekk id-diretturi fi żmien wieħed u għoxrin jum mid-data
tal-konsenja tat-talba ma jipproċedux kif jixraq biex isejħu l-
laqgħa, dawk li jkunu talbuha jistgħu huma stess isejħu laqgħa bl-
istess mod, kemm jista’ jkun, bħal meta laqgħat jiġu msejħa mid-
diretturi, iżda laqgħa hekk imsejħa ma għandhiex tinżamm wara li
jgħaddu tliet xhur mid-data tad-depożitu tat-talba.
(4) Kull nefqa raġonevoli li ssir minn dawk li jitolbu l-laqgħa
minħabba li d-diretturi jkunu naqsu milli jsejħu l-laqgħa kif imiss
għandha titħallas lura mill-kumpannija lil dawk li jkunu talbu l-
laqgħa, u kull somma hekk imħallsa tkun dovuta personalment mid-
diretturi li kienu naqsu u tista’ tinżamm mill-kumpannija minn xi
ammont dovut jew li għad ikun dovut mill-kumpannija għal
drittijiet jew kumpens ieħor għas-servizzi tagħhom lil dawk id-
diretturi li kienu naqsu.
Żmien għal avviż 
biex jissejħu 
laqgħat ġenerali. 
130. Laqgħa ġenerali ta’ kumpannija għandha titqies li ma ġietx
imsejħa kif imiss jekk ma jingħatax avviż bil-miktub ta’ mill-anqas
erbatax-il jum, u kull disposizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut
tal-kumpannija għandha tiftiehem bħala tinħtieġ avviż bil-miktub
ta’ erbatax-il jum safejn tipprovdi għal sejħa ta’ laqgħa ta’
kumpannija, li ma tkunx laqgħa aġġornata, b’avviż aqsar:
Iżda laqgħa tal-kumpannija għandha, għalkemm tiġi msejħa
b’avviż aqsar, titqies li kienet imsejħa kif imiss jekk ikun hekk
miftiehem mill-membri kollha li jkollhom dritt imorru fil-laqgħa u
jivvotaw fiha.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar 
laqgħat u voti.
131. Id-disposizzjonijiet li ġejjin ikollhom seħħ safejn l-istatut
tal-kumpannija ma jkunx fih disposizzjonijiet differenti dwar
hekk- 
(a) avviż ta’ kull laqgħa ġenerali ta’ kumpannija għandu
jingħata lil kull membru tal-kumpannija u għandu jkun
notifikat bil-mod kif avviżi għandhom ikunu notifikati
skond ir-regolamenti li hemm fl-Ewwel Skeda;
(b) żewġ membri preżenti personalment ikunu quorum;
(ċ) kull membru magħżul mill-membri preżenti f’laqgħa
jista’ jkun chairman tagħha;
(d) kull membru jkollu vot wieħed dwar kull azzjoni jew
dwar kull lira stock li jkollu kemm-il darba ma jkunx
ipprovdut xort’oħra fil-kondizzjonijiet tal-ħruġ ta’
dawk l-azzjonijiet jew stock.
Setgħa tal-qorti li 
ssejjaħ laqgħa.
132. (1) Jekk għal xi raġuni ma jkunx prattikabbli li tissejjaħ
laqgħa ta’ kumpannija bil-mod li bih jistgħu jissejħu laqgħat tal-
kumpannija, jew li jitmexxew il-laqgħat ta’ dik il-kumpannija bil-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      69
mod stabbilit bl-istatut jew b’dan l-Att, il-qorti tista’, jew minn
rajha jew fuq it-talba ta’ xi waħda mill-partijiet fil-proċedimenti
waqt dawk il-proċedimenti jew, fin-nuqqas ta’ xi proċedimenti, fuq
rikors ta’ xi direttur tal-kumpannija jew ta’ xi membru tal-
kumpannija li jkollu dritt jivvota fil-laqgħa, tordna li laqgħa tal-
kumpannija tissejjaħ, tinżamm u titmexxa b’dak il-mod li l-qorti
jidhrilha xieraq, u meta jingħata xi ordni bħal dan, tista’ tagħti
dawk id-direttivi anċillari jew konsegwenzjali li jidhrilha xieraq,
inkluża d-direttiva illi membru wieħed tal-kumpannija preżenti
personalment jew bi prokura jitqies li jikkostitwixxi laqgħa.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw ukoll għas-sejħiet ta’ laqgħat tal-bord tad-diretturi ta’
kumpannija, jekk lill-qorti jidhrilha, li ċ-ċirkustanzi jitolbu li
tittieħed azzjoni bħal dik.
Prokuri. 
jew fl-istatut ta’ kumpannija, kull membru li jkollu dritt imur u
jivvota f’laqgħa tal-kumpannija jew f’laqgħa ta’ xi klassi ta’
membri tal-kumpannija jkollu dritt li jaħtar persuna oħra, tant
membru kemm le, bħala prokuratur tiegħu biex imur u jivvota
minfloku, u prokuratur hekk maħtur ikollu l-istess dritt tal-membru
li jitkellem fil-laqgħa u li jitlob votazzjoni.
(2) Il-ħatra ta’ prokuratur għandha tkun bil-miktub.
(3) F’kull avviż li jsejjaħ laqgħa ta’ kumpannija għandha tidher
f’post prominenti xieraq dikjarazzjoni illi membru li jkollu dritt
jattendi u jivvota jkollu dritt li jaħtar prokuratur u illi prokuratur
ma hemmx bżonn li jkun membru. Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ dan is-
subartikolu, kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel
penali.
(4) Disposizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut tal-
kumpannija tkun nulla safejn din ikollha effett li teħtieġ li
dokument li bih jinħatar prokuratur, jew xi dokument ieħor meħtieġ
biex juri l-validità  ta’, jew xort’oħra dwar, il-ħatra ta’ prokuratur,
għandu jiġi riċevut mill-kumpannija jew xi persuna oħra iktar minn
tmienja u erbgħin siegħa qabel laqgħa jew laqgħa aġġornata sabiex
il-ħatra jkollha seħħ.
(5) Kumpannija ma għandhiex toħroġ għas-spejjeż tagħha lil
uħud biss mill-membri li jkollhom jedd li jintbagħtilhom avviż tal-
laqgħa u li jivvotaw bi prokura, inviti biex jaħtru bħala prokuratur
persuna jew waħda minn numru ta’ persuni speċifikati fl-inviti.
Fin-nuqqas tat-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu,
kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jeħel penali:
Iżda uffiċjal ma jeħilx penali minħabba biss il-ħruġ lil
membru fuq talba tiegħu stess bil-miktub ta’ formula ta’ ħatra li
ssemmi l-prokuratur, jew lista ta’ persuni li jkunu lesti jagħmluha
ta’ prokuraturi, jekk il-formula jew il-lista jkunu jistgħu jinkisbu
fuq talba bil-miktub minn kull membru li jkollu l-jedd li jivvota fil-
laqgħa bi prokura.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
għal laqgħat ta’ kull klassi ta’ membri ta’ kumpannija bħalma
japplikaw għal laqgħat ġenerali tal-kumpannija.
  70      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Jedd għal talba ta’ 
votazzjoni.
134. (1) Kull disposizzjoni li tinsab f’memorandum jew fi
statut ta’ kumpannija tkun nulla safejn ikollha effett jew -
(a) li teskludi l-jedd li tintalab votazzjoni f’laqgħa
ġenerali fuq xi kwistjoni li ma tkunx l-elezzjoni taċ-
chairman tal-laqgħa jew l-aġġornament tal-laqgħa;
jew
(b) li tagħmel ineffikaċi talba għal votazzjoni fuq xi
kwistjoni bħal din li tkun magħmula jew -
(i) minn mhux anqas minn ħames membri li
jkollhom il-jedd jivvotaw fil-laqgħa; jew
(ii) minn membru jew membri li jirrappreżentaw
mhux anqas minn għaxra wieħed tal-jeddijiet
totali tal-voti tal-membri kollha li jkollhom il-
jedd li jivvotaw fil-laqgħa; jew
(iii) minn membru jew membri detenturi ta’
azzjonijiet fil-kumpannija li jagħtu l-jedd li
jivvotaw fil-laqgħa li jkunu azzjonijiet li fuqhom
somma globali tkun tħallset daqs mhux anqas
minn minn għaxra waħda tas-somma totali
mħallsa fuq l-azzjonijiet kollha li jagħtu dak il-
jedd.
(2) Id-dokument li jaħtar prokuratur biex jivvota f’laqgħa tal-
kumpannija jitqies li jagħti s-setgħa għal talba jew biex flimkien
ma’ ħaddieħor issir talba għal votazzjoni; u għall-finijiet tas-
subartikolu (1) talba minn persuna bħala prokuratur ta’ membru
hija l-istess bħal talba tal-membru.
(3) Fuq votazzjoni li tittieħed f’laqgħa tal-kumpannija jew
laqgħa ta’ xi klassi ta’ membri ta’ dik il-kumpannija, membru li
jkollu jedd għal iktar minn vot wieħed ma għandux għalfejn, jekk
jivvota, juża l-voti tiegħu kollha jew jagħti l-voti kollha li juża bl-
istess mod.
Riżoluzzjonijiet 
ordinarji u 
straordinarji.
Emendat:
IV. 2003.61.
135. (1) Riżoluzzjoni tkun riżoluzzjoni straordinarja meta -
(a) tkun ittieħdet f’laqgħa ġenerali li tagħha jkun ingħata
avviż kif imiss li juri l-ħsieb li ser tiġi proposta r-
riżoluzzjoni bħala riżoluzzjoni straordinarja u jkun
ingħata kif imiss il-għan prinċipali tagħha; u
(b) tkun għaddiet minn membru jew membri li jkollhom
il-jedd li jattendu u jivvotaw fil-laqgħa li jkollhom
flimkien mhux anqas minn ħamsa u sebgħin fil-mija
tal-valur nominali ta’ l-azzjonijiet rappreżentati u bil-
jedd tal-vot fil-laqgħa u mhux anqas minn wieħed u
ħamsin fil-mija, jew dak il-perċentaġġ akbar li l-
memorandum jew l-istatut jista’ jippreskrivi, tal-valur
nominali ta’ l-azzjonijiet kollha bil-jedd tal-vot fil-
laqgħa:
Iżda, jekk tinkiseb waħda mill-imsemmija maġġoranzi, iżda
mhux it-tnejn, għandha tissejjaħ laqgħa oħra fi żmien tletin jum
skond id-disposizzjonijiet għal sejħa ta’ laqgħat u jittieħed vot
ieħor fuq ir-riżoluzzjoni proposta. Fit-tieni laqgħa r-riżoluzzjoni
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      71
tista’ tgħaddi minn membru jew membri li jkollhom jedd jattendu u
jivvotaw fil-laqgħa li jkollhom flimkien mhux inqas minn ħamsa u
sebgħin fil-mija tal-valur nominali ta’ l-azzjonijiet rappreżentati u
bil-jedd tal-vot fil-laqgħa. Iżda jekk aktar minn nofs tal-valur
nominali ta’ l-azzjonijiet kollha bil-jedd tal-vot fil-laqgħa jkun
rappreżentat f’dik il-laqgħa, maġġoranza sempliċi tal-valur
nominali ta’ dawk l-azzjonijiet hekk rappreżentati tkun biżżejjed.
(2) Riżoluzzjoni ordinarja tgħaddi minn membru jew membri li
għandhom id-dritt jattendu u jivvotaw li jżommu azzjonijiet li
flimkien jagħtu jedd lid-detentur jew detenturi tagħhom għal iktar
minn ħamsin fil-mija tal-jeddijiet għall-vot marbuta ma’ l-
azzjonijiet rappreżentati u bil-jedd tal-vot fil-laqgħa, jew dak il-
perċentaġġ akbar li l-memorandum jew l-istatut jista’ jippreskrivi.
(3) Fil-każ ta’ kumpannija privata riżoluzzjoni tkun
riżoluzzjoni straordinarja meta -
(a) id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a) jiġu mħarsa;
u
(b) tkun għaddiet minn numru ta’ membri li jkollhom il-
jedd li jattendu u jivvotaw f’dik il-laqgħa li jkollhom
flimkien mhux inqas minn wieħed u ħamsin fil-mija
tal-valur nominali ta’ l-azzjonijiet li jagħtu dak il-jedd
jew dak il-perċentaġġ akbar li l-memorandum jew l-
istatut jista’ jippreskrivi.
Kapitolu VIII - Tmexxija u Amministrazzjoni
Setgħa tal-
kumpannija li 
tissellef flus, 
tipoteka jew toħloq 
piż fuq l-impriża, 
eċċ.
Emendat:
IV. 2003.62.
136. Kumpannija għandu jkollha s-setgħa, sakemm mhux
provdut mod ieħor fil-memorandum jew fl-istatut tagħha, li
tissellef flus u li tagħti garanzija fuq l-obbligi ta’ terzi u, għal dan
il-għan, tipoteka jew toħloq piż fuq l-impriża, proprjetà  u kapital
mhux imsejjaħ tagħha jew fuq parti minnhom magħdud bħala
garanzija fuq l-obbligi tagħha jew ta’ terzi, u biex toħroġ
obbligazzjonijiet, stock ta’ obbligazzjonijiet u sigurtajiet oħra sew
għal kollox jew bħala garanzija għall-passiv jew obbligi tagħha jew
ta’ terzi.
Dmirijiet ġenerali 
tad-diretturi.
Miżjud:
IV. 2003.63.
136A. (1) Direttur ta’ kumpannija jkun marbut li jaġixxi
b’onestà  u bona fide fl-aħjar interessi tal-kumpannija.
(2) Id-diretturi ta’ kumpannija għandhom jippromwovu il-
benessere tal-kumpannija u jkunu responsabbli għal:
(a) it-tmexxija ġenerali tal-kumpannija u l-
amministrazzjoni u l-immaniġġjar tagħha; u
(b) s-sorveljanza ġenerali ta’ l-affarijiet tagħha.
(3) B’mod partikolari, iżda bla ħsara għal kull dmir ieħor
mogħti lid-diretturi ta’ kumpannija, jew lil xi wieħed minnhom, bil-
memorandum u l-Istatut ta’ assoċjazzjoni jew b’dan l-Att jew b’xi
liġi oħra, id-diretturi ta’ kumpannija:
(a) ikunu obbligati li jeżerċitaw kura, diliġenza u ħila li
  72      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
jkunu eżerċitati minn persuna raġonevolment diliġenti
li jkollha -
(i) kemm it-tagħrif, il-ħila u l-esperjenza li jkunu
raġonevolment mistennija minn persuna li tkun
qed taqdi l-istess funzjonijiet li jkunu moqdija
jew fdati lil dak id-direttur dwar il-kumpannija;
(ii) kif ukoll it-tagħrif, il-ħila u l-esperjenza li jkollu
d-direttur;
(b) ma għandhomx jagħmlu profitti sigrieti jew personali
mill-pożizzjoni tagħhom mingħajr il-kunsens tal-
kumpannija, lanqas ma jagħmlu gwadan personali
minn informazzjoni konfidenzjali tal-kumpannija;
(ċ) għandhom jassiguraw li l-interessi personali tagħhom
ma jkunux f’konflitt ma’ l-interessi tal-kumpannija;
(d) ma għandhomx jużaw xi proprjetà , informazzjoni jew
opportunità  tal-kumpannija għall-benefiċċju tagħhom
stess jew ta’ xi ħadd ieħor, jew jieħdu xi benefiċċju
b’xi mod ieħor b’konnessjoni ma’ l-eżerċizzju tas-
setgħat tagħhom, ħlief bil-kunsens tal-kumpannija
f’laqgħa ġenerali jew ħlief kif permess mill-
memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-
kumpannija;
(e) għandhom jeżerċitaw is-setgħat li għandhom għall-
finijiet li jkunu ngħataw is-setgħat u m’għandhomx
jużaw ħażin dawk is-setgħat.
Diretturi.
Emendat:
IV. 2003.64.
137. (1) Kull kumpannija pubblika għandu jkollha għall-inqas
żewġ diretturi.
(2) Kull kumpannija privata għandu jkollha għall-anqas
direttur wieħed, u meta kumpannija privata jkollha direttur wieħed,
ir-riferenzi kollha f’dan l-Att għal żewġ diretturi jew iżjed
għandhom jiftiehmu bħala riferenzi għal dak id-direttur wieħed.
(3) In-negozju ta’ kumpannija jitmexxa mid-diretturi li jistgħu
jeżerċitaw dawk is-setgħat kollha tal-kumpannija, magħduda dawk
speċifikati fl-artikolu 136, li b’dan l-Att jew bil-memorandum jew
bl-istatut tal-kumpannija, ma jkunux meħtieġa li jiġu eżerċitati
mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(4) Minkejja kull ħaġa li tinsab fil-memorandum jew fl-istatut
ta’ assoċjazzjoni dwar il-mod kif tiġi eżerċitata r-rappreżentanza
tal-kumpannija, kull ħaġa li tkun saret mill-bord tad-diretturi ta’
kumpannija li tiċċedi l-limiti tas-setgħat tagħhom jew minn xi
direttur barra mis-setgħat tiegħu, tkun torbot lill-kumpannija
kemm-il darba l-egħmil ma jeċċediex is-setgħat mogħtija lill-Bord
tad-diretturi jew lil direttur, skond il-każ, bis-saħħa ta’ dan l-Att.
(5) Kull limitazzjoni fuq is-setgħat tal-bord tad-diretturi jew ta’
xi direttur tal-kumpannija ma tinġiebx bħala prova kontra terzi
indipendentement jekk dik il-limitazzjoni, pubblikata jew le,
toħroġx mill-memorandum u l-istatut jew minn xi riżoluzzjoni tal-
laqgħa ġenerali jew minn deċiżjoni tal-bord tad-diretturi tal-
kumpannija.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      73
(6) Meta l-għemil tal-kumpannija ma jaqax taħt l-għanijiet tal-
kumpannija, il-kumpannija ma tkunx marbuta kemm-il darba
tipprova li, meta jkun sar l-għemil, it-terzi kienu jafu li dan ma
kienx jaqa’ taħt l-għanijiet tal-kumpannija jew li terzi ma setgħux
minħabba ċ-ċirkostanzi ma kenux jafu b’dan:
Iżda l-pubblikazzjoni tal-memorandum u l-istatut tal-
kumpannija ma jkunx waħidhom biżżejjed biex ikun pruvat li t-
terżi kienu jafu, jew li ma setgħux ikunu jafu, li l-għemil ma kienx
jaqa’ taħt l-għanijiet tal-kumpannija.
(7) Jekk in-numru ta’ diretturi ta’ kumpannija jinżel inqas minn
tnejn kull membru tal-kumpannija jista’ f’kull żmien wara li
jgħaddu tletin jum minn meta jiġri dan, b’rikors jitlob lill-qorti biex
taħtar direttur jew diretturi tal-kumpannija skond il-memorandum
tagħha u dan bla ħsara għall-jedd tad-direttur li jkun baqa’ li jimla
kull vakanza li hekk tinħoloq skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 140(6) matul it-tletin jum speċifikati fih jew f’kull żmien
ieħor wara sakemm id-direttur ma jkunx maħtur mill-qorti.
(8) Persuna maħtura mill-qorti skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (7) għandha żżomm il-kariga sal-laqgħa ġenerali
annwali ta’ wara għalkemm din tkun tista’ terġa tiġi eletta.
(9) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (7) għandhom ukoll
ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 140(1) sa (5) u
ta’ l-artikolu 214(2)(b)(ii) u għall-jedd tal-kumpannija li timla dik
il-vakanza f’laqgħa ġenerali.
Segretarju tal-
kumpannija.
Emendat:
IV. 2003.65.
138. (1) Kull kumpannija għandu jkollha segretarju tal-
kumpannija.
(2) Ebda kumpannija ma għandha -
(a) ikollha bħala segretarju tal-kumpannija direttur uniku; 
(b) ikollha bħala direttur uniku tal-kumpannija korp
ġuridiku li d-direttur uniku tiegħu jkun is-segretarju
tal-kumpannija.
(3) Ikun id-dmir tad-diretturi ta’ kumpannija li jieħdu l-passi
kollha xierqa biex jiżguraw li s-segretarju tal-kumpannija jkun
individwu li fil-feħma tagħhom ikollu t-tagħrif u l-esperjenza
meħtieġa biex jaqdi l-funzjonijiet ta’ segretarju tal-kumpannija.
(4) Fil-każ li l-kariga ta’ segretarju ta’ kumpannija tkun
vakanti, id-diretturi tal-kumpannija għandhom, fi żmien erbatax-il
jum mid-data li fiha l-kariga tkun ġiet vakanti, jaħtru individwu
ieħor biex jimla l-kariga.
(5) Id-diretturi ta’ kumpannija jkollhom is-setgħa li jneħħu lis-
segretarju tal-kumpannija u għandhom jaħtru individwu ieħor
minfloku fi żmien erbatax-il jum mid-data tat-tneħħija tiegħu.
(6) Kull ħaġa meħtieġa jew awtorizzata li ssir minn jew lis-
segretarju tal-kumpannija tista’, jekk il-kariga tkun vakanti jew
għal xi raġuni oħra ma jkunx hemm segretarju tal-kumpannija li
jista’ jaġixxi, għandha ssir minn jew lill-uffiċjal tal-kumpannija
awtorizzat b’mod ġenerali jew speċifiku għalhekk mid-diretturi.
  74      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(7) Disposizzjoni li tawtorizza li xi ħaġa għandha ssir minn jew
lil direttur u s-segretarju tal-kumpannija ma tkunx sodisfatta jekk
din issir minn jew lill-istess persuna li taġixxi kemm bħala direttur
u bħala, jew minflok, is-segretarju tal-kumpannija.
(8) Fin-nuqqas tat-tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(4) kull direttur tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali, u
għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Ħatra ta’ diretturi. 139. (1) Persuna ma tkunx tista’ tiġi maħtura direttur ta’
kumpannija pubblika kemm-il darba ma tkunx personalment, jew
permezz ta’ l-aġent tagħha awtorizzat bil-miktub, iffirmat il-
memorandum fejn turi l-kunsens tagħħa li tagħmilha ta’ direttur
jew xort’oħra tkun iffirmat u kkonsenjat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni kunsens bil-miktub biex hekk tagħmilha ta’ direttur.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), meta
direttur bil-memorandum jew bl-istatut ta’ kumpannija privata jew
pubblika jkun meħtieġ li jkollu kwalifika partikolari ta’ azzjonijiet,
dan għandu jew jiffirma l-memorandum għan-numru ta’ azzjonijiet
li ma jkunx inqas mill-kwalifika tiegħu jew jiffirma u jikkonsenja
lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni obbligazzjoni bil-miktub li jieħu
mingħand il-kumpannija u jħallas għalihom l-azzjonijiet ta’
kwalifika tiegħu:
Iżda dan għandu jitlaq il-kariga tiegħu jekk ma jiksibx il-
kwalifika fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu, jew f’dak iż-żmien
aqsar li jista’ jkun iffissat mill-memorandum jew bl-istatut, jew
jekk f’xi żmien wara ma jibqax ikollu l-kwalifiki tiegħu; u ma
jkunx jista’ jerġa’ jiġi maħtur direttur tal-kumpannija qabel ma
jkun kiseb il-kwalifika tiegħu.
(3) Għall-finijiet ta’ kull disposizzjoni fil-memorandum jew fl-
istatut ta’ kumpannija pubblika li teħtieġ direttur jew manager li
jkollu kwalifika partikolari ta’ azzjonijiet, il-portatur ta’ warrant
dwar azzjonijiet ma għandux jitqies li jkun id-detentur ta’ l-
azzjonijiet imsemmija fil-warrant.
(4) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra bil-
memorandum jew bl-istatut tal-kumpannija, id-diretturi ta’
kumpannija barra mill-ewwel diretturi, għandhom jinħatru
b’riżoluzzjoni ordinarja tal-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(5) Meta d-detenturi ta’ klassi partikolari ta’ azzjonijiet
ikollhom id-dritt li jaħtru direttur wieħed jew iżjed, skond il-
memorandum u l-istatut tal-kumpannija, dik il-ħatra għandha ssir
mill-membru jew mill-membri li b’kollox ikollhom mhux inqas
minn ħamsin fil-mija tal-valur nominali ta’ azzjonijiet
rappreżentati u bil-jedd tal-vot fil-laqgħa tad-detenturi ta’ l-
azzjonijiet ta’ dik il-klassi.
Tneħħija ta’ 
diretturi u vakanzi 
każwali.
Emendat:
IV. 2003.66.
140. (1) Kumpannija tista’ tneħħi direttur qabel ma jgħaddi ż-
żmien tal-kariga tiegħu b’riżoluzzjoni li tittieħed f’laqgħa ġenerali
tal-kumpannija u mgħoddija minn membru jew membri li jkollhom
il-jedd li jattendu għaliha u jivvutaw, li flimkien ikollhom
azzjonijiet li jagħtu l-jedd lid-detentur jew detenturi tagħhom għal
iktar minn ħamsin fil-mija tal-jeddijiet tal-vot marbuta ma’ l-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      75
azzjonijiet rappreżentati u li jagħtu l-jedd għal vot fil-laqgħa.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw minkejja kull ħaġa li tinsab fil-memorandum jew fl-
istatut tal-kumpannija jew f’xi ftehim bejnha u d-direttur.
(3) Malli jiġi riċevut avviż ta’ riżoluzzjoni maħsuba biex
tneħħi direttur skond dan l-artikolu l-kumpannija għandha minnufih
tibgħat kopja tiegħu lil dak id-direttur u d-direttur, sew jekk ikun
membru tal-kumpannija sew jekk le, ikollu jedd li jiġi mismugħ fuq
ir-riżoluzzjoni fil-laqgħa.
(4) Vakanza maħluqa bi tneħħija ta’ direttur skond dan l-
artikolu, jekk ma timtelix fil-laqgħa li fiha jkun tneħħa, tista’
timtela bħala vakanza każwali.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu m’għandha tittieħed li:
(a) tiċħad lil persuna mneħħija bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
mill-kumpens jew danni li għandhom jitħallsu lilha
minħabba t-tmiem tal-ħatra tagħha bħala direttur jew
ta’ kull ħatra li tispiċċa ma’ dik bħala direttur; jew
(b) tnaqqas minn xi setgħa biex jitneħħa direttur li jista’
jkun hemm minbarra dan l-artikolu.
(6) (a) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra fil-
memorandum jew fl-istatut ta’ kumpannija, vakanza
każwali tista’ timtela’ mid-direttur li jibqa’ jew mid-
diretturi li jibqgħu, u, bla ħsara għas-setgħat
imsemmija qabel tad-diretturi, tista’ timtela mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(b) Persuna maħtura mid-diretturi biex timla vakanza
każwali għandha żżomm il-kariga sal-laqgħa ġenerali
li jkun imiss wara u tista’ terġa’ tiġi eletta, iżda ma
jitteħidtx kont tagħha sabiex jiġu stabbiliti d-diretturi
li għandhom jirtiraw f’dik il-laqgħa.
(ċ) Persuna maħtura biex timla vakanza każwali mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali għandha titqies, sabiex
jiġi stabbilit iż-żmien li hi jew xi direttur ieħor għandu
jirtira, daqslikieku saret direttur fil-jum li fih il-
persuna li minflokha kienet maħtura ġiet l-aħħar
maħtura direttur.
Rappreżentazzjoni 
tal-kumpannija. 
141. (1) Meta għal xi raġuni rappreżentanza ta’ kumpannija
ma tibqax vestita f’xi persuna jew persuni, il-kumpannija għandha
taħtar persuna jew persuni oħra biex jeżerċitaw dik il-funzjoni. Il-
ħatra ssir b’riżoluzzjoni ordinarja li tittieħed f’laqgħa ġenerali li l-
avviż tagħha għandu jinħareġ fi żmien erbatax-il jum mid-data
meta tinħoloq il-vakanza.
(2) Il-kumpannija tista’ b’riżoluzzjoni ordinarja tibdel kull
persuna jew persuni vestiti b’rappreżentanza tal-kumpannija.
(3) Meta, u sakemm, ir-rappreżentanza ta’ kumpannija ma
tistax tiġi eżerċitata skond il-memorandum tal-kumpannija, kull
direttur jista’ jirrapreżenta l-kumpannija fi proċedimenti ġudizzjarji
kontra tagħha.
  76      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Skwalifika bħala 
ħatra ta’ direttur 
jew segretarju tal-
kumpannija. 
Emendat:
IV. 2003.67.
142. (1) Persuna ma tkunx kwalifikata biex tkun maħtura jew
li żżomm kariga ta’ direttur tal-kumpannija jew segretarju tal-
kumpannija jekk -
(a) tkun interdetta jew nieqsa mill-kapaċità  jew tkun
falluta; 
(b) tkun instabet ħatja ta’ xi delitt kontra l-fiduċja
pubblika jew ta’ serq jew ta’ frodi jew li xjentement
tkun irċeviet proprjetà  miksuba b’serq jew bi frodi;
(ċ) tkun minuri li ma tkunx ġiet emanċipata għall-
kummerċ; jew
(d) tkun suġġetta għal skwalifika taħt l-artikolu 320.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew tal-
memorandum u statut tal-kumpannija dwar il-formalitajiet dwar il-
ħatra u l-kwalifika ta’ direttur jew ta’ uffiċjal ieħor, kull
irregolarità  dwar il-ħatra ta’ direttur jew ta’ uffiċjal ieħor li
titqajjem wara li tkun saret il-pubblikazzjoni tal-ħatra tiegħu ma
tistax tinġieb mill-kumpannija kontra terzi kemm-il darba l-
kumpannija ma tippruvax li dawk it-terzi kienu jafu bl-irregolarità
fiż-żmien rilevanti.
(3) Terzi li ma kienux jafu bl-irregolaritajiet imsemmija fis-
subartikolu (2) fiż-żmien rilevanti jistgħu jġibu dik l-irregolarità
kontra l-kumpannija.
Diretturi li 
jikkonkorru mal-
kumpannija.
Emendat:
IV. 2003.68.
143. (1) Direttur ta’ kumpannija ma jistax, b’konkorrenza
mal-kumpannija u mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-istess kumpannija
f’laqgħa ġenerali, jinnegozja għalih innifsu jew għal ħaddieħor,
jew ikun soċju b’responsabbiltà  illimitata f’soċjetà  oħra jew ikun
direttur ta’ kumpannija li tkun tagħmel konkorrenza ma’ dik il-
kumpannija.
(2) Meta direttur jaġixxi bi ksur tal-projbizzjoni msemmija
f’dan l-artikolu, il-kumpannija tista’ tagħżel li tieħu azzjoni għad-
danni u imgħax kontrih jew titlob il-ħlas ta’ kull profitti li jkun
għamel bi ksur ta’ dan l-artikolu.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkunu bla ħsara għal
kull rimedju ieħor li kumpannija jista’ jkollha kontra direttur għal
ksur tad-dmirijiet tiegħu.
Projbizzjoni ta’ 
self eċċ, lil 
diretturi. 
144. (1) Kumpannija ma tistax -
(a) tislef lil min ikun direttur tagħha jew direttur ta’
kumpannija li tkun tikkontrollaha, jew tiggarantixxi
jew tipprovdi xi sigurtà  dwar self magħmul lil persuna
bħal din kif intqal qabel minn xi persuna oħra:
Iżda ebda ħaġa f’dan il-paragrafu ma għandha
tgħodd sew -
(i) għal xi ħaġa magħmula, bl-approvazzjoni tal-
kumpannija mogħtija f’laqgħa ġenerali, biex
tipprovdi lil xi persuna bħal dik imsemmija
qabel b’fondi għal nefqa magħmula jew li
għandha ssir minnha għal skopijiet tal-
kumpannija jew biex dik il-persuna tkun tista’
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      77
taqdi d-dmirijiet tagħha sewwa bħala uffiċjal tal-
kumpannija; jew
(ii) fil-każ ta’ kumpannija li x-xogħol ordinarju
tagħha jinkludi s-self ta’ flus jew l-għoti ta’
garanzija dwar self magħmul minn persuni oħra,
għal kull ħaġa magħmula mill-kumpannija fil-
kors ordinarju ta’ dak ix-xogħol;
(b) tagħmel xi ħlas lil xi direttur tal-kumpannija bħala
kumpens għal telf tal-kariga, jew bħala ħlas għal jew
dwar l-irtir tiegħu mill-kariga, mingħajr ma l-
partikolaritajiet dwar il-ħlas maħsub, inkluż l-ammont
ta’ dan il-ħlas, jiġu murija lill-membri tal-kumpannija
u mingħajr ma l-proposta tkun approvata mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kelma "direttur" tinkludi
kull persuna li skond id-direttivi jew istruzzjonijiet tagħha d-
diretturi ta’ kumpannija normalment jaġixxu.
Dmir ta’ direttur li 
jgħid interess li 
jkollu f’kuntratt 
mal-kumpannija.
145. (1) Ikun id-dmir ta’ direttur ta’ kumpannija li jkun b’xi
mod, jew direttament jew indirettament, interessat f’kuntratt jew
f’kuntratt maħsub mal-kumpannija li jiddikjara x-xorta ta’ l-
interess tiegħu lid-diretturi l-oħra jew fil-laqgħa tad-diretturi li fiha
l-kwistjoni tad-dħul fil-kuntratt tkun l-ewwel ġiet ikkunsidrata,
jew, jekk id-direttur ma kienx fid-data ta’ dik il-laqgħa interessat
fil-kuntratt jew fil-kuntratt maħsub, fil-laqgħa tad-diretturi li
tinżamm wara li jkun sar hekk interessat.
(2) Kull direttur li jonqos milli jħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu jista’ jeħel penali.
Prospett dwar 
tibdil fost diretturi, 
segretarju tal-
kumpannija u 
rappreżentanza tal-
kumpannija.
146. (1) Kull kumpannija għandha tibgħat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni prospett li juri kull tibdil fost id-diretturi tagħha, is-
segretarju tagħha jew fir-rappreżentanza tal-kumpannija, li juri d-
data tat-tibdil, flimkien ma ’ l-isem u r-residenza ta’ kull direttur
ġdid jew segretarju tal-kumpannija ġdid, fi żmien erbatax-il jum
minn dik il-bidla:
Iżda r-Reġistratur jista’, qabel ma jirreġistra l-prospett,
jieħu dawk il-passi u jitlob dak it-tagħrif li jkun meħtieġ biex
jiżgura l-korrettezza tal-prospett u biex jistabbilixxi jekk id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunux tħarsu.
(2) Fin-nuqqas tat-tħaris tas-subartikolu (1), kull uffiċjal tal-
kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali, u, għal kull jum li
matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Ir-responsabbiltà  
tad-diretturi tkun in 
solidum, dwar ksur 
ta’ dmirijiet. 
147. (1) Ir-responsabbiltà  tad-diretturi għad-danni għal xi ksur
ta’ dmir tkun in solidum:
Iżda meta dmir partikolari jkun ġie mogħti lil wieħed jew
iżjed mid-diretturi, dak id-direttur jew diretturi biss ikunu
responsabbli għad-danni.
(2) Direttur ma jkunx responsabbli għall-għemil tad-diretturi l-
oħra jekk jipprova jew -
  78      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(a) li ma kienx jaf bil-ksur tad-dmir qabel jew waqt li jkun
qed isir il-ksur u li meta sar jaf bih wara li jkun sar
wera minnufih lid-diretturi l-oħra d-disapprovazzjoni
tiegħu bil-miktub; jew
(b) illi, meta kien jaf illi d-diretturi l-oħra kellhom ħsieb li
jikkommettu ksur ta’ dmir, ħa l-passi kollha xierqa
biex jevitah. 
Disposizzjonijiet 
dwar 
responsabbiltà  ta’ 
uffiċjali u awdituri. 
148. (1) Kull disposizzjoni, sew jekk tkun fil-memorandum
jew fl-istatut ta’ kumpannija jew f’xi kuntratt ma’ kumpannija jew
xorta’oħra biex teżenta lil xi uffiċjal tal-kumpannija jew lil xi
persuna mpjegata mill-kumpannija bħala awditur, jew biex
tindennizzah, minn xi responsabbiltà  li bis-saħħa ta’ xi regola tal-
liġi kienet fin-nuqqas ta’ dik id-disposizzjoni tolqot lilu minħabba
negliġenza, nuqqas jew ksur ta’ dmir jew xort’oħra li għalih jista’
jkun ħati quddiem il-kumpannija tkun bla effett:
Iżda kumpannija tista’, bis-saħħa ta’ xi disposizzjoni bħal
din kif intqal qabel, tindennizza lil dak l-uffiċjal jew awditur kontra
xi responsabbiltà  li jkun daħal fiha biex jiddefendi xi proċeduri li
fihom tingħata deċiżjoni favur tiegħu jew li dwarhom jiġi liberat.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li ma
tħallix jew li tirrestrinġi lil kumpannija milli tixtri u żżomm għal xi
ħadd mill-uffiċjali tagħha xi assigurazzjoni kontra xi waħda mir-
responsabbilitajiet msemmija fis-subartikolu (1); jew li ma tħallix
jew tirrestrinġi lil xi uffiċjal jew awditur ta’ kumpannija milli
personalment jixtri jew iżomm xi assigurazjoni bħal dik.
Minuti tal-
proċeduri.
149. (1) Kull kumpannija għandha tieħu ħsieb li l-minuti tal-
proċeduri kollha tal-laqgħat ġenerali u tal-proċeduri kollha tal-
laqgħat tad-diretturi tagħha jitniżżlu f’kotba miżmuma għalhekk.
(2) Kull minuti bħal dawk jekk juru li jkunu ffirmati miċ-
chairman tal-laqgħa li fiha saru l-proċeduri, jew miċ-chairman tal-
laqgħa li ssir sew sew wara, ikunu prova tal-proċeduri.
(3) Il-kotba li jkollhom il-minuti tal-proċeduri ta’ xi laqgħa
ġenerali ta’ kumpannija għandhom jinżammu fl-uffiċċju reġistrat
tal-kumpannija, jew f’dak il-post l-ieħor li jkun muri fil-
memorandum jew fl-istatut u għandhom, waqt il-ħinijiet tax-
xogħol, salvi dawk ir-restrizzjonijiet xierqa li l-kumpannija tista’
tagħmel bl-istatut tagħha jew f’laqgħa ġenerali, ikunu miftuħa
għall-ispezzjon ta’ kull membru mingħajr ħlas.
(4) Jekk kumpannija tonqos milli tħares il-ħtiġiet tas-
subartikolu (1) jew (3), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun fin-
nuqqas jista’ jeħel penali.
Dmir ġenerali ta’ 
uffiċjali ta’ 
kumpannija. 
Emendat:
IV. 2003.69.
150. Kull ħaġa li_skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att hi
meħtieġa li ssir minn kumpannija għandha titqies ukoll li hi
meħtieġa li ssir mill-uffiċjali tal-kumpannija.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      79
Kapitolu IX - Awdituri
Ħatra ta’ awdituri.
jkunu preżentati l-kontijiet annwali, taħtar awditur jew awdituri
biex jibqgħu fil-kariga mit-tmiem ta’ dik il-laqgħa sat-tmiem tal-
laqgħa ġenerali ta’ wara li fiha jkunu preżentati l-kontijiet annwali.
Il-kumpannija tista’ taħtar awdituri flimkien u riferenzi f’dan l-Att
għal awditur jew awdituri għandhom jitqiesu li jinkludu riferenzi
għal awdituri waħedhom jew flimkien ma’ awdituri oħra, skond il-
każ.
(2) L-ewwel awdituri tal-kumpannija jistgħu jinħatru mid-
diretturi f’kull żmien qabel l-ewwel laqgħa ġenerali tal-kumpannija
li fiha jkunu preżentati l-kontijiet annwali; u l-awdituri hekk
maħtura għandhom iżommu l-kariga sat-tmiem ta’ dik il-laqgħa.
(3) Jekk id-diretturi jonqsu li jeżerċitaw is-setgħat tagħhom
taħt is-subartikolu (2), is-setgħat jistgħu jkunu eżerċitati mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(4) Jekk f’xi każ ma jinħatrux, jew ma jinħatrux mill-ġdid ebda
awdituri kif meħtieġ bis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, il-
qorti tista’, fuq rikors magħmul minn xi wieħed mid-diretturi jew
minn xi membru tal-kumpannija jew mir-Reġistratur, taħtar persuna
biex timla l-kariga.
(5) Fil-każ imsemmi fis-subartikolu (4), il-kumpannija
għandha fi żmien ġimgħatejn tal-laqgħa ġenerali li fiha kellhom
ikunu maħtura awditur jew awdituri bis-saħħa tas-subartikolu (1),
tavża lir-Reġistratur li s-setgħa tiegħu li jagħmel rikors lill-qorti
tkun tista’ tiġi eżerċitata.
(6) Jekk kumpannija tonqos li tagħti l-avviż meħtieġ bis-
subartikolu (5), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’
jeħel penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas penali
oħra.
Mili ta’ vakanza 
każwali. 
152. (1) Id-diretturi għandhom f’kull żmien qabel il-laqgħa
ġenerali ta’ kumpannija li fiha jkunu preżentati l-kontijiet annwali
jimlew vakanza fil-kariga ta’ awditur:
Iżda l-kumpannija f’laqgħa ġenerali tista’ timla’ hi stess
dik il-vakanza każwali.
(2) Sakemm tibqa’ dik il-vakanza, kull awditur jew awdituri li
jibqgħu jew li jkomplu jistgħu jkomplu hekk jaġixxu.
(3) Fejn ikun propost -
(a) biex jinħatar awditur biex jimla vakanza każwali fil-
kariga ta’ awditur b’riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali;
jew
(b) biex jinħatar mill-ġdid b’riżoluzzjoni tal-laqgħa
ġenerali awditur li jkun qed jirtira u li jkun ġie maħtur
mid-diretturi biex jimla’ vakanza każwali, bħala
awditur, jew biex jinħatar awditur ġdid minflok dak l-
awditur,
avviż li jispeċifika l-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni proposta
  80      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
għandha tingħata minnufih lil persuna proposta li tiġi maħtura u,
jekk il-vakanza każwali tinqala’ mir-riżenja ta’ awditur, lill-
awditur li jkun irriżenja.
(4) Kull direttur li jonqos li jħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jista’ jeħel l-istess penali kif
provdut fl-artikolu 151(6).
Skwalifika minn 
ħatra ta’ awditur.
153. Persuna tkun skwalifikata minn ħatra ta’ awditur jew li
żżomm il-kariga ta’ awditur tal-kumpanija jekk -
(a) fil-każ ta’ individwu, kien f’xi żmien matul it-tliet
snin ta’ qabel -
(i) uffiċjal jew impjegat tal-kumpannija; jew
(ii) soċju, prinċipal jew impjegat ta’ uffiċjal tal-
kumpannija; jew
(iii) soċju jew impjegat ta’ impjegat tal-kumpannija;
jew 
(iv) qarib bid-demm jew bi żwieġ f’linja diretta, jew,
sat-tielet grad, fil-linja kollaterali, ma’ xi
uffiċjal tal-kumpannija; 
(b) fil-każ ta’ soċjetà , xi wieħed mis-soċji tagħha jkun
individwu li jaqa’ taħt il-paragrafu (a) jew is-soċjetà
nnifisha taqa’ taħt l-imsemmi paragrafu (a):
Iżda t-tielet grad imsemmi fil-paragrafu (a)(iv) jitnaqqas
għat-tieni grad b’konsangwinità  fil-każ ta’ soċjetà  jekk is-soċju li
għalih tirreferi r-relazzjoni ma jkollu xejn x’jaqsam mal-verifika li
tkun.
Jedd għal tagħrif.  154. (1) L-awdituri ta’ kumpannija jkollhom jedd għal aċċess
f’kull żmien għar-records tal-kontijiet, kontijiet u vouchers tal-
kumpannija, u jkollhom jedd li jeħtieġu mingħand l-uffiċjali tal-
kumpannija dak it-tagħrif u dawk l-ispjegazzjonijiet li jidhrilhom
meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tagħhom bħala awdituri.
(2) Uffiċjal ta’ kumpannija li xjentement jew bi traskuraġni
jagħmel lill-awdituri tal-kumpannija dikjarazzjoni, miktuba jew
verbali, li -
(a) tagħti jew hi maħsuba biex tagħti xi tagħrif jew
spjegazzjonijiet li jeħtieġu l-awdituri, jew li dawn
għandhom il-jedd li jeħtieġu, bħala awdituri tal-
kumpannija; u
(b) tkun tiżgwida, falza jew qarrieqa f’ħaġa sostanzjali, 
ikunu ħatja ta’ reat u jistgħu jeħlu, meta jinsabu ħatja, multa ta’
mhux aktar minn elfejn lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux
aktar minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Impriża sussidjarja li tkun reġistrata f’Malta, u l-awdituri
ta’ dik l-impriża, għandhom jagħtu lill-awdituri tal-kumpannija
parent ta’ l-impriża sussidjarja dak it-tagħrif u dawk l-
ispjegazzjonijiet li huma jkunu jeħtieġu b’mod xieraq sabiex jaqdu
d-dmirijiet tagħhom bħala awdituri ta’ dik il-kumpannija. Jekk
impriża sussidjarja tonqos li tħares dan is-subartikolu, kull uffiċjal
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      81
tagħha li jkun naqas jista’ jeħel penali; u jekk awditur jonqos
mingħajr raġuni xierqa li jħares dan is-subartikolu dan ikun jista’
jeħel penali.
(4) Kumpannija parent li jkollha impriża sussidjarja li ma
tkunx reġistrata f’Malta għandha, jekk hekk meħtieġa tagħmel
mill-awdituri tagħha, tieħu dawk il-passi kollha xierqa biex tikseb
mingħand l-impriża sussidjarja dak it-tagħrif u dawk l-
ispjegazzjonijiet li jkunu b’mod xieraq jeħtieġu għall-finijiet tad-
dmirijiet tagħhom bħala awdituri tal-kumpannija. Jekk kumpannija
parent tonqos li tħares dan is-subartikolu, kull uffiċjal tal-
kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali.
Jedd għal 
attendenza 
f’laqgħat tal-
kumpannija.
155. L-awdituri ta’ kumpannija jkollhom jedd -
(a) li jirċievu l-avviżi kollha ta’, u komunikazzjonijiet
oħra dwar, kull laqgħa ġenerali li membru tal-
kumpannija jkollu jedd jirċievi;
(b) li jattendu kull laqgħa ġenerali tal-kumpannija; u
(ċ) li jinstemgħu f’kull laqgħa ġenerali li jattendu għaliha
fil-parti tax-xogħol tal-laqgħa li tolqothom bħala
awdituri.
Kumpens ta’ 
awdituri. 
156. (1) Il-kumpens ta’ awdituri maħtura mill-kumpannija
f’laqgħa ġenerali jkun stabbilit mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali
jew b’dak il-mod li l-kumpannija tista’ tistabbilixxi f’laqgħa
ġenerali. Il-kumpens ta’ l-awdituri maħtura mid-diretturi jew mill-
qorti għandu jkun stabbilit mid-diretturi jew mill-qorti skond il-
każ.
(2) Għandu jitniżżel fin-noti tal-kontijiet l-ammont tal-
kumpens ta’ l-awdituri tal-kumpannija fil-kariga tagħhom; u meta
jitħejjew kontijiet konsolidati, in-noti mal-kontijiet konsolidati
għandhom jagħtu l-kumpens totali mħallsa lill-awdituri tal-
kumpannija parent dwar l-impriżi kollha magħduda fil-
konsolidazzjoni, kif ukoll il-kumpens totali mħallas lill-awdituri l-
oħra kollha dwar dawk l-impriżi.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "kumpens" tinkludi somom
imħallsin bħala spejjeż.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw dwar
benefiċċji minflok flus bħal ma japplikaw għal ħlasijiet bi flus, u
dwar kull benefiċċju bħal dak, riferenzi għall-ammont tiegħu
għandhom ikunu valutati f’valur ta’ flus. Ix-xorta ta’ dak il-
benefiċċju għandha wkoll tintwera.
(5) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi sabiex jintwera l-
ammont ta’ kull kumpens riċevut jew li għandu jkun riċevut mill-
awdituri ta’ kumpannija jew mill-assoċjati tagħhom dwar servizzi
barra minn dawk ta’ awdituri f’dik il-kariga tagħhom, u b’mod
partikolari r-regolamenti jistgħu -
(a) ifissru "assoċjat" dwar awdituri;
(b) jeħtieġu li jintwera l-kumpens dwar servizzi mogħtija
lil impriża assoċjata tal-kumpannija; u
  82      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(ċ) ifissru "impriża assoċjata" għal dak l-għan.
Tneħħija ta’ 
awdituri.
157. (1) Minkejja dak kollu li hemm fil-memorandum jew
statut tal-kumpannija jew f’xi ftehim ieħor, il-kumpannija tista’
f’kull żmien tneħħi awditur mill-kariga bl-istess mod speċifikat fl-
artikolu 140.
(2) Meta riżoluzzjoni għat-tneħħija ta’ awditur tgħaddi
f’laqgħa ġenerali ta’ kumpannija, il-kumpannija għandha fi żmien
erbatax-il jum tagħti avviż tagħha lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni. Jekk kumpannija tonqos li tagħti l-avviż imsemmi
f’dan is-subartikolu kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’
jeħel penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali
oħra.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma titqies li ttellef lil persuna
mneħħija bis-saħħa tiegħu milli tikseb kumpens għal danni li
għandhom jitħallsu lilha dwar it-tmiem tal-ħatra tagħha bħala
awditur jew ta’ xi ħatra li tintemm ma’ dik ta’ awditur.
(4) Awditur ta’ kumpannija li jkun tneħħa għandu, minkejja t-
tneħħija tiegħu, il-jeddijiet mogħtija bl-artikolu 155 dwar xi laqgħa
ġenerali tal-kumpannija -
(a) li fiħa ż-żmien tal-kariga tiegħu kienet xort’oħra
tintemm; jew
(b) li fiha jkun hemm propost li timtela l-vakanza li
tinħoloq bit-tneħħija tiegħu.
F’każ bħal dan ir-riferenzi f’dak l-artikolu għal ħwejjeġ li
jolqtu awditur bħala awditur għandhom jiftiehmu bħala riferenzi
għal ħwejjeġ li jolqtuh bħala l-awditur ta’ qabel.
Jeddijiet ta’ 
awdituri li 
jitneħħew u ma 
jkunux maħtura 
mill-gdid.
158. (1) Avviż li jispeċifika t-test u r-raġunijiet għar-
riżoluzzjoni proposta ta’ laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li permezz
tagħha jkun maħsub -
(a) li tneħħi awditur qabel it-tmiem taż-żmien tal-kariga
tiegħu; jew
(b) li taħtar bħala awditur persuna li ma tkunx l-awditur li
jkun qed jirtira,
għandu jintbagħat minnufih mill-kumpannija lill-persuna li tkun
proposta li titneħħa, lill-persuna li tkun proposta li tinħatar u lill-
awditur li jkun qed jirtira, skond il-każ.
(2) L-awditur propost li jitneħħa jew, skond il-każ, l-awditur li
jkun qed jirtira jista’ jagħmel, dwar ir-riżoluzzjoni maħsuba,
rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-kumpannija li ma jkunux itwal
minn dak li hu xieraq u jitlob li avviż tagħhom jingħata lill-membri
tal-kumpannija.
(3) Il-kumpannija għandha, kemm-il darba ma tirċevix ir-
rappreżentazzjonijiet tard wisq biex tagħmel hekk -
(a) f’kull avviż tar-riżoluzzjoni mogħti lill-membri tal-
kumpannija, tiddikjara l-fatt li jkunu saru r-
rappreżentazzjonijiet; u
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      83
(b) tibgħat kopja tar-rappreżentazzjonijiet lil kull membru
tal-kumpannija li lilu jkun qed jintbagħat jew ikun
intbagħat avviż tal-laqgħa.
(4) Jekk kopja ta’ rappreżentazzjonijiet bħal dawn ma
tintbagħatx kif meħtieġ għax tkun waslet tard jew minħabba nuqqas
tal-kumpannija, l-awditur jista’, bla ħsara għall-jedd tiegħu li
jinstema’ verbalment jeħtieġ li r-rappreżentazzjoni-jiet jinqraw fil-
laqgħa.
Riżenja ta’ 
awdituri.
159. (1) Awditur ta’ kumpannija jista’ jirriżenja mill-kariga
tiegħu billi jiddepożita avviż bil-miktub f’dan is-sens fl-uffiċċju
reġistrat tal-kumpannija u għandu hekk jirriżenja jekk ma jibqax
kwalifikat bħala awditur jew jekk jonqos li jissodisfa l-
kondizzjonijiet ta’ kwalifika provduta fl-artikolu 153. L-avviż ma
jkollux seħħ kemm-il darba ma jkollux miegħu d-dikjarazzjoni
meħtieġa bl-artikolu 161.
(2) Avviż ta’ riżenja effettiv jibda jseħħ biex itemm iż-żmien
tal-kariga ta’ awditur mid-data li fiha jkun depożitat l-avviż jew
minn dik id-data l-oħra li tkun speċifikata fih.
(3) Il-kumpannija għandha fi żmien erbatax-il jum tad-depożitu
ta’ avviż ta’ riżenja tibgħat kopja ta’ l-avviż lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni. Fin-nuqqas tat-tħaris ta’ dan is-subartikolu, kull
uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali, u, għal kull
jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Jeddijiet ta’ 
awdituri li 
jirriżenjaw.
160. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw meta
l-avviż ta’ riżenja ta’ l-awditur ikollu miegħu dikjarazzjoni ta’
ċirkostanzi li fil-fehma tiegħu għandhom ikunu mgħarrfa lill-
membri jew lill-kredituri tal-kumpannija.
(2) L-awditur li jkun qed jirriżenja jista’ jiddepożita ma’ l-
avviż rekwiżizzjoni iffirmata li titlob lid-diretturi tal-kumpannija
biex minnufih isejħu laqgħa ġenerali straordinarja tal-kumpannija
sabiex jirċievu u jikkunsidraw dik l-ispjegazzjoni taċ-ċirkostanzi li
kellhom x’jaqsmu mar-riżenja tiegħu li hu jkun jixtieq iressaq
quddiem il-laqgħa.
(3) L-awditur li jkun qed jirriżenja jista’ jitlob lill-kumpannija
li tiċċirkola lill-membri tagħha -
(a) qabel il-laqgħa msejħa fuq ir-rekwiżizzjoni tiegħu; jew 
(b) qabel kull laqgħa ġenerali li fiha ż-żmien tal-kariga
tiegħu kien xort’oħra jintemm jew li fiha jkun hemm
propost li timtela l-vakanza li tinħoloq bir-riżenja
tiegħu,
disposizzjoni bil-miktub taċ-ċirkostanzi li għandhom x’jaqsmu
mar-riżenja tiegħu kif imsemmi fis-subartikolu (1).
(4) Il-kumpannija għandha, kemm-il darba ma tirċevix ir-
rappreżentazzjonijiet tard wisq biex tagħmel hekk -
(a) f’kull avviż tal-laqgħa mogħti lill-membri tal-
kumpannija, tiddikjara l-fatt li tkun saret id-
dikjarazzjoni; u
  84      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(b) tibgħat kopja tad-dikjarazzjoni lil kull membru tal-
kumpannija li lilu jkun qiegħed jew li jkun intbagħat
avviż tal-laqgħa.
(5) Jekk id-diretturi fi żmien wieħed u għoxrin jum mid-data
tad-depożitu ta’ rekwiżizzjoni taħt dan l-artikolu ma jgħaddux biex
isejħu b’mod xieraq laqgħa għal jum li ma jkunx iktar tard minn
tmienja u għoxrin jum wara d-data li fiha jingħata l-avviż li jsejjaħ
il-laqgħa, kull direttur li jkun naqas li jieħu l-passi kollha xierqa
biex jiżgura li l-laqgħa tissejjaħ kif intqal fis-subartikolu (2) jista’
jeħel penali.
(6) Jekk kopja tad-dikjarazzjoni ma tintbagħatx kif meħtieġ
għax tkun waslet tard jew minħabba nuqqas tal-kumpannija l-
awditur għandu, bla ħsara għall-jedd tiegħu li jinstema’
verbalment, jeħtieġ li d-dikjarazzjoni tinqara fil-laqgħa.
(7) Awditur li jkun irriżenja jkollu, minkejja r-riżenja tiegħu,
il-jeddijiet mogħtija bl-artikolu 155 dwar kull laqgħa ġenerali tal-
kumpannija kif imsemmija fis-subartikolu (3)(a) jew (b), u, f’każ
bħal dan ir-riferenzi f’dak l-artikolu għal ħwejjeġ li jolqtu l-
awditur bħala awditur għandhom jiftiehmu bħala riferenzi għal
ħwejjeġ li jolqtu lilu bħala li kien awditur.
Dikjarazzjoni minn 
persuna li ma 
tibqax fil-kariga ta’ 
awditur.
161. (1) Meta awditur għal xi raġuni ma jibqax fil-kariga,
għandu jiddepożita fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija
dikjarazzjoni ta’ kull ċirkostanzi li kellhom x’jaqsmu mal-fatt li hu
ma baqax fil-kariga li fil-fehma tiegħu għandhom ikunu mgħarrfa
lill-membri jew lill-kredituri tal-kumpannija jew, jekk jidhirlu li ma
hemm ebda ċirkostanzi bħal dawk, dikjarazzjoni li ma jkunx hemm.
(2) Fil-każ ta’ riżenja, id-dikjarazzjoni għandha tkun preżentata
flimkien ma’ l-avviż tar-riżenja; fil-każ ta’ nuqqas li jkun irid
jerġa’ jinħatar, id-dikjarazzjoni għandha tkun depożitata mhux
inqas minn erbatax-il jum qabel il-laqgħa ġenerali li fiha awdituri
għandhom ikunu maħtura mill-ġdid; f’kull każ ieħor, id-
dikjarazzjoni għandha tkun depożitata mhux iktar tard mit-tmiem
taż-żmien ta’ erbatax-il jum li jibda mid-data li fiha l-awditur ma
jibqax iżomm il-kariga.
(3) Jekk id-dikjarazzjoni tkun ta’ ċirkostanzi li l-awditur jitlob
li għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-membri jew kredituri tal-
kumpannija, il-kumpannija għandha fi żmien erbatax-il jum mid-
depożitu tad-dikjarazzjoni jew -
(a) tibgħat kopja lil kull persuna li taħt l-artikolu 180
ikollha l-jedd tintbagħtilha kopja tal-kontijiet annwali;
jew 
(b) tagħmel rikors lill-qorti biex tordna li hemm raġunijiet
gravi biżżejjed biex id-dikjarazzjoni ma tkunx
ċirkolata.
(4) Jekk il-kumpannija tagħmel rikors lill-qorti, il-qorti
għandha tinnotifika lill-awdituri bir-rikors u għandha tisma’ liż-
żewġ partijiet qabel ma tiddeċiedi fuq it-talba tal-kumpannija.
(5) Kemm-il darba l-awditur ma jirċevix avviż ta’ dak ir-rikors
qabel it-tmiem taż-żmien ta’ wieħed u għoxrin jum li jibda mill-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      85
jum li fih hu jkun iddepożita d-dikjarazzjoni, dan għandu fi żmien
sebat ijiem oħra jibgħat kopja tad-dikjarazzjoni lir-Reġistratur.
(6) Jekk il-qorti tkun sodisfatta li l-awditur ikun qed juża d-
dikjarazzjoni biex jikseb pubbliċità  mhux meħtieġa għal ħaġa
defamatorja -
(a) din għandha tordna li ma hemmx għalfejn jintbagħtu
kopji tad-dikjarazzjoni; u
(b) hi tista’ wkoll tordna li l-ispejjeż tal-kumpannija għar-
rikors jitħallsu għal kollox jew f’parti mill-awditur,
minkejja li hu ma jkunx parti għar-rikors,
u l-kumpannija għandha fi żmien erbatax-il jum mid-deċiżjoni tal-
qorti tibgħat lill-persuni msemmija fis-subartikolu (3)(a)
dikjarazzjoni li turi l-effett ta’ l-ordni.
(7) Jekk il-qorti ma tkunx hekk sodisfatta, il-kumpannija
għandha fi żmien erbatax-il jum mid-deċiżjoni tal-qorti -
(a) tibgħat kopja tad-dikjarazzjoni lill-persuni msemmija
fis-subartikolu (3)(a); u
(b) tavża lill-awditur bid-deċiżjoni tal-qorti,
u l-awditur għandu fi żmien sebat ijiem minn meta jirċievi dak l-
avviż jibgħat kopja tad-dikjarazzjoni lir-Reġistratur.
Reati għal ksur ta’ 
l-artikolu 161. 
162. (1) Jekk persuna li ma tibqax iżżomm il-ħatra ta’ awditur
tonqos mingħajr raġuni xierqa li tħares id-disposizzjonijet ta’ l-
artikolu 161 ta’ dan l-Att tista’ teħel penali.
(2) Fil-proċeduri għal reat taħt is-subartikolu (1) jista’ jinġieb
bħala difiża tal-persuna akkużata l-fatt li hi tkun ħadet il-passi
kollha xierqa u eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex tevita l-
għemil tar-reat.
(3) Jekk kumpannija tonqos li tħares id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 161, kull uffiċjal tal-kumpannija li jonqos jista’ jeħel
penali, u għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Kapitolu X - Kontijiet, Verifiki u Prospett Annwali
Tiżmim ta’ kotba 
tal-kontijiet. 
Kap. 13
163. (1) Minflok il-htiġiet ta’ l-artikoli minn 13 sa 18 tal-
Kodiċi tal-Kummerċ kumpannija tkun meħtieġa li żzomm kotba
xierqa tal-kontijiet dwar -
(a) is-somom kollha miġbura u minfuqa mill-kumpannija
u l-ħwejjeġ li dwarhom id-dħul u l-infieq isir;
(b) l-attiv u l-passiv tal-kumpannija;
(ċ) jekk il-kummerċ tal-kumpannija jinvolvi negozju ta’
oġġetti -
(i) dikjarazzjonijiet ta’ l-istocks miżmum mill-
kumpannija f’eluq iż-żmien tal-kontijiet tal-
kumpannija; 
(ii) id-dikjarazzjonijiet kollha ta’ teħid ta’ stocks li
  86      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
minn dik id-dikjarazzjoni msemmija fis-sub-
paragrafu (i) ikun tħejja jew ikun se jitħejja; u
(iii) ħlief fil-każ ta’ oġġetti mibjugħa bħala kummerċ
bl-imnut ordinarju, dikjarazzjonijiet ta’ l-oġġetti
kollha mibjugħa u mixtrija, fejn jintwerew l-
oġġetti u x-xerrejja u l-bejjiegħa b’dettall
biżżejjed biex dawn kollha jkunu jistgħu jiġu
identifikati.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) jitqiesu li jinżammu kotba
xierqa tal-kontijiet dwar l-imsemmija ħwejjeġ jekk dawk il-kotba
jkunu biżżejjed biex juru u jispjegaw t-transazzjonijiet tal-
kumpannija u jkunu hekk li -
(a) juru bi preċiżjoni xierqa, f’kull żmien, il-qagħda
finanzjarja tal-kumpannija f’dak iż-żmien; u
(b) bihom id-diretturi jkunu jistgħu jiżguraw li kull karta
tal-bilanċ u kont ta’ qligħ u telf imħejjija taħt dan il-
Kapitolu jħarsu l-ħtiġiet ta’ dan l-Att.
(3) Il-kotba tal-kontijiet għandhom jinżammu fl-uffiċċju
reġistrat tal-kumpannija jew f’dak il-post l-ieħor li d-diretturi
jidhrilhom xierqa, u għandhom ikunu f’kull ħin miftuħa biex ikunu
spezzjonati mill-uffiċjali tal-kumpannija:
Iżda jekk il-kotba tal-kontijiet jinżammu f’post barra minn
Malta, għandhom jintbagħtu f’Malta u jinżammu hemmhekk u
jkunu f’kull ħin miftuħa għall-ispezzjoni ta’ l-uffiċjali tal-
kumpannija dawk il-kontijiet u prospetti dwar in-negozju li
dwarhom jittrattaw il-kotba tal-kontijiet ħekk miżmuma u juru bi
preċiżjoni xierqa l-qagħda finanzjarja ta’ dak in-negozju
f’intervalli ta’ mhux iżjed minn sitt xhur u li minnhom ikunu
jistgħu jitħejjew, skond dan l-Att, il-karta tal-bilanċ u l-kont ta’
qligħ u telf tal-kumpannija.
(4) Kumpannija parent li għandha impriża sussidjarja, li
dwarha ma japplikawx il-ħtiġiet ta’ hawn fuq, għandha tieħu l-passi
kollha xierqa biex tiżgura li l-impriża sussidjarja żżomm dawk il-
kotba tal-kontijiet sabiex id-diretturi tal-kumpannija parent ikunu
jistgħu jiżguraw li kull karta tal-bilanċ u kont ta’ qligħ u telf
imħejjija jkunu jħarsu l-ħtiġiet ta’ dan l-Att.
Kap. 13. (5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26 tal-Kodiċi tal-
Kummerċ, ir-records tal-kontijiet tal-kumpannija għandhom
jinżammu għal żmien għaxar snin:
Iżda meta r-records tal-kontijiet ikunu miżmumin f’forma
llegata u unifikata, l-għaxar snin jibdew jgħaddu mid-data ta’ l-
aħħar entratura li tkun saret fihom.
(6) Jekk kumpannija tonqos li tħares xi disposizzjoni tas-
subartikoli minn (1) sa (4), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun
naqas ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel multa ta’ mhux aktar minn
ħamest elef lira, kemm-il darba ma jurix li jkun aġixxa
diliġentement u li ċ-ċirkostanzi li fihom tmexxa n-negozju tal-
kumpannija, in-nuqqas jista’ jkun skużat.
(7) Jekk kumpannija tonqos li tħares id-disposizzjonijiet tas-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      87
subartikolu (5), kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’
jeħel penali.
Żmien ta’ riferenza 
għall-kontijiet u 
data ta’ riferenza 
għall-kontijiet.
164. (1) Iż-żminijiet tal-kontijiet ta’ kumpannija huma
stabbiliti b’riferenza għad-data ta’ riferenza għall-kontijiet tagħha.
(2) Kumpannija tista’ tagħti avviż fil-forma preskritta lir-
Reġistratur fejn tispeċifika data fis-sena kalendarja bħala d-data ta’
riferenza għall-kontijiet tagħha:
Iżda ebda avviż bħal dak ma jkollu seħħ jekk ma jingħatax
qabel it-tmiem ta’ disa’ xhur li jibdew mid-data tar-reġistrazzjoni
tal-kumpannija; u, fin-nuqqas ta’ dak l-avviż, id-data ta’ riferenza
għall-kontijiet tal-kumpannija tkun il-wieħed u tletin ta’ Diċembru.
(3) L-ewwel żmien ta’ riferenza għall-kontijiet ta’ kumpannija
huwa dak iż-żmien li jagħlaq fid-data ta’ riferenza għall-kontijiet
tagħha kif jibda fid-data tar-reġistrazzjoni tagħha u li jkun żmien
ta’ mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed minn tmintax-il xahar;
u kull żmien ieħor suċċessiv ta’ tnax-il xahar li jibda wara l-għeluq
ta’ l-ewwel żmien ta’ riferenza għall-kontijiet u li jagħlaq bid-data
ta’ riferenza għall-kontijiet huwa wkoll żmien tal-kontijiet tal-
kumpannija.
(4) L-ewwel żmien tal-kontijiet ta’ kumpannija jibda fl-ewwel
jum taż-żmien ta’ riferenza tal-kontijiet tagħha u jagħlaq f’data li
ma tkunx iktar minn sebat ijiem qabel jew wara it-tmiem ta’ dak iż-
żmien ta’ riferenza għall-kontijiet skond kif jistabbilixxu d-
diretturi. Żminijiet tal-kontijiet sussegwenti jibdew fil-jum li jiġi
minnufih wara ż-żmien tal-kontijiet ta’ qabel tal-kumpannija u li
jagħlaq fid-data li ma tkunx iktar minn sebat ijiem qabel jew wara
t-tmiem taż-żmien ta’ riferenza tal-kontijiet li jmiss skond kif
jistabbilixxu d-diretturi.
(5) Id-diretturi ta’ kumpannija parent għandhom jiżguraw li,
ħlief fejn ikun hemm raġunijiet tajba għaliex m’għandux isir hekk,
iż-żmien tal-kontijiet ta’ kull waħda mill-impriżi sussidjarji
tagħhom għandu jaqbel maż-żmien tal-kontijiet tal-kumpannija
parent stess.
Tibdil taż-żmien 
ta’ riferenza għall-
kontijiet.
Emendat:
IV. 2003.70.
165. (1) F’kull żmien matul żmien li jkun żmien ta’ riferenza
għall-kontijiet ta’ kumpannija bis-saħħa ta’ l-artikolu 164 jew 166
il-kumpannija tista’ tagħti avviż fil-formola preskritta lir-
Reġistratur li jispeċifika data fis-sena kalendarja ("id-data l-ġdida
ta’ riferenza għall-kontijiet") li fiha ż-żmien ta’ riferenza tal-
kontijiet ("iż-żmien kurrenti ta’ riferenza għall-kontijiet") u kull
żmien ta’ riferenza għall-kontijiet sussegwenti tal-kumpannija
jitqies li jagħlaq jew, skond il-każ, li jkun għalaq.
(2) F’kull żmien wara l-għeluq taż-żmien li kien iż-żmien ta’
riferenza għall-kontijiet ta’ kumpannija bis-saħħa ta’ l-artikolu 164
jew 166 il-kumpannija tista’ tagħti avviż fil-formola preskritta lir-
Reġistratur li jispeċifika data fis-sena kalendarja ("id-data l-ġdida
ta’ riferenza għall-kontijiet") u li fiha ż-żmien ta’ riferenza għall-
kontijiet ("iż-żmien ta’ qabel ta’ riferenza għall-kontijiet") u kull
żmien ta’ riferenza għall-kontijiet sussegwenti tal-kumpannija
jitqies li jagħlaq jew, skond il-każ, li jkun għalaq.
  88      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(3) Avviż taħt is-subartikolu (2) -
(a) ma jkollux seħħ kemm-il darba l-kumpannija ma tkunx
impriża sussidjarja jew kumpannija parent ta’
kumpannija oħra u d-data l-ġdida ta’ riferenza tal-
kontijiet tkun taqbel ma’ dik ta’ dik il-kumpannija l-
oħra; u
(b) ma jkollux seħħ jekk iż-żmien permess taħt l-artikolu
182 għal kunsinna ta’ kontijiet annwali dwar iż-żmien
tal-kontijiet ta’ qabel li għandhom jitqiegħdu quddiem
il-kumpannija f’laqgħa ġenerali jkun diġà  għalaq fiż-
żmien meta jingħata l-avviż.
(4) Avviż taħt dan l-artikolu għandu jgħid jekk iż-żmien
kurrenti jew ta’ qabel ta’ riferenza għall-kontijiet tal-kumpannija -
(a) għandux jitqies bħala mqassar, biex jagħlaq jew, skond
il-każ, biex jitqies li jkun għalaq fid-data l-ġdida ta’
riferenza għall-kontijiet fl-ewwel okkażjoni li tasal
jew tkun waslet dik id-data wara l-bidu ta’ dak iż-
żmien tal-kontijiet; jew
(b) għandux jitqies bħala mtawwal, biex jagħlaq jew,
skond il-każ, biex jitqies li jkun għalaq fid-data l-
ġdida ta’ riferenza għall-kontijiet mat-tieni okkażjoni
li tasal jew tkun waslet id-data wara l-bidu ta’ dak iż-
żmien tal-kontijiet.
(5) Avviż li jgħid li ż-żmien tal-kontijiet kurrenti jew ta’ qabel
għandu jittawwal ma jkollux seħħ jekk iż-żmien tal-kontijiet
kurrenti jew ta’ qabel, kif imtawwal skond l-avviż, ikun iżjed minn
tmintax-il xahar.
(6) Bla ħsara għal kull direzzjoni mogħtija mir-Reġistratur taħt
is-subartikolu (7), avviż li jgħid li ż-żmien tal-kontijiet kurrenti jew
ta’ qabel għandu jittawwal ma jkollux seħħ jekk -
(a) ebda żmien qabel ta’ riferenza għall-kontijiet tal-
kumpannija ma jkun ittawwal bis-saħħa ta’ avviż
mogħti qabel mill-kumpannija taħt dan l-artikolu; jew
(b) l-avviż jingħata mhux inqas minn ħames snin wara d-
data li fiha ż-żmien ta’ qabel ta’ riferenza għall-
kontijiet tal-kumpannija li kien hekk imtawwal ikun
għalaq; jew
(ċ) il-kumpannija tkun impriża sussidjarja jew
kumpannija parent ta’ impriża oħra u d-data l-ġdida ta’
riferenza għall-kontijiet ma tkunx taqbel mad-data ta’
riferenza għall-kontijiet ta’ dik l-impriża l-oħra.
(7) Ir-Reġistratur jista’, jekk jidhirlu xieraq, jordna li s-
subartikolu (6) ma japplikax għal avviż li jkun diġà  ngħata mill-
kumpannija taħt dan l-artikolu jew, skond il-każ, dwar avviż li
jista’ hekk jingħata.
Konsegwenza ta’ 
għoti ta’ avviż taħt 
l-artikolu 165. 
166. (1) Meta kumpannija tkun tat avviż b’seħħ skond l-
artikolu 165 u l-avviż ma jkunx inbidel b’avviż ieħor tal-
kumpannija li jiġi wara li jkollu dak l-effett, id-data l-ġdida
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      89
speċifikata fl-avviż tkun id-data ta’ riferenza għall-kontijiet tal-
kumpannija minflok dik li bis-saħħa ta’ l-artikolu 165 jew ta’ dan l-
artikolu, kienet id-data ta’ riferenza għall-kontijiet meta jkun
ingħata l-avviż.
(2) Meta bis-saħħa ta’ avviż kif imsemmi fis-subartikolu (1),
data tkun sostitwita minflok oħra bħala d-data ta’ riferenza għall-
kontijiet ta’ kumpannija -
(a) iż-żmien kurrenti jew ta’ qabel ta’ riferenza għall-
kontijiet, imqassar jew imtawwal, skond il-każ, skond
l-avviż; u 
(b) kull żmien suċċessiv ta’ tnax-il xahar li jibda wara l-
għeluq ta’ dak iż-żmien ta’ riferenza għall-kontijiet,
kif imqassar jew imtawwal, u li jagħlaq bid-data l-
ġdida ta’ riferenza għall-kontijiet,
għandu jitqies li kien żmien ta’ riferenza għall-kontijiet tal-
kumpannija, minflok xi żmien li kien ikun żmien ta’ riferenza
għall-kontijiet tal-kumpannija kieku l-avviż ma ngħatax.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 165 u dawk ta’ dan l-
artikolu m’għandhomx jolqtu xi żmien ta’ riferenza għall-kontijiet
tal-kumpannija li -
(a) fil-każ ta’ avviż taħt l-artikolu 165(1) ikun qabel iż-
żmien kurrenti ta’ riferenza għall-kontijiet; jew
(b) fil-każ ta’ avviż mogħti taħt l-artikolu 165(2) ikun
qabel iż-żmien ta’ qabel ta’ riferenza għall-kontijiet.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar il-
kontenut u l-forma 
ta’ kontijiet 
individwali.
Emendat:
IV. 2003.71.
167. (1) Id-diretturi ta’ kull kumpannija għandhom iħejju għal
kull żmien ta’ kontijiet, kontijiet individwali li jkun fihom karta
tal-bilanċ kif tkun fl-aħħar jum taż-żmien tal-kontijiet li għalih
tirreferi, il-kont ta’ qligħ u telf għal dak iż-żmien, in-noti tal-
kontijiet u kull dikjarazzjonijiet finanzjarji oħra li jistgħu jkunu
meħtieġa bil-prinċipji u prattika ta’ kontijiet ġeneralment aċċettati.
Dawn id-dokumenti flimkien għandhom jiffurmaw dokument sħiħ.
(2) Il-kontijiet individwali għandhom isiru b’mod ċar u skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u skond il-ħtiġiet tal-prinċipji u l-
prattika ta’ kontijiet ġeneralment aċċettati:
Iżda fil-każ li disposizzjoni ta’ dan l-Att tkun f’konflitt jew
ma tkunx taqbel ma’ prinċipji u prattika ta’ kontijiet ġeneralment
aċċettati, il-kontijiet għandhom isiru li juru qagħda sewwa u xierqa
skond il-ħtiġiet stabbiliti taħt is-subartikolu (3).
(3) Il-kontijiet individwali għandhom juru sewwa u xieraq l-
attiv, il-passiv, il-qagħda finanzjarja u qliegħ jew telf tal-
kumpannija.
(4) Il-kontijiet individwali għandhom iħarsu l-ħtiġiet tat-Tielet
Skeda dwar il-forma u l-kontenut tal-karta tal-bilanċ u l-kont ta’
qliegħ u telf u dwar tagħrif addizzjonali li għandu jkun provdut
bħala nota mal-kontijiet.
(5) Meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma
tkunx biżżejjed biex turi stat sewwa u xieraq skond kif imfisser fis-
subartikolu (3), għandu jingħata tagħrif addizzjonali.
  90      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(6) Meta f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’
disposizzjoni ta’ dan l-Att ma tkunx taqbel ma’ l-obbligu li l-
kontijiet individwali juru l-qagħda sewwa u korretta, dik id-
disposizzjoni għandu jkun hemm deroga minnha sabiex tintwera l-
qagħda sewwa u xierqa. Kull deroga bħal dik għandha tintwera fin-
noti tal-kontijiet flimkien ma’ spjegazzjoni għar-raġunijiet li
wasslu għaliha u dikjarazzjoni ta’ l-effett tagħha fuq l-attiv, il-
passiv, il-qagħda finanzjarja u profitt jew telf.
Kontijiet annwali 
ta’ banek u 
istituzzjonijiet 
finanzjarji.
Emendat:
XVII.1998.70;
IV. 2003.72.
Kap. 371.
Kap. 376.
Kap. 290. 
168. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 167(4) u ta’
l-artikolu 171(4), banek regolati bl-Att dwar il-Kummerċ Bankarju
u istituzzjonijiet finanzjarji regolati bl-Att dwar Istituzzjonijiet
Finanzjarji u kumpanniji ta’ assigurazzjoni regolati fl-Att dwar l-
Impriża ta’ l-Assigurazzjoni* m’għandhomx għalfejn iħarsu d-
disposizzjonijet tat-Tielet u tar-Raba’ Skeda.
Kap. 371.
Kap. 376.
(2) Banek u istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jimxu skond
id-direttivi maħruġa mill-awtorità  kompetenti rilevanti taħt l-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju u l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji
rispettivament dwar forma u kontenut tal-kontijiet annwali
tagħhom u jekk ma jkunux ħarġu ebda direttivi bħal dawk
għandhom jimxu skond kull gwidi maħruġa minn dik l-awtorità
kompetenti għal dan l-għan.
Kap. 403.
(3) Il-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni għandhom iħarsu
regolamenti magħmula taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni dwar il-forma u l-kontenut tal-kontijiet annwali
tagħhom jew jekk regolamenti ma jkunux hekk magħmula
għandhom jimxu skond kull direttivi maħruġa mill-awtorità
kompetenti dwarhom.
(4) Disposizzjonijiet speċjali jistgħu jkunu preskritti mill-
Ministru b’avviż fil-Gazzetta għall-kontijiet annwali ta’
kumpanniji ta’ investiment b’kapital fiss u ta’ kumpanniji holding
finanzjarji minflok id-disposizzjonijiet tat-Tielet u tar-Raba’
Skeda.
Kontijiet ta’ 
kumpannija ta’ 
investiment 
b’kapital varjabbli. 
Emendat:
IV. 2003.73.
169. (1) Minkejja disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 167(4) safejn
jirreferu għall-applikazzjoni tat-Tielet Skeda għal kontijiet
individwali ta’ kumpanniji ta’ investiment b’kapital azzjonarju
varjabbli għandhom iħejju l-kontijiet individwali tagħhom skond il-
format muri fil-Ħames Skeda.
(2) Ir-rapport tad-diretturi ta’ kumpannija ta’ investiment
b’kapital azzjonarju varjabbli għandu jipprovdi tagħrif biżżejjed
biex investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni nformata fuq l-
iżvilupp ta’ l-attivitajiet tal-kumpannija u ta’ l-istat finanzjarju
tagħha.
(3) Dwar kull ħaġa oħra, il-kontijiet annwali u r-rapport tad-
diretturi ta’ kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju
varjabbli għandhom jitħejjew skond id-disposizzjonijet applikabbli
b’mod ġenerali għal kumpanniji safejn dawn ma jkunux
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1998 (Kap. 403).
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      91
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu u tal-Ħames Skeda.
Dmir li jitħejjew 
kontijiet 
konsolidati.
170. (1) Jekk f’għeluq żmien tal-kontijiet, kumpannija tkun
kumpannija parent, id-diretturi għandhom, barra milli jħejju l-
kontijiet individwali ta’ dik il-kumpannija, iħejju wkoll kontijiet
konsolidati.
(2) Kumpannija parent u l-impriżi sussidjarji kollha tagħha
għandhom ikunu impriżi li jiġu konsolidati jkunu fejn ikunu l-
uffiċċji reġistrati jew l-uffiċċji prinċipali ta’ dawk l-impriżi
sussidjarji.
(3) Impriża sussidjarja tista’ tkun eskluża minn
konsolidazzjoni jekk l-inklużjoni tagħha ma tkunx materjali biex
jintwera stat sewwa u xieraq; iżda żewġ impriżi sussidjarji jew
iżjed jistgħu jkunu esklużi biss jekk ma jkunx materjali meta
teħodhom kollha flimkien.
(4) Impriża sussidjarja tista’ tkun eskluża minn
konsolidazzjoni meta -
(a) restrizzjonijiet serji fit-tul itellfu sostanzjalment l-
eżerċizzju tal-jeddijiet tal-kumpannija parent fuq l-
attiv jew it-tmexxija ta’ dik l-impriża; jew
(b) l-interess tal-kumpannija parent jinżamm esklużiva-
ment bil-ħsieb li wara jerġa’ jinbiegħ u l-impriża qabel
ma tkunx inkluża fil-kontijiet konsolidati mħejjija
mill-kumpannija parent.
Ir-riferenza fil-paragarfu (a) għall-jeddijiet tal-kumpannija
parent u r-riferenza fil-paragrafu (b) għall-interess tal-kumpannija
parent huma, rispettivament, riferenzi għal jeddijiet u interessi
miżmuma mill-kumpannija jew attribwiti lilha għall-finijiet ta’ l-
artikolu 2(2) li fin-nuqqas tagħhom hi ma kenitx tkun kumpannija
parent.
(5) Meta l-attivitajiet ta’ mpriża jew ta’ mpriżi sussidjarji
jkunu daqshekk differenti minn dawk ta’ mpriżi oħra li għandhom
ikunu nklużi fil-konsolidazzjoni li l-inklużjoni tagħhom ma tkunx
kompatibbli ma’ l-obbligu li jintwera l-istat sewwa u xieraq, dawk
l-impriżi għandhom ikunu esklużi mill-konsolidazzjoni. Dan is-
subartikolu ma japplikax sempliċement għaliex uħud mill-impriżi
huma industrijali, uħud kummerċjali u uħud jipprovdu servizzi, jew
għax imexxu attivitajiet industrijali jew kummerċjali li jinvolvu
prodotti differenti jew jipprovdu servizzi differenti.
(6) Meta l-impriżi sussidjarji kollha ta’ kumpannija parent
ikunu jaqgħu taħt l-esklużjonijiet ta’ hawn fuq, ma jkunu meħtieġa
ebda kontijiet konsolidati.
(7) Meta mpriża eskluża mill-konsolidazzjoni skond is-
subartikolu (5) tkun impriża mhux stabbilita f’Malta l-kontijiet
individwali tagħha għandhom ikunu annessi mal-kontijiet
konsolidati tal-kumpannija parent tradotti fl-Ingliż jew fil-Malti
meta l-oriġinal ma jkunx f’waħda minn dawk il-lingwi.
(8) Il-ħtiġiet speċifikati fis-subartikolu (7) huma suġġetti għall-
  92      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kwalifiki li ġejjin -
(a) impriża ma tkunx meħtieġa li tħejji għall-finijiet ta’
dan l-artikolu kontijiet li xort’oħra ma jitħejjewx, u
jekk ebda kontijiet li jissodisfaw l-imsemmija ħtiġiet
ma jitħejjew ebda minnhom ma għandhom għalfejn
ikunu annessi;
(b) dokument m’għandux għalfejn ikun anness jekk
xort’oħra ma jkunx meħtieġ li jkun pubblikat, jew li
jitqiegħed għad-disposizzjoni ta’ spezzjoni pubblika,
x’imkien fid-dinja, iżda f’dak il-każ ir-raġuni għax ma
kienx anness għandha tissemma f’nota tal-kontijiet tal-
kumpannija.
Forma u kontenut 
ta’ kontijiet 
konsolidati.
Emendat:
IV. 2003.74.
171. (1) Kontijiet konsolidati għandhom jinkludu l-karta tal-
bilanċ konsolidata kif tkun fl-aħħar jum taż-żmien tal-kontijiet li
għalih tirreferi, il-kont ta’ qligħ u telf konsolidat għal dak iż-żmien,
in-noti tal-kontijiet konsolidati u kull dikjarazzjonijiet finanzjarji
oħra li jistgħu jkunu meħtieġa bil-prinċipji u prattika ta’ kontijiet
ġeneralment aċċettati. Dawn id-dokumenti flimkien għandhom
jiffurmaw dokument sħiħ.
(2) Kontijiet konsolidati għandhom isiru b’mod ċar u skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u skond il-ħtiġiet tal-prinċipji u l-
prattika ta’ kontijiet ġeneralment aċċettati:
Iżda fil-każ li disposizzjoni ta’ dan l-Att tkun f’konflitt jew
ma tkunx taqbel ma’ prinċipji u prattika ta’ kontijiet ġeneralment
aċċettati, il-kontijiet għandhom isiru li juru l-qagħ da sewwa u
xierqa skond il-ħtiġiet stabbiliti taħt is-subartikolu (3).
(3) Il-kontijiet konsolidati għandhom juru l-istat sewwa u
xieraq ta’ l-attiv, tal-passiv, tal-qagħda finanzjarja u tal-qligħ jew
telf ta’ l-impriżi li jkunu mdaħħlin fihom bħala oġġett sħiħ.
(4) Kontijiet konsolidati għandhom iħarsu d-disposizzjonijiet
tar-Raba’ Skeda dwar il-forma u l-kontenut tal-karta tal-bilanċ
konsolidata u tal-kont tal-qligħ u telf konsolidat u dwar tagħrif
addizzjonali li għandu jkun provdut bħala noti tal-kontijiet
konsolidati.
(5) Meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma
tkunx biżżejjed biex turi l-istat sewwa u xieraq skond kif imfisser
fis-subartikolu (3), għandu jingħata tagħrif addizzjonali.
(6) Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’
disposizzjoni ta’ dan l-Att ma tkunx taqbel ma’ l-obbligu li
kontijiet konsolidati juru l-qagħda sewwa u korretta, dik id-
dispożizzjoni għandu jkun hemm deroga minnha sabiex tintwera l-
qagħda sewwa u xierqa. Kull deroga bħal dik għandha tintwera fin-
noti tal-kontijiet konsolidati flimkien ma’ spjegazzjoni tar-
raġunijiet li wasslu għaliha u dikjarazzjoni ta’ l-effett tagħha fuq l-
attiv, il-passiv, il-qagħda finanzjarja u l-qligħ u telf.
Eżenzjoni għal 
kumpanniji 
holding finanzjarji.
172. (1) Kumpannija parent li tkun kumpannija holding
finanzjarja tkun eżentata mill-ħtieġa li tħejji kontijiet konsolidati
jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin -
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      93
(a) ma tkunx indaħlet matul iż-żmien tal-kontijiet, la
direttament u lanqas indirettament, fit-tmexxija ta’
mpriża sussidjarja;
(b) ma tkunx eżerċitat il-jeddijiet tal-vot marbuta ma’ l-
interess parteċipanti tagħha dwar il-ħatra ta’ membru
tal-bord tad-diretturi ta’ l-impriża sussidjarja matul iż-
żmien tal-kontijiet matul il-ħames żminijiet tal-
kontijiet ta’ qabel; jew, meta l-eżerċizzju tal-jeddijiet
tal-vot kien meħtieġ għat-tħaddim tal-bord tad-
diretturi ta’ l-impriża sussidjarja, l-imsemmija
jeddijiet tal-vot kienu eżerċitati mingħajr ebda indħil
jew influwenza minn naħa tal-kumpannija parent jew
minn naħa ta’ xi waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha,
u:
(i) ebda membru b’jeddijiet tal-vot b’maġġoranza
f’dik il-kumpannija parent; jew
(ii) ebda membru tal-bord tad-diretturi ta’ dik il-
kumpannija parent; jew
(iii) ebda membru tal-bord tad-diretturi ta’ membru
b’jeddijiet tal-vot b’maġġoranza f’dik il-
kumpannija parent;
ma jkun membru tal-bord tad-diretturi ta’ l-impriża
sussidjarja;
(ċ) tkun għamlet self biss lill-impriżi li fihom ikollha
interessi parteċipanti kemm-il darba jekk dak is-self
ikun sar lill-partijiet oħra, dan irid ikun tħallas lura sa
għeluq iż-żmien tal-kontijiet ta’ qabel; u
(d) l-eżenzjoni tkun ingħatat mir-Reġistratur wara li jkun
ivverifika li l-kondizzjonijiet imsemmija f’dan is-
subartikolu jkunu ġew sodisfatti.
(2) Kumpannija holding finanzjarja li tkun eżentata mill-ħtieġa
li tħejji kontijiet konsolidati skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), tkun ukoll eżentata mill-ħtieġa li tipprovdi t-tagħrif
stabbilit fil-paragrafu 32 tat-Tielet Skeda fil-każ li l-holding ma
tkunx holding b’maġġoranza:
Iżda dik l-eżenzjoni mill-ħtieġa li tipprovdi t-tagħrif
stabbilit fil-paragrafu 32 tat-Tielet Skeda għandha testendi wkoll
għall-holding b’maġġoranza fejn fil-fehma tad-diretturi l-wiri
meħtieġ ikun hekk li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-kumpannija,
għall-membri tagħha jew għal waħda mis-sussidjarji tagħha. Meta
jitħalla barra xi tagħrif wara l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan il-proviso, dik it-tħollija barra għandha tintwera fin-noti tal-
kontijiet.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kliem "bord tad-
diretturi" tinkludi l-organu tat-tmexxija jew amministrattiv ta’
impriża, ikun x’ikun imsemmi, iffurmat f’Malta jew x’imkien ieħor
u li ma jkunx kumpannija iffurmata u reġistrata f’Malta.
  94      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Kontijiet 
konsolidati - 
eżenzjoni 
minħabba daqs.
Emendat:
IV. 2003.75.
173. (1) Kumpannija parent tkun eżentata mill-ħtiġiet li tħejji
kontijiet konsolidati jekk fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha l-
impriżi li għandhom ikunu konsolidati ma jkunux jeċċedu b’kollox,
fuq il-bażi ta’ l-aħħar kontijiet individwali tagħhom, il-limiti ta’
tnejn mit-tliet kriterji stabbiliti fl-artikolu 185:
Iżda ebda waħda minn dawk l-impriżi li għandhom ikunu
konsolidati ma’ tkun kumpannija li s-sigurtajiet tagħha jkunu
aċċettati fil-lista uffiċjali ta’ exchange ta’ investiment rikonoxxut.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "sigurtajiet" tinkludi -
(a) azzjonijiet u stocks;
(b) obbligazzjonijiet, inklużi stock ta’ obbligazzjonijiet
stock ta’ self, bonds, ċertifikati ta’ depożitu u
dokumenti oħra li joħolqu jew jirrikonoxxu debitu;
(ċ) warrants jew dokumenti oħra li jagħtu l-jedd lid-
detentur li jissottoskrivi għal sigurtajiet li jaqgħu taħt
il-paragrafu (a) jew (b); u
(d) ċertifikati jew dokumenti oħra li jagħtu -
(i) jeddijiet ta’ proprjetà  dwar sigurtà  li taqa’ taħt
il-paragrafu (a), (b) jew (ċ);
(ii) kull jedd għall-akkwist, disponiment ta’ sotto-
skrizzjoni jew konverżjoni ta’ sigurtà  liema jedd
id-detentur kien ikollu dritt għalih li kieku kien
id-detentur ta’ dik is-sigurtà  li għalih jirreferi ċ-
ċertifikat jew dokument ieħor; jew
(iii) jedd kontrattwali, barra minn option,  għall-
akkwist ta’ xi sigurtà  bħal dik barra milli bis-
sottoskrizzjoni.
Eżenzjoni ta’ 
kumpanniji parent 
inklużi fil-kontijiet 
ta’ gruppi ikbar.
Emendat:
IV. 2003.76.
174. (1) Kumpannija parent tkun eżentata mill-ħtieġa li tħejji
kontijiet konsolidati jekk hi nnifisha tkun kumpannija sussidjarja
fil-każijiet li ġejjin -
(a) jekk l-imsemmija kumpannija parent tkun kumpannija
sussidjarja li għal kollox tkun proprjetà  ta’ kumpannija
parent immedjata iffurmata u rreġistrata taħt il-liġi ta’
Malta; jew
(b) meta disgħin fil-mija jew iktar tal-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet fl-imsemmija kumpannija parent ikunu
miżmuma minn kumpannija parent u avviż li jitlob it-
tħejjija ta’ kontijiet konsolidati ma jkunx ingħata mill-
ewwel kumpannija msemmija mill-azzjonisti li
flimkien ikollhom il-perċentwali li jifdal fil-valur
nominali ta’ l-azzjonijiet kollha tagħha. Dak l-avviż
ma jkunx validu kemm-il darba ma jingħatax mhux
iktar tard minn sitt xhur wara l-bidu taż-żmien tal-
kontijiet li għalih jirreferi.
(2) L-eżenzjoni imsemmija fis-subartikolu (1) tkun suġġetta
għat-tħaris tal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin -
(a) li fil-każ li kumpannija parent li tkun kumpannija
sussidjarja ta’ kumpannija parent iffurmata u reġistrata
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      95
taħt il-liġi ta’ Malta, dik il-kumpannija tkun inkluża
fil-kontijiet konsolidati ta’ grupp akbar li jkunu saru sa
l-istess data, jew sa data qabel fl-istess żmien ta’
kontijiet, minn kumpannija parent iffurmata u
rreġistrata taħt il-liġi ta’ Malta;
(b) li fil-każ ta’ kumpannija parent li tkun kumpannija
sussidjarja ta’ mpriża parent li ma tkunx stabbilita taħt
il-liġi ta’ Malta, l-impriża eżentata tkun inkluża fil-
kontijiet konsolidati ta’ grupp akbar li jkunu saru sa l-
istess data, jew sa data qabel fl-istess żmien tal-
kontijiet, kemm-il darba dawk il-kontijiet konsolidati
u r-rapport tad-diretturi dwarhom jkunu saru b’mod
ekwivalenti għal dawk preskritti b’dan l-Att u jkunu
ġew verifikati minn persuna jew persuni awtorizzati li
jivverifikaw kontijiet taħt il-liġi nazzjonali li
tikkontrolla l-impriża li tkun għamlithom;
(ċ) li l-imsemmija kumpannija parent turi fil-kontijiet
individwali tagħha li hi eżentata mill-obbligu li tħejji u
tikkonsenja kontijiet konsolidati;
(d) li l-imsemmija kumpannija parent tagħti fil-kontijiet
individwali tagħha l-isem ta’ l-impriża parent li
tagħmel il-kontijiet konsoldiati imsemmija fil-
paragrafu (a) jew (b);
(e) li l-imsemmija kumpannija parent tikkonsenja lir-
Reġistratur fiż-żmien permess għall-konsenja tal-
kontijiet individwali tagħħa, kopji ta’ dawk il-kontijiet
konsolidati imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b), u tar-
rapport tad-diretturi jew ekwivalenti tiegħu flimkien
mar-rapport ta’ l-awdituri dwarhom ta’ l-impriża
parent; u
(f) li jekk xi dokument inkluż fil-kontijiet u fir-rapporti
konsenjati skond il-paragrafu (e) ikun f’xi lingwa oħra
barra l-Malti jew l-Ingliż, għandu jkun hemm anness
mal-kopja ta’ dak id-dokument konsenjat traduzzjoni
għall-Malti jew għall-Ingliż, ċertifikata bħala
traduzzjoni korretta, b’dak il-mod li jista’ jkun
preskritt.
(3) Din l-eżenzjoni ma tapplikax għal kumpannija parent li xi
wħud mis-sigurtajiet tagħha jkunu fil-lista uffiċjali ta’ exchange ta’
investiment rikonoxxut. 
(4) Azzjonijiet miżmuma minn diretturi ta’ kumpannija sabiex
ikun hemm tħaris ta’ xi ħtieġa għal kwalifika ta’ azzjonijiet
m’għandhomx ikunu kalkolati sabiex ikun stabbilit għall-finijiet
tas-subartikolu (1)(a) jekk il-kumpannija tkunx sussidjarja għal
kollox ta’ kumpannija.
(5) Għall-finijiet tas-subartikolu (1)(b) azzjonijiet li jkunu
miżmuma minn impriża sussidjarja li tkun għal kollox proprjetà  ta’
impriża parent, jew miżmuma f’isem il-kumpannija parent jew
impriża sussidjarja li tkun għal kollox proprjetà  tal-kumpannija
parent, għandhom ikunu attribwiti lill-kumpannija parent.
  96      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(6) Għall-finijiet tas-subartikolu (3) "sigurtajiet" għandu
jkollha l-istess tifsir kif imsemmi fl-artikolu 173(2).
Wiri meħtieġ fin-
noti tal-kontijiet.
175. (1) Meta l-kumpannija ma tkunx meħtieġa li tħejji
kontijiet konsolidati, it-tagħrif speċifikat fit-Taqsima III tat-Tielet
Skeda, għandu jingħata fin-noti tal-kontijiet; u meta l-kumpannija
tkun meħtieġa li tħejji kontijiet konsolidati, it-tagħrif li għandu
jingħata permezz ta’ noti fil-kontijiet konsolidati kif speċifikat fir-
Raba’ Skeda għandu jingħata.
(2) Jekk id-diretturi tal-kumpannija jkunu tal-fehma li n-numru
ta’ mpriżi li dwarhom kumpannija tkun meħtieġa li turi tagħrif taħt
xi disposizzjoni tat-Tielet u tar-Raba’ Skeda jkunu hekk li t-tħaris
ta’ dik id-disposizzjoni jirriżulta f’tagħrif li jkun twil iż-żejjed, it-
tagħrif jista’ jingħata biss dwar -
(a) il-kumpanniji li r-riżultati jew il-qagħda finanzjarja
tagħhom, fil-fehma tad-diretturi, laqtu prinċipalment
il-figuri murija fil-kontijiet annwali tal-kumpannija; u
(b) kumpanniji esklużi mill-konsolidazzjoni taħt l-artikolu
170(3) jew (4).
(3) F’kull każ fejn id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)
japplikaw -
(a) għandha tkun inkluża fin-noti tal-kontijiet annwali tal-
kumpannija dikjarazzjoni li t-tagħrif qed jingħata biss
dwar dawk il-kumpanniji li huma msemmija f’dak is-
subartikolu; u
(b) it-tagħrif kollu kemm dak li jintwera fin-noti tal-
kontijiet jew fin-noti tal-kontijiet konsolidati jew le,
għandu jkun anness mal-prospett annwali li jmiss tal-
kumpannija.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu "prospett annwali li
jmiss", tfisser dak il-prospett konsenjat lir-Reġistratur wara li l-
kontijiet annwali msemmija f’dan l-artikolu jkunu approvati taħt l-
artikolu 176.
Approvazzjoni u 
firma ta’ kontijiet 
annwali.
176. (1) Il-kontijiet annwali ta’ kumpannija għandhom ikunu
approvati mill-bord tad-diretturi u l-karta tal-bilanċ għandha tkun
datata u ffirmata f’isem il-bord minn żewġ diretturi tal-
kumpannija.
(2) Kull kopja tal-karta tal-bilanċ li titqiegħed quddiem il-
kumpannija f’laqgħa ġenerali, jew li tkun xort’oħra ċirkolata,
pubblikata jew maħruġa, għandha turi l-isem tad-diretturi li
ffirmaw il-karta tal-bilanċ f’isem il-bord.
(3) Il-kopja tal-karta tal-bilanċ tal-kumpannija li għandha tkun
konsenjata lir-Reġistratur għandha tkun iffirmata f’isem il-bord
mill-istess diretturi li jkunu ffirmaw il-karta tal-bilanċ skond is-
subartikolu (1).
(4) Jekk ikunu approvati kontijiet annwali li ma jkunux iħarsu
l-ħtiġiet ta’ dan l-Att, kull direttur tal-kumpannija li jkun parti fl-
approvazzjoni tagħhom u li jkun jaf li dawn ma jkunux iħarsu l-
ħtiġiet jew li jittraskura li jara li jkunu jaqblu mal-ħtiġiet jista’
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      97
jeħel penali. Għal dan l-għan kull direttur tal-kumpannija li jkun
hemm fil-ħin ta’ l-approvazzjoni tal-kontijiet jitqies li kien parti fl-
approvazzjoni tagħhom kemm-il darba ma jippruvax li jkun ħa l-
passi xierqa kollha biex ma jħallix li dawn ikunu approvati.
(5) Jekk kopja tal-kontijiet annwali -
(a) titqiegħed quddiem il-kumpannija, jew xort’oħra tkun
ċirkolata, pubblikata jew maħruġa, mingħajr ma tkun
iffirmata kif meħtieġ b’dan l-artikolu jew mingħajr ma
jintwera kif meħtieġ isem il-firmatarju; jew
(b) tkun konsenjata lir-Reġistratur mingħajr ma tkun
iffirmata kif meħtieġ b’dan l-artikolu,
kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali.
X’ikun fih ir-
rapport tad-
diretturi. 
177. (1) Għal kull żmien tal-kontijiet id-diretturi għandhom
iħejju rapport, hawnhekk iżjed il-quddiem imsejjaħ "ir-rapport tad-
diretturi".
(2) Ir-rapport tad-diretturi għandu juri l-ismijiet tal-persuni li,
f’xi żmien matul iż-żmien tal-kontijiet, kienu diretturi tal-
kumpannija, l-attivitajiet ewlenin tal-kumpannija u tas-sussidjarja
tagħha matul iż-żmien tal-kontijiet u kull tibdil sinifikanti f’dawk
l-attivitajiet matul dak iż-żmien, u rivista xierqa ta’ l-iżvilupp tan-
negozju tal-kumpannija u tas-sussidjarji tagħha matul iż-żmien tal-
kontijiet, u tal-qagħda tagħhom fi tmiem dak iż-żmien.
(3) Ir-rapport tad-diretturi għandu wkoll iħares is-Sitt Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att dwar il-ħwejjeġ li għandhom jintwerew kif
hemmhekk imsemmija.
(4) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, kull persuna li kienet direttur tal-kumpannija minnufih
qabel l-għeluq taż-żmien biex jitqiegħdu l-kontijiet annwali għaż-
żmien tal-kontijiet li jkun, tista’ teħel penali. Fil-proċedimenti
kontra persuna taħt dan is-subartikolu, dik il-persuna tista’ ġġib
bħala prova li tkun ħadet il-passi raġonevoli kollha biex tiżgura
tħaris mal-ħtiġiet ta’ dan l-artikolu.
Approvazzjoni u 
firma tar-rapport 
tad-diretturi.
178. (1) Ir-rapport tad-diretturi għandu jkun approvat mill-
bord tad-diretturi u datat u ffirmat f’isem il-bord minn żewġ
diretturi tal-kumpannija.
(2) Kull kopja tar-rapport tad-diretturi li titqiegħed quddiem il-
kumpannija f’laqgħa ġenerali, jew li xort’oħra tkun ċirkolata,
pubblikata jew maħruġa, għandha turi isem il-persuna li tkun
iffirmata f’isem il-bord.
(3) Il-kopja tar-rapport tad-diretturi li tkun konsenjata lir-
Reġistratur għandha tkun iffirmata u datata f’isem il-bord minn
direttur jew mis-segretarju tal-kumpannija.
(4) Jekk kopja tar-rapport tad-diretturi -
(a) titqiegħed quddiem il-kumpannija, jew xort’oħra tkun
ċirkolata, pubblikata jew maħruġa, mingħajr ma r-
rapport ikun iffirmat kif meħtieġ b’dan l-artikolu jew
mingħajr ma jintwera kif meħtieġ isem il-firmatarju;
jew
  98      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(b) tkun konsenjata lir-Reġistratur mingħajr ma tkun
iffirmata kif meħtieġ b’dan l-artikolu,
kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali.
Rapport ta’ l-
awditur.
179. (1) L-awdituri ta’ kumpannija għandhom jagħmlu rapport
lill-membri tal-kumpannija fuq il-kontijiet annwali kollha tal-
kumpannija li kopji tagħhom jitqiegħdu quddiem il-kumpannija
f’laqgħa ġenerali waqt iż-żmien tal-kariga tagħhom.
(2) Ir-rapport ta’ l-awdituri għandu jsir skond l-International
Standards on Auditing u għandu jkun fih dikjarazzjoni jekk fil-
fehma ta’ l-awdituri l-kontijiet annwali jkunux tħejjew sewwa
skond dan l-Att, u b’mod partikolari jekk jurux stat sewwa u
xieraq-
(a) fil-każ ta’ karta tal-bilanċ individwali, tal-qagħda tal-
kumpannija fl-aħħar taż-żmien tal-kontijiet;
(b) fil-każ ta’ kont individwali ta’ qligħ u telf, tal-qligħ
jew telf tal-kumpannija għaż-żmien tal-kontijiet;
(ċ) fil-każ ta’ kontijiet konsolidati, tal-qagħda fl-aħħar
taż-żmien tal-kontijiet, u l-qligħ jew telf għaż-żmien
tal-kontijiet, ta’ l-impriżi li jkunu nklużi fil-
konsolidazzjoni bħala oġġett sħiħ, safejn ikun jolqot
il-membri tal-kumpannija.
(3) L-awdituri għandhom jikkonsidraw jekk it-tagħrif mogħti
fir-rapport tad-diretturi għaż-żmien tal-kontijiet li għalih jitħejjew
il-kontijiet annwali jkunx jaqbel ma’ dawk il-kontijiet; u jekk ikunu
tal-fehma li dawn ma jkunux għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fir-
rapport tagħhom.
(4) Ir-rapport ta’ l-awdituri għandu jiddikjara l-ismijiet ta’ l-
awdituri u jkun iffirmat u datat minnhom. 
(5) Kull kopja tar-rapport ta’ l-awdituri li titqiegħed quddiem
il-kumpannija f’laqgħa ġenerali, jew li xort’oħra tkun ċirkolata,
pubblikata jew maħruġa, għandha turi l-isem jew l-ismijiet ta’ l-
awdituri.
(6) Il-kopja tar-rapport ta’ l-awdituri li tkun konsenjata lir-
Reġistratur għandha turi l-ismijiet ta’ l-awdituri u tkun iffirmata
minnhom.
(7) Jekk kopja tar-rapport ta’ l-awdituri -
(a) titqiegħed quddiem il-kumpannija, jew xort’oħra tkun
ċirkolata, pubblikata jew maħruġa, mingħajr ma
jintwerew l-ismijiet ta’ l-awdituri kif meħtieġ; jew
(b) tkun konsenjata lir-Reġistratur mingħajr ma jintwerew
l-ismijiet ta’ l-awdituri kif meħtieġ jew mingħajr ma
tkun iffirmata kif meħtieġ b’dan l-artikolu,
kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel penali.
(8) Riferenzi f’dan l-artikolu għal firma mill-awdituri jirreferu,
meta l-kariga ta’ awditur tkun miżmuma minn soċjetà , għall-firma
tas-soċju jew soċji individwali li jiffirmaw f’isem is-soċjetà  u
awtorizzati li jiffirmaw f’isimha.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      99
(9) Awdituri ta’ kumpannija għandhom, fit-tħejjija tar-rapport
tagħhom jagħmlu dak l-istħarriġ sabiex ikunu jistgħu jifformaw
opinjoni dwar -
(a) jekk inżammux records xierqa tal-kontijiet mill-
kumpannija u li jkunu rċevew minn fergħat li ma
jkunux żaru prospetti xierqa li jkunu biżżejjed għall-
verifika tagħhom, u
(b) jekk il-kontijiet individwali tal-kumpannija jkunux
jaqblu mar-records u mal-prospetti tal-kontijiet.
(10) Jekk l-awdituri jkunu tal-feħma li ma jkunux inżammu
records xierqa tal-kontijiet, jew li ma jkunux irċevew minn fergħat
li ma jkunux żaru prospetti xierqa li jkunu biżżejjed għall-verifika
tagħhom, jew jekk il-kontijiet individwali tal-kumpannija ma
jkunux jaqblu mar-records u mal-prospetti tal-kontijiet, l-awdituri
għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fir-rapport tagħhom. 
(11) Jekk l-awdituri ma jirnexxielhomx jiksbu t-tagħrif u l-
ispjegazzjonijiet kollha li, skond l-aħjar tagħrif u twemmin
tagħhom, ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-verifika tagħhom, dawn
għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fir-rapport tagħhom.
(12) Jekk il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 31(o) tat-Tielet Skeda ma
jkunux tħarsu fil-kontijiet annwali, l-awdituri għandhom jinkludu
fir-rapport tagħhom, safejn b’mod raġonevoli jkunu jistgħu
jagħmlu hekk, dikjarazzjoni li tagħti l-partikolaritajiet meħtieġa.
(13) F’dan l-artikolu, International Standards on Auditing
tirreferi għall-istandards approvati mill-kunsill ta’ l-International
Federation of Accountants, imwaqqaf fl-International Congress of
Accountants fi Munich fl-1977, kif minn żmien għal żmien jistgħu
jkunu emendati.
Lil min għandhom 
jintbagħtu l-
kontijiet ta’ 
kumpannija.
Emendat:
IV. 2003.78.
180. (1) Fil-każ ta’ kull kumpannija, kopja tal-kontijiet
annwali tal-kumpannija għaż-żmien tal-kontijiet għandha, mhux
inqas minn erbatax-il jum qabel id-data tal-laqgħa li fiha jkun se
jitqiegħdu quddiemha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 181,
tintbagħat lil kull waħda minn dawn il-persuni -
(a) kull membru tal-kumpannija;
(b) kull detentur ta’ l-obbligazzjonijiet tal-kumpannija; u
(ċ) il-persuni kollha barra minn membri u detenturi ta’
obbligazzjonijiet, li jkollhom jedd jirċievu avviż ta’
laqgħat ġenerali.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), kopji tal-
kontijiet annwali għandhom kemm-il darba l-memorandum jew l-
istatut ma jipprovdux xort’oħra, ma jkunux meħtieġa li jintbagħtu
lid-detentur ta’ azzjonijiet li ma jkollux jedd li jirċievi avviżi għal
laqgħat ġenerali.
(3) Jekk kopji tal-kontijiet annwali jintbagħtu inqas minn
erbatax-il jum qabel id-data tal-laqgħa, dawn għandhom, minkejja
dan il-fatt, jitqiesu li ntbagħtu kif imiss jekk ikun hekk miftiehem
mill-membri kollha li jkollhom jedd jattendu għal-laqgħa li jkunu
rċevewhom tard.
  100      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(4) Fin-nuqqas tat-tħaris tas-subartikolu (1), il-kumpannija u
kull uffiċjal li jkun naqas jista’ jeħel penali. 
(5) Kull membru ta’ kumpannija u kull detentur ta’
obbligazzjonijiet tal-kumpannija, sew jekk ikollu jew ma jkollux
jedd li jintbagħtu kopji tal-kontijiet annwali tal-kumpannija, ikollu
jedd li jingħata, fuq talba u mingħajr ħlas, kopja ta’ l-aħħar
kontijiet annwali tagħha mqiegħda quddiem il-kumpannija f’laqgħa
ġenerali.
(6) Jekk, meta persuna titlob dokument li għandha jedd għalih
b’dan l-artikolu, ma tintlaqax it-talba fi żmien sebat ijiem minn
meta tkun saret, kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’
jeħel penali, u għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali
oħra.
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, riferenza għal ''kontijiet
annwali'' għandha tinkludi r-rapport tad-diretturi speċifikat fl-
artikolu 177 u r-rapport ta’ l-awdituri speċifikat fl-artikolu 179.
Id-diretturi 
jqiegħdu l-kontijiet 
quddiem il-laqgħa 
ġenerali.
181. (1) Dwar kull żmien ta’ kontijiet ta’ kumpannija d-
diretturi għandhom iqiegħdu quddiem il-kumpannija f’laqgħa
ġenerali għall-approvazzjoni kopji tal-kontijiet annwali tal-
kumpannija għal dak iż-żmien. Għandhom jitwaħħlu mal-kontijiet
annwali, ir-rapport ta’ l-awdituri kif speċifikat fl-artikolu 179 u r-
rapport tad-diretturi kif speċifikat fl-artikolu 177.
(2) Ir-rapport ta’ l-awdituri għandu jinqara quddiem il-
kumpannija f’laqgħa ġenerali, u jkun jista’ jiġi spezzjonat minn
kull membru tal-kumpannija.
(3) Fin-nuqqas tat-tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), jew jekk il-kontijiet annwali li jitqiegħdu quddiem il-
kumpannija ma jkunux iħarsu l-ħtiġiet ta’ dan l-Att, kull persuna li
minnufih qabel l-għeluq taż-żmien għat-tqegħid ta’ dawk il-
kontijiet kienet direttur tal-kumpannija tista’ teħel penali u, għal
kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(4) Persuna akkużata taħt is-subartikolu (3) tista’ ġġib bħala
prova li hi tkun ħadet il-passi kollha xierqa sabiex tiżgura t-tħaris
tal-ħtiġiet tas-subartikolu (1) qabel l-għeluq taż-żmien għat-tqegħid
tal-kontijiet annwali. Ma tkunx tista’ ġġib bħala prova li d-
dokument jew id-dokumenti fil-kwistjoni ma kenux fil-fatt
imħejjija kif meħtieġ b’dan l-Att.
Żmien għat-
tqegħid u 
approvazzjoni ta’ 
kontijiet.
182. (1) Iż-żmien permess għat-tqegħid u approvazzjoni mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali tal-kontijiet annwali tal-kumpannija
għal żmien tal-kontijiet huwa kif se jingħad f’dan l-artikolu.
(2) Bla ħsara għas-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu, iż-
żmien permess huwa -
(a) fil-każ ta’ kumpannija privata, għaxar xhur wara li
jagħlaq iż-żmien ta’ riferenza għall-kontijiet rilevanti;
u
(b) fil-każ ta’ kumpannija pubblika, seba’ xhur wara l-
għeluq ta’ dak iż-żmien.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      101
(3) Jekk kumpannija tmexxi negozju, jew ikollha interessi,
barra minn Malta u dwar żmien ta’ kontijiet, id-diretturi qabel l-
għeluq taż-żmien permess bis-subartikolu (2), għandhom jagħtu
avviż lir-Reġistratur fuq il-formola preskritta -
(a) fejn jiddikjaraw li l-kumpannija hekk tmexxi negozju
jew ikollha dawk l-interessi; u
(b) fejn jitolbu li ż-żmien hekk permess jittawwal bi tliet
xhur oħra,
iż-żmien permess dwar dak iż-żmien ta’ kontijiet għandu hekk
jittawwal.
(4) Meta l-ewwel żmien tal-kontijiet tal-kumpannija ikun
żmien ta’ iktar minn tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni
tagħha, iż-żmien li xort’oħra jkun permess għat-tqegħid quddiem
il-kumpannija u l-approvazzjoni f’laqgħa ġenerali ta’ kontijiet
annwali jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li bihom iż-żmien tal-kontijiet
rilevanti jkun itwal minn tnax-il xahar. Iżda, iż-żmien permess
mhux qed jitnaqqas b’din id-diposizzjoni għal inqas minn tliet xhur
wara t-tmiem ta’ dak iż-żmien tal-kontijiet.
(5) Meta ż-żmien tal-kontijiet rilevanti ta’ kumpannija jkun
tnaqqas minħabba tibdil fid-data ta’ riferenza tal-kontijiet, iż-żmien
permess għat-tqegħid u konsenja tal-kontijiet annwali huwa -
(a) iż-żmien permess skond is-subartikoli minn (2) sa (4);
jew
(b) iż-żmien ta’ tliet xhur li jibda bid-data ta’ avviż
mogħti lir-Reġistratur meta jkun ingħata avviż lir-
Reġistratur biex tinbidel id-data ta’ riferenza tal-
kontijiet,
skond liema wieħed minn dawk iż-żminijiet jagħlaq l-aħħar.
Kopji tal-kontijiet 
jingħataw lir-
Reġistratur.
Emendat:
IV. 2003.79.
183. (1) Id-diretturi ta’ kumpannija għandhom jikkonsenjaw
lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni kopja tal-kontijiet annwali tal-
kumpannija imqiegħda quddiem il-kumpannija f’laqgħa ġenerali
kif speċifikat fl-artikolu 181 flimkien ma’ kopja tar-rapport ta’ l-
awdituri dwarhom, u r-rapport tad-diretturi li jkun mal-kontijiet
annwali fi żmien tnejn u erbgħin jum mit-tmiem taż-żmien għat-
tqegħid tal-kontijiet annwali preskritt bl-artikolu 182.
(2) Meta, skond l-artikolu 185, kumpannija tikkwalifika biex
tagħmel kontijiet annwali mqassra dwar żmien ta’ kontijiet id-
diretturi tal-kumpannija jistgħu jikkonsenjaw lir-Reġistratur
kontijiet annwali mqassra dwar dak iż-żmien ta’ kontijiet u dik il-
konsenja tissodisfa l-obbligu tal-kumpannija taħt is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu:
Iżda meta l-kumpannija li tikkwalifika li tagħmel kontijiet
annwali mqassra tkun kumpannija eżentata, din tista’ tikkonsenja
lir-Reġistratur il-karta tal-bilanċ tagħha mqassra biss, in-noti kollha
tal-kontijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-karta tal-bilanċ u r-rapport
ta’ l-awdituri, mingħajr il-kont tal-qliegħ u telf u r-rapport tad-
diretturi:
Iżda wkoll meta l-kumpannija eżentata li tikkwalifika li
tagħmel kontijiet imqassra tkun kumpannija msemmija fl-artikolu
  102      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
185(1)(b), din tista’ tikkonsenja lir-Reġistratur karta tal-bilanċ
imqassra biss, in-noti kollha rilevanti għall-finijiet tal-karta tal-
bilanċ, iżda mingħajr il-kont ta’ qligħ u telf, ir-rapport tad-diretturi
u r-rapport ta’ l-awdituri.
(3) Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 185(10) ikunu
wkoll meħtieġa meta, minkejja li l-kontijiet annwali ma jkunux
saru fil-forma mqassra, id-diretturi jieħdu vantaġġ mill-
eżenzjonijiet mogħtija bis-subartikolu (2) dwar il-konsenja tal-
kontijiet f’forma mqassra.
(4) Meta d-diretturi ta’ kumpannija jipproponu li jieħdu
vantaġġ ta’ l-eżenzjonijiet mogħtija bis-subartikolu (2), l-awdituri
jkollhom id-dmir li jipprovdu lid-diretturi b’rapport speċjali ta’ l-
awdituri li jiddikjara jekk fil-fehma tagħhom il-kumpannija
jkollhiex jedd għal dawk l-eżenzjonijiet kif mitluba fid-
dikjarazzjonijiet tad-diretturi u jekk id-dokumenti li jkunu proposti
li jkunu konsenjati skond dan l-artikolu jkunux imħejjija b’mod
xieraq:
Iżda r-rapport speċjali ta’ l-awdituri ma jkunx meħtieġ meta
l-kontijiet annwali tal-kumpannija, li dwarhom ikun sar ir-rapport
ta’ l-awdituri msemmi fl-artikolu 179, għandhom ikunu pubblikati
kif saru:
Iżda wkoll, id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx għal kumpanniji msemmija fl-artikolu 185(1)(b).
(5) Il-kontijiet annwali konsenjati għandu jkollhom magħhom
ir-rapport speċjali ta’ l-awdituri msemmi fis-subartikolu (4), meta
dawn ikunu meħtieġa li jsiru skond l-imsemmi subartikolu.
(6) Fil-każ provdut għalih fis-subartikolu (5) kopja tar-rapport
ta’ l-awdituri mħejji taħt l-artikolu 179 ma għandhiex tkun
konsenjata separatament iżda t-test kollu tiegħu għandu jkun
riprodott fir-rapport speċjali ta’ l-awdituri; u jekk ir-rapport ta’ l-
awdituri mħejji taħt l-artikolu 179 ikun kwalifikat, għandu jkun
inkluż fir-rapport speċjali ta’ l-awdituri kull materjal ieħor meħtieġ
biex tiftiehem il-kwalifika.
(7) L-artikolu 179(4) għandu japplika għal rapport speċjali ta’
l-awdituri taħt dan l-artikolu kif japplika għal rapport taħt l-
artikolu 179.
(8) Meta kumpannija, li tkun kumpannija parent,  tħejji
kontijiet konsolidati skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att din ma
għandhiex għalfejn tinkludi kopja tal-kont tal-qligħ u telf tagħha
mal-kontijiet annwali li għandhom ikunu konsenjati lir-Reġistratur
kif preskritt fis-subartikolu (1) meta jkunu sodisfatti l-
kondizzjonijiet li ġejjin-
(a) l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni tintwera fin-noti tal-
kontijiet tal-kumpannija parent u fin-noti tal-kontijiet
konsolidati; u
(b) il-qligħ jew telf tal-kumpannija parent, stabbilit skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandu jintwera
separat jew fuq il-karta tal-bilanċ tal-kumpannija
parent jew fin-noti tal-kontijiet tal-kumpannija parent.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      103
(9) Jekk xi dokument li jkun parti mill-kontijiet annwali jkun
f’xi lingwa barra l-Malti jew l-Ingliż, il-kumpannija għandha
tgħaqqad mal-kopja ta’ dak id-dokument ikkonsenjat traduzzjoni
tiegħu jew bil-Malti jew bl-Ingliż, ċertifikata bħala traduzzjoni
korretta f’dak il-mod li jista’ jkun preskritt.
(10) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, jew meta l-kontijiet annwali konsenjati lir-Reġistratur ma
jħarsux id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull uffiċjal tal-
kumpannija li jonqos jista’ jeħel penali, u, għal kull jum li matulu
jkompli n-nuqqas penali oħra. Fil-proċedimenti taħt dan is-
subartikolu ma tistax tinġieb prova mid-difiża li d-dokument jew
id-dokumenti fil-kwistjoni ma kenux fil-fatt imħejjija kif meħtieġ
b’dan l-Att.
Prospett annwali.
Sostitwit:
IV. 2003.80.
184. (1) Kull kumpannija għandha, wara l-1 ta’ Jannar 2004,
ma’ kull anniversarju tar-reġistrazzjoni tagħha, tagħmel prospett
fil-forma murija fis-Seba’ Skeda li juri l-ħwejjeġ fiha indikati kif
kienu fid-data ta’ dak l-anniversarju:
Iżda -
(a) meta kumpannija kienet, qabel l-1 ta’ Jannar 2004,
b’nuqqas dwar il-konsenja ta’ prospett jew prospetti
annwali, dan l-artikolu ma għandux jolqot l-obbligu
tal-kumpannija li tagħmel dak il-prospett jew dawk il-
prospetti jew għall-ħlas ta’ xi penali li jinqala’ minn
dan in-nuqqas;
(b) meta kumpannija tkun bidlet xi azzjonijiet tagħha fi
stock u tkun irreġistrat il-bdil kif provdut fl-artikolu
79, il-lista tal-membri ta’ qabel u preżenti murija fit-
Taqsima 3 tas-Seba’ Skeda għandha tiddikjara l-
ammont ta’ stock miżmum minn kull wieħed mill-
membri eżistenti minflok l-ammont ta’ azzjonijiet u l-
partikolaritajiet dwar azzjonijiet meħtieġa b’din il-
parti.
(2) Il-prospett annwali, kompletat kif imiss, għandu jkun
iffirmat minn għall-inqas direttur wieħed tal-kumpannija jew mis-
segretarju tal-kumpannija u jintbagħat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni fi żmien tnejn u erbgħin jum mid-data sa liema jkun
magħmul.
(3) Fin-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
kull uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jkun suġġett għal
penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Eżenzjonijiet għal 
kumpanniji żgħar.
Emendat:
IV. 2003.81.
185. (1) (a) Kumpanniji li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom
ma jeċċedux il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
- total tal-karta tal-bilanċ: miljun u mitt elf lira; 
-  turnover: żewġ miljuni u mitejn elf lira;
- numru medja ta’ mpjegati matul iż-żmien tal-
kontijiet: ħamsin;
għandhom f’dan l-Att jissejħu "kumpanniji żgħar" u jistgħu, għall-
finijiet kollha ta’ dan l-Att, jagħmlu karti tal-bilanċ imqassra u
  104      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
formati mqassra tal-kont ta’ qligħ u telf, kif imsemmi fis-
subartikolu (2) u noti mqassra għall-kontijiet kif imsemmi fis-
subartikolu (3).
(b) Kumpanniji privati li fid-dati tal-karti tal-bilanċ
tagħhom ma jkunux jiċċedu l-limitu ta’ żewġ kriterji mit-tlieta li
ġejjin:
- total tal-karta tal-bilanċ: għoxrin elf lira;
- turnover: erbgħin elf lira;
- numru medja ta’ impjegati matul iż-żmien tal-
kontijiet: tnejn;
ikunu eżentati mid-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IX tat-Taqsima V
u mill-ħtieġa imposta bl-artikolu 179 u dawk il-kumpanniji li
jistgħu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, jagħmlu karti tal-bilanċ
imqassra u formati mqassra tal-kont ta’ qliegħ u telf kif imsemmi
fis-subartikolu (2) u noti mqassra għall-kontijiet kif imsemmi fis-
subartikolu (3).
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kelma "imqassra" -
(a) meta wżata dwar karta tal-bilanċ tfisser versjoni
mqassra tal-karta tal-bilanċ, li turi biss dawk l-oġġetti
li ngħatalhom ittra jew numru Roman fil-formati tal-
karta tal-bilanċ murija taħt it-Taqsima I tat-Tielet
Skeda, minnufih wara l-paragrafu 13 taħt l-intestatura
"Formati tal-Karta tal-Bilanċ", iżda dik il-versjoni
għandha, dwar kull ħaġa oħra, taqbel mal-karta tal-
bilanċ sħiħa;
(b) meta wżata dwar formati tal-kont tal-qligħ u telf tfisser
il-kont ta’ qligħ u telf sħiħ ħlief għall-oġġetti li ġejjin
li jistgħu jingħaqdu flimkien bħala oġġett wieħed taħt
l-intestatura "qligħ jew telf gross" -
(i) l-oġġetti 1, 2, 3 u 6 fil-Format 1; 
(ii) l-oġġetti minn 1 sa 5 fil-Format 2;
(iii) l-oġġetti A.1, B.1 u B.2 fil-Format 3; u
(iv) l-oġġetti A.1, A.2 u B.1 sa B.4 fil-Format 4. 
Il-formati hawnhekk imsemmija huma dawk murija fit-
Taqsima I tat-Tielet Skeda, minnufih wara l-paragrafu 13, taħt l-
intestatura "Formati tal-Kont tal-Qligħ u Telf''.
(3) Kumpanniji msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
jistgħu jagħmlu noti mqassra għall-kontijiet li jħallsu barra t-
tagħrif meħtieġ bl-indent (d) u minn (g) sa (o) tal-paragrafu 31 tat-
Taqsima III tat-Tielet Skeda. Iżda n-noti għall-kontijiet għandhom
jagħtu t-tagħrif imsemmi fl-indent (j) ta’ l-imsemmi paragrafu 31
sħiħ għall-oġġetti kollha li għandhom x’jaqsmu.
(4) Meta fid-data tal-karta tal-bilanċ li ma tkunx l-ewwel data
tal-karta tal-bilanċ tagħha, kumpannija teċċedi jew ma tkomplix
teċċedi l-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji murija fis-subartikolu (1),
dak il-fatt jolqot l-applikazzjoni tad-deroga provduta f’dak is-
subartikolu, biss jekk dan jiġri f’żewġ żminijiet ta’ kontijiet
konsekuttivi.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      105
(5) It-total tal-karta tal-bilanċ imsemmi f’dan l-artikolu jkun
magħmul mill-attiv fl-A sa E fl-ordni li hemm fil-Format 1 tal-
Formati tal-Karta tal-Bilanċ li hemm fit-Taqsima 1 tat-Tielet
Skeda, minnufih wara l-paragrafu 13 jew l-attiv minn A sa E fl-
ordni li hemm fil-Format 2 tal-Formati tal-Karta tal-Bilanċ li hemm
fl-imsemmija Taqsima ta’ l-istess Skeda.
(6) Kumpannija parent ma titqiesx li tikkwalifika bħala
kumpannija żgħira dwar żmien ta’ kontijiet kemm-il darba l-grupp
li hi tmexxi ma jikkwalifikax bħala grupp żgħir. Grupp jikkwalifika
bħala grupp żgħir dwar żmien ta’ kontijiet jekk ma jeċċedix il-
limitu ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin -
- total aggregat tal-karta tal-bilanċ: miljun u mitt
elf lira netti jew miljun u tliet mija u għoxrin elf
lira gross;
- turnover aggregat: żewġ miljuni u mitejn elf lira
netti jew żewġ miljuni, sitt mija u erbgħin elf
lira gross;
-  numru aggregat ta’ mpjegati: ħamsin.
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx japplikaw għal kumpannija parent li tkun eżentata
mill-ħtieġa li tħejji kontijiet konsolidati skond l-artikolu 174.
(7) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) għandhom
japplikaw għal kumpanniji parent bħallikieku riferenza għal
kumpannija kienet riferenza għal kumpannija parent.
(8) Il-figuri aggregati għandhom ikunu aċċertati billi jingħaddu
flimkien il-figuri rilevanti stabbiliti skond is-subartikoli (1) u (6).
Dwar il-figuri aggregati għal totali ta’ turnover u karta tal-bilanċ,
"nett" tfisser it-tpaċija u aġġustamenti oħra meħtieġa għat-tħejjija
ta’ kontijiet konsolidati u "gross" tfisser mingħajr dik it-tpaċija u l-
aġġustamenti l-oħra; u kumpannija tista’ tissodisfa l-ħtiġiet
rilevanti fuq il-bażi tal-figura nett jew tal-figura gross.
(9) Il-figuri għal kull impriża sussidjarja għandhom ikunu
dawk inklużi fil-kontijiet individwali għaż-żmien tal-kontijiet
rilevanti, jiġifieri -
(a) jekk iż-żmien tal-kontijiet tagħha jagħlaq ma’ dak tal-
kumpannija parent, dak iż-żmien tal-kontijiet; u
(b) jekk le, iż-żmien tal-kontijiet tagħha li jagħlaq l-aħħar
qabel it-tmiem taż-żmien tal-kontijiet tal-kumpannija
parent.
Jekk dawk il-figuri ma jkunux jistgħu jinkisbu mingħajr
spiża sproporzjonata jew dewmien żejjed, għandhom jittieħdu l-
aħħar figuri li jkunu jistgħu jinkisbu.
(10) Meta d-diretturi ta’ kumpannija jieħdu vantaġġ mill-
eżenzjonijiet mogħtija b’dan l-artikolu, il-karta tal-bilanċ imqassra
tal-kumpannija għandu jkun fiha:-
(a) dikjarazzjoni li qed jittieħed vantaġġ ta’ l-eżenzjonijiet
mogħtija b’dan l-artikolu, u
(b) dikjarazzjoni tar-raġunijiet li għalihom, fil-fehma tad-
  106      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
diretturi, il-kumpannija jkollha jedd għal dawk l-
eżenzjonijiet. 
(11) Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (10)
għandhom jidhru fil-karta tal-bilanċ imqassra minnufih qabel il-
firma meħtieġa bl-artikolu 176(1).
(12) Sabiex jiġi stabbilit in-numru medju ta’ l-impjegati matul
iż-żmien tal-kontijiet, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) dwar impjegati whole-time,  in-numru medju ta’ l-
impjegati għandu jiġi stabbilit skond il-formola li
ġejja:
- in-numru aggregat ta’ ġimgħat sħaħ maħduma
matul iż-żmien tal-kontijiet mill-impjegati
whole-time kollha tal-kumpannija diviż bin-
numru ta’ ġimgħat sħaħ kompriżi f’dak iż-
żmien, sa l-eqreb numru sħiħ; u
(b) dwar impjegati part-time,  in-numru medju ta’ l-
impjegati għandu jiġi sabbilit skond il-formola li ġejja:
- in-numru aggregat ta’ sigħat maħduma matul iż-
żmien tal-kontijiet mill-impjegati part-time
kollha tal-kumpannija diviż bin-numru ta’ sigħat
sħaħ kompriżi f’dak iż-żmien u diviż għal
darb’oħra b’erbgħin, sa l-eqreb numru sħiħ.
Kapital azzjonarju 
f’munita 
konvertibbli.
Emendat:
IV. 2003.82.
Kap. 204.
186. (1) Il-kapital azzjonarju ta’ kumpannija jista’ jkun
denominat f’kull munita li tkun munita konvertibbli skond kif
imfisser mill-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta u, għall-finijiet
ta’ dan il-Kapitlu, l-euro huwa munita konvertibbli.
(2) Kumpannija tista’ b’riżoluzzjoni straordinarja tibdel il-
munita li biha jkun espress il-kapital azzjonarju tagħha, u għal din
il-fini, ir-regoli li jinsabu fit-Tmien Skeda għandhom japplikaw
għal kull kumpannija barra minn kumpannija ta’ investiment
b’kapital azzjonarju varjabbli.
(3) Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att dwar l-inqas kapital azzjonarju, kapital azzjonarju espress
f’munita li ma tkunx liri Maltin għandha tinqaleb f’liri Maltin fid-
data -
(a) tar-reġistrazzjoni tal-memorandum, fil-każ ta’
formazzjoni tal-kumpannija; jew
(b) tar-reġistrazzjoni tar-riżoluzzjoni straordinarja fil-każ
imsemmi fis-subartikolu (2); jew
(ċ) tar-reġistrazzjoni tar-riżoluzzjoni straordinarja li
tagħmel tnaqqis fil-kapital azzjonarju maħruġ, fil-każ
li kumpannija tnaqqas il-kapital azzjonarju maħruġ.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 83, kopja tar-
riżoluzzjoni straordinarja msemmija fis-subartikolu (2) għandha
tiġi konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u ma tibdiex
isseħħ sakemm ma tkunx hekk reġistrata.
(5) Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża tkun il-medja bejn ir-
rata tax-xiri u r-rata tal-bejgħ li jkunu jipprevalu fid-data tar-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      107
reġistrazzjoni msemmija fis-subartikolu (3), skond il-każ.
(6) Kumpannija ta’ nvestiment b’kapital azzjonarju varjabbli
tista’ biss tibdel il-munita li fiha jkun espress il-kapital azzjonarju
tagħha billi tħares dawk ir-regoli ta’ konverżjoni kif jistgħu jiġu
preskritti mill-Ministru taħt l-artikolu 188.
Kontijiet f’munita 
konvertibbli.
Emendat:
IV. 2003.83.
187. (1) Kumpannija hi meħtieġa tagħmel il-kontijiet annwali
tagħha fl-istess munita tal-kapital azzjonarju tagħha.
(2) Meta l-kontijiet annwali ta’ kumpannija jsiru f’munita li ma
tkunx il-lira Maltija, għandu jingħad fuq il-karta tal-bilanċ tal-
kumpannija r-rata tal-kambju bejn il-munita wżata u l-lira fid-data
tal-karta tal-bilanċ u dik ir-rata tkun il-middle rate uffiċjali ta’
għeluq dak il-jum maħruġ mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
(3) Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ xi disposizzjoni ta’ dan
l-Att li tistabbilixxi ammont b’riferenza għal ammont f’liri Maltin
fil-kontijiet annwali ta’ kumpannija, dak l-ammont mogħti
f’munita barranija fil-kontijiet annwali tal-kumpannija għandu
jinqaleb f’liri Maltin billi tintuża r-rata tal-kambju msemmija fis-
subartikolu (2).
(4) Il-kontijiet annwali għandhom ikunu pubblikati fil-munita
li fihom ikunu saru. Dawn jistgħu wkoll ikunu pubblikati kemm fil-
munita li fihom ikunu saru kif ukoll f’euro. Il-kambju f’euro
għandu jsir billi tintuża r-rata tal-kambju bejn il-munita wżata u l-
euro fid-data tal-karta tal-bilanċ, u dik ir-rata tkun il-middle rate
uffiċjali ta’ għeluq dak il-jum maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’
Malta. Din ir-rata għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti li 
jibdlu ħtiġiet ta’ 
accounting. 
Emendat:
IV. 2003.84.
188. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu l-Ministru jista’ jagħmel
regolamenti li -
(a) iżidu l-klassijiet ta’ dokumenti li għandhom jitħejjew,
jitqiegħdu quddiem il-kumpannija f’laqgħa ġenerali
jew ikunu konsenjati lir-Reġistratur;
(b) jirrestrinġu l-kategoriji ta’ kumpanniji li jkollhom il-
benefiċċju għal xi eżenzjoni, eċċezzjoni jew
disposizzjoni speċjali; 
(ċ) jeħtieġu li ħwejjeġ addizzjonali jkunu nklużi
f’dokument ta’ xi klassi;
(d) xort’oħra jagħmlu l-ħtiġiet ta’ accounting taħt dan l-
Att aktar onerużi;
(e) b’deroga għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 187 ta’
dan l-Att, jippermettu li kumpannija tagħmel il-
kontijiet annwali tagħha b’munita differenti minn dik
tal-kapital azzjonarju tagħha, jirregolaw il-mod u l-
kondizzjonijiet li jistgħu jkunu meqjusa xierqa għal
dan l-għan, u jipprovdu fit-Tmien Skeda li tinsab ma’
dan l-Att għall-applikazzjoni ta’ l-imsemmija Skeda,
b’dawk il-varjazzjonijiet li jistgħu jkunu speċifikati,
dwar kumpannija bħal dik;
(f) jippreskrivi regoli ta’ konverżjoni li japplikaw meta
jkun hemm bdil ta’ munita li fiha l-kapital azzjonarju
  108      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
ta’ kumpannija ta’ nvestiment b’kapital azzjonarju
varjabbli jkun espress; jew
(g) jemenda jew ivarja d-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Kapitolu sabiex iġibhom jaqblu mal-ħtiġiet ta’ l-
International Accounting Standards jew l-
International Standards on Auditing.
Disposizzjonijiet 
konsegwenzjali 
għall-artikolu 188.
189. (1) Regolamenti magħmula taħt l-artikolu 188 jistgħu -
(a) jipprovdu b’mod differenti għal każijiet differenti; u
(b) iħassru u jerġgħu jagħmlu disposizzjonijiet ta’ kull
regolament b’modifiki ta’ forma jew arranġament, sew
jekk ikunu jew le modifikati fis-sustanza.
(2) Regolamenti magħmula taħt l-artikolu 188 jista’ jkollhom
dawk id-disposizzjonijiet tranżitorji u oħrajn inċidentali u
supplementari kif il-Ministru jidhirlu xieraq.
Ordni tal-qorti 
għar-rimedju biex 
kontijiet jitqiegħdu 
jew ikunu 
konsenjati. 
190. (1) Jekk -
(a) dwar żmien tal-kontijiet ta’ kumpannija xi waħda mill-
ħtiġiet ta’ l-artikolu 182(1) ma tkunx ġiet imħarsa
qabel l-għeluq taż-żmien preskritt b’dak l-artikolu; u
(b) id-diretturi tal-kumpannija jonqsu li jirrimedjaw in-
nuqqas fi żmien erbatax-il jum wara n-notifika lilhom
ta’ avviż li jeħtiġilhom tħaris,
il-qorti tista’, fuq rikors ta’ xi membru jew kreditur tal-kumpannija,
jew tar-Reġistratur, tagħmel ordni li jordna li d-diretturi jew xi
ħadd minnhom jirrimedja n-nuqqas f’dak iż-żmien li jista’ jkun
speċifikat fl-ordni.
(2) L-ordni tal-qorti tista’ tipprovdi li l-ispejjeż kollha tar-
rikors u dawk inċidentali għalih jitħallsu mid-diretturi.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma ttellef id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att dwar piena għal nuqqas ta’ tħaris.
Applikazzjoni għal 
soċjetajiet 
kummerċjali oħra.
Emendat:
IV. 2003.85.
191. (1) Meta s-soċji kollha ta’ soċjetà  f’isem kollettiv jew
meta s-soċji kollha li jkollhom responsabbiltà  mhux limitata
f’soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-kapital tagħha ma
jkunx maqsum f’azzjonijiet, ikunu huma nfushom soċjetajiet in
akkomanditi jew soċjetajiet limitati, li l-kapital tagħhom ikun
maqsum f’azzjonijiet, id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IX u ta’ dan
il-Kapitolu ta’ din it-Taqsima għandhom, safejn ikunu applikabbli
japplikaw għal dik is-soċjetà .
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw ukoll meta s-soċji kollha ta’ soċjetà  f’isem kollettiv jew
meta s-soċji kollha jkollhom responsabbiltà  mhux limitata f’soċjetà
in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha ma jkunx
maqsum f’azzjonijiet ikunu huma nfushom kumpanniji, jew
soċjetajiet jew ditti kostitwiti jew inkorporati barra minn Malta li
huma ta’ għamla li tixtiebah ma’ dik ta’ kumpannija jew ta’ soċjetà
in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha jkun
maqsum f’azzjonijiet kif regolat b’dan l-Att.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      109
(3) Meta s-soċji kollha ta’ soċjetà  f’isem kollettiv jew meta s-
soċji kollha jkollhom responsabbiltà  mhux limitata f’soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha ma jkunx
maqsum f’azzjonijiet, ikunu huma nfushom kumpanniji jew ikunu
soċjetajiet in akkomanditi jew soċjetajiet limitati li l-kapital
tagħhom ikun maqsum f’azzjonijiet, jew ikunu soċjetajiet
kummerċjali li għalihom japplikaw is-subartikolu (1) jew is-
subartikolu (2), id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IX u ta’ dan il-
Kapitolu ta’ din it-Taqsima għandhom, safejn ikunu applikabbli,
japplikaw għal dik is-soċjetà .
Kapitolu XI - Tqassim ta’ Qligħ u Attiv
Ċertu tqassim hu 
projbit.
192. (1) Kumpannija ma tistax tagħmel tqassim ħlief mill-
qligħ li jkun hemm għal dan l-għan.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, "tqassim" tfisser kull
deskrizzjoni ta’ tqassim ta’ l-attiv ta’ kumpannija lill-membri
tagħha, sew bi flus jew xort’oħra, ħlief tqassim li jsir bħala -
(a) ħruġ ta’ azzjonijiet bħala azzjonijiet bonus imħallsa
għal kollox jew f’parti;
(b) il-fidi jew ix-xiri ta’ xi azzjonijiet tal-kumpannija stess
minn kapital, li jinkludi d-dħul minn xi ħruġ ġdid ta’
azzjonijiet jew minn riżervi li ma jistgħux jitqassmu
kif stipulat fl-artikolu 193(3);
(ċ) it-tnaqqis tal-kapital azzjonarju maħruġ bit-tneħħija
jew bit-tnaqqis tar-responsabbiltà  ta’ xi membru lejn
xi azzjonijiet tal-kumpannija dwar kapital azzjonarju
maħruġ u mhux imħallas, jew billi jitħallas kapital
azzjonarju maħruġ u mħallas; u
(d) tqassim ta’ attiv lil membri tal-kumpannija ma’ l-
istralċ tagħha.
(3) Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, qligħ ta’ kumpannija li
jkun disponibbli għal tqassim huwa l-qligħ tagħha realizzat u
akkumulat, safejn ma jkunx qabel intuża għal tqassim jew
kapitalizzazzjoni, nieqes it-telf tagħha realizzat u akkumulat, safejn
ma jkunx qabel inqata’ fit-tnaqqis jew organizzazzjoni mill-ġdid ta’
kapital azzjonarju maħruġ. Dan huwa bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 194 u 195.
(4) Kumpannija ma tistax tuża qligħ mhux realizzat biex tħallas
obbligazzjonijiet, jew xi ammonti mhux imħallsa fuq il-kapital
azzjonarju maħruġ tagħha.
(5) Meta d-diretturi ta’ kumpannija, wara li jagħmlu l-istħarriġ
kollu xieraq, ma jkunux jistgħu jistabbilixxu jekk qligħ partikolari
magħmul qabel l-ewwel ta’ Jannar, 1995 ikunx realizzat jew le,
dawn jistgħu jqisu l-qligħ bħala realizzat; u meta wara li jagħmlu
dak l-istħarriġ ma jkunux jistgħu jistabbilixxu jekk telf partikolari
hekk magħmul ikunx realizzat jew le, dawn jistgħu jqisu t-telf
bħala mhux realizzat.
  110      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Tqassim minn 
kumpanniji 
pubbliċi.
193. (1) Kumpannija pubblika tista’ tagħmel tqassim biss f’xi
żmien -
(a) jekk f’dak iż-żmien l-ammont ta’ l-attiv nett tagħha
ma jkunx inqas mill-kapital azzjonarju tagħha maħruġ
u msejjaħ u mir-riżervi tagħha li ma jistgħux jitqassmu
magħdudin flimkien; u
(b) jekk, u sal-limitu li, it-tqassim ma jnaqqasx l-ammont
ta’ dak l-attiv għal inqas minn dak l-għadd flimkien. 
Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jkunu bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 194 u 195.
(2) Fis-subartikolu (1), "attiv nett" tfisser l-għadd flimkien ta’
l-attiv tal-kumpannija nieqes l-għadd flimkien tal-passiv tagħha.
"Passiv" tinkludi kull ammont miżmum bħala b’mod xieraq u
meħtieġ sabiex jipprovdi għal xi passiv jew telf li jew x’aktarx se
jiġġarrab jew li jkun ċert li se jiġġarrab iżda mhux ċert dwar l-
ammont tiegħu u d-data li fih dan jiġri.
(3) Ir-riżervi li ma jistgħux jitqassmu ta’ kumpannija huma-
(a) il-kont ta’ premium fuq azzjonijiet; 
(b) ir-riżerva tal-fidi ta’ kapital;
(ċ) l-ammont li bih il-qligħ mhux realizzat u akkumulat
tal-kumpannija, safejn ma jkunx qabel utilizzat għal
kapitalizzazzjoni tax-xorta li għalih japplika dan il-
paragrafu, jeċċedi t-telf mhux realizzat u akkumulat
tagħha, safejn ma jkunx qabel inqata’ fit-tnaqqis jew
organizzazzjoni mill-ġdid ta’ kapital; u
(d) kull riżerva oħra li l-kumpannija ma tkunx tista’
tqassam minħabba xi leġislazzjoni jew il-
memorandum jew l-istatut; u l-paragrafu (ċ) japplika
għal kull xorta ta’ kapitalizzazzjoni ħlief għal
trasferiment ta’ qligħ tal-kumpannija għar-riżerva ta’
fidi ta’ kapital fil jew wara l-ewwel ta’ Jannar 1995.
(4) Kumpannija pubblika ma għandhiex tinkludi xi kapital
azzjonarju maħruġ mhux imsejjaħ bħala attiv f’xi kontijiet rilevanti
għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
Tqassim ieħor 
minn kumpanniji 
ta’ investiment 
b’kapital 
azzjonarju fiss.
Emendat:
IV. 2003.86;
IX. 2003.85.
194. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju fiss tista’
wkoll f’kull żmien tagħmel tqassim mill-qligħ tagħha ta’ dħul
realizzat u akkumulat, safejn ma jkunx qabel utilizzat għal tqassim
jew kapitalizzazzjoni, nieqes it-telf tagħha mid-dħul akkumulat
realizzat jew le, safejn ma jkunx qabel inqata’ fit-tnaqqis jew
organizzazzjoni mill-ġdid ta’ kapital -
(a) jekk f’dak iż-żmien l-ammont ta’ l-attiv tagħha jkun
mill-inqas daqs darba u nofs il-passiv tagħha magħdud
flimkien, u
(b) jekk, u sal-limitu li, it-tqassim ma jnaqqasx dak l-
ammont għal inqas minn darba u nofs dak l-għadd
flimkien.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      111
(2) Fis-subartikolu (1)(a), "passiv" tinkludi kull provvista għal
passiv jew ħlasijiet skond it-tifsir ta’ paragrafu (7) tat-Tielet Skeda.
(3) Kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju fiss ma
għandhiex tinkludi xi kapital azzjonarju maħruġ mhux imsejjaħ
bħala attiv f’xi kontijiet rilevanti għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(4) Kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju fiss ma
tistax tagħmel tqassim bis-saħħa tas-subartikolu (1) kemm-il
darba-
(a) l-azzjonijiet tagħha ma jkunux imniżżlin f’exchange
ta’ investiment rikonoxxut; u
(b) matul iż-żmien rilevanti ma tkunx -
(i) qassmet xi qligħ kapitali tagħha, jew
(ii) użat xi qligħ mhux realizzat jew xi qligħ kapitali
realizzat jew le għall-ħlas ta’ obbligazzjonijiet
jew ammonti mhux imħallsa fuq il-kapital
azzjonarju maħruġ tagħha.
(5) Iż-"żmien rilevanti" taħt is-subartikolu (4) huwa ż-żmien li
jibda -
(a) mill-ewwel jum taż-żmien tal-kontijiet li jiġi minnufih
qabel dak li fih it-tqassim ikun propost li jsir; jew
(b) meta t-tqassim ikun se jsir fl-ewwel żmien tal-kontijiet
tal-kumpannija, mill-ewwel jum ta’ dak iż-żmien,
u jagħlaq mad-data tat-tqassim.
(6) Kumpannija ta’ investiment b’kapital azzjonarju fiss tfisser
kumpannija pubblika li tħares il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) in-negozju tal-kumpannija jikkonsisti jew -
(i) fl-investiment tal-fondi tagħha prinċipalment
f’sigurtajiet bil-għan li jinxtered ir-riskju ta’
investiment u li jingħata lill-membri tal-
kumpannija l-benefiċċju tar-riżultati ta’ l-
amministrazzjoni tal-fondi tagħha; jew
Kap. 450.
(ii) filli taġixxi u topera bħala Fond għal Min Jirtira
skond kif imfisser fl-artikoli 2 u 4 ta’ l-Att li
jirregola Fondi Speċjali;
(b) ebda holdings mill-kumpannija f’kumpanniji barra
minn dawk, li f’dak iż-żmien, ikunu kumpanniji ta’
investiment b’kapital azzjonarju fiss, ma
jirrappreżentaw iktar minn ħmistax fil-mija kalkulat
bil-valur ta’ l-investimenti tal-kumpannija li tagħmel
l-investiment;
(ċ) it-tqassim tal-profitti kapitali tal-kumpannija huwa
projbit bil-memorandum jew bl-istatut tagħha; u
(d) il-kumpannija ma tkunx żammet, ħlief bi tħaris ma’
dan il-Kapitolu, dwar xi żmien ta’ kontijiet iktar minn
ħmistax fil-mija tad-dħul li tikseb minn sigurtajiet.
  112      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Estensjoni ta’ l-
artikolu 194 għal 
kumpanniji oħra.
195. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jestendi d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 194 b’modifiki jew mingħajrhom
għal kumpanniji ta’ investiment b’kapital azzjonarju li jvarja jew
għal kumpanniji oħra li n-negozju prinċipali tagħhom ikun li
jinvestu l-fondi tagħhom f’sigurtajiet, art jew attiv ieħor bil-ħsieb li
jinxtered ir-riskju ta’ investiment u li jingħata lill-membri tagħhom
il-benefiċċju tar-riżultati ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-attiv.
(2) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu b’mod differenti għal kategoriji differenti ta’ kumpanniji
u jista’ jkollhom dawk id-disposizzjonijiet tranżitorji u
supplementari kif il-Ministru jidhirlu meħtieġ.
Trattament ta’ kost 
ta’ żvilupp. 
196. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin f’dan l-
artikolu, meta l-ispejjeż ta’ żvilupp jintwerew bħala attiv fil-
kontijiet annwali ta’ kumpannija, kull ammont muri dwar dawk l-
ispejjeż għandu jkun trattat -
(a) taħt l-artikolu 192, bħala telf realizzat; u 
(b) taħt l-artikolu 194, bħala telf ta’ dħul realizzat.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma japplikawx -
(a) għal xi parti min dak l-ammont li jirrappreżenta qligħ
mhux realizzat magħmul fuq rivalutazzjoni ta’ dawk l-
ispejjeż; u 
(b) meta -
(i) ikun hemm ċirkostanzi speċjali fil-każ tal-
kumpannija li jiġġustifikaw lid-diretturi li
jiddeċiedu li l-ammont hemm imsemmi ma
għandux ikun trattat kif meħtieġ bis-subartikolu
(1), u
(ii) il-provvediment fin-nota tal-kontijiet meħtieġa
bil-paragrafu 18 tat-Tielet Skeda jiddikjara li
dak l-ammont ma għandux ikun hekk trattat u
jispjega ċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw id-deċiżjoni
tad-diretturi li jagħmlu hekk.
Tqassim ikun 
ġustifikat 
b’riferenzi għall-
kontijiet tal-
kumpannija.
197. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u l-artikoli minn
198 sa 203 għandhom japplikaw biex jistabbilixxu jekk tqassim
jistax isir minn kumpannija mingħajr ma tikser l-artikoli 192, 193
jew 194.
(2) L-ammont ta’ tqassim li jista’ jsir ikun stabbilit b’riferenza
għall-oġġetti li ġejjin kif dikjarati fil-kontijiet tal-kumpannija -
(a) qligħ, telf, attiv u passiv;
(b) disposizzjonijiet ta’ xi xorta msemmija fit-Tielet
Skeda fil-paragrafi 7, 16 u 17 u dawn il-paragrafi kif
applikati bil-paragrafu 28 ta’ l-imsemmija Tielet
Skeda; u
(ċ) kapital azzjonarju u riżervi, magħduda riżervi li ma
jistgħux jitqassmu.
(3) Il-kontijiet tal-kumpannija li jkunu rilevanti għal finijiet ta’
dan l-artikolu huma l-aħħar kontijiet annwali tagħha, jiġifieri dawk
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      113
li jkunu tqiegħdu dwar iż-żmien tal-kontijiet l-aħħar preċedenti li
dwaru l-kontijiet imħejjija hekk tqiegħdu:
Iżda fiż-żewġ każijiet li ġejjin -
(a) meta t-tqassim jinsab li jikser l-artikolu rilevanti f’dan
il-Kapitolu jekk tkun saret riferenza biss għall-aħħar
kontijiet annwali tal-kumpannija; jew
(b) meta t-tqassim ikun propost li jsir matul l-ewwel
żmien tal-kontijiet tal-kumpannija, jew qabel ma xi
kontijiet annwali jitqiegħdu dwar dak iż-żmien,
il-kontijiet rilevanti taħt dan l-artikolu imsejħa "kontijiet interim"
fl-ewwel każ, u "kontijiet inizjali" fit-tieni huma dawk meħtieġa
sabiex jista’ jsir ġudizzju xieraq dwar l-ammonti ta’ l-oġġetti
msemmija fis-subartikolu (2).
(4) L-artikolu rilevanti ta’ dan il-Kapitolu jitqies li nkiser fil-
każ ta’ tqassim kemm-il darba l-ħtiġiet ta’ dan l-artikolu u tat-tliet
artikoli li jaħbtu wara dan, kif u meta applikabbli, dwar il-kontijiet
rilevanti, ma jiġux imħarsa dwar dak it-tqassim.
Ħtiġiet għall-aħħar 
kontijiet annwali.
198. (1) Jekk l-aħħar kontijiet annwali tal-kumpannija
jikkostitwixxu l-uniċi kontijiet rilevanti taħt l-artikolu 197, il-
ħtiġiet imsemmija f’dan l-artikolu għandhom japplikaw dwar dawk
il-kontijiet.
(2) Il-kontijiet iridu jkunu mħejjija sew skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ikunu hekk tħejjew soġġetti biss
għal ħwejjeġ li ma jkunux materjali sabiex ikun stabbilit,
b’riferenza għall-oġġetti msemmija fl-artikolu 197(2), jekk it-
tqassim ikunx jikser l-artikolu rilevanti ta’ dan il-Kapitolu.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) -
(a) dik il-parti mill-kontijiet li tikkonsisti f’karta tal-
bilanċ għandha tagħti l-istat sewwa u xieraq ta’ l-
affarijiet tal-kumpannija fid-data tal-karta tal-bilanċ; u
(b) dik il-parti tal-kontijiet li tikkonsisti fil-kont ta’ qligħ
u telf għandha tagħti l-istat sewwa u xieraq tal-qligħ
jew telf tal-kumpannija għaż-żmien li dwarhom ikunu
tħejjew il-kontijiet.
(4) L-awdituri jridu jkunu għamlu r-rapport tagħhom fuq il-
kontijiet; u s-subartikolu (5) japplika jekk ir-rapport ma jkunx
rapport mingħajr kwalifiki fis-sens li fil-fehma ta’ l-awdituri l-
kontijiet ikunu tħejjew b’mod xieraq skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att.
(5) L-awdituri għandhom fil-każ imsemmi fis-subartikolu (4),
ikunu ddikjaraw bil-miktub jew fil-ħin tar-rapport tagħhom jew
wara jekk, fil-fehma tagħhom, il-ħaġa li dwarha r-rapport tagħhom
ikun kwalifikat, tkunx materjali biex ikun stabbilit, b’riferenza
għall-oġġetti msemmija fl-artikolu 197(2), jekk it-tqassim jiksirx l-
artikolu rilevanti; u kopja tad-dikjarazzjoni trid tkun tqiegħdet
quddiem il-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(6) Dikjarazzjoni taħt is-subartikolu (5) tkun biżżejjed għall-
finijiet ta’ tqassim partikolari mhux biss jekk tirreferi għal tqassim
  114      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
li jkun propost iżda wkoll għal tqassim ta’ kull xorta li jinkludi dak
it-tqassim partikolari, minkejja li fiż-żmien tad-dikjarazzjoni dan
ma jkunx propost.
Ħtiġiet għal 
kontijiet interim.
Emendat:
IV. 2003.87.
199. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jikkostit-wixxu
l-ħtiġiet dwar kontijiet interim imħejjija għal tqassim propost minn
kumpannija pubblika.
(2) Il-kontijiet iridu jkunu tħejjew sew, jew ikunu hekk tħejjew
soġġetti biss għal ħwejjeġ li ma jkunux materjali sabiex ikun
stabbilit, b’riferenza għall-oġġetti msemmija fl-artikolu 197(2),
jekk it-tqassim propost jiksirx l-artikolu rilevanti ta’ dan il-
Kapitolu.
(3) "Imħejjija sew" tfisser li l-kontijiet għandhom iħarsu dan l-
Att b’dawk il-modifiki li jkunu meħtieġa minħabba li l-kontijiet
ikunu mħejjija mod ieħor milli dwar żmien tal-kontijiet u kull karta
tal-bilanċ li tkun parti mill-kontijiet trid tkun ġiet iffirmata skond l-
artikolu 176.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) -
(a) dik il-parti mill-kontijiet li tikkonsisti f’karta tal-
bilanċ għandha tagħti l-istat sewwa u xieraq ta’ l-
affarijiet tal-kumpannija fid-data tal-karta tal-bilanċ; u
(b) dik il-parti tal-kontijiet li tikkonsisti fil-kont ta’ qligħ
u telf għandha tagħti l-istat sewwa u xieraq tal-qligħ
jew telf tal-kumpannija għaż-żmien li dwarhom ikunu
tħejjew il-kontijiet.
(5) Kopja tal-kontijiet għandha tkun ġiet konsenjata lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
(6) Jekk il-kontijiet ikunu f’lingwa barra milli l-Ingliż jew il-
Malti, traduzzjoni fl-Ingliż jew fil-Malti tal-kontijiet, ċertifikata
bħala traduzzjoni korretta bil-mod li jista’ jkun preskritt, għandha
wkoll tkun konsenjata lir-Reġistratur.
Ħtiġiet għal 
kontijiet inizjali.
200. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma l-ħtiġiet
dwar kontijiet inizjali mħejjija għal tqassim propost minn
kumpannija pubblika.
(2) Il-kontijiet iridu jkunu tħejjew sew, jew ikunu hekk tħejjew
suġġetti biss għal ħwejjeġ li ma jkunux materjali sabiex ikun
stabbilit, b’riferenza għall-oġġetti msemmija fl-artikolu 197(2),
jekk it-tqassim propost ikunx jikser l-artikolu rilevanti ta’ dan il-
Kapitolu.
(3) L-artikolu 199(3) u (4) japplika dwar it-tifsir ta’ "imħejjija
sew".
(4) L-awdituri tal-kumpannija jridu jkunu għamlu rapport fejn
jiddikjaraw jekk, fil-fehma tagħħom, il-kontijiet ikunux tħejjew
sew, u s-subartikolu (5) japplika jekk ir-rapport tagħhom ikun
rapport kwalifikat, jiġifieri li ma jkunx rapport mingħajr kwalifika
fis-sens li fil-fehma ta’ l-awdituri l-kontijiet ikunu hekk tħejjew.
(5) L-awdituri għandhom fil-każ imsemmi fis-subartikolu (4)
ikunu wkoll iddikjaraw bil-miktub, jekk, fil-fehma tagħhom, il-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      115
ħaġa li dwarha r-rapport tagħhom ikun kwalifikat tkunx materjali
biex ikun stabbilit, b’riferenza għall-oġġetti msemmija fl-artikolu
197(2), jekk it-tqassim jiksirx l-artikolu rilevanti ta’ dan il-
Kapitolu.
(6) Kopja tal-kontijiet, tar-rapport ta’ l-awdituri taħt is-
subartikolu (4) u tad-dikjarazzjoni ta’ l-awdituri jekk ikun hemm
taħt is-subartikolu (5) għandhom ikunu ġew konsenjati lir-
Reġistratur.
(7) Jekk il-kontijiet ikunu, jew ir-rapport ta’ l-awditur taħt is-
subartikolu (4) jew id-dikjarazzjoni tagħhom, jekk ikun hemm, taħt
is-subartikolu (5) tkun f’lingwa barra milli l-Ingliż jew il-Malti,
traduzzjoni fl-Ingliż jew fil-Malti tal-kontijiet, tar-rapport jew tad-
dikjarazzjoni skond il-każ, ċertifikata bħala traduzzjoni korretta
bil-mod li jista’ jkun preskritt, għandha wkoll tkun konsenjata lir-
Reġistratur.
Kif ikun applikat l-
artikolu 197 għal 
tqassim suċċessiv. 
201. Sabiex jiġi stabbilit b’riferenza għal kontijiet partikolari
jekk tqassim propost jistax isir minn kumpannija, l-artikolu 197
għandu effett, f’każ fejn tqassim wieħed jew iżjed ikun diġà  sar
skond kif ikun ġie stabbilit b’riferenza għal dawk l-istess kontijiet,
daqslikieku l-ammont tat-tqassim propost kien miżjud bl-ammont
tat-tqassim hekk magħmul.
Trattament ta’ attiv 
fil-kontijiet 
rilevanti. 
202. Għall-finijiet ta’ l-artikoli 192 u 193, provdiment ta’ kull
xorta msemmi fit-Tielet Skeda fil-paragrafu 7(1) u fil-paragrafi 16
u 17 magħduda dawk il-paragrafi kif applikati bil-paragrafu 28 ta’
l-imsemmija Tielet Skeda, għandhom ikunu trattati bħala telf
realizzat.
Tqassim mhux fi 
flus. 
203. Meta kumpannija tagħmel tqassim ta’, jew li jinkludi attiv
li ma jkunx flus, u xi parti mill-ammont li bih ikun muri dak l-attiv
fil-kontijiet rilevanti għall-finijiet tat-tqassim skond l-artikoli minn
197 sa 202 jirrappreżenta qligħ mhux realizzat, dak il-qligħ għandu
jiġi trattat bħala qligħ realizzat -
(a) sabiex tkun stabbilita l-leġittimità  tat-tqassim skond
dan il-Kapitolu sew qabel jew wara li jkun sar it-
tqassim; u
(b) għall-fini ta’ paragrafu 14(ċ)(i) u tal-paragrafu 30(3)
tat-Tielet Skeda dwar kull ħaġa li tkun saret bil-ħsieb
li jew li għandha x’taqsam ma’ dak it-tqassim.
Konsegwenzi ta’ 
tqassim illeġittimu. 
204. Meta tqassim, jew parti minnu, magħmul minn kumpannija
lil wieħed mill-membri tagħha jsir bi ksur ta’ dan il-Kapitolu u, fil-
ħin tat-tqassim, dak il-membru kien jaf jew kellu raġunijiet xierqa
biex jaħseb li hekk ikun sar, dan ikun obbligat iħallsu lura, jew dik
il-parti minnu, skond il-każ, lill-kumpannija jew, fil-każ ta’ tqassim
magħmul xort’oħra milli bi flus, li jħallas lill-kumpannija somma li
tkun daqs il-valur tat-tqassim, jew parti f’dak iż-żmien.
Obbligi mposti 
barra milli bl-
artikolu 204 ma 
jkunux 
preġudikati. 
205. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 204 huma bla ħsara għall-
obbligu mpost barra minn dan l-artikolu fuq membru ta’
kumpannija li jħallas lura tqassim illeġittimu li jkun sarlu.
  116      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Riżerva għal 
disposizzjonijiet fi 
statut li tkun fis-
seħħ qabel l-1 ta’ 
Jannar, 1995. 
206. Meta minnufih qabel l-ewwel ta’ Jannar, 1995 kumpannija
kienet awtorizzata b’disposizzjoni fl-istatut tagħha li tapplika l-
qligħ mhux realizzat tagħha biex tħallas għal kollox jew f’parti
azzjonijiet mhux maħruġa biex jingħataw lil membri tal-
kumpannija bħala azzjonijiet bonus imħallsa għal kollox jew
f’parti, dik id-disposizzjoni għandha tkompli, salv xi tibdil fl-
istatut, isseħħ bħala awtorità  sabiex dak il-qligħ jibqa’ jiġi hekk
applikat wara dik id-data.
Tifsiriet għall-
finijiet ta’ dan il-
Kapitolu.
207. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu
jkollhom effett għat-tifsir ta’ dan il-Kapitolu.
(2) "Kapitalizzazzjoni", dwar qligħ ta’ kumpannija, tfisser kull
waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin issir meta ssir -
(a) l-applikazzjoni ta’ qligħ sabiex jitħallsu għal kollox
jew f’parti azzjonijiet mhux maħruġa fil-kumpannija
sabiex jingħataw lil membri tal-kumpannija bħala
azzjonijiet bonus imħallsa għal kollox jew f’parti; jew
(b) it-trasferiment ta’ qligħ għar-riżerva ta’ fidi ta’ kapital. 
(3) Riferenzi f’dan il-Kapitolu għal qligħ u telf ta’ kull xorta
huma rispettivament riferenzi għal qligħ u telf ta’ dik ix-xorta li
jsiru f’kull żmien u, ħlief meta r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, huma riferenzi rispettivament għal profitti minn dħul jew
minn kapital u telf minn dħul jew minn kapital.
Riżerva għal 
restrizzjonijiet oħra 
fuq tqassim. 
208. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitlu huma bla ħsara għal
xi disposizzjoni oħra tal-liġi, jew xi disposizzjoni tal-memorandum
u l-istatut tal-kumpannija, li jirrestrinġu s-somom li minnhom, jew
il-każi fejn tista’ ssir distribuzzjoni.
Kapitolu XII - Kumpannija Privata
Tifsir.
Emendat:
IV. 2003.88.
209. (1) Kumpannija privata hija kumpannija li minbarra li
tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan l-Att sabiex ikollha status ta’ kumpannija
privata, tkun kumpannija li bil-memorandum jew bl-istatut tagħha -
(a) tillimita l-jedd li tittrasferixxi l-azzjonijiet tagħha; 
(b) tillimita n-numru tal-membri tagħha għal ħamsin; u
(ċ) tipprojbixxi kull stedina lill-pubbliku biex
jissottoskrivi għal xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tal-kumpannija.
(2) Kumpannija privata m’għandhiex -
(a) toffri lill-pubbliku, għal flus jew xort’oħra, xi
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-kumpannija; jew
(b) tagħti jew tiftiehem li tagħti, għal flus jew xort’oħra,
xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-kumpannija bil-
ħsieb li dawk l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet
kollha jew uħud minnhom offerti lill-pubbliku, skond
it-tifsir mogħti bil-kliem ''offerti magħmula lill-
pubbliku'' fl-artikolu 2(3).
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      117
(3) Meta kumpannija privata tonqos li tħares id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), kull uffiċjal tagħha li jkun
naqas jista’ jeħel penali.
Riżoluzzjonijiet 
bil-miktub.
Emendat:
IV. 2003.89.
210. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, fil-każ ta’
kumpannija privata, riżoluzzjoni bil-miktub iffirmata mill-membri
kollha li għal dak iż-żmien ikollhom jedd li jirċievu avviż u li
jattendu għal laqgħat ġenerali u li jivvotaw fihom tkun valida u
effettiva daqslikieku tkun għaddiet f’laqgħa ġenerali tal-
kumpannija msejħa u miżmuma b’mod xieraq u d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 155 ma japplikawx. Laqgħat ġenerali annwali tal-
kumpannija jistgħu jinżammu skond dan l-artikolu:
Iżda riżoluzzjoni bil-miktub kif intqal qabel tkun nulla jekk
tkun maħsuba biex tneħħi direttur jew awditur qabel ma jagħlaq iż-
żmien tal-kariga tiegħu, jew inkella tkun maħsuba sabiex ma
tagħtix lill-awdituri l-jeddijiet li huma għandhom permezz tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 155.
Kumpannija 
eżenti. 
211. (1) Kumpannija privata jkollha status ta’ kumpannija
eżenti jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (2) ikunu
jinsabu fil-memorandum jew fl-istatut tagħha.
(2) L-imsemmija kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1)
huma -
(a) li n-numru ta’ persuni detenturi ta’ obbligazzjonijiet
tal-kumpannija ma jkunx iktar minn ħamsin; u
(b) li ebda korp ġuridiku ma jkun detentur ta’, jew ikollu
xi nteress f’xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tal-
kumpannija jew ikun direttur tal-kumpannija, u la l-
kumpannija u lanqas xi diretturi tagħha ma jkunu parti
f’arranġament li bih il-policy tal-kumpannija tkun
tista’ tiġi deċiża minn persuni li ma jkunux diretturi,
membri jew detenturi ta’ obbligazzjonijiet tagħha.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) azzjonijiet miżmuma minn kumpannija eżenti ma
jiskwalifikawx kumpannija li tkun ukoll hekk eżenti
jekk, meta jittieħdu l-kumpanniji kollha li ġejjin
flimkien, jiġifieri -
(i) il-kumpannija eżenti li tkun, (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejħa "l-kumpannija rilevanti");
(ii) kull kumpannija li żżomm azzjonijiet li għaliha
għandu jkun applikat dan il-paragrafu sabiex
ikun stabbilit il-jedd tal-kumpannija rilevanti
biex tkun eżenti kif intqal qabel; u
(iii) kull kumpannija oħra li tkun meqjusa għall-
għanijiet ta’ dan il-paragrafu sabiex ikun
stabbilit il-jedd ta’ xi kumpannija li tkun hekk
eżenti u li żżomm xi azzjonijiet kif intqal qabel;
in-numru totali ta’ persuni detenturi ta’ azzjonijiet
f’dawk il-kumpanniji ma jkunx iktar minn ħamsin, il-
kumpanniji nnifishom ma jingħaddux; u
  118      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(b) kull interess tal-kumpannija rilevanti nnifisha f’xi
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet tagħha stess ma
għandux ikun kalkolat.
(4) Kumpanniji msemmija fis-subartikolu (1) ikunu eżenti mill-
ħtiġiet ta’ l-artikolu 138(7) u mill-artikolu 144(1)(a); u l-proviso
għall-artikolu 183(2) għandu japplika.
(5) Direttur waħdu ta’ kumpannija eżenti jkollu jedd li jżomm
il-kariga bħala segretarju ta’ dik il-kumpannija matul iż-żmien li
jkun direttur.
(6) Meta kumpannija eżenti jkollha direttur wieħed biss, kull
ħtieġa ta’ dan l-Att li żewġ diretturi ta’ kumpannija għandhom
jaġixxu, għandha tkun interpretata dwar il-kumpannija eżenti bħala
li teħtieġ direttur wieħed biex jaġixxi.
Kumpanniji 
b’membru wieħed.
Emendat:
IV. 2003.90.
212. (1) Kumpannija msemmija fl-artikolu 211(1) tista’
tikkonsisti f’membru wieħed minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 68 u ta’ l-artikolu 72(1) jew ta’ xi disposizzjoni oħra ta’
dan l-Att, meta l-għanijiet ta’ kumpannija bħal dik jispeċifikaw
liema attività  tal-kumpannija se tkun l-attività  tal-kummerċ
ewlenija u n-negozju tal-kumpannija għandu jikkonsisti
prinċipalment f’dik l-attività .
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214(2)(b)(i) ma
għandhomx japplikaw għall-kumpanniji li jaqgħu taħt dak li
jingħad f’dan l-artikolu.
(3) Kumpannija jista’ jkollha membru mar-reġistrazzjoni jew
tista’ ssir kumpannija b’membru wieħed billi l-azzjonijiet kollha
tagħha jkunu akkwistati minn persuna waħda, kemm-il darba dik il-
kumpannija tħares id-disposizzjonijiet stabbiliti bis-subartikolu (1).
(4) Meta kumpannija ssir kumpannija b’membru wieħed billi l-
azzjonijiet kollha tagħha jkunu ġew akkwistati minn persuna
waħda, il-kumpannija għandha, fi żmien erbatax-il jum,
tikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, avviż:-
(a) li jispeċifika l-fatt li tkun saret kumpannija b’membru
wieħed u li jagħti l-isem u r-residenza ta’ dak il-
membru wieħed; u 
(b) li jikkonferma tħaris mad-disposizzjonijiet stabbiliti
bis-subartikolu (1).
Dan l-avviż jitqies li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-artikolu
120(3).
(5) Meta persuna ssir membru wieħed billi takkwista l-
azzjonijiet kollha fil-kumpannija causa mortis, dak il-fatt għandu
jkun dikjarat fl-avviż imsemmi fis-subartikolu (4) u dak l-avviż
għandu jitqies li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-artikolu 120(3).
(6) Jekk ikun hemm nuqqas tat-tħaris tas-subartikoli (4), (5) u
(10), kull uffiċjal tal-kumpannija li jonqos jista’ jeħel penali, u,
għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(7) Il-membru wieħed għandu jeżerċita s-setgħat tal-laqgħa
ġenerali tal-kumpannija u d-deċiżjonijiet li jittieħdu minnu f’dik il-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      119
kariga għandhom ikunu reġistrati bħala minuti tal-laqgħa ġenerali u
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jirregolaw laqgħat ġenerali
għandhom jiftiehmu f’dan is-sens. Id-deċiżjonijiet msemmija f’dan
is-subartikolu għandhom jitqiesu li jkunu riżoluzzjonijiet tal-
kumpannija għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att:
Iżda d-disposizzjonijet ta’ dan is-subartikolu ma jkunux ta’
ħsara għall-jeddijiet ta’ l-awdituri tal-kumpannija skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 155, u l-jeddijiet mogħtija lill-
persuni li huma, skond l-istatut tal-kumpannija, intitolati li jirċievu
avviż ta’, jattendu għal u jinstemgħu waqt laqgħat ġenerali tal-
kumpannija.
(8) Il-membru wieħed għandu jirreġistra bil-miktub kull ftehim
li jsir bejnu u l-kumpannija kif rappreżentata minnu fi ktieb tal-
minuti miżmum mill-kumpannija speċifikament għal dan l-għan.
(9) Fin-nuqqas tat-tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(8), il-membru wieħed jista’ jeħel penali. 
(10) Meta kumpannija ma tibqax kumpannija b’membru wieħed,
fi żmien erbatax-il jum, għandha tikkonsenja lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni avviż li jispeċifika l-fatt li m’għadhiex kumpannija
b’membru wieħed u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
m’għandhomx japplikaw għal dik il-kumpannija mid-data meta ma
tibqax kumpannija b’membru wieħed.
Tibdil fl-istat tal-
kumpannija.
213. (1) Kumpannija privata tista’ tibdel l-istatus tagħha għal
kumpannija pubblika billi tibdel il-memorandum jew l-istatut u
ddaħħal f’dak it-tibdil dak kollu li għandu jinbidel skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att biex kumpannija jkollha l-istatus ta’
kumpannija pubblika, magħduda t-tneħħija tar-restrizzjonijiet li
jirriżultaw bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 209 li
joħolqu konflitt ma’ l-istatus ta’ kumpannija pubblika.
(2) It-tibdil imsemmi fis-subartikolu (1) ma għandux jibda
jseħħ kemm-il darba u sakemm ma jkunx reġistrat u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 79(2) għandhom japplikaw f’dan il-
każ.
(3) Ir-Reġistratur għandu, mar-reġistrazzjoni msemmija fis-
subartikolu (2), idaħħal fir-reġistru l-fatt tat-tibdil kif imsemmi fis-
subartikolu (1) u dan għandu joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
mibdul biex juri dak it-tibdil.
(4) Kumpannija pubblika tista’ tibdel l-istatus tagħha għal
kumpannija privata jekk, wara li tkun kisbet tħaris tar-
restrizzjonijiet li jirriżultaw bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 209, din tibdel il-memorandum jew l-istatut tagħha, fejn
iddaħħal f’dak it-tibdil dak kollu meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att biex kumpannija jkollha l-istatus ta’
kumpannija privata, magħduda d-dħul ta’ restrizzjonijiet li
jirriżultaw bis-saħħa tad-disposizzjonijet ta’ l-artikolu 209.
(5) It-tibdil imsemmi fis-subartikolu (4) ma għandux jibda
jseħħ kemm-il darba u sakemm dak it-tibdil, flimkien ma’
dikjarazzjoni magħmula mid-diretturi tal-kumpannija li l-
  120      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kumpannija tkun qiegħda effettivament tħares id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 209 u li d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 79(2)
għandhom japplikaw għaliha.
(6) Ir-Reġistratur għandu, mar-reġistrazzjoni msemmija fis-
subartikolu (5), idaħħal fir-reġistru l-fatt tat-tibdil kif imsemmi fis-
subartikolu (4) u dan għandu joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
mibdul biex juri dak it-tibdil.
(7) Kumpannija privata tista’ tibdel l-istatus tagħha għal
kumpannija eżenti jekk, wara li tkun kisbet tħaris mal-
kondizzjonijiet stabbiliti bl-artikolu 211, tibdel il-memorandum
jew l-istatut tagħha billi ddaħħal fih l-imsemmija kondizzjonijiet
kollha.
(8) It-tibdil imsemmi fis-subartikolu (7) ma għandux jibda
jseħħ kemm-il darba u sakemm dak it-tibdil, flimkien ma’
dikjarazzjoni magħmula mid-diretturi tal-kumpannija li l-
kumpannija tkun effettivament tħares id-disposizzjonijet ta’ l-
artikolu 211, ma jkunux reġistrati, u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 79(2) għandhom japplikaw f’dan il-każ.
(9) Kumpannija eżenti li tirriżolvi li ma tkunx se tkompli tħares
xi kondizzjonijiet ta’ l-artikolu 211, għandha tibdel l-istatus tagħha
għal kumpannija privata billi tibdel il-memorandum jew l-istatut
tagħha biex tneħħi kull kondizzjonijiet bħal dawk.
(10) It-tibdil imsemmi fis-subartikolu (9) ma għandux jibda
jseħħ jekk u sakemm ma jkunx reġistrat u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 79(2) għandhom japplikaw f’dan il-każ.
(11) Meta kumpannija privata tibdel l-istatus tagħha għal-
kumpannija pubblika skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
il-kumpannija għandha, b’żieda mad-dokumenti msemmija fis-
subartikolu (2), tikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazżjoni:
(a) kopja tal-karta tal-bilanċ imħejjija f’data li ma tkunx
iżjed minn erba’ xhur qabel id-data tar-reġistrazzjoni
tat-tibdil imsemmi fis-subartikolu (1), flimkien ma’
rapport ta’ l-awditur tal-kumpannija dwar dik il-karta
tal-bilanċ; u
(b) dikjarazzjoni bil-miktub mill-awdituri tal-kumpannija
li fil-fehma tagħhom il-karta tal-bilanċ turi li fid-data
tal-karta tal-bilanċ l-ammont ta’ l-attiv nett tal-
kumpannija ma kienx inqas mit-total meta jingħaddu
flimkien il-kapital azzjonarju maħruġ u msejjah tagħha
u r-riżervi mhux distribwibbli tagħha; u
(ċ) dikjarazzjoni minn xi direttur tal-kumpannija li bejn
id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data tal-konsenja tat-
tibdil lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, ma kienx
hemm bidla fil-qagħda finanzjarja tal-kumpannija li
jkun irriżulta f’illi l-ammont ta’ l-attiv nett tagħha
jkun sar inqas mit-total meta tgħodd flimkien il-kapital
azzjonarju maħruġ u msejjaħ tagħha u r-riżervi mhux
distribwibbli tagħha.
F’dan is-subartikolu, "attiv nett" għandha l-istess tifsir kif
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      121
mogħti lilha taħt l-artikolu 193(2).
(12) Kumpannija biex tgħaddi biex tibdel l-istatus tagħha
f’kumpannija pubblika skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
ma għandhiex tagħti jew tipproponi li tagħti azzjonijiet għal
konsiderazzjoni ħlief bi flus f’xi żmien bejn id-data tal-karta tal-
bilanċ u d-data tal-konsenja tat-tibdil imsemmi fis-subartikolu (11).
(13) Meta kumpannija pubblika tibdel l-istatus tagħha għal
kumpannija privata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, din
tkun meħtieġa li tifdi l-azzjonijiet miżmuma mill-membri li ma
jkunux jaqblu, jekk dawn hekk jitolbu, b’dawk il-pattijiet li jistgħu
jkunu miftiehma jew kif il-qorti jidhrilha xieraq li tordna fuq talba
jew tal-kumpannija jew tal-membri li ma jaqblux.
TITOLU II - XOLJIMENT U STRALĊ KONSEGWENZJALI 
TA’ KUMPANNIJI
Kawżi ta’ 
xoljiment u stralċ 
konsegwenzjali.
Emendat:
IV. 2003.91.
214. (1) Kumpannija xxolji u konsegwentement tiġi stralċjata
fil-każijiet li ġejjin -
(a) il-kumpannija tirriżolvi b’riżoluzzjoni straordinarja li
l-kumpannija għandha xxolji u tkun stralċjata mill-
qorti;
(b) il-kumpannija tirriżolvi b’riżoluzzjoni straordinarja li
l-kumpannija għandha xxolji u konsegwentement tkun
stralċjata volontarjament.
(2) Barra mill-mod ta’ xoljiment imsemmija fis-subartikolu
(1)-
(a) kumpannija tista’ xxolji u tkun stralċjata mill-qorti fiċ-
ċirkostanzi li ġejjin -
(i) jekk in-negozju tal-kumpannija jkun sospiż għal
perjodu bla waqien ta’ erbgħa u għoxrin xahar;
(ii) il-kumpannija ma tkunx tista’ tħallas id-djun
tagħha; u
(b) kumpannija għandha tkun xolta bil-qorti fil-każijiet li
ġejjin -
(i) in-numru ta’ membri tal-kumpannija jkun niżel
għal inqas minn tnejn u jibqa’ nieqes għal iktar
minn sitt xhur:
Iżda dan il-paragrafu ma japplikax għal
kumpanniji b’membru wieħed kif speċifikat fl-
artikolu 212(3);
(ii) in-numru ta’ diretturi jkun niżel għal inqas mill-
minimu preskritt bl-artikolu 137 u jibqa’ hekk
nieqes għal aktar minn sitt xhur;
(iii) il-qorti tkun tal-fehma li hemm raġunijiet gravi
biżżejjed li jiġġustifikaw ix-xoljiment u
konsegwentement l-istralċ tal-kumpannija;
  122      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(iv) meta ż-żmien, jekk ikun hemm, stabbilit għad-
dewmien tal-kumpannija bil-memorandum jew
bl-istatut jiskadi, jew jiġri dak, jekk il-każ, li
mal-ġrajja tiegħu l-memorandum jew l-istatut
jipprovdi li l-kumpannija għandha tiġi stralċjata,
u l-kumpannija f’laqgħa ġenerali ma tkunx,
qabel ma jiskadi ż-żmien jew qabel il-ġrajja,
għaddiet riżoluzzjoni biex isir l-istralċ
volontarju.
(3) Fil-każijiet ta’ xoljiment li jaqgħu taħt is-subartikolu (2)(b),
il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tiddeċiedi jekk il-
kumpannija għandhiex tkun stralċjata mill-qorti jew
volontarjament:
Iżda għall-finijiet tas-subparagrafi (ii) u (iv) ta’ l-imsemmi
paragrafu (ċ), il-qorti fid-diskrezzjoni tagħha u jekk tintwera raġuni
xierqa tista’, u għall-finijiet tas-subparagrafu (i) ta’ l-istess
paragrafu l-qorti għandha, qabel ma tordna x-xoljiment tal-
kumpannija, tagħti perjodu ta’ żmien ta’ mhux iktar minn tletin
jum, li fih il-kumpannija tkun tista’ tirrimedja n-nuqqas u malli
tingħata prova li dak in-nuqqas ikun ġie rimedjat, il-qorti ma
għandhiex tordna x-xoljiment tal-kumpannija.
(4) Meta kumpannija tkompli bin-negozju tagħha mingħajr ma
jkollha għall-inqas żewġ membri għal iktar mis-sitt xhur
imsemmija fis-subartikolu (2)(b)(i), persuna li, għaż-żmien kollu
jew għal parti miż-żmien li l-kumpannija tkompli bin-negozju
tagħha wara l-imsemmija sitt xhur, tkun membru tal-kumpannija u
tkun taf li l-kumpannija tkun qed tkompli bin-negozju tagħha
b’membru wieħed biss, għandha tinżamm responsabbli bla limitu u
in solidum mal-kumpannija għall-obbligazzjonijiet kollha li jkunu
kuntrattati mill-kumpannija għaż-żmien kollu jew, skond il-każ, dik
il-parti minnu, meta jgħaddu s-sitt xhur sax-xoljiment tal-
kumpannija jew sa dak iż-żmien meta jkun rimedjat in-nuqqas mill-
kumpannija skond il-proviso għas-subartikolu (3).
(5) Għall-finijiet tas-subartikolu (2)(a)(ii), kumpannija titqies
li ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha -
Kap. 12. 
(a) jekk id-dejn dovut mill-kumpannija jkun baqa’ ma
tħallasx għal kollox jew f’parti wara erbgħa u għoxrin
ġimgħa mill-eżekuzzjoni ta’ titolu eżekuttiv kontra l-
kumpannija b’xi wieħed mill-atti eżekuttivi
msemmijin fl-artikolu 273 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; jew
(b) jekk ikun ippruvat għas-sodisfazzjon tal-qorti li l-
kumpannija ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha,
meta din tqis ukoll il-passiv kontinġenti u prospettiv
tal-kumpannija.
(6) Meta kumpannija tkun għaddiet riżoluzzjoni skond is-
subartikolu (1)(a), din tkun meħtieġa tagħti l-avviż speċifikat fl-
artikolu 265(1) u għandu japplika s-subartikolu (2).
(7) Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, kumpannija tkun stralċjata
mill-qorti jekk tiġi stralċjata skond id-disposizzjonijiet tas-Sub-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      123
Titolu I ta’ dan it-Titolu; u kumpannija tkun stralċjata
volontarjament jekk tiġi stralċjata skond id-disposizzjonijiet tas-
Sub-Titolu II ta’ dan it-Titolu.
Tifsir ta' 
"kontributorju".
215. Il-kelma "kontributorju" tisser kull persuna li tkun
responsabbli li tikkontribwixxi għall-attiv tal-kumpannija fil-każ
tax-xoljiment tagħha, u disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 216 u 217
għandhom jgħoddu biex jiġu determinati l-persuni li huma hekk
responsabbli:
Iżda referenza fil-memorandum jew fl-istatut ta’ kumpan-
nija għall-kontributorju m’għandhiex, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra, tinkludi persuna li hi kontributorju
bis-saħħa biss ta’ l-artikolu 217.
Responsabbiltà  
bħala kontributorji 
ta’ membri 
preżenti u passati.
216. Fl-istralċ ta’ kumpannija kull membru preżenti u passat
ikun obbligat li jikkontribwixxi għall-attiv tal-kumpannija ammont
li jkun biżżejjed biex jitħallas id-dejn u l-passiv tagħha, u n-nefqa,
il-ħlasijiet u l-ispejjeż ta’ l-istralċ, u għall-aġġustament tal-jeddijiet
tal-kontributorji bejniethom, salv il-kwalifiki li ġejjin -
(a) ebda kontribuzzjoni ma tkun meħtieġa minn xi
membru għal iżjed mill-ammont, jekk il-każ, mhux
imħallas fuq azzjonijiet li għalih ikun responsabbli
bħala membru preżenti jew passat;
(b) membru passat ma jkunx responsabbli li
jikkontribwixxi f’xi waħda minn dawn il-każijiet -
(i) jekk hu ma jkunx baqa’ membru għal mill-anqas
sena qabel ix-xoljiment tal-kumpannija;
(ii) dwar xi dejn jew responsabbiltà  li jkunu saru
wara li hu jkun spiċċa minn membru;
(iii) kemm-il darba fil-fehma tal-qorti l-membri
eżistenti ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-
kontribuzzjonijiet meħtieġa li jsiru minnhom
skond dan l-Att;
(ċ) somma dovuta lil xi membru ta’ kumpannija, bħala
membru, li tkun dividendi, qligħ jew xort’oħra ma
titqiesx li hi dejn tal-kumpannija, li għandu jitħallas lil
dak il-membru fil-każ ta’ kompetizzjoni bejnu u bejn
xi kreditur ieħor li ma jkunx membru tal-kumpannija,
iżda kull somma bħal dik tista’ tiġi meqjusa għall-fini
ta’ l-aġġustament finali tal-jeddijiet tal-kontributorji
bejniethom.
Responsabbiltà  ta’ 
diretturi u 
azzjonisti passati.
Emendat:
IV. 2003.92.
217. (1) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3)
għandhom japplikaw biss wara x-xoljiment ta’ kumpannija, meta
kumpannija qabel ix-xoljiment tagħha -
(a) tkun għamlet ħlas mill-kapital dwar il-fidi jew ix-xiri
ta’ xi azzjonijiet tagħha stess, liema ħlas qed jissejjaħ
fid-disposizzjonijiet li jmiss ta’ dan l-artikolu bħala
"il-ħlas rilevanti"; u
(b) l-ammont aggregat ta’ l-attiv tal-kumpannija u ta’ l-
ammonti mħallsa bħala kontribuzzjoni għall-attiv
  124      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
tagħha skond l-artikolu 216, barra mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ma jkunx biżżejjed
għall-ħlas tad-dejn u tal-passiv tagħha u għall-ispejjeż
ta’ l-istralċ.
(2) Jekk ix-xoljiment ikun sar fi żmien tnax-il xahar mid-data li
fiha l-ħlas rilevanti jkun sar, allura -
(a) il-persuna li mingħandha l-azzjonijiet ikunu nfdew jew
ġew mixtrija, u
(b) id-diretturi li awtorizzaw il-fidi jew ix-xiri,
għandhom, sabiex dak in-nuqqas imsemmi fil-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ikun jista’ jiġi rimedjat, l-obbligu li
jikkontribwixxu għall-attiv tal-kumpannija sal-limitu msemmi fis-
subartikolu (3).
(3) Persuna li mingħandha xi wħud mill-azzjonijiet ikunu
nfdew jew mixtrija tkun obbligata li tikkontribwixxi ammont li ma
jkunx iżjed daqstant mill-ħlas rilevanti li kien sar mill-kumpannija
dwar l-azzjonijiet tagħha; u d-diretturi jkunu responsabbli in
solidum mal-persuna biex jikkontribwixxu dak l-ammont.
SUB-TITOLU I - STRALĊ MILL-QORTI 
Kapitolu I - Disposizzjonijiet ġenerali
Talba għal 
xoljiment u stralċ.
Emendat:
XXIV. 1995.362;
IV. 2003.93;
IX. 2003.86.
218. (1) Talba lill-qorti (aktar ’il quddiem imsejħa "rikors għal
stralċ") għal -
(a) stralċ ta’ kumpannija mill-qorti skond l-artikolu
214(1)(a);
(b) xoljiment u stralċ ta’ kumpannija mill-qorti skond l-
artikolu 214(2)(a); jew
(ċ) xoljiment u stralċ ta’ kumpannija skond l-artikolu
214(2)(b),
għandha ssir b’rikors li jista’ jsir jew mill-kumpannija wara
deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali jew mill-bord tad-diretturi tagħha jew
minn xi detentur ta’ obbligazzjoni, kreditur jew kredituri, jew minn
xi kontributorju jew kontributorji:
Iżda rikors skond il-paragrafi (b) jew (ċ) jista’ wkoll isir
minn xi azzjonist jew direttur tal-kumpannija.
(2) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (3) kontributorju ma jistax
jippreżenta rikors għal stralċ kemm-il darba-
(a) l-azzjonijiet li dwarhom ikun kontributorju, jew uħud
minnhom, jew ma kenux oriġinarjament mogħtija lilu,
jew ma kenux miżmuma minnu, u reġistrati f’ismu,
għal mill-inqas sitt xhur matul it-tmintax-il xahar
qabel il-bidu tax-xoljiment tal-kumpannija, jew jekk
ma jkunux għaddew għandu mal-mewt ta’ detentur ta’
qabel; jew
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      125
(b) in-numru ta’ membri kien imnaqqas u jibqa’ mnaqqas
taħt il-minimu preskritt bl-artikolu 72 fil-waqt li kien
qed iżomm l-ishma li dwarhom ikun kontributorju.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), persuna li
tkun responsabbli biex tagħmel kontribuzzjoni għall-attiv ta’
kumpannija fil-każ ta’ xoljiment skond l-artikolu 217 tista’ biss
tagħmel rikors għal stralċ fuq waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-
artikolu 214(2)(a)(ii) u (b)(iii).
(4) Ir-Reġistratur jista’ jagħmel rikors għal stralċ meta fil-
fehma tiegħu jkun spedjenti u fl-interess tal-pubbliku li dik il-
kumpannija tkun xolta u stralċjata għal waħda mir-raġunijiet
imsemmija fl-artikolu 214(2)(b)(ii) u (iii).
(5) Bis-saħħa ta’ l-artikolu 294, rikors għal stralċ mill-Qorti
jista’ jsir minkejja li kumpannija tkun qed tiġi stralċjata
volontarjament. Rikors bħal dan jista’ jsir ukoll mir-riċevitur
uffiċjali maħtur skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 225.
(6) Id-diretturi, is-segretarju tal-kumpannija, u kull
kontributorju u kreditur tal-kumpannija jkollhom il-jedd li jagħmlu
sottomissjonijiet waqt is-smigħ ta’ rikors għal stralċ magħmul taħt
dan l-artikolu.
(7) Fil-każ ta’ rikors għal stralċ magħmul taħt is-subartikolu
(1)(ċ), jekk il-qorti tiddeċiedi li l-kumpannija għandha tiġi
stralċjata volontarjament, japplikaw id-disposizzjonijiet tas-Sub-
Titolu II ta’ dan it-Titolu barra mill-artikolu 265.
(8) Malli jsir rikors għal stralċ, kopja tiegħu għandha
tintbagħat minnufih mir-Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
Setgħat tal-qorti. 
Emendat:
IV. 2003.94.
219. (1) Mas-smigħ tar-rikors għal stralċ, il-qorti tista’ jew
tiċħdu jew tagħti ordni biex tilqgħu, (aktar ’il quddiem imsejjaħ
"ordni għal stralċ") u f’kull każ tagħti dawk l-ordnijiet l-oħra,
magħduda ordnijiet interim, u taġġorna s-smigħ kondizjonalment
jew xort’oħra kif jidhrilha xieraq; iżda ma għandu jsir ebda ordni
għal stralċ qabel ma r-rikors ikun notifikat lil dawk il-persuni li l-
qorti fiċ-ċirkostanzi, u fuq tagħrif mogħti mir-rikorrent jidhrilha li
ssejjaħ biex jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), meta l-
Qorti tkun sodisfatta li l-ħtiġiet ta’ l-artikolu 218(1)(a) ikunu ġew
imħassra, il-Qorti tista’ tilqa’ r-rikors.
Setgħa biex 
jitwaqqfu 
proċedimenti 
kontra kumpannija. 
220. F’kull żmien wara li jkun ippreżentat rikors għal stralċ, u
qabel ma jingħata ordni għal stralċ, il-kumpannija, jew kull
kreditur jew kontributorju, jistgħu jagħmlu rikors lill-qorti biex
twaqqaf il-proċedimenti ġudizzjali tal-qorti pendenti kontra l-
kumpannija, u l-qorti tista’ twaqqaf dawk il-proċedimenti b’dawk
il-kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa.
Disponimenti ta’ 
proprjetà  eċċ. wara 
d-data li fiha jkun 
meqjus li sar ix-
xoljiment. 
221. Fi stralċ mill-qorti, kull disponiment ta’ proprjetà  tal-
kumpannija, magħduda kull jeddijiet ta’ azzjoni, u kull trasferiment
ta’ azzjonijiet, jew tibdil fl-istat tal-membri tal-kumpannija, li jsir
wara d-data li fiha jkun meqjus li sar ix-xoljiment, ikun null,
  126      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kemm-il darba l-qorti ma tordnax xort’oħra.
Ma jkunux 
eżegwiti mandati 
kontra kumpannija. 
Emendat:
IV. 2003.95.
222. Meta kumpannija tkun qed tiġi stralċjata mill-qorti, kull att
jew mandat, sew kawzjonarju jew eżekuttiv, barra minn mandat ta’
inibizzjoni, maħruġ jew miġjub kontra l-kumpannija wara d-data li
fiha jkun meqjus li sar ix-xoljiment ikun null.
Data li fiha jkun 
meqjus li sar ix-
xoljiment. 
Emendat:
IV. 2003.96.
223. (1) Meta jkun sar ordni ta’ stralċ, il-kumpannija titqies li
tkun xolta fil-ħin tal-preżentata tar-rikors għal stralċ:
Iżda meta ordni għal stralċ ikun sar skond l-artikolu
214(2)(b)(iii), il-kumpannija titqies li tkun xolta fid-data li fiha jsir
l-ordni ta’ stralċ:
Iżda wkoll meta ordni għal stralċ ikun sar bis-saħħa ta’ l-
artikolu 218(1)(a), id-data tax-xoljiment tkun id-data li fiha tkun
għaddiet ir-riżoluzzjoni għax-xoljiment u l-istralċ konsegwenzjali
mill-Qorti jew dik id-data wara li tista’ tiġi speċifikata fl-
imsemmija riżoluzzjoni.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), meta,
qabel il-preżentata ta’ rikors ta’ stralċ, tkun għaddiet riżoluzzjoni
straordinarja mill-kumpannija għal xoljiment bi stralċ volontarju,
il-kumpannija titqies li tkun ġiet xolta fil-ħin li tkun għaddiet ir-
riżoluzzjoni, u sakemm il-qorti, fuq prova ta’ frodi jew żball ma
taħsibx li għandha tordna xort’oħra, kull proċedimenti li jkunu
ttieħdu fl-istralċ volontarju jitqiesu li kienu ttieħdu b’mod validu.
Konsegwenzi ta' 
ordni għal stralċ.
Emendat:
XXIV. 1995.362
IV. 2003.97.
224. (1) Ma’ l-egħmil ta’ ordni għal stralċ, jew maċ-ċaħda ta’
rikors għal xoljiment, kopja ta’ l-ordni jew taċ-ċaħda għandha
minnufih tintbagħat mir-Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
(2) Meta jkun sar ordni għal stralċ jew ikun inħatar
amministratur provviżorju, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
228, ma tista’ tittieħed ebda azzjoni jew jinbdew xi proċeduri
kontra l-kumpannija jew il-proprjetà  tagħha ħlief bil-permess tal-
qorti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li tista’ timponi l-qorti.
Kapitolu II - Riċevitur uffiċjali
Riċevitur uffiċjali.
Emendat:
XVII. 2002.232.
225. (1) Il-Ministru għandu jaħtar lil xi individwu biex ikun ir-
riċevitur uffiċjali għall-finijiet ta’ dan l-Att u jista’ f’kull żmien
itemm dik il-kariga jew desinjazzjoni.
(2) Il-Ministru jista’ jawtorizza bil-miktub lil xi individwu biex
jassisti lir-riċevitur uffiċjali, billi jgħaddi lil dik il-persuna kull jew
xi setgħa li tkun tappartjeni lir-riċevitur uffiċjali taħt dan l-Att jew
regolamenti magħmulin taħtu.
(3) Il-Ministru jista’ jippreskrivi regolamenti dwar drittijiet li
għandhom jitħallsu mill-attiv tal-kumpannija għall-qadi tad-
dmirijiet ġenerali tar-riċevitur uffiċjali bħala riċevitur uffiċjali.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      127
Dikjarazzjoni dwar 
il-qagħda tal-
kumpannija 
tingħata lir-
riċevitur uffiċjali.
226. (1) Meta l-qorti tkun għamlet ordni għal stralċ jew ħatret
amministratur provviżorju, għandha ssir u tingħata lill-uffiċjal
riċevitur dikjarazzjoni fuq il-qagħda tal-kumpannija fil-forma
preskritta, jew f’dik il-forma l-oħra li tkun aċċettata mir-riċevitur
uffiċjali, verifikata bil-ġurament, u li turi l-partikolaritajiet tal-
kumpannija dwar l-attiv, id-dejn u l-passiv tagħha, l-ismijiet, ir-
residenza u l-okkupazzjonijiet tal-kredituri tagħha, is-sigurtajiet
miżmuma minnhom rispettivament, id-dati meta s-sigurtajiet kienu
rispettivament mogħtija, u dak it-tagħrif l-ieħor li jista’ jkun
preskritt jew meħtieġ mir-riċevitur uffiċjali.
(2) Id-dikjarazzjoni għandha tkun mogħtija u verifikata minn
persuna waħda jew iktar li fid-data rilevanti jkunu diretturi tal-
kumpannija u minn dawk il-persuni l-oħra hawnhekk iżjed il
quddiem f’dan is-subartikolu msemmija, li r-riċevitur uffiċjali jista
jeħtieġ biex jagħtu u jivverifikaw  id-dikjarazzjoni, jiġifieri,
persuni -
(a) li huma jew kienu uffiċjali tal-kumpannija f’xi żmien
matul it-tliet snin minnufih qabel id-data ta’ l-ordni ta’
l-istralċ; 
(b) li jkunu ħadu sehem fil-formazzjoni tal-kumpannija
f’xi żmien matul sena qabel id-data rilevanti;
(ċ) li jkunu fl-impjieg tal-kumpannija, jew li kien ilhom
fl-impieg tal-kumpannija matul l-imsemmija tnax-il
xahar, u li fil-fehma tar-riċevitur uffiċjali jkunu jistgħu
jagħtu t-tagħrif meħtieġ;
(d) li huma jew li kienu matul l-imsemmija tnax-il xahar
uffiċjali ta’ kumpannija jew impjegati tagħha li, matul
l-imsemmija tnax-il xahar, kienu uffiċjali tal-
kumpannija li għalih tirreferi d-dikjarazzjoni.
(3) Id-dikjarazzjoni għandha tingħata fi żmien wieħed u
għoxrin jum mid-data rilevanti jew f’dak iż-żmien itwal li r-
riċevitur uffiċjali jista’ jistabbilixxi għal raġunijiet speċjali.
(4) Kull persuna li tagħmel jew li taqbel li tagħmel id-
dikjarazzjoni u l-ġurament meħtieġa b’dan l-artikolu tingħata, u
għandha titħallas mir-riċevitur uffiċjali jew mill-amministratur
provviżorju, skond il-każ, mill-attiv tal-kumpannija, dak l-infiq u l-
ispejjeż fit-tħejjija u dwar it-tħejjija u l-għemil tad-dikjarazzjoni u
ġurament kif ir-riċevitur uffiċjali jista’ jikkonsidra xieraq, soġġett
għal appell lill-qorti.
(5) Jekk jidhirlu xieraq ir-riċevitur uffiċjali jista’ -
(a) f’kull żmien jeħles persuna mill-obbligu impost fuqha
taħt is-subartikolu (1) jew (2); jew
(b) inkella meta jagħti l-avviż imsemmi fis-subartikolu (3)
jew wara, itawwal iż-żmien hekk imsemmi,
u meta r-riċevitur uffiċjali jkun irrifjuta li jeżerċita setgħa mogħtija
b’dan is-subartikolu, il-qorti, jekk jidhrilha xieraq, tista’ teżerċita
hi dik is-setgħa.
(6) Jekk xi persuna, mingħajr raġuni xierqa, tonqos li tħares il-
ħtiġiet ta’ dan l-artikolu, din tista’ teħel penali, u, għal kull jum li
  128      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(7) Kull persuna li bil-miktub tiddikjara lilha nnifisha bħala
kreditur jew kontributorju tal-kumpannija jkollha l-jedd jew
waħedha jew bil-mezz ta’ l-aġent tagħha f’kull żmien xieraq, mal-
ħlas tad-dritt preskritt, tispezzjona d-dikjarazzjoni magħmula
skond dan l-artikolu, u li tikseb kopja tagħha jew ta’ estratti
minnha.
(8) F’dan l-artikolu l-espressjoni "data rilevanti" tisser f’każ
fejn ikun maħtur amministratur provviżorju, id-data tal-ħatra
tiegħu, u, fil-każ meta ma ssir ebda ħatra bħal dik, id-data ta’ l-
ordni għal stralċ.
Rapport minn 
riċevitur uffiċjali.
227. (1) Fil-każ li jkun sar ordni għal stralċ, ir-riċevitur
uffiċjali għandu, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun irċieva d-
dikjarazzjoni li għandha tingħata taħt l-artikolu 226 jew, f’każ fejn
hu jew il-qorti tordna li ma għandhiex tingħata dikjarazzjoni, kemm
jista’ jkun malajr wara d-data ta’ l-ordni, jagħmel dak l-istħarriġ li
jidhirlu meħtieġ u jagħti rapport preliminari lill-qorti, jekk il-każ, li
jidhirlu meħtieġ -
(a) dwar l-ammont tal-kapital maħruġ u mħallas, u l-
ammont stmat ta’ l-attiv u l-passiv;
(b) jekk il-kumpannija tkun naqset, dwar ir-raġunijiet tan-
nuqqas; u
(ċ) jekk fil-fehma tiegħu jkunx hemm ħtieġa ta’ iktar
stħarriġ dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-
promozzjoni, formazzjoni jew nuqqas tal-kumpannija
jew it-tmexxija tan-negozju tagħha.
(2) Ir-riċevitur uffiċjali jista’ wkoll, jekk jidhirlu xieraq,
jagħmel rapport ieħor, jew rapporti oħra, fejn jgħid il-mod li bih il-
kumpannija kienet ifformata u jekk fil-fehma tiegħu jkunx sar xi
frodi minn xi persuna fil-promozzjoni jew formazzjoni tagħha jew
minn xi uffiċjal tal-kumpannija minn meta saret il-formazzjoni
tagħha, u kull ħaġa oħra li fil-fehma tiegħu tkun meħtieġa li
titgħarraf lill-qorti.
(3) Jekk ir-riċevitur uffiċjali jgħid f’xi rapport ieħor li fil-
fehma tiegħu jkun sar frodi kif intqal fis-subartikolu (2), il-qorti
jkollha s-setgħat l-oħra mogħtija bl-artikolu 260, bla ħsara għall-
eżerċizzju ta’ kull setgħat oħra li jkollha.
Kapitolu III - Stralċjarji fi stralċ mill-qorti
Ħatra u setgħat ta’ 
amministratur 
provviżorju. 
228. (1) Il-qorti tista’ b’ordni taħtar amministratur provviżorju
f’kull żmien wara li jkun ġie ppreżentat rikors għal stralċ u qabel
ma tagħmel ordni għal stralċ, u jista’ jkun maħtur jew l-uffiċjal
riċevitur jew xi persuna oħra kompetenti.
(2) L-amministratur provviżorju għandu jaqdi dawk il-
funzjonijiet u setgħat dwar l-amministrazzjoni dwar l-estate jew in-
negozju tal-kumpannija kif il-qorti tista’ tispeċifika fl-ordni li
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      129
jaħtru.
(3) L-amministratur provviżorju jibqa’ jżomm dik il-kariga sa
dak iż-żmien li jsir ordni għal stralċ jew ir-rikors għal stralċ ikun
miċħud sakemm ma jirriżenjax qabel dak iż-żmien jew ma
jitneħħiex mill-qorti jekk tintwera raġuni xierqa.
Funzjonijiet ta’ 
riċevitur uffiċjali 
dwar il-kariga ta’ 
stralċjarju.
229. (1) Ir-riċevitur uffiċjali, bis-saħħa tal-kariga tiegħu, isir l-
istralċjarju tal-kumpannija u jkompli fil-kariga sakemm persuna
oħra ssir stralċjarju skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.
(2) Bis-saħħa tal-kariga tiegħu riċevitur uffiċjali jkun
stralċjarju kull meta ma jkunx hemm stralċjarju ieħor.
(3) F’kull żmien matul li jkun stralċjarju tal-kumpannija, ir-
riċevitur uffiċjali jista’ jsejjaħ laqgħat separati tal-kredituri u
kontributorji tal-kumpannija sabiex jagħżel persuna biex tkun
stralċjarju tal-kumpannija minflok ir-riċevitur uffiċjali.
(4) Huwa d-dmir tar-riċevitur uffiċjali li jsejjaħ laqgħat taħt is-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu jekk f’xi żmien ikun hekk mitlub
minn kwart, skond il-valur, tal-kredituri tal-kumpannija.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (3) u (4), ir-
riċevitur uffiċjali għandu fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data ta’ l-
ordni ta’ l-istralċ jagħti avviż lill-qorti u lill-kredituri u l-
kontributuri tal-kumpannija bil-ħsibijiet tiegħu dwar isejjaħx jew le
l-imsemmija laqgħat. L-avviż għandu juri d-dritt tal-kredituri li
joħroġ mis-subartikolu (3).
Għażla ta’ 
stralċjarju f'laqgħat 
ta’ kredituri u 
kontributorji. 
Emendat:
IV. 2003.98.
230. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw meta
kumpannija tkun qed tiġi stralċjata mill-qorti u jissejħu laqgħat
separati tal-kredituri u tal-kontributorji tal-kumpannija sabiex
tingħażel persuna biex tkun stralċjarju tal-kumpannija skond l-
artikolu 229.
(2) Il-kredituri u l-kontributorji jistgħu fil-laqgħat rispettivi
tagħhom jinnominaw persuna biex tkun stralċjarju. In-nomina mill-
kredituri għandha ssir b’riżoluzzjoni tal-kredituri, u n-nomina mill-
kontributorji għandha ssir b’riżoluzzjoni tal-kontributorji.
(3) L-istralċjarju jkun il-persuna nominata mill-kredituri jew,
jekk ebda persuna ma tkun hekk nominata, il-persuna, jekk ikun
hemm, nominata mill-kontributorji.
(4) Meta ebda persuna ma tkun ġiet nominata jew mill-kredituri
jew mill-kontributorji biex tagħmilha ta’ stralċjarju, ir-riċevitur
uffiċjali jista’, f’kull żmien, jagħmel rikors lill-qorti biex taħtar
stralċjarju.
Laqgħat ta’ 
kredituri u 
kontributorji. 
231. (1) Id-dati tal-laqgħat tal-kredituri u tal-kontributorji
għandhom ikunu stabbiliti u l-laqgħat għandhom jissejħu mill-
istralċjarju.
(2) L-avviżi tal-laqgħat tal-kredituri u tal-kontributorji
għandhom jagħtu l-ħin u l-post maħtur għal-laqgħat rispettivi.
Kredituri jkollhom 
jedd jivvotaw.
232. (1) Fil-każ ta’ l-ewwel laqgħa tal-kredituri jew ta’
aġġornament tagħha persuna ma jkollhiex jedd tivvota bħala
  130      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kreditur kemm-il darba ma tkunx iddepożitat ma’ l-istralċjarju,
mhux iktar tard miż-żmien imsemmi għalhekk fl-avviż li jsejjaħ il-
laqgħa jew il-laqgħa aġġornata, prova tad-dejn li hi tgħid li jkun
dovut lilha mill-kumpannija.
(2) Fil-każ ta’ laqgħa oħra tal-kredituri li ssir fi stralċ mill-
qorti, persuna ma jkollhiex jedd li tivvota bħala kreditur kemm-il
darba ma tkunx iddepożitat ma’ l-istralċjarju prova tad-dejn li hi
tgħid li jkun dovut lilha mill-kumpannija u dik il-prova tkun ġiet
aċċettata għal kollox jew f’parti qabel id-data li fiha ssir il-laqgħa.
(3) Iċ-chairman kif provdut fl-artikolu 297(3) ikollu s-setgħa li
jaċċetta jew jiċħad prova tad-dejn ta’ kreditur għall-fini tal-vot,
iżda d-deċiżjoni tiegħu tkun soġġetta għall-appell lill-qorti. Jekk
dan ikollu dubju jekk il-prova tad-dejn ta’ kreditur għandhiex tkun
aċċettata jew miċħuda, iċ-chairman għandu jimmarkaha bħala
oġġezzjonata u jħalli lill-kreditur jivvota, salv li l-vot jista’ jkun
invalidat fil-każ li tkun milqugħa l-oġġezzjoni.
(4) Garanti ta’ dejn dovut mill-kumpannija ma jkunx kreditur
għall-finijiet ta’ dan it-Titolu kemm-il darba ma jkunx ħallas id-
dejn garantit kollu.
Avviż ta’l-ewwel 
laqgħa ta’ l-
uffiċjali tal-
kumpannija. 
233. (1) Ir-riċevitur uffiċjali għandu jagħti lil kull wieħed
mill-uffiċjali tal-kumpannija li, fil-fehma tiegħu għandhom
jattendu għall-ewwel laqgħat tal-kredituri u kontributorji, avviż ta’
sebat ijiem tal-ħin u l-post stabbilit għal kull laqgħa.
(2) Ikun id-dmir ta’ kull uffiċjal li jkun ingħata avviż ta’ dik il-
laqgħa li jattendi jekk hekk meħtieġ mir-riċevitur uffiċjali u jekk
dak l-uffiċjal jonqos li jattendi, ir-riċevitur uffiċjali għandu
jirrapporta dak in-nuqqas lill-qorti.
Sommarju tad-
dikjarazzjoni tal-
qagħda finanzjarja. 
234. (1) Ir-riċevitur uffiċjali għandu wkoll, kemm jista’ jkun
malajr qabel l-ewwel laqgħa, jibgħat lil kull wieħed mill-kredituri
msemmija fid-dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja tal-kumpannija
u lil kull persuna li tkun tidher mir-records tal-kontijiet tal-
kumpannija jew xort’oħra bħala kontributorju tal-kumpannija,
sommarju tad-dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja tal-kumpannija,
li jinkludi r-raġunijiet għan-nuqqas tagħha, u kull osservazzjonijiet
fuqhom li r-riċevitur uffiċjali jidhirlu xieraq li jagħmel, iżda l-
proċedimenti f’laqgħa ma jkunux invalidati minħabba li xi
sommarju kif intqal qabel ma jkunx ingħata jew ma jkunx riċevut
qabel il-laqgħa.
(2) Meta qabel l-ordni għal stralċ, ikun inbeda stralċ volontarju
tal-kumpannija, ir-riċevitur uffiċjali jista’, jekk fid-diskrezzjoni
assoluta tiegħu hekk jidhirlu xieraq li jagħmel, jibgħat lill-
imsemmija persuni jew lil xi wħud minnhom kont ta’ dak l-istralċ
volontarju li juri kif ikun tmexxa dak l-istralċ u kif il-proprjetà  tal-
kumpannija tkun ġiet disposta u kull osservazzjonijiet oħra li jkun
jidhirlu xierqa li jagħmel.
Meta tkun maħtura 
bħala stralċjarju 
persuna li ma 
tkunx ir-riċevitur 
uffiċjali.
235. (1) Meta fl-istralċ ta’ kumpannija mill-qorti tinħatar
bħala stralċjarju persuna li ma tkunx ir-riċevitur uffiċjali, dik il-
persuna -
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      131
(a) ma tkunx tista’ taġixxi bħala stralċjarju sakemm ma
tkunx avżat lir-Reġistratur bil-ħatra tagħha;
(b) għandha tagħti lir-riċevitur uffiċjali dak it-tagħrif u
dak l-aċċess u l-faċilitajiet biex jispezzjona l-kontijiet
u r-records tal-kontijiet u d-dokumenti tal-kumpannija
u b’mod ġenerali dik l-għajnuna li tista’ tkun meħtieġa
sabiex ir-riċevitur uffiċjali jkun jista’ jaqdi d-dmirijiet
tiegħu taħt dan l-Att.
(2) Ir-Reġistratur għandu meta jirċievi avviż tal-ħatra kif
imsemmi fis-subartikolu (1)(a) jirreġistrah.
(3) Sakemm il-persuna maħtura biex taġixxi ta’ stralċjarju tkun
tista’ taġixxi kif imsemmi fis-subartikolu (1)(a), ir-riċevitur
uffiċjali għandu jkompli jagħmilha ta’ stralċjarju.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar 
stralċjarji. 
236. (1) Stralċjarju maħtur skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 230 jista’ jirriżenja jew, fuq rikors minn xi kreditur jew
kontributorju, jista’ jitneħħa mill-qorti jekk din tkun sodisfatta li
hemm raġunijiet biżżejjed għat-tneħħija tiegħu.
(2) Meta persuna barra mir-riċevitur uffiċjali tinħatar bħala
stralċjarju, dik il-persuna titħallas fuq dik il-bażi kif tordna l-qorti.
(3) Aktar minn persuna waħda tista’ tinħatar biex taqdi l-
funzjoni ta’ stralċjarju ta’ kumpannija, u kull stralċjarju hekk
maħtur għandu jitħallas fuq dik il-bażi kif tordna l-qorti.
(4) Vakanza li tinqala’ mill-mewt jew mir-riżenja ta’ stralċjarju
jew mit-tneħħija tiegħu mill-qorti, għandha timtela mill-qorti.
(5) Jekk jinħatru iktar minn stralċjarju wieħed mill-qorti, il-
qorti għandha tiddikjara jekk xi għemil li b’dan l-Att hu meħtieġ
jew awtorizzat li jsir mill-istralċjarju għandux isir mill-persuni
kollha maħtura jew minn waħda jew uħud minnhom.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 305, l-atti ta’
stralċjarju jkunu validi minkejja xi difetti li wara jinstab li jkun
hemm fil-ħatra tiegħu.
Kustodja u kontroll 
ta’ proprjetà  tal-
kumpannija. 
237. Meta kumpannija tkun qed tiġi stralċjata mill-qorti, l-
istralċjarju jew l-amministratur provviżorju, skond il-każ, għandu
jieħu taħt il-kustodja jew il-kontroll tiegħu l-proprjetà  kollha u l-
jeddijiet kollha li hu jkollu raġuni xierqa jaħseb li l-kumpannija
jkollha jedd għalihom.
Setgħa ta’ 
stralċjarju.
Emendat:
IV. 2003.99.
238. (1) Fl-istralċ mill-qorti l-istralċjarju jkollu s-setgħa, bis-
sanzjoni jew tal-qorti jew tal-kumitat ta’ stralċ maħtur taħt id-
disposizzjonijiet tal-Kapitolu IV ta’ dan is-Sub-Titolu-
(a) li jagħmel jew jiddefendi kull azzjoni jew
proċedimenti legali oħra fl-isem u għan-nom tal-
kumpannija;
(b) li jmexxi n-negozju tal-kumpannija safejn dan ikun
meħtieġ għall-benefiċċju ta’ l-istralċ tagħha;
(ċ) li jħallas lill-kredituri skond il-gradwazzjoni tagħhom
bil-liġi;
  132      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(d) li jagħmel kull kompromess jew ftehim mal-kredituri
jew persuni li jgħidu li huma kredituri, jew li jkollhom
jew li jallegaw li jkollhom xi talba, preżenti jew
futura, ċerta jew kontinġenti, aċċertata jew li tista’
tkun dovuta bħala danni kontra l-kumpannija jew li
biha l-kumpannija tista’ tinżamm responsabbli u li
jirreferi xi kwistjoni bħal din għall-arbitraġġ;
(e) li jagħmel sejħiet lill-kontributorji jew allegati
kontributorji u li jagħmel kompromess jew ftehim fuq
djun, obbligi u talbiet tal-kumpannija preżenti jew
futuri, ċerti jew kontinġenti, aċċertati jew li jistgħu
jkunu dovuti bħala danni, li jkunu jeżistu jew meqjusa
li jeżistu bejn il-kumpannija u kontributorju jew
allegat kontributorju jew debitur ieħor jew allegat
debitur u kull kwistjonijiet li b’xi mod għandhom
x’jaqsmu ma’, jew jolqtu, l-attiv jew l-istralċ tal-
kumpannija, b’dawk il-kondizzjonijiet li jkunu
miftiehma, u li jieħu kull sigurtà  għas-sodisfazzjon ta’
kull sejħa, dejn, obbligu jew talba u li jagħti jew
jikkompleta sodisfazzjon dwarhom; u
(f) li jirrapreżenta lill-kumpannija f’kull ħaġa u li jagħmel
dawk il-ħwejjeġ li jkunu meħtieġa biex jiġi stralċjat
in-negozju tal-kumpannija u sabiex jitqassam l-attiv
tagħha:
Iżda l-Qorti tista’ tagħti ordni illi l-istralċjarju jkun jista’,
meta ma jkunx hemm kumitat ta’ stralċ, jeżerċita kull waħda mis-
setgħat imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b) mingħajr il-permess
tal-Qorti.
(2) Fi stralċ mill-qorti l-istralċjarju jkollu b’mod partikolari s-
setgħa -
(a) li jbiegħ beni mobbli u immobbli, magħdud kull jedd,
tal-kumpannija b’irkant pubbliku jew bi ftehim privat
bis-setgħa li jittrasferixxi l-intier jew parti minnu;
(b) li jagħmel kull azzjoni u li jesegwixxi, fl-isem jew
għan-nom tal-kumpannija, kull att, riċevuta u
dokument ieħor;
(ċ) li jiġbor fuq is-sigurtà  ta’ l-attiv tal-kumpannija kull
flus li jkunu meħtieġa; u
(d) li jaħtar mandatarju biex jaġixxi għalih fl-kariga
tiegħu ta’ stralċjarju għal għanijiet partikolari.
(3) Fi stralċ mill-qorti, l-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lill-
istralċjarju b’dan l-artikolu jkunu soġġetti għall-kontroll tal-qorti, u
kull kreditur jew kontributur jista’ jagħmel rikors lill-qorti għal xi
eżerċizzju jew eżerċizzji proposti ta’ xi waħda minn dawk is-
setgħat.
Eżerċizzju u 
kontroll tas-setgħat 
ta’ l-istralċjarju.
239. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
stralċjarju ta’ kumpannija li tkun qed tiġi stralċjata mill-qorti
għandu, fl-amministrazzjoni ta’ l-attiv tal-kumpannija u it-tqassim
tagħhom fost il-kredituri tagħha, iqis kull direttivi li jistgħu
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      133
jingħataw b’riżoluzzjoni tal-kredituri jew kontributorji f’xi laqgħa
ġenerali jew mill-kumitat ta’ stralċ, u kull direttivi mogħtija mill-
kredituri u l-kontributorji flimkien għandhom, jekk ikunu b’konflitt
ma’ xi direttivi mogħtija mill-kumitat ta’ stralċ, jitqiesu li jreġu
dawn ta’ l-aħħar; xort’oħra għandhom ireġu d-direttivi mogħtija
mill-kumitat ta’ stralċ.
(2) L-istralċjarju jista’ jsejjaħ laqgħat ġenerali tal-kredituri jew
kontributorji sabiex jaċċerta x-xewqat tagħhom, u jkun id-dmir
tiegħu li jsejjaħ laqgħat f’dawk iż-żminijiet li l-kredituri jew il-
kontributorji, b’riżoluzzjoni, jew fil-laqgħa li taħtar lill-istralċjarju
jew xort’oħra, jistgħu jeħtieġu, jew kull meta mitlub bil-miktub
biex hekk jagħmel mill-kredituri jew kontributorji skond il-każ, li
jkollhom minn kwart tal-valur.
(3) L-istralċjarju jista’ jagħmel rikors lill-qorti biex tagħti
direttivi dwar kull ħaġa partikolari li tinqala’ fl-istralċ.
(4) Jekk xi persuna tħossha aggravata b’xi għemil jew
deċiżjoni ta’ l-istralċjarju, il-persuna tista’ tagħmel rikors lill-qorti
u l-qorti tista’ tikkonferma, taqleb jew timmodifika l-għemil jew
id-deċiżjoni li dwarha jsir l-ilment, u tagħmel dak l-ordni dwar dan
li jidhrilha ġust.
Kotba li għandhom 
jinżammu mill-
istralċjarju. 
240. Kull stralċjarju ta’ kumpannija li tkun qed tiġi stralċjata
mill-qorti għandu jżomm kotba xierqa li fihom għandu jieħu ħsieb
li jsiru reġistrazzjonijiet jew minuti tal-proċedimenti tal-laqgħat, u
ta’ kull ħaġa oħra li tista’ tkun preskritta.
Ħlasijiet ta’ l-
istralċjarju fil-
bank.
241. (1) Mal-ħatra tiegħu l-istralċjarju għandu javża lir-
Reġistratur b’kull kont tal-bank li l-istralċjarju jkun se juża sabiex
ikun jista’ jirċievi u jagħmel ħlasijiet f’isem il-kumpannija. L-
istralċjarju ma jkunx jista’ jirċievi u jagħmel ħlasijiet sakemm
jagħti dak l-avviż.
(2) Jekk xi stralċjarju jżomm għal iktar min għaxart ijiem
somma li tkun iżjed minn mitejn lira jew dak l-ammont l-ieħor li r-
Reġistratur f’xi każ partikolari jista’ jawtorizzah li jżomm, f’dak il-
każ, jekk ma jispjeġax dak it-tiżmim għas-sodisfazzjon tar-
Reġistratur, dan għandu jħallas l-imgħax fuq l-ammont li hekk
iżomm iktar, bir-rata annwali ta’ żewġ punti perċentwali ’l fuq mir-
rata minima ta’ skont tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u jista’ jeħel telf
tar-rimunerazzjoni kollha tiegħu jew ta’ parti minnha kif il-qorti
jidhrilha xieraq, u jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-qorti, u
jkun ukoll responsabbli li jħallas kull spejjeż li jinqalgħu minħabba
n-nuqqas tiegħu.
(3) Stralċjarju ta’ kumpannija li tkun qed tiġi stralċjata mill-
qorti ma għandux iħallas xi somom riċevuti minnu bħala stralċjarju
f’kont jew kontijiet ħlief f’kont jew kontijiet li jkun avżat lir-
Reġistratur.
(4) Ma jkunx legali li jinħareġ mandat kawtelatorju jew
eżekuttiv fuq xi kontijiet li l-istralċjarju jkun fetaħ skond dan l-
artikolu. 
  134      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Verifika tal-
kontijiet ta’ l-
istralċjarju.
242. (1) Kull stralċjarju ta’ kumpannija li tkun qed tiġi
stralċjata mill-qorti għandu, f’dawk iż-żminijiet li jistgħu jkunu
preskritti iżda mhux inqas minn darbtejn fis-sena matul il-kariga
tiegħu, jibgħat lir-Reġistratur, jew x’imkien ieħor kif ordnat mir-
Reġistratur, kont tar-riċevuti u l-ħlasijiet tiegħu bħala stralċjarju.
(2) Il-kont għandu jkun fil-forma preskritta, isir in duplikat, u
jkun ċertifikat mill-istralċjarju.
Iżda l-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jippreskrivu l-
forma meħtieġa biex isir il-kont.
(3) Ir-Reġistratur jista’ għas-spejjeż tal-kumpannija jġiegħel li
dak il-kont ikun verifikat, u għall-fini tal-verifika l-istralċjarju
għandu jagħti lill-awditur maħtur mir-Reġistratur dawk ir-riċevuti
u tagħrif li jkunu meħtieġa mill-awditur u jista’ f’kull żmien
jeħtieġ il-produzzjoni u l-ispezzjoni ta’ kull records tal-kontijiet
jew dokumenti miżmuma mill-istralċjarju.
(4) Meta l-kont ikun verifikat, kopja tiegħu għandha tkun
konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u l-kopja l-oħra tkun
konsenjata lill-qorti biex tidħol fil-proċess, u kull kopja tkun tista’
tiġi spezzjonata minn kull persuna mal-ħlas tad-dritt preskritt.
Kontroll ta’ 
stralċjarji. 
243. (1) Jekk isir xi rikors lill-qorti minn xi kreditur jew
kontributorju fejn jilmenta dwar l-imġieba ta’ stralċjarju ta’
kumpannija l-qorti għandha tinvestiga l-każ u tieħu dik l-azzjoni li
jidhrilha spedjenti.
(2) Ir-Reġistratur jista’ f’kull żmien jeħtieġ lil xi stralċjarju ta’
kumpannija li tkun qed tiġi stralċjata mill-qorti li jwieġeb għal kull
mistoqsija dwar xi stralċ li minnu jkun inkarigat, u r-Reġistratur
jista’, jekk jidhirlu xieraq, jagħmel rikors lill-qorti biex teżamina
lill-istralċjarju jew lil xi persuna oħra bil-ġurament dwar l-istralċ.
(3) Ir-Reġistratur jista’ jordna wkoll li jsir stħarriġ dwar il-
kontijiet, ir-records tal-kontijiet u d-dokumenti ta’ l-istralċjarju.
Ħelsien ta’ 
stralċjarju mill-
ħatra tiegħu.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
244. (1) Meta l-istralċjarju ta’ kumpannija li tkun qed tiġi
stralċjata mill-qorti jkun irrealizza l-proprjetà  kollha tal-
kumpannija, jew daqshekk minnha li, il-fehma tiegħu, tkun tista’
tiġi realizzata mingħajr ma jtawwal il-likwidazzjoni, u jkun qassam
ħlas finali, jekk il-każ, lill-kredituri, u jkun aġġusta l-jeddijiet tal-
kontributorji bejniethom, u jkun għamel prospett finali, jekk il-każ,
lill-kontributorji, jew ikun irriżenja, il-qorti għandha, fuq rikors ta’
l-istralċjarju, iġġiegħel li jitħejja rapport fuq il-kontijiet ta’ l-
istralċjarju għas-spejjeż tal-kumpannija. Meta tkun sodisfatta li l-
istralċjarju jkun ħares il-ħtiġiet kollha skond dan l-Att u dawk il-
ħtiġiet l-oħra, jekk il-każ, li hi tista’ tistabbilixxi u, wara li tieħu
konsiderazzjoni tar-rapport u ta’ kull oġġezzjoni li tista’ titqajjem
minn xi kreditur jew kontributorju jew persuna oħra li jkollha
interess, il-qorti għandha tgħaddi biex teħles lill-istralċjarju mill-
ħatra tiegħu.
(2) Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu minnufih jikkonsenja avviż
tal-ħelsien lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      135
Kapitolu IV - Kumitati ta’ stralċ meta jsir stralċ mill-qorti
Deċiżjoni dwar 
jekk jinħatarx 
kumitat. 
245. (1) Meta ordni ta’ stralċ ikun sar mill-qorti, il-laqgħa
separata tal-kredituri msemmija fl-artikolu 229 imsejħa bil-għan li
taħtar stralċjarju minflok riċevitur uffiċjali għandha tistabbilixxi
wkoll jekk jaħtarx jew le kumitat ta’ stralċ biex jaġixxi ma’ l-
istalċjarju u min se jkunu l-membri tal-kumitat jekk jinħatar.
(2) Meta kumitat ta’ stralċ ma jkunx ġie maħtur skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), l-istralċjarju, li ma jkunx ir-
riċevitur uffiċjali, jista’ f’kull żmien, jekk jidhirlu xieraq, isejjaħ
laqgħa separata tal-kredituri tal-kumpannija bil-għan li jiġi stabbilit
jekk dan il-kumitat għandux jiġi maħtur jew le u, jekk ikun hekk
deċiż, li jinħatar.
(3) Meta kumitat ta’ stralċ ma jkunx ġie maħtur skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), l-istralċjarju, li ma jkunx ir-
reċivitur uffiċjali, għandu jsejjaħ laqgħa tal-kredituri għal ħatra ta’
dan il-kumitat jekk ikun hekk mitlub li jagħmel minn kwart tal-
valur tal-kredturi tal-kumpannija.
Għamla u 
proċedimenti ta’ 
kumitat ta’ stralċ.
246. (1) Il-kumitat ta’ stralċ jkun magħmul minn mhux iżjed
minn ħames kredituri tal-kumpannija eletti mil-laqgħa tal-kredituri. 
(2) Meta l-laqgħa tal-kredituri ma taħtarx kumitat ta’ stralċ, il-
laqgħa tal-kontributorji tista’ taħtar wieħed mill-membri tagħha
biex jagħmel rikors lill-qorti sabiex din tagħmel ordni lill-
istralċjarju biex tissejjaħ laqgħa oħra tal-kredituri sabiex jitwaqqaf
kumitat ta’ stralċ.
(3) Jekk il-laqgħa tal-kredituri hekk imsejħa ma twaqqafx
kumitat ta’ stralċ, dan tista’ tagħmlu l-laqgħa tal-kontributorji.
(4) F’dak il-każ il-kumitat ikun magħmu1 minn għall-anqas
tlieta u mhux iżjed minn ħames kontributorji eletti b’dik il-laqgħa.
(5) Il-kumitat għandu jiltaqa’ f’dawk iż-żminijiet li jista’
jistabbilixxi minn żmien għal żmien, u, jekk ma jkunx stabbilit dak
iż-żmien, għall-anqas darba kull sitt xhur, u l-istralċjarju jew xi
membru tal-kumitat jista’ wkoll isejjaħ laqgħa tal-kumitat kif u
meta jidhirlu meħtieġ.
(6) Laqgħa tal-kumitat ma tistax tinżamm jekk maġġoranza fin-
numru tal-kumitat ma tkunx preżenti u deċiżjonijiet għandhom
jittieħdu b’maġġoranza fin-numru ta’ membri preżenti fil-laqgħa.
(7) Membru tal-kumitat jista’ jirreżenja b’avviż bil-miktub
iffirmat minnu u konsenjat lill-istalċjarju.
(8) Jekk membru tal-kumitat jonqos li jattendi għal ħames
laqgħat konsekuttivi tal-kumitat mingħajr il-permess ta’ dawk il-
membri li flimkien miegħu jirrappreżentaw lill-kredituri jew
kontributorji, skond il-każ, il-kariga tiegħu għandha ma dan tkun
battala.
(9) Membru tal-kumitat jista’ jitneħħa b’riżoluzzjoni ta’ laqgħa
tal-kredituri, jekk jirrappreżenta lill-kredituri, jew b’riżoluzzjoni
ta’ laqgħa tal-kontributorji, jekk jirrappreżenta kontributorji skond
l-artikolu 298:
  136      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Iżda għandu jingħata għall-anqas avviż ta’ sebat ijiem għal
laqgħa, fejn jingħata l-għan tal-laqgħa.
(10) Meta tinħoloq vakanza fil-kumitat l-istralċjarju għandu
minnufih isejjaħ laqgħa tal-kredituri jew kontributorji, skond il-
każ, biex jimla dik il-vakanza, u l-laqgħa tista’, b’riżoluzzjoni,
taħtar mill-ġdid lill-istess persuna jew taħtar kreditur jew
kontributorju ieħor biex jimla l-vakanza:
Iżda jekk l-istralċjarju, meta jqis il-qagħda fl-istralċ, ikun
tal-fehma li ma jkunx hemm ħtieġa li l-vakanza timtela, jista’
jagħmel rikors lill-qorti biex tordna li l-vakanza ma timteliex, jew
li ma timteliex ħlief f’dawk iċ-ċirkostanzi li jkunu speċifikati fl-
ordni.
(11) Il-membri li jibqgħu fil-kumitat, sakemm mhux inqas minn
tnejn, jistgħu jaġixxu minkejja kull vakanza fil-kumitat.
Setgħat tar-
riċevitur uffiċjali 
meta ma jkunx 
hemm kumitat. 
247. Meta ma jkunx hemm kumitat ta’ stralċ, ir-riċevitur
uffiċjali jista’, fuq talba ta’ l-istralċjarju, jagħmel kull att jew ħaġa
jew jagħti kull direzzjoni jew permess li b’dan l-Att hu awtorizzat
jew meħtieġ li jsir mill-kumitat.
Kapitolu V - Setgħat ġenerali ta’ stralċ mill-qorti fi 
stralċ mill-qorti 
Setgħa li jitwaqqaf 
l-istralċ. 
Emendat:
XXIV. 1995.362.
248. (1) Il-qorti tista’, f’kull żmien wara li jkun sar ordni għal
stralċ, fuq ir-rikors jew ta’ l-istralċjarju jew tar-riċevitur uffiċjali
jew ta’ xi kreditur jew kontributorju, u mal-prova għas-sodifazzjon
tal-qorti li l-proċedimenti kollha dwar l-istralċ għandhom
jitwaqqfu, tagħmel ordni li jwaqqaf il-proċedimenti għal dak iż-
żmien u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-qorti jidhrilha
xieraq. Kull twaqqif tal-proċedimenti bhal dan ma jolqotx il-
kontinwità  fil-validità  u fl-operat ta’ l-ordni ta’ l-istralċ.
(2) Fuq rikors taħt dan l-artikolu l-qorti tista’, qabel tagħmel l-
ordni, teħtieġ lir-riċevitur uffiċjali jew l-istralċjarju li jagħti lill-
qorti rapport dwar xi fatti jew ħwejjeġ li fil-fehma tagħha, ikunu
rilevanti għar-rikors.
(3) Kopja ta’ kull ordni magħmul taħt dan l-artikolu għandha
tintbagħat minnufih mir-Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
Il-lista ta’ 
kontributorji tkun 
aġġornata u użu ta’ 
l-attiv.
249. Kemm jista’ jkun malajr wara ordni għal stralċ, il-qorti
għandha tistabbilixxi lista tal-kontributorji u jkollha s-setgħa li
tirranġa r-reġistru tal-membri, jekk meħtieġ, u għandha ġġiegħel li
jinġabar l-attiv tal-kumpannija, u jintuża biex ikun sodisfatt il-
passiv tal-kumpannija skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 302:
Iżda, meta l-qorti jidhrilha li ma jkunx meħtieġ li jsiru
sejħiet lil kontributorji jew li l-jeddijiet tagħhom ikunu aġġustati,
il-qorti tista’ ma tistabbilixxix lista tal-kontributorji.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      137
Konsenja ta’ 
proprjetà  lill-
istralċjarju. 
250. Il-qorti tista’, f’kull żmien wara ordni għal stralċ, teħtieġ -
(a) kull kontributorju li għal dak iż-żmien ikun fuq il-lista
tal-kontributorji; u
(b) kull persuna li tkun qed iżżomm f’idejha xi flus,
proprjetà  jew records tal-kontijiet u dokumenti li
prima facie jkollha jedd għalihom il-kumpannija, li
tħallas, tikkonsenja, tittrasferixxi jew xort’oħra
tgħaddi dawk il-flus, proprjetà , records tal-kontijiet
jew dokumenti lill-istralċjarju minnufih jew f’dak iż-
żmien kif tordna l-qorti.
Dejn dovut minn 
kontributorju u 
limitu ta’ tpaċija. 
251. (1) Il-qorti tista’ f’kull żmien wara ordni ta’ stralċ, tordna
lil xi kontributorju li għal dak iż-żmien ikun imniżżel fil-lista ta’
kontributorji, li jħallas, bil-mod ordnat, kull flus dovut minnu lill-
kumpannija, barra minn kull flus li għandhom jitħallsu minnu bis-
saħħa ta’ xi sejħa magħmula taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Meta l-kredituri kollha jitħallsu dak li jkollhom jieħdu, kull
flus dovuti akkont ta’ xi ħaġa lil kontributorju mingħand il-
kumpannija jistgħu jitpaċew kontra xi sejħa li ssir wara lilu.
Setgħa li jsiru 
sejħiet.
252. (1) Il-qorti tista’, f’kull żmien wara ordni għal stralċ, u
jew qabel jew wara li tkun aċċertat is-suffiċjenza ta’ l-attiv tal-
kumpannija, tagħmel sejħiet fuq il-kontributorji, kollha jew uħud
minnhom, li għal dak iż-żmien ikunu mniżżlin fil-lista tal-
kontributorji sal-limitu tar-responsabbiltà  tagħhom, biex iħallsu
kull flus li l-qorti jidhrilha meħtieġa biex ikunu sodisfatti d-djun u
l-passiv tal-kumpannija, u l-kost, il-ħlasijiet u l-ispejjeż ta’ l-
istralċ, u għall-aġġustament tal-jeddijiet tal-kontributorji
bejniethom, u li tagħmel ordni għall-ħlas ta’ kull sejħiet hekk
magħmula.
(2) Fl-għemil ta’ sejħa l-qorti tista’ tikkunsidra l-probabbiltà  li
wħud mill-kontributorji jistgħu għal kollox jew f’parti jonqsu li
jħallsu s-sejħa.
Ordni tal-qorti jkun 
prova konklużiva. 
253. Ordni magħmul mill-qorti fuq kontributorju għandu,
suġġett għal kull jedd ta’ appell, ikun prova konklużiva li l-flus,
jekk il-każ, li bih ikunu jidhru li huma dovuti jew ordnati li
jitħallsu, huma dovuti; u l-ħwejjeġ l-oħra kollha pertinenti dikjarati
fl-ordni għandhom jitqiesu li huma verament dikjarati kontra kull
persuni u fil-proċedimenti kollha.
Ħatra ta' manager 
speċjali.
254. (1) L-istralċjarju jew l-amministratur provviżorju jista,
jekk ikun sodisfatt li x-xorta tal-beni jew tan-negozju tal-
kumpannija, jew l-interessi tal-kredituri jew kontributorji b’mod
ġenerali, jeħtieġu l-ħatra ta’ manager speċjali tal-beni jew tan-
negozju tal-kumpannija barra minnu stess, jagħmel rikors lill-qorti
u l-qorti tista’, fuq dak ir-rikors b’ordni taħtar manager speċjali ta’
l-imsemmija beni jew negozju biex jaġixxi matul dak iż-żmien li l-
qorti tista’ tordna, b’dawk il-funzjonijiet u setgħat li jistgħu
jingħataw mill-qorti fl-ordni li jaħtru. Il-manager speċjali għandu
jillimita l-attivitajiet tiegħu għal dawk il-funzjonijiet u setgħat u
għal dawk l-atti li jistgħu jkunu meħtieġa jew konsegwenzjali
għalihom.
  138      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(2) Il-manager speċjali għandu jagħti rendikont b’dak il-mod li
tordna l-qorti.
(3) Il-manager speċjali għandu jirċievi dik ir-rimunerazzjoni li
tista’ tiġi stabbilita mill-qorti.
Żmien għal provi 
ta’ dejn. 
255. Il-qorti tista’ tistabbilixxi żmien jew żminijiet li matulhom
il-kredituri għandhom jipprovaw id-djun jew it-talbiet tagħhom jew
li jkunu esklużi mill-benefiċċju ta’ kull tqassim magħmul qabel ma
jkunu pruvati dawk id-djun.
Aġġustamenti ta’ 
jeddijiet ta’ 
kontributorji. 
256. Il-qorti għandha taġġusta l-jeddijiet tal-kontributorji
bejniethom u tqassam kull ma jifdal fost il-persuni li jkollhom jedd
għalihom.
Spezzjon ta’ kotba 
tal-kumpannija. 
257. (1) Il-qorti tista’, f’kull żmien wara ordni għal stralċ ,
tagħmel dak l-ordni sabiex ikunu spezzjonati il-kontijiet, ir-records
tal-kontijiet u d-dokumenti tal-kumpannija minn kredituri u
kontributorji kif il-qorti jidhrilha xieraq, u kull kontijiet, records
tal-kontijiet u dokumenti li jkunu fil-pussess tal-kumpannija jistgħu
jkunu spezzjonati minn kredituri u kontributorji skond dak l-ordni.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma titqies li teskludi jew
tirrestrinġi xi jeddijiet statutorji ta’ dipartiment tal-gvern jew ta’ xi
awtorità  jew persuna li taġixxi taħt l-awtorità  ta’ xi dipartiment jew
awtorità  bħal dawk.
Ħlas tal-kont ta’ l-
istralċ mill-attiv.
258. (1) Il-qorti tista’, fil-każ li l-attiv ma jkunx biżżejjed biex
jitħallas il-passiv, tagħmel ordni dwar il-ħlas minn dak l-attiv tal-
kost, ħlasijiet u spejjeż magħmula fix-xoljiment u stralċ f’dak l-
ordni ta’ prijorità  li l-qorti jidhrilha xieraq.
(2) Meta tagħmel hekk il-qorti għandha tqis l-ordni ta’ prijorità
ġenerali li ġej -
(a) spejjeż li għandhom jitħallsu lil, jew li jkunu saru mir-
riċevitur uffiċjali jew mill-istralċjarju fil-konservaz-
zjoni, realizzazzjoni jew ġbir ta’ xi attiv tal-
kumpannija; 
(b) kull spejjeż oħra li jkunu saru jew inħarġu mir-
riċevitur uffiċjali jew taħt l-awtorità  tiegħu, magħduda
dawk li jkunu saru fit-tmexxija tan-negozju tal-
kumpannija;
(ċ) ir-rimunerazzjoni ta’ l-amministratur provviżorju, jekk
il-każ; 
(d) l-ispejjeż tar-rikorrent, u ta’ kull persuna oħra li tidher
fuq ir-rikors liema spejjeż ikunu milqugħa mill-qorti;
(e) ir-rimunerazzjoni tal-manager speċjali, jekk ikun
hemm; 
(f) kull ammont li jkollu jitħallas lil persuna mpjegata jew
awtorizzata li tgħin fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni tal-
qagħda finanzjarja jew tal-kontijiet;
(g) kull allowance magħmula b’ordni tal-qorti, għal
spejjeż ta’ rikors għal ħelsien mill-obbligu li tingħata
dikjarazzjoni tal-qagħda finanzjarja, jew għal
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      139
estensjoni taż-żmien sabiex tingħata dikjarazzjoni bħal
dik;
(h) kull infiq meħtieġ magħmul mill-istralċjarju waqt l-
amministrazzjoni tiegħu, magħduda kull spejjeż
magħmula minn membri tal-kumitat ta’ stralċ jew tar-
rappreżentanti tagħhom u aċċettati mill-istralċjarju;
(i) ir-rimunerazzjoni ta’ kull persuna mpjegata mill-
istralċjarju biex taqdi xi servizzi tal-kumpannija, kif
meħtieġ jew awtorizzat bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att;
(j) ir-rimunerazzjoni ta’ l-istralċjarju.
Tħarrik ta’ persuni 
suspettati li 
jkollhom proprjetà  
tal-kumpannija 
eċċ.
259. Il-qorti tista’, f’kull ħin wara l-ħatra ta’ amministratur
proviżorju jew wara l-ordni għal stralċ, tħarrek quddiemha kull
uffiċjal tal-kumpannija jew persuna magħrufa jew suspettata li
jkollha fil-pussess tagħha xi proprjetà  tal-kumpannija jew li
suppost ikollha dejn lejn il-kumpannija, u kull persuna li fil-fehma
tal-qorti tkun tista’ tagħti tagħrif dwar il-promozzjoni, formazzjoni,
kummerċ, negozju, affarijiet jew proprjetà  tal-kumpannija. Il-qorti
tista’ teħtieġ lil kull wieħed minn dawk l-uffiċjali jew persuni biex
jipproduċi kull records tal-kontijiet u dokumenti dwar il-
kumpannija li jkunu fil-kustodja tiegħu.
Setgħa ta’ ordni 
biex ikunu 
eżaminati 
promuturi u 
uffiċjali.
Emendat:
XVII. 2002.233.
260. (1) Meta jkun sar ordni għal stralċ mill-qorti, u r-riċevitur
uffiċjali jkun għamel rapport taħt dan l-Att fejn jiddikjara li fil-
fehma tiegħu jkun twettaq frodi minn xi persuna fil-promozzjoni
jew formazzjoni tal-kumpannija jew minn uffiċjal tal-kumpannija
dwar il-kumpannija minn mindu kienet iffurmata, il-qorti tista’
tordna li dik il-persuna jew dak l-uffiċjal jitressaq quddiem il-qorti
f’jum stabbilit mill-qorti għal dak l-għan u li jkun eżaminat dwar
il-promozzjoni jew formazzjoni jew it-tmexxija tan-negozju tal-
kumpannija jew dwar l-imġieba u trattament tiegħu bħala uffiċjal
tagħha.
(2) Ir-riċevitur uffiċjali għandu jieħu sehem fl-eżami, u għal
dak l-għan jista’ jkun assistit minn avukat.
(3) L-istralċjarju, meta r-riċevitur uffiċjali ma jkunx l-
istralċjarju, u kull kreditur jew kontributorju jista’ jieħu sehem fl-
eżami jew personalment jew rappreżentat minn avukat.
(4) Il-qorti tista’ tagħmel dawk il-mistoqsijiet lill-persuna
eżaminata kif imsemmi fis-subartikolu (1) li l-qorti jidhrilha
xierqa.
(5) Il-persuna tkun eżaminata bil-ġurament u għandha twieġeb
dawk il-mistoqsijiet li jsirulha mill-qorti jew li l-qorti tagħti
permess li jsirulha.
(6) Persuna ordnata li tkun eżaminata taħt dan l-artikolu
għandha, qabel dak l-eżami, tingħata kopja tar-rapport tar-riċevitur
uffiċjali u tista’, għas-spejjeż tagħha tkun mgħejjuna minn avukat,
li jkun jista’ jagħmlilha dawk il-mistoqsijiet li l-qorti jidhrilha
xierqa sabiex tkun tista’ tispjega jew tikkwalifika kull risposta
mogħtija minnha:
Iżda, jekk dik il-persuna tagħmel rikors lill-qorti biex tkun
  140      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
meħlusa minn xi akkużi magħmula jew allegati kontra tagħha, ikun
id-dmir tar-riċevitur uffiċjali li jidher għas-smigħ tar-rikors u
jiġbed l-attenzjoni tal-qorti għal kull ħaġa li fil-fehma tar-riċevitur
uffiċjali tkun rilevanti, u jekk il-qorti, wara li tisma’ kull provi
miġjuba u xhieda msejħa mir-riċevitur uffiċjali, tilqa’ r-rikors, il-
qorti tista’ tiddeċiedi favur ir-rikorrent dawk l-ispejjeż li fid-
diskrezzjoni tagħha jidhrilha xierqa.
(7) In-noti ta’ l-eżami jittieħdu bil-miktub, u jinqraw lil jew
minn, u jkunu ffirmati minn, il-persuna eżaminata, u wara jistgħu
jintużaw bħala xiehda kontra tagħha, u jkunu miftuħa għall-
ispezzjoni ta’ kull kreditur jew kontributorju fil-ħinijiet kollha
xierqa.
(8) Il-qorti tista’, jekk jidhrilha xieraq, taġġorna l-eżami minn
żmien għal ieħor.
(9) Eżami taħt dan l-artikolu jista’, jekk il-qorti hekk tordna,
jinżamm quddiem maġistrat, u s-setgħat tal-qorti jistgħu, f’kull każ
bħal dak, ikunu eżerċitati mill-maġistrat li quddiemu jkun qed isir
l-eżami.
Setgħa għal arrest 
ta’ kontributorju li 
jkun se jaħrab. 
261. Il-qorti, f’kull żmien qabel jew wara ordni għal stralċ, fuq
prova ta’ raġuni probabbli li temmen li kontributorju jkun b’xi mod
se jħalli Malta jew jaħrab jew se jneħħi jew jaħbi xi proprjetà
tiegħu sabiex ikun jista’ jevadi l-ħlas ta’ sejħiet jew biex jevita li
jkun eżaminat dwar l-affarijiet tal-kumpannija, tista’ tordna li
kontributorju ma jħallix Malta u li records tal-kontijiet, dokumenti
u proprjetà  mobbli jinqabdu u l-qorti tista’ tordna ukoll id-
detenzjoni tal-kontributur u li r-records tal-kontijiet, dokumenti u
proprjetà  mobbiljari jinżammu fis-sigurtà  sakemm il-qorti jidhrilha
xieraq.
Is-setgħat tal-qorti 
kumulattivi.
262. Kull setgħat li b’dan l-Att huma mogħtija lill-qorti jkunu
b’żieda ma’ xi setgħat li tista’ teżerċita xi persuna taħt dan l-Att li
jinbdew proċeduri kontra kontributorju jew debitur tal-kumpannija
jew il-beni ta’ xi kontributorju jew debitur, għall-ġbir ta’ xi sejħa
jew somom oħra.
Stralċjarju jeżerċita 
ċerti setgħat tal-
qorti. 
263. Is-setgħat mogħtija u d-dmirijiet imposti fuq il-qorti b’dan
l-Att dwar il-ħwejjeġ li ġejjin -
(a) kif jinżammu u jitmexxew laqgħat biex ikunu aċċertati
x-xewqat tal-kredituri u kontributorji;
(b) il-preparazzjoni tal-listi ta’ kontributorji u r-rettifika
tar-reġistru tal-membri meta dan ikun meħtieġ, u l-ġbir
u l-applikazzjoni ta’ l-attiv;
(ċ) il-ħlas, konsenja, twassil, għoti jew trasferiment ta’
flus, proprjetà , records tal-kontijiet jew dokumenti lill-
istralċjarju;
(d) l-għemil ta’ sejħiet;
(e) li jkun stabbilit iż-żmien li fih djun u talbiet għandhom
ikunu pruvati;
jistgħu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ kull
disposizzjoni magħmula taħt dan l-Att, ikunu eżerċitati jew
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      141
magħmula mill-istralċjarju, suġġett għall-kontroll tal-qorti:
Iżda l-istralċjarju ma għandux, mingħajr il-permess speċjali
tal-qorti, jirrettifika r-reġistru tal-membri u ma għandux jagħmel xi
sejħa jew mingħajr il-permess speċjali tal-qorti jew mingħajr is-
sanzjoni tal-kumitat ta’ stralċ.
Tħassir ta’ isem ta’ 
kumpannija mir-
reġistru.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
264. (1) Meta l-affarijiet tal-kumpannija jkunu stralċjati għal
kollox u l-ħtiġijiet ta’ l-artikolu 244 ikunu tħarsu, il-qorti għandha
tagħmel ordni li l-isem tal-kumpannija jitħassar mir-reġistru mid-
data ta’ l-ordni.
(2) Kopja ta’ l-ordni għandha fi żmien erbatax-il jum mid-data
tiegħu tintbagħat mir-Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur li għandu
jħares dak l-ordni.
SUB-TITOLU II - STRALĊ VOLONTARJU 
Kapitolu I - Disposizzjonijiet Ġenerali
Avviż ta’ 
riżoluzzjoni għal 
xoljiment u stralċ 
volontarju 
konsegwenzjali. 
Emendat:
IV. 2003.103.
265. (1) Meta kumpannija tkun għaddiet riżoluzzjoni għax-
xoljiment u stralċ volontarju konsegwenzjali, din għandha, fi żmien
erbatax-il jum wara d-data tax-xoljiment tal-kumpannija,
tikkonsenja avviż tar-riżoluzzjoni lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
(2) Fin-nuqqas ta’ tħaris mill-kumpannija ta’ dan l-artikolu kull
stralċjarju jew uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas jista’ jeħel
penali, u, għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Data ta’ xoljiment 
fi stralċ volontarju.
Emendat:
IV. 2003.104.
266. Meta kumpannija tkun xolta skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 214(1)(b), id-data tax-xoljiment għandha tkun id-data li
fiha tgħaddi r-riżoluzzjoni tax-xoljiment u stralċ volontarju
konsegwenzjali:
Iżda meta l-Qorti tkun ordnat li l-kumpannija tkun stralċjata
volontarjament bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214(3),
il-kumpannija għandha titqies li tkun xoljiet mid-data li fiha jkun
preżentat ir-rikors għall-istralċ.
Effetti ta’ stralċ 
volontarju. 
267. (1) Fil-każ ta’ stralċ volontarju, il-kumpannija għandha
mid-data tax-xoljiment, tieqaf milli tkompli n-negozju tagħha ħlief
safejn dan ikun meħtieġ għall-benefiċċju ta’ l-istralċ tagħha.
(2) Kull trasferiment ta’ azzjonijiet, li ma jkunx trasferiment
magħmul bis-sanzjoni bil-miktub ta’ l-istralċjarju, u kull tibdil fl-
istat tal-membri tal-kumpannija, magħmula wara, jew hekk
magħmula li jkollhom effett wara, id-data tax-xoljiment, ikun null.
Dikjarazzjoni ta’ 
solvenza.
268. (1) Meta jkun propost ix-xoljiment u l-istralċ volontarju
ta’ kumpannija skond l-artikolu 214(1)(b), id-diretturi tal-
kumpannija, jew fil-każ ta’ kumpannija li jkollha iktar minn żewġ
diretturi, il-maġġoranza tad-diretturi, jistgħu, f’laqgħa tad-diretturi
jagħmlu dikjarazzjoni fis-sens li jkunu għamlu stħarriġ sħiħ fl-
  142      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
affarijiet tal-kumpannija, u li, wara li għamlu dan, ikunu tal-fehma
li l-kumpannija tkun tista’ tħallas id-djun tagħha kollha matul dak
iż-żmien li ma jkunx iżjed minn tnax-il xahar mid-data tax-
xoljiment kif jista’ jkun speċifikat fid-dikjarazzjoni.
(2) Dikjarazzjoni magħmula skond is-subartikolu (1) ma
jkollhiex effett għall-finijiet ta’ dan l-Att kemm-il darba -
(a) ma ssirx fix-xahar minnufih qabel id-data li fiha
tgħaddi r-riżoluzzjoni għax-xoljiment u stralċ
volontarju konsegwenzjali tal-kumpannija u ma tkunx
konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni flimkien
ma’ l-avviż ta’ l-imsemmija riżoluzzjoni skond l-
artikolu 265(1); u
(b) ma jkunx fiha dikjarazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv tal-
kumpannija magħmula sa data li ma tkunx qabel id-
data tad-dikjarazzjoni b’iktar minn tliet xhur.
(3) Meta il-qorti tkun ordnat li l-kumpannija tkun stralċjata
volontarjament bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214(3),
il-qorti għandha, qabel ma tagħmel l-ordni ta’ l-istralċ teħtieġ lid-
diretturi tal-kumpannija biex jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija
fis-subartikolu (1) f’dak iż-żmien li tista’ tistabbilixxi u d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) u tas-subartikolu (2)(b)
għandhom japplikaw f’dan is-sens.
(4) Kull direttur tal-kumpannija li jagħmel dikjarazzjoni taħt
dan l-artikolu mingħajr ma jkollu raġunijiet xierqa għall-fehma li l-
kumpannija tkun tista’ tħallas id-dejn kollu tagħha fiż-żmien
speċifikat fid-dikjarazzjoni ikun ħati ta’ reat u jekk jinstab ħati
jista’ jeħel multa ta’ mhux aktar minn għoxrin elf lira jew
priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien; u jekk id-djun tal-kumpannija ma
jitħallsux jew ma jsirx provediment għalihom iż-żmien imsemmi
fid-dikjarazzjoni, ikun preżunt, sakemm ma jintweriex kuntrarju, li
d-direttur ma kellux bażi xierqa għall-fehma tiegħu.
(5) Stralċ li dwaru tkun saret u ġiet konsenjata dikjarazzjoni
skond dan l-artikolu qiegħed f’dan l-Att jissejjaħ "stralċ volontarju
tal-membri", u stralċ fil-każ li ma tkunx saret u ġiet konsenjata
dikjarazzjoni kif intqal qabel qiegħed f’dan l-Att jissejjaħ "stralċ
volontarju tal-kredituri".
Kapitolu II - Disposizzjonijiet applikabbli għal stralċ 
volontarju tal-membri
Disposizzjonijiet 
dwar stralċ 
volontarju tal-
membri.
269. Id-disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikoli 270 sa 275
għandhom, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 276,
japplikaw dwar stralċ volontarju tal-membri.
Ħatra, 
rimunerazzjoni u 
tneħħija ta’ 
stralċjarji.
Emendat:
IV. 2003.106.
270. (1) Il-kumpannija għandha, b’riżoluzzjoni straordinarja,
taħtar stralċjarju għall-fini ta’ l-istralċ ta’ l-affarijiet u t-tqassim ta’
l-attiv tal-kumpannija, u tista’ tistabbilixxi r-rimunerazzjoni li
titħallaslu.
(2) Ħlief meta kumpannija tkun ħatret stralċjarju fil-laqgħa li
fiha r-riżoluzzjoni straordinarja msemmija fl-artikolu 214(1)(b)
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      143
tkun ġiet mgħoddija, id-diretturi għandhom isejħu laqgħa ġenerali
tal-kumpannija, li għandha tinżamm sa tletin jum mid-data tax-
xoljiment, għall-fini tas-subartikolu (1).
(3) Jekk għal xi raġuni, stralċjarju ma jinħatarx mil-laqgħa
ġenerali, kull direttur għandu jagħmel rikors lill-qorti għall-ħatra
ta’ stralċjarju u l-ħatra ssir mill-qorti; ir-rikors lill-qorti għall-ħatra
ta’ stralċjarju taħt dan is-subartikolu għandu jsir sa erbatax-il jum
mid-data li għaliha kienet issejħet il-laqgħa ġenerali msemmija fis-
subartikolu (2).
(4) Fin-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikoli
(2) u (3) mid-diretturi, kull direttur li jkun naqas jista’ jeħel penali,
u għal kull jum li matulu jkompli in-nuqqas, penali oħra.
(5) Minkejja s-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, meta l-
qorti tkun ordnat li l-kumpannija tkun stralċjata volonta-rjament
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214(3), u tkun saret
dikjarazzjoni skond l-artikolu 268, il-qorti għandha fl-ordni ta’ l-
istralċ, fid-diskrezzjoni assoluta tagħha, jew taħtar stralċjarju
għall-fini ta’ l-istralċ ta’ l-affarijiet u t-tqassim ta’ l-attiv tal-
kumpannija u tistabbilixxi r-rimunerazzjoni li titħallaslu; jew tagħti
d-direttivi meħtieġa biex tinżamm laqgħa ġenerali sabiex taħtar
stralċjarju u sabiex tistabbilixxi r-rimunerazzjoni li titħallaslu.
(6) Stralċjarju maħtur skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jista’ jitneħħa b’riżoluzzjoni straordinarja tal-kumpannija,
ħlief meta jkun maħtur mill-qorti skond dan l-artikolu.
Vakanza fil-kariga 
ta’ stralċjarju. 
Emendat:
IV. 2003.107.
271. (1) Jekk tinħoloq vakanza fil-kariga ta’ stralċjarju maħtur
mill-kumpannija minħabba mewt, riżenja jew tneħħija, il-
kumpannija tista’, b’riżoluzzjoni straordinarja, timla l-vakanza.
(2) Għall-għan tas-subartikolu (1) laqgħa ġenerali tista’
tissejjaħ minn xi membru, kontributorju jew, jekk ikun hemm iktar
minn stralċjarju wieħed, mil-likwidatur jew stralċjarji li jibqgħu, u
avviż tal-laqgħa jingħata sa erbatax-il jum minn meta tinħoloq il-
vakanza msemmija fis-subartikolu (1).
(3) Il-laqgħa ġenerali ssir bil-mod provdut b’dan l-Att jew bil-
memorandum u l-istatut, jew b’dak il-mod li jista’ jkun stabbilit
mill-qorti fuq rikors ta’ xi membru, kontributorju jew ta’ l-
istralċjarju li jibqa’.
(4) Jekk għal xi raġuni tkun li tkun stralċjarju ma jinħatarx bil-
mod speċifikat fis-subartikolu (1), jew jekk il-vakanza tiġri fil-
kariga ta’ stralċjarju maħtur mill-Qorti, kull membru, kontributorju
jew stralċjarju jew stralċjarji li jibqgħu jistgħu, f’kull żmien wara,
jagħmlu rikors lill-qorti għall-ħatra ta’ stralċjarju, u l-ħatra
għandha ssir mill-qorti.
Dmir ta’ stralċjarju 
f’każ ta’ 
insolvenza. 
272. (1) Jekk l-istralċjarju, f’xi żmien wara li tkun saret
dikjarazzjoni skond l-artikolu 268, ikun tal-fehma li l-kumpannija
mhux se tkun tista’ tħallas id-djun tagħha fiż-żmien imsemmi f’dik
id-dikjarazzjoni, għandu minnufih isejjaħ laqgħa tal-kredituri, u
jqiegħed quddiem il-laqgħa dikjarazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv tal-
kumpannija u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 276 għandhom
japplikaw.
  144      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(2) Jekk l-istralċjarju jonqos li jħares dan l-artikolu jkun jista’
jeħel penali.
Stralċjarju jagħmel 
laqgħa ġenerali 
meta l-istralċ idum 
iktar minn tnax-il 
xahar.
273. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 276, fil-
każ li l-istralċ idum iktar minn tnax-il xhar, l-istralċjarju għandu
jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-kumpannija fi tmiem l-ewwel tnax-il
xahar mill-bidu ta’ l-istralċ, u għal kull żmien sussegwenti ta’ tnax-
il xahar, jew fl-ewwel data konvenjenti fi żmien tliet xhur mit-
tmiem ta’ tnax-il xahar jew f’dak iż-żmien itwal li r-Reġistratur
jagħti permess għalih, u għandu jqiegħed quddiem il-laqgħa
rendikont ta’ l-atti u n-negozji tiegħu u tat-tmexxija ta’ l-istralċ
matul it-tnax-il xhar ta’ qabel, flimkien ma’ sommarju ta’ riċevuti u
spejjeż.
(2) Jekk l-istralċjarju jonqos li jħares id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) ikun jista’ jeħel penali.
(3) Membru jew membri li jkollhom mhux anqas minn
proporzjon ta’ minn għaxra wieħed tal-kapital azzjonarju mħallas
bil-jedd tal-vot f’laqgħat ġenerali tal-kumpannija jistgħu f’kull
żmien, b’talba bil-miktub jeħtieġu lill-istralċarju biex isejjaħ
laqgħa ġenerali tal-kumpannija. Dik it-talba għandha tkun iffirmata
minn dak il-membru jew dawk il-membri li għandhom jagħtu l-
għanijet tal-laqgħa.
Laqgħa finali. 
Emendat:
IV. 2003.108.
274. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 276, kif
l-affarijiet tal-kumpannija jkunu stralċjati finalment, l-istralċjarju
għandu jagħmel rendikont ta’ l-istralċ, fejn juri kif ikun tmexxa l-
istralċ u kif il-proprjetà  tal-kumpannija tkun ġiet disposta, u
għandu jagħmel skema ta’ distribuzzjoni li turi l-ammont dovut
dwar kull azzjoni mill-attiv tal-kumpannija, meta applikabbli, u
għandu jieħu ħsieb li r-rendikont ikun verifikat minn awditur jew
awdituri maħtura b’riżoluzzjoni tal-kumpannija, jew fin-nuqqas ta’
dan mill-qorti. L-istralċjarju ma’ dan għandu jsejjaħ laqgħa
ġenerali tal-kumpannija sabiex iqiegħed quddiemha r-rendikont u l-
iskema ta’ distribuzzjoni, jekk il-każ, u flimkien mar-rapport ta’ l-
awdituri, u jagħti spjegazzjoni tiegħu.
(2) Fi żmien sebat ijiem wara l-laqgħa, l-istralċjarju għandu
jibgħat lir-Reġistratur kopja tar-rendikont u ta’ l-iskema tad-
distribuzzjoni, jekk il-każ, flimkien mar-rapport ta’ l-awdituri u
għandu jagħmillu prospett tal-laqgħa li tkun saret u bid-data
tagħha, u jekk il-kopja ma tintbagħtx u l-prospett ma jsirx skond
dan is-subartikolu l-istralċjarju jista’ jeħel penali, u, għal kull jum
li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra:
Iżda, jekk ma jkunx hemm preżenti quorum għal-laqgħa, l-
istralċjarju għandu, minflok il-prospett imsemmi f’dan is-
subartikolu, jagħmel prospett li l-laqgħa kienet imsejħa kif imiss u
ebda quorum ma kien preżenti għaliha, u malli jsir dak il-prospett
id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu dwar l-għemil tal-
prospett jitqiesu li jkunu tħarsu.
(3) Jekk l-istralċjarju jonqos li jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-
kumpannija kif meħtieġ b’dan l-artikolu, dan jista’ jeħel penali.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 153 għandhom japplikaw
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      145
għal awditur maħtur skond is-subartikolu (1), u l-kliem "fit-tliet
snin ta’ qabel" fl-imsemmi artikolu 153 għandhom jiftehmu bħala li
jirreferu għat-tliet snin ta’ qabel minnufih qabel id-data tax-
xoljiment. Dak l-awditur m’għandux ikun persuna li kienet iżżomm
il-kariga ta’ awditur tal-kumpannija f’xi żmien matul it-tliet snin
minnufih qabel id-data tax-xoljiment.
Tħassir ta’ isem ta’ 
kumpannija mir-
reġistru.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
275. (1) Malli jirċievi r-rendikont u l-iskema tad-
distribuzzjoni, jekk il-każ, flimkien mar-rapport ta’ l-awdituri u
wieħed mill-prospetti imsemmija fl-artikolu 274(2), ir-Reġistratur
għandu jirreġistrahom minnufih, u malli jgħaddu tliet xhur mill-
pubblikazzjoni ta’ l-avviż imsemmi fl-artikolu 401(1)(e) ir-
Reġistratur għandu jħassar l-isem tal-kumpannija minn fuq ir-
reġistru.
Iżda l-qorti tista’, fuq rikors magħmul fi żmien it-tliet xhur
imsemmija mill-istralċjarju jew minn xi persuna oħra li fil-fehma
tal-qorti jkollha nteress, tagħmel ordni li jiddiferixxi d-data li fiha
l-isem tal-kumpannija għandu jitħassar mir-reġistru għal dak iż-
żmien li l-qorti jidhrilha xieraq u bla ħsara għal dawk il-
kondizzjonijiet li l-qorti tista’ tagħmel.
(2) Meta l-qorti tagħmel ordni taħt il-proviso għas- subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu, ir-Reġistratur tal-Qrati għandu minnufih
jibgħat kopja tiegħu lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u r-
Reġistratur għandu jiddiferixxi l-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) skond l-ordni mill-qorti kif
imsemmi f’dak is-subartikolu.
Disposizzjonijiet 
alternattivi f’każ 
ta’ insolvenza.
276. Meta d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 272 ikollhom effett,
l-artikoli minn 283 sa 285 għandhom japplikaw għall-istralċ
minflok l-artikoli 273 sa 275 daqslikieku l-istralċ kien stralċ
volontarju tal-kredituri u mhux stralċ volontarju tal-membri.
Kapitolu III - Disposizzjonijiet applikabbli għal stralċ 
votontarju tal-kredituri 
Disposizzjonijiet 
applikabbli għal 
stralċ volontarju 
tal-kredituri. 
277. Id-disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikoli 278 sa 285
għandhom japplikaw dwar stralċ volontarju tal-kredituri.
Laqgħa tal-
kredituri.
278. (1) Id-diretturi tal-kumpannija għandhom jieħdu ħsieb li
ssir laqgħa tal-kredituri tal-kumpannija li tissejjaħ għal jum li ma
jkunx iktar tard mill-erbatax-il jum mill-jum tal-laqgħa ġenerali
tal-kumpannija li fiha tkun se tiġi proposta r-riżoluzzjoni għax-
xoljiment u stralċ volontarju konsegwenzjali, u għandhom jieħdu
ħsieb li l-avviż ta’ l-imsemmija laqgħa tal-kredituri jintbagħat bil-
posta lill-kredituri għall-inqas sebat ijiem qabel id-data ta’ dik il-
laqgħa.
(2) Id-diretturi tal-kumpannija għandhom -
(a) jieħdu ħsieb li dikjarazzjoni sħiħa tal-qagħda
finanzjarja tal-kumpannija, flimkien ma’ lista tal-
  146      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kredituri tal-kumpannija u l-ammont stmat tat-talbiet
tagħhom jitqiegħdu quddiem il-laqgħa tal-kredituri li
ssir kif intqal qabel; u
(b) jaħtru wieħed minnhom biex jippresjedi l-imsemmija
laqgħa.
(3) Ikun id-dmir tad-direttur maħtur biex jippresjedi l-laqgħa
tal-kredituri li jattendi l-laqgħa u jippresjedi fiha.
(4) Meta l-qorti tkun ordnat li l-kumpannija tkun stralċjata
volontarjament bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214(3)
u ma tkunx saret dikjarazzjoni skond l-artikolu 268, il-qorti
għandha, fid-diskrezzjoni assoluta tagħha, tiddeċiedi jekk taħtarx
stralċjarju jew le hi stess fl-ordni ta’ l-istralċ. Meta stralċjarju ma
jkunx hekk maħtur, il-laqgħa ġenerali tal-kumpannija u l-laqgħa
tal-kredituri msemmija f’dan l-artikolu, għandhom jissejħu fi
żmien erbatax-il jum mid-data ta’ l-ordni ta’ l-istralċ, u avviż dwar
dan għandu jingħata mid-diretturi tal-kumpannija għall-anqas sebat
ijiem qabel id-data ta’ dawk il-laqgħat; u disposizzjonijiet tas-
subartikoli (2) u (3) għandhom japplikaw.
(5) Id-diretturi tal-kumpannija għandhom jieħdu ħsieb li l-
avviż tal-laqgħa tal-kredituri msemmija f’dan l-artikolu jkun
pubblikat darba f’għall-anqas gazzetta waħda ta’ kuljum.
(6) Fin-nuqqas tad-diretturi, jew tad-direttur, skond il-każ, li
jħarsu xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull
direttur li jonqos jista’ jeħel penali.
Ħatra u tneħħija ta’ 
stralċjarju.
Emendat:
IV. 2003.109.
279. (1) Il-kredituri u l-kumpannija fil-laqgħat rispettivi
tagħhom imsemmija fl-artikolu 278 jistgħu jinnominaw persuna
biex tkun stralċjarju għall-fini ta’ l-istralċ ta’ l-affarijiet u tqassim
ta’ l-attiv tal-kumpannija. Il-persuna nominata bħala stralċjarju
mill-kredituri għandha ssir b’riżoluzzjoni tal-kredituri, u n-nomina
mill-kumpannija għandha ssir b’riżoluzzjoni straordinarja tal-
kumpannija. U jekk il-kredituri u l-kumpannija jinnominaw persuni
differenti, il-persuna nominata mill-kredituri tkun l-istralċjarju, u
jekk ebda persuna ma tkun nominata mill-kredituri, il-persuna, jekk
ikun hemm, nominata mill-kumpannija għandha tkun stralċjarju.
(2) Fejn ebda persuna ma tkun nominata bħala stralċjarju jew
mill-kredituri jew mill-kumpannija, kull direttur tal-kumpannija
għandu jagħmel rikors lill-qorti għall-ħatra ta’ stralċjarju fi żmien
erbatax-il jum wara d-data li fiha il-laqgħa tal-kredituri msemmija
fl-artikolu 278 tkun ġiet imsejħa, u l-ħatra ssir mill-qorti.
(3) Fin-nuqqas tad-diretturi li jħarsu d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2), kull direttur li jkun fin-nuqqas jista jeħel penali u
għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(4) Stralċjarju maħtur skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jista’ jitneħħa b’riżoluzzjoni tal-kredituri ħlief meta jkun
inħatar mill-qorti skond l-artikolu 278 jew skond dan l-artikolu.
(5) F’dan l-artikolu, riżoluzzjoni tal-kredituri għandu jkollha l-
istess tifsir kif mogħti lilha taħt l-artikolu 298.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      147
Kumitat ta’ stralċ.
Emendat:
IV. 2003.110.
280. (1) Il-kredituri fil-laqgħa miżmuma skond l-artikolu 278,
jew f’xi laqgħa wara jistgħu, jekk jidrilhom xieraq, b’riżoluzzjoni
jaħtru mhux iktar minn ħames rapreżentanti tal-kredituri f’kumitat
ta’ stralċ, u jekk dak il-kumitat ikun maħtur, il-kontributuri jistgħu
b’riżoluzzjoni jaħtru sa ħames persuni biex jaġixxu bħala r-
rappreżentanti tagħhom fuq il-kumitat:
Iżda l-kredituri jistgħu, jekk jidhrilhom xieraq, jirriżolvu li
l-persuni kollha, jew uħud minnhom, hekk maħtura mill-
kumpannija ma għandhomx ikunu membri tal-kumitat ta’ stralċ, u,
jekk il-kredituri hekk jirriżolvu, il-persuni msemmija fir-
riżoluzzjoni ma għandhomx, kemm-il darba l-qorti ma tordnax
xort’oħra, ikunu kwalifikati biex jaġixxu bħala membri tal-kumitat,
u fuq kull rikors lill-qorti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu l-qorti tista’, jekk jidhrilha xieraq, taħtar persuni oħra
biex jaġixxu bħala dawk il-membri minflok il-persuni msemmija
fir-riżoluzzjoni.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jew kif
jista’ jiġi xort’oħra preskritt, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 246,
barra mis-subartikoli (1) sa (4) tiegħu, għandhom japplikaw dwar
kumitat ta’ stralċ maħtur taħt dan l-artikolu kif japplikaw dwar
kumitat ta’ stralċ maħtur fi stralċ mill-qorti.
Rimunerazzjoni ta’ 
l-istralċjarju. 
281. Il-kumitat ta’ stralċ jew, jekk ma jkunx hemm dak il-
kumitat, il-kredituri, għandhom jistabbilixxu l-bażi ta’
rimunerazzjoni li titħallas lill-istralċjarju jew lill-istralċjarji.
Vakanza fil-kariga 
ta’ stralċjarju. 
Emendat:
IV. 2003.111.
282. Jekk tinħoloq vakanza fil-kariga ta’ likwidatur minħabba
mewt, riżenja jew tneħħija liema stralċjarju ma jkunx maħtur mill-
Qorti, għandu jinħatar stralċjarju ġdid skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 279(1):
Iżda jekk stralċjarju ma jinħatarx skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-imsemmi subartikolu, kull membru jew kreditur tal-
kumpannija jista’ jagħmel rikors lill-qorti għall-ħatra ta’ stralċjarju
u l-ħatra ssir mill-qorti.
Stralċjarju jagħmel 
laqgħa tal-
kumpannija u tal-
kredituri meta l-
istralċ idum iżjed 
minn tnax-il xahar. 
Emendat:
IV. 2003.112.
283. (1) Fil-każ li stralċ idum iktar minn tnax-il xhar l-
istralċjarju għandu jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-kumpannija fi tmiem
l-ewwel tnax-il xahar minn meta jibda l-istralċ, u fit-tmiem ta’ kull
tnax-il xahar jew fl-ewwel data konvenjenti fi żmien tliet xhur mit-
tmiem tas-sena jew f’dak iż-żmien itwal li r-Reġistratur jista’ jagħti
permess għalih, u għandu jqiegħed quddiem il-laqgħat rendikont ta’
l-atti u n-negozju tiegħu u tat-tmexxija ta’ l-istralċ matul it-tnax-il
xahar ta’ qabel u sommarju ta’ dħul u nfiq.
(2) Jekk l-istralċjarju jonqos li jħares id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), dan jista’ jeħel penali.
(3) Membru jew membri li jkollhom mhux inqas minn
proporzjon ta’ minn għaxra wieħed tal-kapital azzjonarju mħallas
bil-jedd tal-vot f’laqgħat ġenerali tal-kumpannija jew kreditur jew
kredituri li jirrappreżentaw mhux inqas minn għaxra wieħed fil-
valur tal-kredituri tal-kumpannija jistgħu, f’kull żmien, b’talba bil-
miktub jeħtieġu lill-istralċjarju biex isejjaħ laqgħa ġenerali tal-
kumpannija, jew laqgħa tal-kredituri, skond il-każ. Dik it-talba
  148      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
għandha tkun iffirmata minn dak il-membru jew dawk il-membri,
jew minn dak il-kreditur jew dawk il-kredituri, skond il-każ, u
għandhom jagħtu l-għanijiet tal-laqgħa.
Laqgħat finali. 284. (1) Kif l-affarijiet tal-kumpannija jkunu stralċjati
finalment, l-istralċjarju għandu jagħmel rendikont ta’ l-istralċ, fejn
juri kif tmexxa l-istralċ u kif il-proprjetà  tal-kumpannija tkun
disposta, u għandu jagħmel skema ta’ distribuzzjoni li turi l-
ammont dovut dwar kull azzjoni mill-attiv tal-kumpannija, meta
applikabbli. Hu għandu ma’ dan isejjaħ laqgħa ġenerali tal-
kumpannija u laqgħa tal-kredituri sabiex iqiegħed quddiem il-
laqgħat ir-rendikont u l-iskema tad-distribuzzjoni, jekk il-każ, u
jagħti spjegazzjoni tiegħu.
(2) Fi żmien sebat ijiem wara d-data tal-laqgħat jew, jekk il-
laqgħat ma jsirux fl-istess data, wara d-data ta’ l-aħħar laqgħa, l-
istralċjarju għandu jibgħat kopja tar-rendikont u ta’ l-iskema tad-
distribuzzjoni, jekk il-każ, lir-Reġistratur, u għandu jagħmel
prospett tal-laqgħat li jkunu saru u bid-dati tagħhom; u jekk il-
kopja ma tintbagħtx jew il-prospett ma jsirx skond dan is-
subartikolu l-istralċjarju jista’ jeħel penali, u, għal kull jum li
matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra:
Iżda, jekk ma jkunx hemm preżenti quorum f’xi waħda
minn dawk il-laqgħat, l-istralċjarju għandu, minflok il-prospett
imsemmi, jagħmel prospett li dik il-laqgħa kienet imsejħa kif imiss
u ebda quorum ma kien preżenti għaliha, u malli jsir dak il-prospett
id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu dwar l-għemil tal-
prospett għandhom, dwar dik il-laqgħa, jitqiesu li jkunu saru.
(3) Jekk l-istralċjarju jonqos li jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-
kumpannija jew laqgħa tal-kredituri kif meħtieġ b’dan l-artikolu,
dan jista’ jeħel penali.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 274(4) għandhom
japplikaw għal awditur maħtur skond is-subartikolu (1).
Tħassir ta’ isem ta’ 
kumpannija mir-
reġistru. 
Emendat:
XXIV. 1995.362.
285. (1) Malli jirċievi r-rendikont u l-iskema ta’
distribuzzjoni, jekk il-każ, flimkien mar-rapport ta’ l-awditur u,
dwar kull waħda minn dawk il-laqgħat, il-prospett jew il-prospetti
kif imsemmija fl-artikolu 284 ir-Reġistratur għandu jirreġistrahom
minnufih, u malli jgħaddu tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż
imsemmi fl-artikolu 401(1)(e) ir-Reġistratur għandu jħassar l-isem
tal-kumpannija minn fuq ir-reġistru:
Iżda l-qorti tista’, fuq rikors ta’ l-istralċjarju jew ta’ xi
persuna oħra li fil-fehma tal-qorti jkollha nteress li ssir fi żmien l-
imsemmija tliet xhur, tagħmel ordni li jiddifferixxi d-data li fiha l-
isem tal-kumpannija għandu jitħassar mir-Reġistru għal dak iż-
żmien, u skond il-kondizzjonijiet li l-qorti jidhrilha xieraq.
(2) Meta l-qorti tagħmel ordni taħt il-proviso għas- subartikolu
(1), ir-Reġistratur tal-Qrati għandu minnufih jibgħat kopja tiegħu
lir-Reġistratur għar- reġistrazzjoni u r-Reġistratur għandu
jiddiferrixxi l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) skond l-ordni mogħtija mill-qorti kif imsemmi f’dak is-
subartikolu.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      149
Kapitolu IV - Disposizzjonijiet applikabbli għal 
kull stralċ volontarju 
Disposizzjonijiet 
applikabbli għal 
kull stralċ 
volontarju. 
286. Id-disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikoli minn 287 sa 294
għandhom japplikaw għal kull stralċ volontarju sew jekk ikun
stralċ tal-membri jew tal-kredituri.
Tqassim ta’ 
proprjetà  tal-
kumpannija.
287. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi
oħra dwar debiti jew ħlasijiet preferenzjali, il-proprjetà  tal-
kumpannija għandha, ma’ l-istralċ tagħha, tkun applikata għas-
sodisfazzjon tal-passiv tagħha pari passu, u, suġġetta għal dik l-
applikazzjoni, għandha, kemm il-darba l-istatut ma jipprovdix
xort’oħra, titqassam fost il-membri skond il-jeddijiet u l-interessi
tagħhom fil-kumpannija.
Setgħat u dmirijiet 
ta’ stralċjarju. 
288. (1) L-istralċjarju jista’ -
(a) fil-każ ta’ stralċ volontarju tal-membri, bis-sanzjoni
ta’ riżoluzzjoni straordinarja tal-kumpannija, u, fil-każ
ta’ stralċ volontarju tal-kredituri, bis-sanzjoni tal-qorti
jew tal-kumitat ta’ stralċ jew, jekk ma jkunx hemm dak
il-kumitat, tal-laqgħa tal-kredituri, jista jeżerċita kull
waħda mis-setgħat mogħtija bl-artikolu 238(1)(ċ), (d),
u (e) lil stralċjarju fi stralċ mill-qorti;
(b) mingħajr sanzjoni, jeżerċita kull waħda mis-setgħat
mogħtija b’dan l-Att lil stralċjarju fi stralċ mill-qorti;
(ċ) jeżerċita s-setgħa tal-qorti taħt dan l-Att għall-
aġġustament tal-lista tal-kontributorji, liema lista tkun
prima facie prova tar-responsabbiltà  tal-persuni
msemmija fiha bħala kontributorji;
(d) jeżerċita s-setgħa tal-qorti li tagħmel sejħiet;
(e) isejjaħ laqgħat ġenerali tal-kumpannija sabiex jikseb
is-sanzjoni tal-kumpannija b’riżoluzzjoni straordinarja
jew għal xi għan ieħor li jidhirlu xieraq.
(2) L-istralċjarju għandu jħallas id-djun tal-kumpannija u
għandu jaġġusta l-jeddijiet tal-kontributorji bejniethom.
(3) Iżjed minn persuna waħda tista’ tinħatar biex teżerċita l-
funzjoni ta’ stralċjarju ta’ kumpannija. Meta jinħatru aktar minn
stralċjarju wieħed, kull setgħa mogħtija b’dan l-Att tista’ tiġi
eżerċitata minn wieħed jew aktar minnhom kif ikun stabbilit fil-ħin
tal-ħatra tagħhom, jew fin-nuqqas li jkun hekk stabbilit, minn kull
tnejn minnhom li jaġixxu flimkien.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 305, l-atti ta’
stralċjarju jkunu validi minkejja kull difetti li wara jinstabu fil-
ħatra tiegħu.
Setgħat tal-qorti li 
tneħħi stralċjarji. 
Emendat:
IV. 2003.113.
289. (1) Il-qorti tista’, fuq rikors ta’ kull membru, kreditur jew
kontributorju, jekk tintwera raġuni xierqa sabiex dan jitneħħa,
tneħħi stralċjarju u taħtar stralċjarju ieħor.
(2) Vakanza li tirriżulta mill-mewt jew riżenja ta’ stralċjarju
maħtur mill-Qorti tista’, fuq rikors ta’ xi membru, kreditur jew
kontributorju, timtela mill-Qorti.
  150      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(3) Il-persuna li tkun għamlet ir-rikors lill-Qorti skond is-
subartikolu (2) għandha, fil-każ ta’ vakanza li tirriżulta mill-mewt
ta’ stralċjarju, tgħarraf lir-Reġistratur bil-mewt ta’ l-istralċjarju.
Avviż mill-
istralċjarju tal-
ħatra tiegħu.
Emendat:
IV. 2003.114.
290. (1) L-istralċjarju għandu, fi żmien erbatax-il jum mill-
ħatra tiegħu, jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni avviż
tal-ħatra tiegħu fejn jagħti ismu u r-residenza tiegħu.
(2) Jekk l-istralċjarju jonqos li jħares il-ħtiġiet ta’ dan l-
artikolu, dan jista’ jeħel penali, u, għal kull jum li matulu jkompli
n-nuqqas, penali oħra.
Meta arranġament 
ikun jorbot lill-
membri. 
291. (1) Kull arranġament li jsir bejn kumpannija waqt l-
istralċ tagħha, u l-kredituri tagħha, għandu, suġġett għal jedd ta’
appell taħt dan l-artikolu, ikun jorbot lill-kumpannija jekk isir bis-
sanzjoni ta’ riżoluzzjoni straordinarja, u lill-kredituri jekk
miftiehem b’żewġ terzi tal-valur.
(2) Kull kreditur jew kontributorju jista’, fi żmien erbatax-il
jum minn meta jkun finalizzat l-arranġament, jagħmel rikors lill-
qorti, kontra l-arranġament, u l-qorti tista’ temenda, tibdel jew
tikkonferma r-rikors, kif jidhrilha xieraq.
Il-qorti tista’ 
tiddeċiedi 
kwistjonijiet u 
teżerċita setgħat. 
Emendat:
XXIV. 1995.362;
IV. 2003.115.
292. (1) L-istralċjarju jew xi membru jew xi kontributorju jew
kreditur jista’ jagħmel rikors lill-qorti biex tiddeċiedi kull
kwistjoni li tinqala’ matul l-istralċ tal-kumpannija, jew li teżerċita,
dwar l-eżekuzzjoni ta’ sejħiet jew xi ħaġ‘oħra, is-setgħat kollha li l-
qorti tista’ teżerċita jekk il-kumpannija kienet qed tiġi stralċjata
mill-qorti jew uħud minnhom.
(2) L-istralċjarju jista’ jagħmel rikors lill-Qorti sabiex
tistabbilixxi ż-żmien jew ż-żminijiet li fihom il-kredituri għandhom
jippruvaw id-djun jew il-pretensjonijiet tagħhom jew li jkunu
esklużi mill-benefiċċju ta’ kull tqassim li jsir qabel ma jkunu
ppruvati dawk id-djun.
(3) Il-qorti, jekk tkun sodisfatta li d-deċiżjoni tal-kwistjoni jew
l-eżerċizzju meħtieġ tas-setgħa msemmi fis-subartikoli (1) u (2)
ikun ġust u ta’ benefiċċju, tista’ tilqa’ r-rikors għal kollox jew
f’parti b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa jew
tista’ tagħmel dak l-ordni l-ieħor fuq ir-rikors kif jidhrilha li jkun
xieraq.
(4) Kopja ta’ kull ordni magħmul taħt dan l-artikolu li jwaqqaf
il-proċedimenti ta’ l-istralċ għandu minnufih jintbagħat mir-
Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur li għandu jagħmel minuta ta’ l-
ordni fir-reġistru dwar il-kumpannija.
Spejjeż ta’ stralċ 
volontarju. 
293. Kull nfiq, ħlasijiet u spejjeż li b’mod xieraq ikunu saru
għall-istralċ, magħduda r-rimunerazzjoni għall-istralċjarju,
għandhom jitħallsu mill-attiv tal-kumpannija bi preċedenza għat-
talbiet l-oħra kollha, u għandhom, safejn applikabbli, jitħallsu fl-
ordni tal-preċedenza stabbilita taħt l-artikolu 258, kemm-il darba l-
qorti ma tordnax xort’oħra.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      151
Riżervi għal 
jeddijiet ta’ 
kredituri u 
kontributorji. 
294. L-istralċ volontarju ta’ kumpannija ma jtellifx il-jedd ta’ xi
kreditur jew kontributorju li din tkun stralċjata mill-qorti, iżda fil-
każ ta’ rikors minn kontributorju l-qorti għandha tkun sodisfatta li
l-jeddijiet tal-kontributorji jkunu preġudikati bi stralċ volontarju, u
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 223(2) għandhom japplikaw.
SUB-TITOLU III - DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI 
GĦAL KULL XORTA TA’ STRALĊ
Kapitolu I - Effett ta’ ħatra ta’ stralċjarju u sejħa ta’ laqgħat 
Setgħat tad-
diretturi u tas-
segretarju tal-
kumpannija jieqfu.
295. Mal-ħatra ta’ stralċjarju, is-setgħat kollha tad-diretturi u
tas-segretarju tal-kumpannija jieqfu, sakemm mhux provdut
xort’oħra f’dan it-Titolu.
Sejħa għal laqgħat. 
li jkun qed jokkupa l-kariga ta’ stralċjarju, għandu jsejjaħ il-
laqgħat kollha tal-kredituri jew kontributorji billi jagħti avviż ta’
mhux inqas minn erbatax-il jum dwar dan f’gazzetta ta’ kuljum li
tkun ċirkolata għal kollox jew prinċipalment f’Malta; u għandu,
mhux anqas minn erbatax-il jum qabel il-jum stabbilit għal-laqgħa,
jibgħat bil-posta lil kull persuna li tkun tidher fir-records tal-
kontijiet tal-kumpannija bħala kreditur tal-kumpannija, avviż tal-
laqgħa tal-kredituri, u, lil kull persuna li isimha jkun jidher fir-
records tal-kontijiet tal-kumpannija jew xort’oħra bħala
kontributorju tal-kumpannija, avviż tal-laqgħa tal-kontributorji.
(2) L-avviż lil kull kreditur għandu jintbagħat fl-indirizz
mogħti fil-prova tal-kreditur għad-dejn tiegħu, jew, jekk ma jkunx
ipprova d-dejn tiegħu, fl-indirizz mogħti fid-dikjarazzjoni tal-
qagħda finanzjarja tal-kumpannija, jekk ikun hemm, jew f’dak l-
indirizz l-ieħor li jkun magħruf mill-persuna li ssejjaħ il-laqgħa.
(3) Meta ma jkunx hemm stralċjarju kontinwu, kull membru,
kreditur jew kontributorju jista’ jagħmel rikors lill-qorti biex
tagħmel ordnijiet dwar is-sejħa u t-tiżmim ta’ laqgħa.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx għal
laqgħat miżmuma taħt l-artikolu 278 jew l-artikolu 284. 
Prova ta’ avviż u 
chairman tal-
laqgħa. 
297. (1) Ċertifikat mir-riċevitur uffiċjali, jew affidavit mill-
istralċjarju jew kreditur, jew skond il-każ minn xi uffiċjal tal-
kumpannija, li l-avviż ta’ xi laqgħa jkun impustat kif imiss, ikun
prova biżżejjed li dak l-avviż ikun intbagħat kif imiss lill-persuna li
lilha kien indirizzat.
(2) Nuqqas involontarju ta’ xi avviż meħtieġ li jingħata bl-
artikolu 296 jew xi disposizzjoni oħra ta’ dan it-Titolu ta’ dan l-Att
ma jinvalidax il-laqgħa.
(3) Meta tissejjaħ laqgħa mir-riċevitur uffiċjali jew mill-
istralċjarju, dan jew xi ħadd ieħor nominat minnu jkun iċ-chairman
tal-laqgħa.
  152      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Riżoluzzjonijiet ta’ 
kredituri u 
kontributorji.
Emendat:
IV. 2003.116.
298. (1) (a)F’laqgħa tal-kredituri riżoluzzjoni titqies li tkun
għaddiet meta maġġoranza fil-valur tal-kredituri
preżenti personalment jew bi prokura u li jivvotaw fuq
ir-riżoluzzjoni jkunu vvotaw favur ir-riżoluzzjoni.
(b) F’laqgħa tal-kontributorji riżoluzzjoni titqies li tkun
għaddiet meta tliet kwarti fil-valur tal-kontributorji
preżenti personalment jew bi prokura, u li jivvotaw fuq
ir-riżoluzzjoni, jew b’maġġoranza fil-valur tal-
kontributorji kollha, ikunu vvotaw favur ir-
riżoluzzjoni. Il-valur tal-kontributorji għandu jkun
stabbilit skond in-numru ta’ voti mogħtija lil kull
kontributur bil-memorandum jew bl-istatut tal-
kumpannija jew, jekk il-memorandum u l-istatut ma
jgħidu xejn dwar dan, skond il-valur tar-responsabbiltà
rispettiva tagħhom biex jikkontribwixxu.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u tal-memorandum u l-
istatut tal-kumpannija dwar prokuri f’laqgħat ġenerali tal-
kumpannija għandhom japplikaw għal laqgħat ta’ kredituri u
kontributorji, b’dawk il-modifiki u adattamenti li jkunu meħtieġa.
(3) Kopja ta’ kull riżoluzzjoni ta’ laqgħa ta’ kredituri jew
kontributorji fi stralċ mill-qorti għandha tkun ċertifikata mir-
riċevitur uffiċjali jew mill-istralċjarju, skond il-każ, u ippreżentata
fir-Reġistru tal-Qrati Superjuri.
(4) Meta riżoluzzjoni tkun għaddiet f’laqgħa aġġornata ta’ xi
kredituri jew kontributorji ta’ kumpannija, ir-riżoluzzjoni għandha,
għall-finijiet kollha, titqies bħala li tkun għaddiet fid-data li fiha
tkun fil-fatt għaddiet, u ma għandhiex titqies li tkun għaddiet f’xi
data qabel. 
Proċeduri oħra 
f’laqgħat. 
299. (1) Laqgħa tal-kredituri jew tal-kontributorji tista’
taġixxi kemm-il darba jkollha quorum preżenti li jikkonsisti minn -
(a) fil-każ ta’ laqgħa tal-kredituri, għall-inqas tliet
kredituri, jew il-kredituri kollha meta dawn ikunu
inqas minn tlieta; u
(b) fil-każ ta’ laqgħa tal-kontributorji, għall-inqas tliet
kontributorji, jew il-kontributorji kollha meta dawn
ikunu inqas minn tlieta.
(2) Jekk fi żmien nofs siegħa mill-ħin stabbilit għal-laqgħa, ma
jkunx hemm preżenti jew rappreżentat quorum ta’ kredituri jew
kontributorji, skond il-każ, il-laqgħa għandha tkun aġġornata għall-
istess jum fil-ġimgħa ta’ wara, fl-istess ħin u fl-istess post jew
f’dak il-jum jew ħin jew post ieħor li ċ-chairman jista’
jistabbilixxi, iżda hekk li l-jum stabbilit ma jkunx inqas minn
sebgħa u mhux iżjed minn wieħed u għoxrin jum mill-jum li fih il-
laqgħa kienet aġġornata, u f’dik il-laqgħa aġġornata n-numru
preżenti jew rappreżentat jifforma quorum u jista’ jaġixxi għal kull
għan.
(3) Iċ-chairman jista’, bil-kunsens tal-laqgħa, jaġġornaha minn
ħin għal ieħor u minn post għal ieħor, iżda l-laqgħa aġġornata
għandha ssir fl-istess post bħal laqgħa oriġinali kemm-il darba fir-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      153
riżoluzzjoni ta’ l-aġġornament ma jkunx speċifikat post ieħor jew
jekk il-qorti ma tordnax xort’oħra.
(4) Iċ-chairman għandu jieħu ħsieb li jsiru l-minuti tal-
proċedimenti tal-laqgħat u li dawn jiġu reġistrati b’mod xieraq fi
ktieb miżmum għal hekk u l-minuti jkunu ffirmati minnu.
(5) Lista ta’ kredituri u kontributorji preżenti għal kull laqgħa
għandha ssir u tinżamm f’dik il-forma li ċ-chairman jidhirlu xieraq
jew kif jista’ jiġi preskritt.
Avviż ta’ riżenja 
jew tneħħija ta’ 
stralċjarju.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
300. (1) Mar-riżenja mill-kariga tiegħu stralċjarju għandu
jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni avviż tar-riżenja
tiegħu, u r-riżenja tibda sseħħ biss ma’ dik ir-reġistrazzjoni.
(2) Meta stralċjarju jitneħħa mill-kariga mill-qorti skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, ir-Reġistratur tal-Qrati għandu
minnufih jikkonsenja avviż ta’ dik it-tneħħija lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
(3) Meta stralċjarju jkun tneħħa b’riżoluzzjoni straordinarja
tal-kumpannija fi stralċ volontarju tal-membri, avviż dwar dan
għandu jkun konsenjat lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni minn xi
membru tal-kumpannija li jkun awtorizzat kif imiss bl-istess
riżoluzzjoni jew mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
(4) Meta stralċjarju jkun tneħħa b’riżoluzzjoni tal-kredituri
skond l-artikolu 298, fi stralċ volontarju tal-kredituri, avviż dwar
dan għandu jiġi konsenjat lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni minn
xi kreditur tal-kumpannija li jkun awtorizzat kif imiss bl-istess
riżoluzzjoni jew mil-laqgħa tal-kredituri.
Rettifika ta’ skema 
ta’ distribuzzjoni.
Miżjud:
IV. 2003.117.
300A. (1) Meta fil-kors ta’ l-istralċ ta’ kumpannija l-istralċjarju
ma jkunx ikkalkola xi assi tal-kumpannija, u l-isem tal-kumpannija
jkun tħassar minn fuq ir-reġistru, kull persuna interessata tista’
b’rikors, titlob lill-Qorti biex tordna r-rettifika ta’ l-iskema ta’
distribuzzjoni, u l-Qorti tista’, meta jidhrilha xieraq, tordna dik ir-
rettifika taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jidrilha xierqa.
(2) Meta kumpannija tkun għamlet distribuzzjoni lill-azzjonisti
tagħha skond skema ta’ distribuzzjoni u l-isem ta’ dik il-
kumpannija jkun tħassar minn fuq ir-reġstru, kull kreditur li l-
pretensjoni tiegħu kontra l-kumpannija ma tkunx ġiet sodisfatta
jista’, b’rikors, jagħmel talba għal dak li hu dovut lilu mingħand l-
azzjonisti tal-kumpannija pro rata għall-ammont li jkun riċevut
mill-azzjonisti mad-distribuzzjoni, u l-Qorti tista’, meta
tikkunsidra hekk xieraq, tordna li jsiru ħlasijiet mill-azzjonisti lil
dak il-kreditur taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jidhrilha
xierqa:
Iżda f’ebda każ ma għandu azzjonist ikun meħtieġ li
jikkontribwixxi għal ammont li jkun iżjed minn dak riċevut minnu
mad-distribuzzjoni.
(3) Ma jista’ jsir ebda rikors taħt dan l-artikolu wara li jgħaddu
ħames snin mid-data li fiha l-isem tal-kumpannija jkun tħassar mir-
reġistru.
  154      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Restituzzjoni ta’ 
isem ta’ 
kumpannija fuq ir-
reġistru.
Miżjud:
IV. 2003.117.
300B. (1) Meta kumpannija tkun tħassret minn fuq ir-reġistru,
kull persuna interessata tista’ b’rikors, titlob lill-Qorti biex tordna
hi li l-isem tal-kumpannija jkun restitwit fuq ir-reġistru u li l-istralċ
jerġa’ jinfetaħ.
(2) Meta, fuq rikors magħmul taħt is-subartikolu (1), il-Qorti
tkun sodisfatta li l-istralċ u t-tħassir tal-kumpannija jkun vizzjat bi
frodi jew b’illegalità  ta’ natura materjali, il-Qorti tista’ tordna li l-
isem tal-kumpannija jkun restitwit fuq ir-reġistru u li l-istralċ jerġa’
jinfetaħ għal dawk ir-raġunijiet u għal dak iż-żmien li l-Qorti
tispeċifika fid-deċiżjoni tagħha, u l-Qorti għandha tagħti dawk id-
direttivi u timponi dawk il-kondizzjonijiet li jidrilha xieraq.
(3) Il-Qorti għandha tilqa’ t-talba biss jekk tkun sodisfatta li
dak ikun l-uniku rimedju li jkun hemm.
(4) Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti għandha wkoll tiddeċiedi jekk
l-ordnijiet u d-direttivi tagħha jkunux effettivi favur il-persuni
kollha jew jekk għandhomx japplikaw limitatament għal persuni
speċifiki indikati fid-deċiżjoni.
(5) Ma jista’ jsir ebda rikors taħt dan l-artikolu wara li jgħaddu
ħames snin mid-data li fiha l-isem tal-kumpannija jkun tħassar mir-
reġistru.
Kapitolu II - Prova u preċedenza ta’ talbiet
Djun ta’ kull xorta 
jistgħu jkunu 
ppruvati. 
301. F’kull stralċ ta’ kumpannija fejn l-attiv ikun biżżejjed biex
jissodisfa l-passiv, kull djun li jkollhom jitħallas b’kontinġenza, u
kull talbiet kontra l-kumpannija, preżenti jew futuri, ċerti jew
kontinġenti, aċċertati jew li jistgħu jkunu dovuti bħala danni, ikunu
aċċettati bħala prova kontra l-kumpannija, fejn issir stima ġusta,
kemm jista’ jkun tal-valur ta’ dawk id-djun jew talbiet li jistgħu
jkunu suġġetti għal xi kontinġenza jew li huma dovuti bħala danni
iżda mhux aċċertati, jew li għal xi raġuni oħra ma jkollhomx valur
ċert.
Applikazzjoni tar-
regoli dwar 
preċedenza. 
302. Fl-istralċ ta’ kumpannija li l-attiv tagħha ma jkunx
biżżejjed biex jissodisfa l-passiv, il-jeddijiet ta’ kredituri assigurati
jew mhux assigurati u l-prijorità  u l-preċedenza tad-dejn tagħhom,
ikunu regolati bil-liġi fis-seħħ għal dak iż-żmien.
Kapitolu III - Effetti ta’ stralċ fuq transazzjonijiet 
li jkunu saru qabel 
Preferenza bi frodi.
Sostitwit:
IV. 2003.118.
303. (1) Kull privileġġ, ipoteka jew piż ieħor, jew trasferiment
jew disponiment ta’ proprjetà  jew jeddijiet, u kull ħlas, eżekuzzjoni
jew att ieħor dwar proprjetà  jew jeddijiet magħmula mill-
kumpannija jew kontriha, u kull obbligazzjoni li tidħol fiha l-
kumpannija, fi żmien sitt xhur qabel ix-xoljiment tal-kumpannija
għandhom jitqiesu li huma preferenza bi frodi kontra l-kredituri
tagħha, kemm jekk ikunu ta’ xorta gratuwita jew jekk ikunu ta’
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      155
xorta oneruża jekk jikkostitwixxu operazzjoni taħt il-valur jew jekk
tingħata preferenza, kemm-il darba l-persuna li favur tagħha jkunu
saru ma tipprovax li ma kenitx taf u ma kellhiex raġuni taħseb li l-
kumpannija kienet x’aktarx se tkun xolta minħabba insolvenza, u
fil-każ li l-kumpannija tkun hekk xolta kull preferenza bi frodi tkun
nulla.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) kumpannija tagħmel operazzjoni taħt il-valur jekk:
(i) il-kumpannija tagħti rigal jew xort’oħra tagħmel
operazzjoni b’kondizzjonijiet li jipprovdu li l-
kumpannija ma tirċievi ebda konsiderazzjoni;
jew
(ii) il-kumpannija tagħmel operazzjoni għal
konsiderazzjoni li l-valur tagħha, fi flus jew
valur ta’ flus, ikunu b’mod sinifikanti inqas
mill-valur fi flus jew mill-valur ta’ flus tal-
konsiderazzjoni provduta mill-kumpannija;
(b) kumpannija tagħti preferenza lil persuna jekk:
(i) dik il-persuna tkun waħda mill-kredituri jew
garanti ta’ xi dejn jew passiv ieħor tal-
kumpannija; u
(ii) il-kumpannija tagħmel xi ħaġa jew tħalli li ssir
xi ħaġa li, f’kull każ, ikollha l-effett li tqiegħed
lil dik il-persuna f’qagħda li, fil-każ li l-
kumpannija tmur għal stralċ ta’ insolvenza, tkun
f’qagħda aħjar milli kienet tkun kieku dak l-
egħmil jew nuqqas ma jkunx sar.
Responsabbiltajiet 
u jeddijiet dwar 
preferenzi bi frodi.
304. (1) Meta xi ħaġa magħmula wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att tkun nulla taħt l-artikolu 303 bħala preferenza bi frodi ta’
persuna li jkollha nteress fi proprjetà  privileġġata, ipotekata jew
xort’oħra mgħobbija b’piż bħala sigurtà  tad-dejn tal-kumpannija,
f’dan il-każ, bla ħsara għal xi jeddijiet jew responsabbiltajiet li
jinqalgħu minbarra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-persuna
preferita tkun suġġetta għall-istess responsabbiltajiet u jkollha l-
istess jeddijiet daqslikieku tkun daħlet personalment responsabbli
garanti għad-dejn sal-limitu tal-piż fuq il-proprjetà  jew il-valur ta’
l-interess tagħha, skond liema jkun l-inqas.
(2) Il-valur ta’ l-interess tal-persuna ippreferuta għandu jkun
stabbilit kif ikun fid-data tat-transazzjoni li tikkostitwixxi l-
preferenza bi frodi, u għandu jkun stabbilit daqslikieku l-interess
kien ħieles minn kull piż barra mill-piż għad-dejn tal-kumpannija
msemmi fis-subartikolu (1) kif kien suġġett dak iż-żmien.
(3) Fuq rikors magħmul lill-qorti dwar xi ħlas minħabba li l-
ħlas kien preferenza bi frodi ta’ garanti, il-qorti tista’ tistabbilixxi
kull kwistjonijiet dwar il-ħlas li jinqalgħu bejn il-persuna li lilha
jkun sar il-ħlas u l-garanti u li tagħti ħelsien dwar dan.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) għandhom
japplikaw, bil-modifiki meħtieġa, dwar transazzjonijiet barra minn
ħlasijiet ta’ flus, kif japplika dwar dawk il-ħlasijiet. 
  156      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Kapitolu IV - Kwalifika ta’ stralċjarji u projbizzjoni ta’ ċerti 
trasferimenti minn stralċjarji
Kwalifika ta’ 
stralċjarji.
Emendat:
IV. 2003.119.
305. (1) Persuna ma tkunx kwalifikata li tagħmilha ta’
stralċjarju kemm-il darba ma tkunx avukat jew individwu li jkun
accountant pubbliku ċertifikat jew accountant u awditur pubbliku
ċertifikat, jew reġistrata mar-Reġistratur bħala persuna addattata u
xierqa biex teżerċita l-funzjoni ta’ stralċjarju.
(2) Individwu li jkun kwalifikat li jaġixxi ta’ stralċjarju bis-
saħħa tas-subartikolu (1), ma jistax jaġixxi ta’ stralċjarju ta’
kumpannija, jekk kellu kariga ta’ direttur jew segretarju tal-
kumpannija jew kellu xi ħatra oħra ma’ dik il-kumpannija jew
b’konnessjoni magħha, f’xi żmien matul l-aħħar erba’ snin qabel
id-data tax-xoljiment tal-kumpannija kif stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu direttur tinkludi persuna
li skond id-direzzjonijiet jew l-istruzzjonijiet tagħha d-diretturi ta’
kumpannija jkunu wżati jaġixxu.
Projbizzjoni ta’ 
ċerti trasferimenti 
minn stralċjarji.
306. (1) Stralċjarju ma jkunx jista’ jittrasferixxi jew jiddisponi
minn xi attiv ta’ kumpannija, direttament jew indirettament, favur -
(a) l-istralċjarju nnifsu, is-soċji jew impjegati tiegħu, jew
lill-konsoċi tiegħu, jew lil xi persuna oħra qariba bid-
demm jew bi żwieġ f’linja diretta, jew sat-tielet grad,
fil-linja kollaterali; jew
(b) soċjetà  kummerċjali, barra minn kumpannija, li tagħha
jkun soċju; jew
(ċ) kumpannija li tagħha jkun direttur, jew li jkun detentur
ta’ aktar minn nofs tal-valur nominali tal-kapital
azzjonarju maħruġ tagħha, jew li jkollu dritt għal iżjed
minn nofs il-forza tal-votazzjoni tagħha jew ta’
sussidjarja jew ta’ kumpannija parent tagħha.
(2) Persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) jew ta’ l-artikolu 305 tkun ħatja ta’ reat u teħel meta
tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira.
Kapitolu V - Reati qabel ix-xoljiment jew waqt l-istralċ
Frodi qabel 
xoljiment.
307. (1) Meta kumpannija tkun xolta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214, kull persuna, li qabel kienet jew
li tkun uffiċjal tal-kumpannija, titqies li tkun għamlet reat jekk, fi
żmien tnax-il xahar minnufih qabel id-data meqjusa bħala d-data
tax-xoljiment, tkun -
(a) ħbiet xi parti tal-proprjetà  tal-kumpannija jew tkun
ħbiet xi dejn dovut lill-kumpannija jew minnha; jew
(b) bi frodi warrbet xi parti mill-proprjetà  tal-kumpannija;
jew
(ċ) ħbiet, iddistruġġiet, immutilat jew iffalsifikat xi ktieb
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      157
jew karta li tolqot jew li għandha x’taqsam mal-
proprjetà  jew ma’ l-affarijiet tal-kumpannija; jew
(d) għamlet xi reġistrazzjoni falza f’xi ktieb jew karta li
tolqot jew li jkollha x’taqsam mal-proprjetà  jew ma’ l-
affarijiet tal-kumpannija; jew
(e) bi frodi telqet minn idejha jew bidlet xi dokument li
jolqot jew li għandu x’jaqsam mal-proprjetà  jew ma’ l-
affarijiet tal-kumpannija; jew
(f) tat bi pleġġ jew iddisponiet minn xi proprjetà  tal-
kumpannija li tkun inkisbet bi kreditu u tkun għadha
ma tħallsitx, kemm-il darba l-pleġġ jew id-
disponiment ma jkunx sar fil-kors ordinarju tan-
negozju tal-kumpannija; jew
(g) b’xi rappreżentazzjoni falza jew frodi ieħor, kisbet
proprjetà  għal jew għan-nom tal-kumpannija bi kreditu
li l-kumpannija sussegwentement ma tħallasx; jew
(h) eżerċitat xi rappreżentanza falza jew frodi bil-għan li
tikseb il-kunsens tal-kredituri tal-kumpannija jew ta’
uħud minnhom għal ftehim dwar l-affarijiet tal-
kumpannija jew dwar ix-xoljiment tagħha.
(2) Persuna bħal dik titqies li tkun għamlet reat jekk fiż- żmien
imsemmi fis-subartikolu (1) kienet taf li xi ħwejjeġ imsemmija fil-
paragrafi (ċ), (d) u (e) tiegħu kienu qed isiru minn xi ħadd ieħor, u
titqies li tkun għamlet reat jekk, f’xi żmien wara d-data meqjusa
bħala d-data tax-xoljiment, din tagħmel xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija fil-paragrafi minn (a) sa (h) ta’ dak is-subartikolu, jew
tkun taf li xi ħadd ieħor qed jagħmel xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija fil-paragrafi minn (ċ) sa (e) ta’ dak is-subartikolu.
(3) Persuna akkużata tista’ ġġib bħala prova li hi ma kellhiex
il-ħsieb li tagħmel frodi jew li taħbi l-affarijiet tal-kumpannija jew
li tikser il-liġi.
(4) Meta persuna tagħti bi pleġġ jew xort’oħra tiddisponi minn
xi proprjetà  f’ċirkostanzi li jammontaw għal reat taħt is-subartikolu
(1)(f), kull persuna li tirċievi l-proprjetà  bi pleġġ jew xort’oħra
tirċievi l-proprjetà  meta tkun taf li din tkun pleġġjata jew disposta
f’dawk iċ-ċirkostanzi, tkun ħatja ta’ reat.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kelma "uffiċjal" għandha
tinkludi kull persuna li skond id-direzzjoni jew istruzzjonijiet
tagħha id-diretturi ta’ kumpannija jkunu normalment jaġixxu.
(6) Persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu tista’ teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux aktar minn mitt elf lira jew priġunerija
għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
Frodi minn 
uffiċjali ta’ 
kumpannija li tkun 
qed tiġi stralċjata.
308. (1) Meta kumpannija tkun qed tiġi stralċjata mill-qorti
jew volontarjament, persuna titqies li tkun għamlet reat jekk hi,
meta tkun uffiċjal tal-kumpannija -
(a) tkun għamlet jew ġegħlet li jsir xi rigal jew
trasferiment ta’, jew piż fuq, jew tkun ġegħlet jew
  158      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
ħadet sehem fl-eżekuzzjoni ta’ xi titolu eżekuttiv
kontra l-proprjetà  tal-kumpannija; jew
(b) tkun ħbiet jew neħħiet xi parti mill-proprjetà  tal-
kumpannija mid-data, jew fix-xahrejn ta’ qabel id-
data, ta’ xi sentenza jew ordni mhux eżegwit għall-ħlas
ta’ flus kontra l-kumpannija.
(2) Persuna mhiex ħatja ta’ reat taħt is-subartikolu (1) jekk
tipprova li, fil-ħin ta’ l-imġieba li tikkostitwixxi r-reat, hi ma kellha
ebda ħsieb li tagħmel frodi lill-kredituri tal-kumpannija.
(3) Persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu tista’ teħel multa
ta’ mhux aktar minn mitt elf lira jew priġunerija għal perijodu ta’
mhux aktar minn ħames snin jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-espressjoni "uffiċjal"
għandha tinkludi kull persuna li skond id-direzzjonijiet jew l-
istruzzjonijiet tagħha d-diretturi ta’ kumpannija jkunu wżati
jaġixxu.
Reati oħra minn 
uffiċjali ta’ 
kumpannija li tkun 
qed tiġi stralċjata. 
309. (1) Jekk xi persuna, li qabel kienet jew li tkun uffiċjal ta’
kumpannija -
(a) skond l-aħjar tagħrif u twemmin tagħha ma tikxifx
b’mod komplut u veru lill-istralċjarju l-proprjetà
kollha, mobbli u immobbli, korporali jew inkorporali,
tal-kumpannija, u kif u lil min u għal-liema
konsiderazzjoni u meta l-kumpannija tkun iddisponiet
minn xi parti minnha, ħlief għal dik il-parti li tista’
tkun disposta fil-kors ordinarju tan-negozju tal-
kumpannija; jew
(b) ma tikkonsenjax lill-istralċjarju, jew kif jordna l-
istralċjarju, il-proprjetà  tal-kumpannija kollha jew dik
il-parti minnha li tkun fil-kustodja jew taħt il-kontroll
tagħha, u li hi meħtieġa bil-liġi li tikkonsenja; jew
(ċ) ma tikkonsenjax lill-istralċjarju, jew kif jordna l-
istralċjarju, il-kontijiet, ir-records tal-kontijiet u d-
dokumenti kollha tal-kumpannija li jkunu fil-kustodja
jew taħt il-kontroll tagħha, u li hi meħtieġa bil-liġi li
tikkonsenja; jew
(d) tagħmel xi nuqqas materjali f’xi dikjarazzjoni li
għandha x’taqsam ma’ l-affarijiet tal-kumpannija; jew
(e) meta tkun taf jew temmen li dejn falz ikun ġie ppruvat
minn xi persuna fl-istralċ, tonqos li tgħarraf lill-
istralċjarju fi żmien xahar; jew
(f) wara x-xoljiment tal-kumpannija ma tħallix li jkun
prodott xi ktieb jew karta li tolqot jew li għandha
x’taqsam mal-proprjetà  jew ma’ l-affarijiet tal-
kumpannija; jew
(g) wara x-xoljiment tal-kumpannija jew f’xi laqgħa tal-
kredituri tal-kumpannija li ssir fi żmien tnax-il xahar
minnufih qabel ix-xoljiment tal-kumpannija tipprova
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      159
tikkontja għal xi parti tal-proprjetà  tal-kumpannija
b’telf jew spejjeż fittizji;
tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja tista’ teħel multa ta’ mhux
aktar minn mitt elf lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar
minn ħames snin jew dik il-multa u priġunerija flimkien jekk, fiż-
żmien ta’ l-egħmil ta’ l-allegat reat, il-kumpannija tkun qed tiġi
stralċjata, jew mill-qorti jew volontarjament, jew jekk, wara l-
egħmil ta’ l-allegat reat, il-kumpannija tkun xolta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-espressjoni "uffiċjal"
għandha tinkludi kull persuna li skond id-direzzjonijiet jew l-
istruzzjonijiet tagħha d-diretturi ta’ kumpannija jkunu wżati
jaġixxu.
Difiża għal akkuża 
taħt l-artikolu 309.
310. Tista’ tinġieb bħala difiża għal akkuża taħt xi wieħed mill-
paragrafi (a), (b), (ċ) u (d) ta’ l-artikolu 309(1), il-prova ta’ l-
akkużat li hu ma kellux ħsieb li jqarraq; u għal akkuża taħt il-
paragrafu (f) ta’ l-imsemmi artikolu, li jipprova li hu ma kellu ebda
ħsieb li jaħbi l-affarijiet tal-kumpannija jew li jikser il-liġi.
Frodi minn 
kontributorji. 
311. Jekk xi kontributorju ta’ xi kumpannija li tkun qed tiġi
stralċjata jiddistruġġi, jimmutila, jibdel jew jiffalsifika xi kontijiet,
records tal-kontijiet, dokumenti, kotba jew sigurtajiet, jew jagħmel
jew ikun jaf b’xi reġistrazzjoni falza jew bi frodi f’xi reġistru,
record ta’ kontijiet jew dokument li jkunu tal-kumpannija bil-ħsieb
ta’ frodi jew qerq ta’ xi persuna, dan ikun ħati ta’ reat u meta
jinstab ħati jista’ jeħel multa ta’ mhux aktar minn mitt elf lira jew
priġunerija għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Rimedju kontra 
diretturi, stralċjarji, 
eċċ. delinkwenti. 
312. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw jekk waqt l-istralċ ta’ kumpannija sew jekk bil-qorti jew
voluntarjament ikun jidher li persuna li -
(a) tkun jew kienet uffiċjal tal-kumpannija;
(b) kienet taġixxi bħala stralċjarju tal-kumpannija; jew
(ċ) ma tkunx persuna li taqa’ taħt il-paragrafi (a) u (b),
ikollha jew kellha x’taqsam ma’, jew ħadet sehem fil-
promozzjoni, formazzjoni jew direzzjoni tal-
kumpannija,
tkun użat ħażin jew żammet jew saret responsabbli għal, xi flus jew
proprjetà  oħra tal-kumpannija jew kienet ħatja ta’ xi eżerċizzju
ħażin ta’ l-awtorità  tagħha jew ta’ ksur ta’ dmir dwar il-
kumpannija.
(2) Il-qorti tista’, fuq rikors tar-riċevitur uffiċjali jew ta’ l-
istralċjarju, jew ta’ xi kreditur jew kontributorju, teżamina l-
imġieba ta’ xi persuna li taqa’ taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu u ġġiegħel -
(a) tħallas lura, tagħti lura jew tagħti kont tal-flus jew
proprjetà  jew xi parti minnha, b’imgħax b’dik ir-rata li
l-qorti jidhrilha ġust; jew
(b) li tikkontribwixxi dik is-somma lill-attiv tal-kumpan-
  160      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
nija bħala kumpens dwar l-eżerċizzju ħażin jew ksur
ta’ dmir kif il-qorti jidhrilha ġust.
Frodi minn 
uffiċjali ta’ 
kumpanniji li 
jkunu qed jiġu 
xolti.
313. (1) Jekk xi persuna, li fiż-żmien ta’ l-egħmil ta’ l-allegat
reat tkun uffiċjal ta’ kumpannija li wara tkun xolta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 214, tkun -
(a) bi pretensjonijiet foloz jew b’mezzi ta’ xi frodi oħra
tħajjar lil xi persuna li tagħti kreditu lill-kumpannija;
jew
(b) bil-ħsieb ta’ frodi tal-kredituri tal-kumpannija tkun
għamlet jew ġegħlet li jsir xi rigal jew trasferiment ta’,
jew piż fuq, jew tkun ġegħlet jew ħadet sehem fl-
eżekuzzjoni ta’ xi titolu eżekuttiv kontra, il-proprjetà
tal-kumpannija; jew
(ċ) bil-ħsieb ta’ frodi tal-kredituri tal-kumpannija taħbi
jew tneħħi xi parti mill-proprjetà  tal-kumpannija mid-
data, jew fi żmien xahrejn mid-data ta’ xi sentenza jew
ordni mhux sodisfatt għall-ħlas ta’ flus li jinkisbu
kontra l-kumpannija,
tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn mitt elf
lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin
jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Persuna ma tkunx ħatja ta’ reat taħt is-subartikolu (1)
minħabba kondotta li tikkostitwixxi reat taħt il-paragrafu (b) ta’ l-
imsemmi subartikolu li jkun seħħ aktar minn ħames snin qabel id-
data tal-preżunt xoljiment.
Responsabbiltà  
meta ma 
jinżammux records 
ta’ kontijiet xierqa 
minn kumpannija 
insolventi. 
314. Jekk, meta kumpannija tkun xolta, ikun muri li ma jkunux
inżammu records ta’ kontijiet xierqa mill-kumpannija matul iż-
żmien ta’ sentejn minnufih qabel ix-xoljiment jew iż-żmien bejn ir-
reġistrazzjoni tal-kumpannija u x-xoljiment, skond liema jkun l-
aqsar żmien, u jintwera wkoll li l-kumpannija, fil-mument tax-
xoljiment tagħha, ma setgħetx tħallas lid-debituri tagħha, kull
uffiċjal tal-kumpannija li jkun naqas, sakemm ma jurix li jkun
aġixxa b’onestà  u li ċ-ċirkostanzi li fihom kien qed jitmexxa n-
negozju tal-kumpannija n-nuqqas kien skużabbli, ikun ħati ta’ reat
u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux aktar minn għoxrin elf
lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet snin, jew
dik il-multa u priġunerija flimkien.
Responsabbiltà  
għal kummerċ bi 
frodi. 
315. (1) Jekk waqt l-istralċ ta’ kumpannija sew jekk b’ordni
tal-qorti jew volontarjament ikun jidher li xi negozju tal-
kumpannija jkun tmexxa bil-ħsieb ta’ frodi ta’ kredituri tal-
kumpannija jew ta’ kredituri ta’ xi persuna oħra jew bil-għan ta’
frodi, il-qorti tista’ fuq rikors tar-riċevitur uffiċjali, jew ta’ l-
istralċjarju jew ta’ xi kreditur jew ta’ xi kontributorju tal-
kumpannija, jekk jidhrilha xieraq li tagħmel hekk, tiddikjara li xi
persuni li xjentement kienu partijiet fit-tmexxija tan-negozju bil-
mod qabel imsemmi tkun responsabbli personalment, mingħajr
ebda limitazzjoni ta’ responsabbiltà  għal kull jew għal xi dejn jew
responsabbil-tajiet oħra tal-kumpannija kif il-qorti tista’ tordna.
(2) Meta n-negozju ta’ kumpannija jitmexxa b’dak il-ħsieb jew
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      161
għal dawk l-għanijiet hekk kif imsemmija fis-subartikolu (1), kull
persuna li xjentement tkun parti fit-tmexxija tan-negozju kif intqal
qabel, tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel meta tinstab ħatja multa ta’
mhux aktar minn mitt elf lira jew priġunerija għal perijodu ta’
mhux aktar minn ħames snin jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
Kummerċ ħażin.
kumpannija tkun ġiet xolta u tkun insolventi u jkun jidher li
persuna li kienet direttur tal-kumpannija kienet taf, jew kellha tkun
taf qabel ix-xoljiment tal-kumpannija, li ma kienx hemm prospett
xieraq li l-kumpannija setgħat tevita x-xoljiment minħabba l-
insolvenza tagħha.
(2) Il-qorti, fuq ir-rikors ta’ l-istralċjarju ta’ kumpannija li
għaliha japplika dan l-artikolu, tista’ tiddikjara li persuna li kienet
direttur kif imsemmi fis-subartikolu (1) tkun responsabbli li
tagħmel pagament favur l-attiv tal-kumpannija kif il-qorti jidhrilha
xieraq.
(3) Il-qorti ma għandhiex tilqa’ rikors taħt dan l-artikolu jekk
tkun sodisfatta li l-persuna li kienet direttur kienet taf li ma kienx
hemm prospett xieraq li l-kumpannija setgħet tevita x-xoljiment
minħabba l-insolvenza tagħha u skond dan tkun ħadet kull pass li
kellha tieħu sabiex tnaqqas it-telf potenzjali għall-kredituri tal-
kumpannija.
(4) Għall-finijiet tas-subartikoli (2) u (3), il-fatti li direttur ta’
kumpannija għandu jkun jaf jew jaċċerta ruħu minnhom, il-
konklużjonijiet li għandu jilħaq u l-passi li għandu jieħu huma
dawk li jkunu magħrufa jew aċċertati, jew li jintlaħqu jew jittieħdu,
minn persuna li b’mod raġonevoli tkun diliġenti li jkollha kemm -
(a) it-tagħrif ġenerali, ħila u esperjenza li b’mod
raġonevoli jkunu mistennija minn persuna li tmexxi l-
istess funzjonijiet kif jitmexxew minn jew mogħtija lil
dak id-direttur fir-rigward il-kumpannija; kif ukoll
(b) it-tagħrif ġenerali, ħila u esperjenza li għandu d-
direttur. 
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, direttur jinkludi persuna li
skond id-direzzjoni jew istruzzjonijiet tagħha d-diretturi tal-
kumpannija normalment jaġixxu.
Restrizzjoni ta’ użu 
mill-ġdid ta’ 
ismijiet tal-
kumpannija.
317. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw għal persuna li, fil-jum stabbilit jew wara kienet direttur
ta’ kumpannija ("il-kumpannija fil-likwidazzjoni") f’xi żmien
matul it-tnax-il xahar qabel ix-xoljiment tagħha u l-kumpannija
tkun insolventi fuq dak ix-xoljiment.
(2) Ħlief bil-permess tal-qorti, jew f’dawk iċ-ċirkostanzi li
jistgħu jkunu preskritti, xi persuna msemmija fis-subartikolu (1)
ma għandhiex f’xi żmien matul il-perijodu ta’ l-istralċ tal-
kumpannija u sa żmien sentejn minn meta isimha jkun tħassar minn
fuq ir-reġistru -
(a) tkun direttur ta’ xi kumpannija li tkun magħrufa
  162      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
b’isem projbit bis-saħħa tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3); jew
(b) b’xi mod, sew direttament jew indirettament, ikollha
x’taqsam ma’, jew tieħu sehem fil-promozzjoni,
formazzjoni jew direzzjoni ta’ xi kumpannija bħal dik;
jew
(ċ) b’xi mod sew direttament jew indirettament, ikollha
x’taqsam ma’, jew tieħu sehem fit-tmexxija ta’
negozju li jitmexxa taħt isem hekk projbit.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2), isem ikun isem ipprojbit
dwar persuna msemmija fis-subartikolu (1) jekk -
(a) ikun isem li bih il-kumpannija li tkun qed tiġi
stralċjata kienet magħrufa bih f’xi żmien matul dak il-
perijodu ta’ tnax-il xahar; jew
(b) ikun isem li jkun hekk jixbah isem li jaqa’ taħt il-
paragrafu (a) li jissuġġerixxi assoċjazzjoni ta’ dik il-
kumpannija. 
(4) Persuna li taġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja tista’ teħel multa ta’
mhux aktar minn ħamest elef lira. Dik il-persuna tkun ukoll
personalment responsabbli għad-djun ta’ kull kumpannija
msemmija fis-subartikolu (2)(a) u (b) li jkunu saru fil-waqt li
kienet qed taġixxi dwar il-kumpannija bil-mod deskritt f’dawk il-
paragrafi.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, direttur jinkludi persuna li
skond id-direzzjonijiet jew istruzzjonijiet tagħha d-diretturi wżati
jaġixxu.
Riferenza mill-
qorti għal 
prosekuzzjoni ta’ 
uffiċjal 
delinkwenti, eċċ. 
Emendat:
XXIV. 1995.362.
318. Jekk fil-fehma tal-qorti waqt stralċ mill-qorti xi uffiċjal
passat jew preżenti, jew xi membru tal-kumpannija, jew xi persuna
oħra, kienet ħatja ta’ xi reat dwar il-kumpannija li jkun reat taħt dan
l-Att jew xort’oħra kienet responsabbli kriminalment għalih, il-
qorti għandha, jew fuq ir-rikors ta’ xi persuna li jkollha interess fl-
istralċ jew fuq mozzjoni tagħha stess, tirreferi l-kwistjoni lill-
Kummissarju tal-Pulizija permezz tar-Reġistratur tal-Qrati.
Rapport mill-
istralċjarju għall-
prosekuzzjoni ta’ 
uffiċjali 
delinkwenti, eċċ. 
319. Jekk fil-fehma ta’ l-istralċjarju waqt stralċ volontarju xi
uffiċjal passat jew preżenti, jew xi membru, tal-kumpannija jkun
instab ħati ta’ reat dwar il-kumpannija li jkun reat taħt dan l-Att
jew li xort’oħra jkun responsabbli kriminalment għalih, dan għandu
minnufih jirrapporta l-kwistjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Ordnijiet ta’ 
skwalifika.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
320. (1) Il-qorti, fuq rikors ta’ l-Avukat Ġenerali jew tar-
Reġistratur tista’ tagħmel ordni ta’ skwalifika kontra xi persuna
misjuba ħatja ta’ reat taħt dan l-Att, barra minn kontravvenzjoni li
għaliha jkun hemm biss penali, jew li tkun kisret xi ħtieġa ta’ dan l-
Att bil-konsegwenza li dik il-persuna jkollha tikkontribwixxi għall-
attiv ta’ kumpannija jew li ssir personalment responsabbli għad-
djun tal-kumpannija.
(2) Il-qorti, fuq rikors ta’ l-Avukat Ġenerali jew tar-
Reġistratur, tista’ wkoll tagħmel ordni ta’ skwalifika kontra xi
persuna jekk tkun sodisfatta -
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      163
(a) li dik il-persuna hija jew kienet direttur ta’ kumpannija
li f’xi żmien tkun saret insolventi, sew jekk waqt li
kienet direttur jew wara; u
(b) li l-imġieba tagħha bħala direttur tal-kumpannija, jew
meħuda għaliha waħedha jew flimkien ma’ l-imġieba
tagħha bħala direttur ta’ xi kumpannija jew kumpanniji
oħra, jagħmluha mhux tajba biex ikollha x’taqsam
mat-treġija ta’ kumpannija.
(3) Ordni ta’ skwalifika magħmul taħt dan l-artikolu jista’ jkun
jew għal żmien minimu ta’ sena jew għal żmien massimu ta’
ħmistax-il sena.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ordni ta’ skwalifika hija
ordni li permezz tagħha persuna ma tistax tkun, jekk mhux bil-
permess tal-qorti -
(a) direttur ta’ kumpannija jew segretarju ta’ kumpannija;
jew
(b) stralċjarju jew amministratur proviżorju ta’ kumpan-
nija; jew
(ċ) manager speċjali tal-patrimonju jew negozju ta’
kumpannija; jew
(d) konċernata b’xi mod, sew direttament jew indiretta-
ment, jew tieħu parti fil-promozzjoni, formazzjoni jew
tmexxija ta’ kumpannija,
għal perijodu speċifiku li jibda jseħħ mid-data ta’ l-ordni.
(5) Avviż ta’ ordni ta’ skwalifika magħmul taħt dan l-artikolu
għandu -
(a) ikun konsenjat mir-Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur
għar-reġistrazzjoni;
(b) ikun ukoll reġistrat f’Reġistru miżmum għal dan l-
għan mir-Reġistratur u li jkun miftuħ biex jiġi
spezzjonat mill-pubbliku. 
(6) Kull persuna li, waqt li tkun soġġetta għal ordni ta’
skwalifika, taġixxi bi ksur tagħha, tkun ħatja ta’ reat u jekk tinstab
ħatja tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn għoxrin elf lira jew
priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Rimedji oħra. 
xi reati jew rimedji oħra li jistgħu jkunu jeżistu taħt liġi oħra.
Kapitolu VI - Disposizzjonijiet Supplimentari
Dikjarazzjoni minn 
stralċjarju dwar 
stralċ pendenti.
Emendat:
IV. 2003.120.
322. (1) Jekk, meta kumpannija tkun qed tiġi stralċjata sew
jekk bil-qorti jew volontarjament, l-istralċ ma jintemmx sa żmien
tnax-il xahar wara x-xoljiment tal-kumpannija, l-istralċjarju, li ma
jkunx ir-riċevitur uffiċjali, għandu, fi żmien tletin jum mit-tmiem
ta’ l-imsemmija żmien ta’ tnax-il xahar, u wara f’intervalli ta’ sitt
  164      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
xhur il-wieħed, sakemm jintemm l-istralċ, jibgħat lir-Reġistratur
għar-reġistrazzjoni dikjarazzjoni dwar il-proċedimenti u l-qagħda
ta’ l-istralċ li tibda fid-data li fiha l-istralċjarju kien l-ewwel
maħtur u li tingħalaq sat-tmiem taż-żmien li dwaru għandha ssir id-
dikjarazzjoni, u magħmula f’dik il-forma u li jkun fiha dawk il-
partikolaritajiet li jistgħu jkunu preskritti. Fi stralċ mill-qorti, meta
l-attiv tal-kumpannija jkun ġie realizzat u mqassam għal kollox
qabel it-tmiem ta’ l-intervall ta’ sitt xhur, għandha tintbagħat
dikjarazzjoni finali lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
(2) Jekk stralċjarju jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu, dan jista’ jeħel penali, u għal kull jum li matulu jkompli
n-nuqqas, penali oħra.
Setgħat 
supplimentari tal-
qorti. 
323. (1) Il-qorti tista’, dwar il-ħwejjeġ kollha li għandhom
x’jaqsmu max-xoljiment u stralċ ta’ kumpannija, tikkonsidra x-
xewqat tal-kredituri jew kontributorji tal-kumpannija, kif lilha
ppruvat bi provi biżżejjed, u tista’ jekk jidhrilha xieraq, sabiex
taċċerta dawk ix-xewqat tordna laqgħat tal-kredituri jew
kontributorji jissejħu, jinżammu u jitmexxew b’dak il-mod li l-qorti
jidhrilha xieraq u tista’ taħtar persuna biex taġixxi bħala chairman
ta’ xi laqgħa bħal dik u li tirrapporta r-riżultat tagħha lill-qorti.
(2) Fil-każ tal-kredituri, għandu jkun kunsidrat il-valur tad-
dejn ta’ kull wieħed mill-kredituri; u fil-każ ta’ kontributorji,
għandu jkun kunsidrat in-numru ta’ voti mogħtija lil kull
kontributorju bil-memorandum jew bl-istatut tal-kumpannija jew,
jekk ma jkun hemm xejn fil-memorandum u fl-istatut, il-valur tar-
responsabbiltajiet rispettivi tagħhom biex jikkontribwixxu.
Pubblikazzjoni ta’ 
tħassir u 
disponiment tar-
records tal-
kontijiet ta’ 
kumpannija. 
324. (1) Meta l-isem tal-kumpannija jitħassar minn fuq ir-
reġistru, ir-Reġistratur għandu minnufih jgħaddi biex jippubblika
avviż dwar dan fil-Gazzetta.
(2) L-istralċjarju għandu jżomm il-kontijiet, ir-records tal-
kontijiet u d-dokumenti tal-kumpannija għal żmien ta’ għaxar snin
mid-data tal-pubblikazzjoni tat-tħassir ta’ l-isem tal-kumpannija
mir-reġistru.
(3) Jekk l-istralċjarju jonqos li jħares is-subartikolu (2) dan
jista’ jeħel penali.
Kumpanniji li ma 
joperawx.
Sostitwit:
IV. 2003.121.
325. (1) Meta r-Reġistratur ikollu raġuni biżżejjed biex jaħseb
li kumpannija ma tkunx qed tmexxi negozju jew ma tkunx qed
topera, dan jista’ jibgħat lill-kumpannija ittra bil-posta fejn jistaqsi
jekk il-kumpannija tkunx qed tmexxi negozju jew tkunx qed topera.
(2) Jekk ir-Reġistratur jirċievi tweġiba fis-sens li l-kumpannija
ma tkunx qed tmexxi negozju jew ma tkunx qed topera, jew jekk
ma jirċevix tweġiba fi żmien xahar minn meta jkun bagħat l-ittra,
dan jista’ jibgħat lill-kumpannija bil-posta u jippubblika avviż fil-
Gazzetta u f’gazzetta li toħroġ kuljum li ċ-ċirkolazzjoni tagħha
tkun għal kollox jew prinċipalment f’Malta li, f’egħluq tliet xhur
mid-data ta’ l-aħħar pubblikazzjoni ta’ l-imsemmi avviż, l-isem tal-
kumpannija għandu, kemm-il darba qabel ma tintwerix raġuni biex
isir kuntrarju jew jekk ir-Reġistratur ikun sodisfatt li hemm
raġunijiet biżżejjed biex ma jipproċedix bit-tħassir, jitħassar minn
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      165
fuq ir-reġistru, u l-attiv tal-kumpannija jgħaddi f’idejn il-Gvern ta’
Malta.
(3) Jekk, f’xi każ fejn kumpannija tkun qed tiġi stralċjata
volontarjament, ir-Reġistratur ikollu raġuni biżżejjed biex jaħseb
jew li ebda stralċjarju ma jkun qed jaġixxi jew li l-affarijiet tal-
kumpannija jkunu stralċjati għal kollox, u li l-prospetti li huma
meħtieġa li jsiru mill-istralċjarju skond l-artikolu 322 ikunu tard
b’sitt xhur jew iktar, ir-Reġistratur jista’ jippubblika fil-Gazzetta u
f’gazzetta li toħroġ kuljum li ċ-ċirkolazzjoni tagħha tkun għal
kollox jew prinċipalment f’Malta, avviż li f’egħluq tliet xhur mill-
aħħar pubblikazzjoni ta’ l-imsemmi avviż, l-istralċ tal-kumpannija
għandu, kemm-il darba qabel ma tintweriex raġuni biex isir
kuntrarju, jitqies li jkun ġie mitmum u konsegwentament li l-isem
tal-kumpannija jitħassar minn fuq ir-reġistru. Ir-Reġistratur għandu
jieħu ħsieb jibgħat bil-posta kopja ta’ l-imsemmi avviż lill-
kumpannija u lill-istralċjarju, jekk ikun hemm. Malli jagħlaq l-
imsemmi żmien ta’ tliet xhur l-istralċ tal-kumpannija għandu,
kemm-il darba qabel ma tintwerix raġuni biex isir kuntrarju, jitqies
li jkun ġie mitmum u r-Reġistratur għandu jħassar l-isem tal-
kumpannija minn fuq ir-reġistru u l-attiv tal-kumpannija jgħaddi
f’idejn il-Gvern ta’ Malta.
(4) Jekk membru jew kreditur tal-kumpannija, jew xi persuna
oħra li fil-fehma tal-Qorti jkollha interess li tħossha aggravata bil-
fatt li l-isem tal-kumpannija jkun tħassar minn fuq ir-Reġistru bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu, il-Qorti, fuq rikors magħmul mill-membru
jew kreditur jew minn dik il-persuna l-oħra, qabel ma jgħaddu
ħames snin mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tat-tħassir provdut fis-
subartikoli (2) u (3), tista’, jekk tkun sodisfatta li jkun xieraq li l-
isem tal-kumpannija jerġa’ jidħol fir-reġistru, tordna li dak l-isem
jerġa’ jidħol fir-reġistru, u mal-konsenja ta’ kopja uffiċjali ta’ l-
ordni mir-Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni,
il-kumpannija għandha titqies li kompliet bl-eżistenza tagħha
daqslikieku isimha ma kienx tħassar; u l-Qorti tista’ bl-ordni
tagħha tagħti dawk id-direzzjonijiet u tagħmel dawk il-
provvedimenti li jidhrilha xierqa biex il-kumpannija u l-persuni l-
oħra kollha jitqiegħdu fl-istess pożizzjoni kemm jista’ jkun viċin
dik li kieku l-isem tal-kumpannija ma jkunx tħassar. Ir-Reġistratur
għandu minnufih jgħaddi biex jippubblika avviż fil-Gazzetta u
f’gazzetta li toħroġ kuljum li ċ-ċirkolazzjoni tagħha tkun għal
kollox jew prinċipalment f’Malta u l-isem tal-kumpannija jerġa’
jidħol fir-reġistru.
(5) Avviż mibgħut taħt dan l-artikolu jista’ jiġi indirizzat lill-
istralċjarju fil-post tan-negozju jew fl-indirizz tiegħu l-aħħar
magħruf, u ittra jew avviż li għandu jintbagħat lil kumpannija
għandu jiġi indirizzat lill-kumpannija fl-uffiċċju reġistrat tagħha.
(6) Minkejja li l-isem tal-kumpannija jkun tħassar minn fuq ir-
reġistru skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel dan l-artikolu, ir-
responsabbilità , jekk il-każ, ta’ kull direttur jew uffiċjal ieħor tal-
kumpannija u ta’ kull membru tal-kumpannija għandha tkompli u
tista’ tiġi infurzata daqslikieku l-isem tal-kumpannija ma jkunx
tħassar mir-reġistru.
  166      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(7) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 429(1), id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw għal kumpannija li x-
xoljiment u l-istralċ konsegwenzjali tagħha jkunu regolati bl-
Ordinanza.
Relazzjoni mal-
leġislazzjoni dwar 
falliment. 
Kap. 13.
326. (1) It-Taqsima III tal-Kodiċi tal-Kummerċ dwar falliment
ma għandhomx japplikaw għal kumpannija.
Kap. 13.  (2) Riferenzi f’liġijiet oħra barra mit-Taqsima III tal-Kodiċi
tal-Kummerċ għal fallut għandhom, meta r-rabta tal-kliem hekk
teħtieġ, ikunu mfissra bħala li jinkludu riferenzi għal kumpannija li
tkun qed tiġi stralċjata f’ċirkostanzi ta’ insolvenza taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, u riferenzi għal fallut għandhom
jiftiehmu f’dan is-sens.
TAQSIMA VI - RIKOSTRUZZJONI TA’ KUMPANNIJA 
Setgħa ta’ 
kumpannija li tasal 
f’arranġament ma’ 
kredituri u membri.
Emendat:
IV. 2003.122.
327. (1) Meta ftehim jew arranġament ikun propost bejn
kumpannija u l-kredituri tagħha, jew xi klassi minnhom, jew bejn
il-kumpannija u l-membri tagħha, jew xi klassi minnhom, il-qorti
tista’, fuq rikors tal-kumpannija jew ta’ xi kreditur jew membru
tagħha jew, fil-każ ta’ kumpannija li tkun qed tiġi stralċjata, l-
istralċjarju, tordna li laqgħa tal-kredituri jew klassi ta’ kredituri,
jew tal-membri tal-kumpannija jew klassi ta’ membri, skond il-każ,
tissejjaħ b’dak il-mod li tordna l-qorti.
(2) Jekk maġġoranza fin-numru li jirrappreżentaw tliet kwarti
tal-valur tal-kredituri jew klassi ta’ kredituri jew membri jew klassi
ta’ membri, skond il-każ, preżenti u li jivvotaw jew personalment
jew bi prokura fil-laqgħa, tiftiehem dwar xi ftehim jew
arranġament, jekk sanzjonat mill-qorti, ikun jorbot lill-kredituri
kollha jew lill-klassi ta’ kredituri jew lill-membri jew klassi ta’
membri, skond il-każ, kif ukoll lill-kumpannija jew, fil-każ li l-
kumpannija tkun qed tiġi stralċjata, lill-istralċjarju u kontributorji
tal-kumpannija.
(3) L-ordni tal-qorti taħt is-subartikolu (2) ma jkollu ebda
effett sakemm kopja tiegħu tkun konsenjata lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni skond l-artikolu 329(5) u kopja ta’ kull ordni bħal
dak għandha tkun mehmuża ma’ kull kopja tal-memorandum tal-
kumpannija maħruġ wara li jkun sar l-ordni.
(4) Jekk kumpannija tonqos li tħares is-subartikolu (3), il-
kumpannija u kull uffiċjal tal-kumpannija li jonqos jista’ jeħel
penali.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 328 -
(a) "kumpannija" tisser kull kumpannija li ma tkunx tista’
tħallas id-djun tagħha skond l-artikolu 214(5) jew
f’dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-qorti tkun tal-fehma li
hemm raġunijiet gravi biżżejjed li xort’oħra kienu
jitolbu x-xoljiment u l-istralċ konsegwenzjali tal-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      167
kumpannija skond l-artikolu 214(2)(b)(iii); u
(b) "arranġament" tinkludi organizzazzjoni mill-ġdid tal-
kapital azzjonarju tal-kumpannija bil-konsolidazzjoni
ta’ azzjonijiet ta’ klassijiet differenti jew bil-qsim ta’
azzjonijiet f’azzjonijiet ta’ klassijiet differenti, jew
b’dawk iż-żewġ metodi.
Tagħrif dwar 
arranġament ikun 
ċirkolat. 
328. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw meta laqgħa tal-kredituri jew ta’ xi klassi ta’ kredituri,
jew ta’ membri jew ta’ xi klassi ta’ membri, tissejjaħ skond l-
artikolu 327.
(2) Ma’ kull avviż li jsejjaħ laqgħa li jintbagħat lil kreditur jew
membru għandha tintbagħat ukoll dikjarazzjoni li tispjega l-effett
tal-ftehim jew arranġament u b’mod partikolari tiddikjara kull
interessi materjali tad-diretturi tal-kumpannija, kemm bħala
diretturi jew membri jew bħala kredituri tal-kumpannija jew
xort’oħra, u l-effett fuq dawk l-interessi tal-ftehim jew
arranġament, safejn dan ikun differenti mill-effett fuq interessi ta’
l-istess xorta ta’ persuni oħra.
(3) F’kull avviż li jsejjaħ il-laqgħa li jingħata b’reklam
għandha tkun inkluża jew id-dikjarazzjoni hawn fuq imsemmija
jew notifika tal-post li fih u l-mod li bih kredituri jew membri li
jkollhom jedd jattendu għal-laqgħa jistgħu jiksbu kopji tad-
dikjarazzjoni.
(4) Meta l-ftehim jew l-arranġament jolqot il-jeddijiet ta’
detenturi ta’ obbligazzjonijiet tal-kumpannija, id-dikjarazzjoni
għandha tagħti spjegazzjoni ta’ l-istess xorta dwar id-detenturi ta’
kull sigurtà  għall-ħruġ ta’ obbligazzjonijiet kif meħtieġa li tingħata
dwar id-diretturi tal-kumpannija.
(5) Meta avviż mogħti b’reklam jinkludi notifika li kopji ta’
dikjarazzjoni li tispjega l-effett tal-ftehim jew arranġament propost
ikunu jistgħu jinkisbu minn kredituri jew membri li jkollhom jedd
jattendu għal-laqgħa, kull kreditur jew membru bħal dak għandu,
meta japplika bil-mod muri bl-avviż, jingħata mill-kumpannija
mingħajr ħlas kopja tad-dikjarazzjoni.
(6) Jekk kumpannija tonqos li tħares xi ħtieġa ta’ dan l-
artikolu, il-kumpannija u kull uffiċjal tagħha li jonqos jistgħu jeħlu
penali; u għal dan l-għan stralċjarju tal-kumpannija jitqies li hu
uffiċjal tagħha:
Iżda persuna ma tkunx responsabbli taħt dan is-subartikolu
jekk turi li n-nuqqas kien dovut għar-rifjut ta’ persuna oħra li hija
direttur, biex tagħti d-dettalji meħtieġa ta’ l-interessi tagħha.
(7) Ikun id-dmir ta’ kull direttur tal-kumpannija li jagħti avviż
lill-kumpannija u lil kull detentur ta’ obbligazzjonijiet fuq dawk il-
ħwejjeġ dwaru li jistgħu jkunu meħtieġa għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu, u kull persuna li tonqos li tħares dan is-subartikolu tista’
teħel penali.
  168      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Disposizzjonijiet 
dwar faċilità  ta’ 
rikostruzzjoni jew 
amalgamazzjoni 
ta’ kumpannija.
329. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw meta
tkun saret talba lill-qorti taħt l-artikolu 327 għas-sanzjoni ta’
ftehim jew arranġament proposta bejn kumpannija u dawk il-
persuni l-oħra msemmija f’dak l-artikolu.
(2) Jekk jintwera -
(a) li l-ftehim jew arranġament ikun ġie propost għall-
finijiet ta’, jew dwar, skema għar-rikostruzzjoni ta’ xi
kumpannija jew kumpanniji, jew l-amalgamazzjoni ta’
xi żewġ kumpanniji jew iżjed; u
(b) li taħt l-iskema l-impriża kollha jew parti minnha jew
il-proprjetà  ta’ xi kumpannija li għandha x’taqsam fl-
iskema (f’dan l-artikolu msejħa "kumpannija li
tagħmel it-trasferiment") tkun se tiġi trasferita lil
kumpannija oħra (f’dan l-artikolu msejħa "il-
kumpannija li lilha jsir it-trasferiment"),
il-qorti tista’, jew bl-ordni li jissanzjona l-ftehim jew l-arranġament
jew b’xi ordni ieħor wara, tipprovdi għall-ħwejjeġ kollha
speċifikati fis-subartikolu (3) jew uħud minnhom.
(3) Il-ħwejjeġ li l-ordni tal-qorti jista’ jipprovdi għalihom
huma -
(a) it-trasferiment lill-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment ta’ l-impriża kollha jew ta’ xi parti
minnha u tal-proprjetà  jew passiv ta’ xi kumpannija li
tagħmel it-trasferiment;
(b) l-għoti jew l-approprjazzjoni mill-kumpannija li lilha
jsir it-trasferiment ta’ kull azzjonijiet, obbligazzjoni-
jiet, sigurtajiet jew interessi ta’ l-istess xorta f’dik il-
kumpannija li skond il-ftehim jew l-arranġament
għandhom jingħataw jew ikunu approprjati minn dik
il-kumpannija lil jew għal xi persuna;
(ċ) il-kontinwazzjoni minn jew kontra l-kumpannija li it-
trasferiment ta’ kull proċedimenti legali pendenti minn
jew kontra xi kumpannija li tagħmel it-trasferiment;
(d) ix-xoljiment ta’ kull kumpannija li tagħmel it-
trasferiment u t-tħassir ta’ l-isem tagħha, mingħajr il-
ħtieġa li tiġi stralċjata;
(e) il-provvediment għandu jsir lil xi persuni li, f’dak iż-
żmien u b’dak il-mod li tordna l-qorti topponi għall-
ftehim jew għall-arranġament;
(f) dawk il-ħwejjeġ inċidentali, konsegwenzjali u
supplementari li jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li
r-rikostruzzjoni jew l-amalgazzjoni ssir għal kollox u
b’mod effettiv.
(4) Jekk ordni taħt dan l-artikolu jipprovdi għat-trasferiment
ta’ proprjetà  jew passiv, f’dak il-każ -
(a) dik il-proprjetà  tkun bis-saħħa ta’ dak l-ordni trasferita
lil, u vestita fi, il-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment; u
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      169
(b) dak il-passiv, bis-saħħa ta’ dak l-ordni, ikun trasferit
lil dik il-kumpannija u jsir il-passiv tagħha,
u proprjetà , jekk l-ordni hekk jgħid, tkun vestita ħielsa minn kull
piż li bis-saħħa tal-ftehim jew arranġament għandu jieqaf milli
jkollu seħħ.
(5) Meta jsir ordni taħt dan l-artikolu, kull kumpannija li
dwarha jsir l-ordni għandha tieħu ħsieb li kopja ċertifikata ta’ l-
ordni tkun konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni fi żmien
sebat ijiem minn meta jsir; u fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ dan is-
subartikolu, il-kumpannija u kull uffiċjal tagħha li jkun naqas
jistgħu jeħlu penali, u għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas,
penali oħra.
Dmirijiet ta’ 
diretturi meta l-
kumpannija ma 
tkunx tista’ tħallas 
id-djun.
Miżjud:
IV. 2003.123.
329A. Meta d-diretturi ta’ kumpannija jsiru jafu li l-kumpannija
ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha, jew aktarx ikun imminenti li
ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha, dawn għandhom minnufih,
mhux iktar tard minn tletin jum minn meta jkunu saru jafu bil-fatt,
isejjħu kif imiss laqgħa ġenerali tal-kumpannija bil-mezz ta’ avviż
f’dak is-sens għal data li ma tkunx iktar tard minn erbgħin jum
mid-data ta’ l-avviż sabiex tkun riveduta l-qagħda tal-kumpannija u
sabiex jiġi deċiż x’passi għandhom jittieħdu biex tkun trattata s-
sitwazzjoni, magħduda konsiderazzjoni dwar jekk il-kumpannija
għandhiex tiġi xolta jew, jekk applikabbli, jekk il-kumpannija
għandhiex tagħmel rikors biex kumpannija tirkupra skond l-
artikolu 329B.
Proċedura biex 
kumpannija 
tirkupra.
Miżjud:
IV. 2003.123.
329B. (1) (a) Meta kumpannija ma tkunx tista’ tħallas id-djun
tagħha, jew x’aktarx ikun imminenti li ma tkunx tista’
tħallas id-djun tagħha, jista’ jsir rikors biex
kumpannija tirkupra lill-Qorti fejn issir talba lill-Qorti
biex il-kumpannija titqiegħed taħt proċedura biex
kumpannija tirkupra u biex taħtar kontrollur speċjali
biex jieħu kontroll hu, biex jimmaniġġa u jamministra
n-negozju tal-kumpannija għal żmien speċifikat mill-
Qorti suġġett għal-limitazzjoni imposta bil-paragrafu
(ċ).
(b) Rikors biex kumpannija tirkupra, hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan l-artikolu msejjaħ ''rikors'' għandu jsir
b’rikors magħmul minn:
(i) jew mill-kumpannija wara riżoluzzjoni
straordinarja; jew
(ii) mid-diretturi wara deċiżjoni tal-bord tad-
diretturi; jew
(iii) mill-kredituri tal-kumpannija li jirrapreżentaw
iktar minn nofs il-valur tal-kredituri tal-
kumpannija.
(ċ) Il-ħatra ta’ kontrollur speċjali għandha ssir għal żmien
ta’ mhux iktar minn tnax-il xahar; iżda, jekk f’xi
żmien li matulu jkun hemm fis-seħħ proċedura biex
kumpannija tirkupra, il-Qorti tista’, jekk tintwera
raġuni xierqa testendi ż-żmien b’dak iż-żmien jew
żminijiet addizzjonali li b’kollox ma jeiċċedux tnax-il
  170      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
xahar ieħor.
(d) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw għal:
(i) il-kumpanniji kollha li ma jikkwalifikawx bħala
''kumpanniji żgħar'' skond l-artikolu 185; u
(ii) ''kumpanniji żgħar'' li jkollhom iktar minn valur
ta’ Lm 200,000 dovut lill-kredituri.
(e) Il-Ministru jista’ b’regolamenti, jemenda jew
jissostitwixxi l-kriterji murija fil-paragrafu (d) sabiex
jistabbilixxi l-applikabbilità  tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu.
(f) Ebda rikors ma jista’ jsir minn kumpannija wara li
tkun ġiet xolta volontarjament jew jekk, dwar l-istess
kumpannija, ikun digà  sar ordni għal stralċ.
(2) (a) Rikors għandu, kemm hu possibli, jagħti l-fatti, iċ-
ċirkostanzi u r-raġunijiet kollha li wasslu biex il-
kumpannija ma tkunx tista’ jew ikunu imminenti li ma
tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha, flimkien ma’
dikjarazzjoni mir-rikorrenti ta’ kif il-qagħda
finanzjarja u ekonomika tal-kumpannija tkun tista’
tittejjeb fl-interessi tal-kredituri u ta’ l-impjegati
tagħha u tal-kumpannija nnifisha bħala ażjenda
vijabbli.
(b) Meta rikors ikun magħmul mill-kumpannija,
għandhom ikunu annessi miegħu d-dokumenti li
ġejjin:
(i) dikjarazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv tal-
kumpannija magħmula sa data li ma tkunx qabel
id-data tar-rikors b’iktar minn xahrejn; u
(ii) lista li jkun fiha l-ismijiet u l-indirizzi tal-
kredituri flimkien ma’ indikazzjoni ta’ l-ammont
dovut lil kull wieħed minn dawk il-kredituri u s-
sigurtà , jekk ikun hemm, tal-kredituri rispettivi.
(ċ) Meta rikors isir mill-kredituri, għandu jkollu miegħu
d-dokumentazzjoni u d-dikjarazzjonijiet xierqa
b’sustenn.
Setgħa tal-Qorti. (3) (a) Meta tisma’ rikors, il-Qorti tista’, wara li teżamina ċ-
ċirkostanzi kollha u l-azzjonijiet li jkun hemm, jew
tiċħad ir-rikors jew toħroġ ordni biex kumpannija
tirkupra, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu
wkoll imsemmi ''ordni'', fejn tilqa’ t-talba u tqiegħed
lill-kumpannija taħt proċedura biex kumpannija
tirkupra.
(b) Il-Qorti għandha tilqa’ r-rikors, u skond dan tqiegħed
lill-kumpannija taħt proċedura biex kumpannija
tirkupra, biss jekk -
(i) tkun sodisfatta li l-kumpannija ma tkunx tista’,
jew x’aktarx ikun imminenti, li ma tkunx tista’,
tħallas id-djun tagħha skond kif imfisser fl-
artikolu 214(5); u
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      171
(ii) jekk tikkunsidra li l-ordni x-aktarx jilħaq xi
wieħed mill-għanijiet li ġejjin:
- li l-kumpannija tibqa’ ażjenda vijabbli għal
kollox jew f’parti; jew
- is-sanzjonament taħt l-artikolu 327 ta’
kompromess jew arranġament bejn il-
kumpannija u kull kredituri jew membri
tagħha.
(ċ) Fl-egħmil ta’ ordni, il-Qorti għandha tikkunsidra:
(i) l-aħjar interessi tal-kredituri, ta’ l-azzjonisti u
tal-kumpannija nnifisha, u l-possibbiltà  li tħares
l-impjiegi kif ikun jidher raġonevoli u
finanzjarjament possibli fiċ-ċirkostanzi; u
(ii) il-kost li jkollu jsir biex tkun adottata proċedura
biex kumpannija tirkupra, partikolarment id-
drittijiet u l-ispejjeż li jkollhom jitħallsu.
(d) Meta kumpannija jkollha fil-pussess tagħha liċenza
jew awtorizzazzjoni oħra taħt il-liġijiet li jirregolaw il-
kummerċ bankarju, l-assigurazzjoni, is-servizzi ta’
investiment, istituzzjonijiet finanzjarji jew elenku ta’
sigurtajiet f’exchange ta’ investiment rikonoxxut, il-
Qorti m’għandiex tgħaddi biex tagħmel ordni mingħajr
ma qabel tkun ikkonsultat ma’ l-awtorità  kompetenti
rilevanti responsabbli mill-issolveljar ta’ dik il-
kumpannija jew ta’ xi attivitajiet tagħha.
(e) Il-Qorti għandha tiddeċiedi jekk tiċħhadx ir-rikors jew
tagħmilx ordni biex kumpannija tirkupra fi żmien ta’
mhux iktar minn għoxrin jum tax-xogħol minn meta
jkun preżentat ir-rikors.
Effett ta’ ordni 
biex kumpannija 
tirkupra.
(4) Meta jkun sar rikors u sakemm ma jiġix miċħud, jew matul
iż-żmien li fih tkun isseħħ proċedura biex kumpannija tirkupra:
(a) kull rikors għall-stralċ jew pendenti għandu jieqaf;
(b) ebda riżoluzzjoni għax-xoljiment u stralċ
konsegwenzjali ma tkun tista’ tgħaddi jew tingħata
effett;
(ċ) l-eżekuzzjoni ta’ talbiet ta’ xorta monetarja kontra l-
kumpannija u kull imgħax li xort’oħra jista’ jakkumula
fuqu għandhom jieqfu;
(d) matul it-titolu ta’ kirja, ebda sid il-kera jew persuna
oħra li lilha jkollha titħallas il-kera ma tista’ teżerċita
xi jedd għat-terminazzjoni ta’ kirja dwar post li jkun
mikri lill-kumpannija minħabba n-nuqqas ta’ tħaris ta’
xi patt jew kondizzjoni tal-kirja tagħha dwar dak il-
post, ħlief bil-permess tal-Qorti u b’dawk il-
kondizzjonijet li-l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi;
(e) ebda passi oħra ma jistgħu jittieħdu biex tiġi infurzata
xi sigurtà  fuq il-proprjetà  tal-kumpannija, jew biex
jittieħed pussess lura ta’ xi oġġetti li jkunu fil-pussess
tal-kumpannija taħt xi ftehim ta’ hire-purchase, ħlief
  172      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
bil-permess tal-Qorti u taħt dawk il-kondizzjonijiet li
l-Qorti jidhrilha xierqa li timponi;
Kap. 12.
(f) ebda att jew mandat kawzjonarju jew eżekuttiv
imsemmi fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili ma jista’ jsir kontra l-kumpannija jew xi
proprjetà  tal-kumpannija mingħajr il-permess tal-Qorti
u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xierqa
li timponi; u
(g) ebda proċedimenti ġudizzjarji ma għandhom jinbdew
jew jitkomplew kontra l-kumpannija jew il-proprjetà
tagħha ħlief bil-permess tal-Qorti u suġġetti għal dawk
il-kondizzjonijiet li l-Qorti jidhrilha xieraq li timponi.
Ħatra ta’ kontrollur 
speċjali.
(5) (a) Fl-ordni, il-Qorti għandha:
(i) taħtar individwu biex jaġixxi ta’ kontrollur
speċjali u biex jaqdi dawk il-funzjonijiet u
setgħat li l-Qorti tista’ tafdalu fl-
amministrazzjoni u fl-immanzjoni u fl-
immanjetà  u n-negozju tal-kumpannija;
(ii) tistabbilixxi dik ir-rimunerazzjoni tal-kontrollur
speċjali, li l-Qorti jidhrilha xierqa wara li
tikkunsidra l-qagħda finanzjarja, in-negozju u l-
attiv tal-kumpannija; 
(iii) tistabbilixxi ż-żmien, li ma jkunx iktar minn
għaxart ijiem tax-xogħol mill-egħmil ta’ l-ordni
biex kumpannija tirkupra, li fih il-kumpannija
għandha tiddepożita somma ta’ flus fil-Qorti jew
toffri garanzija oħra xierqa jew arranġament
ieħor addattat, li, fil-fehma tal-Qorti, ikun
biżżejjed biex ikopri r-rimunerazzjoni, u l-
ispejjeż tal-kontrollur speċjali konnessi mal-
ħatra tiegħu.
(b) Il-Qorti għandha taħtar bħala kontrollur speċjali
individwu li l-Qorti tkun aċċertat għas-sodisfazzjon
tagħha li jkollu l-kompetenza u l-esperjenza ppruvata
fl-immaniġġjar ta’ impriżi kummerċjali, ikun
kwalifikat u jkun irid jaċċetta l-ħatra, u ma jkollu ebda
konflitt ta’ interess dwar il-ħatra tiegħu.
(ċ) Sakemm il-kontrollur speċjali jkollu l-kariga, il-fatt
tal-ħatra tiegħu f’dik il-kariga u ismu sħiħ flimkien
ma’ l-indirizz tiegħu residenzjali u tan-negozju
għandhom jintwerew b’mod ċar fuq kull ittri tan-
negozju, formuli ta’ ordnijiet, fatturi u kull dokumenti
oħra tal-kumpannija.
Setgħat u dmirijiet 
tal-kontrollur 
speċjali.
(6) (a) Matul iż-żmien li l-ordni jkun fis-seħħ, il-kumpannija
għandha tkompli tmexxi l-attivitajiet normali tagħha
taħt it-tmexxija tal-kontrollur speċjali.
(b) Il-kontrollur speċjali għandu, kemm jista’ jkun malajr
mal-ħatra tiegħu, jieħu taħt il-kustodja jew il-kontroll
tiegħu il-proprjetà  kollha tal-kumpannija u minn dak
il-ħin ikun responsabbli biex jimmaniġġa u jissorvelja
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      173
l-attivitajiet, in-negozju u l-proprjetà  tagħha.
(ċ) Il-kontrollur speċjali għandu jeżamina l-attiv, l-
affarijiet u l-andament tan-negozju tal-kumpannija u
għandu jaċċerta u jivverifika jekk ikunx hemm
aspettativa raġonevoli li l-kumpannija tirkupra u li
tkompli bħala ażjenda vijabbli, għal kollox jew f’parti,
u għandu jissottometti rapport inizzjali dwar dan lill-
Qorti mhux iktar tard minn xahrejn mid-data tal-ħatra
tiegħu.
(d) Mal-ħatra ta’ kontrollur speċjali, kull setgħa mogħtija
lill-kumpannija, lid-diretturi jew uffiċjali tagħha,
b’dan l-Att jew b’xi liġi oħra, jew bil-memorandum
jew bl-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija,
għandha tiġi sospiża kemm-il darba ma jinkisibx il-
kunsens tal-kontrollur speċjali biex tiġi eżerċita setgħa
bħal dik, liema kunsens jista’ jingħata jew b’mod
ġenerali jew dwar każ jew każijiet partikolari, u ma
tista’ tissejjaħ ebda laqgħa tal-kumpannija ħlief bil-
permess tal-Qorti u skond dawk il-kondizzjonijiet li l-
Qorti jidhrilha xierqa li timponi.
(e) Matul iż-żmien li fih tkun isseħħ proċedura biex
kumpannija tirkupra, kull dmir mogħti lill-
kumpannija, lid-diretturi jew uffiċjali tagħha, b’dan l-
Att jew xi liġi oħra, jew bil-memorandum jew statut
ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija, jgħaddi għand u jkun
eżerċitat mill-kontrollur speċjali.
(f) B’żieda u mingħajr ħsara għal dmir ieħor mogħti lill-
kontrollur speċjali mill-Qorti jew b’ dan l-Att jew b’xi
liġi oħra, il-kontrollur speċjali jkun obbligat li jaqdi l-
funzjonijiet tiegħu b’mod ġust u ekwu meta jqis l-aħjar
interessi tal-kumpannija, ta’ l-azzjonisti u tal-kredituri
tagħha flimkien ma’ l-interessi ta’ kull parti oħra
interessata.
(g) B’żieda mal-funzjonijiet u setgħat oħra mogħtija lilu
mill-Qorti, il-kontrollur speċjali jkollu s-setgħa:
(i) wara li jgħarraf lill-Qorti, bil-mezz ta’ nota,
ineħħi kull direttur tal-kumpannija u li jaħtar
kull individwu biex tkun manager;
(ii) iqabbad persuni biex jagħtu servizzi
professjonali u amministrattivi, u li jikkommetti
lill-kumpannija għall-ħlas tad-drittijiet u spejjeż
rispettivi tagħhom; jew
(iii) li jsejjaħ kull laqgħa tal-membri jew tal-kredituri
tal-kumpannija.
(h) Kontrollur speċjali ma għandux, mingħajr l-
awtorizzazzjoni espressa tal-Qorti:
(i) idaħħal lill-kumpannija għal xi obbligu ta’ iktar
minn sitt xhur; jew
(ii) itemm l-impieg ta’ impjegati tal-kumpannija li
jidhirlu meħtieġa sabiex jiżgura l-
  174      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kontinwazzjoni tal-kumpannija bħala ażjenda
vijabbli għal kollox jew f’parti; jew
(iii) ibiegħ jew xort’oħra jiddisponi minn proprjetà
tal-kumpannija lilu innifsu, jew lill-parti l-oħra
fiż-żwieġ jew lil qraba u d-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 306 għandhom japplikaw daqslikieku
riferenzi lill-istralċjarju kienu riferenzi lill-
kontrollur speċjali.
(i) Il-Qorti tista’, fuq it-talba tal-kontrollur speċjali, u
jekk tintwera raġuni ġusta, testendi l-ħatra u l-
funzjonijiet u s-setgħat relattivi tiegħu għal kull
kumpannija li tkun jew kumpannija grupp
relattivament għall-kumpannija li tkun tqegħdet taħt
proċeduri biex kumpannija tirkupra, iżda, sakemm
jista’ jkun, il-Qorti għandha, qabel ma tagħmel hekk,
tisma’ x’għandhom x’jgħidu d-diretturi, jew uħud
minnhom, ta’ dik il-kumpannija grupp, kif jidhrilha
xieraq.
Laqgħa ta’ 
kredituri u membri.
(7) (a) Fi żmien xahar mill-ħatra tiegħu, il-kontrollur speċjali
għandu jsejjaħ laqgħa jew laqgħat tal-kredituri u
membri, sew separatament kemm flimkien, kif jidhirlu
xieraq, sabiex -
(i) iqiegħed quddiemhom għall-informazzjoni u
reviżjoni tagħhom dikjarazzjoni komprensiva ta’
l-affarijiet tal-kumpannija flimkien ma’ proposti
prelminari fuq il-prospetti u t-tmexxija futura
tal-kumpannija; u
(ii) jaħtar kumitat konġunt ta’ kredituri u membri, li
jikkonsisti f’mhux iktar minn tliet kredituri u
mhux iktar minn tliet membri, biex jagħti dawk
il-pariri u għajnuna li l-kontrollur speċjali jista’
jeħtieġ fit-tmexxija ta’ l-affarijiet, negozju u
proprjetà  tal-kumpannija u biex tirkupra bħala
ażjenda vijabbli.
(b) Mhux inqas minn erbatax-il jum jingħataw biex issir xi
laqgħa bħal dik, u l-kontrollur speċjali għandu jibgħat
kopja ta’ l-avviż li jsejjaħ il-laqgħa lil kull diretturi u
uffiċjali tal-kumpannija, inklużi persuni li kienu
diretturi jew uffiċcjali oħra fil-passat, li l-preżenza
tagħhom fil-laqgħa, tkun meħtieġa fil-fehma tal-
kontrollur speċjali.
(ċ) Il-kontrollur speċjali għandu jippubblika avviż tal-
laqgħat f’gazzetta ta’ kuljum b’ċirkolazzjoni għal
kollox jew prinċipalment f’Malta, mhux iktar tard
minn erbatax-il jum qabel ma tinżamm il-laqgħa.
(d) Meta għal xi raġuni il-kredituri jew il-membri jew it-
tnejn ma jaħtrux rappreżentanti tagħhom fuq il-kumitat
konġunt tal-kredituri u l-membri, il-kontrollur speċjali
jista’ jkompli fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu
mingħajr dak il-kumitat jew biss b’kumitat tal-
kredituri jew membri, skond il-każ.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      175
Negozju 
frawdolenti.
(8) (a) Jekk matul iż-żmien li proċedura biex kumpannija
tirkupra tkun fis-seħħ, ikun jidher li xi negozju tal-
kumpannija jkun sar bi ħsieb li jkun hemm frodi tal-
kredituri tal-kumpannija jew għal xi għan frodulenti
ieħor, il-Qorti tista’, fuq rikors tal-kontrollur speċjali,
jekk hekk jidhrilha xieraq li tagħmel, tiddikjara li kull
persuni li xjentement kienu parti fit-tmexxija tan-
negozju bil-mod imsemmi jkunu personalment
responsabbli, mingħajr limitazzjoni ta’ responsabbilità
għad-djun u responsabbilitajiet kollha jew uħud
minnhom tal-kumpannija kif il-Qorti tista’ tordna.
(b) Meta n-negozju ta’ kumpannija jitmexxa bil-ħsieb jew
għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu (a), kull
persuna li xjentement kienet parti fit-tmexxija tan-
negozju bil-mod kif intqal qabel, tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
mitt elf lira jew priġunerija ta’ mhux iżjed minn ħames
snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Negozju ħazin.
japplikaw meta Proċedura biex kumpannija tirkupra
tkun fis-seħħ u jkun jidher li persuna li tkun direttur
tal-kumpannija kienet taf, jew kellha tkun taf, li l-
kumpannija ma setgħetx tħallas id-djun tagħha jew
kien x’aktarx imminenti li ma tkunx tista’ tħallas id-
djun tagħha.
(b) Il-Qorti, fuq rikors tal-kontrollur speċjali ta’
kumpannija li għaliha japplika dan is-subartikolu,
tista’ tiddikjara li persuna li tkun direttur kif imsemmi
fil-paragrafu (a) ikollha tagħmel ħlas favur l-attiv tal-
kumpannija kif il-Qorti jidhrilha xieraq.
(ċ) Il-Qorti m’għandiex tilqa’ rikors taħt dan is-
subartikolu jekk tkun sodisfatta li l-persuna li tkun
direttur ħadet il-passi kollha li kellha tieħu bil-ħsieb li
tnaqqas it-telf potenzjali għall-kredituri tal-
kumpannija.
(d) Għall-finijet tal-paragrafu (b) u (ċ), il-fatti li direttur
tal-kumpannija għandu jkun jaf jew jaċċertta, il-
konklużjonijiet li għandu jilħaq u l-passi li għandu
jieħu huma dawk li jkunu magħrufa jew aċċertati, jew
milħuqa jew meħuda, minn persuna raġonevolment
diliġenti li jkollha -
(i) kemm it-tagħrif, il-ħila u l-esperjenza li b’mod
raġonevoli jkunu mistennija minn persuna li
tmexxi l-istess fuinzjonijiet li jitmexxew jew li
jiġu fdati lil dak id-direttur dwar il-kumpannija;
u
(ii) it-tagħrif, il-ħila u l-esperjenza li jkollu d-
direttur.
(e) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, direttur jinkludi
persuna li skond id-direzzjonijiet jew l-istruzzjonijiet
tagħha d-diretturi tal-kumpannija soltu jaġixxu.
  176      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Tneħħija jew 
vakanza fil-kariga 
ta’ kontrollur 
speċjali.
(10) (a) Jekk tinħoloq vakanza fil-kariga ta’ kontrollur speċjali
minħabba mewt, riżenja jew xort’oħra, il-Qorti
għandha taħtar individwu ieħor biex jimla l-vakanza
fuq rikors magħmul mill-kontrollur speċjali li jkun qed
jispiċċa, minn kreditur, minn membru, minn direttur,
jew mill-Qorti fuq mozzjoni tagħha stess, skond il-każ.
(b) Il-Qorti tista’, fuq mozzjoni tagħha stess jew fuq ir-
rikors ta’ xi membru jew kreditur, tirrevedi,
tikkonferma, timmodifika jew treġġa’ lura kull għemil
jew deċiżjoni tal-kontrollur speċjali u tagħtih dawk id-
direzzjonijiet jew ordnijiet li jidhrilha xierqa jew
tneħħi kontrollur speċjali jekk tkun sodisfatta li jkunu
jeżistu raġunijiet biżżejjed li jiġġustifikaw it-tneħħija
tiegħu jew il-ħatra ta’ kontrollur speċjali ieħor.
Rapporti li 
għandhom 
jingħataw minn 
kontrollur speċjali.
(11) (a) Fit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ erba’ xhur li jibdew ma’
l-egħmil ta’ l-ordni sakemm jispiċċa l-ħatra tiegħu, il-
kontrollur speċjali għandu jissottometti lill-Qorti
rapport komprensiv bil-miktub tal-proċedimenti ta’ l-
amministrazzjoni tiegħu u tal-proposti tiegħu dwar il-
prospetti biex il-kumpannija tirkupra bħala azjenda
vijabbli għal kollox jew f’parti.
(b) Meta l-kontrollur speċjali jissottometti lill-Qorti r-
rapport imsemmi fil-paragrafu (a), ir-Reġistratur tal-
Qrati għandu minnufih jibgħat kopja tiegħu lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
Terminazzjoni ta’ 
ordni biex 
kumpannija 
tirkupra.
(12) (a) Jekk, matul xi żmien li proċedura biex kumpannija
tirkupra tkun fis-seħħ, jirriżulta lill-kontrollur speċjali,
wara konsultazzjoni mal-kumitat konġunt tal-kredituri
u l-membri, li ma jkun se jservi ta’ xejn li l-
kumpannija tkompli bl-imsemmija proċedura, il-
kontrollur speċjali għandu minnufih jagħmel rikors
lill-Qorti għat-terminazzjoni tal-proċedura biex
kumpannija tirkupra, li jkun fih ir-raġunijiet tiegħu
dettaljati u komprensivi għal hekk.
Wara li tirċievi r-rikors magħmul mill-kontrollur
speċjali għat-terminazzjoni tal-proċedura biex
kumpannija tirkupra, il-Qorti tista’ tordna li l-
kumpannija tkun stralċjata mill-Qorti. Meta jsir l-ordni
għal stralċ, kopja tiegħu għandha tkun mibgħuta
minnufih mir-Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
(b) Jekk, f’xi żmien li matulu proċedura biex kumpannija
tirkupra tkun fis-seħħ, jirriżulta lill-kontrollur speċjali,
wara konsultazzjoni mal-kumitat konġunt tal-kredituri
u l-membri, li l-affarijiet tal-kumpannija jkunu tjiebu
b’mod li tkun tista’ tħallas id-djun tagħha, għandu
jagħmel rikors lill-Qorti, li jkun fih ir-raġunijiet
dettaljati u komprensivi f’dan is-sens, u jitlob lill-
Qorti biex toħroġ ordni għat-terminazzjoni tal-
proċedura biex kumpannija tirkupra. Fil-każ li l-Qorti
tilqa’ r-rikors, din għandha tagħmel dawk il-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      177
provvedimenti u kondizzjonijiet, li jidhrilha meħtieġa
fiċ-ċirkostanzi tal-każ.
(ċ) Jekk, f’xi żmien li matulu proċedura biex kumpannija
tirkupra tkun fis-seħħ, id-diretturi tal-kumpannija jew
il-membri f’laqgħa ġenerali straordinarja jkunu
sodisfatti li l-affarijiet tal-kumpannija jkunu tjiebu
b’mod li tkun tista’ tħallas id-djun tagħha, dawn
jistgħu jagħmlu rikors lill-Qorti, li jkollu miegħu d-
dokumentazzjoni u l-informazzjoni xierqa b’sustenn,
fejn jikkonfermaw li jkunu hekk sodisfatti, u fejn
jitolbu lill-Qorti biex toħroġ ordni għat-terminazzjoni
tal-proċedura biex kumpannija tirkupra, u l-Qorti ma
għandiex tgħaddi biex tagħmel ordni fejn tilqa’ jew
tiċħad ir-rikors qabel ma tisma’ lill-kontrollur speċjali.
Fil-każ li l-Qorti tilqa’ r-rikors, din għandha tagħmel
dawk il-provvedimenti u kondizzjonijiet li jidhrilha
xierqa fiċ-ċirkostanzi tal-każ.
(d) Fit-tmiem tal-perjodu tal-ħatra tiegħu, il-kontrollur
speċjali għandu jissottometti rapport finali bil-miktub
lill-Qorti li jkun fih il-fehmiet u r-raġunijiet dettaljati
u komprensivi tiegħu jekk il-kumpannija jkollhiex jew
le prospetti raġonevoli li tkompli bħala ażjenda
vijabbli għal kollox jew f’parti u li tkun f’pożizzjoni li
tħallas id-djun tagħha b’mod regolari fil-futur.
(e) Meta r-rapport finali sottomess mill-kontrollur speċjali
jagħti l-fehma li l-kumpannija jkollha prospetti
raġonevoli li tkompli bħala ażjenda vijabbli, għal
kollox jew f’parti, jew meta jsir rikors lill-Qorti mill-
kontrollur speċjali taħt il-paragrafu (b), dan għandu
wkoll ikollu anness miegħu pjan ta’ rkuprar li jkun fih
il-proposti kollha meħtieġa sabiex il-kumpannija tkun
tista’ tkompli bħala ażjenda vijabbli, b’dawk l-
ispjegazzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jingħata effett
lil dak l-irkpru, magħduda proposti dwar riżorsi
finanzjarji, is-sitwazzjoni ta’ mpjegati u t-tmexxija
futura tal-kumpannija. L-imsemmi pjan ta’ rkuprar
għandu wkoll jispjega l-mod propost għall-ħlas tal-
kredituri tat-talbiet tagħhom kollha jew proporzjon
tagħhom, jekk ikunx intlaħaq kompromess volontarju
mal-kredituri kollha, jew jekk ikunx propost li l-Qorti
tissanzjona kompromess li ma jkunx approvat mill-
kredituri kollha.
(f) Wara li tirċievi r-rikors imsemmi fil-paragrafu (b) jew
ir-rapport finali u l-pjan ta’ rkuprar, il-Qorti tista’
titlob kull spjegazzjonijiet u kjarifiki li jidhrilha xierqa
li għandhom jiġu provduti jew verbalment jew bil-
miktub kif il-Qorti tista’ tordna.
(g) Il-Qorti tista’ jew tiċħad il-pjan ta’ rkuprar jew tista’
taċċettah u tapprovah għal kollox jew f’parti u tista’
teħtieġ li jsirulu emendi. Meta l-Qorti tapprova l-pjan
ta’ rkuprar sottomess mill-kontrollur speċjali, sew
b’emendi jew mingħajrhom kif il-Qorti tista’ tordna,
  178      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
il-pjan ta’ rkuprar ikun effettiv u jorbot il-partijiet
interessati kollha għall-finijiet kollha tal-liġi.
Għoti ta’ 
dokumenti lir-
Reġistratur għar-
reġistrazzjoni.
(13) (a) Mas-sottomissjoni ta’ rikors biex kumpannija tirkupra,
mal-ħruġ ta’ ordni biex kumpannija tirkupra, mal-ħatra
u mat-tmiem tal-ħatra tal-kontrollur speċjali u mal-
ħatra ta’ sostitut tiegħu, is-sottomissjoni ta’ rikors
għat-terminazzjoni ta’ ordni biex kumpannija tirkupra
u l-ordni tal-Qorti li tittermina l-proċedura biex
kumpannija tirkupra għal xi raġuni, ir-Reġistratur tal-
Qrati għandu minnufih jibgħat kopja ta’ kull rikors,
ordni tal-Qorti jew dokument rilevanti ieħor kif
issemma’ qabel lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
(b) Ir-Reġstratur tal-Qrati għandu minnufih jibgħat vera
kopja tar-rapport finali, kif aċċettat mill-Qorti, lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
(ċ) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) u (b),
kopja tal-pjan ta’ rkuprar, anness mar-rapport finali
jew meħtieġ li jiġi anness ma’ rikors għat-
terminazzjoni ta’ ordni biex kumpannija tirkupra, ma
għandhiex tiġi konsenjata lir-Reġistratur flimkien ma’
dak ir-rapport jew rikors.
Stralċ mill-Qorti. (14) Meta, skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, il-Qorti toħroġ ordni għat-terminazzjoni tal-proċedura
biex kumpannija tirkupra fuq il-bażi li l-kumpannija ma għandhix
prospetti raġonevoli biex tkompli bħala ażjenda vijabbli u mhux se
tkun f’qagħda li tħallas id-djun tagħha b’mod regolari fil-futur, il-
Qorti għandha tordna li l-kumpannija tiġi stralċjata bil-Qorti. Meta
jingħata l-ordni għal stralċ, kopja tiegħu għandha tintbagħat mir-
Reġistratur tal-Qrati lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
(15) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex ikunu jistgħu
jseħħu aħjar kull disposizzjoni ta’ dan l-artikolu.
TAQSIMA VII - TIBDIL TA’ SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI 
Ħtiġiet għal tibdil 
ta’ soċjetajiet 
kummerċjali.
Emendat:
IV. 2003.124.
330. (1) Soċjetà  kummerċjali f’dan il-Kapitolu msejħa "is-
soċjetà  kummerċjali li tkun se tinbidel" tista’, billi tħares il-ħtiġiet
stabbiliti għall-formazzjoni, kapital azzjonarju u validità  tax-xorta
ta’ soċjetà  kummerċjali li fiha tkun se tiġi mibdula, tkun mibdula
f’soċjetà  kummerċjali oħra ta’ dik ix-xorta (f’dan il-Kapitolu
msejħa "is-soċjetà  kummerċjali ffurmata bħala riżultat tal-bdil").
(2) Meta s-soċjetà  kummerċjali li tkun se tinbidel tkun jew
f’isem kollettiv jew in akkomandita jew soċjetà  limitata l-bidla
tista’ ssir biss b’deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
att ta’ soċjetà  jew fin-nuqqas ta’ din id-disposizzjoni, bil-kunsens
tas-soċji kollha, kemm solidali kif ukoll akkomandanti:
Iżda meta soċju akkomandant, wieħed jew iżjed, li jkollu
b’kollox mhux iżjed minn kwart mill-kontribuzzjoni totali tas-soċji
ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-kapital tagħha
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      179
ma jkunx maqsum f’azzjonijiet, jew minn għaxra wieħed tal-kapital
azzjonarju tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-
kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, ma jkunx ta l-kunsens
tiegħu, is-soċjetà  kummerċjali tista’ xorta waħda tkompli bit-tibdil,
iżda tkun meħtieġa, għall-finijiet tal-bdil, tlllikwida u tagħti lura lil
kull soċju akkomandant li ma jkunx ta l-kunsens tiegħu, jekk hekk
jitlob, l-interess tiegħu fis-soċjetà  kummerċjali jew li tifdi l-
azzjonijiet miżmuma minnu b’dawk il-kondizzjonijiet li jkunu
miftehma jew kif il-qorti, fuq talba jew tas-soċjetà  kummerċjali jew
tas-soċju akkomandant, jidhrilha xieraq li tordna.
(3) Meta s-soċjetà  kummerċjali li tkun se tinbidel tkun
kumpannija, sew pubblika jew privata, it-tibdil jista’ jsir biss jekk
ikun ġie approvat b’riżoluzzjoni straordinarja meħuda f’laqgħa
ġenerali tal-kumpannija. Il-kumpannija tkun meħtieġa, għall-fini
tal-bdil, li tifdi l-azzjonijiet miżmuma mill-membri kuntrarji, jekk
hekk jitolbu, b’dawk il-kondizzjonijiet li jkunu miftehma jew li l-
qorti, fuq talba tal-kumpannija jew tal-membri kuntrarji, jidhrilha
xieraq li tordna.
(4) Is-soċjetà  kummerċjali li tkun se tinbidel għandha tiġi xolta
mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi stralċjata skond id-
disposizzjonijiet tat-Titolu II tat-Taqsima V ta’ dan l-Att dwar
kumpannija u bid-disposizzjonijiet relevanti tat-Taqsima III ta’ dan
l-Att dwar xorta oħra ta’ soċjetajiet kummerċjali; u xoljiment ikun
meqjus li seħħ meta t-tibdil isir effettiv skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 332.
Reġistrazzjoni tal-
bdil ta’ soċjetajiet 
kummerċjali. 
331. (1) Id-deċiżjoni jew ir-riżoluzzjoni li tapprova l-bdil ta’
soċjetà  kummerċjali flimkien mad-dokumenti li jagħtu seħħ lid-
deċiżjoni jew ir-riżoluzzjoni, jew kopja awtentika tagħhom,
għandhom ikunu konsenjati għar-reġistrazzjoni lir-Reġistratur li,
meta jkun sodisfatt li l-ħtiġiet ta’ l-artikolu 330 ikunu tħarsu,
għandu jirreġistraha.
(2) L-imsemmija konsenja għandha ssir minn xi wieħed mis-
soċji jew diretturi tas-soċjetà  kummerċjali l-ġdida skond il-każ.
Meta soċjetà  
kummerċjali tieqaf 
li teżisti mal-bdil. 
332. (1) Mal-bdil ta’ soċjetà  kummerċjali li jkun beda jseħħ
jew ma’ l-iskadenza taż-żmien imsemmi fl-artikolu 334 jew, meta
ssir oppożizzjoni skond dak l-artikolu, b’deċiżjoni tal-qorti, ir-
Reġistratur għandu jħassar l-isem tas-soċjetà  kummerċjali li ġiet
mibdula mir-reġistru u għandu joħroġ ċertifikat ġdid ta’
reġistrazzjoni għas-soċjetà  kummerċjali iffurmata bħala riżultat tal-
bdil, li juri l-fatt tal-formazzjoni tal-kumpannija bħala riżultat tal-
bdil. Meta bidla li tkun ġiet reġistrata taħt dan l-artikolu ma sseħħx
b’deċiżjoni tal-qorti taħt l-artikolu 334, ir-Reġistratur għandu
jemenda r-reġistrazzjoni skond hekk.
(2) Ir-Reġistratur għandu, fil-każijiet msemmija fis-
subartikolu (1), jew jgħaddi biex jippubblika l-bidla wara li tkun
bdiet isseħħ jew jippubblika avviż li l-bidla ma baqgħetx isseħħ
b’deċiżjoni tal-qorti taħt l-artikolu 334, skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 401(1)(e).
  180      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Soċji 
b’responsabbiltà  
mhux limitata 
jibqgħu marbutin 
kemm-il darba l-
kredituri ma 
jaqblux mal-bdil. 
333. Il-bdil ta’ soċjetà  kummerċjali ma jeħlisx lis-soċji
b’responsabbiltà  mhux limitata mir-responsabbiltà  għall-
obligazzjonijiet tas-soċjetà  kummerċjali li ttieħdu qabel il-
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 401(1)(e)
kemm-il darba ma jkunx ippruvat li l-kredituri tas-soċjetà
kummerċjali taw il-kunsens tagħhom għall-bidla.
Jedd tal-kredituri li 
jopponu għal bdil.
334. (1) Il-bdil ta’ soċjetà  kummerċjali ma jibdix iseħħ sa tliet
xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-
artikolu 401(1)(e) dwar id-deċiżjoni jew ir-riżoluzzjoni li tapprova
l-bdil.
(2) Matul l-imsemmi żmien ta’ tliet xhur kull kreditur tas-
soċjetà  kummerċjali li d-dejn tiegħu kien jeżisti qabel il-
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu (1)
jista’ b’ċitazzjoni jopponi għall-bdil u, jekk juri raġuni xierqa għax
il-bdil ma għandux iseħħ, il-qorti tista’ jew tilqa’ l-oppożizzjoni
jew tħalli li jsir il-bdil ma’ l-għoti ta’ garanzija biżżejjed.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) kull
soċju jew azzjonista, skond il-każ, tas-soċjetà  kummerċjali li qed
tinbidel, jew ir-Reġistratur, ikollu l-jedd li jattakka l-validità  tal-
bdil biss fl-imsemmi żmien ta’ tliet xhur permezz ta’ ċitazzjoni.
(4) Meta minħabba l-proċedimenti li hemm provdut għalihom
fis-subartikolu (3), il-qorti tkun sodisfatta li l-bdil ma jkunx validu,
il-qorti għandha tiċħad l-imsemmi bdil:
Iżda l-qorti jkollha l-jedd li tissospendi d-deċiżjoni tagħha
li tiċħad il-bdil u li tagħti żmien, li ma jkunx iktar minn sitt xhur,
lis-soċjetà  kummerċjali fin-nuqqas, biex tirrimedja dak in-nuqqas li
minħabba fih il-bdil ikun invalidu; u jekk in-nuqqas ikun rimedjat
fiż-żmien mogħti, il-bdil għandu jibda jseħħ.
Is-soċjetà  
kummerċjali 
ffurmata tidħol 
minflok is-soċjetà  
kummerċjali li 
tieqaf teżisti.
Emendat:
IV. 2003.125.
335. (1) Is-soċjetà  kummerċjali ffurmata bħala riżultat tal-bdil
għandha tidħol għall-attiv, il-jeddijiet u l-obbligi kollha mingħajr
il-ħtieġa ta’ xi formalitajiet barra minn dawk li joħorġu minn din it-
Taqsima, u għandha żżomm l-istess personalità  ġuridika tas-soċjetà
kummerċjali li ġiet mibdula; u l-imsemmi wirt ikun iseħħ dwar
terzi.
(2) Meta s-soċjetà  kummerċjali ffurmata bħala riżultat tal-bdil
tkun soċjetà  f’isem kollettiv jew soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata r-responsabbiltà  mhux limitata tas-soċji kollha fis-soċjetà
f’isem kollettiv u dik tas-soċji ġenerali fis-soċjetà  in akkomandita
jew fis-soċjetà  limitata, skond il-każ, għandha wkoll tgħaddi ma’ l-
obbligi tas-soċjetà  kummerċjali li ġiet mibdula.
Kap. 364.
Kap. 123.
(3) Id-dħul għall-attiv, il-jeddijiet u l-obbligi kollha tas-soċjetà
kummerċjali li ġiet mibdula, mis-soċjetà  kummerċjali ffurmata
bħala riżultat tal-bdil imsemmi fis-subartikolu (1), ma joħloq ebda
responsabbiltà  għall-ħlas ta’ xi imposta jew taxxa taħt l-Att dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jew l-Att dwar it-Taxxa fuq
l-Income:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal dik it-taxxa u xi
drittijiet oħra li jista’ jkollhom jitħallsu mar-reġistrazzjoni tas-
soċjetà  kummerċjali ffurmata bħala riżultat tal-bdil.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      181
TAQSIMA VIII - AMALGAMAZZJONI TA’ SOĊJETAJIET 
KUMMERĊJALI 
TITOLU I - AMALGAMAZZJONI TA’ SOĊJETAJIET 
F’ISEM KOLLETTIV U IN AKKOMANDITA
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli mit-337 
sat-342.
Emendat:
IV. 2003.126.
336. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 337 sa 342
għandhom japplikaw għall-amalgamazzjoni ta’ soċjetajiet f’isem
kollettiv u soċjetajiet in akkomandita jew soċjetajiet limitati.
(2) Amalgamazzjoni bejn żewġ soċjetà jiet kummerċjali jew
iżjed (f’din it-Taqsima msejħa "is-soċjetà jiet li jkunu se
jamalgamaw") tista’ ssir meta s-soċjetajiet kummerċjali kollha li
jkunu se jamalgamaw ikunu f’isem kollettiv jew meta dawn ikunu
kollha in akkomanditi jew soċjetajiet limitati jew meta għall-inqas
waħda mis-soċjetà jiet li jkun se jamalgamaw tkun f’isem kollettiv
u s-soċjetà  jew is-soċjetajiet l-oħra jkunu in akkomanditi jew
soċjetajiet limitati, jew viċi versa.
Ħtiġiet għall-
amalgamazzjoni 
ta’ soċjetajiet 
kummerċjali. 
337. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 330(2) għandhom
japplikaw għall-amalgamazzjoni ta’ żewġ soċjetajiet kummerċjali
jew iżjed sew jekk dik l-amalgamazzjoni tintlaqat bil-formazzjoni
ta’ soċjetà  kummerċjali ġdida (f’din it-Taqsima msejħa "is-soċjetà
kummerċjali l-ġdida") minflok is-soċjetajiet kummerċjali eżistenti
(f’din it-Taqsima msejħa "is-soċjetajiet kummerċjali li se jinbidlu")
jew bl-għaqda ta’ soċjetà  kummerċjali waħda jew iżjed (f’din it-
Taqsima msejħa "is-soċjetajiet kummerċjali li se jiġu akkwistati")
ma’ soċjetà  kummerċjali oħra eżistenti (f’din it-Taqsima msejħa
"is-soċjetà  kummerċjali li se takkwista") daqslikieku riferenzi għal
bdil li hemm fih kienu riferenzi għal amalgamazzjoni.
(2) Is-soċjetajiet kummerċjali li se jiġu akkwistati jew, skond
il-każ, is-soċjetajiet kummerċjali li se jinbidlu, għandhom jiġu xolti
mingħajr il-ħtieġa li jiġu stralċjati skond id-disposizzjonijiet
relevanti tat-Taqsima III ta’ dan l-Att, u xoljiment għandu jitqies li
seħħ meta l-amalgamazzjoni tibda sseħħ skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 339.
Reġistrazzjoni ta’ 
l-amalgamazzjoni 
ta’ soċjetajiet 
kummerċjali. 
338. (1) Id-deċiżjonijiet li jittieħdu minn kull waħda mis-
soċjetajiet kummerċjali li jkunu qed jamalgamaw li japprovaw l-
amalgamazzjoni, flimkien mad-dokumenti li jagħtuha effett, jew
kopja awtentika tagħhom, għandhom ikunu konsenjati għar-
reġistrazzjoni lir-Reġistratur, li, meta jkun sodisfatt li l-ħtiġiet ta’ l-
artikolu 337 ikunu tħarsu, għandu jirreġistrahom.
(2) L-imsemmija konsenja għandha ssir minn xi wieħed mis-
soċji fis-soċjetà  kummerċjali l-ġdida jew fis-soċjetà  kummerċjali li
se takkwista, skond il-każ.
Meta soċjetà  jew 
soċjetajiet 
kummerċjali ma 
jibqgħux jeżistu 
ma’ l-
amalgamazzjoni.
339. (1) Ma’ l-amalgamazzjoni ta’ żewġ soċjetajiet
kummerċjali jew iżjed li tkun saret effettiva jew bl-iskadenza taż-
żmien imsemmi fl-artikolu 341 jew meta ssir oppożizzjoni taħt dak
l-artikolu b’deċiżjoni tal-qorti, ir-Reġistratur għandu jħassar l-isem
tas-soċjetà  kummerċjali jew tas-soċjetajiet kummerċjali li ma
jkunux baqgħu jeżistu minn fuq ir-Reġistru u għandu, skond il-każ,
jew joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ġdid lis-soċjetà  kummerċjali
  182      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
l-ġdida li juri l-fatt tal-formazzjoni tas-soċjetà  kummerċjali bħala
riżultat ta’ l-amalgamazzjoni, jew joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ u li juri l-fatt ta’
l-amalgamazzjoni, lis-soċjetà  kummerċjali li se takkwista; u meta
amalgamazzjoni li tkun ġiet reġistrata taħt dan l-artikolu ssir
ineffettiva b’deċiżjoni tal-qorti taħt l-artikolu 341, ir-Reġistratur
għandu jemenda r-reġistrazzjoni skond hekk.
(2) Ir-Reġistratur għandu fil-każijiet imsemmija fis-
subartikolu (1), dwar kull waħda mis-soċjetajiet kummerċjali li
jkunu qed jamalgamaw, jew jgħaddi għall-pubblikazzjoni ta’ l-
amalgamazzjoni wara li tkun saret effettiva jew jippubblika avviż li
l-amalgamazzjoni tkun saret ineffettiva b’deċiżjoni tal-qorti skond
l-artikolu 341, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 401(1)(e).
Soċji 
b’responsabbiltà  
mhux limitata 
jibqgħu marbutin 
kemm-il darba l-
kredituri ma 
jaqblux ma’ l-
amalgamazzjoni. 
340. L-amalgamazzjoni ta’ żewġ soċjetajiet kummerċjali jew
iżjed m’għandhiex teħles lis-soċji b’responsabbiltà  mhux limitata
mir-responsabbiltà  għall-obbligi tas-soċjetajiet kummerċjali li qed
jamalgamaw li kellhom qabel il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni
msemmija fl-artikolu 401(1)(e), kemm-il darba ma jkunx ippruvat
li l-kredituri tas-soċjetajiet kummerċjali li qed jamalgamaw taw il-
kunsens tagħhom għall-amalgamazzjoni.
Jedd ta’ kredituri li 
jopponu għal 
amalgamazzjoni. 
341. (1) L-amalgamazzjoni ta’ żewġ soċjetajiet kummerċjali
jew iktar ma jkollhiex seħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur mill-
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 401(1)(e)
dwar id-deċiżjonijiet li japprovaw l-amalgamazzjoni.
(2) Matul l-imsemmi żmien ta’ tliet xhur kull kreditur ta’ kull
waħda mis-soċjetajiet kummerċjali li qed jamalgamaw li d-dejn
tiegħu kien jeżisti qabel il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni
msemmija fis-subartikolu (1) jista’ b’ċitazzjoni jopponi għall-
amalgamazzjoni u jekk juri raġuni biżżejjed għaliex din ma
għandhiex isseħħ, l-qorti għandha jew tilqa’ l-oppożizzjoni jew
tagħti permess li tkompli l-amalgamazzjoni ma’ l-għoti ta’ sigurtà
biżżejjed.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)
kwalunkwe soċju ta’ kwalunkwe soċjetà  kummerċjali li tkun qed
tamalgama jew ir-Reġistratur ikollu l-jedd li jikkontesta l-validità
ta’ l-amalgamazzjoni biss fl-imsemmi żmien ta’ tliet xhur permezz
ta’ ċitazzjoni.
(4) Meta bħala riżultat tal-proċedimenti li għalihom hemm
provdut fis-subartikolu (3), il-qorti tkun sodisfatta li l-
amalgamazzjoni ma tkunx valida, il-qorti għandha tiċħad l-
imsemmija amalgamazzjoni:
Iżda l-qorti jkollha l-jedd tissospendi d-deċiżjoni tagħha li
tiċħad l-amalgamazzjoni u li tagħti żmien ta’ mhux iktar minn sitt
xhur, lis-soċjetà  jew is-soċjetajiet kummerċjali li jonqsu sabiex
jirrimedjaw dak in-nuqqas li wassal li l-amalgammazzjoni tkun
invalida; u jekk in-nuqqas ikun rimedjat fiż-żmien mogħti, l-
amalgamazzjoni għandha tibda sseħħ.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      183
Is-soċjetà  
kummerċjali li 
takkwista jew il-
ġdida tidħol 
minflok is-soċjetà  
li ma tibqax teżisti.
Emendat:
IV. 2003.127.
342. (1) Soċjetà  kummerċjali li tkompli topera jew, meta tkun
iffurmata soċjetà  kummerċjali ġdida, is-soċjetà  kummerċjali l-
ġdida, għandha tidħol għall-attiv, il-jeddijiet u l-obbligi kollha tas-
soċjetà  jew soċjetajiet kummerċjali li ma jibqgħux jeżistu,
mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalitajiet barra minn dawk meħtieġa
taħt dan it-Titolu, u l-imsemmi wirt ikun iseħħ dwar terzi.
(2) Meta s-soċjetà  kummerċjali li tkompli topera jew is-soċjetà
kummerċjali l-ġdida, skond il-każ, tkun soċjetà  f’isem kollettiv ir-
responabbiltà  mhux limitata tas-soċji kollha tagħha għandha
testendi wkoll għall-obbligi tas-soċjetà  jew tas-soċjetajiet
kummerċjali li ma baqgħux jeżistu.
(3) Meta s-soċjetà  kummerċjali li tkompli topera jew is-soċjetà
kummerċjali l-ġdida, skond il-każ, tkun soċjetà  in akkomandita jew
soċjetà  limitata r-responsabbiltà  mhux limitata tas-soċji
b’responsabbiltà  mhux limitata kollha tagħha, għandha testendi
wkoll għall-obbligi tas-soċjetà  kummerċjali jew tas-soċjetajiet
kummerċjali li ma jibqgħux jeżistu.
Kap. 364.
Kap. 123.
(4) Id-dħul għall-attiv, il-jeddijiet u l-obbligi kollha tas-soċjetà
jew soċjetajiet kummerċjali li ma jibqgħux jeżistu, mis-soċjetà
kummerċjali li tkompli jew, meta tkun iffurmata soċjetà
kummerċjali ġdida, mis-soċjetà  kummerċjali l-ġdida, ma joħloq
ebda responsabbiltà  għall-ħlas ta’ xi imposta jew taxxa taħt l-Att
dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jew l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal dik it-taxxa u xi
drittijiet oħra li jistgħu jkollhom jitħallsu ma’ xi żieda fil-
kontribuzzjoni, l-għoti ta’ azzjonijiet ġodda u r-reġistrazzjoni ta’ xi
soċjetà  kummerċjali ġdida li tirriżulta mill-amalgamazzjoni, skond
il-każ.
TITOLU II - AMALGAMAZZJONI TA’ KUMPANNIJI
Amalgamazzjoni 
fil-forma ta’ 
"għaqda bil-
formazzjoni ta’ 
kumpannija ġdida" 
jew "għaqda 
b’akkwist".
Emendat:
IV. 2003.128.
343. (1) Amalgamazzjoni ta’ żewġ kumpanniji jew iżjed tista’
ssir jew -
(a) b’għaqda b’akkwist; jew
(b) b’għaqda bil-formazzjoni ta’ kumpannija ġdida.
(2) Għaqda b’akkwist hija l-operazzjoni li biha kumpannija
(f’din it-Taqsima msejħa "il-kumpannija li takkwista") takkwista l-
attiv u l-passiv kollu ta’ kumpannija oħra jew kumpanniji oħrajn
(f’din it-Taqsima msejħa "il-kumpanniji li jkunu se jiġu
akkwistati") bi bdil għall-ħruġ lill-azzjonisti tal-kumpanniji li
jkunu se jiġu akkwistati ta’ azzjonijiet fil-kumpannija li takkwista
u ħlas bi flus, jekk il-każ, ta’ mhux iżjed minn għaxra fil-mija tal-
valur nominali ta’ l-azzjonijiet hekk maħruġa.
(3) Għaqda b’formazzjoni ta’ kumpannija ġdida hija l-
operazzjoni fejn żewġ kumpanniji jew iżjed (f’din it-Taqsima
msejħa "il-kumpanniji li jkunu se jingħaqdu") jittrasferixxu lil
kumpannija li huma jwaqqfu (f’din it-Taqsima msejħa "il-
  184      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kumpannija l-ġdida") l-attiv u l-passiv kollha tagħhom bi bdil
għall-ħruġ lill-azzjonisti tal-kumpanniji li jkunu se jingħaqdu ta’
azzjonijiet fil-kumpannija l-ġdida u ħlas ta’ flus, jekk ikun hemm,
li ma jkunx iżjed minn għaxra fil-mija tal-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet hekk maħruġa.
(4) Il-kumpanniji li jkunu se jiġu akkwistati jew, skond il-każ,
il-kumpanniji li jkunu se jingħaqdu, għandhom ikunu xolti
mingħajr ma jkunu stralċjati skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu II
tat-Taqsima V ta’ dan l-Att u xoljiment jitqies li jkun sar meta l-
amalgamazzjoni ssir effettiva skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 353.
(5) Il-fatt li kumpannija waħda jew iżjed li se jkunu akkwistati,
jew kumpannija waħda jew iżjed li jkunu se jingħaqdu jkunu ġew
xolti volontarjament b’riżoluzzjoni straordinarja, u li dikjarazzjoni
ta’ solvenza tkun ġiet ippreżentata, ma jtellifx lil dawk il-
kumpanniji milli jieħdu sehem fl-amalgamazzjoni, kemm-il darba
ebda attiv ta’ dawk il-kumpanniji ma jkun tqassam lill-azzjonisti
wara x-xoljiment. Kull disposizzjoni ta’ din it-Taqsima li teħtieġ
lid-diretturi ta’ kumpannija li jaġixxu għandha tiftiehem dwar
kumpannija li tkun ġiet xolta bħala li teħtieġ stralċjarju biex
jaġixxi.
(6) Il-fatt li kumpannija waħda jew iżjed li jkunu se jiġu
akkwistati jew kumpannija waħda jew iżjed li jkunu se jingħaqdu
jkunu ġew xolti mill-qorti skond l-artikolu 214, u fil-każ ta’ stralċ
volontarju ma tkunx ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ solvenza,
jinvalida l-amalgamazzjoni dwar il-kumpanniji kollha li jkunu se
jamalgamaw.
(7) Kumpannija tista’ tiġi amalgamata biss ma’ kumpannija
waħda jew iżjed, u ma tistax tiġi amalgamata ma’ xi xorta oħra ta’
soċjetà  kummerċjali.
Kapitolu I - Għaqda b’akkwist
Abbozz tal-
kondizzjonijiet ta’ 
l-għaqda.
344. (1) Id-diretturi ta’ kull waħda mill-kumpanniji li jkunu se
jamalgamaw għandhom iħejju abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-
għaqda bil-miktub.
(2) L-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda għandu
jispeċifika dan li ġej -
(a) l-istatus, l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull waħda
mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw;
(b) il-proporzjon tal-bdil ta’ azzjonijiet u l-ammont ta’
kull ħlas bil-flus;
(ċ) il-kondizzjonijiet dwar l-għoti ta’ azzjonijiet fil-
kumpannija li tkun se takkwista;
(d) id-data minn meta ż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet
tagħti l-jedd lid-detenturi li jipparteċipaw fil-profitti u
kull kondizzjonijiet speċjali li jolqtu dak il-jedd;
(e) id-data minn meta t-transazzjonijiet ta’ kull
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      185
kumpannija li tkun se tiġi akkwistata għandhom
jitqiesu, għall-fini ta’ kontijiet, bħala dawk tal-
kumpannija li tkun se takkwista;
(f) il-jeddijiet mogħtija mill-kumpannija li tkun se
takkwista lid-detenturi ta’ azzjonijiet li jkollhom
magħhom jeddijiet speċjali u lid-detenturi ta’
obbligazzjonijiet u ta’ sigurtajiet oħra, jew il-miżuri
proposti dwarhom;
(g) kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti msemmija fl-
artikolu 348 li jaġixxu f’isem kull waħda mill-
kumpanniji li jkunu se jamalgamaw awtorizzati biex
jeżaminaw l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda u
li jagħmlu rapport bil-miktub lill-azzjonisti, u lid-
diretturi ta’ kull waħda mill-kumpanniji li jkunu se
jamalgamaw.
(3) L-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda kompletat kif
imiss, għandu jkun iffirmat minn għall-inqas direttur wieħed u mis-
segretarju tal-kumpannija ta’ kull waħda mill-kumpanniji li jkunu
se jamalgamaw, u jintbagħat lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, li
meta jkun sodisfatt li l-ħtiġiet tas-subartikolu (2) ikunu tħarsu,
għandu jirreġistrah.
Għaqda approvata 
b’riżoluzzjoni 
straordinarja.
Emendat:
IV. 2003.129.
345. (1) Għaqda b’akkwist tista’ ssir biss jekk tkun approvata
b’riżoluzzjoni straordinarja ta’ kull waħda mill-kumpanniji li se
jkunu amalgamati. Kull waħda minn dawk il-kumpanniji tkun
meħtieġa li tifdi l-azzjonijiet miżmuma mill-membri li jopponu
għall-għaqda, jekk hekk jitolbu, b’dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu
jkunu miftiehma jew kif il-qorti jidhrilha xieraq li tordna, fuq talba
jew tal-kumpannija jew tal-membri li jopponu.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) approvazzjoni ma tkunx
valida kemm-il darba r-riżoluzzjoni straordinarja ma tkunx adottata
għall-inqas xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ l-abbozz tal-
kondizzjonijiet ta’ l-għaqda u mhux iktar tard minn tliet xhur minn
dik id-data.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar tibdil u żidiet fil-
memorandum u fl-istatut għandhom, kif xieraq, japplikaw għal kull
tibdil u żidiet fil-memorandum u fl-istatut li jkunu metitieġa b’xi
amalgamazzjoni msemmija f’din it-Taqsima.
(4) Meta jkun hemm iktar minn klassi waħda ta’ azzjonijiet f’xi
waħda mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw ir-riżoluzzjonijiet
straordinarji ta’ dawk il-kumpanniji dwar l-amalgamazzjoni jkunu
suġġetti għal vot separat minn għall-inqas kull klassi ta’ azzjonisti
li l-jeddijiet tagħhom jintlaqtu biha.
(5) Ir-riżoluzzjoni straordinarja li tittieħed minn kull waħda
mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw għandha tolqot kemm l-
approvazzjoni ta’ l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda kif ukoll
kull tibdil u żidiet fil-memorandum u fl-istatut li jkunu meħtieġa
minħabba l-amalgamazzjoni.
(6) L-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali tal-kumpannija li tkun
se takkwista ma tkunx meħtieġa jekk ikunu sodisfatti l-
  186      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kondizzjonijiet li ġejjin -
(a) l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda għall-
kumpannija li tkun se takkwista jkunu ġew pubblikati
kif imiss skond l-artikolu 401(1)(e) mir-Reġistratur
għall-anqas xahar qabel, u mhux iżjed minn tliet xhur
qabel, d-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-
kumpannija jew l-aħħar tal-laqgħat ġenerali separti tal-
kumpanniji li jkunu se jiġu akkwistati li għandhom
jiddeċiedu fuq l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-
għaqda; u
(b) għall-anqas xahar qabel id-data speċifikata fil-
paragrafu (a), l-azzjonisti kollha tal-kumpannija li
tkun se takkwista jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-
dokumenti msemmija fl-artikolu 349, fl-uffiċċju
reġistrat tal-kumpannija li tkun se takkwista:
Iżda, f’kull każ, wieħed jew iżjed mill-azzjonisti tal-
kumpannija li tkun se takkwista li jkollu għall-anqas ħamsa fil-mija
tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpannija bil-jedd tal-vot
f’laqgħat ġenerali tal-kumpannija jkollu l-jedd li jeħtieġ li tissejjaħ
laqgħa ġenerali tal-kumpannija li tkun se takkwista biex tiddeċiedi
jekk tapprovax l-amalgamazzjoni.
Għemil ta’ rapport 
dettaljat bil-miktub 
mid-diretturi dwar 
l-abbozz tal-
kondizzjonijiet ta’ 
għaqda. 
346. Id-direttur ta’ kull waħda mill-kumpanniji li jkunu se
jamalgamaw għandhom jagħmlu rapport dettaljat bil-miktub li
jispjega l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda u li jagħti l-bażi
legali u ekonomika għalihom, b’mod partikolari il-proporzjon tal-
bdil ta’ azzjonijiet, u għandu jiddeskrivi kull diffikultajiet speċjali
ta’ valutazzjoni li jkunu nqalgħu.
F’ċerti każijiet ta’ 
għaqda ma 
japplikax l-artikolu 
73(4), (5) u (6). 
347. Fil-każ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju maħruġ li tkun saret
biex tħallas lill-azzjonisti tal-kumpannija li tkun qed tiġi
akkwistata biex tingħata seħħ lil amalgamazzjoni, l-artikolu 73(4),
(5) u (6) ma għandux japplika.
Isir rapport bil-
miktub lill-
azzjonisti minn 
espert jew esperti.
348. (1) Espert wieħed jew iżjed li jaġixxu f’isem kull waħda
mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw, iżda indipendenti
minnhom u approvati mir-Reġistratur, għandhom jeżaminaw l-
abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda u jagħmlu rapport bil-
miktub lill-azzjonisti.
(2) Ir-rapport għandu jispeċifika jekk il-proporzjon tal-bdil ta’
azzjonijiet ikunx ġust u xieraq u għal hekk għandu -
(a) juri l-metodu jew metodi użati li wasslu għall-
proporzjon tal-bdil ta’ l-azzjonijiet propost; u
(b) jgħid jekk dak il-metodu jew dawk il-metodi humiex
biżżejjed fil-każ li jkun, juri l-valuri li jkunu waslu
għalihom permezz ta’ kull wieħed minn dawk il-
metodi użati u jagħti fehma fuq l-importanza relattiva
mogħtija lil dak il-metodu jew dawk il-metodi li
wasslu għall-valur li fuqu ttieħdet id-deċiżjoni.
(3) Ir-rapport għandu jiddeskrivi kull diffikultajiet speċjali ta’
valutazzjoni li jkunu nqalgħu.
(4) Kull espert ikollu l-jedd li jikseb mingħand il-kumpanniji li
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      187
jkunu se jamalgamaw it-tagħrif u d-dokumenti kollha relevanti u li
jagħmel l-istħarriġ meħtieġ kollu.
(5) Espert jew esperti indipendenti jistgħu jinħatru mir-
Reġistratur biex jagħmlu rapport wieħed għall-kumpanniji kollha li
jkunu se jamalgamaw fuq it-talba li jagħmlu flimkien il-kumpanniji
li jkollhom x’jaqsmu.
Dokumenti li 
azzjonisti ta’ 
kumpanniji li 
jkunu se jingħaqdu 
għandhom il-jedd 
li jispezzjonaw.
349. (1) L-azzjonisti kollha ta’ kull kumpannija li tkun se
tamalgama jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-dokumenti li ġejjin
fl-uffiċċju reġistrat ta’ kull kumpannija għall-anqas xahar qabel id-
data stabbilita għal-laqgħa ġenerali li tkun se tiddeċiedi fuq l-
abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda -
(a) l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda;
(b) il-kontijiet annwali u r-rapporti tad-diretturi tal-
kumpanniji li jkunu se jamalgaw għat-tliet żminijiet
ta’ kontijiet ta’ qabel;
(ċ) dikjarazzjoni tal-kontijiet magħmula sa data li ma
għandhiex tkun iktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet
xahar li jaħbat qabel id-data ta’ l-abbozz tal-
kondizzjonijiet ta’ l-għaqda, jekk l-aħħar kontijiet
annwali jirreferu għaż-żmien tal-kontijiet li jkun
intemm iktar minn sitt xhur qabel dik id-data;
(d) ir-rapporti tad-diretturi tal-kumpanniji li jkunu qed
jamalgamaw dwar l-amalgamazzjoni;
(e) ir-rapporti ta’ l-esperti dwar l-amalgamazzjoni.
(2) Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet li hemm provdut għaliha fis-
subartikolu (1)(ċ) għandha ssir bl-użu ta’ l-istess metodi u l-istess
format kif użati fl-aħħar karta tal-bilanċ:
Iżda -
(a) mhux meħtieġ li jsir inventarju fiżiku ġdid;
(b) il-valutazzjonijiet murija fl-aħħar karta tal-bilanċ
tinbidel biss biex turi reġistrazzjonijiet fil-kotba tal-
kontijiet. 
Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) u (b), għandu
jittieħed kont ta’ deprezzament u provvedimenti interim kif ukoll
tibdil materjali f’valuri attwali mhux murija fil-kotba tal-kontijiet.
(3) Kull azzjonista jkollu l-jedd li jikseb, fuq talba u mingħajr
ħlas, kopji tad-dokumenti sħaħ jew jekk mixtieq partijiet minnhom
imsemmija fis-subartikolu (1).
Reġistrazzjoni ta’ 
amalgamazzjoni 
ta’ kumpanniji. 
350. Ir-riżoluzzjonijiet straordinarji li jittieħdu minn kull waħda
mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw u li japprovaw l-
amalgamazzjoni flimkien mad-dokumenti li jagħtihom effett, jew
kopja awtentika tagħhom, għandhom ikunu konsenjati lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni, li, wara li jkun sodisfatt li l-ħtiġiet
ta’ din it-Taqsima ikun tħarsu, għandu jirreġistrahom.
Jeddijiet tal-
kredituri li jopponu 
amalgamazzjoni. 
351. (1) L-amalgamazzjoni ta’ żewġ kumpanniji jew iżjed ma’
tibdiex isseħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data ta’ l-aħħar
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 401(1)(e)
  188      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
dwar ir-riżoluzzjonijiet straordinarji li japprovaw l-
amalgamazzjoni, imsemmija fl-artikolu 350.
(2) Matul l-imsemmi żmien ta’ tliet xhur kull kreditur ta’ kull
waħda mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw li d-djun tagħhom
kienu jeżistu qabel il-pubblikazzjoni ta’ l-abbozz tal-
kondizzjonijiet ta’ l-għaqda skond l-artikolu 345(6)(a) jista’
b’ċitazzjoni jopponi għall-amalgamazzjoni u jekk juri raġuni
biżżejjed għaliex din ma għandhiex isseħħ, il-qorti għandha jew
tilqa’ l-oppożizzjoni jew tagħti l-permess għall-amalgamazzjoni
wara li tingħata sigurtà  biżżejjed.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) għandhom
japplikaw għad-detenturi ta’ l-obbligazzjonijiet tal-kumpanniji li
jamalgamaw sakemm l-għaqda ma tkunx diġà  ġiet approvata mid-
detenturi ta’ obbligazzjonijiet individwalment jew b’laqgħa
speċjali tad-detenturi ta’ l-obbliġazzjonijiet imsejħa speċifikament
għal hekk, f’liema laqgħa d-detenturi kollha ta’ l-obbligazzjonijiet
ikunu taw il-kunsens tagħhom.
Tħaris ta’ detenturi 
ta’ sigurtajiet  
f’amalgamazzjoni.
352. Id-detenturi ta’ sigurtajiet, barra minn azzjonijiet, fil-
kumpanniji li se jkunu akkwistati, li magħhom ikunu marbuta
jeddijiet speċjali għandhom jingħataw jeddijiet kontra kumpannija
li tkun se takkwista skond l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda
li jkunu għall-anqas daqs dawk li kellhom fil-kumpannija li tkun se
tiġi akkwistata, kemm-il darba -
(a) id-detenturi ta’ dawk is-sigurtajiet ma jaqblux
individwalment li jinbidlu l-jeddijiet tagħhom; jew
(b) it-tibdil ma jkunx approvat b’laqgħa tad-detenturi ta’
dawk is-sigurtajiet imsejħa speċifikament għal hekk,
f’liema laqgħa d-detenturi kollha ta’ dawk is-
sigurtajiet għandhom jagħtu l-kunsens tagħhom; jew
(ċ) id-detenturi ta’ dawk is-sigurtajiet ma jkollhomx jedd
li jkollhom is-sigurtajiet tagħhom mixtrija lura mill-
kumpannija li tkun se takkwista.
Dmirijiet tar-
Reġistratur dwar 
amalgamazzjo-
nijiet.
353. (1) Ma’ l-amalgamazzjoni ta’ żewġ kumpanniji jew iżjed
li tkun bdiet isseħħ jew billi jkun għadda ż-żmien imsemmi fl-
artikolu 351 jew meta tkun saret oppożizzjoni taħt dak l-artikolu
b’deċiżjoni tal-qorti, ir-Reġistratur għandu jħassar l-isem tal-
kumpanniji li jkunu se jiġu akkwistati mir-reġistru u joħroġ
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ u li
juri l-fatt ta’ l-għaqda għal kumpannija li takkwista; u meta
amalgamazzjoni li tkun ġiet reġistrata taħt din it-Taqsima ssir mhux
effettiva b’deċiżjoni tal-qorti skond l-artikolu 351, ir-Reġistratur
għandu jemenda r-reġistrazzjoni f’dan is-sens.
(2) Ir-Reġistratur għandu dwar kull waħda mill-kumpanniji li
jkunu se jamalgamaw jew jgħaddi biex jippubblika avviż ta’ l-
amalgamazzjoni wara li tkun bdiet isseħħ jew jippubblika avviż li l-
amalgamazzjoni ssir mhux effettiva b’deċiżjoni tal-qorti taħt l-
artikolu 351, fiż-żewġ każijiet kif speċifikat fis-subartikolu (1).
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      189
Konsegwenzi ta’ 
amalgamazzjoni.
Emendat:
IV. 2003.130.
354. (1) Amalgamazzjoni jkollha l-konsegwenzi li ġejjin -
(a) il-kumpannija li tkun se takkwista tidħol għall-attiv, il-
jeddijiet, ir-responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet
kollha tal-kumpanniji li se jkunu akkwistati, kemm
bejn il-kumpanniji li se jkunu akkwistati u l-
kumpannija li se takkwista, kif ukoll fir-rigward ta’
terzi, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalitajiet barra dawk
li joħorġu taħt dan it-Titolu;
(b) l-azzjonisti tal-kumpanniji li jkunu se jiġu akkwistati
għandhom isiru azzjonisti tal-kumpannija li tkun se
takkwista; u 
(ċ) il-kumpanniji li se jkunu akkwistati għandhom jieqfu
jeżistu.
(2) Ebda azzjonijiet fil-kumpannija li tkun se takkwista ma
għandhom jinbidlu ma’ azzjonijiet fil-kumpanniji li jkunu se jiġu
akkwistati miżmuma jew -
(a) mill-kumpannija li tkun qed takkwista; jew 
(b) mill-kumpanniji li jkunu se jiġu akkwistati.
Kap. 364.
Kap. 123.
(3) Id-dħul għall-attiv, il-jeddijiet, ir-responsabbiltajiet u l-
obbligazzjonijiet kollha tal-kumpannija mill-kumpannija li tkun se
takkwista, imsemmi fis-subartikolu (1)(a), ma joħloq ebda
responsabbiltà  għall-ħlas ta’ xi imposta jew taxxa taħt l-Att dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, jew l-Att dwar it-Taxxa fuq
l-Income:
Iżda d-drittijiet kollha li għandhom jitħallsu maż-żieda fil-
kapital azzjonarju awtorizzat tal-kumpannija li tkun se takkwista
jibqgħu dovuti u jkollhom jitħallsu.
Responsabbiltà  ta’ 
direttur jew espert 
għal imġieba 
ħażina. 
355. Kull direttur ta’ xi waħda mill-kumpanniji li jkunu se
jamalgamaw li jkun responsabbli għal imġieba ħażina bir-rieda jew
b’negliġenza fit-tħejjija u fl-implementazzjoni ta’ l-
amalgamazzjoni, jew kull espert responsabbli biex jagħmel f’isem
xi waħda mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw, ir-rapport fuq l-
abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda li jkun ħati għal imġieba
ħażina bir-rieda jew b’negliġenza fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu, jkun
responsabbli għad-danni kollha li jiġġarrbu minn xi azzjonist ta’ xi
waħda mill-kumpanniji li jkunu se jamalgamaw minħabba n-nuqqas
tiegħu.
Appell mid-
deċiżjoni tar-
Reġistratur.
356. Ikun hemm jedd għal kontestazzjoni fuq l-istanza ta’ kull
parti nteressata mid-deċiżjoni tar-Reġistratur, li tkun tista’ tiġi
eżerċitata jew bis-saħħa ta’ l-artikolu 344 jew l-artikolu 350 lill-
qorti skond il-kondizzjonijiet li ġejjin -
(a) il-kontestazzjoni issir b’rikors kontra r-Reġistratur fi
żmien xahar mill-pubblikazzjoni wara r-reġistrazzjoni
msemmija fl-artikolu 344 fuq il-bażi li l-abbozz tal-
kondizzjonijiet ta’ l-għaqda ma jkunx sar skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 344; jew fi żmien tliet
xhur mill-pubblikazzjoni wara r-reġistrazzjoni
msemmija fl-artikolu 350 fuq il-bażi li r-riżoluzzjoni
tal-laqgħa ġenerali straordinarja kienet nulla jew tista’
  190      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
tkun annullata; avviż tar-rikors għandu jiġi pubblikat
mir-Reġistratur fil-Gazzetta;
(b) meta jkun possibbli li difett li jista’ jagħmel
amalgamazzjoni nulla jew li tista’ tkun annullata jkun
jista’ jiġi rettifikat, il-qorti għandha tagħti lill-
kumpanniji involuti żmien biex fih jirrettifikaw il-
qagħda;
(ċ) avviż li d-deċiżjoni tal-qorti ngħatat għandu jkun
pubblikat mir-Reġistratur fil-Gazzetta fejn jgħid,
b’mod partikolari, jekk ir-rikors ikunx ġie milqugħ jew
miċħud;
(d) deċiżjoni li tiddikjara amalgamazzjoni nulla jew li
tista’ tkun annullata fiha nnifisha ma ttellifx il-validità
ta’ obbligi dovuti minn jew dwar il-kumpannija li tkun
se takkwista li jkunu nqalgħu qabel ma tkun ingħatat
id-deċiżjoni u wara d-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-
abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda msemmija fl-
artikolu 344 jew tar-riżoluzzjonijiet u d-dokumenti l-
oħra msemmija fl-artikolu 350, skond il-każ;
(e) kumpanniji li jkunu parti f’amalgamazzjoni jkunu
responsabbli in solidum dwar l-obbligi tal-kumpannija
li tkun se takkwista msemmija fil-paragrafu (d);
(f) l-amalgamazzjoni ma tibdix isseħħ sakemm jgħaddu t-
tliet xhur imsemmija fil-paragrafu (a) jew, jekk isir
rikors, sad-data meta d-deċiżjoni tkun finali, jekk ir-
rikors ikun miċħud;
(g) hekk kif tingħata d-deċiżjoni ir-Reġistratur għandu,
meta r-rikors ikun milqugħ, hekk jemenda r-
reġistrazzjoni daqslikieku l-proċedura ta’ l-
amalgamazzjoni qatt ma tkun inbdiet.
Kapitolu II - Għaqda b’formazzjoni ta’ kumpannija ġdida
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli mit-344 
sat-356 għal 
għaqda 
b’formazzjoni ta’ 
kumpannija ġdida.
Emendat:
IV. 2003.131.
357. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mit-344 sat-356,
barra mill-artikolu 345(6) għandhom japplikaw għal għaqda
b’formazzjoni ta’ kumpannija ġdida daqslikieku riferenzi għall-
kumpannija li tkun se takkwista kienu riferenzi għall-kumpannija l-
ġdida u daqslikieku riferenzi għall-kumpanniji li jkunu se
jamalgamaw u għall-kumpanniji li jkunu se jiġu akkwistati kienu
riferenzi għall-kumpanniji li jkunu se jingħaqdu:
Iżda fil-każ ta’ għaqda b’formazzjoni ta’ kumpannija ġdida
l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda għandhom isiru biss mill-
kumpanniji li jkunu se jingħaqdu:
Iżda wkoll fl-artikolu 344(2)(a), ir-riferenza għal
kumpanniji li jkunu se jamalgamaw għandha tinkludi wkoll il-
kumpannija l-ġdida:
Iżda wkoll il-proviso għall-artikolu 354(3) għandu jitqies li
jirreferi għal dawk id-drittijiet li jistgħu jkollhom jitħallsu mar-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      191
reġistrazzjoni tal-kumpannija l-ġdida.
(2) L-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda u l-memorandum
u l-istatut tal-kumpannija l-ġdida għandhom ikunu approvati
b’riżoluzzjoni straordinarja ta’ kull waħda mill-kumpanniji li jkunu
se jingħaqdu.
(3) Il-kumpannija l-ġdida tkun iffurmata skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ħlief li r-regoli dwar il-verifika ta’ xi
konsiderazzjoni barra minn flus stabbiliti bl-artikolu 73(4), (5) u
(6) ma għandhomx japplikaw.
(4) Ir-Reġistratur għandu, wara li jneħħi l-isem tal-kumpannija
li tkun qed tiġi akkwistata mir-reġistru skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 353(1), jgħaddi biex joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni għall-kumpannijia ġdida li jsemmi l-fatt dwar il-
formazzjoni ta’ dik il-kumpannija bħala riżultat ta’ l-għaqda.
Kapitolu III - Akkwist ta’ kumpannija minn oħra li żżomm 
disgħin fil-mija jew iżjed mill-azzjonijiet tagħha.
Akkwist ta’ 
kumpannija minn 
oħra li jkollha l-
azzjonijiet kollha.
Emendat:
IV. 2003.132.
358. (1) L-operazzjoni fejn l-attiv u l-passiv ta’ kumpannija
jew kumpanniji jkunu konsenjati lil kumpannija oħra li tkun id-
detentur ta’ l-azzjonijiet kollha tagħhom u fejn il-kumpanniji ta’
qabel kienu xolti mingħajr ma’ kienu stralċjati għandhom ikunu
regolati bl-artikoli mit-344 sat-356 barra mid-disposizzjonijiet li
jinsabu fl-artikolu 344(2)(b), (ċ) u (d), l-artikolu 346, l-artikolu
348, il-paragrafi (d) u (e) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 349, l-
artikolu 354(1)(b) u l-artikolu 355.
(2) Għall-fini ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 359 kull
riferenza għal "abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-akkwist" għandha
tittieħed bħala riferenza għal "abbozz ta’ kondizzjonijiet ta’
għaqda" kif speċifikat fl-artikolu 344.
(3) L-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kull waħda mill-
kumpanniji li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjoni ma tkunx
meħtieġa u l-artikolu 345 ma għandux japplika għall-operazzjoni
speċifikata fis-subartikolu (1), jekk ikunu sodisfatti l-
kondizzjonijiet li ġejjin-
(a) l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-akkwist dwar kull
kumpannija li jkollha x’taqsam fl-operazzjoni għandu
jkun konsenjat lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u
għandu jkun pubblikat minnu għall-anqas tliet xhur
qabel ma tibda sseħħ l-operazzjoni; u
(b) fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu (a), l-azzjonisti
kollha tal-kumpannija li tkun se takkwista jkollhom
jedd jispezzjonaw fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija
d-dokumenti speċifikati fl-artikolu 349(1)(a), (b) u (ċ)
li l-istess azzjonisti jkollhom jedd li jispezzjonaw
f’każ ta’ amalgamazzjoni li ssir b’xi waħda mill-modi
kif imsemmi fl-artikolu 343; u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 349(2) u (3) għandhom japplikaw:
  192      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Iżda, f’kull każ, l-azzjonisti tal-kumpannija li tkun se
takkwista li jkunu detenturi ta’ għall-anqas ħamsa fil-mija tal-
kapital azzjonarju maħruġ li jagħti l-jedd għall-vot f’laqgħat
ġenerali tal-kumpannija jkollhom il-jedd li jeħtieġu li tissejjaħ
laqgħa ġenerali tal-kumpannija li tkun se takkwista biex tiddeċiedi
jekk għandhiex tapprova l-operazzjoni.
Akkwist ta’ 
kumpannija minn 
oħra li jkollha 90% 
jew iżjed ta’ l-
azzjonijiet li jagħtu 
l-jedd għall-vot 
iżda mhux l-
azzjonijiet kollha.
Emendat:
IV. 2003.133.
359. (1) Meta kumpannija waħda jew iżjed ikunu akkwistati
minn kumpannija oħra li jkollha disgħin fil-mija jew iżjed, iżda
mhux l-azzjonijiet kollha ta’ kull waħda minn dawk il-kumpanniji,
li jagħtu l-jedd tal-vot f’laqgħat ġenerali, il-laqgħa ġenerali tal-
kumpannija li tkun se takkwista ma jkollhiex għalfejn tapprova l-
akkwist kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-akkwist dwar il-
kumpannija li tkun se takkwista għandhom ikunu
konsenjati lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni u
għandhom ikunu pubblikati minnu;
(b) il-laqgħat ġenerali tal-kumpanniji li jkunu se jiġu
akkwistati biex jiddeċiedu l-abbozz tal-kondizzjonijiet
ta’ l-akkwist għandhom isiru mhux iktar tard minn tliet
xhur mill-pubblikazjoni msemmija fil-paragrafu (a);
(ċ) fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel ta’ dan il-
paragrafu, l-azzjonisti kollha tal-kumpannija li tkun se
takkwista jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-
dokumenti msemmija fl-artikolu 358(3)(b) u d-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 358(3)(b)
għandhom japplikaw;
(d) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 358(3)(ċ) għandhom
japplikaw għall-akkwist regolat b’dan l-artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet l-oħra kollha tal-Kapitolu I ta’ din it-
Taqsima dwar għaqda b’akkwist għandhom japplikaw:
Iżda d-disposizzjonijiet dwar l-għemil ta’ rapport fuq l-
abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda mid-diretturi u mill-esperti
kif speċifikat fl-artikoli 346 u 348 rispettivament u l-jedd ta’ l-
azzjonisti kollha li jispezzjonaw u jiksbu kopji tad-dokumenti
speċifikati fl-artikolu 349 ma għandhomx japplikaw, sakemm l-
azzjonisti b’minoranza li jopponu, tal-kumpannija jew kumpanniji
li jkunu se jiġu akkwistati jkollhom il-jedd li l-azzjonijiet tagħhom
jinxtraw mill-kumpannija li tkun se takkwista għal konsiderazzjoni
li tikkorrispondi għall-valur xieraq ta’ l-azzjonijiet tagħhom u fil-
każ ta’ nuqqas ta’ ftehim dwar il-valur xieraq ta’ dik il-
konsiderazzjoni, kif jiġi stabbilit mill-qorti.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      193
TAQSIMA IX - QSIM TA’ KUMPANNIJI
Qsim ta’ 
kumpannija 
b’akkwist jew 
b’formazzjoni ta’ 
kumpanniji ġodda.
Emendat:
IV. 2003.134.
360. (1) Qsim ta’ kumpannija f’żewġ kumpanniji jew iżjed
jista’ jsir bi -
(a) qsim b’akkwist; jew
(b) qsim b’formazzjoni ta’ kumpanniji ġodda; jew
(ċ) qsim b’kombinazzjoni ta’ qsim b’akkwist, ma’ qsim
b’formazzjoni ta’ kumpannija waħda jew iktar ġodda.
(2) Qsim b’akkwist hu l-operazzjoni li biha kumpannija (f’din
it-Taqsima msejħa "il-kumpannija li tkun se tinqasam") tikkonsenja
lil żewġ kumpanniji li jeżistu jew iżjed (f’din it-Taqsima msejħa
"il-kumpanniji riċevituri") l-attiv u l-passiv kollha tagħha bi bdil
ma’ l-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpannija li tkun se tinqasam
ta’ azzjonijiet fil-kumpanniji riċevituri u ħlas ta’ flus, jekk il-każ, li
ma jkunx iżjed minn għaxra il-mija tal-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet hekk maħruġa.
(3) Qsim b’formazzjoni ta’ kumpanniji ġodda hu l-istess bħall-
operazzjoni deskritta fis-subartikolu (2) ħlief li l-kumpanniji
riċevituri jkunu furmati bħala kumpanniji ġodda sabiex jieħdu
sehem fil-qsim. L-espressjoni "il-kumpanniji li jkollhom x’jaqsmu
fi qsim" użata fil-każ ta’ qsim b’formazzjoni ta’ kumpanniji ġodda
f’din it-Taqsima għandha tiftiehem li tirreferi biss għall-
kumpannija li tkun se tinqasam.
(4) Qsim b’kombinazzjoni ta’ qsim b’akkwist ma’ qsim
b’formazzjoni ta’ kumpannija waħda jew iktar ġodda hija l-istess
bħal operazzjoni deskritta fis-subartikolu (2) kombinata ma’ l-
operazzjoni deskritta fis-subartikolu (3).
(5) Il-kumpannija li tkun se tinqasam għandha tkun xolta
mingħajr ma tkun stralċjata skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu II
ta’ Taqsima V ta’ dan l-Att; ix-xoljiment għandu jitqies li jkun sar
meta l-qsim jibda jseħħ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
370.
(6) Il-fatt li kumpannija li tkun se tinqasam tkun ġiet xolta
volontarjament b’riżoluzzjoni straordinarja, u dikjarazzjoni ta’
solvenza tkun ġiet ippreżentata, ma għandux itellef lil dik il-
kumpannija milli tieħu sehem fil-qsim kemm-il darba ebda attiv ta’
dik il-kumpannija ma tkun tqassam lill-azzjonisti wara x-xoljiment.
Kull disposizzjoni ta’ din it-Taqsima li tentieġ id-diretturi ta’
kumpannija biex jaġixxu għandha tiftiehem dwar kumpannija li
tkun ġiet xolta bħala li teħtieġ lill-stralċjarju li jaġixxi.
(7) Il-fatt li l-kumpannija li tkun se tinqasam tkun ġiet xolta
mill-qorti skond l-artikolu 214 u fil-każ ta’ stralċ volontarju iżda
ma tkunx ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ solvenza, għandu
jinvalida l-qsim fir-rigward tal-kumpanniji kollha li għandhom
x’jaqsmu fil-qsim.
(8) Qsim ta’ kumpannija jista’ jsir biss f’żewġ kumpanniji jew
iżjed, u ma jistax isir qsim li fih ikollha x’taqsam xi xorta ta’
soċjetà  kummerċjali oħra.
  194      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Kapitolu I - Qsim b’akkwist
Abbozz tal-
kondizzjonijiet ta’ 
qsim.
Emendat:
IV. 2003.135.
361. (1) Id-diretturi ta’ kumpannija li tkun se tinqasam u ta’
kull waħda mill-kumpanniji riċevituri (aktar tard f’din it-Taqsima
msejħin "il-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu mal-qsim")
għandhom jagħmlu abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim bil-miktub.
(2) L-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim għandu jispeċifika
dan li ġej -
(a) l-istatus, l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull waħda
mill-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu mal-qsim;
(b) il-proporzjon ta’ kif issir il-bdil ta’ azzjonijiet u l-
ammont ta’ kull ħlas bil-flus;
(ċ) il-kondizzjonijiet dwar l-għoti ta’ azzjonijiet f’kull
waħda mill-kumpanniji riċevituri;
(d) id-data li minnha min iżomm dawk l-azzjonijiet ikollu
l-jedd li jipparteċipa fil-profitti u kull kondizzjonijiet
speċjali li jolqtu dak il-jedd;
(e) id-data li minnha t-transazzjonijiet tal-kumpannija li
tkun se tinqasam għandhom jitqiesu għall-fini ta’
kontijiet bħala li jkunu ta’ waħda jew oħra tal-
kumpanniji riċevituri;
(f) il-jeddijiet mogħtija minn kull waħda mill-kumpanniji
riċevituri lid-detenturi ta’ azzjonijiet li jkollhom
magħhom jeddijiet speċjali u d-detenturi ta’ sigurtajiet
barra minn azzjonijiet, jew il-miżuri proposti
dwarhom;
(g) kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti msemmija fl-
artikolu 364 u lid-diretturi ta’ kull waħda mill-
kumpanniji li għandhom x’jaqsmu mal-qsim;
(h) id-deskrizzjoni preċiża u dettaljata u l-allokazzjoni ta’
l-attiv, il-jeddijiet, il-passiv u l-obbligazzjonijiet li
jkunu se jiġu trasferiti lil kull waħda mill-kumpanniji
riċevituri;
(i) l-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpannija li tkun se
tinqasam ta’ azzjonijiet fil-kumpanniji riċevituri u l-
kriterju li fuqu tkun bażata dik l-allokazzjoni.
(3) Meta attiv ma jkunx allokat bl-abbozz tal-kondizzjonijiet
ta’ qsim u meta skond l-interpretazzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet
ma jkunx possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tiegħu,
l-attiv jew il-konsiderazzjoni għalih għandha tkun allokata lill-
kumpanniji riċevituri kollha bil-proporzjon tas-sehem ta’ l-attiv
nett allokat lil kull waħda minn dawk il-kumpanniji taħt l-abbozz
tal-kondizzjonijiet tal-qsim.
(4) Meta passiv ma jkunx allokat bl-abbozz tal-kondizzjonijiet
ta’ qsim u meta skond l-interpretazzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet
ma jkunx possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tiegħu,
kull waħda mill-kumpanniji riċevituri tkun responsabbli għalih in
solidum:
Iżda dik ir-responsabbiltà   in solidum tkun limitata għall-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      195
attiv nett allokat lil kull kumpannija.
(5) L-abbozz tal-kondizzjonijiet ta’ qsim għal kull waħda mill-
kumpanniji li għandhom x’jaqsmu ma’ qsim li jkun kompletat kif
imiss, għandu jkun iffirmat minn għall-anqas direttur wieħed u s-
segretarju tal-kumpannija ta’ kull kumpannija li għandha x’taqsam
mal-qsim, u jintbagħat lir-Reġistratur minn kull kumpannija għar-
reġistrazzjoni, u dan meta jkun sodisfatt li l-ħtiġiet ta’
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkunu tħarsu, għandu
jirreġistrahom.
Approvazzjoni ta’ 
qsim b’riżoluzzjoni 
straordinarja.
362. (1) Qsim jista’ jsir biss jekk ikun ġie approvat
b’riżoluzzjoni straordinarja ta’ kull kumpannija li għandha
x’taqsam mal-qsim li tkun adottata minn kull waħda minn dawk il-
kumpanniji għall-anqas xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ l-abbozz
tagħha tal-kondizzjonijiet tal-qsim u mhux iktar tard minn tliet
xhur minn dik il-pubblikazzjoni.
(2) Meta azzjonijiet fil-kumpanniji riċevituri jkunu allokati lill-
azzjonisti tal-kumpannija li tkun se tinqasam xort’oħra milli fil-
proporzjon tal-jeddijiet tagħhom fil-kapital ta’ dik il-kumpannija,
il-membri ta’ dik il-kumpannija li jopponu jistgħu jeżerċitaw il-
jedd li l-azzjonijiet tagħhom ikunu mifdija. F’dak il-każ, l-
azzjonijiet ikunu mifdija b’dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu
miftiehma jew li l-qorti, fuq talba li ssir jew minn waħda mill-
kumpanniji riċevituri jew minn xi wieħed mill-membri li jopponu
tal-kumpannija li tkun se tinqasam, jidhrilha xieraq li tordna fiċ-
ċirkostanzi.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan t-Att li jirregolaw tibdil u żidiet
fil-memorandum u fl-istatut għandhom, b’mod xieraq, japplikaw
għal kull tibdil jew żidiet fil-memorandum u fl-istatut li jkunu saru
meħtieġa minħabba xi qsim imsemmi f’din it-Taqsima.
(4) Meta jkun hemm iktar minn klassi waħda ta’ azzjonijiet f’xi
waħda mill-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu fil-qsim, ir-
riżoluzzjonijiet straordinarji ta’ dawk il-kumpanniji dwar il-qsim
għandhom ikunu suġġetti għal vot separat minn għall-inqas kull
klassi ta’ azzjonisti li l-jeddijiet tagħhom ikunu milquta b’dan.
(5) Ir-riżoluzzjoni straordinarja meħudha minn kull waħda
mill-kumpanniji li għandha x’taqsam mal-qsim għandha tkopri
kemm l-approvazzjoni ta’ l-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim kif
ukoll kull tibdil u żidiet fil-memorandum u fl-istatut li jkunu saru
meħtieġa bil-qsim.
(6) Il-laqgħa ġenerali ta’ kull kumpannija riċevitura ma tkunx
meħtieġa jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti -
(a) il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-
artikolu 401(1)(e), kif provdut wara li ssir ir-
reġistrazzjoni meħtieġa skond l-artikolu 361(5)
għandha ssir, għal kull kumpannija riċevitura, għall-
anqas xahar qabel u mhux iktar tard minn tliet xhur
qabel id-data stabbilta għal-laqgħa ġenerali tal-
kumpannija li tkun se tinqasam li fiha se jkun deċiż l-
abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim;
  196      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(b) għall-anqas xahar qabel id-data speċifikata fil-
paragrafu (a) l-azzjonisti kollha ta’ kull kumpannija
riċevitura għandhom ikunu intitolati li jispezzjonaw
id-dokumenti speċifikati fl-artikolu 365(1) fl-uffiċċju
reġistrat ta’ dik il-kumpannija;
(ċ) azzjonist wieħed jew iżjed ta’ xi kumpannija riċevitura
li jkollhom għall-inqas ħamsa fil-mija tal-kapital
azzjonarju maħruġ li jkollu l-jedd tal-vot f’laqgħat
ġenerali tal-kumpannija jkollhom jedd li jeħtieġu li
tissejjaħ laqgħa ġenerali ta’ dik il-kumpannija
riċevitura sabiex tiddeċiedi jekk tapprovax il-qsim.
Id-diretturi 
jagħmlu rapport 
dettaljat bll-miktub 
ta’ l-abbozz tal-
kondizzjonijiet tal-
qsim. 
Emendat:
IV. 2003.137.
363. (1) Id-diretturi ta’ kull waħda mill-kumpanniji li
għandhom x’jaqsmu fi qsim għandhom jagħmlu rapport dettaljat
bil-miktub li jispjega l-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim u li
jagħti l-bażijiet legali u ekonomiċi għalihom, b’mod partikolari il-
proporzjon ta’ kif isir il-bdil ta’ azzjonijiet u l-kriterju li
jistabbilixxi l-allokazzjoni ta’ l-azzjonijiet. Ir-rapport għandu wkoll
jiddeskrivi kull diffikultà  ta’ valutazzjoni li tkun inqalgħet.
(2) Ir-rapport għandu jsemmi kull rapport li jkun tħejja skond l-
artikolu 73(4).
(3) Id-diretturi ta’ kumpannija li tkun se tinqasam għandhom
jgħarrfu lill-laqgħa ġenerali ta’ dik il-kumpannija b’kull tibdil
materjali fl-attiv u fil-passiv bejn id-data li fiha jkun tħejja l-
abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim u d-data tal-laqgħa ġenerali tal-
kumpannija li tkun se tinqasam li tkun se tissejjaħ biex tiddeċiedi l-
abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim.
(4) Id-diretturi ta’ kumpannija li tkun se tinqasam għandhom
barra minn hekk jgħarrfu lid-diretturi tal-kumpannija riċevitura
sabiex dawn id-diretturi jkunu jistgħu jgħarrfu lill-laqgħa ġenerali
rispettiva b’kull tibdil materjali fl-attiv u fil-passiv kif speċifikat
fis-subartikolu (3).
Espert jew esperti 
jagħmlu rapport 
bil-miktub lill-
azzjonisti. 
364. (1) Espert jew esperti li jaġixxu għan-nom ta’ kull waħda
mill-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu fil-qsim iżda
indipendentement minnhom u approvati mir-Reġistratur, għandhom
jeżaminaw l-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim u jagħmlu rapport
bil-miktub lill-azzjonisti.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 348(2) sa (5) għandhom
japplikaw għar-rapport.
(3) Ir-rapport dwar konsiderazzjonijiet barra flus imsemmi fl-
artikolu 73(4) u r-rapport dwar l-abbozz tal-kondizzjonijet tal-qsim
li jkun sar skond is-subartikolu (1) għandhom isiru mill-espert jew
mill-esperti approvati taħt is-subartikolu (1).
Dokumenti li 
azzjonisti ta’ 
kumpanniji li 
għandhom 
x’jaqsmu fi qsim 
għandhom jedd 
jispezzjonaw.
365. (1) L-azzjonisti kollha tal-kumpanniji li jkollhom
x’jaqsmu fil-qsim ikollhom jedd li jispezzjonaw id-dokumenti li
ġejjin fl-uffiċċju reġistrat ta’ kull kumpannija li għandha x’taqsam
fil-qsim għall-anqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li tkun
se tiddeċiedi l-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim -
(a) l-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim;
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      197
(b) il-kontijiet annwali u r-rapporti tad-diretturi tal-
kumpanniji li għandhom x’jaqsmu fil-qsim għat-tliet
żminijiet ta’ kontijiet ta’ qabel;
(ċ) kull dikjarazzjoni ta’ kontijiet magħmula sa data li ma
għandhiex tkun iktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet
xahar li jaħbat qabel id-data ta’ l-abbozz tal-
kondizzjonijet tal-qsim, jekk l-aħħar kontijiet annwali
jirreferu għal żmien tal-kontijiet li jkun intemm iktar
minn sitt xhur qabel dik id-data;
(d) ir-rapporti tad-diretturi tal-kumpanniji li għandhom
x’jaqsmu fil-qsim kif provdut fl-artikolu 363(1);
(e) ir-rapporti kif provdut fl-artikolu 364.
(2) Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet li hemm provdut għaliha fis-
subartikolu (1)(ċ) għandha ssir bl-użu ta’ l-istess metodi u l-istess
format kif użati fl-aħħar karta tal-bilanċ:
Iżda -
(a) mhux meħtieġ li jsir inventarju fiżiku ġdid;
(b) il-valutazzjoni murija fl-aħħar karta tal-bilanċ għandha
tinbidel biss biex turi reġistrazzjonijiet fil-kotba tal-
kontijiet; u
(ċ) b’danakollu, dan li ġej għandu jittieħed kont tiegħu:
deprezzament u provvedimenti interim u tibdil
materjali fil-valur attwali mhux murija fil-kotba tal-
kontijiet.
(3) Kull azzjonist ikollu l-jedd li jikseb, fuq talba u mingħajr
ħlas, kopji sħaħ jew, jekk mixtieq, partijiet minn kopji tad-
dokumenti msemmija fis-subartikolu (1).
Meta azzjonisti li 
għandhom 
x’jaqsmu fi qsim 
jaqblu li ċerti 
disposizzjonijiet 
ma japplikawx. 
366. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 363, l-artikolu 364(1) u
(2) u l-artikolu 365(1)(ċ), (d) u (e) ma għandhomx japplikaw jekk l-
azzjonisti kollha tal-kumpannija kollha li għandhom x’jaqsmu fi
qsim ikunu hekk ftehmu.
Konsenja ta’ 
riżoluzzjonijiet 
straordinarji dwar 
qsim lir-
Reġistratur għar-
reġistrazzjoni. 
367. Ir-riżoluzzjoni straordinarja li tapprova l-qsim mgħoddija
mill-kumpannija li tkun se tinqasam u r-riżoluzzjonijiet
straordinarji, mgħoddija mill-kumpanniji riċevituri flimkien mad-
dokumenti li jagħtu seħħ lill-qsim, jew kopja awtentika tagħhom,
għandhom ikunu konsenjati lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni li
għandu, wara li jkun sodisfatt li l-ħtiġiet tad-disposizzjonijiet ta’
qabel dan ta’ din it-Taqsima ikunu tħarsu, jirreġistrahom.
Jeddijiet tal-
kredituri li jopponu 
għal qsim.
Emendat:
IV. 2003.138.
368. (1) Il-qsim ma jibdiex iseħħ qabel tliet xhur mid-data tal-
pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 401(1)(e)
dwar ir-riżoluzzjonijiet straordinarji li japprovaw il-qsim.
(2) Matul l-imsemmi żmien ta’ tliet xhur kull kreditur ta’ kull
waħda mill-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu fi qsim li d-dejn
tiegħu kien jeżisti qabel il-pubblikazzjoni msemmija fl-artikolu
401(1)(e), kif provdut in segwitu tar-reġistrazzjoni meħtieġa bis-
saħħa ta’ l-artikolu 361(5) jista’, b’ċitazzjoni, jopponi għall-qsim,
u jekk juri raġuni xierqa għaliex dak il-qsim ma għandux iseħħ, il-
  198      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
qorti għandha tilqa’ l-oppożizzjoni inkella tħalli li jsir il-qsim ma’
l-għoti ta’ sigurtà  biżżejjed.
(3) Safejn kreditur ta’ kumpannija li lilha l-obbligu jew ir-
responsabbiltà  tkun ġiet allokata skond l-abbozz tal-kondizzjonijiet
tal-qsim ma jkunx ġie sodisfatt, il-kumpanniji riċevituri jkunu
responsabbli in solidum għal dak l-obbligu:
Iżda fir-rigward ta’ kumpanniji riċevituri barra mill-waħda
li lilha jkun ġie allokat l-obbligu jew ir-responsabbiltà , din ir-
responsabbiltà  tkun limitata għall-attiv nett allokat lil kull waħda
minn dawk il-kumpanniji:
Iżda wkoll dan is-subartikolu ma japplikax meta l-
operazzjoni li tinvolvi l-qsim tkun suġġetta għas-sorveljanza tal-
qorti skond l-artikolu 375 u maġġoranza fin-numru li tirrappreżenta
tliet kwarti fil-valur tal-kredituri tal-kumpannija li tkun se tinqasam
tkun ftehmet li tirrinunzja għal dik ir-responsabbiltà  in solidum
f’laqgħa miżmuma skond l-artikolu 375(2)(ċ).
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1), (2) u (3) għandhom
japplikaw għad-detenturi ta’ obbligazzjonijiet tal-kumpannija li
jkollhom x’jaqsmu fi qsim sakemm il-qsim ma jkunx diġà  ġie
approvat mid-detenturi ta’ l-obbligazzjonijiet, individwalment jew
f’laqgħa speċjali tad-detenturi ta’ l-obbligazzjonijiet imsejħa
speċifikament għal hekk, f’liema laqgħa d-detenturi kollha ta’ l-
obbligazzjonijiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
Ħarsien ta’ 
detentur ta’ 
sigurtajiet fi qsim. 
369. Id-detenturi ta’ sigurtajiet, barra minn azzjonijiet, li
jkollhom magħhom jeddijiet speċjali, għandhom jingħataw il-
jeddijiet fil-kumpanniji riċevituri li kontra tagħhom dawk is-
sigurtajiet li jistgħu jkunu nvokati skond l-abbozz tal-
kondizzjonijiet tal-qsim, għall-inqas daqs il-jeddijiet li kellhom fil-
kumpannija li tkun se tinqasam, kemm-il darba -
(a) id-detenturi ta’ dawk is-siguratjiet ma jaqblux
individwalment li l-jeddijiet tagħhom jinbidlu; jew
(b) it-tibdil ma jkunx ġie approvat b’laqgħa tad-detenturi
ta’ dawk is-sigurtajiet li tissejjaħ speċifikament għal
dak l-għan f’liema laqgħa d-detenturi kollha ta’ dawk
is-siguratjiet għandhom jagħtu l-kunsens tagħhom; jew
(ċ) id-detenturi ta’ dawk is-sigurtajiet ma jkollhomx il-
jedd li jkollhom is-sigurtajiet tagħhom mixtrija lura.
Dmirijiet tat-
Reġistratur dwar 
qsim.
Emendat:
IV. 2003.139.
370. (1) Meta l-qsim ikun beda jseħħ jew għax ikun għadda ż-
żmien imsemmi fl-artikolu 368, jew meta ssir oppożizzjoni taħt dak
l-artikolu, b’deċiżjoni tal-qorti, ir-Reġistratur għandu jħassar l-
isem tal-kumpannija li tkun se tinqasam minn fuq ir-reġistru u
joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, mibdul biex jirriflettu ċ-
ċirkostanzi tal-każ u li juri l-fatt tal-qsim, lill-kumpanniji reċipjenti
kollha, u fejn diviżjoni li tkun ġiet reġistrata taħt din it-Taqsima ma
ssirx effettiva bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-qorti taħt l-artikolu 368,
ir-Reġistratur għandu hekk jemenda r-reġistrazzjoni.
(2) Ir-Reġistratur għandu, dwar kull kumpannija li għandha
x’taqsam fi qsim, jew jgħaddi biex jippubblika avviż tal-qsim wara
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      199
li jkun beda jseħħ jew jippubblika avviż li l-qsim ikun sar mhux
effettiv b’deċiżjoni tal-qorti taħt l-artikolu 368, fiż-żewġ każijiet
kif speċifikat fis-subartikolu (1). Il-pubblikazzjoni għandha ssir
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 401(1)(e).
Konsegwenzi ta’ 
qsim.
Emendat:
IV. 2003.140.
371. (1) Qsim ikollu l-konsegwenzi li ġejjin -
(a) il-kumpanniji riċevituri jidħlu għall-attiv, jeddijiet,
passiv u obbligazzjonijiet kollha tal-kumpannija li
tkun se tinqasam, kemm bejn il-kumpannija li tkun se
tinqasam u l-kumpanniji riċevituri u dwar terzi,
mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalitajiet oħra barra minn
dawk li joħorġu minn din it-Taqsima;
(b) l-azzjonisti tal-kumpannija li tkun se tinqasam
għandhom isiru azzjonisti ta’ waħda jew iżjed mill-
kumpanniji riċevituri; u
(ċ) il-kumpannija li tkun se tinqasam għandha tieqaf milli
teżisti.
(2) Ebda azzjonijiet f’kumpannija riċevitura ma għandhom
jinbidlu f’azzjonijiet miżmuma fil-kumpannija li tkun se tinqasam
jew -
(a) minn dik il-kumpannija riċevitura; jew 
(b) mill-kumpannija li tkun se tinqasam.
Kap. 364.
Kap. 123.
(3) Id-dħul għall-attiv, jeddijiet, passiv u obbligazzjonijiet
kollha tal-kumpannija li tkun se tinqasam mill-kumpanniji
riċevituri, kif imsemmi fis-subartikolu (1)(a), ma għandux joħloq
xi responsabbiltà  għall-ħlas ta’ xi taxxa jew imposta taħt l-Att dwar
it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jew l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income:
Iżda kull drittijiet li jista’ jkollhom jitħallsu maż-żieda tal-
kapital azzjonarju awtorizzat tal-kumpanniji riċevituri jibqgħu
dovuti u jkollhom jitħallsu.
(4) Id-diviżjoni għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet li jgawdu
l-kredituri tal-kumpannija li tkun se tinqasam fuq xi attiv ta’ dik il-
kumpannija.
(5) Meta l-attiv tal-kumpannija li tkun se tiġi diviża jinkludi
proprjeta’ immobbli jew jeddijiet dwarhom, id-diretturi tal-
kumpanniji riċevituri għandhom jieħdu ħsieb li fi żmien xahar mill-
bidu fis-seħħ tad-diviżjoni, jkun pubblikat att pubbliku
dikjaratorju, li jkun fih deskrizzjoni dettaljata u l-allokazzjoni tal-
proprjeta’ immobbli jew jeddijiet dwarhom konsenjati lil kull
waħda mill-kumpanniji riċevituri, u vera kopja ta’ l-imsemmi att
għandha tkun sottomessa lir-Reġistratur fi żmien erbatax-il jum
mill-iskrizzjoni tiegħu fir-Reġistru Pubbliku.
Responsabbiltà  ta’ 
direttur jew espert 
ta’ mġieba ħażina 
bir-rieda jew 
b’negliġenza.
Emendat:
IV. 2003.141.
372. Kull persuna li -
(a) tkun direttur tal-kumpannija li tkun se tinqasam li hu
responsabbli għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-
qsim, jew
(b) tkun espert li hu responsabbli biex jagħmel f’isem dik
  200      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
il-kumpannija r-rapport fuq l-abbozz tal-
kundizzjonijiet tal-qsim,
u li, minħabba mġieba ħażina bir-rieda jew b’negliġenza fil-qadi ta’
dmirijietha toħloq danni lil xi azzjonist tal-kumpannija li tkun se
tinqasam, tkun responsabbli għal dawk id-danni.
Appell minn 
deċiżjonijiet tar-
Reġistratur.
Emendat:
IV. 2003.142.
373. Kull parti interessata tista’ tappella mir-reġistrazzjoni
magħmula mir-Reġistratur, bis-saħħa jew ta’ l-artikolu 361 jew ta’
l-artikolu 367 lill-qorti, skond il-kondizzjonijiet li ġejjin -
(a) l-appell għandu jsir b’rikors kontra r-Reġistratur fi
żmien xahar mill-pubblikazzjoni wara r-reġistrazzjoni
msemmija fl-artikolu 361 fuq il-bażi illi l-abbozz tal-
kondizzjonijiet tal-qsim ma jkunx sar skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 361, jew fi żmien tliet
xhur mill-pubblikazzjoni wara r-reġistrazzjoni
msemmija fl-artikolu 367 fuq il-bażi li xi waħda mir-
riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali straordinarji
msemmija fihom kienet nulla jew tista’ tkun annullata;
avviż tar-rikors għandu jiġi pubblikat mir-Reġistratur;
(b) meta jkun possibbli li difett li jista’ jagħmel qsim null
jew li jista’ jkun annullat ikun rettifikat, il-qorti
għandha tagħti lill-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu
żmien li matulu għandhom jirrettifikaw is-sitwazzjoni;
(ċ) id-deċiżjoni tal-qorti għandha tkun pubblikata mir-
Reġistratur li jgħid, b’mod partikolari, jekk ir-rikors
ikunx ġie milqugħ jew miċħud;
(d) deċiżjoni li tiddikjara qsim null jew li jista’ jkun
annullat ma għandhiex minnha nnifisħa tolqot il-
validità  ta’ l-obbligi dovuti minn jew dwar il-
kumpanniji riċevituri li jkunu nqalgħu qabel ma tkun
ingħatat id-deċiżjoni u wara d-data tar-reġistrazzjoni
ta’ l-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim imsemmija fl-
artikolu 361 jew tar-riżoluzzjonijiet u d-dokumenti l-
oħra msemmija fl-artikolu 367, skond il-każ;
(e) kull waħda mill-kumpanniji riċevituri tkun
responsabbli għall-obbligi tagħha li jinqalgħu wara d-
data li fiha jkun daħal fis-seħħ il-qsim u qabel id-data
li fiha tkun ingħatat id-deċiżjoni li tiddikjara l-qsim
null;
(f) il-kumpannija li tkun se tinqasam tkun ukoll
responsabbli għall-obbligi msemmija fil-paragrafu (e):
Iżda din ir-responsabbiltà  tkun limitata għas-
sehem ta’ l-attiv nett trasferit lill-kumpannija
riċevitura li akkont tagħha jkunu nqalgħu l-obbligi
bħal dawn.
(g) il-qsim ma jkunx operattiv qabel ma jgħaddu t-tliet
xhur imsemmija fil-paragrafu (a) jew, jekk ikun sar
rikors, qabel id-data tad-deċiżjoni finali, jekk ir-rikors
ikun ġie miċħud;
(h) hekk kif id-deċiżjoni meta r-rikors ikun ġie milqugħ
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      201
tkun konsenjata, ir-Reġistratur għandu jemenda r-
reġistrazzjoni f’dan is-sens daqslikieku l-proċedura
għall-qsim qatt ma tkun inbdiet.
Kapitolu II - Qsim bil-formazzjoni ta’ kumpanniji ġodda
L-artikoli ta’ qabel 
dan ta’ din it-
Taqsima japplikaw 
għal qsim 
b’formazzjoni ta’ 
kumpanniji ġodda.
Emendat:
IV. 2003.143.
374. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 361, 362(1) sa (5),
363, 364(1) u (2) u l-artikoli mit-365 sat-373 għandhom japplikaw
għal qsim bil-formazzjoni ta’ kumpanniji ġodda bħallikieku
riferenzi għall-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu fi qsim kienu
riferenzi biss għall-kumpannija li tkun se tinqasam:
Iżda l-proviso għall-artikolu 371(3) għandu jitqies li
jirreferi għal dawk id-drittijiet li jista’ jkollhom jitħallsu mar-
reġistrazzjoni tal-kumpanniji l-ġodda.
(2) B’żieda mat-tagħrif speċifikat fl-artikolu 361(2), l-abbozz
tal-kondizzjonijiet tal-qsim li, fil-każ ta’ diviżjoni, b’formazzjoni
ta’ kumpanniji ġodda, għandu biss isir mill-kumpannija li tkun se
tinqasam, għandu juri il-forma, l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull
waħda mill-kumpanniji l-ġodda.
(3) L-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim tal-kumpannija li
tkun se tinqasam u, jekk ikunu jinsabu f’dokument separat, l-
abbozz tal-memorandum u l-abbozz ta’ l-istatut ta’ kull waħda
mill-kumpanniji l-ġodda għandhom ikunu approvati b’riżoluzzjoni
straordinarja li tittieħed f’laqgħa ġenerali tal-kumpannija li tkun se
tinqasam.
(4) Ir-rapport fuq il-konsiderazzjoni barra minn flus kif
imsemmi fl-artikolu 73(4) u r-rapport ta’ l-abbozz tal-
kondizzjonijiet tal-qsim tal-kumpannija li tkun se tinqasam kif
imsemmi fl-artikolu 364(1) għandhom isiru mill-istess espert jew
esperti.
(5) La l-artikolu 364 u lanqas l-artikolu 365 safejn dawn
għandhom x’jaqsmu mar-rapport ta’ l-espert, ma għandhom
japplikaw meta l-azzjonijiet f’kull waħda mill-kumpanniji l-ġodda
jkunu allokati lill-azzjonisti tal-kumpannija li tkun se tinqasam fil-
proporzjon tal-jeddijiet tagħhom fil-kapital azzjonarju maħruġ ta’
dik il-kumpannija.
(6) Ir-Reġistratur għandu, wara li jħassar l-isem tal-kumpannija
li tkun ser tinqasam mir-reġistru skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 370(1), jgħaddi li joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għal
kull waħda mill-kumpanniji ġodda li jkunu ġew iffurmati li juru l-
fatt tal-formazzjoni tagħha bħala riżultat tal-qsim.
  202      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Miżjud:
IV. 2003.145.
Kapitolu III - Qsim b’kombinazzjoni ta’ qsim b’akkwist ma’ 
qsim bil-formazzjoni ta’ kumpannija jew kumpanniji oħra 
ġodda
Qsim 
b’kombinazzjoni 
ta’ qsim b’akkwist 
ma’ qsim bil-
formazzjoni ta’ 
kumpanniji ġodda.
Miżjud:
IV. 2003.145.
374A. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 361, 362, 363,
364(1) u (2) u ta’ l-artikoli minn 365 sa 373 għandhom japplikaw
għal qsim b’kombinazzjoni ta’ qsim b’akkwist ma’ qsim bil-
formazzjoni ta’ kumpannija jew kumpanniji oħra ġodda:
Iżda l-proviso għall-artikolu 371(3) għandu jitqies li
jirreferi wkoll għal dawk id-drittijiet li jista’ jkollhom jitħallsu
mar-reġistrazzjoni tal-kumpanniji l-ġodda, meta huwa l-każ.
(2) B’żieda mat-tagħrif speċifikat fl-artikolu 361(2), l-abbozz
tal-kondizzjonijiet tal-qsim, għandu wkoll jindika l-istatus, l-isem
u l-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija jew kumpanniji ġodda.
(3) L-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim u, jekk ikunu jinsabu
f’dokument separat, l-abbozz tal-memorandum u l-abbozz ta’ l-
istatut tal-kumpannija jew kumpanniji ġodda għandhom ikunu
approvati b’riżoluzzjoni straordinarja meħuda f’laqgħa ġenerali tal-
kumpannija li tkun se tinqasam u ta’ kull waħda mill-kumpanniji
riċevituri.
(4) La l-artikolu 364 u lanqas l-artikolu 365, safejn jirreferu
għal rapport bil-miktub li jkun sar minn espert wieħed jew iktar, ma
għandhom japplikaw dwar kumpanniji ġodda meta l-azzjonijiet
f’dawk il-kumpanniji ikunu allokati lill-azzjonisti tal-kumpannija li
tkun se tinqasam fil-proporzjon tas-sehem tagħhom fil-kapital
azzjonarju maħruġ ta’ dik il-kumpannija.
(5) Ir-Reġistratur għandu, wara li jħassar l-isem tal-kumpannija
li tkun se tinqasam minn fuq ir-reġistru skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 370(1), jgħaddi biex joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni għal kull waħda mill-kumpanniji l-ġodda hekk
furmati; li juri l-fatt li l-formazzjoni tagħha kien riżultat tad-
diviżjoni.
Emendat:
IV. 2003.144.
Kapitolu IV - Qsim taħt is-sorveljanza tal-qorti
Rikors lill-qorti 
biex tissorvelja 
qsim u s-setgħat 
tal-qorti dwar dan.
Emendat:
IV. 2003.146.
375. (1) Il-kumpannija li tkun se tinqasam tista’ tagħmel
rikors lill-qorti biex tissorvelja l-qsim.
(2) Il-qorti bħala riżultat għandha ikollha s-setgħa -
(a) li ssejjaħ laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti tal-
kumpannija li tkun se tinqasam sabiex tiddeċiedi dwar
il-qsim b’riżoluzzjoni straordinarja;
(b) li tiżgura li l-azzjonisti ta’ kull waħda mill-kumpanniji
li għandhom x’jaqsmu fil-qsim ikunu rċevew jew
ikunu jistgħu jiksbu għall-anqas id-dokumenti
msemmija fl-artikolu 365 fil-ħin biex ikunu jistgħu
jeżaminawhom qabel id-data tal-laqgħa ġenerali tal-
kumpannija tagħhom imsejħa biex tiddeċiedi dwar il-
qsim:
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      203
Iżda jekk bis-saħħa tas-subartikolu (6) ta’ l-
artikolu 362, il-laqgħa ġenerali ta’ xi waħda mill-
kumpanniji riċevituri m’għandhiex issir, il-qorti
għandha tiżgura li l-azzjonisti tal-kumpanniji
riċevituri għandu jkollhom għall-anqas xahar li matulu
jkunu jistgħu jeżerċitaw il-jeddijiet mogħtija lilhom
b’dak l-artikolu:
Iżda wkoll, id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu għandhom, dwar il-qsim bil-formazzjoni ta’
kumpanniji ġodda, japplikaw biss għall-kumpannija li
tkun se tinqasam;
(ċ) li ssejjaħ kull laqgħa tal-kredituri ta’ kull waħda mill-
kumpanniji li għandhom x’jaqsmu mal-qsim sabiex
tiddeċiedi fuq il-qsim;
(d) li tiżgura li l-kredituri ta’ kull waħda mill-kumpanniji
li għandhom x’jaqsmu fil-qsim ikunu rċevew jew
ikunu jistgħu jiksbu għall-anqas l-abbozz tal-
kondizzjonijiet tal-qsim fil-ħin biex jeżaminawh qabel
id-data msemmija fil-paragrafu (b);
(e) li tapprova l-abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim.
(3) Meta l-qorti tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet imsemmija fis-
subartikolu (2)(b) u (d) ikunu sodisfatti u li mhux se jkun hemm
preġudizzju għall-azzjonisti jew kredituri, din tista’ -
(a) teħles lir-Reġistratur mill-obbligu dwar il-pubblikaz-
zjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu ta’ l-
artikolu 401(1)(e) meħtieġ wara r-reġistrazzjoni ta’ l-
abbozz tal-kondizzjonijiet tal-qsim skond l-artikolu
361(5);
(b) teħles lill-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu fil-qsim
milli japplikaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-
artikolu 362(6)(a) u (b); u
(ċ) teħles lill-kumpanniji li għandhom x’jaqsmu fil-qsim
milli japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 365,
safejn dawn għandhom x’jaqsmu maż-żmien u l-mod
preskritt għall-ispezzjoni tad-dokumenti hemm
imsemmija.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 368(3) ma għandhomx
japplikaw għal qsim taħt dan il-Kapitolu meta maġġoranza fl-għadd
li tirrappreżenta tliet kwarti fil-valur tal-kredituri tal-kumpannija li
tkun se tinqasam, tkun ftiehmet li tirrinunzja għal dik ir-
responsabbiltà  in solidum kif imsemmi fl-artikolu 368(3).
TAQSIMA X - ASSOĊJAZZJONI B’PARTEĊIPAZZJONI 
Tifsir. 
iċċedi lil persuna oħra, għal konsiderazzjoni ta’ valur kontribwita
minn din l-aħħar persuna, sehem mill-qligħ u telf ta’ negozju jew
ta’ operazzjoni jew operazzjonijiet kummerċjali.
  204      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Kunsens ta’ l-
assoċjati meħtieġ 
biex jidħlu 
assoċjati oħra.
377. Salv xi ftehim kuntrarju, l-assoċjant ma jistax ikollu
assoċjati oħra fl-istess negozju jew operazzjonijiet mingħajr il-
kunsens ta’ l-assoċjati tiegħu.
Relazzjonijiet tal-
partijiet mat-terzi u 
bejniethom. 
378. (1) Dwar terzi l-proprjetà  ta’, jew jeddijiet oħra fuq, ħaġa
kontribwita minn assoċjat tkun vestita fl-assoċjant.
(2) Fir-relazzjonijiet tal-partijiet bejniethom, salv xi ftehim li
ħaġa kontribwita għandha tingħata lura in natura, l-assoċjat ikollu,
kif tispiċċa l-assoċjazzjoni, il-jedd għar-radd lura tal-valur tal-
kontribuzzjoni tiegħu.
L-assoċjant biss 
jikseb jeddijiet u 
jassumi obbligi. 
379. It-terzi għandhom jiksbu d-drittijiet u jassumu obbligi
kontra u favur l-assoċjant biss.
Jeddijiet ta’ l-
assoċjant u ta’ l-
assoċjati. 
380. L-amministrazzjoni tan-negozju jew ta’ l-operazzjonijiet li
dwarhom kienet iffurmata l-assoċjazzjoni tkun vestita biss fl-
assoċjant: 
Iżda l-assoċjat jista’, jekk ikun hekk miftiehem u safejn
ikun miftiehem, jissorvelja dak in-negozju jew operazzjonijiet:
Iżda wkoll l-assoċjat għandu, fil-każijiet kollha, il-jedd
għal rendikont ta’ kull operazzjoni li tkun seħħet u, meta l-
assoċjazzjoni tkompli għal iżjed minn sena, għal rendikont annwali
ta’ l-amministrazzjoni tan-negozju jew operazzjonijiet li dwarhom
tkun ġiet iffurmata l-assoċjazzjoni.
Responsabbiltà  ta’ 
assoċjat. 
381. Sakemm ma jkunx miftiehem xort’oħra, l-assoċjat għandu
jbati t-telf fl-istess proporzjon li huwa jieħu mill-qligħ, u r-
responsabbiltà  tiegħu tkun limitata għall-kontribuzzjoni tiegħu.
Ftehim permess 
bejn il-partijiet. 
382. Salv għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel din it-
Taqsima, assoċjazzjoni b’parteċipazzjoni tista’ tkun iffurmata
b’dak il-mod, f’dawk il-proporzjonijiet ta’ nteress u b’dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jkunu miftiehma bejn il-partijiet.
Formalitajiet 
meħtieġa għal 
assoċjazzjoni in 
parteċipazzjoni.
383. Assoċjazzjoni b’parteċipazzjoni għandha tiġi furmata
b’dokument bil-miktub għalkemm kull assoċjazzjoni hekk
iffurmata ma tkun suġġetta għal xi formalitajiet oħra preskritti
dwar soċjetajiet u ma jkollha personalità  ġuridika distinta minn dik
tal-membri tagħha.
TAQSIMA XI - KORPI ĠURIDIĊI KOSTITWITI BARRA 
MINN MALTA
Emendat:
IV. 2003.147.
Kapitolu I - Disposizzjonijiet dwar it-twaqqif ta’ fergħa jew 
post tan-negozju f’Malta
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli mit-385 
sat-389.
Emendat:
IV. 2003.147.
384. L-artikoli mit-385 sat-389 għandhom japplikaw għall-
korpijiet ġuridiċi kollha, tkun xi tkun l-għamla tagħhom, kostitwiti
jew inkorporati barra minn Malta (hawnhekk iżjed ’il quddiem
f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu III ta’ din it-Taqsima imsejħa
"kumpanniji barranin") li jistabilixxu fergħa jew post ta’ negozju
f’Malta.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      205
Dokumenti eċċ., li 
għandhom ikunu 
konsenjati minn 
kumpanniji 
barrannin li 
jmexxu negozju 
f’Malta.
Emendat:
IV. 2003.147, 148.
385. (1) Kumpanniji barranin li, fil-jum stabbilit jew wara,
jistabbilixxu fergħa jew post ta’ negozju f’Malta għandhom, fi
żmien xahar mit-twaqqif tal-fergħa jew post tan-negozju,
jikkonsenjaw lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni -
(a) kopja awtentika taċ-charter, statuti jew memorandum
u artikoli tal-kumpannija barrannija jew dokument
ieħor li jikkonstitwixxi jew li jfisser il-kostituzzjoni
tal-kumpannija barranija, u, jekk id-dokument ma
jkunx miktub bl-Ingliż jew bil-Malti, traduzzjoni
tiegħu f’xi waħda minn dawk il-lingwi, ċertifikata li
hija traduzzjoni korretta f’dik il-manjiera li tista’ tiġi
preskritta;
(b) lista tad-diretturi u segretarji ta’ kumpannija, jekk ikun
hemm, jew tal-persuni li għandhom l-amministrazzjoni
tal-kumpannija barranija, fejn dik il-kumpannija ma
jkollhiex diretturi jew segretarji ta’ kumpannija, u, fil-
każijiet kollha, lista tal-persuni li għandhom ir-
rappreżentanza tal-kumpannija barranija. Dawk il-listi
għandhom jinkludu l-partikolaritajiet li ġejjin:
(i) fil-każ ta’ individwu, ismu, l-indirizz tar-
residenza normali tiegħu, in-nazzjonalità  tiegħu
u l-okkupazzjoni tax-xogħol tiegħu; u
(ii) fil-każ ta’ korp ġuridiku, l-isem reġistrat jew
ġuridiku tiegħu u l-uffiċċju reġistrat jew
prinċipali;
(ċ) prospett li jkun fih il-partikolaritajiet li ġejjin:
(i) l-isem li bih il-fergħa jew il-post tan-negozju
jkun qed imexxi l-attivitajiet meta dan ikun
differenti mill-isem tal-kumpannija barranija;
(ii) l-indirizz tal-fergħa jew post tan-negozju
stabbilit f’Malta mill-kumpannija barranija, u
meta jkunu ġew stabbiliti iktar minn fergħa
waħda jew post tan-negozju wieħed, għandu
jingħata l-indirizz tal-fergħa jew post tan-
negozju prinċipali;
(iii) l-attivitajiet li se jkunu jitmexxew mill-fergħa
jew post tan-negozju stabbilit f’Malta;
(iv) l-ismijiet u l-indirizzi ta’ individwu wieħed jew
iktar residenti f’Malta li jkunu awtorizzati biex
jirrappreżentaw lill-kumpannija barranija fl-
attivitajiet tal-fergħa jew post tan-negozju
stabbilit f’Malta; u
(v) il-limitu ta’ l-awtorità  ta’ kull individwu li jaqa’
taħt is-subparagrafu (iv), magħdud jekk dak l-
individwu jkunx awtorizzat li jaġixxi waħdu jew
flimkien ma’ oħrajn, u fil-każ ta’ l-aħħar, l-isem
ta’ kull persuna li magħha jkun awtorizzat
jaġixxi;
(d) kemm-il darba ma jkunx ingħata t-tagħrif bid-
dokument speċifikat fil-paragrafu (a), prospett li jkun
  206      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
fih il-partikolaritajiet li ġejjin dwar il-kumpannija
barranija:
(i) il-forma ġuridika tal-kumpannija barranija; u
(ii) l-identità  tar-reġistru li fih il-kumpannija
barranija tkun reġistrata u n-numru li bih tkun
reġistrata.
(2) Kumpanniji barranin kostitwiti jew inkorporati barra minn
Malta li, qabel il-jum stabbilit ikunu ġew reġistrati mar-Reġistratur
skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima VIII ta’ l-Ordinanza
għandhom jitqiesu li jkunu reġistrati skond id-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima:
Iżda kumpanniji barranin li qabel il-jum stabbilit kienu
stabbilew fergħa jew post ta’ negozju f’Malta u jkomplu jkollhom
stabbilit fergħa jew post ta’ negozju f’Malta fil-jum stabbilit
għandhom iħarsu d-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima u b’mod
partrikolari għandhom jikkonsenjaw lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni d-dokumenti u l-partikolaritajiet msemmija taħt is-
subartikolu (1)(a), (b) u (ċ) fi żmien sitt xhur mill-jum stabbilt,
kemm-il darba ma jkunux diġà  reġistraw dawk id-dokumenti u l-
partikolaritajiet taħt l-Ordinanza. 
Prospett li għandu 
jkun konsenjat 
minn kumpannija 
barranija meta 
dokumenti, eċċ. 
jinbidlu. 
Emendat:
IV. 2003.149.
386. Jekk isir xi tibdil fi -
(a) iċ-charter, statuti jew memorandum u artikoli ta’
kumpannija barranija jew xi dokument bħal dan kif
intqal qabel; jew
(b) id-diretturi jew segretarju ta’ kumpannija jew il-
persuni li għandhom l-amministrazzjoni jew ir-
rappreżentanza ta’ kumpannija barranija, jew il-
partikolaritajiet speċifikati taħt l-artikolu 385(1)(b);
jew
(ċ) l-ismijiet jew l-indirizzi ta’ l-individwi awtorizzati li
jirrappreżentaw kumpannija barranija għall-attivitajiet
tal-fergħa jew post tan-negozju stabbilit f’Malta,
il-kumpannija għandha, għeluq xahar minn xi tibdil bħal dan,
tikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni prospett li jkun fih
il-partikolaritajiet tat-tibdil, iffirmat minn direttur, is-segretarju tal-
kumpannija jew uffiċjal ieħor awtorizzat tal-kumpannija.
Kontijiet ta’ 
kumpannija 
barranija.
387. (1) Kull kumpannija barranija għandha, kull sena
kalendarja, tagħmel u tikkonsenja lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni karta tal-bilanċ, kont tal-qligħ u telf u n-noti għall-
kontijiet f’dik il-forma, u li jkun fihom dawk il-partikolaritajiet u li
jinkludu dawk id-dokumenti li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, id-diretturi kienu, kieku l-kumpannija kienet kumpannija
ffurmata u reġistrata skond dan l-Att, ikunu meħtieġa li jagħmlu u
jqiegħdu quddiem il-kumpannija f’laqgħa ġenerali:
Iżda r-Reġistratur jista’ jaċċetta għar-reġistrazzjoni karta
tal-bilanċ, kont tal-qligħ u telf u n-noti għall-kontijiet preparati fil-
forma meħtieġa skond il-liġi tal-post tal-kostituzzjoni jew
inkorporazzjoni tal-kumpannija jekk, fil-fehma tiegħu, jew kif
preskritt, dawk il-kontijiet jagħtu sostanzjalment l-istess tagħrif
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      207
bħal, jew tagħrif aktar minn, dak meħtieġ li jingħata fil-kontijiet
imsemmija fl-artikolu 167 .
(2) Għalkemm il-karta tal-bilanċ, l-kont tal-qligħ u telf
imħejjija fil-forma meħtieġa skond il-liġi tal-post tal-kostituzzjoni
jew inkorporazzjoni tal-kumpannija ma jagħtux sostanzjalment
daqstant tagħrif kif meħtieġ fil-kontijiet imsemmija fl-artikolu 167
ir-Reġistratur jista’, fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu, b’danakollu
jaqbel li jaċċetta dawk il-kontijiet għar-reġistrazzjoni skond is-
subartikolu (1); iżda f’dak il-każ, suġġett kif provdut bis-
subartikolu (4), il-kumpannija għandha wkoll tikkonsenja lir-
Reġistratur għar-reġistazzjoni -
(a) kont tal-qligħ u telf magħmul kemm jista’ jkun fil-
forma u li jkollu l-partikolaritajiet meħtieġa bid-
disposizzjonijiet tal-Kapitolu X tat-Titolu I tat-
Taqsima V u tat-Tielet Skeda li jirregolaw il-kont ta’
qligħ u telf ta’ kumpanniji furmati u reġistrati f’Malta
u li jagħti l-istat sewwa u xieraq tal-qligħ u telf, matul
il-perijodu li għalih jirreferi, fuq ix-xogħol tal-
kumpannija f’Malta bħallikieku dak ix-xogħol ikun
tmexxa minn kumpannija separata ffurmata u
rreġistrata f’Malta taħt dan l-Att;
(b) dikjarazzjoni, skond kif fit-tmiem tal-perijodu li għalih
il-kont tal-qligħ u telf imsemmi fil-paragrafu (a)
jirreferixxi, li turi l-attiv tal-kumpannija li jkun
qiegħed lokalment f’Malta klassifikat, separatament u
valutat skond id-disposizzjonijiet li jirregolaw il-
kontijiet ta’ kumpanniji reġistrati f’Malta li jinsabu
fil-Kapitolu X tat-Titolu I tat-Taqsima V tat-Tielet
Skeda, u x-xorta u l-ammont tal-piż speċifiku fuq dak
l-attiv; u
(ċ) in-noti għall-kontijiet li jagħtu tagħrif addizzjonali
minn dak mogħti fil-kont tal-qligħ u telf u fil-karta tal-
bilanċ msemmija fil-paragrafi (a) u (b) li għandu
x’jaqsam max-xogħol tal-kumpannija f’Malta u l-attiv
li qiegħed lokalment f’Malta, magħmula skond id-
disposizzjonijiet tal-Kapitolu X tat-Titolu I tat-
Taqsima V u tat-Tielet Skeda li tirregola n-noti għall-
kontijiet ta’ kumpannija furmati u reġistrati f’Malta; u
(d) rapport dwar il-kont u d-dikjarazzjoni msemmija fil-
paragrafi ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu minn awditur
kwalifikat skond l-artikolu 153 li jgħid li fil-fehma
tiegħu u fl-aħjar tagħrif tiegħu l-kontijiet u d-
dikjarazzjonijiet huma skond ir-records tal-kontijiet
tal-kumpannija u jagħtu t-tagħrif meħtieġ b’dan l-Att
bil-mod fih meħtieġ u jagħtu l-istat sewwa u xieraq tal-
ħwejjeġ fihom imsemmija:
Iżda id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx għal xi kumpannija li f’xi żmien għamlet f’Malta xi
stedina lill-pubbliku biex jikseb xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tagħha jew biex jiddepożita flus magħha.
(3) Fil-kont ta’ qligħ u telf imsemmi fis-subartikolu (2)(a), il-
  208      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
kumpannija jkollha jedd li tagħmel dak it-tqassim u żżid dawk it-
tifsiriet li jkunu, fil-fehma tagħha, meħtieġa jew mixtieqa sabiex
jagħtu l-istat sewwa u xieraq dwar il-qligħ u telf tax-xogħlijiet
tagħha f’Malta u għal dan l-iskop tista taddebita rata raġonevoli ta’
imgħax fuq il-kapital impjegat f’Malta.
(4) Għalkemm ir-Reġistratur jaqbel li jaċċetta karta tal-bilanċ,
kont tal-qligħ u telf u n-noti għall-kontijiet skond is-subartikolu
(2), jista’ jirrinunzja għat-tħaris tal-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d) ta’
dak is-subartikolu jew ta’ xi wieħed minn dawk il-paragrafi jekk
ikun sodisfatt li t-tħaris tagħhom ikun imprattikabbli wara li
jittieħed kont tax-xorta tax-xogħlijiet tal-kumpannija f’Malta.
(5) Jekk xi dokument bħal dak kif imsemmi fis-subartikoli
minn (1) sa (4) ma jkunx miktub bil-Malti jew bl-Ingliż għandu jiġi
mwaħħal miegħu traduzzjoni tiegħu f’xi waħda minn dawk il-
lingwi, ċertifikata li hija traduzzjoni korretta f’dik il-manjiera li
tista tiġi preskritta.
Obbligi oħra ta’ 
kumpannija 
barranija. 
388. Kull kumpannija barranija għandha f’kull prospett li
jistieden sottoskrizzjonijiet għall-azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tagħha f’Malta tiddikjara l-pajjiż li fih l-kumpannija tkun
kostitwita jew inkorporata.
Penalitajiet.  389. Jekk kumpannija barranija tonqos milli tħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, kull
uffiċjal jew aġent tal-kumpannija li jkun fin-nuqqas jista’ jeħel
penali, u, fil-każ ta’ nuqqas kontinwat, penali oħra għal kull jum li
matulu jkompli n-nuqqas.
Kapitolu II - Ħruġ minn kumpanniji kostitwiti jew inkorporati 
jew li se jkunu kostitwiti jew inkorporati barra minn Malta
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli mit-391 
sat-399.
Emendat:
IV. 2003.150.
Kap. 370.
390. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mit-391 sat-399
għandhom japplikaw għall-kumpanniji kostitwiti jew inkorporati
jew li ser ikunu kostitwiti jew inkorporati barra minn Malta:
Iżda l-imsemmija disposizzjonijiet ma għandhomx
japplikaw għal prospett maħruġ minn detentur ta’ liċenzja ta’
skema ta’ investiment kollettiv skond l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment u iżda wkoll jekk il-ħruġ ta’ dak il-prospett iħares
regoli u regolamenti magħmula taħt dak l-Att.
(2) F’dan il-Kapitolu l-kelma "espert" tinkludi inġinier,
stimatur, accountant u kull persuna oħra li l-professjoni tagħha
tagħti awtorità  għal dikjarazzjoni magħmula minnha.
Prospett ta’ 
kumpannija 
barranija.
Emendat:
IV. 2003.147, 151.
391. (1) Ma jkunx legali għall-ebda persuna li toħroġ,
tiċċirkola jew tqassam f’Malta xi prospett li joffri sottoskrizzjoni
f’azzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija kostitiwta jew
inkorporata jew li se tkun kostitwita jew inkorporata barra minn
Malta, sew jekk il-kumpannija tkun waqqfet jew le, jew meta tkun
iffurmata tkun se twaqqaf jew le, fergħa jew post ta’ negozju
f’Malta, kemm-il darba l-prospett ma jkunx iħares il-ħtiġiet tas-
subartikoli (2) u (3).
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      209
(2) Il-prospett għandu jkun datat u għandu jkollu l-
partikolaritajiet dwar il-ħwejjeġ li ġejjin -
(a) id-dokument li jikkonstitwixxi jew ifisser il-
kostituzzjoni tal-kumpannija;
(b) il-liġijiet, jew disposizzjonijiet li jkollhom saħħa ta’
liġi, li bihom jew bis-saħħa tagħhom tkun seħħet il-
kostituzzjoni jew l-inkorporazzjoni tal-kumpannija;
(ċ) indirizz f’Malta fejn dak id-dokument, u dawk il-
liġijiet jew disposizzjonijiet, jew kopji tagħhom, u,
jekk dawn ma jkunux bil-Malti jew bl-Ingliż,
traduzzjoni tagħhom f’waħda minn dawk il-lingwi,
ċertifikata li hija traduzzjoni korretta f’dik il-manjiera
li tista’ tiġi preskritta jistgħu jkunu spezzjonati;
(d) id-data li fiha, u l-pajjiż li fih, il-kumpannija kienet
kostitwita jew inkorporata; u
(e) jekk il-kumpannija tkunx waqqfet fergħa jew post ta’
negozju f’Malta u, jekk hekk, l-indirizz f’Malta ta’
dak il-post fejn in-negozju jkun prinċipalment qed isir
f’Malta.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
il-prospett għandu jħares -
(a) it-Taqsima I tat-Tieni Skeda, dwar il-ħwejjeġ li
għandhom ikunu speċifikati fil-prospett; u
(b) it-Taqsima II tat-Tieni Skeda dwar ir-rapporti li
għandhom jingħataw.
(4) Is-subartikolu (2)(a) sa (ċ) m’għandux japplika fil-każ ta’
prospett maħruġ iktar minn sentejn wara li l-kumpannija kellha l-
jedd tibda n-negozju, u, fl-applikazzjoni tat-Taqsima I tat-Tieni
Skeda għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, riferenzi għall-artikoli
ta’ kumpannija għandhom ikunu interpretati bħala riferenzi għall-
kostituzzjoni jew inkorporazzjoni tal-kumpannija.
(5) Ma tkunx legali li persuna toħroġ lil xi persuna oħra
f’Malta formola ta’ applikazzjoni għal azzjonijiet fi jew
obbligazzjonijiet ta’ dik il-kumpannija jew kumpannija maħsuba
kif imsemmi fis-subartikolu (1) kemm-il darba l-formula ma tkunx
maħruġa ma’ prospett li jħares dan il-Kapitolu u li l-ħruġ tagħha
f’Malta ma jkunx jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 393 u 394:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax jekk ikun muri li l-
formula ta’ l-applikazzjoni kienet maħruġa dwar stedina bona fede
lil persuna biex tagħmel ftehim ta’ rabta dwar l-azzjonijiet jew l-
obbligazzjonijiet.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) m’għandhomx japplikaw għall-ħruġ lil membri jew lil
detenturi ta’ obbligazzjonijiet eżistenti ta’ kumpannija
ta’ prospett jew formola ta’ applikazzjoni dwar
azzjonijiet fi jew obbligazzjonijiet tal-kumpannija,
sew jekk applikant għal azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ikollux jedd jew le li jirrinunzja
  210      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
favur persuni oħra; u
(b) ħlief safejn jeħtieġ li prospett ikun datat, ma għandux
japplika għall-ħruġ ta’ prospett dwar azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet li huma jew li se jkunu f’kull dettal
uniformi ma’ l-azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
maħruġa qabel u li għal dak iż-żmien ikunu mniżżla fl-
exchange ta’ investiment rikonoxxut jew f’dik l-
exchange ta’ investiment l-oħra li tista’ tiġi preskritta;
iżda suġġett kif intqal qabel, id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu għandhom japplikaw għal prospett jew
formola ta’ applikazzjoni sew jekk maħruġa mal-
formazzjoni jew b’riferenza għall-formazzjoni ta’
kumpannija jew wara.
Attentat ta’ 
evażjoni ta’ l-
artikolu 391 ikun 
null.
392. Kondizzjoni li teħtieġ jew torbot lil applikant għal
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet li jirrinunzja għal tħaris ta’ xi
waħda mill-ħtiġiet imposti -
(a) bl-artikolu 391(2), dwar il-partikolaritajiet li
għandhom ikunu jinsabu fi prospett; jew
(b) bl-artikolu 391(3) dwar it-tħaris tat-Tieni Skeda,
jew bil-ħsieb li tolqot applikant b’avviż ta’ xi kuntratt, dokument
jew ħaġa li ma tkunx speċifikament imsemmija fil-prospett, tkun
nulla.
Il-prospett ikun fih 
dikjarazzjoni minn 
espert.
Emendat:
IV. 2003.147.
393. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw fil-każ ta’ prospett li joffri għas-sottoskrizzjoni
azzjonijiet fi jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija kostitwita jew
inkorporata jew li tkun se tiġi kostitwita jew inkorporta barra minn
Malta, sew jekk tkun stabbiliet jew le, jew meta tkun iffurmata tkun
se tistabbilixxi jew le, fergħa jew post ta’ negozju f’Malta, jekk il-
prospett jinkludi dikjarazzjoni li turi li tkun saret minn espert.
(2) Ma jkunx legali għal xi persuna li toħroġ, tiċċirkola jew
tqassam f’Malta prospett bħal dak jekk -
(a) l-espert ma jkunx ta, jew qabel il-konsenja tal-prospett
għar-reġistrazzjoni jkun irtira, il-kunsens tiegħu bil-
miktub għall-ħruġ tal-prospett bid-dikjarazzjoni
nkluża fil-forma u fil-kontest li fiha tkun inkluża; jew
(b) ma jkunx jidher fil-prospett dikjarazzjoni li hu jkun ta
u li ma jkunx irtira l-kunsens tiegħu kif intqal hawn
fuq.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, dikjarazzjoni titqies li tkun
inkluża fi prospett jekk tkun tinsab fih, jew f’xi rapport jew
memorandum li jkun jidher fuq il-wiċċ tiegħu, jew b’riferenza
inkorporata fil-prospett jew maħruġa miegħu.
Restrizzjonijiet fuq 
għoti jkun żgurat 
fil-prospett.
Emendat:
IV. 2003.147.
394. (1) Ma tkunx legali għal persuna li toħroġ, tiċċirkola jew
tqassam f’Malta prospett li joffri għas-sottoskrizzjoni azzjonijiet fi
jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija kostitwita jew inkorporata
jew li tkun se tiġi kostitwita jew inkorporata barra minn Malta, sew
jekk il-kumpannija tkun stabbiliet jew le, jew meta tkun iffurmata
tkun se tistabbilixxi jew le, fergħa jew post ta’ negozju f’Malta,
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      211
kemm-il darba l-prospett ma jkunx iħares il-kondizzjoni murija fis-
subartikolu (2).
(2) Il-prospett għandu jkollu l-effett, meta ssir applikazzjoni
bis-saħħa tiegħu, li jagħmel il-persuni kollha li għandhom x’jaqsmu
marbuta bid-disposizzjonijiet kollha ta’ l-artikoli 99, 101 u 102
safejn ikunu applikabbli.
Ċertifikat tal-borża 
jeżenta mit-tħaris 
tat-Tieni Skeda.
Emendat:
IV. 2003.147, 152.
395. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw meta -
(a) ikun propost li jkunu offerti għall-pubbliku bi prospett
xi azzjonijiet fi jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija
kostitwita jew inkorporata jew li tkun se tiġi kostitwita
jew inkorporata barra minn Malta, sew jekk il-
kumpannija tkun stabbiliet jew le, jew meta tkun
iffurmata tkun se tistabbilixxi jew le, fergħa jew post
ta’ negozju f’Malta; u
(b) issir applikazzjoni lill-Awtorità  dwar l-Elenku għall-
permess sabiex dawk l-azzjonijiet jew l-
obbligazzjonijiet ikunu mniżżla f’exchange ta’
investiment rikonoxxut.
(2) Fuq talba ta’ l-applikant jista’ jingħata mill-Awtorità  dwar
l-Elenku jew f’isimha ċertifikat li t-tħaris tat-Tieni Skeda ikun ta’
piż żejjed, meta jitqiesu l-proposti, kif dikjarati fuq it-talba, dwar
id-daqs u ċirkostanzi oħra tal-ħruġ ta’ l-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet u dwar xi limitazzjoni fuq in-numru u klassi ta’
persuni li lilhom tkun se ssir l-offerta.
(3) Jekk jingħata ċertifikat taħt is-subatikolu (2), u jekk il-
proposti hawn fuq imsemmija jkunu tħarsu u l-partikolaritajiet u t-
tagħrif meħtieġa li jkunu pubblikati dwar l-applikazzjoni għal
permess għal tniżżil f’exchange ta’ investiment rikonoxxut jkunu
ġew pubblikati -
(a) prospett li jagħti l-partikolaritajiet u t-tagħrif fil-forma
li huma meħtieġa li jkunu pubblikati għandu jitqies li
jħares it-Tieni Skeda; u
(b) ħlief dwar il-ħtieġa li l-prospett ikun datat, l-artikolu
391 ma għandux japplika għal xi ħruġ, wara li l-
permess li tkun saret applikazzjoni għalih ikun
ingħata, ta’ prospett jew formola ta’ applikazzjoni
dwar l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet. 
Reġistrazzjoni ta’ 
prospett barrani 
qabel il-ħruġ.
Emendat:
IV. 2003.147, 153.
396. (1) Ma jkunx legali għal persuna li toħroġ, tiċċirkola jew
tqassam f’Malta prospett li joffri għas-sottosskrizzjoni azzjonijiet
fi jew obbligazzjonijiet ta’ kumpannija kostitwita jew inkorporata
jew li tkun se tiġi kostitwita jew inkorporata barra minn Malta, sew
jekk il-kumpannija tkun stabbiliet jew le, jew meta tkun iffurmata
tkun se tistabbilixxi jew le, fergħa jew post ta’ negozju f’Malta,
kemm-il darba qabel dak il-ħruġ, ċirkolazzjoni jew tqassim il-
ħtiġiet ta’ dan l-artikolu ma jkunux tħarsu.
(2) Kopja tal-prospett, ċertifikata minn żewġ diretturi jew
persuni li għandhom kariga ekwivalenti tal-kumpannija bħala li
  212      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
tkun approvata b’riżoluzzjoni tal-bord tad-diretturi jew korp
ekwivalenti trid tkun konsenjata għar-reġistrazzjoni lir-Reġistratur.
(3) Il-prospett għandu jgħid fuq il-faċċata tiegħu li kopja tkun
ġiet konsenjata lir-Reġistratur u dan li ġej għandu jkun kontrosenjat
jew anness mal-kopja tal-prospett -
(a) kull kunsens għall-ħruġ tal-prospett li hu meħtieġ bl-
artikolu 393; u
(b) kopja ta’ kull kuntratt meħtieġ bil-paragrafu 23 tat-
Tieni Skeda li jkun dikjarat fil-prospett jew, fil-każ ta’
kuntratt li ma jkunx bil-miktub, memorandum li jagħti
l-partikolaritajiet kollha tiegħu.
(4) Meta f’każ ta’ prospett meqjus bis-saħħa ta’ ċertifikat taħt
l-artikolu 395 li jħares it-Tieni Skeda, kuntratt jew kopja tiegħu,
jew memorandum ta’ kuntratt, ikun meħtieġ li jitqiegħed għal
spezzjoni dwar applikazzjoni taħt dak l-artikolu lill-exchange ta’
investiment rikonoxxut, kopja, jew skond il-każ, memorandum tal-
kuntratt għandu jkun kontrosenjat jew anness mal-kopja tal-
prospett konsenjata lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni.
(5) Riferenzi fis-subartikolu (3)(b) u fis-subartikolu (4) għall-
kopja tal-kuntratt għandhom jitqiesu fil-każ ta’ kuntratt li jkun għal
kollox jew f’parti b’lingwa barranija, riferenzi għal kopja ta’
traduzzjoni tal-kuntratt fil-Malti jew fl-Ingliż, jew kopja li jkollha
fiha traduzzjoni bil-Malti jew bl-Ingliż tal-partijiet f’lingwa
barranija, skond il-każ, u -
(a) it-traduzzjoni għandha f’kull każ tkun ċertifikata bħala
traduzzjoni korretta f’dik il-manjiera li tista’ tiġi
preskritta; u
(b) ir-riferenza fis-subartikolu (4) għall-kopja ta’ kuntratt
meħtieġ li jitqiegħed għall-ispezzjoni jinkludi kopja
ta’ traduzzjoni tiegħu jew kopja li jkun fiha
traduzzjoni ta’ partijiet tiegħu, ċertifikata kif intqal
qabel.
Konsegwenzi għal 
nuqqas ta’ tħaris 
ta’ l-artikoli mit-
391 sat-396.
Emendat:
Iv. 2003.147.
397. (1) Persuna li tkun xjentement responsabbli għall-ħruġ,
ċirkolazzjoni jew tqassim ta’ prospett, jew għall-ħruġ ta’ formola
ta’ applikazzjoni għal azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, bi ksur ta’
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mit-391 sat-396 tista’
teħel penali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 94 għandhom jestendu
għal kull prospett li joffri għas-sottoskrizzjoni azzjonijiet fi jew
obbligazzjonijiet ta’ kumpannija kostitwita jew inkorporata jew li
tkun se tiġi kostitwita jew inkorporata barra minn Malta, sew jekk
il-kumpannija tkun stabbiliet jew le, jew meta tkun iffurmata tkun
se tistabilixxi jew le, fergħa jew post ta’ negozju f’Malta, bis-
sostituzzjoni għal kull riferenza għall-artikolu 92 b’riferenza għall-
artikolu 393.
(3) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ tħaris ma’ jew kontravvenzjoni ta’ xi
waħda mill-ħtiġiet ta’ l-artikolu 391(2) dwar il-partikolaritajiet li
għandhom ikunu jinsabu fil-prospett, jew ta’ l-artikolu 391(3) dwar
tħaris tat-Tieni Skeda, direttur jew persuna oħra responsabbli għall-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      213
prospett m’għandhiex teħel bi ħtija minħabba n-nuqqas ta’ tħaris
jew ksur jekk -
(a) dwar xi ħaġa li ma tinkixifx, tipprova li ma kinitx taf
biha; jew
(b) tipprova li n-nuqqas ta’ tħaris jew ksur inqala’ minn
żball onest ta’ fatt min-naħa tagħha; jew
(ċ) in-nuqqas ta’ tħaris jew kontravenzjoni kienet dwar
ħwejjeġ li, fil-fehma tal-qorti, kienu immaterjali jew
xorta kienu hekk li, fil-fehma tal-qorti meta tqis iċ-
ċirkostanzi kollha tal-każ, ikunu skużati b’mod xieraq.
(4) Fil-każ ta’ nuqqas biex tkun inkluża fi prospett li għalih
tapplika din it-Taqsima dikjarazzjoni dwar il-ħwejjeġ li jinsabu fil-
paragrafu 24 tat-Tieni Skeda, ebda direttur jew persuna oħra ma
għandha teħel bi ħtija dwar in-nuqqas kemm-il darba ma jkunx
ippruvat li hi kienet taf bil-ħwejjeġ li ma jkunux mikxufa.
(5) Ebda ħaġa li tinsab fl-artikolu 391 jew 392 jew f’dan l-
artikolu, ma tillimita jew tnaqqas xi responsabbiltà  li persuna jista’
jkollha taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra fis-seħħ f’Malta barra
minn dawk id-disposizzjonijiet.
Supplementari. 
obbligazzjonijiet ta’ kumpannija ffurmata u reġistrata barra minn
Malta jkunu offruti għall-bejgħ lill-pubbliku kien ikun, jekk il-
kumpannija kienet kumpannija reġistrata taħt dan l-Att, meqjus bis-
saħħa ta’ l-artikolu 95 bħala prospett maħruġ mill-kumpannija, dak
id-dokument għandu jitqies, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima,
prospett hekk maħruġ.
(2) Offerta ta’ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet għal
sottoskrizzjoni jew bejgħ lil persuna li x-xogħol ordinarju tagħha
huwa li tixtri jew tbiegħ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, sew
bħala prinċipal jew aġent, m’għandhiex titqies li tkun offerta lill-
pubbliku għal dawk l-għanijiet.
(3) F’din it-Taqsima "azzjonijiet" u "obbligazzjonijiet"
għandhom l-istess tifsira bħal meta dawn l-espressjonijiet huma
użati x’imkien ieħor f’dan l-Att, dwar kumpannija ffurmata u
reġistrata taħt dan l-Att.
Kapitolu III - Disposizzjonijiet dwar stralċ ta’ l-affarijiet 
f’Malta ta’ kumpannija barranija.
Affarijiet ta’ 
kumpannija 
barranija f’Malta 
jistgħu jkunu 
stralċjati mill-qorti.
399. (1) Il-qorti tista’ tillikwida l-affarijiet f’Malta ta’
kumpannija barranija ffurmata u reġistrata barra minn Malta
f’wieħed mill-każi msemmija fl-artikolu 214 li fihom tista xxolji u
tistralċja kumpannija reġistrata f’Malta.
(2) Il-qorti tista’ teżerċita d-dritt tagħha taħt is-subartikolu (1),
sew jekk il-kumpannija barranija tkun qed tiġi jew tkun ġiet
stralċjata, jew xort’oħra xolta jew tkun waqfet mis-seħħ bħala
kumpannija taħt il-liġi tal-pajjiż fejn tkun kostitwita jew
  214      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
inkorporata minkejja l-fatt li l-kumpannija barranija tista’ tkun
xolta jew xort’oħra tieqaf mis-seħħ bħala kumpannija taħt il-liġi ta’
xi pajjiż ieħor.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kull persuna li tkun
responsabbli li tħallas jew tikkontribwixxi għall-ħlas ta’ xi dejn
jew responsabbiltà  ta’ kumpannija barranija, jew li tħallas jew
tikkontribwixxi għall-ħlas ta’ xi somma għall-aġġustament tal-
jeddijiet ta’ membri bejniethom, jew li tħallas jew tikkontribwixxi
għall-ħlas ta’ l-ispejjeż ta’ l-istralċ tal-kumpannija, għandha titqies
li hija kontributorja.
(4) Kull kontributorju jkun responsabbli li jikkontribwixxi
għall-attiv tal-kumpannija barranija s-somom kollha dovuti minnu
dwar dik ir-responsabbiltà  msemmija fis-subartikolu (3).
(5) Bla ħsara għas-subartikoli minn (1) sa (4), l-istralċ ta’ l-
affarijiet f’Malta tal-kumpannija barranija għandu jsir bl-
applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tat-Titolu II tat-Taqsima V ta’
dan l-Att, b’dik il-modifika li tkun meħtieġa biex takkomoda l-fatt
li l-kumpannija barranija, li l-affarijiet tagħha jkunu qed jiġu
stralċjati, hija kumpannija kostitwita jew inkorporata barra minn
Malta.
Għeluq minn 
kumpannija 
barranija tal-fergħa 
jew post tan-
negozju tagħha 
f’Malta.
Miżjud:
IV. 2003.154.
399A. (1) (a) Kumpannija barranija għandha, fi żmien xahar
mill-egħluq tal-fergħa jew tal-post tan-negozju tagħha
f’Malta, tagħti lir-Reġistratur għar-Reġistrazzjoni
avviż ta’ dak l-egħluq.
(b) Meta kumpannija barranija, kostitwita jew inkorporata
barra minn Malta, li tkun stabbilit fergħa jew post tan-
negozju f’Malta, tkun ġiet xolta jew għal xi raġuni
tkun ġiet stralċjata, din għandha, fi żmien xahar mid-
data tax-xoljiment jew mid-data li fiha jibda l-istralċ,
tagħti lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni prospett fil-
forma preskritta li jkun fih il-partikolaritajiet li ġejjin:
(i) deskrizzjoni fil-qosor ta’ l-istralċ jew
proċedimenti oħra li għalihom tkun ġiet suġġetta
l-kumpannija, li tispeċifika jekk dawk il-
proċedimenti jammontawx għal proċedimenti ta’
insolvenza, jew għal arranġament jew
kompożizzjoni, jew għal xi proċedimenti
analogi;
(ii) jekk il-kumpannija tkunx ġiet xolta jew tkunx
qed tiġi stralċjata b’ordni tal-qorti;
(iii) jekk il-kumpannija ma tkunx qed tiġi xolta jew
stralċjata, bħala riżultat ta’ liema azzjoni jkun
beda x-xoljiment jew l-istralċ;
(iv) jekk ix-xoljiment jew l-istralċ ikun, instigat:
(a) mill-membri tal-kumpannija barranija;
(b) mill-kredituri tal-kumpannija baranija; jew
(ċ) minn xi persuna jew persuni oħra, u
(v) id-data li fiha x-xoljiment jew stralċ ikun sar jew
ikun se jiġi effettiv.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      215
(ċ) Jekk kumpannija barranija tonqos li tħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, l-istralċjarju
jew kull uffiċjal jew aġent tal-kumpannija, skond il-
każ, li jkun naqas jista’ jeħel penali u, fil-każ ta’
nuqqas kontinwu, penali oħra għal kull jum li matulu
jkompli n-nuqqas.
(2) (a) Persuna maħtura biex tkun stralċjarju ta’ kumpannija
barranija għandha, fi żmien xahar mid-data tal-ħatra
tagħha, tagħti lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni
prospett fil-forma preskritta li jkun fih il-
partikolaritajiet li ġejjin:
(i) isimha, l-indirizz tar-residenza tagħha u l-
okkupazzjoni tan-negozju jew professjonali
tagħha;
(ii) id-data tal-ħatra tagħha; u
(iii) deskrizzjoni tas-setgħat tagħha flimkien ma’
spjegazzjoni safejn dawk is-setgħat ikunu
miksuba xort’oħra barra mil-liġi ġenerali jew
mill-kostituzzjoni tal-kumpannija.
(b) L-istralċjarju ta’ kumpannija barranija għandu, fi
żmien xahar mit-tmiem ta’ l-istralċ tal-kumpannija
barranija, jagħti lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni,
prospett fil-forma preskritta li tavżah b’ dak it-tmiem.
(ċ) Jekk l-istralċjarju jonqos li jħares xi waħda mill-ħtiġiet
tal-paragrafi (a) u (b) jista’ jeħel penali u, għal kull
jum li matulu n-nuqqas ikompli, penali oħra.
TAQSIMA XII - ĠENERALI
Setgħa tal-Ministru 
li jaħtar 
Reġistratur. 
400. (1) Il-Ministru għandu jaħtar persuna li tkun Reġistratur
tal-Kumpannija u ta’ Soċjetajiet Kummerċjali oħra, li għandu
jissejjaħ "Reġistratur tal-Kumpanniji", u jista’ jaħtar persuni biex
jgħinu lil dan ir-Reġistratur, billi jagħti lil kull persuna bħal din is-
setgħat kollha jew xi setgħa tar-Reġistratur taħt dan l-Att, jew taħt
xi liġi oħra.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu, ir-Reġistratur jista’ jawtorizza bil-miktub lil kull
persuna li sservi fl-uffiċċju tar-Reġistratur sabiex twettaq
funzjonijiet mogħtija lir-Reġistratur bis-saħħa ta’ dan l-Att jew ta’
kull liġi oħra.
Dmirijiet  
addizzjonali tar-
Reġistratur.
Emendat:
IV. 2003.155.
401. (1) B’żieda mad-dmirijiet l-oħra preskritti b’dan l-Att,
ikun dmir tar-Reġistratur -
(a) li jiżgura t-tħaris ta’ kull disposizzjoni ta’ dan l-Att li
teħtieġ li att isir jew jonqos milli jsir sew taħt penali
sew jekk le; u li jikkonsulta lir-riċevitur uffiċjali meta
dawk l-atti jirreferu għal ħwejjeġ li jaqgħu taħt it-
Titolu II tat-Taqsima V ta’ dan l-Att;
  216      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(b) li jiġbor penalitajiet taħt dan l-Att skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (3) sa (17);
(ċ) li jeżerċita kull setgħa ta’ investigazzjoni delegata lilu
taħt dan l-Att;
Kap. 426.
(d) li jżomm u jirreġistra kull dokument li jkun meħtieġ li
jiġi konsenjat jew mogħti jew notifikat lilu għal
reġistrazzjoni skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u kull konsenja, għoti jew notifika bħal dawk
lir-Reġistratur u t-tiżmim u r-reġistrazzjoni ta’ kull
dokument mir-Reġistratur, għandhom isiru b’dak il-
mod u b’dawk il-mezzi u f’dak il-format, inkluża
komunikazzjoni elettronika skond kif imfisser fl-Att
dwar il-Kummerċ Elettroniku, li r-Reġistratur jidhirlu
xieraq;
(e) meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan  l-
Att -
(i) xi dokument ikun meħtieġ li jiġi konsenjat jew
mogħti jew notifikat lilu għal reġistrazzjoni; jew
(ii) xi ċertifikat ikun maħruġ minnu wara r-
reġistrazzjoni jew bdil ta’ isem jew tibdil jew
amalgamazzjoni jew qsim ta’ soċjetà , jew l-isem
ta’ soċjetà  jkun tħassar mir-reġistru,
li jara mingħajr dewmien li dikjarazzjoni tkun
pubblikata fil-Gazzetta li turi d-data li fiha r-
reġistrazzjoni, konsenja jew notifika tkun saret, jew li
fiha ċ-ċertifikat kien maħruġ jew li fiha l-isem tas-
soċjetà  kummerċjali kien imħassar mir-reġistru, u x-
xorta ġenerali tad-dokument jew ċertifikat, u li tagħti
dawk il-partikolaritajiet li jkunu meħtieġa li
jiddistingwu s-soċjetà  li għaliha d-dikjarazzjoni
tirriferixxi:
Iżda r-Reġistratur ikun ukoll meħtieġ li
jippubblika mingħajr dewmien f’gazzetta ta’ kuljum li
tiċċirkola għal kollox jew prinċipalment f’Malta avviż
li sostanzjalment juri l-istess tagħrif li jkun jinsab fid-
dikjarazzjoni pubblikata fil-Gazzetta, wara r-
reġistrazzjoni msemmija fl-artikoli li ġejjin ta’ dan l-
Att:
Is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 19; 
Is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 36;
Is-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 88; 
Is-subartikolu (6) ta’ l-artikolu 88;
Is-subartikolu (8) ta’ l-artikolu 88; 
Is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 224; 
Is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 265; 
Is-subartikolu (5) ta’ l-artikolu 320;
Is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 331; 
Is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 338;
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      217
L-artikolu 350;
Il-paragrafu (a) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 358; 
Il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 359;
L-artikolu 367; u 
Is-subartikolu (4) ta’ l-artikolu 428; 
Fil-każ ta’ xi tnaqqis, xoljiment jew assenjazzjoni
kif imsemmi fl-artikolu 21, jew ta’ xi tnaqqis imsemmi
fl-artikolu 83, ir-Reġistratur għandu jgħaddi bil-
pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-Gazzetta u
f’gazzetta ta’ kuljum skond il-ħtiġiet ta’ dan il-
paragrafu. Il-pubblikazzjoni ta’ l-avviż imsemmi f’dan
il-proviso tkun suġġetta għad-disposizzjonijiet li
ġejjin:
(i) Il-pubblikazzjoni ta’ l-avviż issir mir-
Reġistratur għall-ispiża tas-soċjetà  kummerċjali
konċernata, barra mill-pubblikazzjoni ta’ ordni
ta’ skwalifika magħmul skond l-artikolu 320,
f’liema każ il-pubblikazzjoni għandha ssir għall-
ispiża tal-persuna skwalifikata;
(ii) is-soċjetà  kummerċjali li jkollha tħallas l-ispiża
għall-pubblikazzjoni ta’ avviż skond dan il-
proviso, għandha tagħmel il-ħlas mingħajr
dewmien, u fil-każ li dik is-soċjetà  kummerċjali
hija kienet xolta, ir-Reġistratur igawdi dwar l-
imsemmi spiża, jew l-istess privileġġ
preferenzjali bħal spejjeż li jsiru minn stralċjarju
skond dan l-Att;
(iii) l-ispiża li ssir mir-Reġistratur fil-pubblikazzjoni
ta’ avviż skond dan il-proviso għandha tkun
notifikata bil-miktub lis-soċjetà  kummerċjali
jew lill-persuna li jkollha tħallas l-ispiża skond
dan il-proviso. Dik in-notifika għandha titqies li
tkun daqs avviż mogħti skond is-subartikolu (3),
u l-ispiża magħmula mir-Reġistratur għandha,
safejn applikabbli, titqies li hi daqs penali
msemmija fl-istess subartikolu. Id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu minn (3) sa (17)
għandhom mutatis mutandis japplikaw għal din
l-ispiża;
(f) li jagħti kopji, kopji ċertifikati jew kopji verifikati u
ċertifikati ta’ dokumenti reġistrati skond dan l-artikolu
mal-ħlas tad-dritt preskritt lil xi persuni li titlobhom;
(g) jikkonsenja lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għar-
reġistrazzjoni fl-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku avviż
li jkun fih il-partikolaritajiet ta’ kull bdil,
amalgamazzjoni jew qsim li jkun seħħ skond it-
Taqsimiet VII, VIII u IX rispettivament ta’ dan l-Att,
jew it-tħassir ta’ l-isem ta’ kumpannija, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 325. Dak l-avviż għandu
juri sostanzjalment l-istess partikolaritajiet bħad-
dikjarazzjoni pubblikata fil-Gazzetta skond il-proviso
  218      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
għall-paragrafu (e); u jkun id-dmir tad-Direttur tar-
Reġistru Pubbliku li jirreġistra l-avviż jew in-nota
tagħha bl-istess mod bħal noti ta’ riferenza, safejn
ikunu applikabbli, kif id-Direttur jidhirlu xieraq.
(2) Kull dokument, ċertifikat jew partikolari ieħor meħtieġ li
jkun konsenjat, mogħti jew notifikat lir-Reġistratur għar-
reġistrazzjoni jista’ jintuża biss mis-soċjetà  kontra terzi biss jekk
ikun pubblikat skond is-subartikolu (1)(e), kemm-il darba s-soċjetà
kummerċjali ma tippruvax li t-terzi kienu jafu b’dan f’liema każ is-
soċjetà  kummerċjali tista’ tuża kull dokument, ċertifikat jew
partikolar ieħor dan minkejja li ma jkunx hekk pubblikat. Kull
operazzjoni li ssiru qabel is-sittax-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’
xi dokument, ċertifikat jew partikolar ieħor bħal dak ma tistax
tintuża kontra terzi li jippruvaw li ma kienx possibbli għalihom li
kien ikollhom tagħrif dwarha:
Iżda f’kull ħin it-terzi jistgħu dejjem jużaw kull dokument,
ċertifikat jew partikolar ieħor, ukoll meta l-formalitajiet tal-
pubblikazzjoni dwarhom ma kienux tħarsu f’dak iż-żmien:
Iżda wkoll meta dan l-Att jeħtieġ li xi disposizzjoni ma
għandhiex tibda sseħħ qabel ma jgħaddi żmien partikolari, id-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom jibdew iseħħu
biss wara li jgħaddi l-aħħar żmien.
(3) Meta r-Reġistratur jagħti avviż bil-miktub lil xi persuna li
dik il-persuna saret suġġetta għal penali taħt dan l-Att li jispeċifika
x-xorta tal-ksur tal-liġi u jindika ammont dovut bħala penali għal
dak ir-reat, il-persuna li lilha jkun ingħata l-avviż titqies, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (4) sa (17), li tkun
weħlet penali taħt dan l-Att, kif ukoll xi penali dovuta għal kull jum
li matulu n-nuqqas ikompli u l-ammont indikat kif intqal qabel li hu
dovut bħala penali għandu jitqies li jkun il-penali dovut taħt dan l-
Att għall-ksur tal-liġi speċifikat fl-avviż.
Kap. 12.
(4) Avviż kif imsemmi fis-subartikolu (3) għandu, man-
notifika ta’ kopja tiegħu bil-mezz ta’ att ġudizzjarju lill-persuna
murija fl-avviż, jikkostitwixxi titolu eżekuttiv għall-effetti u l-
finijiet kollha tat-Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili kemm-il darba dik
il-persuna fi żmien tletin jum mid-data ta’ dik in-notifika ma tibdix
proċedimenti quddiem il-qorti fejn toġġezzjona għall-penali hekk
stabbilita.
(5) Meta xi persuna tkun tixtieq tibda proċedimenti biex
toġġezzjona għal penali imsemmija fis-subartikolu (3), dawk il-
proċedimenti għandhom jibdew b’rikors kontra r-Reġistratur. 
(6) Ir-rikors għandu, taħt piena ta’ nullità , jgħid b’mod ċar u
fil-qosor ix-xorta ta’ l-oġġezzjoni, il-fatti li minnhom inqalgħet l-
oġġezzjoni, ir-raġunijiet għaliex dik l-oġġezzjoni għandha tkun
milqugħa, u t-talba li l-penali ma tkunx dovuta skond il-liġi jew
tkun dovuta skond il-liġi f’ammont iżgħar.
(7) Il-qorti ma għandiex tannulla jew tnaqqas penali kif intqal
qabel kemm-il darba dik il-penali ma tkunx tista’ skond il-liġi tkun
imposta fiċ-ċirkostanzi tal-każ, jew ma tistax skond il-liġi tkun
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      219
imposta fl-ammont stabbilit mir-Reġistratur.
(8) Ir-rikorrent għandu jehmeż mar-rikors dawk id-dokumenti
kollha li jsostnu t-talba tiegħu li jkun jista’ jipproduċi, u għandu
jindika fir-rikors tiegħu l-ismijiet tax-xhieda kollha li jkun bi
ħsiebu jressaq u jgħid, dwar kull wieħed, il-prova li jkun bi ħsiebu
jagħmel.
(9) Il-qorti għandha, mingħajr dewmien, tqiegħed ir-rikors
għas-smigħ f’data kmieni, liema data ma għandha f’ebda każ tkun
iktar tard minn tletin jum mid-data tal-preżentata tar-rikors.
(10) Ir-rikors, u l-avviż tad-data stabbilita għas-smigħ, ikunu
notifikati lir-Reġistratur mingħajr dewmien, u l-imsemmi
Reġistratur għandu jippreżenta r-risposta tiegħu fi żmien ħmistax-il
jum mid-data tan-notifika tar-rikors.
(11) Ir-Reġistratur għandu, fir-risposta tiegħu, jgħid b’mod ċar u
fil-qosor jekk jaqbilx mal-fatti dikjarati fir-rikors, u r-raġunijiet
għaliex joġġezzjona għat-talba; dan għandu ukoll jiddikjara fir-
risposta tiegħu x-xhieda li jsostnu r-raġunijiet tiegħu u jehmeż
magħha d-dokumenti kollha li jsostnuhom.
(12) Fil-jum stabbilit għas-smigħ tar-rikors, il-qorti għandha
tikkunsidra l-kwistjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi li jistgħu jkunu biss
aċċertati mir-rikors, risposta jew dokumenti ppreżentati, minn kull
waħda mill-partijiet, jew mix-xiehda ndikati minn kull waħda mill-
partijiet fir-rikors jew fir-risposta, skond il-każ, jew mis-
sottomissjonijiet verbali ta’ kull waħda mill-partijiet.
(13) Il-qorti għandha tisma’ r-rikors sakemm ikun mitmum fi
żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data stabbilita għas-smigħ
oriġinali tar-rikors, u ma jingħata ebda aġġornament ħlief jew bil-
kunsens taż-żewġ partijiet, jew għal raġuni eċċezzjonali li tkun
reġistrata mill-qorti, u dik id-data aġġornata għandha tkun mhux
iktar tard minn dak li hu ġustifikat għal dik ir-raġuni.
Kap. 12.
(14) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili dwar provedimenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
għandhom japplikaw dwar kull rikors bħal dak.
Kap. 12.
ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili, it-titolu eżekutiv imsemmi
fis-subartikolu (4) ma jkunx jista’ jiġi nfurzat qabel ma jgħaddu
tletin jum min-notifika ta’ l-att ġudizzjarju hemmhekk imsemmi.
(16) Id-deċiżjoni tal-qorti fuq rikors imsemmi fis-subartikolu
(5), li tikkonferma l-impożizzjoni ta’ penali stabbilita mir-
Reġistratur jew li tnaqqas dik il-penali, għandha, meta ssir res
judicata, titqies li hi deċiżjoni tal-qorti li tordna l-ħlas mir-
rikorrent tal-penali kif konfermata jew imnaqqsa.
(17) Appell minn deċiżjoni tal-qorti fuq rikors imsemmi fis-
subartikolu (5), għandu jsir bil-mezz ta’ rikors ippreżentat fil-Qorti
ta’ l-Appell fi żmien sitt ijiem tax-xogħol mid-data tad-deċiżjoni;
il-persuna li kontra tagħha jkun sar ir-rikors għanda fi żmien sitt
ijiem tax-xogħol min-notifika lilha tar-rikors tippreżenta risposta
għall-appell.
  220      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Ħarsien ta’ 
azzjonisti kontra 
preġudizzju mhux 
ġust.
Emendat:
IV. 2003.156.
402. (1) Kull membru ta’ kumpannija li jilmenta li l-affarijiet
tal-kumpannija jkunu tmexxew jew qed jitmexxew jew aktarx
jitmexxew b’mod li, jew li xi att jew ommissjoni tal-kumpannija
kienu jew huma jew x’aktarx se jkunu, oppressivi b’mod mhux ġust
diskriminatorji kontra, jew b’mod mhux ġust ta’ preġudizzju, għal
membru jew membri jew b’mod li jkunu kontra l-interessi tal-
membri in ġenerali, jista’ jagħmel rikors lill-qorti għal ordni taħt
dan l-artikolu.
(2) Meta r-Reġistratur ikun irċieva rapport fuq kumpannija taħt
l-artikolu 410 u dan ikun jidhirlu li l-affarijiet tal-kumpannija qed
jitmexxew jew ikunu tmexxew b’mod li jaqgħu taħt it-tifsir tas-
subartikolu (1), hu jista’ jagħmel rikors lill-qorti għall-ħruġ ta’
ordni taħt dan l-artikolu.
(3) Jekk dwar rikors magħmul skond is-subartikolu (1) jew (2),
il-qorti tkun tal-fehma li l-ilment ikun bażat sewwa u li jkun ġust u
ekwu li hekk tagħmel, il-qorti tista’ tagħmel ordni taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa -
(a) li jirregola t-tmexxija ta’ l-affarijiet tal-kumpannija
fil-futur; jew
(b) jirrestrinġi jew jipprojbixxi l-għemil ta’ xi att propost;
jew 
(ċ) jeħtieġ lill-kumpannija li tagħmel xi att li r-rikorrent
ikun ilmenta li kienet naqset li tagħmel; jew
(d) jipprovdi għax-xiri ta’ l-azzjonijiet ta’ xi membri tal-
kumpannija minn membri oħra tal-kumpannija jew
mill-kumpannija nnifisha u, f’każ ta’ xiri mill-
kumpannija, għat-tnaqqis li jkun meħtieġ fil-kapital
azzjonarju maħruġ tal-kumpannija; jew
(e) jordna lill-kumpannija li tibda, tiddefendi, tkompli jew
ma tkomplix proċedimenti tal-qorti, jew jawtorizza lil
membru jew membri tal-kumpannija li jibdew,
jiddefendu, ikomplu jew ma jkomplux proċedimenti
tal-qorti f’isem u għan-nom tal-kumpannija; jew
(f) jipprovdi għall-ħlas ta’ kumpens minn dik il-persuna li
tista’ tkun instabet responsabbli mill-qorti għal telf
jew danni li jkunu ġġarrbu minħabba att jew nuqqas li
dwaru jkun sar ilment lill-persuna li tkun ġarrbet dak
it-telf jew danni; jew
(g) ixolji l-kumpannija u jipprovdi għall-istralċ
konsegwenzjali tagħha.
(4) Meta jsir ordni għax-xoljiment ta’ kumpannija skond is-
subartikolu (3)(g), il-kumpannija għandha titqies li tkun xoljiet fid-
data meta jkun sar l-ordni u d-disposizzjonijiet tas-Sub-Titoli I u III
tat-Titolu II tat-Taqsima V ta’ dan l-Att li jirregolaw l-istralċ ta’
kumpanniji għandhom japplikaw.
(5) Ordni magħmul taħt dan l-artikolu jista’ jeħtieġ lil
kumpannija biex ma tagħmilx xi emenda, jew li tagħmel emenda
meħtieġa, fil-memorandum jew fl-istatut tagħha.
(6) F’dan l-artikolu, il-kelma "membru" tinkludi persuna li
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      221
legalment tista’ tirrappreżenta l-interessi ta’ membru mejjet,
persuna li għandha jkunu għaddew leġittimament azzjonijiet fil-
kumpannija b’wirt testamentarju jew mhux testamentarju, u
nominee liċenzjat kif imfisser fl-artikolu 127, li jkollu f’ismu
azzjonijiet fil-kumpannija għan-nom ta’ u fl-interessi ta’ persuna
oħra li benefiċjarment ikollha jedd għalihom.
Investigazzjoni ta’ 
soċjetajiet 
kummerċjali u 
kumpanniji 
barranin.
403. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 404 sa 413 u
ta’ l-artikoli minn 418 sa 423 li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ l-
affarijiet ta’ kumpannija, għandhom ukoll japplikaw għal
soċjetajiet kummerċajli oħra daqslikieku riferenzi għal
"kumpanniji" jinkludu riferenzi għal "soċjetajiet kummerċjali",
riferenzi għal "azzjonijiet" u għal "kapital azzjonarju maħruġ"
jinkludu riferenzi għal "interessi fis-soċjetà ", u riferenzi għal
"diretturi" jinkludu "soċji" barra minn "soċji akkommandanti."
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 405 sa 410, 412, 413
u 423(1) għandhom japplikaw għall-korpi ġuridiċi kollha kostitwiti
jew korporati barra minn Malta li qed jinnegozjaw f’Malta jew li
f’xi żmien għamlu negozju f’Malta daqslikieku kienu kumpanniji
taħt dan l-Att, iżda suġġetti għal dawk l-adattamenti u modifiki li
jistgħu jkunu preskritti.
(3) Meta r-Reġistratur jaħtar spettur jew spetturi għal xi wieħed
mill-għanijiet speċifikati fl-artikoli li ġejjin ta’ din it-Taqsima,
dawk l-ispetturi għandhom jipproduċu l-ittra ta’ l-awtorità  meta
hekk meħtieġ fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom.
(4) Meta xi setgħat li joħorġu skond dan l-artikolu jew skond l-
artikoli minn 404 sa 407, 410, 411, 414 u 416 sa 419 ikunu
eżerċitati jew ikunu se jiġu eżerċitati dwar kumpannija li tkun
liċenzjata jew sorveljata minn awtorità  kompetenti kif imfisser fl-
artikolu 420(3), dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati wara
konsultazzjoni ma’ l-awtorità  kompetenti rilevanti.
(5) Spettur maħtur taħt din it-Taqsima għandu jkun persuna
magħżula mir-Reġistratur minn elenku, approvat mill-Ministru
minn żmien għal żmien, ta’ persuni meqjusa kompetenti li
jagħmluha ta’ spetturi taħt din it-Taqsima.
Investigazzjoni ta’ 
kumpannija fuq 
applikazzjoni 
tagħha stess jew 
tal-membri tagħha.
Emendat:
IV. 2003.157.
404. (1) Ir-Reġistratur jista’ b’ittra ta’ awtorità  jaħtar lil
spettur jew spetturi biex jinvestigaw l-affarijiet ta’ kumpannija u
biex jirrapportaw dwarhom bil-mod li jista’ jordna.
(2) Il-ħatra tista’ ssir fuq talba ta’ mhux inqas minn mitejn
membru jew ta’ membri li jkollhom mhux inqas minn għaxra
wieħed tal-kapital azzjonarju maħruġ, jew fuq talba tal-
kumpannija.
(3) It-talba għandu jkollha magħha dawk il-provi li r-
Reġistratur jista’ jeħtieġ sabiex juri li l-applikant jew l-applikanti
għandhom raġuni tajba biex jeħtieġu dik l-investigazzjoni.
(4) Ir-Reġistratur jista’, qabel jaħtar spetturi, jeħtieġ li l-
persuna jew persuni li jagħmlu t-talba jagħtu dik il-garanzija, li hu
jista’ jeħtieġ għall-ħlas ta’ l-ispejjeż ta’ l-investigazzjoni.
(5) Ir-Reġistratur jista’ jeżerċita s-setgħat mogħtija b’dan l-
  222      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
artikolu dwar kumpannija li tkun se tiġi stralċjata volontarjament.
(6) Ir-Reġistratur għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija b’dan l-
artikolu meta jkun jidhirlu spedjenti u fl-interess pubbliku li hekk
jagħmel.
Investigazzjonijiet 
oħra ta’ 
kumpanniji.
405. (1) Meta l-qorti, waqt proċedimenti quddiemha taħt dan
l-Att, tiddikjara b’ordni li l-affarijiet ta’ kumpannija għandhom
ikunu investigati, ir-Reġistratur, għandu b’ittra ta’ awtorità  jaħtar
spettur jew spetturi biex jinvestigaw l-affarijiet ta’ dik il-
kumpannija u biex jirrapportaw dwarhom bil-mod li jista’ jordna.
(2) Il-qorti għandha tagħmel ordni kif imsemmi fis- subartikolu
(1) jekk jidhrilha li hemm ċirkostanzi li juru -
(a) li l-affarijiet tal-kumpannija huma jew kienu mmexxija
bil-ħsieb ta’ frodi tal-kredituri tagħha jew xort’oħra
għal għan ta’ frodi jew għan illeġittimu jew b’mod li
jkunu ta’ preġudizzju mhux xieraq għal xi wħud mill-
membri tagħha; jew
(b) li xi għemil attwali jew propost jew nuqqas tal-
kumpannija huwa jew jista’ jkun hekk ta’ preġudizzju,
jew li dik il-kumpannija kienet iffurmata għal xi għan
ta’ frodi jew illeġittimu; jew
(ċ) li persuni li jkollhom x’jaqsmu mal-formazzjoni tal-
kumpannija jew it-tmexxija ta’ l-affarijiet tagħha
kienu dwar dan instabu ħatja ta’ frodi, jew imġieba
ħażina oħra kontra l-kumpannija jew il-membri
tagħha; jew
(d) li l-membri tal-kumpannija ma jkunux ingħataw it-
tagħrif kollu dwar l-affarijiet tal-kumpannija li huma
b’mod raġonevoli jistgħu jistennew.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) għandhom
jgħoddu bla ħsara għas-setgħat tar-Reġistratur taħt l-artikolu 404.
(4) Is-setgħat mogħtija bis-subartikolu (2) ikunu eżerċitabbli
dwar kumpannija minkejja li tkun fil-kors ta’ stralċ volontarju.
Setgħat ta’ l-
ispetturi waqt l-
investigazzjoni. 
Emendat:
IV. 2003.158.
406. (1) Jekk spetturi maħtura taħt l-artikolu 404 jew 405 biex
jinvestigaw l-affarijiet ta’ kumpannija jidhrilhom li jkun meħtieġ
għall-fini ta’ l-investigazzjoni li jinvestigaw ukoll l-affarijiet ta’
korp ġuridiku ieħor li jkun jew f’xi żmien rilevanti kien is-
sussidjarja jew kumpannija parent tal-kumpannija, jew sussidjarja
tal-kumpannija parent tagħha jew kumpannija parent tas-
sussidjarja tagħha, dawn ikollhom is-setgħa li jagħmlu hekk; u
dawn għandhom jirrapportaw l-affarijiet tal-korp ġuridiku l-ieħor
safejn jaħsbu li r-riżultati ta’ l-investigazzjoni ta’ l-affarijiet tiegħu
jkunu rilevanti għall-invesitgazzjoni ta’ l-affarijiet tal-kumpannija
hawn fuq l-ewwel imsemmija.
(2) Spetturi maħtura taħt xi wieħed mill-artikoli 404 jew 405
jistgħu f’kull żmien waqt l-investigazzjoni tagħhom, mingħajr il-
ħtieġa li jagħmlu rapport interim, jgħarrfu lir-Reġistratur bi
ħwejjeġ li jkunu saru jafu bihom bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni
li juru li x’aktarx ikun sar nuqqas jew offiża.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      223
Produzzjoni ta’ 
dokumenti u 
xiehda lil spetturi.
407. (1) Meta jinħatru spetturi taħt l-artikolu 404 jew 405,
ikun id-dmir ta’ l-uffiċjali u l-aġenti kollha tal-kumpannija, u ta’ l-
uffiċjali u l-aġenti kollha ta’ kull korp ġuridiku ieħor li l-affarijiet
tagħhom ikunu qed jiġu investigati taħt l-artikolu 406(1) - 
(a) li jipproduċu lill-ispetturi il-kontijiet, ir-records tal-
kontijiet u d-dokumenti kollha ta’ jew dwar il-
kumpannija jew, skond il-każ, il-korp ġuridiku l-ieħor
li jkun taħt il-kustodja jew setgħa tagħhom meta
jintalbu jagħmlu hekk;
(b) li jattendu quddiem l-ispetturi meta hekk meħtieġa
jagħmlu; u
(ċ) xort’oħra biex jagħtu lill-ispetturi l-għajnuna kollha
dwar l-investigazzjoni li huma b’mod raġonevoli
jkunu jistgħu jagħtu. 
(2) Jekk l-ispetturi jikkunsidraw persuna barra minn uffiċjal
jew aġent tal-kumpannija jew korp ġuridiku ieħor hija jew tista’
tkun fil-pussess ta’ tagħrif dwar l-affarijiet tagħha, dawn jistgħu
jieħtieġu lil din il-persuna li tipproduċilhom il-kontijiet, records
tal-kontijiet jew dokumenti li jkunu fil-kustodja jew setgħa tagħha
dwar il-kumpannija jew korp ġuridiku ieħor, biex tattendi
quddiemhom u xort’oħra biex tagħtihom l-għajnuna kollha dwar l-
investigazzjoni li hi tkun tista’ b’mod raġonevoli tagħti, u jkun id-
dmir ta’ dik il-persuna li tħares dik il-ħtieġa. 
(3) Spettur jista’ jeżamina bil-ġurament lill-uffiċjali u l-aġenti
tal-kumpannija jew korp ġuridiku ieħor, u lil kull persuna
msemmija fis-subartikolu (2), dwar l-affarijiet tal-kumpannija jew
korp ġuridiku ieħor, u jista’ għal dan jagħti l-ġurament.
(4) F’dan l-artikolu riferenza għal uffiċjali jew aġenti tinkludi
kemm uffiċjali jew aġenti, skond il-każ, preżenti kif ukoll passati; u
"aġenti", dwar kumpannija jew korp ġuridiku ieħor, tinkludi lill-
bankiera tagħha u persuni maħtura minnha bħala awdituri, sew jekk
dawn il-persuni jkunu jew le uffiċjali tal-kumpannija jew korp
ġuridiku ieħor.
Setgħa ta’ spettur li 
jitlob kontijiet tal-
bank tad-diretturi.
408. Jekk spettur ikollu raġuni biżżejjed jaħseb li direttur jew
direttur passat tal-kumpannija jew korp ġuridiku ieħor kif imsemmi
fl-artikolu 406(1) li l-affarijiet tiegħu jkunu qed jiġu nvestigati
jkollu jew kellu kont mal-bank ta’ xi deskrizzjoni, jew waħdu jew
flimkien ma’ xi persuna oħra u sew f’Malta jew barra minn Malta,
li fih jew minnu tħallsu - 
(a) il-ħlas jew parti mill-ħlas tal-kariga tiegħu bħala
direttur kif intqal qabel, sew jekk murija jew le fil-
kontijiet tal-kumpannija; jew
(b) xi flus li rriżultaw minn, jew intużaw fil-finanzjament
ta’ xi transazzjoni, arranġament jew ftehim mhux
mikxuf; jew
(ċ) xi flus li b’xi mod ikollhom x’jaqsmu ma għemil jew
nuqqas, jew sensila ta’ għemejjel jew nuqqasijiet li
kienu jikkostitwixxu mġieba ħażina tad-direttur, sew
bi frodi jew le, lejn il-kumpannija jew korp ġuridiku
  224      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
jew il-membri tiegħu,
l-ispettur jista’ jeħtieġ lid-direttur li jipproduċilu d-dokumenti
kollha li jkunu fil-pussess tad-direttur, jew taħt il-kontroll tiegħu, li
jkollhom x’jaqsmu ma’ dak il-kont tal-bank.
Xkiel ta’ spetturi 
waqt 
investigazzjoni ta’ 
l-affarijiet ta’ 
kumpannija.
409. Kull persuna msemmija fl-artikolu 407 -
(a) li tirrifjuta li tipproduċi xi ktieb jew dokument li hi
għandha d-dmir li tipproduċi taħt l-artikolu 407 jew
408 lill-ispetturi; jew
(b) li tirrifjuta li tattendi quddiem l-ispetturi meta hekk
meħtieġa tagħmel; jew
(ċ) li tirrifjuta li twieġeb għal xi mistoqsija li ssirilha minn
spetturi dwar l-affarijiet tal-kumpannija jew tal-korp
ġuridiku ieħor, kif imsemmi fl-artikolu 406(1), skond
il-każ,
tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn elfejn
lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur jew
multa u priġunerija flimkien.
Rapporti ta’ l-
ispetturi.
410. (1) L-ispetturi għandhom, jagħmlu rapporti interim lir-
Reġistratur u mat-tmiem ta’ l-investigazzjoni tagħhom jagħmlul
rapport finali.
(2) Jekk l-ispetturi jkunu maħtura taħt l-artikolu 405 skond
ordni tal-qorti, ir-Reġistratur għandu jagħti kopja ta’ kull rapport
tagħhom lill-qorti.
(3) Ir-Reġistratur jista’, jekk jidhirlu xieraq - 
(a) jibgħat kopja ta’ kull rapport magħmul mill-ispetturi
lill-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija;
(b) jagħti kopja fuq talba u mal-ħlas preskritt lil - 
(i) kull membru tal-kumpannija jew korp ġuridiku
ieħor li jkun is-suġġett tar-rapport;
(ii) kull persuna li ssir riferenza għall-imġieba
tagħha fir-rapport; 
(iii) l-awdituri ta’ dik il-kumpannija jew tal-korp
ġuridiku;
(iv) lill-applikanti għall-investigazzjoni;
(v) lil kull persuna oħra li fil-fehma tar-Reġistratur
l-interessi finanzjarji tagħha jkunu milquta
b’dak li jkun ittrattat fir-rapport, kemm jekk
bħala kreditur tal-kumpannija jew  korp
ġuridiku, jew xort’oħra; u
(ċ) iġiegħel li kull rapport bħal dak ikun pubblikat.
Setgħa biex 
jinbdew 
proċedimenti ċivili 
f’isem 
kumpannija. 
411. (1) Jekk, minn xi rapport magħmul taħt l-artikolu 410 jew
minn tagħrif jew dokumenti li jinkisbu taħt l-artikolu 418 jew 419,
ir-Reġistratur jidhirlu li xi proċedimenti ċivili għandhom fl-interess
pubbliku jinġiebu ’l quddiem minn xi korp ġuridiku, hu nnifsu bil-
kunsens ta’ l-Avukat Generali jista’ jibda dawk il-proċedimenti
f’isem u għall-korp ġuridiku.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      225
(2) Ir-Reġistratur għandu jindennizza lill-korp ġuridiku kontra
kull infieq jew spejjeż li jsiru minnu fil-proċedimenti li jinbdew
taħt dan l-artikolu jew dwarhom.
Spejjeż ta’ l-
investigazzjoni ta’ 
affarijiet tal-
kumpannija.
412. (1) L-ispejjeż ta’, u inċidentali għal, investigazzjoni minn
spetturi maħtura mir-Reġistratur għandhom jitħallsu minnu; iżda l-
persuni msemmija fis-subartikoli (2) sa (5) ikunu responsabbli, sal-
limitu hemm speċifikat, li jħallsu lura lir-Reġistratur.
(2) Persuna li tkun misjuba ħatja fuq akkuża li tkun saret bħala
riżultat ta’ l-investigazzjoni, jew li tkun ordnata li tħallas l-ispejjeż
kollha jew parti minnhom tal-proċedimenti li jinbdew taħt l-
artikolu 411 tista’ tkun ordnata fl-istess proċedimenti li tħallas
dawk l-ispejjeż sal-limitu li jkun speċifikat fl-ordni.
(3) Korp ġuridiku li f’ismu jinbdew il-proċedimenti taħt l-
artikolu 411, ikun responsabbli għall-ammont jew valur ta’ somom
jew proprjetà  li tittieħed lura minnha bħala riżultat ta’ dawk il-
proċedimenti; u kull ammont li għalih korp ġuridiku jkun
responsabbli taħt dan is-subartikolu jkun l-ewwel piż fuq is-somom
jew proprjetà  li hekk tittieħed lura.
(4) Korp ġuridiku trattat mir-rapport ta’ l-ispetturi, ikun
responsabbli għall-ispejjeż ta’, u inċidentali għall-investigazzjoni,
ħlief meta dak il-korp ġuridiku kien l-applikant għall-
investigazzjoni u ħlief safejn ir-Reġistraur ma jordnax xort’oħra.
(5) L-applikant jew l-applikanti għall-investigazzjoni, meta l-
ispetturi jkunu maħtura taħt l-artikolu 404, ikunu responsabbli sal-
limitu, jekk il-każ, li r-Reġistratur jista’ jordna.
(6) Ir-rapport ta’ l-ispetturi jista’ jinkludi rakkomandaz-
zjonjiet dwar l-ordnijiet li jidhrilhom xierqa, fid-dawl ta’ l-
investigazzjoni tagħhom, li għandhom jingħataw taħt is-subartikolu
(4) jew (5).
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kull infieq jew spejjeż li
jsiru mir-Reġistratur fil-proċedimenti jew dwar il-proċedimenti li
jinbdew taħt l-artikolu 411, għandhom jitqiesu bħala spejjeż ta’ l-
investigazzjoni li fuqha jinbdew il-proċedimenti.
(8) Kull responsabbiltà  għall-ħlas lura lir-Reġistratur imposta
bis-subartikoli (2) u (3), salv is-sodisfazzjon tad-dritt tar-
Reġistratur għall-ħlas lura, responsabbiltà  hi wkoll li tindennizza
kull persuna kontra responsabbiltà  taħt is-subartikoli (4) u (5) u
kull responsabbiltà  bħal dik imposta bis-subartikolu (2), tkun, salv
kif issemma’ hawn fuq, responsabbiltà  wkoll li tindennizza lill-
persuni kollha kontra r-responsabbiltà  taħt is-subartikolu (3).
(9) Persuna responsabbli taħt xi wieħed minn dawk is-
subartikoli msemmija taħt subartikolu (8) ikollha jedd għall-
kontribuzzjoni minn kull persuna oħra responsabbli taħt l-istess
subartikolu, skond l-ammont tar-responsabbiltajiet rispettivi
tagħhom taħt dak is-subartikolu.
(10) Spejjeż li skond dan l-artikolu għandhom jinħarġu mir-
Reġistratur għandhom, safejn ma jinġabrux lura skond id-
disposizzjonijiet tiegħu, jitħallsu minn fondi pubbliċi.
  226      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Rapport ta’ l-
ispetturi jkun 
prova.
413. Kopja ta’ kull rapport ta’ l-ispetturi maħtura taħt l-artikolu
404 jew 405 ċertifikata mir-Reġistratur bħala vera kopja, tista’
tinġieb bħala prova f’kull proċedimenti legali tal-fehma ta’ l-
ispetturi dwar kull ħaġa li jkun fih ir-rapport.
Setgħa għal 
investigazzjoni ta’ 
min ikun 
proprjetarju ta’ 
kumpannija.
414. (1) Fejn jidher lir-Reġistratur li hemm raġuni tajba biex
jaħtar spettur wieħed jew aktar biex jinvestigaw u jirrappurtaw fuq
il-membri ta’ kumpannija għall-għan li jagħraf min kienu l-persuni
veri li huma jew kellhom interess finanzjarju fis-suċċess jew
nuqqas ta’ suċċess tal-kumpannija jew li jistgħu jikkontrollaw jew
jinfluwenzaw b’mod materjali l-policy tagħha, jista’ b’ittra ta’
awtorità  jaħtar spettur wieħed jew iżjed għal dan il-għan.
(2) Il-ħatra ta’ spetturi magħmula skond dan l-artikolu, tista’
tistabbilixxi l-għan ta’ l-investigazzjoni tagħhom, sew jekk tkun
dwar is-suġġett jew iż-żmien li għalih għandha tapplika jew mod
ieħor, u b’mod partikolari tista’ tillimita l-investigazzjoni għal
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet partikolari.
(3) Jekk talba għal investigazzjoni taħt dan l-artikolu dwar
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet partikolari ta’ kumpannija ssir lir-
Reġistratur minn membri tal-kumpannija, u n-numru ta’ persuni li
jagħmlu t-talba jew l-ammont ta’ l-azzjonijiet miżmuma minnhom
ma jkunux inqas minn dak meħtieġ għal applikazzjoni biex jinħatru
spetturi skond l-artikolu 404(2) - 
(a) ir-Reġistratur għandu jaħtar spetturi biex imexxu l-
investigazzjoni kemm-il darba jkun sodisfatt li t-talba
ma tkunx vessatorja; u
(b) ir-Reġistratur jista’ jeskludi mill-għan ta’ l-investigaz-
zjoni xi ħaġa li jkun sodisfatt li ma jkunx xieraq li dik
il-ħaġa tkun investigata.
(4) Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-ħatra tagħhom, is-
setgħat ta’ l-ispetturi jestendu għall-investigazzjoni ta’ kull
ċirkostanzi li juru l-eżistenza ta’ arranġament jew ftehim li,
għalkemm ma jkunx jorbot legalment, huwa jew kien imħares jew
li x’aktarx ikun imħares fil-prattika u li jkun rilevanti għall-finijiet
ta’ l-investigazzjoni.
(5) Ir-Reġistratur jista’, qabel ma jaħtar spetturi, jeħtieġ lill-
persuna jew lill-persuni li jagħmlu t-talba biex jagħtu dik il-
garanzija li hu jista’ jeħtieġ għall-ħlas ta’ l-ispejjeż ta’ l-
investigazzjoni.
Disposizzjonijiet li 
japplikaw għal 
investigazzjoni taħt 
l-artikolu 414.
415. (1) Għall-finijiet ta’ investigazzjoni taħt l-artikolu 414,
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 406(1), 407, 408 u 409 għandhom
japplikaw bil-modifiki ta’ riferenzi meħtieġa għall-affarijiet tal-
kumpannija jew ta’ dawk ta’ xi korp ġuridiku ieħor, suġġetti iżda
għas-subartikoli (2) sa (4).
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli msemmija fis- subartikolu
(1) japplikaw għal - 
(a) il-persuni kollha li huma jew li kienu, jew li l-ispettur
ikollu raġuni xierqa jaħseb li huma jew li kienu,
finanzjarjament interessati fis-suċċess jew fin-nuqqas
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      227
ta’ suċċess tal-kumpannija jew ta’ xi korp ġuridiku
ieħor li l-membri tiegħu jkunu qed jiġu nvestigati ma’
dawk ta’ dik il-kumpannija, jew li huma kapaċi li
jikkontrollaw jew jinfluwenzaw b’mod materjali l-
policy tagħha, magħduda persuni li jkollhom x’jaqsmu
biss f’isem ħaddieħor; u
(b) kull persuna oħra li l-ispettur ikollu raġuni xierqa
jaħseb li jkollha tagħrif li jkollu x’jaqsam ma’ l-
investigazzjoni;
kif japplikaw dwar uffiċjali u aġenti tal-kumpannija jew korp
ġuridiku ieħor li l-membri tagħha jkunu qed jiġu investigati, skond
ma jkun il-każ. "uffiċjali" u "aġenti" huma mfissra fl-artikolu
407(4).
(3) Jekk ir-Reġistratur ikun tal-fehma li jkun hemm raġuni
tajba għaliex ma għandux jikxef xi parti ta’ rapport magħmul bis-
saħħa ta’ l-artikolu 414 u ta’ dan l-artikolu, hu jista’ jibgħat jew
jikkonsenja kopja tar-rapport skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 410(3) bin-nuqqas ta’ dik il-parti.
(4) L-applikant jew l-applikanti għall-investigazzjoni jkunu
responsabbli sal-limitu, jekk il-każ, kif jista’ jordna r-Reġistratur; u
bla ħsara għal dak li ntqal qabel, l-ispejjeż ta’ investigazzjoni taħt
l-artikolu 414 jitħallsu minn fondi pubbliċi.
Setgħa li jinkiseb 
tagħrif mingħand 
dawk li jkollhom 
interess 
f’azzjonijiet, eċċ.
416. (1) Jekk fil-fehma tar-Reġistratur ikun hemm raġuni
xierqa li jiġi investigat min hu s-sid ta’ xi azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ta’ kumpannija u li ma jkunx meħtieġ li jinħatru
spetturi għal dak l-għan, dan jista’ jeħtieġ lil kull persuna li hu
jkollu raġuni xierqa jaħseb li jkollha jew li tista’ tikseb xi tagħrif
dwar l-interessi preżenti jew passati f’dawk l-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet u l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni nteressati u ta’
kull persuni li jaġixxu jew li jkunu aġixxew f’isimhom dwar l-
azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet li tagħti dak it-tagħrif lir-
Reġistratur.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, persuna tkun meqjusa li
għandha nteress f’azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, jekk hi jkollha
xi jedd li takkwista jew tiddisponi xi nteress fihom, jew li tivvota
dwarhom, jew jekk il-kunsens tagħha jkun meħtieġ għall-eżerċizzju
ta’ xi wieħed mill-jeddijiet ta’ persuni oħra nteressati fihom, jew
jekk persuni oħra nterresati fihom jistgħu jkunu meħtieġa, jew
huma mdorrija, li jeżerċitaw il-jeddijiet tagħhom skond dawk l-
istruzzjonijiet.
(3) Persuna li tonqos li tagħti tagħrif meħtieġ minnha taħt dan
l-artikolu, jew meta tagħti dak it-tagħrif tagħmel dikjarazzjoni li
tkun taf li hi falza f’partikular materjali, jew bi traskuraġni tagħmel
xi dikjarazzjoni li tkun falza f’materjal partikolari, tkun ħatja ta’
reat u meta tinsab ħatja tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn
għoxrin elf lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn
tliet snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
  228      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Setgħa għall-
impożizzjoni ta’ 
restrizzjonijiet 
dwar azzjonijiet 
jew 
obbligazzjonijiet.
417. (1) Meta dwar investigazzjoni taħt l-artikoli 414 jew 416
ikun jidher lir-Reġistratur li jkun hemm diffikultà  biex jinkiseb
tagħrif rilevanti dwar xi azzjonijiet, sew maħruġa jew li jkunu se
jinħarġu, u li d-diffikultà  tkun għal kollox jew prinċipalment
minħabba n-nuqqas ta’ rieda tal-persuni msemmija fiż-żewġ
artikoli msemmija biex jgħinu fl-investigazzjoni kif meħtieġ b’dan
l-Att, ir-Reġistratur jista’ b’ordni jordna li l-azzjonijiet ikunu
suġġetti, sakemm joħroġ ordni ieħor, għar-restrizzjonijiet imposti
bis-subartikoli minn (2) sa (7).
(2) Ordni magħmul skond is-subartikolu (1) għandu jkollu l-
effetti li ġejjin - 
(a) kull trasferiment ta’ dawk l-azzjonijiet, jew fil-każ ta’
xi azzjonijiet mhux maħruġa, kull trasferiment tal-jedd
li jinħareġ magħhom u kull ħruġ tagħhom, ikun null;
(b) ebda jedd tal-vot ma jkun jista’ jerġa’ jiġi eżerċitat
dwar dawk l-azzjonijiet;
(ċ) ebda azzjonijiet oħra ma jinħarġu b’jedd għal dawk l-
azzjonijiet jew skond xi offerta magħmula lid-detentur
tagħhom; 
(d) ħlief fi stralċ, ma għandu jsir ebda ħlas ta’ xi somom
dovuti mill-kumpannija fuq dawk l-azzjonijiet, sew
dwar kapital jew xort’oħra.
(3) Meta r-Reġistratur jagħmel ordni li jordna li l-azzjonijiet
ikunu suġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (2),
kull persuna li tkun aggravata b’dan tista’ tagħmel rikors lill-qorti u
l-qorti tista’, jekk jidhrilha xieraq, tordna li l-azzjonijiet ma
jibqgħux ikunu suġġetti għall-imsemmija restrizzjonijiet.
(4) Kull avviż tar-Reġistratur jew ordni tal-qorti jista’ jgħid li
l-azzjonijiet ma jibqgħux suġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmija
fis-subartikolu (2)(a) u (b), bil-ħsieb li jħalli li jsir trasferiment ta’
dawk l-azzjonijiet u jista’ jkompli r-restrizzjonijiet imsemmija fis-
subartikolu (2)(ċ) u (d), jew għal kollox jew f’parti, safejn dawn
jirreferu għal xi jedd akkwistat jew offerta magħmula qabel it-
trasferiment.
(5) Kull persuna li - 
(a) teżerċita jew tkun tidher li qed teżerċita xi jedd li
tiddisponi minn xi azzjonijiet li, skond it-tagħrif
tagħha, jkunu għal dak iż-żmien suġġetti għar-
restrizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (2) jew għal
xi jedd biex jinħareġ ma’ xi azzjonijiet bħal dawk; jew
(b) tivvota dwar xi azzjonijiet bħal dawk, sew bħala
detentur jew bħala prokuratur, jew taħtar prokuratur
biex jivvota dwarhom, 
tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn elfejn
lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, jew
dik il-multa u priġunerija flimkien.
(6) Meta azzjonijiet f’xi kumpannija jinħarġu bi ksur tar-
restrizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (2), kull uffiċjal tal-
kumpannija li jkun naqas ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel multa ta’
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      229
mhux aktar minn ħamest elef lira.
(7) Dan l-artikolu għandu japplika dwar obbligazzjonijiet kif
japplika dwar azzjonijiet.
Setgħat tar-
Reġistratur li 
jeħtieġ il-
produzzjoni ta’ 
dokumenti.
Emendat:
IV. 2003.159.
418. (1) Is-setgħat taħt dan l-artikolu jistgħu jkunu eżerċitati
dwar il-persuni li ġejjin fir-rigward tal-korp rispettiv kif ġej:
(a) (i) l-uffiċjali ta’ kumpannija; 
(ii) is-soċji li għandhom l-amministrazzjoni u r-
rappreżentanza ta’ xi soċjetà  kummerċjali oħra;
u
(b) il-persuni li għandhom l-amministrazzjoni jew il-
kontroll f’Malta ta’, jew dawk l-individwi awtorizzati
li jirrappreżentaw f’Malta, korp ġuridiku kostitwit jew
inkorporat barra minn Malta li jkun qed imexxi xogħol
f’Malta jew li jkun f’xi żmien mexxa xogħol f’Malta.
(2) Ir-Reġistratur jista’ f’kull żmien, jekk jidhirlu li hemm
raġuni tajba li jagħmel hekk, bis-saħħa tad-dmirijiet u tas-setgħat
mogħtija lilu taħt din it-Taqsima jagħti ordnijiet lil kull persuna
msemmija fis-subartikolu (1) fejn jeħtiġilha, f’dak il-ħin u l-post li
jistgħu jkunu speċifikati fl-ordnijiet, li tipproduċi dawk il-kontijiet,
records tal-kontijiet jew dokumenti li jistgħu jkunu hekk
speċifikati.
(3) Meta bis-saħħa tas-subartikolu (2) ir-Reġistratur ikollu s-
setgħa li jeħtieġ il-produzzjoni ta’ kontijiet, records tal-kontijiet
jew dokumenti, mingħand xi persuna msemmija fis-subartikolu (1),
ikollu l-istess setgħa li jeħtieġ il-produzzjoni ta’ dawk il-kontijiet,
records tal-kontijiet jew dokumenti mingħand kull persuna li fil-
fehma tiegħu ikollha pussess tagħhom; iżda meta xi persuna bħal
dik tiddikjara li l-kontijiet, records tal-kontijiet jew dokumenti
prodotti minnha jkunu miżmuma b’rahan jew piż ieħor għandha, il-
produzzjoni tkun bla ħsara għal dak ir-rahan jew piż.
(4) Is-setgħa taħt dan l-artikolu li teħtieġ persuna msemmija
fis-subartikolu (1) jew persuna oħra li tipproduċi kontijiet, records
tal-kontijiet jew dokumenti tinkludi s-setgħa - 
(a) jekk kontijiet, records tal-kontijiet jew dokumenti
jkunu prodotti -
(i) li jittieħdu kopji tagħhom jew estratti minnhom;
u 
(ii) li dik il-persuna, jew xi persuna oħra li tkun
uffiċjal preżenti jew passat ta’, jew tkun jew
kienet f’xi żmien impjegata minn, dak il-korp,
tkun meħtieġa li tagħti spjegazzjoni għal kull
ħaġa minnhom;
(b) jekk kontijiet, records tal-kontijiet jew dokumenti ma
jkunux prodotti, li teħtieġ lill-persuna li kienet
meħtieġa li tipproduċihom biex tgħid, skond l-aħjar
tagħrif u fehma tagħha, fejn ikunu.
(5) Jekk il-ħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontijiet, records tal-
kontijiet jew dokumenti jew li tingħata spjegazzjoni jew li ssir
  230      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
dikjarazzjoni ma tkunx tħarset, il-persuna li fuqha tkun imposta l-
ħtieġa tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn
ħamest elef lira.
(6) Meta persuna tkun akkużata b’reat taħt is-subartikolu (5)
dwar ħtieġa li tipproduċi xi kontijiet, records tal-kontijiet jew
dokumenti, din tista’ tipprova bħala difiża li dawn ma kienux fil-
pussess jew kontroll tagħha u li b’mod xieraq ma kienx prattikabbli
għaliha li tħares il-ħtieġa.
Dħul u tfittxija 
f’post.
419. (1) Jekk ir-Reġistratur ikun sodisfatt li jkun hemm
raġunijiet xierqa ta’ suspett li f’xi post ikun hemm kontijiet,
records tal-kontijiet jew dokumenti li l-produzzjoni tagħhom kienet
meħtieġa taħt l-artikolu 418 u li ma jkunux ġew prodotti skond dik
il-ħtieġa, huwa jkollu l-jedd li jidħol u jfittex f’kull post bħal dan
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3).
(2) Ir-Reġistratur, sabiex jeżerċita l-jedd tiegħu biex jidħol u
jfittex fil-post imsemmi fis-subartikolu (1), ikollu s-setgħa li jieħu
pusses ta’ kull kontijiet, records tal-kontijiet jew dokumenti li
jidhru li jkunu l-kontijiet, records tal-kontijiet jew dokumenti
msemmija f’dak is-subartikolu, jew li jieħu, dwar dawk il-kontijiet,
records tal-kontijiet jew dokumenti, kull passi oħra li jidhru li
jkunu meħtieġa biex jikkonservahom u biex ma jħallix li ssir xi
interferenza dwarhom.
(3) Il-jedd mogħti lir-Reġistratur bis-saħħa tas-subartikolu (1)
jista’ jkun eżerċitat biss matul il-jiem tax-xogħol, bejn is-sebgħa
ta’ fil-għodu u s-sebgħa ta’ fil-għaxija, u fil-każijiet kollha r-
Reġistratur għandu jkollu miegħu uffiċjal tal-Pulizija mhux taħt il-
grad ta’ spettur u r-Reġistratur għandu, jekk hekk meħtieġ,
jipproduċi prova ta’ l-awtorità  tiegħu.
(4) Kull kontijiet, records tal-kontijiet jew dokumenti li
jittieħed il-pussess tagħhom taħt dan l-artikolu jistgħu jinżammu -
(a) għal perijodu ta’ disgħin jum; jew
(b) jekk f’dak il-perijodu jinbdew xi proċedimenti
kriminali kif imsemmi fl-artikolu 420(1)(a) jew (b), li
jkunu proċedimenti li għalihom ikunu rilevanti il-
kontijiet, records tal-kontijiet jew dokumenti, sat-
tmiem ta’ dawk il-proċedimenti.
(5) Persuna li tfixkel l-eżerċizzju ta’ jedd għal dħul jew tfittxija
mogħti bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, jew li tfixkel l-eżerċizzju ta’
jedd mogħti biex jittieħed pussess ta’ xi kontijiet, records tal-
kontijiet jew dokumenti, tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel multa ta’
mhux aktar minn elfejn lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux
aktar minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Tkun provduta 
sigurtà  dwar 
tagħrif miksub. 
420. (1) Ebda tagħrif jew dokument dwar korp kif imsemmi fl-
artikolu 418(1) li jkun inkiseb taħt l-imsemmi artikolu 418 jew 419
ma għandu, mingħajr il-kunsens miktub bil-quddiem ta’ dak il-
korp, ikun pubblikat jew mikxuf, kemm-il darba l-pubblikazzjoni
jew il-kxif ma jkunx meħtieġ -
(a) bil-ħsieb li jinbdew, jew xort’oħra għall-fini ta’, xi
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      231
proċedimenti kriminali skond, jew li joħorġu minn,
dan l-Att, jew xi liġi oħra;
(b) għall-finijiet ta’ l-eżami ta’ xi persuna minn spetturi
maħtura taħt din it-Taqsima waqt l-investigazzjoni
tagħhom;
Kap. 290. 
Kap. 330. 
Kap. 345.
Kap. 375.
Kap. 370.
Kap. 371.
Kap. 376.
(ċ) sabiex il-Ministru responsabbli, ir-Reġistratur jew l-
awtorità  kompetenti jkunu jistgħu jeżerċitaw dwar dak
il-korp jew xi korp ieħor, xi waħda mill-funzjonijiet
tagħhom taħt dan l-Att, l-Att dwar l-Impriża ta’ l-
Assigurazzjoni*, l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta, l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji,
l-Att kontra Insider Dealing, l-Att dwar is-Servizzi ta’
Investiment, l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju u l-Att
dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji;
(d) għall-finijiet ta’ proċedimenti taħt l-artikolu 419.
(2) Persuna li tippubblika jew tikxef xi tagħrif jew dokument bi
ksur ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel multa ta’
mhux aktar minn għoxrin elf lira jew priġunerija għal perijodu ta’
mhux aktar minn tliet snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "awtorità  kompetenti"
tfisser - 
(a) il-Bank Ċentrali ta’ Malta; 
Kap. 370.
Investiment;
Kap. 290. 
Impriża ta’ l-Assigurazzjoni*;
Kap. 371.
Kap. 330.
(e) l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li taqdi
l-funzjonijiet tagħha taħt l-Att dwar l-Awtorità  għas-
Servizz Finanzjarji ta’ Malta;
Kap. 345.
Att dwar is-Swieq Finanzjarji.
Kap. 376.
Finanzjarji.
Piena għal 
distruzzjoni jew 
multilazzjoni eċċ. 
ta’ dokumenti ta’ 
kumpannija. 
421. (1) Persuna, li tkun uffiċjal ta’ xi korp hekk kif imsemmi
fl-artikolu 418(1), li - 
(a) tiddistruġġi, timmutila jew tiffalsifika, jew tħalli li ssir
jew li jkollha x’taqsam mad-distruzzjoni, mutilazzjoni
jew falsifikazzjoni ta’ dokument li jolqot jew li jkollu
x’jaqsam ma’ proprjetà  jew affarijiet tal-korp; jew
(b) tagħmel jew tħalli li jsir jew ikollha x’taqsam mar-
reġistrazzjoni falza fuq xi dokument bħal dak,
tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna kif imsemmija fis-subartikolu (1) li b’qerq
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1998 (Kap. 403).
  232      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
jew tiddisponi minn, tibdel jew tagħmel nuqqas f’xi dokument bħal
dak kif imsemmi f’dak is-subartikolu jew li tħalli li jsir jew li
jkollha x’taqsam ma’ disponiment b’qerq, tibdil b’qerq jew għemil
b’qerq ta’ nuqqas, f’xi dokument bħal dak, tkun ħatja ta’ reat.
(3) Persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu tista’ teħel multa
ta’ mhux aktar minn għoxrin elf lira jew priġunerija għal perijodu
ta’ mhux aktar minn tliet snin jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
Piena għall-għoti 
ta’ tagħrif falz. 
422. Persuna li, fit-tħaris ta’ ħtieġa mposta taħt l-artikolu 418
biex tagħti spjegazzjoni jew tagħmel dikjarazzjoni, tipprovdi jew
tagħmel spjegazzjoni jew dikjarazzjoni li tkun taf li hi falza
f’partikolar sostanzjali jew bi traskuraġni tagħti spjegazzjoni jew
tagħmel dikjarazzjoni li tkun falza, tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel
multa ta’ mhux aktar minn għoxrin elf lira jew priġunerija għal
perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin jew dik il-priġunerija u
multa flimkien.
Tagħrif privileġġat.  423. (1) Ebda ħaġa fl-artikoli mill-404 sa l-417 ma teħtieġ il-
kxif lir-Reġistratur jew lil spettur maħtur minnu - 
Kap. 12.
(a) ta’ kommunikazzjonijiet li huma privileġġati bis-saħħa
tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 588 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
(b) minn bankiera ta’ kumpannija ta’ tagħrif dwar l-
affarijiet ta’ xi wieħed mill-klijenti tagħhom barra
mill-kumpannija nnifisha.
Kap. 12.
(2) Ebda ħaġa li tinsab fl-artikoli minn 418 sa 422 ma għandha
titqies li tobbliga lil xi persuna bħal dik imsemmija fl-artikolu 588
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li tipproduċi xi
dokument li jkun fih komunikazzjoni privileġġjata skond dak l-
artikolu, jew li tawtorizza t-teħid tal-pussess ta’ xi dokument bħal
dak li jkun fil-pussess tal-persuna.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 418, ir-
Reġistratur ma għandux jeħtieġ il-produzzjoni minn xi persuna li
tkun qed tmexxi kummerċ bankarju ta’ dokument dwar l-affarijiet
ta’ klijent kemm-il darba ir-Reġistratur ma jidhirlux li hu meħtieġ li
jsir hekk sabiex ikunu investigati l-affarijiet ta’ dik il-persuna li
tkun qed tmexxi kummerċ bankarju tal-klijent, li jkun korp skond l-
artikolu 418.
Kap. 377.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), ebda
ħaġa li tinsab fl-Att dwar Segretezza Professjonali ma għandha
tiftiehem li teskludi jew xort’oħra tirrestrinġi - 
(a) is-setgħat u l-funzjonijiet mogħtija lir-Reġistratur jew
lil spettur maħtur minnu taħt id-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima; u 
(b) il-kxif minn xi persuna ta’ tagħrif, dokumentazzjoni
jew komunikazzjoni oħra lir-Reġistratur jew spettur
maħtur minnu, jew milli tagħmel xi ħaġa li hi meħtieġa
li ssir, bis-saħħa ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      233
Jedd li dokumenti 
eċċ. miżmuma mir-
Reġistratur ikunu 
spezzjonati u 
jinkisbu kopji 
tagħhom. 
424. Kull persuna tista -
(a) tispezzjona d-dokumenti miżmuma mir-Reġistratur
ħlief għad-dokumenti miksuba minnu jew li jkun sar
jaf dwarhom fil-kors ta’ l-eżerċizzju tal-poteri tiegħu
taħt l-artikoli 403 sa 423;
(b) tikseb kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’ kull
soċjetà  kummerċjali jew kopja jew estratt ta’ kull
dokument ieħor, u teħtieġ li din tkun ċertifikata mir-
Reġistratur bħala vera kopja.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
XVII. 2002.234;
IV. 2003.160.
425. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jagħti
seħħ id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u jista’, bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, b’dawn ir-regolamenti- 
(a) jippreskrivi d-drittijiet li għandhom jinġabru u
jitħallsu għar-reġistrazzjoni, pubblikazzjoni, spezzjoni
jew ħruġ ta’ dokumenti, ċertifikati, kopji jew estratti,
meħtieġa jew permessi taħt dan l-Att, u drittijiet
differenti jistgħu jiġu mposti għal xorta jew kategoriji
differenti ta’ soċjetajiet kummerċjali, u jista’ wkoll
jippreskrivi drittijiet differenti għal kumpanniji skond
l-istatus tagħhom;
(b) jippreskrivi l-formoli li għandhom jintużaw taħt dan l-
Att;
(ċ) jemenda, jirrevoka jew jissostitwixxi l-kapital
azzjonarju minimu meħtieġ kif stabbilit bl-artikolu 72,
il-kriterji murija fl-artikolu 185 u l-formoli sabiex tkun
stabbilita l-medja tan-numru ta’ impjegati li tinsab fis-
subartikolu (12) ta’ l-artikolu l-aħħar imsemmi;
(d) jemenda kull Skeda li tinsab ma’ dan l-Att barra mid-
Disa’, l-Għaxar, il-Ħdax u t-Tnax-il Skeda, u għal dan
l-għan jista jiddistingwi bejn kategoriji differenti ta’
kumpanniji;
(e) jippreskrivi l-kwalifiki meħtieġa biex wieħed
jagħmilha ta’ segretarju ta’ kumpannija, kif ukoll kull
kwalifiki ta’ residenza, kif jidhirlu xieraq;
(f) jippreskrivi regolamenti, mhux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għat-tmexxija ta’
proċedimenti ta’ stralċ taħt it-Titolu II tat-Taqsima V
ta’ dan l-Att, u jippreskrivi kriterji biex jiġi stabbilit
min jista’ jkun meqjus bħala persuna addattata u
xierqa biex tagħmilha ta’ stralċjarju għall-finijiet ta’ l-
artikolu 305(1);
(g) jippreskrivi ħtiġiet għall-ħruġ u għat-trasferiment ta’
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, in-numerazzjoni
tagħhom, ir-reġistrazzjoni tagħhom mal-kumpannija u
mar-Reġistratur, iż-żamma tar-reġistru tal-membri u
ta’ l-obbligazzjonijiet, u l-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti
ta’ azzjonijiet u obbligazzjonijiet dwar ħruġ jew
trasferiment ta’ azzjonijiet jew obbligazzjonijiet, dwar
kumpanniji kwotati fuq xi exchange ta’ investiment
rikonoxxut u dwar kumpanniji ta’ nvestiment b’kapital
  234      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
varjabbli, u dawk il-ħtiġiet li jkunu preskritti jistgħu
wkoll ikunu minflok id-disposizzjonijiet rilevanti li
jinsabu fil-Kapitoli IV u VI tat-Titolu I tat-Taqsima V
ta’ dan l-Att;
(h) jispeċifika l-kategoriji ta’ kumpanniji pubbliċi li ma
jistgħux joħorġu warrants ta’ azzjonijiet ikun x’ikun l-
isem kif ikunu deskritti u jippreskrivi regoli biex
ikomplu jirregolaw u jirrestrinġu l-ħruġ ta’ warrants
ta’ azzjonijiet;
(i) jipprovdi għall-eżenzjoni ta’ kumpanniji, jew kull
xorta jew kategorija tagħhom, minn xi disposizzjoni
ta’ l-artikoli 105 sa 111, jew għall-applikazzjoni ta’
dawk id-disposizzjonijiet għal dawk il-kumpanniji,
soġġetta għal dawk il-varjazzjonijiet u kundizzjonijiet
li jistgħu jkunu speċifikati;
Kap. 330.
(j) jipprovdi għall-eżenzjoni ta’ kumpanniji offshore
ffurmati u reġistrati taħt l-Att dwar l-Awtorita għas-
Servizzi Finanzjarji ta’ Malta minn kull waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew għall-applikazzjoni
għal kull kumpanniji bħal dawk ta’ l-imsemmija
disposizzjonijiet b’dawk il-kwalifiki u suġġetti għal
dawk il-varjazzjonijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
preskritti, inkluża l-preskrizzjoni ta’ regoli
addizzjonali jew differenti u ħtiġiet li jirregolaw dawk
il-kumpanniji;
(k) jipprovdi għall-eżenzjoni ta’ kumpanniji barranin, li
jistabbilixxu fergħa jew f’post ta’ negozju f’Malta taħt
it-Taqsima XI ta’ dan l-Att, minn kull disposizzjoni
tat-Taqsima XI ta’ dan l-Att, jew għall-applikazzjoni
għal kull kumpanniji barranin bħal dawk ta’ l-
imsemmija dispożizzjonijiet b’dawk il-kwalifiki u
suġġetti għal dawk il-varjazzjonijiet u kondizzjonijiet
li jistgħu jiġu preskritti, inkluża l-preskrizzjoni ta’
regoli addizzjonali jew differenti u ħtiġiet li jirregolaw
dawk il-kumpanniji barranin; u
(l) jippreskrivi dak kollu li jista’ jkun preskritt u b’mod
ġenerali jagħmel kull ħaġa oħra li hi inċidentali jew
supplementari għal xi waħda mill-ħwejjeġ ta’ hawn
fuq.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għall-obbligu u
għall-forma u mod ta’ kxif u għan-notifika ta’ interessi, magħduda
proprjetà , f’azzjonijiet f’kumpanniji pubbliċi, u jista’ b’mod
partikolari -
(a) jippreskrivi minn min u lil min, meta, taħt liema
ċirkostanzi u kondizzjonijiet u kif dak il-kxif jew dik
in-notifika għandhom isiru; u obbligi u dmirijiet
differenti jistgħu jkunu preskritti għal xorta differenti
ta’ kumpanniji;
(b) jistabbilixxi l-partikolaritajiet li għandhom jinstabu
f’xi notifika ta’ interessi f’azzjonijiet u ċ-ċirkostanzi
meta jistgħu jsiru investigazzjonijiet minn kumpannija
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      235
dwar id-detenzjoni ta’ xi azzjonijiet, jew xi interess
ieħor fihom, u jistabbilixxi wkoll meta, lil min u
b’liema mod il-kumpannija tkun obbligata li
tirrapporta dak li jirriżulta minn kull investigazzjoni
bħal dik;
(ċ) jipprovdi biex jinżammu reġistri ta’ interessi
f’azzjonijiet, għan-notifika u r-reġistrazzjoni ta’
akkwisti u disponimenti ta’ azzjonijiet, u għall-mod
kif dik in-notifika u r-reġistrazzjoni għandhom ikunu
reġistrati, u jipprovdi għall-investigazzjoni ta’
akkwisti u disponimenti ta’ azzjonijiet;
(d) jistabbilixxi -
(i) reati, li jipprovdu għal multa ta’ mhux iżjed
minn mitt elf lira jew priġunerija ta’ mhux iktar
minn ħames snin, jew għal dik il-multa u
priġunerija flimkien;
(ii) penalitajiet amministrattivi ta’ mhux iżjed minn
elf lira, jew penalitajiet ta’ nuqqas għal kull jum
ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira għal kull jum li
matulu jkompli n-nuqqas, jew dawk iż-żewġ
penalitajiet flimkien;
għal nuqqas li jsir kxif preskritt jew li ssir notifika jew
għal xi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ xi regolament
magħmul taħt dan is-subartikolu;
(e) jipprovdi għal kull ħaġa li hija inċidentali jew li
għandha x’taqsam ma’ kull ħaġa hawn fuq imsemmija.
(3) (a) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għall-
formazzjoni, twaqqif u regolazzjoni ta’ gruppi
b’interess ekonomiku sabiex jingħataw dik il-
personalità  ġuridika u setgħa kif jista’ jiġi stabbilit.
F’dan is-subartikolu, "gruppi b’interess ekonomiku"
tirreferi għal gruppi jew assoċjazzjonijiet magħmula
minn żewġ persuni jew iktar u li l-għanijiet tagħhom
huma biex jiffaċilitaw jew jiżviluppaw l-attivitajiet
ekonomiċi tal-membri tagħhom, jew biex jittejbu jew
jiżdiedu l-profitti jew benefiċċji minn dawk l-
attivitajiet.
(b) Regolamenti magħmula mill-Ministru bis-saħħa tal-
paragrafu (a) għandhom, b’mod partikolari iżda bla
ħsara għall-awtorità  mogħtija lill-Ministru bl-imsemmi
paragrafu, jippreskrivu:
(i) il-kontenut u l-partikolaritajiet li għandhom
ikunu dikjarati fl-att jew fid-dokument tal-
kostituzzjoni ta’ grupp b’interess ekonomiku,
magħdud l-isem, l-għanijiet u r-raġunijiet, l-
istruttura kapitali, iż-żmien ta’ kemm għandu
jibqa’ jseħħ il-grupp, il-membri, fejn ikun l-
uffiċċju prinċipali jew reġistrat tiegħu, u l-
ħtiġiet dwar forma, reġistrazzjoni u
pubblikazzjoni ta’ dak l-Att jew dokumenti, u l-
  236      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
partikolaritajiet li għandhom ikunu dikjarati fl-
ittri kummerċjali ta’ grupp b’interess
ekonomiku;
(ii) ħtiġiet biex jinżammu records dwar it-
transazzjonijiet u l-qagħda finanzjarja tal-grupp,
u obbligi oħra dwar accounting,  verifika,
rapporti u kxif;
(iii) regoli dwar l-amministrazzjoni u d-direzzjoni
tal-grupp u tal-fergħat amministrattivi u ta’
direzzjoni tal-grupp, magħduda s-setgħat u r-
responsabbil-tajiet tad-diretturi, u l-laqgħat li
għandhom isiru għall-membri, biex jinżammu
reġistri tal-membri u dawk ir-records l-oħra kif
jista’ jiġi preskritt;
(iv) regoli biex jirreogolaw il-jeddijiet u l-obbligi
tal-membri, id-dħul, it-tmiem jew it-tkeċċija ta’
membri, il-jeddijiet ta’ membri biex
jipparteċipaw fil-profitti tal-grupp u f’dak li
jibqa’ mill-attiv mal-likwidazzjoni u r-
responsabbiltà  tagħhom biex jikkontribwixxu
għal telf;
(v) regoli biex jirregolaw il-bdil, ix-xoljiment u l-
istralċ ta’ grupp b’interess ekonomiku,
magħduda l-ħatra ta’ likwidatur, u s-setgħat u r-
responsabbiltajiet tiegħu;
(vi) regoli biex jipprovdu għall-possibbiltà  ta’ gruppi
b’interess ekonomiku cross-border u
transnazzjonali, magħduda European Economic
Interest  Groupings, li jgawdu l-istess setgħat
f’żewġ stati jew iżjed bis-saħħa tar-
reġistrazzjoni tagħhom fi stat wieħed; għar-
regolazzjoni tal-formazzjoni, twaqqif u tagħrif
ta’ gruppi bħal dawk; u biex jipprovdi għall-
applikazzjoni ta’ kull regolamenti magħmula
bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu għal dawk il-
gruppi b’dawk l-eżenzjonijiet, varjazzjonijiet
jew modifiki li jistgħu jiġu stabbiliti;
(vii) id-drittijiet li jistgħu jinġabru dwar ir-
reġistrazzjoni ta’ gruppi msemmija f’dan is-
subartikolu, jew kategoriji ta’ dawk il-gruppi;
(viii) l-artikoli ta’ dan l-Att li għandhom japplikaw
għal gruppi b’interess ekonomiku, jew għal
kategoriji partikolari tagħhom, suġġetti għal
dawk il-kondizzjonijiet u b’dawk l-eżenzjonijiet,
modifiki u varjazzjoni kif ikun jidher xieraq.
(4) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dettaljati -
(a) għall-fini li jippermettu korp ġuridiku, iffurmat u
inkorporat jew reġistrat f’pajjiż li mhux Malta, li
jkollu xorta simili bħalma jkollha kumpannija kif
magħrufa taħt il-liġijiet ta’ Malta, li jitkompla bħala
kumpannija taħt dan l-Att u taħt il-liġijiet ta’ Malta li
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      237
jkunu hekk japplikaw, u
(b) għall-fini li jippermettu t-tkomplija ta’ kumpannija
reġistrata taħt dan l-Att bħala korp ġuridiku inkorporat
jew reġistrat taħt il-liġijiet ta’ xi pajjiż li ma jkunx
Malta.
Dawk ir-regolamenti jistgħu jistabbilixxu ħtiġiet għar-
rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u d-
dokumentazzjoni, obbligazzjonijiet u l-informazzjoni li għandhom
jingħataw lir-Reġistratur għall-fini li sseħħ xi tkomplija bħal dik, u
r-regoli jistgħu iktar minn hekk ikunu jawtorizzaw lir-Reġistratur
biex joħroġ linji ta’ gwida li jkunu jistipulaw dawk il-
kondizzjonijiet u ħtiġiet ulterjuri li l-Ministru jista’ jqis li jkunu
adatti, u jistgħu jsiru regolamenti u linji ta’ gwida differenti għal
kategoriji jew klassijiet ta’ każijiet differenti.
(5) Meta dwar xi wieħed mis-servizzi jew atti oħra magħmula
mir-Reġistratur hemm preskritt dritt taħt is-subartikolu (1), ir-
regolamenti jistgħu jippreskrivu li r-Reġistratur jista’ jirrifjuta li
jagħmel dak is-servizz jew att ieħor sakemm jitħallas id-dritt
xieraq; u li kull att, avviż, prospett jew dokument ieħor konsenjat,
mogħti jew mibgħut lir-Reġistratur taħt dan l-Att għandu, jekk ikun
hemm dritt preskritt kif intqal qabel dwar ir-reġistrazzjoni jew
pubblikazzjoni tiegħu, jitqies li ma jkunx ġie konsenjat, mogħti jew
mibgħut kif meħtieġ b’dan l-Att sakemm jitħallas id-dritt xieraq.
Ksur tar-
regolamenti.
426. (1) Is-setgħa li jsiru regolamenti taħt l-artikolu 425
tinkludi s-setgħa li jiġi preskritt li xi persuna li tikser xi
disposizzjoni ta’ xi regolament bħal dak tkun ħatja ta’ reat u, meta
tinstab ħatja, tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn elfejn lira jew
priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur jew multa u
priġunerija flimkien kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Is-setgħa li jsiru regolamenti taħt l-artikolu 425 tinkludi s-
setgħa li jiġi preskritt illi xi persuna li tikser xi regolament bħal dak
tista’ teħel penali ta’ mhux aktar minn elf lira u, fejn ikun il-każ,
penali oħra ta’ għoxrin lira għal kull jum li matulu jkompli n-
nuqqas, liema penali tkun imposta mir-Reġistratur skond l-artikolu
401.
Penalitajiet 
amministrattivi 
taħt dan l-Att.
Emendat:
IV. 2003.161.
427. (1) Meta xi disposizzjoni ta’ dan l-Att  tipprovdi għall-
impożizzjoni ta’ penali, l-ammont ta’ dik il-penali għandu jkun
stabbilit b’riferenza għall-Ħdax-il Skeda, li turi l-penali massima li
tista’ tiġi mposta mir-Reġistratur taħt xi disposizzjoni ta’ dan l-Att.
(2) Fil-Ħdax-il Skeda, l-ewwel kolonna turi l-artikolu u s-
subartikolu ta’ dan l-Att li jippreskrivi li penali għandha tkun
imposta, it-tieni kolonna tagħti deskrizzjoni ġenerali tal-ksur liema
deskrizzjoni m’għandhiex titqies li tagħti tifsir lil xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att, it-tielet kolonna tippreskrivi l-penali massima, u r-
raba’ kolonna tippreskrivi l-penali massima għal kull jum ta’
nuqqas, jekk il-każ. Il-penali tkun dovuta fil-jum li fih jiġri n-
nuqqas u l-penali għal kull jum li matulu jkompli u għandha tibda
tgħodd mill-jum li jiġi wara dak li fih jiġri n-nuqqas.
(3) Azzjoni mir-Reġistratur għall-ġbir ta’ penali taħt dan l-Att
  238      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
tkun preskritta hekk kif jgħaddu ħames snin minn meta n-nuqqas
ikun sar.
(4) Kumpannija tkun responsabbli in solidum ma’ l-uffiċjali
tagħha għall-ħlas ta’ kull penali amministrattiva imposta taħt dan l-
Att.
PARTI XIII - DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U 
FINALI
Disposizzjonijiet 
transitorji.
Emendat:
XXX. 1997.2;
IV, 2003.162.
428. (1) Mill-jum stabbilit, soċjetà  kummerċjali m’għandhiex
tiġi ffurmata u reġistrata kemm-il darba ma tħarisx id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u soċjetà  kummerċjali ffurmata u
reġistrata kif intqal qabel għandha tkun regolata b’dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, mill-
jum stabbilit, is-soċjetajiet kollha ffurmati u reġistrati taħt l-
Ordinanza għandhom jitqiesu li huma ffurmati u reġistrati taħt dan
l-Att, u għandhom iżommu l-istess personalità  ġuridika u
għandhom iżommu l-jeddijiet u r-responsabbilitajiet eżistenti
kollha.
(3) Kumpanniji ta’ investiment b’kapital azzjonarju varjabbli
ffurmati u reġistrati qabel il-jum stabbilit għandhom iħarsu d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fi żmien xahar mill-jum stabbilit u d-
disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (4) sa (13), barra mis-
subartikolu (8), m’għandhomx japplikaw għalihom.
(4) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra f’dan l-artikolu,
u minkejja kull haġ’oħra li tinsab fil-Memorandum jew fl-Istatut
jew fl-att tas-soċjetà , skond il-każ, mill-1 ta’ Marzu, 1998, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom ikunu japplikaw għal
soċjetajiet kummerċjali ffurmati u reġistrati taħt l-Ordinanza.
Dawk is-soċjetajiet kummerċjali għandhom, qabel l-1 ta’ Marzu,
1998, iħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għandhom, sa dak
iż-żmien, ikomplu jiġu regolati bl-Ordinanza:
Iżda soċjetà  kummerċjali tista’, billi tħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att qabel dik id-data, tagħżel li tkun
regolata bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal dan l-għan il-
kumpannija għandha b’żieda tikkonsenja avviż bil-miktub lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni; u dik l-għażla ma tibdiex isseħħ
kemm-il darba u sakemm dak l-avviż ma jkunx reġistrat.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-Kapitoli IX u X tat-Taqsima V ta’
dan l-Att għandhom, dwar kumpanniji ffurmati u reġistrati taħt l-
Ordinanza, japplikaw għal żminijiet ta’ kontijiet li jibdew wara t-30
ta’ Ġunju, 1996.
(6) Kumpannija privata ffurmata u reġistrata taħt l-Ordinanza
għandha, billi tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
kumpanniji privati, fiż-żmien speċifikat fis-subartikolu (4), tkompli
bħala kumpannija privata taħt dan l-Att kemm-il darba ma taqlibx
għal kumpannija pubblika skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
213.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      239
(7) Kumpannija pubblika ffurmata u reġistrata taħt l-Ordinanza
għandha, billi tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
kumpanniji pubbliċi fiż-żmien speċifikat fis-subartikolu (4),
tkompli bħala kumpannija pubblika taħt dan l-Att kemm-il darba
ma taqlibx għal kumpannija privata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 213.
(8) Jekk soċjetà  ta’ investiment bħalma hemm imsemmija fis-
subartikolu (3), tonqos li tħares id-disposizzjonijiet ta’ dak is-
subartikolu fiż-żmien rispettiv hemm stabbilit, dik il-kumpannija
għandha tkun meqjusa xolta u r-Reġistratur jista’, f’kull żmien,
jagħmel rikors lill-qorti skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu II tat-
Taqsima V ta’ dan l-Att:
Iżda l-qorti tista’, jekk jidhrilha xieraq, tagħti żmien ieħor
ta’ mhux aktar minn sena mid-data tad-deċiżjoni tagħha f’liema
żmien is-soċjetà  kummerċjali tista’ tirrimedja n-nuqqas.
(9) Soċjetà  kummerċjali bħalma hemm imsemmija fis-
subartikolu (4) għandha tagħmel dawk il-bidliet meħtieġa sabiex
tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sat-28 ta’ Frar, 1998.
(10) Kull tibdil li jenħtieġ li jsir bis-saħħa tas-subartikolu (9)
għandu jsir -
(a) fil-każ ta’ soċjetà  f’isem kollettiv, bil-kunsens ta’
soċju jew soċji li jkunu ikkontribwew mill-anqas
ħamsin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet magħmulin lis-
soċjetà ;
(b) fil-każ ta’ soċjetà  in akkomandita, bil-kunsens ta’
soċju jew soċji ġenerali li jkunu ikkontribwew mill-
anqas ħamsin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet
magħmulin mis-soċji ġenerali lis-soċjetà , jew li
jkollhom mill-anqas ħamsin fil-mija mill-valur
nominali tal-ishma tas-soċjetà  li jkunu jinżammu mis-
soċji ġenerali skond il-każ, flimkien mal-kunsens ta’
soċju jew soċji limitati li jkunu ikkontribwew mill-
anqas ħamsin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet
magħmulin mis-soċji limitati lis-soċjetà  jew li
jkollhom mill-anqas ħamsin fil-mija mill-valur
nominali ta’ l-ishma li jkunu jinżammu mis-soċji
limitati skond il-każ;
(ċ) fil-każ ta’ kumpannija, minkejja kull ħaġa li tinsab fil-
Memorandurn jew l-Istatut, permezz ta’ riżoluzzjoni
mgħoddija f’laqgħa ġenerali msejħa għal dak il-għan
minn -
(i) ħamsin fil-mija tal-membri rappreżentati fil-
laqgħa u li jivvotaw; jew
(ii) għadd ta’ membri li jkollhom bejniethom mhux
anqas minn ħamsin fil-mija tal-valur nominali
ta’ ishma rappreżentati f’dik il-laqgħa u li
jivvotaw,
u kull disposizzjoni dwar quorum f’dik il-laqgħa ma
għandhiex tapplika.
  240      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu m’għandhomx
japplikaw għal xi bidliet fl-att tas-soċjetà  jew fil-Memorandum jew
fl-Istatut, skond il-każ, li ma jkunux daqstant meħtieġa sabiex
jitħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(11) Assoċjazzjoni b’parteċipazzjoni kostitwita qabel il-jum
stabbilit għandha tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fi żmien
sentejn mid-data tal-jum stabbilit.
(12) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, l-
artikolu 127 għandu jibda jseħħ fil-jum stabbilit.
(13) Id-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet VII, VIII u IX ta’ dan l-
Att għandhom, dwar kumpanniji ffurmati u reġistrati taħt l-
Ordinanza, jibdew iseħħu fil-jum stabbilit; u soċjetà  kummerċjali
mibdula skond kif imfisser fit-Taqsima VII, is-soċjetà  kummerċjali
l-ġdida jew is-soċjetà  kummerċjali li se takkwista skond kif
imfisser fit-Titolu I tat-Taqsima VIII, il-kumpannija l-ġdida jew il-
kumpannija li takkwista skond kif imfisser fit-Titolu II tat-Taqsima
VIII u kumpanniji riċevituri jew kumpanniji ġodda li jirriżultaw
minn qsim skond kif imfisser fit-Taqsima IX, għandhom iħarsu dan
l-Att u jkunu regolati minnu mid-data li fiha l-bidla,
amalgamazzjoni jew il-qsim tibda sseħh bis-saħħa ta’ dan l-Att,
skond il-każ.
(14) Soċjetà  kummerċjali bħalma hemm imsemmija fis-
subartikolu (4) li tonqos milli tagħmel il-bidliet meħtieġa sabiex
tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att qabel l-1 ta’ Marzu, 1998,
għandha teħel penali ta’ ħamsin lira, u għal kull ġurnata wara dik
id-data li matulha jkompli n-nuqqas, penali ulterjuri ta’ żewġ liri.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 427(1) u (2) m’għandhomx ikunu
japplikaw għall-penali imposti taħt dan is-subartikolu.
(15) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 401(1)(d), sa dak
iż-żmien li l-istrument jew riżoluzzjoni, jew kopja tagħhom, li
jagħtu seħħ lill-bidliet meħtieġa bis-saħħa tas-subartikolu (4) jiġu
konsenjati lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni, u sa dak iż-żmien li
jitħallsu xi penali li jistgħu isiru dovuti bis-saħħa tas-subartikolu
(14), ir-Reġistratur m’għandux iżomm u jirreġistra:
- fil-każ ta’ kumpannija, xi riżoluzzjoni, avviż, prospett jew
dokument ieħor meħtieġ li jkun konsenjat lir-Reġistratur skond id-
disposizzjonijiet tat-Titolu II tat-Taqsima V u ta’ l-artikoli 122,
146, 183 u 184; u
- fil-każ ta’ xi soċjetà  kummerċjali oħra xi strument li jkun
jagħti seħħ għal xi bdil jew żieda fl-att tas-soċjetà .
(16) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta, jistabbilixxi data, li
tkun data wara l-31 ta’ Diċembru, 1998, li fiha kumpannija li
tonqos li tħares id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) titqies bħala
kumpannija li ma tkunx qegħda tmexxi negozju jew li ma tkunx qed
topera għall-għanijiet ta’ l-artikolu 325.
Disposizzjonijiet 
tranżitorji dwar 
stralċ ta' soċjetajiet 
kummerċjali. 
429. (1) Ix-xoljiment ta’ soċjetà  kummerċjali li jseħħ qabel,
mas-sitt xhur jew fi żmien sitt xhur mill-jum stabbilit għandu wara
l-jum stabbilit, ikompli jkun skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza u l-istralċ li jirriżulta wara ta’ dik is-soċjetà
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      241
kummerċjali għandu jkun regolat skond hekk:
Iżda, jekk wara li jgħaddi ż-żmien ta’ sentejn imsemmi fl-
artikolu 428(4), l-isem ta’ kull soċjetà  kummerċjali li għalih
japplika dan is-subartikolu ma jkunx għadu tħassar mir-reġistru, ir-
Reġistratur jista’, f’kull żmien wara, jagħmel rikors lill-qorti li
tordna li l-istralċ ta’ l-affarijiet ta’ dik is-soċjetà  kummerċjali
għandu, minn dak il-ħin ’il quddiem, ikun skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar stralċ mill-qorti, u li taħtar,
meta jkun meħtieġ, stralċjarju jew stralċjarji jew li tissostitwixxi
stralċjarju jew stralċjarji eżistenti biex jiffinalizzaw dak l-istralċ.
(2) Kull xoljiment ta’ soċjetà  kummerċjali li jseħħ wara għeluq
żmien sitt xhur mill-jum stabbilit, għandu jkun skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u l-istralċ li jirriżulta wara ta’ dik is-
soċjetà  kummerċjali għandu jkun regolat skond hekk.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 304 għandhom, fejn
kumpannija tkun iffurmata u reġistrata taħt l-Ordinanza, jibdew
iseħħu ma’ għeluq is-sitt xhur mill-jum stabbilit.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 326 għandhom jidħlu fis-
seħħ ma’ għeluq is-sitt xhur mill-jum stabbilit.
Kap. 13.
(5) Proċeduri ta’ falliment mibdija kontra kumpannija qabel,
fil-jum stabbilit jew fi żmien sitt xhur mill-jum stabbilit għandhom,
wara l-jum stabbilit, ikomplu jkunu gvernati mid-disposizzjonijiet
tat-Taqsima III tal-Kodiċi tal-Kummerċ li għandhom x’jaqsmu ma’
falliment.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
minkejja kull ħaġa li tinsab fl-artikolu 428.
Żminijiet għall-
eżerċizzju ta’ 
jeddijiet. 
430. Meta għall-eżerċizzju ta’ jedd dan l-Att jistabbilixxi żmien
iqsar minn dak stabbilit b’xi liġi oħra, iż-żmien stabbilit b’dan l-Att
għandu japplika wkoll għal dawk il-jeddijiet li setgħu nqalgħu
qabel il-jum stabbilit iżda għandhom jibdew jgħoddu minn dak il-
jum:
Iżda meta, fil-jum stabbilit, iż-żmien li jkun fadallu jgħaddi
taħt dik il-liġi l-oħra jkun iqsar minn dak stabbilit b’dan l-Att,
kalkolat kif intqal qabel, iż-żmien stabbilit b’dik il-liġi l-oħra
għandu jkompli japplika.
Riservi. 
Emendat:
XXX. 1997.3;
XXII. 2000.104;
IV. 2003.163.
Kap. 330. 
431. (1) Minkejja kull m’hemm kuntrarju fl-artikoli 428 u 429
ta’ dan l-Att -
(a) kumpanniji offshore iffurmati u reġistrati taħt l-Att
dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmi Att, ikomplu jkunu regolati mill-Ordinanza,
u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att m’għandhomx
japplikaw għalihom, għal dak iż-żmien jew sa dik id-
data li l-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta,
jistabbilixxi u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
għandhom jibdew japplikaw għalihom minn dik id-
data:
Iżda l-Ministru jista’, b’regolamenti magħmula
  242      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
taħt dan l-Att, jeżenta lil dawk il-kumpanniji minn xi
waħda jew iżjed mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
b’dawk il-kwalifiki u suġġetti għal dawk il-
varjazzjonijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
speċifikati fihom;
Kap. 234.
(b) kumpanniji privati, barra minn kumpanniji offshore
imsemmija fil-paragrafu (a), li l-għanijiet u l-
attivitajiet tagħhom ikunu limitati biss għall-proprjetà ,
tmexxija, amministrazzjoni jew it-tħaddim ta’
bastimenti u għal operazzjonijiet anċillari għalihom,
sew jekk iffurmati u reġistrati qabel, fil-jum jew wara
l-jum stabbilit, għandhom ikunu regolati mill-
Ordinanza u għandhom jibqgħu hekk regolati sa dik
id-data li l-Ministru b’ordni fil-Gazzetta jista’
jistabbilixxi, mil-liema data, id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jibdew jgħoddu għalihom. F’dan il-
paragrafu, "bastimenti" għandha t-tifsira mgħotija lilha
bl-Att dwar il-Bastimenti Merkantili:
Iżda l-Ministru jista’ f’dawk ir-regolamenti
jawtorizza lir-Reġistratur-Ġenerali li jeżenta kull
bastiment jew klassi ta’ bastimenti minn kull ħtieġa
jew xi waħda mill-ħtiġiet ta’ dawk ir-regolamenti.
Iżda wkoll, fl-ordni tiegħu, il-Ministru jista’
jeżenta kumpanniji bħal dawn minn waħda jew iżjed
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att b’dawk il-
kwalifikazzjonijiet jew taħt dawk il-kondizzjonijiet li
jistgħu jkunu speċifikati fl-ordni;
(ċ) l-att tas-soċjetà  ta’ soċjetà  f’isem kollettiv, jew ta’
soċjetà  in akkomandita, iffurmata u reġistrata taħt l-
Ordinanza, ma jkunx jenħtieġ li jiġi emendat sabiex
jispeċifika l-valur tal-kontribuzzjoni relattiva ta’ kull
soċju skond l-artikolu 14(1)(e):
Iżda meta s-soċji kollha f’soċjetà  f’isem kollettiv,
u meta s-soċji kollha, kemm solidali u akkomandanti,
f’soċjetà  in akkomandita, jiftehmu hekk, jistgħu
jispeċifikaw fl-att tas-soċjetà  l-valur tal-kontribuzzjoni
relattiva tagħhom lis-soċjetà;  u
Kap. 383.
(d) Soċjeta  kummerċjali li fl-1 ta’ Marzu, 1998, tkun attiv
kontrollat kif imfissra fl-Att dwar Kumpanniji
Kontrollati (Proċedura ta’ Stralċ), għandha tkompli
tiġi regolata bl-Ordinanza sa sitt xhur wara li dik is-
soċjetà  kummerċjali tkun waqfet milli tkun attiv
kontrollat skond dak l-Att; u d-disposizzjonjiet ta’ l-
artikolu 428 għandhom ikunu japplikaw għal dik il-
kumpannija kontrollata bħallikieku riferenza li hemm
għat-28 ta’ Frar, 1998, kienet riferenza għall-aħħar
jum tal-perijodu ta’ sitt xhur wara li s-soċjetà
kummerċjali tkun temmet milli tkun attiv kontrollat, u
riferenza għall-1 ta’ Marzu, 1998 kienet riferenza
għall-ewwel jum li jiġi minnufih wara dak il-perijodu,
u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (16) ta’ l-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      243
imsemmi artikolu 428 ikunu biss japplikaw wara l-31
ta’ Diċembru tas-sena li fiha jkun skada dak il-
perijodu ta’ sitt xhur.
(2) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (1), fl-artikoli 428 u 429
jew f’xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att u ta’ l-Att dwar Soċjetajiet
Kummerċjali (Disposizzjonijiet Speċjali), qed jiġu b’dan imħassra:
Iżda, minkejja t-tħassir tagħhom -
(a) kull ħaġa li tkun saret leġittimament bis-saħħa ta’ l-
Ordinanza u ta’ l-Att dwar Soċjetajiet Kummerċjali
(Disposizzjonijiet Speċjali), għandha tibqa’ fis-seħħ,
ħlief sakemm ma tkunx inkonsistenti ma’ xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; u
(b) ir-regolamenti kollha magħmula taħt l-Ordinanza u
taħt l-Att dwar Soċjetajiet Kummerċjali
(Disposizzjonijiet Speċjali), għandhom jibqgħu fis-
seħħ u jkomplu jkollhom effett daqslikieku kienu
magħmula taħt dan l-Att, ħlief sakemm xi regoli ma
jkunux inkonsistenti ma’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u sakemm ma jkunux
imħassra; u
(ċ) kull ħtija għall-penali taħt xi disposizzjoni ta’ l-
Ordinanza tibqa’ sseħħ minkejja t-tħassir ta’ l-
Ordinanza. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 401
għandu wkoll jgħodd għall-penalitajiet iffissati mir-
Reġistratur taħt l-Ordinanza sakemm proċedimenti
għall-ġbir ta’ dawk il-penalitajiet ma jkunux diġà  ġew
istitwiti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
qabel il-jum stabbilit.
  244      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 75)
REGOLAMENTI LI FUQHOM TIMXI KUMPANNIJA TA’ 
RESPONSABBILTÀ  LIMITATA
TAQSIMA I - REGOLAMENTI GĦAT-TMEXXIJA TA’ KUMPANNIJA 
B’RESPONSABBILTÀ  LIMITATA
Il-kapital azzjonarju u bdil ta’ drittijiet
1. Mingħajr ħsara għal xi drittijiet speċjali mogħtija qabel lid-detenturi ta’ xi
azzjonijiet jew klassi ta’ azzjonijiet eżistenti, kull azzjoni fil-kumpannija tista’
toħroġ b’dawk id-drittijiet privileġġati, differiti jew bi drittijiet oħrajn speċjali jew
b’dawk il-limitazzjonijiet, kemm dwar dividend, votazzjoni, radd lura tal-kapital
kemm xort’oħra kif il-kumpannija tiddeċiedi minn żmien għal żmien b’riżoluzzjoni
ordinarja.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 115 ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ l-Att), l-azzjonijiet privileġġati
jistgħu, bl-approvazzjoni ta’ riżoluzzjoni ordinarja, jinħarġu bil-pattijiet li
għandhom, jew li b’għażla tal-kumpannija jistgħu, jiġu mifdija b’dawk il-pattijiet u
b’dak il-mod kif il-kumpannija qabel il-ħruġ ta’ l-azzjonijiet tista’ tiddeċiedi
b’riżoluzzjoni straordinarja.
3. Jekk f’xi żmien il-kapital azzjonarju jkun maqsum fi klassijiet differenti ta’
azzjonijiet, il-bdil ta’ xi azzjonijiet minn klassi għall-oħra jew il-modifika tad-
drittijiet li jkollha xi klassi (sakemm ma jkunx provdut xort’oħra bil-pattijiet ta’ ħruġ
ta’ l-azzjonijiet ta’ dik il-klassi li tkun ser tinbidel jew id-drittijiet li jkollha jkunu
ser jiġu modifikati, skond il-każ) jistgħu, sew jekk il-kumpannija tkun qed tiġi
stralċjata sew jekk le, isiru bil-kunsens bil-miktub tad-detenturi ta’ tliet kwarti ta’ l-
azzjonijiet maħruġin ta’ dik il-klassi, u tad-detenturi ta’ tliet kwarti ta’ l-azzjonijiet
maħruġin ta’ xi klassi oħra li tkun ser tintlaqat minnhom. Din il-bidla jew modifika
tista’ wkoll issir bl-approvazzjoni ta’ riżoluzzjoni straordinarja mgħoddija f’laqgħa
ġenerali separata tad-detenturi ta’ l-azzjonijiet maħruġin ta’ dik il-klassi u ta’
riżoluzzjoni straordinarja mgħoddija f’laqgħa ġenerali separata tad-detenturi ta’ l-
azzjonijiet maħruġin ta’ xi klassi oħra li tkun ser tintlaqat minnhom. Id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti dwar laqgħat ġenerali għandhom jgħoddu
għal kull laqgħa ġenerali separata bħal din.
4. Il-kumpannija tista’ tuża s-setgħa li tħallas kummissjonijiet jew tagħmel
skontijiet jew allowances sakemm tħares il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 113 ta’ dan l-Att.
Din il-kummissjoni tista’ titħallas bi flus jew bl-għoti ta’ azzjonijiet imħallsa għal
kollox jew f’parti jew parti b’mod u parti b’mod ieħor.
5. Kull persuna li isimha jkun imniżżel bħala membru fir-reġistru tal-membri
jkollha dritt li tirċievi mingħajr ħlas ċertifikat wieħed għall-azzjonijiet kollha tagħha
jew diversi ċertifikati kull wieħed għal azzjoni waħda jew iżjed wara ħlas ta’ 20c
għal kull ċertifikat wara l-ewwel wieħed jew dik is-somma l-oħra iċken li d-diretturi
jistgħu minn żmien għal żmien jiddeċiedu. Jekk ċertifikat ta’ azzjoni jkun imħassar,
mitluf jew meqrud, jista’ jsir wieħed ġdid floku bi ħlas ta’ dritt ta’ 20c jew ta’ dik is-
somma anqas u b’dawk il-kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, dwar il-prova u l-
indennizz u l-ħlas ta’ spejjeż li jsiru mill-kumpannija għall-eżami tal-provi kif id-
diretturi jidhrilhom xieraq.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      245
Sejħiet dwar azzjonijiet
6. Id-diretturi jistgħu minn żmien għal żmien jagħmlu sejħiet lill-membri dwar
xi flejjes mhux imħallsa fuq l-azzjonijiet tagħhom (kemm akkont tal-valur nominali
ta’ l-azzjonijiet kemm bħala premium) u mhux bil-kondizzjonijiet ta’ għoti tagħhom
li għandhom jitħallsu fi żminijiet stabbiliti, iżda ebda sejħa ma għandha tkun iżjed
minn kwart tal-valur nominali ta’ l-azzjoni jew titħallas fi żmien anqas minn xahar
mid-data stabbilita għall-ħlas ta’ l-aħħar sejħa ta’ qabel, u kull membru għandu
(kemm-il darba jirċievi mill-anqas avviż ta’ erbatax-il jum li juri ż-żmien jew
żminijiet u l-post ta’ ħlas) iħallas lill-kumpannija, fil-ħin jew ħinijiet u post hekk
imsemmija, l-ammont imsejjaħ dwar l-azzjonijiet tiegħu. Sejħa tista’ tiġi mħassra
jew posposta kif jiddeċiedu d-diretturi.
7. Id-detenturi flimkien ta’ azzjoni jkunu responsabbli in solidum li jħallsu s-
sejħiet kollha dwarha.
8. Jekk somma msejħa dwar azzjoni ma tkunx imħallsa qabel jew fid-data
stabbilita għall-ħlas tagħha, il-persuna li minnha tkun dovuta s-somma għandha
tħallas l-imgħax fuqha mill-ġurnata stabbilita għall-ħlas tagħha saż-żmien tal-ħlas
effettiv b’dik ir-rata ta’ mhux iżjed minn żewġ punti ta’ perċentaġġ fuq ir-rata
minima ta’ skont tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kif id-diretturi jiddeċiedu, iżda d-
diretturi jkunu jistgħu jirrinunzjaw għall-ħlas ta’ dak l-imgħax kemm kollu jew
f’parti.
9. Kull somma li bil-pattijiet ta’ ħruġ ta’ azzjoni għandha titħallas ma’ l-għoti
ta’ l-azzjoni jew f’xi data stabbilita, sew akkont tal-valur nominali ta’ l-azzjoni sew
bħala premium, għandha għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti titqies li tkun sejħa
magħmula kif imiss u li titħallas fid-data li fiha, skond il-pattijiet ta’ ħruġ, l-istess
għandha titħallas u f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, id-disposizzjonijiet kollha relattivi ta’
dawn ir-regolamenti dwar ħlas ta’ imgħax u spejjeż, konfiska jew ħaġa oħra
għandhom jgħoddu bħallikieku dik is-somma kellha titħallas bis-saħħa ta’ sejħa
magħmula u notifikata kif imiss.
10. Id-diretturi jistgħu, fil-ħruġ ta’ azzjonijiet, jagħmlu distinzjoni bejn id-
detenturi dwar l-ammont ta’ sejħiet li għandhom jitħallsu u ż-żminijiet ta’ ħlas.
11. Id-diretturi jistgħu, jekk jidhrilhom xieraq, jirċievu mingħand kull membru
li jkun irid javvanza l-istess, is-somom kollha jew parti minnhom mhux imsejħa u
mhux imħallsa fuq xi azzjonijiet miżmuma minnu, u fuq is-somom kollha jew parti
minnhom hekk avvanzati jistgħu (sakemm l-istess, li kieku ma kienx għal dak l-
avvanz, kien ikollhom jitħallsu) iħallsu imgħax b’dik ir-rata ta’ mhux iżjed minn
żewġ punti ta’ perċentaġġ fuq ir-rata minima ta’ skont tal-Bank Ċentrali ta’ Malta,
kif jista’ jiġi miftiehem bejn id-diretturi u l-membru li jħallas dik is-somma bil-
quddiem.
Trasferiment u trasmissjoni ta’ azzjonijiet
12. L-att ta’ trasferiment ta’ kull azzjoni għandu jkun eżegwit minn jew f’isem
min jittrasferixxi u min jiġi lilu trasferit u min jittrasferixxi għandu jitqies li jibqa
detentur ta’ l-azzjoni sakemm isem ta’ min jiġi lilu trasferit jitniżżel fir-reġistru tal-
membri dwar dik l-azzjoni.
13. Bla ħsara għar-restrizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti li jistgħu jgħoddu,
kull membru jista’ jittrasferixxi l-azzjonijiet tiegħu kollha jew parti minnhom
b’dokument bil-miktub f’xi forma tas-soltu jew ordinarja jew b’kull forma oħra li
japprovaw id-diretturi.
  246      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
14. Id-diretturi jistgħu jirrifjutaw li jirreġistraw it-trasferiment ta’ azzjoni (li ma
tkunx azzjoni mħallsa għal kollox) favur persuna li ma tkunx approvata minnhom.
15. Id-diretturi jistgħu jirrifjutaw ukoll li jirrikonoxxu xi dokument ta’
trasferiment jekk -
(a) id-dokument ta’ trasferiment ma jkollux miegħu ċ-ċertifikat ta’ l-
azzjonijiet li għalihom jirriferixxi, u dik il-prova l-oħra li d-diretturi
jistgħu jitolbu b’mod xieraq biex turi d-dritt ta’ min jittrasferixxi li
jagħmel it-trasferiment; u
(b) id-dokument ta’ trasferiment ma jkunx dwar klassi waħda biss ta’
azzjoni.
16. Ir-reġistrazzjoni ta’ trasferimenti tista’ tiġi sospiża f’dawk iż-żminijiet u
għal dawk il-perijodi li d-diretturi jistgħu jiddeċiedu minn żmien għal żmien, iżda
dejjem illi dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx sospiża għal iżjed minn tletin jum f’kull
sena.
17. Kull persuna li tikseb dritt għal azzjoni minħabba l-mewt ta’ membru tista’
wara li tiġi prodotta dik il-prova dwar hekk li tista’ minn żmien għal żmien tkun
meħtieġa kif imiss mid-diretturi u salv kif maħsub iżjed ’il quddiem, tagħżel jew li
tkun reġistrata hija stess bħala detentur ta’ l-azzjoni jew li jkollha xi persuna
nominata minnha reġistrata bħala l-persuna li lilha ġiet trasferita l-azzjoni, iżda d-
diretturi, f’kull każ, għandu jkollhom l-istess dritt li jirrifjutaw jew li jissospendu r-
reġistrazzjoni bħal ma kien ikollhom fil-każ ta’ trasferiment ta’ l-azzjoni minn dak
il-membru qabel il-mewt tiegħu.
18. Jekk il-persuna li ssir hekk intitolata tagħżel li tkun reġistrata hija stess,
għandha tikkonsenja jew tibgħat lill-kumpannija avviż bil-miktub iffirmat minnha
fejn tgħid li hija tagħżel hekk. Jekk tagħżel li jkollha persuna oħra reġistrata hija
għandha tipprova l-għażla tagħha billi tagħmel favur dik il-persuna trasferiment ta’
l-azzjoni.
19. Il-limitazzjonijiet, restrizzjonijiet, u d-disposizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-
regolamenti dwar id-dritt ta’ trasferiment u r-reġistrazzjoni ta’ trasferimenti ta’
azzjonijiet għandhom igħoddu għal kull avviż jew trasferiment kif intqal qabel
daqslikieku l-mewt tal-membru ma kenitx ġrat u l-avviż jew it-trasferiment kien
trasferiment iffirmat minn dak il-membru.
20. Persuna li jkollha dritt għal azzjoni minħabba l-mewt tad-detentur ikollha
dritt għall-istess dividendi u vantaġġi oħra li għalihom kien ikollha dritt kieku kienet
id-detentur reġistrat ta’ l-azzjoni, ħlief li ma jkollhiex, qabel ma tkun reġistrata
bħala membru dwar l-azzjoni, dritt li teżerċita xi jedd mogħti lil membru dwar
azzjoni relattivament għal laqgħat tal-kumpannija.
21. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 20, id-diretturi jistgħu f’kull
żmien jagħtu avviż li jkun jeħtieġ xi persuna msemmija f’dak ir-regolament li
tagħżel jew li tkun reġistrata hija stess jew li tittrasferixxi l-azzjoni, u jekk l-avviż
ma jkunx imħares fi żmien disgħin ġurnata d-diretturi jistgħu wara dak iż-żmien
iżommu l-ħlas kollu ta’ dividendi, bonuses jew flejjes oħra li jitħallsu dwar l-azzjoni
sakemm il-ħtiġiet ta’ l-avviż ma jkunux ġew imħarsa.
Konfiska jew ċediment ta’ azzjonijiet
22. Jekk membru jonqos li jħallas xi sejħa jew rata ta’ sejħa fil-ġurnata
stabbilita għall-ħlas tagħha, id-diretturi jistgħu, f’kull żmien wara matul dak iż-
żmien sakemm parti minn dik is-sejħa jew rata tibqa’ mhux imħallsa, jeħtieġu ħlas
ta’ tant mis-sejħa jew rata li ma tkunx imħallsa, flimkien ma’ kull imgħax li jista’
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      247
jkun dovut bil-mezz ta’ avviż li għandu jsemmi wkoll jum ieħor (mhux qabel ma
jgħaddu erbatax-il jum mid-data tan-notifika ta’ l-avviż) li fih jew qablu għandu jsir
il-ħlas meħtieġ bl-avviż, u għandu juri li f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, fiż-żmien stabbilit
jew qabel, l-azzjonijiet li dwarhom is-sejħa tkun saret ikunu jistgħu jiġu konfiskati.
23. Jekk il-ħtiġijiet ta’ xi avviż kif intqal qabel ma jkunux imħarsa, kull azzjoni
li dwarha l-avviż ikun ingħata tista’, f’kull żmien wara, qabel ma jkun sar il-ħlas
meħtieġ bl-avviż, tiġi konfiskata b’riżoluzzjoni tad-diretturi f’dak is-sens, jew
xort’oħra ċeduta favur il-kumpannija mill-membru li lilu jkun ingħata l-imsemmi
avviż, jekk id-diretturi tal-kumpannija jaċċettaw dak iċ-ċediment.
24. Azzjoni konfiskata jew ċeduta tista’ tinbiegħ jew xort’oħra tingħata b’dawk
il-pattijiet u b’dak il-mod kif id-diretturi jidhrilhom xieraq, u l-kumpannija tista’
tirċievi l-kumpens, jekk ikun hemm, mogħti għall-azzjoni fuq xi bejgħ jew għoti
tagħha u tista’ tesegwixxi trasferiment ta’ l-azzjoni favur il-persuna li lilha tkun ġiet
mibjugħa jew mogħtija l-azzjoni, li tkun wara dan reġistrata bħala detentur ta’ l-
azzjoni. F’kull żmien qabel il-bejgħ jew għoti l-konfiska jew ċediment jistgħu jiġu
mħassra b’dawk il-pattijiet kif id-diretturi jidhrilhom xieraq.
25. Persuna li l-azzjonijiet tagħha jkunu ġew konfiskati jew li tkun ċediet l-
azzjonijiet tagħha lill-kumpannija ma tibqax membru dwar l-azzjonijiet konfiskati
jew ċeduti, iżda għandha, b’danakollu, tibqa’ responsabbli li tħallas lill-kumpannija
l-flejjes kollha li, fid-data tal-konfiska jew ċediment, kellhom jitħallsu minnha lill-
kumpannija dwar l-azzjonijiet; iżda r-responsabbiltà  tagħha għandha tispiċċa jekk u
meta l-kumpannija tkun irċiviet il-ħlas kollu ta’ dawk il-flejjes kollha dwar l-
azzjonijiet.
Tibdil ta’ azzjonijiet fi stock
26. Il-kumpannija tista’ b’riżoluzzjoni ordinarja tibdel kull azzjoni mħallsa fi
stock, u terġa tibdel kull stock f’azzjonijiet imħallsa ta’ kull xorta.
27. Id-detenturi ta’ stock jistgħu jittrasferixxu l-istock jew xi parti minnu, bl-
istess mod u soġġett għall-istess regolamenti, kif setgħu kienu soġġetti li jiġu
trasferiti l-azzjonijiet li minnhom l-istock ikun inħoloq qabel it-tibdil, jew kemm
jista’ jkun hekk skond ma ċ-ċirkostanzi jippermettu; u d-diretturi jistgħu minn żmien
għal żmien jiffissaw l-anqas ammont ta’ stock trasferibbli iżda b’mod li dak il-
minimu ma għandux ikun iżjed mill-ammont nominali ta’ l-azzjonijiet li minnhom l-
istock ikun inħoloq.
28. Id-detenturi ta’ stock ikollhom, skond l-ammont ta’ stock miżmum minnhom
l-istess drittijiet, privileġġi u vantaġġi dwar dividendi, votazzjoni f’laqgħat tal-
kumpannija u ħwejjeġ oħra bħallikieku kellhom l-azzjonijiet li minnhom l-istock
ikun inħoloq, iżda ebda privileġġi jew vantaġġ bħal dan (ħlief it-teħid ta’ sehem
mid-dividendi u qligħ tal-kumpannija u mill-attiv waqt l-istralċ) ma għandu jingħata
minn xi ammont ta’ stock li, kieku eżistenti f’azzjonijiet, ma kienx jagħti dak il-
privileġġ jew vantaġġ.
29. Dawk ir-regolamenti tal-kumpannija li jkunu jgħoddu għall-azzjonijiet
imħallsa għandhom jgħoddu għal stock, u l-kliem "azzjoni" u "detentur ta’ azzjoni"
li jinsabu fihom għandhom jinkludu "stock" u "detentur ta’ stock".
Laqgħat ġenerali
30. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att il-laqgħat ġenerali annwali
għandhom isiru f’dak iż-żmien u post li d-diretturi jistabbilixxu.
  248      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
31. Id-diretturi jistgħu, kull meta jidhrilhom xieraq, isejħu laqgħa ġenerali
straordinarja, u laqgħat ġenerali straordinarji għandhom jissejħu wkoll fuq dik it-
talba, jew, f’nuqqas, jistgħu jissejħu minn dawk li jkunu hekk talbu, kif provdut bl-
artikolu 129 ta’ l-Att.
32. Jekk f’xi żmien ma ikunx hemm f’Malta diretturi biżżejjed li ikunu jistgħu
jiffurmaw quorum, kull direttur jew kull żewġ membri tal-kumpannija jistgħu jsejħu
laqgħa ġenerali straordinarja bl-istess mod, kemm jista’ jkun, bħal dak li bih laqgħat
jistgħu jissejħu mid-diretturi.
Avviż ta’ laqgħat ġenerali
33. Laqgħa ġenerali tal-kumpannija għandha tissejjaħ b’avviż bil-miktub ta’
mill-anqas erbatax-il jum. L-avviż ma jinkludix il-jum li fih jiġi notifikat jew li
jitqies li jkun notifikat u l-jum li għalih jingħata, u għandu jsemmi l-post, il-ġurnata
u l-ħin tal-laqgħa u, f’każ ta’ xogħol speċjali, ix-xorta ġenerali ta’ dak ix-xogħol, u
għandu jingħata, b’mod iżjed ’il quddiem imsemmi jew b’dak il-mod ieħor, jekk
ikun hemm, kif jista’ jiġi preskritt mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali, lil dawk il-
persuni li jkollhom, skond l-Att u taħt ir-regolamenti tal-kumpannija, dritt li jirċievu
avviżi bħal dawk mill-kumpannija:
Iżda laqgħa tal-kumpannija għandha, għalkemm tiġi msejħa b’avviż aqsar minn
dak imsemmi f’dan ir-regolament, titqies li tkun ġiet imsejħa kif imiss jekk jiġi hekk
miftiehem mill-membri kollha li jkollhom dritt li jattendu u jivvotaw fil-laqgħa.
34. In-nuqqas aċċidentali li jingħata avviż ta’ laqgħa lil, jew jekk ma jiġix
riċevut l-avviż ta’ laqgħa minn, xi persuna li għandha dritt li tirċievi avviż ma
għandux jinvalida l-proċeduri ta’ dik il-laqgħa.
Proċeduri f’laqgħat ġenerali
35. Ix-xogħol kollu li jsir f’laqgħa ġenerali straordinarja għandu jitqies speċjali,
kif ukoll kull ma jsir f’laqgħa ġenerali annwali, ħlief id-dikjarazzjoni ta’ dividend, l-
eżami tal-kontijiet annwali u tar-rapporti tad-diretturi u ta’ l-awdituri, l-elezzjoni ta’
diretturi minflok dawk li jkunu ser jirtiraw u l-ħatra ta’ l-awdituri u l-iffissar tal-
kumpens tagħhom.
36. Ebda xogħol ma għandu jsir f’laqgħa ġenerali jekk ma jkunx hemm preżenti
quorum ta’ membri fil-ħin meta l-laqgħa tibda; salv kif hawn maħsub xort’oħra,
membru jew membri preżenti personalment jew bi prokura, li jkollhom b’kollox
mhux anqas minn għaxra wieħed tal-kapital azzjonarju mħallas tal-kumpannija li
jagħti d-dritt għal attendenza u vot f’laqgħat ġenerali tal-kumpannija fid-data li fiha
tinżamm il-laqgħa, ikun quorum.
37. Jekk fi żmien nofs siegħa mill-ħin stabbilit għal-laqgħa ma jkunx hemm
quorum, il-laqgħa, jekk tkun imsejħa fuq talba ta’ membri, għandha tinħall; f’kull
każ ieħor tibqa’ aġġornata għall-istess ġurnata fil-ġimgħa ta’ wara, fl-istess ħin u
post jew għal kull jum ieħor u f’kull ħin u post ieħor li d-diretturi jiddeċiedu, u jekk
fil-laqgħa aġġornata ma jkunx hemm quorum għeluq nofs siegħa mill-ħin stabbilit
għal-laqgħa l-membru jew membri preżenti jkunu quorum.
38. Iċ-chairman, jekk ikun hemm, tal-bord tad-diretturi għandu jippresjedi
bħala chairman f’kull laqgħa ġenerali tal-kumpannija, jew jekk ma jkunx hemm dak
iċ-chairman, jew jekk ma jkunx preżenti għeluq ħmistax-il minuta wara l-ħin
stabbilit biex tinżamm il-laqgħa jew ma jkunx irid jaġixxi, id-diretturi preżenti
għandhom jagħżlu wieħed minnhom biex ikun chairman tal-laqgħa.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      249
39. Jekk f’xi laqgħa ebda direttur ma jkun irid jaġixxi ta’ chairman jew jekk
ebda direttur ma jkun preżenti għeluq ħmistax-il minuta wara l-ħin stabbilit biex
tinżamm il-laqgħa, il-membri preżenti għandhom jagħżlu wieħed minnhom stess
biex ikun chairman tal-laqgħa.
40. Iċ-chairman jista’, bil-kunsens ta’ kull laqgħa li jkun fiha quorum (u għandu
jekk ikun hekk ordnat mil-laqgħa), jaġġorna l-laqgħa minn żmien għal żmien u minn
post għal ieħor, iżda ebda xogħol ma għandu jiġi diskuss f’xi laqgħa aġġornata ħlief
dak ix-xogħol li ma jkunx sar fil-laqgħa li minnha jkun sar l-aġġornament. Meta
laqgħa tkun aġġornata għal tletin jum jew iżjed, avviż tal-laqgħa aġġornata għandu
jingħata bħal fil-każ ta’ laqgħa oriġinali. Salv kif intqal qabel ma jkunx meħtieġ li
jingħata avviż ta’ aġġornament jew tax-xogħol li ser jiġi diskuss f’laqgħa aġġornata.
41. F’kull laqgħa ġenerali riżoluzzjoni mqiegħda għall-voti tal-laqgħa għandha
tingħata b’wiri ta’ l-idejn jekk ma tiġix mitluba votazzjoni (qabel jew mad-
dikjarazzjoni tar-riżultat tal-wiri ta’ jdejn) - 
(a) miċ-chariman; jew
(b) minn mill-anqas tliet membri preżenti personalment jew bi prokura; jew 
(ċ) minn xi membru jew membri preżenti personalment jew bi prokura u li
jirrappreżentaw mhux anqas minn għaxra wieħed tad-drittijiet kollha
tal-voti tal-membri kollha li jkollhom id-dritt li jivvotaw fil-laqgħa; jew
(d) minn membru jew membri li jkollhom azzjonijiet fil-kumpannija li
jagħtu dritt għal vot fil-laqgħa li jkunu azzjonijiet li fuqhom tkun
tħallset somma totali ta’ mhux anqas minn wieħed minn għaxra tas-
somma kollha mħallsa fuq l-azzjonijiet kollha li jagħtu dak id-dritt.
Jekk ma tintalabx votazzjoni b’dan il-mod dikjarazzjoni miċ-chairman illi
riżoluzzjoni tkun b’wiri ta’ jdejn għaddiet jew għaddiet unanimament, jew
b’maġġoranza partikolari, jew ma għaddietx u reġistrazzjoni f’dak is-sens fil-ktieb
tal-minuti tal-proċeduri tal-kumpannija jkunu prova konklużiva tal-fatt mingħajr il-
prova tan-numru jew il-proporzjon tal-voti reġistrati favur jew kontra dik ir-
riżoluzzjoni:
Iżda meta riżoluzzjoni teħtieġ maġġoranza partikolari fil-valur, ir-riżoluzzjoni
ma għandhiex titqies li tkun għaddiet b’wiri ta’ jdejn bil-maġġoranza meħtieġa jekk
ma jkunx hemm preżenti f’dik il-laqgħa, sew personalment jew bi prokura, numru
ta’ membri li jkollhom flimkien il-maġġoranza meħtieġa kif intqal qabel.
It-talba biex issir votazzjoni tista’ tiġi rtirata
42. Ħlief kif hemm maħsub fir-regolament 44, jekk tintalab votazzjoni kif imiss
din għandha ssir b’dak il-mod kif jordna ċ-chairman u r-riżultat tal-votazzjoni
għandu jitqies li jkun ir-riżoluzzjoni tal-laqgħa li fiha l-votazzjoni tkun ġiet mitluba.
43. F’każ li l-voti jkunu ndaqs, sew b’wiri ta’ jdejn sew b’votazzjoni, iċ-
chairman tal-laqgħa li fiha jsir il-wiri ta’ jdejn jew li fiha tintalab il-votazzjoni,
ikollu dritt għal vot ieħor jew vot deċiżiv.
44. Votazzjoni mitluba dwar elezzjoni ta’ chairman jew dwar kwistjoni ta’
aġġornament għandha ssir minnufih. Votazzjoni mitluba dwar kull kwistjoni oħra
għandha tittieħed f’dak il-ħin li ċ-chairman tal-laqgħa jordna, u kull xogħol ħlief
dak li għalih tkun intalbet votazzjoni jista’ jitkompla sakemm issir il-votazzjoni.
Voti ta’ membri
45. Bla ħsara ta’ kull drittijiet jew limitazzjonijiet li għal dak iż-żmien ikollha xi
  250      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
klassi jew klassijiet ta’ azzjonijiet, fuq wiri ta’ jdejn kull membru preżenti
personalment jkollu vot wieħed, u f’votazzjoni kull membru jkollu vot wieħed għal
kull azzjoni li jkollu. F’votazzjoni l-voti jistgħu jingħataw sew personalment jew bi
prokuratur.
46. Ebda membru ma jkollu dritt li jivvota f’xi laqgħa ġenerali jekk is-sejħiet
kollha jew somom oħra li f’dak iż-żmien ikunu dovuti minnu dwar azzjonijiet fil-
kumpannija ma jkunux tħallsu.
47. Ma tista’ ssir ebda oġġezzjoni għall-kwalifika ta’ xi votant ħlief fil-laqgħa
jew fil-laqgħa aġġornata li fiha l-vot oġġezzjonat jingħata jew jiġi mressaq, u kull
vot li ma jkunx miċħud f’dik il-laqgħa jkun validu għall-finijiet kollha. Kull
oġġezzjoni bħal din li ssir fil-ħin xieraq għandha tinġieb quddiem iċ-chairman tal-
laqgħa, u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali u konklużiva.
48. Id-dokument li jaħtar prokuratur u l-prokura jew awtorità  oħra, jekk ikun
hemm, li bis-saħħa tagħha tkun iffirmata jew kopja awtentikata minn nutar ta’ dik il-
prokura jew awtorità  għandha tiġi depożitata fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija jew
f’dak il-post l-ieħor f’Malta kif imsemmi għal dak l-iskop fl-avviż li jsejjaħ il-
laqgħa, mhux anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-ħin li fih tkun ser
tinżamm il-laqgħa jew il-laqgħa aġġornata, li fiha l-persuna msemmija fid-dokument
tkun se tivvota, jew, f’każ ta’ votazzjoni, mhux anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa
qabel il-ħin stabbilit għat-teħid tal-votazzjoni, u f’nuqqas id-dokument ta’ prokura
ma għandux jitqies bħala validu.
49. Dokument li jaħtar prokuratur għandu jkun fil-forma li ġejja jew f’forma
kemm jista’ jkun bħalha kemm iċ-ċirkostanzi jippermettu:
................................................... (isem tal-kumpannija)
"Jiena/Aħna ......................................, ta’ ...........................................................
li noqgħod/u ................................................................. bħala membru/i tal-
kumpannija fuq imsemmija, naħtar/naħtru b’din lil ...................................................
ta’ ..................................................................... ..................... , jew f’nuqqas tiegħu
lil .............................................................. ta’ ....................................................
bħala prokuratur tiegħi/tagħna biex jivvota għalija/għalina f’ismi/f’isimna fil-laqgħa
ġenerali tal-kumpannija (annwali jew straordinarja, skond il-każ) li għandha
tinżamm fil-................................................................. 19 , u f’kull
aġġornament tagħha.
Iffirmat illum         ta’             19 
favur* 
Din il-formula għandha tintuża ir-riżoluzzjoni. 
kontra
Kemm-il darba ma jkunx ordnat xort’oħra, il-prokuratur jivvota kif jidhirlu
xieraq". 
*Ħassar kif mixtieq.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      251
Diretturi 
50. Il-kumpens tad-diretturi għandu minn żmien għal żmien ikun stabbilit mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali. Dan il-kumpens għandu jitqies li jinġema’ minn
ġurnata għal oħra. Id-diretturi jistgħu wkoll jitħallsu l-ispejjeż kollha tat-trasport,
tal-lukanda u l-ispejjeż l-oħra li jsiru kif jixraq minnhom biex imorru għal u jerġgħu
lura mil-laqgħat tad-diretturi jew ta’ xi kumitat tad-diretturi jew laqgħat ġenerali tal-
kumpannija jew dwar negozju tal-kumpannija.
51. Il-kwalifika ta’ diretturi dwar tiżmim ta’ azzjonijiet tista’ tiġi stabbilita mill-
kumpannija f’laqgħa ġenerali u jekk u sakemm ma tkunx hekk stabbilita ebda
kwalifika ma tkun meħtieġa.
Setgħat u dmirijiet tad-diretturi
52. Id-diretturi għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bla ħsara ta’ kull
wieħed minn dawn ir-regolamenti, tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att u ta’ dawk ir-
regolamenti, li ma jkunux inkonsistenti mar-regolamenti jew disposizzjo-nijiet
imsemmija qabel, kif jiġu stabbiliti mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali; iżda ebda
regolament magħmul mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali ma għandu jħassar xi
għemil ta’ qabel tad-diretturi li kien ikun validu kieku dak ir-regolament ma kienx
magħmul.
53. Id-diretturi jkollhom setgħa li jaħtru lil xi persuna bħala prokuratur tal-
kumpannija għal dawk il-finijiet u b’dawk is-setgħat, awtoritajiet u diskrezzjoni (li
ma jkunux iżjed minn dawk mogħtija lil jew li jistgħu jiġu eżerċitati mid-diretturi
skond dawn ir-regolamenti) u għal dak iż-żmien u soġġetti għal dawk il-
kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, u dawk il-prokuri jista’ jkollhom dawk id-
disposizzjonijiet għall-protezzjoni u konvenjenza ta’ persuni li jkollhom x’jaqsmu
ma’ dak il-prokuratur kif id-diretturi jidhrilhom xieraq, u jistgħu wkoll jawtorizzaw
lil xi prokuratur bħal dan li jiddelega s-setgħat, l-awtoritajiet u d-diskrezzjonijet
kollha jew parti minn dawk li huwa jkollu.
54. Direttur ma għandux jivvota f’laqgħa tad-diretturi dwar xi kuntratt jew
ftehim li fih ikun interessat, u jekk jagħmel hekk il-vot tiegħu ma għandux jingħadd,
u huwa anqas ma għandu jingħadd mal-quorum preżenti fil-laqgħa, iżda ebda waħda
minn dawn il-projbizzjonijiet ma għandha tgħodd għal - 
(a) xi ftehim biex tingħata lil xi direttur xi sigurtà  jew indennizz dwar flus
mislufa minnu jew obbligi assunti minnu għall-ġid tal-kumpannija; jew
(b) xi ftehim biex tingħata mill-kumpannija xi sigurtà  lil terzi dwar dejn
jew obbligu tal-kumpannija li dwaru d-direttur stess ikun assuma r-
responsabbiltà  totali jew f’parti taħt garanzija jew indennizz jew bid-
depożitu ta’ sigurtà ; jew
(ċ) xi kuntratt minn direttur biex jissottoskrivi jew jieħu azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija; jew
(d) xi kuntratt jew arranġament ma’ xi kumpannija oħra li fiha huwa jkun
interessat biss bħala uffiċjal tal-kumpannija jew bħala detentur ta’
azzjonijiet jew sigurtajiet oħra,
u dawn il-projbizzjonijiet jistgħu f’kull żmien jiġu sospiżi jew illaxkati sa kull
limitu, u sew b’mod ġenerali sew dwar xi kuntratt, ftehim jew transazzjoni
partikolari, mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
55. Id-diretturi għandhom iniżżlu minuti fil-kotba li jkun hemm għal hekk- 
(a) tal-ħatriet kollha ta’ uffiċjali magħmula mid-diretturi;
  252      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(b) ta’ l-ismijiet tad-diretturi preżenti f’kull laqgħa tad-diretturi u ta’ kull
kumitat tad-diretturi; u
(ċ)tar-riżoluzzjonijiet u proċeduri kollha fil-laqgħat kollha tal-kumpannija,
u tad-diretturi, u tal-kumitati ta’ diretturi.
56. Id-diretturi f’isem il-kumpannija jistgħu jħallsu gratifikazzjoni jew pensjoni
jew allowance fl-irtir tiegħu lil kull direttur li kellu xi kariga oħra b’salarju jew
kariga ta’ profitt mal-kumpannija jew lill-armla jew dipendenti tiegħu u jistgħu
jagħmlu kontribuzzjonijiet f’xi fond u jħallsu premiums għax-xiri jew għoti ta’ xi
gratifikazzjoni, pensjoni jew allowance bħal dik.
Rotazzjoni ta’ diretturi
57. Fl-ewwel laqgħa ġenerali annwali tal-kumpannija d-diretturi kollha
għandhom jirtiraw mill-kariga, u fil-laqgħa ġenerali annwali f’kull sena ta’ wara terz
mid-diretturi li f’dak iż-żmien ikunu fil-kariga jew, jekk in-numru tagħhom ma
jkunx tlieta jew multiplu ta’ tlieta, in-numru l-aktar viċin għal terz, għandu jirtira
mill-kariga.
58. Id-diretturi li għandhom jirtiraw f’kull sena jkunu dawk li jkun ilhom l-iżjed
fil-kariga mill-aħħar elezzjoni tagħhom, iżda bejn persuni li jkunu saru diretturi fl-
istess ġurnata (sakemm ma jaqblux xort’oħra bejniethom) min għandu jirtira
minnhom ikun deċiż bil-polza.
59. Direttur li jkun se jirtira jista’ jerġa’ jiġi elett.
60. Il-kumpannija fil-laqgħa li fiha direttur jirtira bil-mod imsemmi qabel tista’
timla l-kariga vakanti billi teleġġi persuna għal dik il-kariga.
61. Ebda persuna ħlief direttur li jirtira fil-laqgħa ma tkun, jekk ma tkunx
rikmandata mid-diretturi, tista’ tiġi eletta għall-kariga ta’ direttur f’xi laqgħa
ġenerali jekk mhux anqas minn tlieta u mhux iżjed minn erbatax-il jum qabel id-data
stabbilita għal-laqgħa ma jkunx tħalla avviż bil-miktub fl-uffiċċju reġistrat tal-
kumpannija, iffirmat minn membru kwalifikat kif imiss biex ikun preżenti u jivvota
fil-laqgħa li għaliha dak l-avviż jingħata, tal-ħsieb tiegħu li jipproponi lil dik il-
persuna għall-elezzjoni, kif ukoll avviż bil-miktub iffirmat minn dik il-persuna tar-
rieda tagħha li tiġi eletta.
Proċeduri tad-diretturi
62. Id-diretturi jistgħu jiltaqgħu flimkien għat-tmexxija tax-xogħol, jaġġornaw
u jirregolaw il-laqgħat tagħhom xort’oħra, kif jidhrilhom xieraq. Il-kwistjonijiet li
jinqalgħu f’xi laqgħa jiġu deċiżi b’maġġoranza tal-voti. F’każ li l-voti jkunu ndaqs,
iċ-chairman ikollu vot ieħor jew vot deċiżiv. Direttur jista’, u s-segretarju tal-
kumpannija fuq talba ta’ direttur għandu, f’kull żmien isejjaħ laqgħa tad-diretturi.
Ma jkunx meħtieġ li jingħata avviż ta’ laqgħa ta’ diretturi lil xi direttur li f’dak iż-
żmien ikun nieqes minn Malta.
63. Il-quorum meħtieġ għat-tmexxija tax-xogħol tad-diretturi jista’ jiġi stabbilit
mid-diretturi, u jekk ma jiġix hekk stabbilit ikun ta’ tnejn.
64. Id-diretturi li jkunu baqgħu fil-kariga jistgħu jaġixxu għalkemm ikun hemm
xi vakanza fil-korp tagħhom, iżda jekk u sakemm in-numru tagħhom ma jinżilx taħt
in-numru stabbilit jew skond ir-regolamenti tal-kumpannija bħala l-quorum ta’
diretturi meħtieġ, id-diretturi jew direttur li jkun baqa’ fil-kariga jista’ jaġixxi biex
iżid in-numru ta’ diretturi għal dak in-numru, jew biex isejjaħ laqgħa ġenerali tal-
kumpannija, iżda għal ebda skop ieħor.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      253
65. Id-diretturi jistgħu jeleġġu chairman tal-laqgħat tagħhom u jistabbilixxu ż-
żmien li matulu għandu jibqa’ fil-kariga; iżda jekk ma jinħatar ebda chairman bħal
dan jew jekk f’xi laqgħa iċ-chairman ma jkunx preżenti egħluq ħames minuti wara l-
ħin stabbilit biex tinżamm l-istess laqgħa, id-diretturi preżenti jistgħu jagħżlu
wieħed minnhom bħala chairman tal-laqgħa.
66. Riżoluzzjoni bil-miktub, iffirmata mid-diretturi kollha li dak iż-żmien
ikollhom dritt jirċievu avviż ta’ laqgħa tad-diretturi, tkun tiswa u tkun effettiva
bħallikieku kienet għaddiet f’laqgħa tad-diretturi msejħa u miżmuma kif jixraq. 
Delega tas-setgħat tad-diretturi
67. Id-diretturi jistgħu minn żmien għal żmien jaħtru managing director jew
direttur jew diretturi li jkollhom xi kariga jew karigi eżekuttivi oħra minn fosthom
fejn jiddelegaw lid-direttur jew lid-diretturi kull setgħat provduti fir-regolament 70.
68. Kull kariga bħal dik tkun għal dak iż-żmien u b’dawk il-pattijiet li d-
diretturi jidhrilhom xierqa, u salv għall-kondizzjonijiet ta’ kull ftehim li jsir f’xi każ
partikolari, id-diretturi jistgħu jirrevokaw dik il-ħatra. Kull direttur hekk maħtur ma
għandux, fil-waqt li jkun qiegħed f’dik il-kariga, ikun soġġett għall-irtir b’rotazzjoni
jew li jingħadd sabiex tiġi stabbilita r-rotazzjoni jew l-irtir tad-diretturi, iżda l-ħatra
tiegħu tintemm awtomatikament jekk għal xi raġuni ma jibqax direttur.
69. Managing director jew direttur li jkollu xi kariga eżekuttiva oħra għandu
jirċievi dik ir-rimunerazzjoni li d-diretturi, soġġetti għall-approvazzjoni tal-
kumpannija f’laqgħa ġenerali, jistgħu jistabbilixxu minn żmien għal żmien.
70. Id-diretturi jistgħu jiddelegaw lil kull managing director, jew lil direttur li
jkollu xi kariga eżekuttiva oħra, kull waħda mis-setgħat li huma jistgħu jeżerċitaw
b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet u b’dawk ir-restrizzjonijiet li jidhrilhom
xierqa, u sew flimkien kemm bl-esklużjoni tas-setgħat tagħhom stess u jistgħu minn
żmien għal żmien iħassru, jirtiraw jew ivarjaw dawk is-setgħat kollha jew xi waħda
minnhom.
71. Id-diretturi jistgħu wkoll jaħtru kumitat li jikkonsisti minn persuna waħda
jew iżjed magħżula minn fosthom fejn jeddelegawlu kull waħda mis-setgħat
tagħhom. Dik id-delega tista’ tingħata soġġetta għal kull kondizzjoni jew ħtieġa li d-
diretturi jistgħu jimponu, u sew flimkien kemm bl-esklużjoni tas-setgħat tagħhom
stess u jistgħu minn żmien għal żmien iħassru, jirtiraw, ibiddlu jew ivarjaw dawk is-
setgħat kollha jew xi waħda minnhom. Kumitat bħal dan għandu, soġġett għal kull
kondizzjoni jew ħtieġa msemmija, jirregola l-proċedimenti tiegħu nnifsu, safejn
jista’ jkun bl-istess mod daqslikieku l-laqgħat tiegħu kienu laqgħat tad-diretturi.
Segretarju tal-Kumpannija
72. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att li jirregolaw il-ħatra u l-
funzjonijiet tas-segretarju tal-kumpannija, il-ħatra jew il-bdil ta’ segretarju tal-
kumpannija u l-kondizzjonijiet biex tinżamm dik il-kariga jkunu stabbiliti mid-
diretturi. Is-segretarju tal-kumpannija jkun responsabbli jżomm:
-  il-ktieb tal-minuti tal-laqgħat ġenerali tal-kumpannija; 
- il-ktieb tal-minuti tal-laqgħat tad-diretturi;
-  ir-reġistru tal-membri;
-  ir-reġistru ta’ l-obbligazzjonijiet; u
- dawk ir-reġistri u records oħra, li s-segretarju tal-kumpannija jista’ jkun
meħtieġ li jżomm mill-bord tad-diretturi.
  254      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Is-segretarju tal-kumpannija għandu:
-  jiżgura li jingħataw avviżi xierqa tal-laqgħat kollha;
- jiżgura li l-prospetti kollha u dokumenti oħra tal-kumpannija jkunu
magħmula u jkunu konsenjati skond il-ħtiġiet ta’ l-Att.
Dividendi u riżerva
73. Il-kumpannija f’laqgħa ġenerali tista’ tiddikjara dividendi, iżda ebda
dividend ma għandu jkun iżjed mill-ammont rakkomandat mid-diretturi.
74. Id-diretturi jistgħu minn żmien għal żmien iħallsu lill-membri dawk id-
dividendi provviżorji li jidher lid-diretturi li jkunu ġustifikati bil-qligħ tal-
kumpannija. 
75. Id-diretturi jistgħu, qabel ma jirrakomandaw xi dividend, iwarrbu mill-qligħ
tal-kumpannija dawk is-somom li jidhrilhom xierqa bħala riżerva jew riżervi li
għandhom, fid-diskrezzjoni tad-diretturi, jiġu applikati għal xi skop li għalih il-qligħ
tal-kumpannija jista’ jiġi applikat sewwa, u sakemm issir dik l-applikazzjoni jistgħu,
bl-istess diskrezzjoni, jew jiġu impjegati fin-negozju tal-kumpannija jew ikunu
investiti f’dawk l-investimenti, li ma jkunux azzjonijiet tal-kumpannija, kif id-
diretturi minn żmien għal żmien jidhrilhom xieraq. Id-diretturi jistgħu wkoll
mingħajr ma jqiegħdu fl-istess riżerva jfaddlu xi qligħ li jidhrilhom aħjar li ma
jqassmux.
76. Bla ħsara għad-drittijiet ta’ persuni, jekk ikun hemm, intitolati għal
azzjonijiet bi drittijiet speċjali dwar dividendi, id-dividendi kollha għandhom jiġu
dikjarati u mħallsa skond l-ammonti mħallsa jew kreditati bħala mħallsa dwar l-
azzjonijiet li għalihom dividend jitħallas, iżda ebda ammont imħallas jew kreditat
bħala imħallas fuq azzjoni bil-quddiem ta’ sejħiet ma jiġi konsidrat għall-fini ta’ dan
ir-regolament bħala mħallas fuq l-azzjoni. Id-dividendi kollha jiġu maqsuma u
mħallsa proporzjonatament għall-ammonti mħallsa jew kreditati bħala mħallsa fuq l-
azzjonijiet waqt kull sehem jew ishma taż-żmien li dwaru d-dividend jitħallas; iżda
jekk xi azzjoni toħroġ fuq pattijiet li jipprovdu illi jkollha dritt għal xi dividend minn
xi data partikolari dik l-azzjoni għandu jkollha hekk dritt għal dividend.
77. Id-diretturi jistgħu jnaqqsu minn kull dividend li għandu jitħallas lil xi
membru s-somom ta’ flus kollha, jekk ikun hemm, li għandhom dak iż-żmien
jitħallsu minnu lill-kumpannija akkont tas-sejħiet jew xort’oħra dwar l-azzjonijiet
tal-kumpannija.
78.  Ebda dividend ma jgħaddi bl-imgħax kontra l-kumpannija.
Kontijiet 
79. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 180 ta’ l-Att, id-diretturi
għandhom minn żmien għal żeħor jiddeċiedu jekk u sa liema limitu u f’liema ħinijiet
u postijiet u taħt liema kondizzjonijiet jew regolamenti l-kontijiet annwali u r-
records tal-kontijiet tal-kumpannija jew xi wieħed minnhom ikun miftuħ għall-
ispezzjon ta’ membri li ma jkunux diretturi, u ebda membru, li ma jkunx direttur, ma
jkollu xi dritt li jispezzjona xi kont jew ktieb jew dokument tal-kumpannija ħlief kif
mogħti b’liġi jew awtorizzat mid-diretturi jew mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali.
Kapitalizzazzjoni ta’ qligħ
80. Il-kumpannija f’laqgħa ġenerali tista’ fuq rakkomandazzjoni tad-diretturi
tgħaddi riżoluzzjoni illi jkun mixtieq li tikkapitalizza xi parti mill-ammont li għal
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      255
dak iż-żmien ikun imniżżel bħala kreditu ta’ xi kont tar-riżerva tal-kumpannija jew
bħala kreditu tal-kont tal-qligħ u telf jew xort’oħra disponibbli għat-tqassim, u li
għalhekk dik is-somma tiġi liberata għat-tqassim bejn il-membri li kien ikollhom
dritt għaliha kieku tiġi mqassma permezz ta’ dividendi u fl-istess proporzjonijiet bil-
kondizzjoni illi l-istess ma tiġix imħallsa bi flus iżda jew tiġi applikata fil-ħlas jew
favur il-ħlas ta’ xi ammonti li għal dak iż-żmien ikunu mhux imħallsa fuq xi
azzjonijiet li jkollhom dawk il-membri rispettivament jew li jħallsu għal kollox
azzjonijiet jew obbligazzjonijiet mhux maħruġa tal-kumpannija li għandhom
jingħataw lil u jitqassmu kreditati bħala mħallsa għal kollox bejn dawk il-membri
fil-proporzjon imsemmi qabel, jew parti mod u parti ieħor, u d-diretturi għandhom
jagħtu seħħ lil dik ir-riżoluzzjoni:
Iżda kont ta’ share premium u fond tar-riżerva tal-fidwa ta’ kapitali jista’, għall-
finijiet ta’ dan ir-regolament, jiġi applikat biss fil-ħlas ta’ azzjonijiet mhux maħruġa
li għandhom jinħarġu lill-membri tal-kumpannija bħala shares bil-bonus imħallsa
għal kollox:
Iżda wkoll id-diretturi jistgħu meta jagħtu seħħ lil dik ir-riżoluzzjoni jipprovdu
hekk bi ħlas ta’ flus jew xort’oħra kif jidhrilhom xieraq għal każ ta’ azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet li jkunu ser jiġu mqassma fi frazzjonijiet.
Avviż 
81. Avviż jista’ jingħata mill-kumpannija lil kull membru tant personalment
kemm billi jintbagħat lilu bil-posta jew fl-indirizz tiegħu reġistrat, jew, jekk ma
jkollux indirizz reġistrat f’Malta, fl-indirizz, jekk ikollu, f’Malta mogħti minnu lill-
kumpannija għall-għoti ta’ avviż lilu. Meta avviż jintbagħat bil-posta, għandha
titqies li tkun saret notifika ta’ l-avviż billi ittra li jkun fiha l-avviż tiġi indirizzata
sewwa, il-pustaġġ ikun imħallas qabel u mpustata, u li tkun saret fil-każ ta’ avviż ta’
laqgħa meta jgħaddu tmienja u erbgħin siegħa minn mindu l-ittra li jkollha dak l-
avviż tkun ġiet impustata, u f’kull każ ieħor fil-ħin li l-ittra tiġi konsenjata fil-kors
ordinarju tal-posta.
82. Avviż ta’ kull 1aqgħa ġenerali għandu jingħata bil-mod hawn qabel
awtorizzat lil - 
(a) kull membru reġistrat ħlief dawk il-membri li (billi ma jkollhomx
indirizz reġistrat f’Malta) ma jkunux taw lill-kumpannija indirizz
f’Malta għall-għoti lilhom ta’ avviżi; u
(b) l-awditur tal-kumpannija għal dak iż-żmien.
Ebda persuna oħra ma jkollha dritt li tirċievi avviżi ta’ laqgħa ġenerali.
Indennizz
83. Kull managing director,  direttur li jkollu xi kariga eżekuttiva oħra jew xi
direttur ieħor, u kull aġent, awditur jew segretarju ta’ kumpannija u b’mod ġenerali
kull uffiċjal ieħor għal dak iż-żmien tal-kumpannija jkun indennizzat mill-attiv tal-
kumpannija kontra kull responsabbiltà  meħuda minnu fid-difiża ta’ xi proċeduri li
fihom tingħata deċiżjoni favur tiegħu jew li fihom ikun ġie liberat.
  256      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
TAQSIMA II - REGOLAMENTI GĦAT-TMEXXIJA TA’ 
KUMPANNIJA PRIVATA 
1. Ir-regolamenti li hemm fit-Taqsima I ta’ din l-Iskeda (ħlief ir-regolament
14) għandhom japplikaw.
2. Il-kumpannija hija kumpannija privata u għalhekk -
(a) id-dritt ta’ trasferiment ta’ azzjonijiet huwa limitat bil-mod iżjed ’il
quddiem stabbilit;
(b) in-numru ta’ membri tal-kumpannija huwa limitat għal ħamsin;
(ċ) kull invit lill-pubbliku biex jissottoskrivi għal xi azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija huwa projbit;
(d) il-kumpannija ma jkollhiex setgħa li taħroġ share warrants f’isem il-
portatur.
3. Id-diretturi jistgħu, fid-diskrezzjoni assoluta tagħhom u mingħajr ma jagħtu
ebda raġuni dwar hekk, jiċħdu li jirreġistraw xi trasferiment ta’ xi azzjoni, sew jekk
tkun imħallsa għal kollox sew jekk le.
4. Id-diretturi jistgħu f’kull żmien jeħtieġu lil kull persuna li isimha jkun
imniżżel fir-reġistru tal-membri tal-kumpannija biex tagħtihom kull tagħrif,
konfermat, jekk id-diretturi hekk jeħtieġu, b’affidavit, li jistgħu jqisu meħtieġ sabiex
jiddeċiedu sew jekk il-kumpannija tissoddisfax il-kondizzjonijiet ta’ kwalifika bħala
kumpannija eżentata kif imsemmi fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 211 ta’ l-Att.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      257
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 90)
ĦWEJJEĠ LI GĦANDHOM IKUNU SPEĊIFIKATI FI PROSPETT U 
RAPPORTI LI GĦANDHOM JITNIŻŻLU FIH
(Kapitolu III tat-Titolu I tat-Taqsima V u Kapitolu II 
tat-Taqsima XI ta’ dan l-Att) 
TAQSIMA I -ĦWEJJEĠ LI GĦANDHOM IKUNU SPEĊIFIKATI
Riferenzi ġenerali
1. (a) Riferenzi f’din l-Iskeda għall-kumpannija li tagħmel il-ħruġ huma
riferenzi għall-kumpannija msemmija fl-artikolu 89 jew fl-artikolu 391
ta’ dan l-Att skond il-każ.
(b) Riferenzi għal sigurtajiet ta’ dejn għandhom jinkludu riferenzi għal
obbligazzjonijiet u sigurtajiet oħra simili fis-sustanza għal
obbligazzjonijiet.
2. Meta l-prospett jirreferi għal sigurtajiet ta’ dejn garantiti minn persuna jew
persuni legali, it-tagħrif meħtieġ b’din l-Iskeda għandu jkun prodott sew dwar il-
kumpannija li tagħmel il-ħruġ u sew dwar il-garanti wieħed jew iżjed. Meta l-
prospett jirreferi għal sigurtajiet ta’ dejn konvertibbli jew sigurtajiet ta’ dejn bil-
warrant jew għall-warrants innifishom, it-tagħrif għandu wkoll jingħata dwar ix-
xorta ta’ l-azzjonijiet jew sigurtajiet ta’ dejn li lilhom jagħtu d-dritt u l-
kondizzjonijiet u l-proċeduri ta’ bdil, kambju jew sottoskrizzjoni. Meta l-
kumpannija li toħroġ is-sigurtajiet jew il-warrants ma tkunx il-kumpannija li
tagħmel il-ħruġ tas-sigurtajiet li fihom dawn ikunu se jinbidlu, it-tagħrif meħtieġ
b’din l-Iskeda għandu jkun prodott sew dwar il-kumpannija li toħroġ is-sigurtajiet
jew warrants konvertibbli u sew dwar il-kumpannija li toħroġ is-sigurtajiet li fihom
jistgħu jinbidlu.
Prinċipji ġenerali
3. Il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif li, skond ix-xorta partikolari tal-
kumpannija li tagħmel il-ħruġ u tas-sigurtajiet trasferibbli offerti għall-pubbliku,
ikun meħtieġ sabiex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu stima nformata ta’ l-attiv u l-
passiv, tal-qagħda finanzjarja, tal-qligħ u telf u tal-prospetti tal-kumpannija li
tagħmel il-ħruġ u tad-drittijiet li jkunu marbuta mas-sigurtajiet trasferibbli.
4. Meta ċertu tagħrif speċifikat f’din l-Iskeda jinsab li ma jkunx xieraq dwar l-
ambjent ta’ l-attività  jew il-forma legali tal-kumpanniji li tagħmel il-ħruġ jew dwar
is-sigurtajiet trasferibbli li jkunu qed jiġu offerti, għandu jingħata tagħrif
ekwivalenti. Meta ċertu tagħrif speċifikat f’din l-Iskeda jinsab li ma jkunx
applikabbli għall-ħruġ partikolari jew għall-forma legali jew natura kummerċjali tal-
ħruġ, it-tagħrif meħtieġ jista ma jingħatax sakemm il-prospett jirreferi b’mod
speċifiku għal dak il-ħruġ partikolari, u jgħid illi t-tagħrif mhux qed jingħata u
jispjega b’mod xieraq ir-raġunijiet għal dan.
5. Meta kumpannija li tagħmel il-ħruġ tkun ilha teżisti għal anqas minn xi
żmien li dwaru għandu jingħata tagħrif skond din l-Iskeda, it-tagħrif jista’ jingħata
biss għaż-żmien li l-kumpannija tkun ilha teżisti.
  258      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Ħwejjeġ li għandhom ikunu speċifikati
6. Il-paragrafi minn 7 sa 25 ta’ din it-Taqsima juru l-ħwejjeġ speċifiċi li
għandhom ikunu speċifikati fi prospett.
Il-persuni responsabbli għall-prospett
7. L-ismijiet, il-funzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet mill-persuni responsabbli
għall-prospett li skond l-aħjar tagħrif tagħhom l-informazzjoni li tkun fil-prospett
tkun skond il-fatti u l-prospett ma jkollu xejn inqas li x’aktarx jolqot is-sustanza
tiegħu.
L-offerta għall-pubbliku
8. Id-dettalji li ġejjin ta’ l-offerta, sakemm huma applikabbli għax-xorta ta’
strument offrut:
-  ix-xorta tas-sigurtajiet li jkunu qed jiġu offruti; 
-  l-ammont u l-iskop tal-ħruġ;
- in-numru tas-sigurtajiet maħruġa u d-drittijiet marbuta magħhom; 
- it-taxxa fuq l-income miżmuma minn ras il-għajn;
- iż-żmien li matulu se tkun miftuħa l-offerta; 
- il-ħin tal-ftuħ tal-listi ta’ sottoskrizzjoni;
- id-data meta jinħoloq id-dritt għal dividendi jew imgħax; 
- il-persuna li tissottoskrivi jew tiggarantixxi l-offerta;
- kull restrizzjonijiet fuq it-trasferiment liberu tas-sigurtajiet li jkunu qed
jiġu offerti u s-swieq li fuqhom jistgħu jkunu negozjati;
- l-istabbilimenti li jagħmluha ta’ aġenti tal-ħlas;
- metodi ta’ ħlas;
- il-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ xi jedd ta’ preimpożizjoni; 
- il-metodi u l-limiti ta’ żmien għall-konsenja tas-sigurtajiet; u
- is-sistema u d-dati għall-għeluq tar-reġistru tal-membri jew ta’ l-
obbligazzjonijiet, skond il-liġi.
9. L-ammont jew valur perċentwali li għandu jitħallas ma’ l-applikazzjoni u
għoti ta’ kull azzjoni, u, fil-każ tat-tieni offerta jew offerta oħra wara l-ammont
offert għas-sottoskrizzjoni fuq kull għoti li jkun sar matul is-sentejn ta’ qabel, l-
ammont fil-fatt mogħti, u l-ammont, jekk ikun hemm, imħallas fuq l-azzjonijiet hekk
mogħtija.
10. In-numru, id-deskrizzjoni u l-ammont ta’ kull azzjonijiet fi, jew
obbligazzjonijiet tal-kumpannija li kull persuna għandha, jew għandha d-dritt li
jkollha, għażla li tissottoskrivi għalihom, flimkien mal-partikolaritajiet ta’ l-għażla,
jiġifieri:
- iż-żmien li fih tista’ tiġi eżerċitata;
- l-ammont jew valur perċentwali li għandu jitħallas għall-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet sottoskritti taħtha;
- il-konsiderazzjoni, jekk il-każ, mogħtija jew li jkollha tingħata għaliha jew
għad-dritt għaliha; u
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      259
- l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li lilhom tkun ingħatat jew id-dritt għaliha
jkun ingħata jew, jekk tingħata lil azzjonisti jew detenturi ta’
obbligazzjonijiet eżistenti bħala tali, l-azzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet
rilevanti. 
Dettalji tal-kumpannija li tagħmel il-ħruġ
11. Id-dettalji li ġejjin tal-kumpannija li tagħmel il-ħruġ: 
- Isem;
- Uffiċċju reġistrat u numru tar-reġistrazzjoni;
- Data tar-reġistrazzjoni jew ta’ l-inkorporazzjoni; 
- Il-forma legali tal-kumpannija;
- L-għanijiet tal-kumpannija;
- Il-kapital azzjonarju tal-kumpannija:
-  ammont tal-kapital azzjonarju maħruġ;
- in-numru u l-partikolaritajiet ewlenin tas-sigurtajiet li minnhom
ikun magħmul il-kapital azzjonarju u kull parti tal-kapital
azzjonarju li għad irid jitħallas;
- l-ammont ta’ kull sigurtajiet ta’ dejn konvertibbli, sigurtajiet ta’
dejn li jistgħu jinbidlu jew sigurtajiet ta’ dejn bil-warrants u l-
proċeduri għal konverżjoni, bdil jew sottoskrizzjoni;
- in-numru ta’ azzjonijiet fondaturi jew ta’ tmexxija jew differiti,
jekk ikun hemm, u x-xorta u l-limitu ta’ l-interess tad-detenturi
fil-proprjetà  u profitti tal-kumpannija; u
- l-ammont tal-kapital azzjonarju awtorizzat u ż-żmien ta’ l-
awtorizzazzjoni tad-diretturi li jagħtu dak il-kapital;
- Meta xieraq, il-grupp ta’ mpriżi li l-kumpannija li tagħmel il-ħruġ tagħmel
parti minnhom;
- Safejn ikunu magħrufa, indikazzjoni ta’ l-azzjonisti li direttament jew
indirettament jeżerċitaw jew jistgħu jeżerċitaw sehem deċiżiv fit-tmexxija
tal-kumpannija.
12. In-numru u l-ammont ta’ azzjonijiet u obbligazzjonijiet li jkunu ħarġu matul
is-sentejn ta’ qabel, jew li kienu miftiehma li jinħarġu, bħala mħallsin għal kollox
jew f’parti xort’oħra milli bi flus, u fl-aħħar każ il-limitu li jkunu hekk imħallsa, u
f’kull każ il-konsiderazzjoni li għalihom dawk l-azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
ikunu nħarġu jew kienu proposti jew maħsuba li jinħarġu.
13. Jekk il-kapital azzjonarju tal-kumpannija jkun maqsum fi klassijiet ta’
azzjonijiet, il-jedd tal-vot f’laqgħat tal-kumpannija mogħtija minn, u d-drittijiet
dwar kapital azzjonarju u dividendi marbut ma’, id-diversi klassijiet ta’ l-azzjonijiet
rispettivament.
L-attivitajiet prinċipali tal-kumpannija li tagħmel il-ħruġ
14. Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet prinċipali tal-kumpannija:
- meta xieraq, kull fatturi eċċezzjonali li jkunu nfluwenzaw l-attivitajiet tal-
kumpannija;
- kull dipendenza fuq patents, liċenzi jew kuntratti jekk dawn ikunu ta’
importanza fundamentali;
  260      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
- tagħrif dwar investimenti li jkunu qed isiru meta dawn ikunu sinifikanti; 
- kull proċedimenti legali li jkollhom effett importanti fuq il-qagħda
finanzjarja tal-kumpannija li tagħmel il-ħruġ.
It-tmexxija tal-kumpannija li tagħmel il-ħruġ
15. L-ismijiet, l-indirizzi, il-funzjonijiet u r-rimunerazzjoni ta’ diretturi.
16. In-numru ta’ azzjonijiet, jekk ikun hemm, stabbilit bl-istatut bħala kwalifika
ta’ direttur, u kull provvediment fl-istatut dwar ir-rimunerazzjoni tad-diretturi. 
L-għan ta’ l-offerta u spejjeż li jkunu diġà  saru
17. Partikolaritajiet dwar:
- l-ammont li, fil-fehma tad-diretturi, għandu jinġabar bil-ħruġ ta’ l-
azzjonijiet sabiex jipprovdi s-somom, jew, jekk xi parti minnha tkun se
titħallas b’xi mod ieħor, il-bilanċ tas-somom, meħtieġ li jkun provdut dwar
kull waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin:
-  il-prezz tax-xiri ta’ xi proprjetà  mixtrija jew li tkun se tinxtara li
jkun se jitħallas għal kollox jew f’parti mir-rikavat tal-ħruġ;
-  kull spejjeż preliminari li għandhom jitħallsu mill-kumpannija u
kull kummissjoni li għandha hekk titħallas lil xi persuna
b’kumpens għall-ftehim tagħha li tissottoskrivi għal, jew li tikseb
jew li tiftiehem li tikseb sottoskrizzjonijiet għal, xi azzjonijiet fil-
kumpannija;
-  il-ħlas lura ta’ kull flejjes li l-kumpannija tkun issellfet dwar xi
waħda mill-ħwejjeġ fuq imsemmija;
- kapital attiv; u
-  l-ammonti li għandhom ikunu provduti dwar il-ħwejjeġ hawn fuq
imsemmija barra mir-rikavat tal-ħruġ u l-għejjun li minnhom
ikunu se jiġu provvduti dawk l-ammonti.
18. Dwar kull proprjetà  mixtrija jew akkwistata mill-kumpannija jew li tkun
proposta li hekk tinxtara jew tkun akkwistata, li tkun se titħallas għal kollox jew
f’parti mir-rikavat tal-ħruġ offert għas-sottoskrizzjoni mill-prospett, il-
partikolaritajiet li ġejjin:
- l-ismijiet u l-indirizzi tal-bejjiegħa;
- l-ammont imħallas jew li għandu jitħallas bi flus, azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet tal-bejjiegħ, li juri l-ammont, jekk ikun hemm, dwar l-
avvjament, u, meta jkun hemm iżjed minn bejjiegħ wieħed, jew il-
kumpannija tkunx xtrat mingħand min ikun xtara, l-ammont li għandu hekk
jitħallas lil kull bejjiegħ;
- partikolaritajiet fil-qosor ta’ kull operazzjoni dwar il-proprjetà  li tkun saret
matul is-sentejn ta’ qabel li fihom xi bejjiegħ tal-proprjetà  lill-kumpannija
jew xi persuna li tkun, jew kienet fiż-żmien ta’ l-operazzjoni, promotur jew
direttur tal-kumpannija kellha xi nteress dirett jew indirett.
Kull persuna għandha għall-finijiet ta’ din l-Iskeda titqies li tkun bejjiegħ li jkun
intrabat b’kuntratt, assolut jew taħt kondizzjoni, għall-bejgħ jew xiri, jew għal xi
għażla ta’ xiri, ta’ xi proprjetà  biex tinkiseb mill-kumpannija, f’kull każ meta -
- il-flus tax-xiri ma jkunux imħallsa kollha fid-data tal-ħruġ tal-prospett; 
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      261
- il-flus tax-xiri għandhom jitħallsu jew ikunu sodisfatti għal kollox jew
f’parti mir-rikavat tal-ħruġ offert għal sottoskrizzjoni mill-prospett;
- il-kuntratt għal validità  jew twettiq tiegħu jiddependi mir-riżultat ta’ dak il-
ħruġ.
F’dan il-paragrfu l-kelma "bejjiegħ" tinkludi min jagħti b’enfitewsi u min jagħti
b’kiri, u l-kelma "bejgħ" tinkludi konċessjoni enfitewtika u kiri u l-frażi "flus tax-
xiri" tinkludi l-kumpens għall-konnessjoni enfitewtika jew għall-kiri, u l-frażi
"xerrej mingħand min ikun xtara" tinkludi subenfitewta u sullokatur.
19. Fil-każ ta’ kumpannija li tkun ilha tmexxi n-negozju, jew ta’ negozju li jkun
ilu jitmexxa għal anqas minn tliet snin, it-tul ta’ żmien li matulu n-negozju tal-
kumpannija jew in-negozju li jkun se jiġi akkwistat, ikun tmexxa.
Benefiċċji għal terzi u nfiq ieħor
20. L-ammont, jekk ikun hemm, imħallas matul is-sentejn ta’ qabel, jew li
għandu jitħallas, bħala kummissjoni, iżda li ma jinkludix kummissjoni tas-
sottofirmatarji, talli tissottoskrivi jew tiftiehem li tissottoskrivi, jew tipprokura jew
tiftiehem li tipprokura sottoskrizzjonijiet, għal xi azzjonijiet jew obbligazzjonijiet
tal-kumpannija, jew ir-rata ta’ xi kummissjoni bħal din.
21. L-ammont jew l-ammont stmat ta’ spejjeż preliminari u l-persuni li
minnhom xi parti minn dawk l-ispejjeż tkun tħallset jew tkun ser titħallas, u l-
ammont jew ammont stmat ta’ spejjeż tal-ħruġ u l-persuni li minnhom xi parti minn
dawk l-ispejjeż tkun tħallset jew tkun ser titħallas.
22. Kull ammont jew benefiċċju mħallas jew mogħti matul is-sentejn ta’ qabel
jew bi ħsieb li jitħallas jew jingħata lil xi promotur, u l-kumpens għall-ħlas jew għoti
tal-benefiċċju.
23. Id-dati, il-partijiet, l-isem tan-nutar riċevitur, jekk ikun hemm, u x-xorta
ġenerali ta’ kull kuntratt materjali, li ma jkunx kuntratt magħmul fil-kors tan-
negozju ordinarju li jitmexxa jew li jkun maħsub li se jitmexxa mill-kumpannija jew
kuntratt li jkun sar iktar minn sentejn qabel id-data tal-ħruġ tal-prospett.
24. Il-partikolaritajiet kollha tax-xorta u l-limitu ta’ l-interessi, jekk ikun hemm,
ta’ kull direttur fit-tmexxija ’l quddiem tal-kumpannija, jew fil-proprjetà  maħsuba li
tinkiseb minnha, jew meta l-interess ta’ dan id-direttur jikkonsisti filli jkun soċju
f’soċjetà  jew komproprjetarju ta’ ditta jew azjenda oħra li ma tkunx kumpannija, ix-
xorta u l-limitu ta’ l-interess tas-soċjetà  tad-ditta jew ta’ l-azjenda, b’dikjarazzjoni
tas-somom kollha mħallsa jew miftiehma li jitħallsu lilu jew lis-soċjetà , lid-ditta jew
azjenda bi flus jew azzjonijiet jew xort’oħra minn xi persuna jew biex tħajru li jsir,
jew biex tikkwalifikah bħala direttur, jew inkella għal servizzi mogħtija minnu jew
mis-soċjetà , mid-ditta jew minn azjenda dwar it-tmexxija ’l quddiem jew twaqqif
tal-kumpannija. 
Tagħrif ieħor sinifikanti
25. Tagħrif ieħor sinifikanti li għandu jiġi provdut jinkludi:
- sal-limitu li dak it-tagħrif ikun jolqot b’mod sinifkanti xi stima li tista’ ssir
tal-kumpannija, żvilupp riċenti fin-negozju tagħha u prospetti;
- ix-xejriet riċenti u l-iktar sinifikanti dwar l-iżvilupp tal-kumpannija mit-
tmiem ta’ l-aħħar żmien tal-kontijiet; u
- tagħrif fuq il-prospetti tal-kumpannija dwar għall-inqas iż-żmien tal-
kontijiet kurrenti.
  262      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
TAQSIMA II - RAPPORTI LI GĦANDHOM ISIRU
26. (1) Il-prospett għandu jagħti rapport mill-awdituri tal-kumpannija dwar- 
(a) il-qligħ u telf tal-kumpannija dwar kull wieħed mit-tliet żminijiet tal-
kontijiet, jew meta l-kumpannija tkun ilha tmexxi n-negozju għal inqas
minn tliet żminijiet tal-kontijiet, dwar kull wieħed minn dawk iż-
żminijiet, minnufih qabel il-ħruġ tal-prospett; u
(b) l-attiv u l-passiv tal-kumpannija fl-aħħar data li fiha l-kontijiet annwali
tal-kumpannija jkunu saru; u
(ċ) ir-rati ta’ dividendi, jekk il-każ, imħallsa mill-kumpannija dwar kull
waħda mill-klassijiet ta’ azzjonijiet dwar kull wieħed mit-tliet żminijiet
tal-kontijiet, jew dak in-numru inqas ta’ żminijiet kif intqal qabel,
minnufih qabel il-ħruġ tal-prospett, fejn jingħataw partikolaritajiet dwar
kull waħda minn dawk il-klassijiet ta’ azzjonijiet li fuqhom ikunu
tħallsu dawk id-dividendi u partikolaritajiet tal-każijiet li fihom ma
jkunux tħallsu dividendi dwar xi klassi ta’ azzjonijiet matul xi wieħed
minn dawk iż-żminijiet,
u, jekk ma jkunux saru kontijiet annwali dwar xi parti mit-tliet żminijiet tal-kontijiet
jew dak in-numru inqas ta’ żminijiet kif intqal qabel, li tagħlaq f’data li tkun tliet
xhur qabel il-ħruġ tal-prospett, għandu jkun hemm dikjarazzjoni ta’ dak il-fatt.
 (2) Jekk il-kumpannija jkollha impriżi sussidjarji, ir-rapporti għandhom - 
(a) jittrattaw separatament mill-qligħ jew telf tal-kumpannija kif provdut
fis-sub-paragrafu (1) (a) ta’ dan il-paragrafu u barra minn hekk
jittrattaw jew -
(i) fl-intier mal-qligħ jew telf kombinat ma’ ta’ l-impriżi sussidjarji
tagħha, safejn jolqtu lill-membri tal-kumpannija, jew
(ii) individwalment mill-qligħ jew telf ta’ kull waħda mill-impriżi
sussidjarji tagħha, safejn jolqtu lill-membri tal-kumpannija,
jew, minflok jittrattaw separatament mill-qligħ jew telf tal-kumpannija,
jittrattaw fl-intier mal-qligħ jew telf tal-kumpannija u, safejn jolqtu lill-
membri tal-kumpannija, mal-qligħ u telf kombinat ta’ l-impriżi
sussidjarji tagħha; u
(b) jittrattaw separatament mill-attiv u passiv tal-kumpannija kif provdut
fis-sub-paragrafu (1) (b) ta’ dan il-paragrafu, u barra minn hekk
jittrattaw jew -
(i) fl-intier ma’ l-attiv jew passiv ta’ l-impriżi sussidjarji tagħha, ma’
jew mingħajr l-attiv u l-passiv tal-kumpannija, jew
(ii) individwalment mill-attiv u passiv ta’ kull waħda mill-impriżi
sussidjarji tagħha,
fejn juru, dwar l-attiv u l-passiv ta’ l-impriżi sussidjarji tagħha, l-
allowance li għandha ssir għal persuni li ma jkunux membri tal-
kumpannija.
27. Jekk ir-rikavat, jew xi parti mir-rikavat tal-ħruġ ta’ l-azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ikun se jiġi applikat direttament jew indirettament għax-xiri ta’ xi
negozju, il-prospett għandu juri rapport magħmul minn accountant dwar  - 
(a) il-qligħ jew telf tan-negozju dwar kull wieħed mit-tliet żminijiet ta’
kontijiet, jew meta n-negozju jkun ilu jitmexxa għal inqas minn tliet
żminijiet tal-kontijiet, dwar wieħed minn dawk iż-żminijiet, minnufih
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      263
qabel il-ħruġ tal-prospett, u
(b) l-attiv u l-passiv tan-negozju fl-aħħar data li fiha l-kontijiet annwali tan-
negozju jkunu saru.
28. (1) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi (2) u (3) ta’ dan il-paragrafu
għandhom japplikaw jekk - 
(a) ir-rikavat, jew xi parti mir-rikavat, tal-ħruġ ikun se jiġi applikat
direttament jew indirettament b’mod li jirriżulta fl-akkwist mill-
kumpannija ta’ azzjonijiet f’xi impriża oħra, u
(b) minħabba dak l-akkwist jew xi ħaġa li tkun se ssir b’konsegwenza
tagħha jew b’konnessjoni magħha, dik l-impriża ssir impriża sussidjarja
tal-kumpannija. 
(2) Għandu jintwera fil-prospett, rapport magħmul minn accountant dwar - 
(a) il-qligħ jew telf ta’ l-impriża l-oħra dwar kull wieħed mit-tliet żminijiet
ta’ kontijiet, jew meta dik l-impriża l-oħra tkun ilha tmexxi n-negozju
għal inqas minn tliet żminijiet ta’ kontijiet, dwar kull wieħed minn
dawk iż-żminijiet, minnufih qabel il-ħruġ tal-prospett,
(b) l-attiv u l-passiv ta’ l-impriża l-oħra fl-aħħar data li fiha l-kontijiet
annwali tagħha jkunu saru.
(3) Ir-rapport għandu - 
(a) juri kif il-qligħ jew telf ta’ l-impriża l-oħra jkunu, dwar l-azzjonijiet li
jkunu se jiġu akkwistati, laqtu lill-membri tal-kumpannija u
x’allowance kellha ssir, dwar l-attiv u l-passiv hekk trattat, għal
detenturi ta’ azzjonijiet oħra, jekk il-kumpannija kienet detentura fiż-
żminijiet kollha materjali ta’ l-azzjonijiet li jkunu se jiġu akkwistati, u
(b) meta l-impriża l-oħra tkun impriża parent, tittratta dak il-qligħ jew telf
u l-attiv u l-passiv ta’ l-impriża u ta’ l-impriżi sussidjarji tagħha bil-
mod provdut fis-sub-paragrafu (2) tal-paragrafu 26 ta’ din it-Taqsima
dwar il-kumpannija u l-impriżi sussidjarji tagħha.
29. L-espressjoni "żmien ta’ kontijiet" f’din it-Taqsima tfisser is-sena li dwarha
l-kontijiet annwali tal-kumpannija, l-impriża jew in-negozju, skond il-każ, ikunu
magħmula; u meta minħabba xi tibdil fid-data li fiha ż-żmien tal-kontijiet tal-
kumpannija, impriża jew negozju jingħalqu l-kontijiet annwali jkunu saru għal
żmien iktar jew inqas minn sena, dak iż-żmien iktar jew inqas huwa meqjus għall-
finijiet ta’ din it-Taqsima bħala żmien tal-kontijiet.
30. Kull rapport meħtieġ b’din it-Taqsima għandu jew juri bil-mezz ta’ nota kull
aġġustamenti dwar il-figuri ta’ xi qligħ jew telf jew attiv u passiv trattati fir-rapport
li fil-fehma tal-persuni li jagħmlu r-rapport ikunu meħtieġa, jew għandu jagħmel
dawk l-aġġustamenti u juri li l-aġġustamenti jkunu saru.
31. (1) Rapport meħtieġ bil-paragrafu 27 jew 28 ta’ din it-Taqsima għandu jsir
minn accountant li:
(a) ikun individwu li jkollu warrant biex jaġixxi bħala accountant maħruġa
taħt l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy,  jew soċjetà  ta’
accountants reġistrati kif imiss taħt l-imsemmi Att; u
(b) ma jkunx skwalifikat skond il-paragrafi (a) u (b) ta’ l-artikolu 153 ta’
dan l-Att.
  264      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(2) L-accountant li jagħmel xi rapport meħtieġ għall-finijiet tal-paragrafu 27
jew 28 ta’ din it-Taqsima għandu jissemma fil-prospett.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      265
IT-TIELET SKEDA 
(Artikolu 167)
FORMA U KONTENUT TA’ KONTIJIET INDIVIDWALI 
TAQSIMA I - REGOLI ĠENERALI U FORMATI
Regoli ġenerali
1. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din l-Iskeda - 
(a) kull karta tal-bilanċ ta’ kumpannija għandha turi l-oġġetti mniżżlin
f’waħda mill-formati tal-karta tal-bilanċ murija minnufih wara l-
paragrafu 13 ta din l-Iskeda; u
(b) kull kont tal-qligħ u telf ta’ kumpannija għandu juri l-oġġetti mniżżlin
f’xi wieħed mill-formati ta’ kont ta’ qligħ u telf murija minnufih wara l-
formati tal-karta tal-bilanċ;
f’kull każ fl-ordni u taħt l-intestaturi u sotto-intestaturi mogħtija fil-format użat.
Għal dan l-għan il-kliem fil-parentesi kontra l-intestaturi, is-sotto-intestaturi u
oġġetti huma spjegattivi u ma hemmx għalfejn ikunu prodotti fil-kontijiet
individwali.
(2) Is-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu m’għandux jiftiehem li jeħtieġ li xi
oġġett, jew li l-intestatura jew is-sotto-intestatura għal xi oġġett, ikunu magħrufa
b’xi ittra jew numru mogħti lilhom fil-format użat.
2. (1) Meta skond il-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda il-karta tal-bilanċ jew il-kont
tal-qligħ u telf ta’ kumpannija għal xi perijodu ta’ kontijiet ikunu tħejjew b’riferenza
għal xi wieħed mill-formati murija hawnhekk, id-diretturi tal-kumpannija għandhom
jużaw l-istess format fit-tħejjija tal-kontijiet għal perijodi ta’ kontijiet sussegwenti
tal-kumpannija kemm-il darba fil-fehma tagħhom ma jkunx hemm raġunijiet speċjali
biex isir tibdil.
(2) Partikolaritajiet ta’ xi tibdil fil-format użat fit-tħejjija tal-karta tal-bilanċ
jew tal-kont tal-qligħ u telf ta’ kumpannija skond il-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda
għandhom jintwerew, u r-raġunijiet għal dak it-tibdil għandhom ikunu spjegati, fin-
noti mal-kontijiet li fihom il-format il-ġdid ikun qed jintuża l-ewwel darba.
3. (1) Kull oġġett li skond il-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda għandu jintwera fil-
karta tal-bilanċ jew fil-kont tal-qligħ u telf ta’ kumpannija jista’ jintwera b’aktar
dettal minn dak meħtieġ bil-format użat.
(2) Il-karta tal-bilanċ jew il-kont tal-qligħ u telf ta’ kumpannija jistgħu jinkludu
oġġett li jirrappreżenta jew li jkopri l-ammont ta’ xi attiv jew passiv, dħul jew infiq
li m’humiex xort’oħra koperti b’xi wieħed mill-oġġetti mniżżlin fil-format użat, iżda
dawn li ġejjin ma jitqisux bħala attiv fil-karta tal-bilanċ ta’ kumpannija - 
(a) l-ispejjeż ta’ kull ħruġ ta’ azzjonijiet jew obligazzjonijiet u l-
kummissjoni fuqhom; u
(b) il-kost ta’ riċerki.
Kull oġġetti addizzjonali kif intqal qabel għandhom jidħlu jew taħt intestatura jew
sotto-intestatura li jkunu jeżistu jew taħt intestatura jew sotto-intestatura ġodda,
skond kif jixraq.
  266      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(3) L-ordni, in-nomenklatura u t-terminoloġija ta’ oġġetti fil-karta tal-bilanċ u
fil-kont tal-qligħ u telf preċedenti b’numri Għarab għandhom ikunu adattati meta x-
xorta speċjali ta’ mpriża hekk teħtieġ.
(4) L-oġġetti li ngħatawlhom numri Għarab f’xi wieħed mill-formati hawn
murija jistgħu jkunu kombinati f’kontijiet individwali ta’ kumpannija f’xi żmien ta’
kontijiet jekk jew  -
(a) l-ammonti individwali tagħhom ma jkunux materjali biex ikunu stmati
l-qagħda ta’ l-affarijiet jew il-profitt jew telf tal-kumpannija għal dak
iż-żmen ta’ kontijiet; jew
(b) il-kombinazzjoni tagħmel l-istima iktar faċli;
iżda meta jkun japplika l-paragrafu (b) ta’ dan is-sub-paragrafu, l-ammonti
individwali ta’ kull oġġetti hekk kombinati għandhom jintwerew fin-noti mal-
kontijiet.
(5) Ħlief fejn hemm oġġett korrispondenti għaż-żmien tal-kontijiet preċedenti,
oġġett tal-karta tal-bilanċ jew tal-kont tal-qligħ u telf li dwaru ma jkunx hemm
ammont m’għandux jintwera. F’dak il-każ, l-intestatura jew is-sotto-intestatura dwar
dak l-oġġett lanqas ma tintwera jekk dak ikun l-uniku oġġett imniżżel taħt dik l-
intestatura jew sotto-intestatura.
4. (1) Dwar kull oġġett muri fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont tal-qligħ u telf jew
fin-noti mal-kontijiet ta’ kumpannija, għandu jkun muri wkoll l-ammont
korrispondenti għaż-żmien tal-kontijiet li jaħbat minnufih qabel dak li għalih il-
kontijiet invidiwali jirreferu.
(2) Meta dak l-ammont korrispondenti ma jkunx jista’ jitqabbel ma’ l-ammont li
għandu jintwera għal dak l-oġġett dwar iż-żmien tal-kontijiet li għalih jirreferu l-
kontijiet individwali, l-ewwel ammont għandu jkun aġġustat u l-partikolaritajiet ta’
l-aġġustament u r-raġunijiet għax ikun sar għandhom jintwerew fin-noti mal-
kontijiet. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru skond il-prinċipji u prattika ta’
accounting aċċettati b’mod ġenerali.
5. Ħlief kif provdut xort’oħra f’din l-Iskeda, jew kif jista’ jkun permess skond
prinċipji u prattika ta’ accounting aċċettati b’mod ġenerali, ma tista’ ssir ebda
tpaċija bejn oġġetti ta’ attiv u passiv, jew bejn oġġetti ta’ dħul u nfiq.
6. (1) Sabiex jiġi stabbilit jekk xi attiv partikolari għandux jintwera bħala attiv
marbut jew attiv kurrenti għandha ssir riferenza għall-iskop li għalih ikun maħsub.
(2) Attiv marbut jinkludi dak l-attiv li jkun maħsub li jinżamm fuq bażi
kontinwa dwar l-attivitajiet ta’ l-impriża.
(3) Meta attiv jew passiv jirreferi għal iktar minn oġġett wieħed fil-lista, ir-
relazzjoni tiegħu ma’ l-oġġett l-ieħor jew ma’ l-oġġetti l-oħra għandha tintwera jew
taħt l-oġġett fejn jidher jew fin-nota mal-kontijiet, jekk dak il-wiri jkun meħtieġ
sabiex jiftiehmu l-kontijiet individwali.
(4) Azzjonijiet tal-kumpannija stess u azzjonijiet f’impriżi ta’ grupp jistgħu
jintwerew biss taħt l-oġġetti preskritti għal dak l-għan.
7. (1) "Proviżjonijiet għal djun jew ħlasijiet" huma maħsuba biex ikopru telf
jew dejn li x-xorta tagħhom tkun definita u li fid-data tal-karta tal-bilanċ ikunu jew
x’aktarx se jiġu, jew ċerti li se jiġu iżda ma jkunux ċerti dwar l-ammont jew id-data
meta jkunu se jinqalgħu.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      267
(2) "Proviżjonijiet għal djun u ħlasijiet" ma jistgħux jintużaw biex ikun aġġustat
valur ta’ attiv.
8. (1) "Impriża Assoċjata" għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha bil-paragrafu
21 tar-Raba’ Skeda ta’ dan l-Att.
(2) "Bejgħ" tinkludi l-ammonti li jinkisbu mill-bejgħ ta’ prodotti u l-
provvediment ta’ servizzi li jaqgħu taħt l-attivitajiet ordinarji tal-kumpannija, wara
li jitnaqqsu skonti u taxxi tal-bejgħ li jkunu direttament marbuta mal-bejgħ.
9. (1) Dħul u ħlasijiet li jinqalgħu xort’oħra milli fil-kors ordinarju ta’ l-
attivitajiet tal-kumpannija għandhom jintwerew taħt "Dħul Straordinarju" u
"Ħlasijiet Straordinarji".
(2) Sakemm id-dħul u l-ħlasijiet imsemmija fis-sub-pargrafu (1) ta’ dan il-
paragrafu ma jkunux immaterjali għall-istima tar-riżultati, spjegazzjonijiet ta’ l-
ammont u tax-xorta tagħhom għandhom jingħataw fin-noti mal-kontijiet. L-istess
għandu japplika għal dħul u ħlasijiet dwar żmien ta’ kontijiet oħra.
10. (1) Kull kont tal-qligħ u telf ta’ kumpannija għandu juri l-ammont tal-qligħ
jew telf tal-kumpannija fuq attivitajiet ordinarji qabel it-taxxa.
(2) Taxxi fuq il-profitt jew telf ta’ attivitajiet ordinarji u taxxi fuq il-qligħ jew
telf straordinarju jistgħu jintwerew b’total bħala oġġett wieħed fil-kont tal-qligħ u
telf qabel "Taxxi Oħra li m’humiex murija taħt l-oġġetti ta’ hawn fuq". F’dak il-każ,
"Qligħ jew Telf fuq Attivitajiet Ordinarji wara t-Taxxa" għandu jitħalla barra mil-
lista tal-kont tal-qligħ u telf preskritta f’din l-Iskeda.
(3) Meta din id-deroga tkun applikata għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet il-
limitu safejn it-taxxi fuq il-qligħ jew telf jolqot il-qligħ jew telf fuq attivitajiet
ordinarji u l-qligħ jew telf straordinarju.
11. Kull kont tal-qligħ u telf ta’ kumpannija għandu juri separatament bħala
oġġetti addizzjonali:
(a) kull ammont li jitwarrab jew li hu propost li jitwarrab għar-riżervi jew li
jkun irtirat jew li hu propost li jkun irtirat, mir-riżervi; u
(b) l-ammonti aggregati:
(i) ta’ kull dividendi mħallsa; u 
(ii) kull dividendi proposti.
12. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda għandhom jinftiehmu b’riferenza
għall-applikazzjoni ta’ prinċipji u prattika ta’ accounting aċċettati b’mod ġenerali
biex jagħtu l-istat sewwa u xieraq skond kif imfisser fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu
167 ta’ dan l-Att.
(2) Ammonti li fil-kontest partikolari ta’ xi disposizzjoni ta’ din l-Iskeda ma
jkunux materjali jistgħu jitħallew barra għall-finijiet ta’ dik id-disposizzjoni.
Formati meħtieġa għal kontijiet
13. Riferenzi f’din l-Iskeda għall-oġġetti mniżżlin f’xi waħda mill-formati
murija hawn taħt huma għal dawk l-oġġetti li jinqraw flimkien ma’ xi wħud min-noti
fil-formati li japplikaw għal dawk l-oġġetti, u l-ħtieġa mposta bil-paragrafu 1 li
jintwerew l-oġġetti mniżżlin f’xi format bħal dak fl-ordni adottat fil-format hi
soġġetta għal kull disposizzjoni f’dawk in-noti għal pożizzjonijiet alternattivi għal xi
oġġetti partikolari. 
  268      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
FORMATI TAL-KARTA TAL-BILANĊ - FORMAT 1
A. Kapital Azzjonarju Maħruġ u Mhux Imħallas (jista’ jintwera f’waħda miż-
żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
B. Spejjeż tal-Formazzjoni (jistgħu jintwerew bħala l-ewwel oġġett taħt "Attiv
mhux Tanġibbli")
Ċ. Attiv Marbut
I. Attiv mhux Tanġibbli 
1.  Kost ta’ żvilupp
2.  Konċessjonijiet, patents, liċenzi, trade marks u drittijiet u attivi
oħra simili (jekk dawn kienu akkwistati b’konsiderazzjoni ta’
valur u ma jintwerewx taħt l-avvjament jew jekk dawn kienu
maħluqa mill-kumpannija nnifisha)
3.  Avvjament (biss sal-limiti li dan kien akkwistat b’konsiderazzjoni
ta’ valur)
4.  Ħlasijiet akkont 
II. Attiv Tanġibbli
1.  Art u bini (magħduda l-jeddijiet kollha fuq immobbli) 
2.  Impjant u makkinarju
3.  Fissi oħra, fittings, għodod u tagħmir
4.  Ħlasijiet akkont u attiv tanġibbli waqt il-kostruzzjoni
III.  Attiv Finanzjarju
1.  Azzjonijiet f’impriżi ta’ grupp 
2.  Self lil impriżi ta’ grupp
3.  Azzjonijiet f’impriżi assoċjati 
4.  Self lil impriżi assoċjati
5.  Investimenti oħra barra self 
6.  Self ieħor
7. Azzjonijiet tal-kumpannija nnifisha (il-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet miżmuma għandhom jintwerew separatament fin-noti
mal-kontijiet)
D. Attiv Kurrenti 
I. Stokkijiet
1.  Materja prima u oġġetti ta’ konsum 
2.  Xogħol li jkun għadu qed jinħadem
3.  Oġġetti maħduma u oġġetti biex jerġgħu jinbiegħu 
4.  Ħlasijiet akkont
II. Debituri (l-ammont li jkun dovut wara iktar minn sena għandu jintwera
separatament għal kull oġġett inkluż taħt id-debituri)
1.  Debituri tal-kummerċ
2.  Ammonti dovuti minn impriżi ta’ grupp 
3.  Ammonti dovuti minn impriżi assoċjati 
4.  Debituri oħra
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      269
5.  Kapital azzjonarju maħruġ u mhux imħallas (jista’ jintwera
f’waħda miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
6.  Ħlasijiet bil-quddiem u dħul accrued (jistgħu jintwerew f’waħda
miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
III. Investimenti
1.  Azzjonijiet f’impriżi ta’ gruppi
2.  Azzjonijiet tal-kumpannija nnifisha (il-valur nominali jew, ta’ l-
azzjonijiet miżmuma għandhom jintwerew separatament fin-noti
mal-kontijiet) 
3.  Investimenti oħra
IV. Flus fil-bank jew fl-idejn
E. Ħlasijiet bil-quddiem u dħul accrued (jistgħu jintwerew f’waħda miż-żewġ
pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
F. Kredituri: Ammonti li jkunu dovuti fi żmien sena
1.  Self ta’ obbligazzjonijiet (l-ammont ta’ xi self konvertibbli
għandu jintwera separatament fin-noti mal-kontijiet)
2.  Self minn banek u overdrafts
3.  Ħlasijiet riċevuti akkont (ħlasijiet riċevuti akkont ta’ ordnijiet
għandhom jitniżżlu hawnhekk safejn dawn ma jintwerewx bħala
tnaqqis mill-istokkijiet)
4.  Kredituri tal-kummerċ 
5.  Kambjalijiet pagabbli
6.  Ammonti dovuti lil impriżi ta’ grupp 
7.  Ammonti dovuti lil impriżi assoċjati
8.  Kredituri oħra magħduda t-taxxa u s-sigurtà  soċjali (l-ammonti
għal kredituri dwar taxxa u sigurtà  soċjali għandhom jintwerew
separatament mill-ammont għal kredituri oħra)
9.  Accruals u dħul differit
G. Attiv/Passiv Nett Kurrenti (sabiex jiġi stabbilit l-ammont għal dan l-oġġett
kull ammonti murija taħt "ħlasijiet bil-quddiem u dħul accrued" għandu jittieħed
kont tagħhom kull fejn jintwerew)
H. Attiv Totali nieqes Passiv Kurrenti
I. Kredituri: Ammonti li jkunu dovuti wara iktar minn sena
1.  Self ta’ obbligazzjonijiet (l-ammonti ta’ kull self konvertibbli
għandhom jintwerew separatament fin-noti mal-kontijiet)
2.  Self mill-banek u overdrafts
3. Ħlasijiet riċevuti akkont (ħlasijiet riċevuti akkont ta’ ordnijiet
għandhom jintwerew hawnhekk safejn dawn ma jintwerewx bħala
tnaqqis mill-istokkijiet)
4.  Kredituri tal-kummerċ 
5.  Kambjalijiet pagabbli
6.  Ammonti dovuti lil impriżi ta’ grupp 
7.  Ammonti dovuti lil impriżi assoċjati
  270      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
8.  Kredituri oħra magħduda t-taxxa u s-sigurtà  soċjali (l-ammonti
għal kredituri dwar taxxa u sigurtà  soċjali għandhom jintwerew
separatament mill-ammont għal kredituri oħra)
9.  Accruals u dħul differit
J. Proviżjonijiet għal Passiv u Ħlasijiet
1. Pensjonijiet u obbligazzjonijiet simili 
2.  Taxxa, inklużi taxxa differita
3.  Proviżjonijiet oħra 
K. Kapital u Riżervi
I. Kapital Azzjonarju Msejjaħ u Maħruġ (b’żieda, l-ammont tal-kapital
azzjonarju maħruġ u l-ammont tal-kapital azzjonarju msejjaħ u maħruġ li jkun
tħallas għandhom jintwerew separatament fin-noti mal-kontijiet)
II. Il-Kont tax-Share Premium 
III. Riżerva ta’ Rivalutazzjoni
IV. Riżervi Oħra
1. Riżerva għall-fidi ta’ kapital
2. Riżerva għal azzjonijiet tal-kumpannija nnifisha
3. Riżervi provdut għalihom bl-istatut ta’ l-assoċjazzjoni 
4. Riżervi oħra
V. Kont tal-Qligħ u Telf
FORMATI TAL-KARTA TAL-BILANĊ - FORMAT 2 
ATTIV
A. Kapital Azzjonarju Msejjaħ u Maħruġ Mhux Imħallas (jista’ jintwera
f’waħda miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
B.  Spejjeż tal-Formazzjoni (jistgħu jintwerew bħala l-ewwel oġġett taħt "Attiv
mhux Tanġibbli")
Ċ. Attiv Marbut
I. Attiv mhux Tanġibbli 
1. Kost ta’ żvilupp
2. Konċessjonijiet, patents, liċenzi, trade marks u drittijiet u attiv
oħra simili (jekk dawn kienu akkwistati b’konsiderazzjoni ta’
valur u ma jintwerewx taħt l-avvjament jew jekk dawn kienu
maħluqa mill-kumpannija nnifisha)
3. Avvjament (biss sal-limitu li dan kien akkwistat
b’konsiderazzjoni ta’ valur)
4. Ħlasijiet akkont 
II. Attiv Tanġibbli
1. Art u bini (magħduda l-jeddijiet kollha fuq immobbli) 
2. Impjant u makkinarju
3. Fissi oħra, fittings, għodod u tagħmir
4. Ħlasijiet akkont u attiv tanġibbli waqt il-kostruzzjoni 
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      271
III. Attiv Finanzjarju
1. Azzjonijiet f’impriżi ta’ grupp 
2. Self lil impriżi ta’ grupp
3. Azzjonijiet f’impriżi assoċjati 
4. Self lil impriżi assoċjati
5. Investimenti oħra barra self 
6. Self ieħor
7. Azzjonijiet tal-kumpannija nnifisha (il-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet miżmuma għandhom jintwerew separatament)
D. Attiv Kurrenti 
I. Stokkijiet
1. Materja prima u oġġetti ta’ konsum 
2. Xogħol li jkun qed jinħadem
3. Oġġetti maħduma u oġġetti biex jerġgħu jinbiegħu 
4. Ħlasijiet akkont
II. Debituri (l-ammont li jkun dovut wara iktar minn sena għandu jintwera
separatament għal kull oġġett taħt id-debituri)
1. Debituri tal-kummerċ
2. Ammonti dovuti minn impriżi ta’ grupp 
3. Ammonti dovuti minn impriżi assoċjati 
4. Debituri oħra
5. Kapital azzjonarju msejjaħ u maħruġ mhux imħallas (jista’
jintwera f’waħda miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
6. Ħlasijiet bil-quddiem u dħul accrued (jistgħu jintwerew f’waħda
miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
III. Investimenti
1. Azzjonijiet f’impriżi ta’ gruppi
2. Azzjonijiet tal-kumpannija nnifisha (il-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet miżmuma, għandhom jintwerew separatament)
3. Investimenti oħra
IV. Flus fil-Banek jew fl-Idejn
E. Ħlasijiet bil-quddiem u Dħul Accrued (jistgħu jintwerew f’waħda miż-żewġ
pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
PASSIV 
A. Kapital u Riżervi
I. Kapital Azzjonarju Msejjaħ u Maħruġ (b’żieda, l-ammont tal-kapital
azzjonarju maħruġ u l-ammont tal-kapital azzjonarju msejjaħ u maħruġ li jkun
tħallas għandhom jintwerew separatament)
II. Il-Kont tax-Share Premium 
III. Riżerva ta’ Rivalutazzjoni
IV. Riżervi Oħra
  272      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
1. Riżerva għall-fidi ta’ kapital
2. Riżerva għal azzjonijiet tal-kumpannija nnifisha
3. Riżervi provdut għalihom fl-istatut ta’ l-assoċjazzjoni 
4. Riżervi oħra
V. Kont tal-Qligħ u Telf
B. Proviżjonijiet għal Passiv u Ħlasijiet
1. Pensjonijiet u obbligazzjonijiet simili 
2. Taxxa, inkluża taxxa differita
3. Proviżjonijiet oħra
Ċ. Kredituri (Ammonti li jkunu dovuti fi żmien sena u wara sena għandhom
jintwerew separatament għal kull wieħed minn dawk l-oġġetti u t-total tagħhom
jintwera separatament għal dawk l-oġġetti kollha fin-noti mal-kontijiet)
1. Self ta’ obbligazzjonijiet (l-ammonti ta’ kull self konvertibbli
għandhom jintwerew separatament fin-noti mal-kontijiet)
2. Self mill-banek u overdrafts
3. Ħlasijiet riċevuti akkont (ħlasijiet riċevuti akkont ta’ ordnijiet
għandhom jintwerew hawnhekk safejn dawn ma jintwerewx bħala
tnaqqis mill-istokkijiet)
4. Kredituri tal-kummerċ 
5. Kambjalijiet pagabbli
6. Ammonti dovuti lil impriżi ta’ grupp 
7. Ammonti dovuti lil impriżi assoċjati
8. Kredituri oħra magħduda t-taxxa u sigurtà  soċjali (l-ammont għal
kredituri dwar taxxa u sigurtà  soċjali għandu jintwera separat
mill-ammont għal kredituri oħra)
9. Accruals u dħul differit (jistgħu jintwerew f’waħda miż-żewġ
pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
D. Accruals u Dħul Differit (jistgħu jintwerew f’waħda miż-żewġ
pożizzjonijiet ta’ hawnhekk)
FORMATI TAL-KONT TAL-QLIGĦ U TELF - FORMAT 1 
1. Bejgħ
2. Kost tal-bejgħ (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet
meħtieġa għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
3. Qligħ jew telf gross
4. Kostijiet ta’ tqassim (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet
meħtieġa għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
5. Spejjeż amministrattivi (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet
meħtieġa għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
6. Dħul ieħor minn operazzjonijiet
7. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi ta’ grupp
8. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi assoċjati
9. Dħul minn attiv marbut ieħor finanzjarjament (dħul, magħdud
imgħax, li jinkiseb minn impriżi ta’ grupp għandu jintwera
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      273
separatament minn dħul miksub minn għejjun oħra)
10. Imgħax ieħor riċevibbli u dħul simili (imgħax u dħul simili
miksuba minn impriżi ta’ grupp għandhom jintwerew
separatament minn dawk miksuba minn għejjun oħra)
11. Ammonti maqtugħin dwar attiv marbut finanzjarju u investimenti
miżmuma bħala attiv kurrenti
12. Imgħax pagabbli u ħlasijiet simili (l-ammont pagabbli lil impriżi
ta’ grupp għandu jintwera separatament)
13.  Taxxa fuq qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji
14. Qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji wara ħlas tat-taxxa 
15. Dħul straordinarju
16. Ħlasijiet straordinarji
17. Qligħ jew telf straordinarju
18. Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarju 
19. Taxxi oħra mhux murija hawn fuq
20. Qligħ jew telf għaż-żmien tal-kontijiet
L-ammont ta’ kull proviżjonijiet għal deprezzament u tnaqqis fil-valur ta’ attiv
marbut tanġibbli jew mhux tanġibbli, magħduda spejjeż ta’ formazzjoni, li
għandhom jintwerew taħt 7(a) u A(4)(a) rispettivament fil-Formati 2 u 4 għandhom
jintwerew fin-noti mal-kontijiet f’kull każ meta l-kont tal-qligħ u telf jitħejja
b’riferenza għal dan il-Format.
FORMATI TAL-KONT TAL-QLIGĦ U TELF - FORMAT 2 
1. Bejgħ
2. Tibdil fl-istokkijiet ta’ oġġetti maħduma u xogħol li jkun qed
jinħadem 
3. Ix-xogħol tal-kumpannija nnifisha kapitalizzat
4 Dħul ieħor minn operazzjonijiet
5. (a) Materja prima u oġġetti ta’ konsum 
(b) Ħlasijiet esterni oħra
6. Kost ta’ persunal: 
(a) pagi u salarji
(b) kost ta’ sigurtà  soċjali
(ċ) kost ieħor ta’ pensjonijiet
7. (a) Deprezzament u ammonti oħra maqtugħin minn attiv marbut
tanġibbli u mhux tanġibbli, magħduda spejjeż ta’ formazzjoni
(b) Ammonti eċċezzjonali maqtugħin minn attiv kurrenti 
8. Ħlasijiet oħra għal operazzjonijiet
9. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi ta’ grupp 
10. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi assoċjati
11. Dħul minn attiv marbut ieħor finanzjarju (dħul, magħdud imgħax,
li jinkiseb minn impriżi ta’ grupp għandu jintwera separatament
minn dħul miksub minn għejjun oħra)
12. Imgħax ieħor riċevibbli u dħul simili (imgħax u dħul simili
miksuba minn impriżi ta’ grupp għandhom jintwerew
  274      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
separatament minn dawk miksuba minn għejjun oħra)
13. Ammonti maqtugħin dwar attiv marbut finanzjarju u investimenti
miżmuma bħala attiv kurrenti
14. Imgħax pagabbli u ħlasijiet simili (l-ammont pagabbli lil impriżi
ta’ grupp għandu jintwera separatament)
15. Taxxa fuq qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji
16. Qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji wara ħlas tat-taxxa 
17. Dħul straordinarju
18. Ħlasijiet straordinarji
19. Qligħ jew telf straordinarju
20. Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarju 
21. Taxxi oħra mhux murija hawn fuq 
22. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja
FORMATI TAL-KONT TAL-QLIGĦ U TELF - FORMAT 3 
A. ĦIasijiet
1. Kost tal-bejgħ (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet
meħtieġa għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
2. Kostijiet ta’ tqassim (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet
meħtieġa għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
3. Spejjeż amministrattivi (wara li jkunu kalkolati kull proviżjonijiet
meħtieġa għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ l-attiv)
4. Ammonti maqtugħin dwar attiv marbut finanzjarju u investimenti
miżmuma bħala attiv kurrenti
5. Imgħax pagabbli u ħlasijiet simili (l-ammont pagabbli lil impriżi
ta’ grupp għandu jintwera separatament)
6. Taxxa fuq qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji
7. Qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji wara ħlas tat-taxxa 
8. Ħlasijiet straordinarji
9. Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarju 
10. Taxxi oħra mhux murija hawn fuq
11. Qligħ jew telf għaż-żmien tal-kontijiet 
B. Dħul
1. Bejgħ
2. Dħul ieħor minn operazzjonijiet
3. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi ta’ grupp 
4. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi assoċjati
5. Dħul minn attiv fiss ieħor finanzjarju (dħul, magħdud imgħax, li
jinkiseb minn impriżi ta’ grupp għandu jintwera separatament
minn dħul miksub minn għejjun oħra)
6. Imgħax ieħor riċevibbli u dħul simili (imgħax u dħul simili
miksuba minn impriżi ta’ grupp għandu jintwera separatament
minn dħul miksub minn għejjun oħra)
7. Qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji wara ħlas tat-taxxa 
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      275
8. Dħul straordinarju
9. Qligħ jew telf għall-perijodu ta’ kontijiet
L-ammont ta’ kull proviżjonijiet għal deprezzament u tnaqqis fil-valur ta’ attiv
marbut tanġibbli jew mhux tanġibbli, magħduda spejjeż ta’ formazzjoni, li
għandhom jintwerew taħt 7(a) u A(4)(a) rispettivament fil-Formati 2 u 4 għandhom
jintwerew fin-noti mal-kontijiet f’kull każ meta l-kont tal-qligħ u telf jitħejja
b’riferenza għal dan il-Format.
FORMATI TAL-KONT TAL-QLIGĦ U TELF - FORMAT 4 
A. Ħlasijiet
1. Tnaqqis fl-istokkijiet ta’ oġġetti maħduma u xogħol li jkun qed
jinħadem 
2. (a) Materja prima u oġġetti ta’ konsum
(b) Ħlasijiet esterni oħra 
3. Kost ta’ persunal:
(a) pagi u salarji
(b) kost ta’ sigurtà  soċjali
(ċ) kost ieħor ta’ pensjonijiet
4. (a) Deprezzament u ammonti oħra maqtugħin minn attiv marbut
tanġibbli u mhux tanġibbli, magħduda spejjeż ta’ formazzjoni
(b) Ammonti eċċezzjonali maqtugħin minn attiv kurrenti 
5. Ħlasijiet oħra għal operazzjonijiet
6. Ammonti maqtugħin dwar attiv marbut finanzjarju u investimenti
miżmuma bħala attiv kurrenti
7. Imgħax pagabbli u ħlasijiet simili (l-ammont pagabbli lil impriżi
ta’ grupp għandu jintwera separatament)
8. Taxxa fuq qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji
9. Qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji wara ħlas tat-taxxa 
10. Ħlasijiet straordinarji
11. Taxxa fuq qligħ jew telf straordinarju 
12. Taxxi oħra mhux murija hawn fuq 
13. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja 
B. Dħul
1. Bejgħ
2. Żidiet fi stokkijiet ta’ oġġetti maħduma u xogħol li jkun qed
jinħadem 
3. Ix-xogħol tal-kumpannija nnifisha kapitalizzat
4. Dħul ieħor minn operazzjonijiet
5. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi ta’ grupp 
6. Dħul minn azzjonijiet f’impriżi assoċjati
7. Dħul minn attiv marbut ieħor finanzjarju (dħul, magħdud imgħax, li
jinkiseb minn impriżi ta’ grupp għandhom jintwerew
separatament minn dawk miksuba minn għejjun oħra)
8. Imgħax ieħor riċevibbli u dħul simili (imgħax u dħul simili
  276      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
miksuba minn impriżi ta’ grupp għandu jintwera separatament
minn dak miksub minn għejjun oħra) 
9. Qligħ jew telf minn attivitajiet ordinarji wara ħlas tat-taxxa
10. Dħul straordinarju
11. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja
TAQSIMA II - PRINĊIPJI U REGOLI TA’ ACCOUNTING 
Prinċipji ta’ accounting
14. Oġġetti murija f’kontijiet individwali għandhom ikunu valutati skond il-
prinċipji ġenerali li ġejjin -
(a) il-kumpannija titqies li qed tmexxi n-negozju tagħha bħala mpriża
attiva; 
(b) il-metodi ta’ valutazzjoni għandhom ikunu applikati konsistentement
minn żmien ta’ kontijiet għall-ieħor;
(ċ) valutazzjoni għandha ssir bil-prudenza b’mod partikolari:
(i) jista’ jkun nkluż biss qligħ, fil-kont ta’ qligħ u telf, magħmul fid-
data tal-karta tal-bilanċ;
(ii) għandhom jitqiesu kull passiv prevedibbli u kull telf potenzjali li
jinqalgħu matul iż-żmien tal-kontijiet jew qabel, ukoll jekk dak il-
passiv jew telf isir jidher biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-
data li fiha din issir;
(iii) għandu jitqies kull deprezzament sew jekk il-perijodu tal-kontijiet
jirriżulta fi qligħ jew fi profitt;
(d) għandhom jitqiesu d-dħul u l-ħlasijiet li jirreferu għall-perijodu tal-
kontijiet, tkun xi tkun id-data li d-dħul ikun riċevut jew li l-ħlas isir;
(e) l-oġġetti li jagħmlu parti mill-attiv u mill-passiv għandhum ikunu
valutati separatament;
(f) il-karta tal-bilanċ fil-bidu ta’ żmien tal-kontijiet għandha tkun taqbel
mal-karta tal-bilanċ ta’ l-egħluq għaż-żmien tal-kontijiet ta’ qabel.
Regoli dwar kontijiet b’kost storiku
15. (1) L-ispejjeż ta’ formazzjoni murija bħala attiv fil-karta tal-bilanċ
għandhom jinqatgħu fi żmien ta’ mhux iktar minn ħames snin.
(2) L-ammonti mniżżlin taħt "Spejjeż ta’ Formazzjoni" għandhom ikunu mfissra
fin-noti tal-kontijiet.
16. (1) Fil-każ ta’ attiv marbut li l-ħajja ta’ l-użu ekonomiku tiegħu tkun
limitata, l-ammont -
(a) tal-prezz li bih ikun inxtara jew tal-kost tal-produzzjoni tiegħu; jew
(b) meta jkun kalkolat li dak l-attiv ikollu valur residwu meta jispiċċa ż-
żmien tal-ħajja ta’ l-użu ekonomiku tiegħu, tal-prezz li bih ikun inxtara
jew tal-kost tal-produzzjoni tiegħu nieqes il-valur residwu kalkolat,
għandu jitnaqqas billi jsiru proviżjonijiet għal deprezzament maħsuba biex jaqtgħu
dak l-ammont b’mod sistematiku matul il-ħajja ta’ l-użu ekonomiku ta’ dak l-attiv.
Dawk il-proviżjonijiet għandhom jidħlu fil-kont ta’ qligħ u telf.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      277
(2) Il-prezz tax-xiri ta’ attiv għandu jkun stabbilit billi mal-prezz mħallas
jiżdiedu kull spejjeż inċidentali għall-akkwist tiegħu.
(3) Il-kost tal-produzzjoni ta’ attiv għandu jkun stabbilit billi mal-prezz tax-xiri
tal-materja prima u ta’ l-oġġetti ta’ konsum li jkunu wżati jiżdied l-ammont tal-kost
li jkun sar mill-kumpannija li jkun attribwit għall-produzzjoni ta’ dak l-attiv.
(4) B’żieda mal-kost speċifikat fis-sub-paragrafu (3) ta’ dan il-paragrafu
għandhom jiżdiedu mal-kost tal-produzzjoni ta’ attiv - 
(a) proporzjon xieraq tal-kostijiet li jkunu saru mill-kumpannija li jkunu
biss indirettament attribwiti għall-produzzjoni ta’ l-attiv, iżda biss sal-
limitu li dawn jirreferu għaż-żmien tal-produzzjoni; u
(b) imgħax fuq kapital li jinsilef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta’ dak l-
attiv, sal-limitu li jirreferi għaż-żmien tal-produzzjoni. Iż-żieda ta’ dak
l-imgħax u l-ammont tiegħu għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.
(5) Investimenti ta’ attiv marbut għandhom jiġu kkuntjati skond ir-regoli li
ġejjin - 
(a) dawn l-investimenti għandhom ikunu nklużi fil-kontijiet individwali tal-
kumpannija bl-użu tal-metodu tal-kost:
Iżda fil-każ ta’ nteressi parteċipanti l-metodu ta’ ekwità  jista’ jintuża kif
hemm provdut fil-paragrafi 20 u 21 tar-Raba’ Skeda ma’ dan l-Att;
(b) il-metodu tal-kost imsemmi fis-sub-paragrafu 5(a) ta’ dan il-paragrafu
huwa metodu ta’ kontijiet fejn l-investiment ikun reġistrat bil-kost. Il-
kont tal-qligħ u telf juri dħul minn investiment biss sal-limitu li t-
tqassim ikun riċevut jew jista’ jiġi riċevut mill-investitur mill-profitti
netti akkumulati ta’ l-investiment li jkun hemm wara d-data ta’ l-
akkwist;
(ċ) meta l-metodu ta’ ekwità  tal-kontijiet ikun użat fil-każ ta’ nteressi
parteċipanti d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 21 tar-Raba’ Skeda ma’
dan l-Att għandhom japplikaw mutatis mutandis u riferenzi għal
kontijiet konsolidati, karta ta’ bilanċ konsolidata, il-kont tal-qligħ u telf
konsolidat u noti għall-kontijiet konsolidati għandhom hekk jinftiehmu;
(d) fejn il-proporzjon ta’ profitt mill-interessi parteċipanti jaqbeż l-ammont
ta’ dividendi li jkunu diġà  ġew riċevuti jew li l-pagament tagħhom jista’
jintalab, l-ammont tad-differenza għandu jitqiegħed f’riżerva li
m’għandhiex titqassam lill-azzjonisti.
17. (1) Meta attiv marbut finanzjarju jkun naqas fil-valur, tista’ ssir proviżjoni
dwaru għat-tnaqqis fil-valur u l-ammont li għandu jkun inkluż dwaru jista’ jitnaqqas
bl-istess mod. Kull proviżjonijiet bħal dawk għandhom jidħlu fil-kont tal-qligħ u telf
u jekk ma jintwerewx separatament fil-kont tal-qligħ u telf għandhom jintwerew
(jew separatament jew fit-total) fin-noti tal-kontijiet:
Iżda kumpannija ta’ nvestiment tista’, sakemm turi kollox fin-noti tal-kontijiet,
tpaċi dawk il-proviżjonijiet għal tnaqqis fil-valur ta’ l-investimenti direttament mal-
kapital u riżervi. Ammonti bħal dawn għandhom jintwerew separatament fil-karta
tal-bilanċ:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ kumpannija ta’ nvestiment b’kapital varjabbli, l-ammonti
m’għandhomx jintwerew separatament fil-karta tal-bilanċ kif provdut fil-proviso ta’
qabel dan.
  278      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(2) Għandha ssir ukoll proviżjoni għal tnaqqis fil-valur dwar kull attiv marbut li
jkun naqas fil-valur meta t-tnaqqis fil-valur hu mistenni li jkun permanenti (sew jekk
il-ħajja ekonomika tiegħu tkun limitata u sew jekk le), u l-ammont li għandu jkun
inkluż dwaru għandu jitnaqqas bl-istess mod. Kull proviżjoni bħal dik għandha
tidħol fil-kont tal-qligħ u telf u jekk ma tkunx murija separatament fil-kont tal-qligħ
u telf għandha tintwera (jew separatament jew fit-total) fin-noti tal-kontijiet.
(3) Meta r-raġunijiet li għalihom tkun saret proviżjoni skond is-sub-paragrafu
(1) jew (2) ta’ dan il-paragrafu jieqfu milli japplikaw sa xi limitu, il-proviżjoni
għandha tiżdied lura sal-limitu li ma tkunx iktar meħtieġa. Kull ammonti miżjudin
lura skond dan is-sub-paragrafu li ma jintwerewx separatament fil-kont tal-qligħ u
telf għandhom jintwerew (jew separatament jew fit-total) fin-noti tal-kontijiet.
18. (1) Minkejja li oġġett dwar "kostijiet ta’ żvilupp" jitniżżel taħt "attiv
marbut" fil-formati tal-karta tal-bilanċ li jinsabu f’din l-Iskeda, kull ammont jista’
biss jidħol fil-karta tal-bilanċ ta’ kumpannija dwar kostijiet ta’ żvilupp f’ċirkostanzi
speċjali.
(2) Jekk xi ammont jitniżżel fil-karta tal-bilanċ dwar kostijiet ta’ żvilupp it-
tagħrif li ġej għandu jingħata fin-noti tal-kontijiet -
(a) iż-żmien li matulu l-ammont ta’ dawk il-kostijiet oriġinarjament
kapitalizzati jkun qed jew ikun se jinqata’; u
(b) ir-raġunijiet għaliex dawk il-kostijiet ta’ żvilupp ikunu ġew
kapitalizzati. 
19. (1) Meta avvjament jitqies bħala attiv għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan il-paragrafu.
(2) Bla ħsara għall-paragrafi (3) u (4) ta’ dan il-paragrafu, l-ammont tal-
konsiderazzjoni għal xi avvjament akkwistat minn kumpannija għandu jitnaqqas bi
proviżjonijiet għal ammotizzament kalkolata biex jinqata’ dak l-ammont b’mod
sistematiku matul żmien magħżul mid-diretturi tal-kumpannija.
(3) Iż-żmien magħżul m’għandux ikun itwal mill-ħajja ta’ l-użu ekonomiku ta’
dak l-avvjament.
(4) F’kull każ meta xi avvjament akkwistat minn kumpannija jintwera jew ikun
inkluż bħala attiv fil-karta tal-bilanċ tal-kumpannija ż-żmien magħżul biex tkun
maqtugħa l-konsiderazzjoni ta’ dak l-avvjament u r-raġunijiet għaliex ingħażel dak
iż-żmien għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.
20. (1) Bla ħsara għall-paragrafu li ġej, attiv li għandu jkun inkluż -
(a) ma’ l-attiv marbut ta’ kumpannija taħt "attiv tanġibbli"; jew
(b) ma’ l-attiv kurrenti ta’ kumpannija taħt "materja prima u oġġetti ta’
konsum", 
jista’ jkun inkluż fi kwantità  u valur fissi.
(2) Is-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu japplika għal attiv ta’ xorta li jkun
qed jinbidel kontinwament, meta -
(a) il-valur totali tiegħu ma jkunx materjali biex tkun stmata l-qagħda ta’
kumpannija; u
(b) il-kwantità , il-valur u l-kompożizzjoni tiegħu ma jkunux soġġetti għal
tibdil materjali.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      279
21. (1) Bla ħsara għas-sub-paragrafi (2) u (3) ta’ dan il-paragrafu, l-ammont li
għandu jkun inkluż dwar xi attiv kurrenti għandu, safejn applikabbli, ikun il-prezz
tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni.
(2) Meta l-valur nett li jġib xi attiv kurrenti jkun inqas mill-prezz tax-xiri jew
mill-kost tal-produzzjoni tiegħu, l-ammont li għandu jkun inkluż dwar dak l-attiv
ikun il-valur nett li jġib.
(3) Meta r-raġunijiet li għalihom tkun saret proviżjoni għal tnaqqis fil-valur
skond is-sub-paragrafu (2) ta’ dan il-paragrafu jieqfu milli japplikaw sa xi limitu,
dik il-proviżjoni għandha tiżdied lura sal-limitu li ma tkunx iktar meħtieġa.
22. Il-metodu ta’ kif jiġi stabbilit il-prezz tax-xiri u l-metodu ta’ kif jiġi stabbilit
il-kost tal-produzzjoni mogħtija fil-paragrafu 16 ta’ din l-Iskeda għandhom
japplikaw għal-finijiet tal-paragrafu 21 ta’ din l-Iskeda. Barra minn hekk, kostijiet
ta’ tqassim ma jistgħux ikunu nklużi fil-kostijiet tal-produzzjoni.
23. (1) Bla ħsara għall-kwalifika imsemmija fis-sub-paragrafu (3) ta’ dan il-
paragrafu, il-prezz tax-xiri jew il-prezz tal-produzzjoni -
(a) ta’ xi attiv li għandu jitniżżel taħt xi oġġett li jidhru fil-karta tal-bilanċ
ta’ kumpannija taħt is-sotto-intestatura "stokkijiet"; u
(b) ta’ xi attiv li hu attiv funġibbli (magħduda investimenti),
għandu jkun stabbilit bl-applikazzjoni ta’ xi wieħed mill-metodi msemmija fis-sub-
paragrafu (2) ta’ dan il-paragrafu dwar kull attiv bħal dak fl-istess klassi.
(2) Il-metodi msemmija fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu huma -
(a) il-metodu magħruf bħala "first in, first out" (FIFO);
(b) il-metodu tal-prezz medju weighted; u
(ċ) kull metodu ieħor simili għal xi wieħed mill-metodi hawn fuq
imsemmija. 
(3) Il-metodu fil-fatt magħżul għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu għandu jkun dak
li fil-fehma tad-diretturi jkun xieraq għaċ-ċirkostanzi tal-kumpannija.
(4) Meta fil-każ ta’ xi kumpannija  -
(a) il-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta’ attiv għandu jkun inkluż
taħt xi oġġett li jidher fil-karta tal-bilanċ tal-kumpannija jkun ġie
stabbilit bl-applikazzjoni ta’ xi metodu permess b’dan il-paragrafu; u
(b) l-ammont muri dwar dak l-oġġett ivarja materjalment mill-ammont
alternattiv rilevanti mogħti fis-sub-paragrafu (5) ta’ dan il-paragrafu,
l-ammont ta’ dik id-differenza għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.
(5) Bla ħsara għas-sub-paragrafu (6) ta’ dan il-paragrafu, għall-finijiet tas- sub-
paragrafu (4)(b) ta’ dan il-paragrafu, l-ammont alternattiv rilevanti, dwar xi oġġett li
jidher fil-karta tal-bilanċ ta’ kumpannija, huwa dak l-ammont li kien ikun muri dwar
dak l-oġġett jekk attiv ta’ xi klassi nkluż taħt dak l-oġġett b’ammont stabbilit b’xi
mod permess b’dan il-paragrafu kien minflok inkluż fil-kost tar-ripjazzament tiegħu
fid-data tal-karta tal-bilanċ.
(6) L-ammont alternattiv rilevanti jista’ jiġi stabbilit b’riferenza għall-prezz
tax-xiri jew kost tal-produzzjoni attwali u l-iktar riċenti qabel id-data tal-karta tal-
bilanċ, ta’ attiv ta’ xi klassi mdaħħla taħt l-oġġett li jkun, minflok milli b’riferenza
għall-kost tar-ripjazzjament tiegħu f’dik id-data, iżda biss jekk l-ewwel metodu, fil-
fehma tad-diretturi tal-kumpannija, jikkostitwixxi livell ta’ paragun iktar xieraq fil-
  280      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
każ ta’ attiv ta’ dik il-klassi.
(7) Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, attiv ta’ xi deskrizzjoni jitqies bħala
funġibbli jekk l-elementi ta’ l-attiv ta’ dik id-deskrizzjoni ma jkunux jistgħu
sostanzjalment jintgħarfu minn xulxin.
24. (1) Meta l-ammont li għandu jitħallas lura fuq xi dejn li jkollha tagħti
kumpannija jkun iktar mill-valur tal-konsiderazzjoni riċevuta fit-transazzjoni li tkun
is-suġġett tad-dejn, l-ammont tad-differenza jista’ jiġi trattat bħala attiv.
(2) Meta xi ammont kif imsemmi fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu jkun
ittrattat bħala attiv -
(a) dan għandu jinqata’ b’ammonti xierqa kull sena;
(b) dan għandu jinqata’ għal kollox qabel il-ħlas lura tad-dejn; u
(ċ) jekk l-ammont kurrenti ma jintweriex separatament fil-karta tal-bilanċ
tal-kumpannija dan għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.
25. (1) Proviijonijiet għal passiv u ħlasijiet ma jistgħux jeċċedu fl-ammont dak
li b’mod xieraq ikun meħtieġ.
(2) Il-proviżjonijiet murija fil-karta tal-bilanċ taħt "Proviżjonijiet Oħra"
għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet meta dawn ikunu materjali.
Regoli alternattivi ta’ accounting
26. (1) Bla ħsara għall-paragrafi 28, 29 u 30 ta’ din l-Iskeda, l-ammonti li
għandhom ikunu nklużi dwar attiv ta’ xi deskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 27 ta’
din l-Iskeda jistgħu jiġu stabbiliti fuq kull bażi msemmija f’dak il-paragrafu.
(2) Riferenzi fil-paragrafi minn 27 sa 30 ta’ din l-Iskeda għal "regoli ta’
deprezzament" huma għar-regoli li jinsabu fil-paragrafi 16, 17, 18, 20, 21 u 24 ta’
din l-Iskeda.
27. (1) Attiv marbut tanġibbli jista’ jkun inkluż bil-valur tas-suq stabbilit fid-
data ta’ l-aħħar valutazzjoni tiegħu.
(2) Investimenti ta’ kull deskrizzjoni li għandhom ikunu nklużi taħt xi wieħed
mill-formati tal-karta tal-bilanċ li jinsabu fit-Taqsima I ta’ din l-Iskeda jistgħu jkunu
nklużi jew -
(a) bil-valur tas-suq stabbilit fid-data ta’ l-aħħar valutazzjoni tagħhom; jew 
(b) bil-valur stabbilit fuq xi bażi li fil-fehma tad-diretturi tkun xierqa fiċ-
ċirkostanzi tal-kumpannija,
iżda fil-każ ta’ l-aħħar, il-partikolaritajiet tal-metodu ta’ valutazzjoni użat u r-
raġunijiet għaliex intuża għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet.
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ din l-Iskeda investimenti li fihom
kumpanniji ta’ nvestiment ikunu nvestew il-fondi tagħhom għandhom ikunu valutati
fuq il-bażi tal-valur tas-suq stabbilit fid-data tal-karta tal-bilanċ.
28. (1) Meta l-valur ta’ xi attiv ikun ġie stabbilit fuq il-bażi msemmija fil-
paragrafu 27 ta’ din l-Iskeda dak il-valur għandu jkun il-punt ta’ tluq sabiex ikun
stabbilit l-ammont li għandu jkun inkluż dwar dak l-attiv fil-kontijiet individwali tal-
kumpannija, minflok il-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni jew xi valur li qabel
ikun ġie hekk stabbilit għal dak l-attiv; u r-regoli ta’ deprezzament għandhom
japplikaw bl-istess mod dwar kull attiv bħal dak bis-sostituzzjoni minflok kull
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      281
riferenza tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni tiegħu, ta’ riferenza għall-
valur l-aħħar stabbilit għal dak l-attiv fuq xi bażi msemmija fil-paragrafu 27 ta’ din
l-Iskeda.
(2) L-ammont ta’ xi proviżjoni meħtieġa għal deprezzament fil-każ ta’ xi attiv
marbut kif japplika bis-saħħa tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu qed jissejjaħ
fis-sub-paragrafu (3) ta’ dan il-paragrafu bħala l-ammont aġġustat u l-ammont ta’
kull proviżjoni li tkun meħtieġa dwar dak l-attiv skond ir-regoli ta’ accounting għall-
kost storiku qed jissejjaħ l-ammont tal-kost storiku.
(3) Meta s-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu japplika fil-każ ta’ xi attiv
marbut, l-ammont ta’ kull proviżjoni għal deprezzament dwar dak l-attiv -
(a) inkluż f’xi oġġett muri fil-kont ta’ qligħ u telf dwar l-ammonti
maqtugħin kontra l-attiv tad-deskrizzjoni li tkun; jew
(b) li jkun meqjus fid-dikjarazzjoni ta’ xi oġġett hekk muri li hu bin-noti
fil-formati tal-kont ta’ qligħ u telf li jinsabu fit-Taqsima I ta’ din l-
Iskeda meħtieġ li jkun dikjarat wara li jitqiesu kull proviżjonijiet
meħtieġa għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur ta’ attiv inkluż taħtu,
jista’ jkun l-ammont tal-kost storiku minflok l-ammont aġġustat, kemm-
il darba l-ammont ta’ xi differenza bejn it-tnejn ikun meqjus fil-kont ta’
qligħ u telf u muri separatament fih jew fin-noti tal-kontijiet.
29. (1) Dan il-paragrafu japplika meta l-ammonti li għandhom ikunu nklużi
dwar attiv li jkun kopert b’xi oġġett muri fil-kontijiet individwali tal-kumpannija
jkun ġie stabbilit fuq xi bażi msemmija fil-paragrafu 27 ta’ din l-Iskeda.
(2) L-oġġetti milqutin u l-bażi ta’ valutazzjoni wżata sabiex jiġu stabbiliti l-
ammont ta’ l-attiv li jkunu fil-każ ta’ kull oġġett bħal dak għandhom ikunu murija
fin-noti tal-kontijiet.
(3) Fil-każ ta’ kull oġġett tal-karta tal-bilanċ milqut -
(a) l-ammonti komparabbli stabbiliti skond ir-regoli ta’ accounting għall-
kost storiku; jew
(b) id-differenzi bejn dawk l-ammonti u l-ammonti korrispondenti li fil-fatt
ikunu murija fil-karta tal-bilanċ dwar dak l-oġġett,
għandhom jintwerew separatament fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti tal-kontijiet.
(4) Fis-sub-paragrafu (3) ta’ dan il-paragrafu, riferenzi dwar xi oġġett għall-
ammonti komparabbli stabbiliti kif hemmhekk imsemmi huma riferenzi għal -
(a) l-ammont aggregat li jkun meħtieġ li jintwera dwar dawk l-oġġetti jekk
l-ammonti li għandhom ikunu nklużi dwar l-attiv kollu kopert b’dak l-
oġġett kienu stabbiliti skond ir-regoli ta’ accounting għal kost storiku; u
(b) l-ammont aggregat tal-proviżjonijiet kumulattivi għal deprezzament jew
tnaqqis fil-valur li jkun permess jew meħtieġ sabiex ikunu stabbiliti
dawk l-ammonti skond dawk ir-regoli.
30. (1) Dwar biex jiġi stabbilit il-valur ta’ attiv tal-kumpannija fuq xi bażi
msemmija fil-paragrafu 27 ta’ din l-Iskeda l-ammont ta’ kull qligħ jew telf li joħroġ
meta l-valur ikun qed jiġi hekk stabbilit għandu jkun kreditat jew, skond il-każ,
debitat lil riżerva separata li għandha tissejjaħ "ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni" wara li
jitqiesu, meta xieraq, kull proviżjonijiet għal deprezzament jew tnaqqis fil-valur li
jkun sar xort’oħra milli b’riferenza għall-valur hekk stabbilit u għal kull
aġġustamenti ta’ kull proviżjonijiet bħal dawk magħmula minħabba dak l-
istabbiliment.
  282      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(2) L-ammont ta’ riżerva ta’ rivalutazzjoni għandu jintwera fil-karta tal-bilanċ
tal-kumpannija taħt sotto-intestatura separata fil-pożizzjoni mogħtija għall-oġġett
"riżerva ta’ rivalutazzjoni fil-format 1 jew 2 tal-formati tal-karta tal-bilanċ li jinsabu
f’dik l-Iskeda", iżda ma jkunx hemm għalfejn jintwerew taħt dak l-isem.
(3) Ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni għandha titnaqqas sal-limitu li l-ammonti li
jkunu fil-kreditu ta’ dik ir-riżerva ma jkunux, fil-fehma tad-diretturi, iktar meħtieġa
għall-fini tal-policies ta’ accounting adottati mill-kumpannija; iżda ammont jista’
jkun biss trasferit mir-riżerva għall-kont ta’ qligħ u telf jekk - 
(a) l-ammont li jkun qabel kien tnaqqas minn dak il-kont; jew 
(b) ikun jirrappreżenta profitt realizzat.
(4) Kull ammonti trasferiti mir-riżerva ta’ valutazzjoni għall-kont ta’ qligħ u
telf skond id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (3) ta’ dan il-paragrafu għandhom
jintwerew separatament fil-kont ta’ qligħ u telf.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (3) ta’ dan il-paragrafu l-
bilanċ li jitqiegħed għall-kreditu tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni jista’ jkun kapitalizzat
għal kollox jew f’parti f’kull ħin.
(6) It-trattament għall-fini ta’ taxxa ta’ ammonti kreditati jew debitati fir-
riżerva ta’ valutazzjoni għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.
TAQSIMA III - IN-NOTI TAL-KONTIJIET
31. Kull tagħrif meħtieġ fil-każ ta’ kull kumpannija bid-disposizzjonijiet ta’ dan
il-paragrafu għandu, jekk ma jingħatax fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont ta’ qligħ u
telf, jingħata bħala n-noti tal-kontijiet. Bħala minimu għandu jingħata tagħrif dwar
il-ħwejjeġ li ġejjin - 
(a) Il-metodi ta’ valutazzjoni applikati għad-diversi oġġetti fil-kontijiet
individwali, u l-metodi użati fil-kalkolu tal-proviżjonijiet għal
deprezzament jew tnaqqis fil-valur. Għal oġġetti nklużi fil-kontijiet
individwali li huma jew li oriġinarjament kienu espressi f’munita
barranija, il-bażijiet ta’ kostruzzjoni użati biex dawn ikunu espressi
f’munita lokali għandhom jintwerew;
(b) In-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet sottoskritti matul iż-żmien
tal-kontijiet fil-limiti tal-kapital awtorizzat;
(ċ) Meta jkun hemm iktar minn klassi waħda ta’ azzjonijiet, in-numru u l-
valur nominali għal kull klassi, dwar kemm l-azzjonijiet awtorizzati kif
ukoll dawk maħruġa;
(d) L-eżistenza ta’ xi ċertifikati ta’ parteċipazzjoni, obbligazzjonijiet
konvertibbli jew sigurtajiet jew drittijiet bħal dawn, flimkien ma’
indikazzjoni tan-numru tagħhom u d-dritt li jagħtu;
(e) Tagħrif dwar l-akkwist minn kumpannija ta’ l-azzjonijiet tagħha stess,
jew minnha nnifisha jew bil-mezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess
iżda għan-nom tal-kumpannija, dwar -
(i) ir-raġuniiet għall-akkwisti li jkunu saru fiż-żmien tal-kontijiet;
(ii) in-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet akkwistati u trasferiti
matul iż-żmien tal-kontijiet u l-proporzjon tal-kapital azzjonarju
maħruġ li jirrappreżentaw;
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      283
(iii) fil-każ ta’ akkwist jew trasferiment għal valur, il-konsiderazzjoni
għall-azzjonijiet;
(iv) in-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet kollha akkwistati u
miżmuma mill-kumpannija u l-proporzjon tal-kapital azzjonarju
maħruġ li jirrappreżentaw;
(f) L-isem, l-uffiċċju reġistrat u x-xorta ta’ kull waħda mis-soċjetajiet li
tagħhom il-kumpannija tkun membru b’responsabbiltà  mhux limitata;
iżda dan it-tagħrif jista’ jitħalla barra jekk ma jkunx materjali;
(g) Informazzjoni dwar kull oġġett li jintwera jew li kieku mhux għas-sub-
paragrafu (4)(b) tal-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda kien jintwera taħt l-
oġġett ġenerali "attiv marbut" fil-karta tal-bilanċ tal-kumpannija dwar-
(i) l-ammont tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni, u jitħalla
barra minnu d-deprezzament jew tnaqqis fil-valur dwar dak l-
oġġett, fid-data tal-bidu taż-żmien tal-kontijiet u fid-data tal-karta
tal-bilanċ rispettivament;
(ii) l-effett fuq kull ammont muri fil-karta tal-bilanċ dwar dak l-
oġġett fi -
- kull reviżjoni ta’ l-ammont dwar xi attiv inkluż f’dak l-oġġett
li tkun saret matul dak iż-żmien,
- akkwisti ta’ xi attiv magħmula matul dak iż-żmien;
- disponimenti ta’ xi attiv magħmula matul dak iż-żmien, u
- kull trasferimenti ta’ attiv tal-kumpannija minn jew għal dak
l-oġġett matul dak iż-żmien;
(h) Dwar kull oġġett li jaqa’ taħt  l-indent (g) ta’ dan il-paragarfu -
(i) l-ammont kumulattiv ta’ proviżjonijiet għal deprezzament jew
tnaqqis fil-valur ta’ attiv inkluż taħt dak l-oġġett f’kull waħda
mid-dati msemmija fl-indent (g) (i) ta’ dan il-paragrafu;
(ii) l-ammont ta’ kull proviżjonijiet bħal dawk dwar iż-żmien tal-
kontijiet;
(iii) l-ammont ta’ kull aġġustamenti dwar xi proviżjonijiet bħal dawk
magħmula matul dak iż-żmien minħabba disponiment ta’ xi attiv;
u
(iv) l-ammont ta’ kull aġġustamenti oħra magħmula dwar xi
proviżjonijiet bħal dawk matul dak iż-żmien;
(i) It-tagħrif li hu meħtieġ li jintwera bis-saħħa ta’ l-indents (g) u (h) ta’
dan il-paragrafu għandu jkun ukoll provdut fil-każ ta’ "Spejjeż ta’
Formazzjoni" meta dan l-oġġett jintwera separatament minn "Attiv
Marbut" fil-karta tal-bilanċ;
(j) Ammonti dovuti mill-kumpannija u li jkunu dovuti u li jkollhom
jitħallsu wara iktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tal-
kumpannija li għalihom tkun ingħatat garanzija ta’ valur mill-
kumpannija b’indikazzjoni tax-xorta u l-forma tal-garanzija. It-tagħrif
għandu jintwera saparatament għal kull oġġett tal-kredituri, kif provdut
fil-formati deskritti fit-Taqsima I ta’ din l-Iskeda;
(k) L-ammont totali ta’ kull rabtiet finanzjarji li ma jkunux inklużi fil-karta
tal-bilanċ, safejn dak it-tagħrif ikun ta’ għajnuna biex tkun stmata l-
qagħda finanzjarja. Kull rabtiet dwar pensjonijiet u mpriżi ta’ grupp
għandhom jintwerew separatament;
  284      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(l) Il-bejgħ skond kif imfisser fil-paragrafu 8 ta’ din l-Iskeda, maqsum
f’kategoriji ta’ attività  u fi swieq ġeografiċi safejn, meta jitqies il-mod
li bih il-bejgħ ta’ prodotti u l-provvediment ta’ servizzi li jaqgħu taħt l-
attivitajiet ordinarji tal-kumpannija jkunu organizzati, dawk il-
kategoriji u s-swieq ivarjaw sostanzjalment wieħed mill-ieħor;
(m) Il-medja tan-nies impjegati matul iż-żmien tal-kontijiet, maqsuma
f’kategoriji, u, jekk ma jkunux murija separatament fil-kont ta’ qligħ u
telf, il-kost tal-persunal dwar iż-żmien tal-kontijiet maqsum kif
xort’oħra meħtieġ fil-formati 2 u 4 tal-kont ta’ qligħ u telf;
(n) Id-differenza bejn it-taxxa ntaxxata għaż-żmien tal-kontijiet u għal
żminijiet tal-kontijiet ta’ qabel u l-ammont tat-taxxa li jkollha titħallas
dwar dawk iż-żminijiet, kemm-il darba dik id-differenza tkun materjali
għall-fini ta’ tassazzjoni futura. Dak l-ammont għandu wkoll jintwera
fil-karta tal-bilanċ bħala ammont kumulattiv taħt oġġett separat
b’intestatura xierqa;
(o) (i) L-ammont aggregat ta’ l-emolumenti mogħtija dwar iż-żmien tal-
kontijiet lid-diretturi ta’ kumpannija għas-servizzi tagħhom bħala
diretturi ta’ dik il-kumpannija jew għas-servizzi tagħhom bħala
diretturi ta’ xi waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha, filwaqt li
jkunu qed jaġixxu bħala diretturi ta’ dik il-kumpannija; u
(ii) l-ammont aggregat ta’ kull emolumenti oħra mogħtija dwar iż-
żmien tal-kontijiet lid-diretturi ta’ kumpannija għas-servizzi
tagħhom dwar it-tmexxija ta’ l-affarijiet tal-kumpannija jew ta’ xi
waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha, fil-waqt li jkunu qed
jaġixxu bħala diretturi ta’ dik il-kumpannija; u muri separat mill-
ammont aggregat ta’ l-emolumenti msemmi fil-partita (i) ta’ hawn
fuq, u
(iii) il-fatt li l-kumpannija kienet matul iż-żmien tal-kontijiet xtrat jew
żammet xi assigurazzjoni hekk kif imsemmi fis-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 148 ta’ dan l-Att u l-ammont aggregat tal-premium
imħallas dwarhom.
F’dan l-indent l-emolumenti għandhom jinkludu r-rimunerazzjoni
għas-servizzi tad-diretturi kif hawnhekk imsemmi u kull drittijiet,
perċentaġġi, rigali, kumpens għat-telf ta’ kariga u ħlasijiet oħra bħala
dawn; kif ukoll kull rabtiet li jinqalgħu jew li jkunu saru dwar pensjonijiet
ta’ età , superannuation allowances, gratifikazzjonijiet jew irbit ieħor
favur diretturi tal-kumpannija hawnhekk imsemmija li jkunu spiċċaw.
Ir-rabtiet li jinqalgħu jew li jkunu saru dwar pensjonijiet ta’ età,
superannuation allowances, gratifikazzjonijiet jew rabtiet oħra bħal dawn
fejn diretturi tal-kumpannija li jkunu spiċċaw għandhom jintwerew
separatament minn emolumenti oħra.
(p) L-ammont ta’ avvanzi u krediti mogħtija lil diretturi ta’ kumpannija
b’indikazzjonijiet tar-rati ta’ l-imgħax, kondizzjonijiet ewlenin u kull
ammonti mħallsin lura; kif ukoll rabtiet li jsiru f’isimhom bħala
garanzija ta’ kull xorta. L-imsemmija rabtiet għandhom jintwerew
separatament;
(q) L-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ l-impriża li tagħmel il-kontijiet
konsolidati ta’ l-ikbar korp ta’ l-impriżi li minnhom il-kumpannija
tagħmel parti bħala mpriża sussidjarja;
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      285
(r) L-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ l-impriża li tagħmel il-kontijiet
konsolidati ta’ l-iżgħar korp ta’ l-impriżi li minnhom il-kumpanija tkun
tagħmel parti bħala mpriża sussidjarja; u
(s) Meta l-kumpanniji parent imsemmija fl-indents (q) u  (r) ta’ dan il-
paragrafu ma jkunux reġistrati f’Malta l-post minn fejn jistgħu jinkisbu
l-kontijiet konsolidati msemmija f’dawn l-indents, kemm-il darba dawn
ikunu jistgħu jiġu akkwistati mill-pubbliku.
32. (1) Jekk fit-tmiem taż-żmien tal-kontijiet tagħha, il-kumpannija jkollha
mpriża waħda jew iżjed sussidjarja jew interessi parteċipanti f’impriżi oħra, it-
tagħrif li ġej, meta applikabbli, għandu jingħata dwar kull waħda minn dawk l-
impriżi - 
(a) ix-xorta, l-isem u l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali ta’ kull impriża;
(b) dwar l-azzjonijiet ta’ kull klassi ta’ kull impriża miżmuma mill-
kumpannija, l-identità  ta’ kull klassi u l-proporzjon tal-valur nominali
ta’ l-azzjonijiet maħruġa ta’ dik il-klassi rappreżentat bl-azzjonijiet
miżmuma fit-tmiem taż-żmien tal-kontijiet rilevanti ta’ l-impriża; u
(ċ) l-ammont aggregat tal-kapital u tar-riżervi ta’ kull impriża fit-tmiem
taż-żmien tal-kontijiet rilevanti, u l-qligħ jew telf tagħha għal dak iż-
żmien.
(2) Għall-finijiet tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu ż-żmien tal-kontijiet
rilevanti huwa - 
(a) jekk iż-żmien tal-kontijiet ta’ l-impriża jintemm ma’ dak tal-
kumpannija li tagħti t-tagħrif fin-noti tal-kontijiet tagħha, dak iż-żmien
ta’ kontijiet; u
(b) jekk mhux hekk, iż-żmien tal-kontijiet ta’ l-impriża li jintemm l-aħħar
qabel it-tmiem taż-żmien tal-kontijiet tal-kumpannija li tagħti dak it-
tagħrif.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu huma soġġetti
għall-eċċezzjonijiet u disposizzjonijiet oħra li jinsabu fil-paragrafi 33 u 34 ta’ din l-
Iskeda.
33. (1) It-tagħrif xort’oħra meħtieġ bis-sub-paragrafu (1) (ċ) tal-paragrafu 32
ta’ din l-Iskeda ma għandux għalfejn jingħata dwar impriża sussidjarja ta’
kumpannija jekk sew - 
(a) il-kumpannija tkun eżentata mill-ħtieġa li tħejji kontijiet konsolidati;
jew 
(b) il-kumpannija tħejji kontijiet konsolidati u -
(i) il-kontijiet ta’ l-impriża sussidjarja jkunu nklużi fil-kontijiet
konsolidati, jew
(ii) l-investiment tal-kumpannija fl-azzjonijiet ta’ l-impriża
sussidjarja jkun inkluż fil-kontijiet konsolidati, jew fin-noti tal-
kontijiet konsolidati bil-mezz tal-metodu ta’ ekwità  ta’ kontijiet.
(2) It-tagħrif xort’oħra meħtieġ bis-sub-paragrafu (1) (ċ) tal-paragrafu 32 ta’ din
l-Iskeda ma għandux jingħata dwar impriża oħra li fiha l-kumpannija għandha
azzjonijiet jekk l-investiment tal-kumpannija f’dawk l-azzjonijiet huwa magħdud
mal-kontijiet individwali jew fin-noti tal-kontijiet bil-mezz tal-metodu ta’ ekwità  ta’
kontijiet.
  286      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(3) It-tagħrif xort’oħra meħtieġ bis-sub-paragrafu (1) (ċ) tal-paragrafu 32 ta’ din
l-Iskeda ma għandux għalfejn jingħata jekk -
(a) l-impriża ma tkunx meħtieġa b’disposizzjoni ta’ dan l-Att li tagħti kopja
tal-karta tal-bilanċ tagħha għaż-żmien tal-kontijiet rilevanti msemmi fil-
paragrafu 32 ta’ din l-Iskeda ma tkunx xort’oħra tippubblika dik il-karta
tal-bilanċ f’Malta jew x’imkien ieħor; u
(b)l-azzjonijiet miżmuma mill-kumpannija, jew direttament jew
indirettament, f’dik l-impriża jammontaw għal inqas min-nofs tal-valur
nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ l-impriża.
(4) Tagħrif xort’oħra meħtieġ bis-sub-paragrafu (1) tal-paragrafu 32 ta’ din l-
Iskeda ma għandux jingħata jekk ma jkunx materjali.
(5) Riferenzi f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 32 ta’ din l-Iskeda għal
azzjonijiet ta’ mpriżi għandhom jinkludu riferenzi għal interessi benefiċjarji
f’impriżi fejn il-kapital ta’ dawn l-impriżi mhux maqsum f’azzjonijiet.
34. (1) It-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 32 u 33 ta’ din l-Iskeda jista’ jintwera
bħala dikjarazzjoni separata li tista’ tkun ippreżentata lir-Reġistratur flimkien mal-
kontijiet individwali tal-kumpanija skond l-artikolu 183 ta’ dan l-Att.
(2) Meta t-tagħrif imsemmi fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu jintwera
f’dikjarazzjoni separata dan il-fatt għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet.
(3) It-tagħrif imsemmi fl-indent (1) tal-paragrafu 31 u fil-paragrafi 32 u 33 ta’
din l-Iskeda jista’ jitħalla barra meta fil-fehma tad-diretturi x-xorta tiegħu tkun hekk
li dan ikun ta’ preġudizzju serju għal xi waħda mill-impriżi milquta f’dawn id-
disposizzjonijiet u r-Reġistratur jaqbel li dak it-tagħrif ma għandux għalfejn
jintwera.
(4) Meta xi tagħrif jitħalla barra min-noti tal-kontijiet bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (3) ta’ dan il-paragrafu dak il-fatt għandu
jintwera fin-noti tal-kontijiet.
35. (1) Għandhom jingħataw fin-noti tal-kontijiet partikolaritajiet ta’ kull piż
fuq l-atti tal-kumpannija biex jiggarantixxi l-passiv ta’ xi persuna oħra inkluż, meta
prattikabbli, l-ammont garantit.
(2) It-tagħrif li ġej għandu jingħata dwar kull passiv kontinġenti ieħor li ma
jkunx provdut għalih barra meta l-possibbiltà  ta’ telf tkun ġudikata mid-direttur tal-
kumpannija li tkun imbiegħda:
(a) l-ammont jew l-ammont stmat ta’ dak il-passiv; 
(b) ix-xorta legali tiegħu; u
(ċ) jekk xi garanzija ta’ valur tkunx ġiet provvduta mill-kumpannija dwar
dak il-passiv, u fil-każ li dan ikun sar, liema sigurtà  ta’ valur tkun hekk
mogħtija. 
(3) Meta jkun prattikabbli, għandhom ikunu dikjarati -
(a) l-ammont aggregat jew l-ammont stmat ta’ kuntratti għal infiq kapitali,
safejn dan ma jkunx ġie provdut għalih; u
(b) l-ammont aggregat u l-ammont stmat ta’ nfiq kapitali awtorizzat mid-
diretturi li jkun għadu ma ġiex kuntrattat.
(4) Rabtiet skond xi wieħed mis-sub-paragrafi ta’ qabel dan f’dan il-paragrafu li
jkunu saru f’isem jew għall-benefiċċju ta’ mpriża ta’ grupp għandhom ikunu
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      287
dikjarati separatament minn rabtiet oħra skond dak is-sub-paragrafu.
36. (1) Meta xi ammont ikun trasferit -
(a) lil jew minn xi riżerva; jew
(b) lil xi proviżjoni għal passiv jew piżijiet; jew
(ċ) minn xi proviżjoni għal passiv u piżijiet xort’oħra milli għall-fini li
għalih il-proviżjoni kienet stabbilita,
u r-riżervi jew il-proviżjonijiet jintwerew bħala oġġetti separati fil-karta tal-bilanċ
tal-kumpannija jew fin-noti tal-kontijiet, it-tagħrif imsemmi fis-sub-paragrafu (2) ta’
dan il-paragrafu għandu jingħata dwar ir-riżervi jew proviżjonijiet aggregati nklużi
fl-istess oġġett.
(2) Dak it-tagħrif li għalih hemm riferenza fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-
paragrafu huwa - 
(a) l-ammont tar-riżervi jew proviżjonijiet kif kien fid-data tal-bidu taż-
żmien tal-kontijiet u fid-data tal-karta tal-bilanċ rispettivament;
(b) kull ammonti trasferiti lil jew minn riżervi jew proviżjonijiet matul dak
il-perijodu; u
(ċ) l-għajn u l-applikazzjoni rispettivament ta’ kull ammonti hekk trasferiti. 
TAQSIMA IV - ARRANĠAMENT TRANSITORJU
37. (1) Jekk, meta jsiru l-kontijiet individwali skond id-disposizzjonijiet ta’ din
l-Iskeda għall-ewwel darba, il-prezz tax-xiri jew il-kont tal-produzzjoni ta’ attiv
marbut ma jkunx jista’ jiġi stabbilit mingħajr spiża jew dewmien mhux meħtieġ, l-
ammont nett tal-kotba fil-bidu taż-żmien tal-kontijiet jista’ jitqies bħala l-prezz tax-
xiri jew il-kost tal-produzzjoni .
(2) Kull applikazzjoni tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu għandha tkun
murija fin-noti tal-kontijiet.
  288      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
IR-RABA’ SKEDA
 (Artikolu 171)
FORMA U KONTENUT TA’ KONTIJIET KONSOLIDATI 
Regoli ġenerali
1. (1) Il-kontijiet konsolidati għandhom, safejn ikun prattikabbli, iħarsu d-
disposizzjonijiet tat-Tielet Skeda daqslikieku l-impriżi nklużi fil-konsolidazzjoni
kienu kumpannija waħda.
(2) B’mod partikolari, bla ħsara għall-artikoli 168 u 169 ta’ dan l-Att u tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda u meta jitqiesu l-aġġustamenti essenzjali li
jirriżultaw minn karatteristiċi partikolari ta’ kontijiet konsolidati kif imqabbla ma’
kontijiet individwali, id-disposizzjonijiet tat-Taqsima I tat-Tielet Skeda għandhom
japplikaw dwar l-ordni ta’ kontijiet konsolidati.
(3) Meta l-kumpannija parent tkun trattata bħala kumpannija ta’ investiment
b’kapital azzjonarju fiss għall-finijiet tat-Tielet Skeda l-grupp għandu jkun trattat bl-
istess mod.
2. Il-karta tal-bilanċ u l-kont ta’ qligħ u telf konsolidati għandhom jiġbru fihom it-
tagħrif kollu li jkun jinsab fil-kontijiet individwali ta’ l-impriżi li jkunu parti fil-
konsolidazzjoni, soġġetti għal dawk l-aġġustamenti (jekk ikun hemm) li jistgħu
jkunu xierqa skond prinċipji jew prattika ta’ accounting aċċettati b’mod ġenerali.
3. (1) Il-kontijiet konsolidati għandhom isiru bl-istess data tal-kontijiet
individwali tal-kumpannija parent.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu
kontijiet konsolidati jistgħu jsiru b’data li ma tkunx id-data tal-kontijiet individwali
tal-kumpannija parent meta fil-fehma tad-diretturi tal-kumpannija parent ikun iktar
xieraq li jsir hekk meta jitqiesu d-dati tal-karta tal-bilanċ ta’ l-akbar numru u ta’ l-
iktar importanti ta’ l-impriżi sussidjarji nklużi fil-konsolidazzjoni:
Iżda dik id-data trid tkun fi żmien tliet xhur mid-data tal-kontijiet individwali tal-
kumpannija parent.
(3) Meta l-kontijiet konsolidati jsiru f’data li ma tkunx id-data tal-kontijiet
individwali tal-kumpannija parent skond id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (2) ta
dan il-paragrafu, dan il-fatt għandu jintwera fin-noti tal-kontijiet konsolidati
flimkien mar-raġunijiet għal dan.
(4) Għandhom jitqiesu ħwejjeġ materjali, jew wiri li jsir ta’ ġrajjiet importanti
dwar l-attiv u l-passiv, il-qagħda finanzjarja jew il-qligħ jew telf ta’ mpriżi li jkunu
nklużi fil-konsolidazzjoni li jkunu ġraw bejn id-data tal-karta tal-bilanċ ta’ l-impriża
u d-data tal-karta tal-bilanċ konsolidata.
(5) Meta data tal-karta tal-bilanċ ta’ mpriża sussidjarja tkun qabel id-data tal-
karta tal-bilanċ konsolidata b’iktar minn tliet xhur, l-impriża għandha tkun
konsolidata fuq il-bażi ta’ kontijiet interim magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ
konsolidata.
4. (1) Attiv u passiv li jkunu nklużi f’kontijiet konsolidati għandhom ikunu
valutati skond metodi uniformi.
(2) Meta attiv u passiv li jkunu se jiġu nklużi fil-kontijiet konsolidati jkunu ġew
valutati jew xort’oħra stabbiliti minn impriżi skond ir-regoli ta’ kontijiet li ma
jkunux jaqblu ma’ dawk użati għall-kontijiet konsolidati, il-valuri jew l-ammonti
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      289
għandhom ikunu aġġustati sabiex ikunu jaqblu mar-regoli wżati għall-kontijiet
konsolidati.
(3) Jekk fil-fehma tad-diretturi tal-kumpannija parent ikun hemm raġunijiet
speċjali biex ma jsirx skond ma jingħad fis-sub-paragrafu (2) ta’ dan il-paragrafu
dawn jistgħu jagħmlu hekk, iżda dan il-fatt u r-raġunijiet għalih u l-effett tiegħu
għandhom jingħataw fin-noti għall-kontijiet konsolidati.
(4) L-aġġustamenti msemmija fis-sub-paragrafu (2) ta’ dan il-paragrafu ma
għandhomx għalfejn isiru jekk ma jkunux materjali sabiex jingħata l-istat sewwa u
xieraq.
(5) Kull differenzi fir-regoli tal-kontijiet bejn il-kontijiet individwali tal-
kumpannija parent għal xi żmien tal-kontijiet u l-kontijiet konsolidati tagħha
għandhom jintwerew fin-noti tal-kontijiet konsolidati u għandhom jingħataw ir-
raġunijiet għal xi differenzi bħal dawk.
5. (1) Il-metodi ta’ konsolidazzjoni għandhom ikunu applikabbli b’mod
konsistenti minn żmien ta’ kontijiet għal ieħor.
(2) Derogi mid-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu
jistgħu jsiru f’każijiet eċċezzjonali. Kull derogi bħal dawk għandhom jintwerew fin-
noti tal-kontijiet konsolidati u r-raġunijiet għal dawk id-derogi flimkien ma’ l-effett
tagħhom fuq l-attiv, il-passiv, il-qagħda finanzjarja u l-qligħ jew telf ta’ l-impriżi
nklużi fil-konsolidazzjoni meħuda bħala ħaġa waħda.
(3) Meta l-kompożizzjoni ta’ l-impriżi nklużi f’konsolidazzjoni tkun inbidlet
b’mod sinifikanti matul iż-żmien tal-kontijiet, il-kontijiet konsolidati għandhom
jinkludu tagħrif li jagħmel il-paragun ta’ settijiet ta’ kontijiet konsolidati suċċessivi
jiftiehem.
6. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda għandhom jitfissru b’riferenza għall-
applikazzjoni ta’ prinċipji u prattika ta’ accounting aċċettata b’mod ġenerali biex
jagħtu stat sewwa u xieraq skond kif imfisser fl-artikolu 171 ta’ dan l-Att.
(2) Ammonti li fil-kontenut partikolari ta’ din l-Iskeda ma jkunux materjali
jista’ ma jitteħidx kont tagħhom għall-fini ta’ dik id-disposizzjoni.
Eliminazzjoni ta’ transazzjonijiet ta’ gruppi
7. (1) Kontijiet konsolidati juru l-attiv, il-passiv, il-qagħdiet finanzjarji u qligħ
u telf ta’ l-impriżi nklużi f’konsolidazzjoni daqslikieku dawn kienu mpriża waħda.
(2) Djun u talbiet bejn impriżi nklużi fil-konsolidazzjoni, u dħul u nfiq li
għandhom x’jaqsmu ma’ transazzjonijiet bejn dawk l-impriżi, għandhom ikunu
eliminati fit-tħejjija tal-kontijiet konsolidati.
(3) Meta qligħ jew telf li jirriżulta minn transazzjonijiet bejn impriżi nklużi fil-
konsolidazzjoni jkunu nklużi bil-valur ta’ l-attiv skond il-kotba tal-kontijiet, dawn
ikunu eliminati fit-tħejjija tal-kontijiet konsolidati.
(4) Is-sub-paragrafi (2) u (3) ta’ dan il-paragrafu ma jkunx hemm għalfejn
jitħarsu jekk l-ammonti ma jkunux materjali sabiex jingħata l-istat sewwa u xieraq. 
Kontijiet għal akkwisti u "merger".
8. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi minn 9 sa 17 ta’ din l-Iskeda, għandhom
japplikaw meta mpriża ssir impriża sussidjara tal-kumpannija parent, liema ġrajja
qed tissejjaħ f’dawk id-disposizzjonijiet bħala "akkwist", u riferenza għal "impriża
  290      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
akkwistata" għandhom jinftiehmu f’dan is-sens.
9. Akkwist għandu jsir il-kont dwaru bil-metodu ta’ accounting għal akkwisti
kemm-il darba ma jkunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għal accounting bħala merger u
ma jintużax il-metodu ta’ accounting għal merger.
10. (1) Il-metodu ta’ accounting għal akkwisti huwa dak dettaljat f’dan il-
paragrafu.
(2) L-attiv u l-passiv li jistgħu jkunu identifikati ta’ l-impriża akkwistata
għandhom ikunu nklużi fil-karta tal-bilanċ konsolidata bil-valuri ġusti tagħhom fid-
data ta’ l-akkwist.
F’dan il-paragrafu l-frażi attiv jew passiv "li jistgħu jkunu identifikati" ta’ l-
impriża akkwistata tfisser l-attiv u l-passiv li jkunu jistgħu jiġu disposti jew
sodisfatti separatament, mingħajr ma jkun dispost in-negozju ta’ l-impriża.
(3) Id-dħul u l-infiq ta’ l-impriża akkwistata għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet
konsolidati biss mid-data ta’ l-akkwist.
(4) Għandu jkun hemm tpaċija mal-kont ta’ l-akkwist ta’ l-interess fl-azzjonijiet
ta’ l-impriża miżmuma mill-kumpannija parent u l-impriżi sussidjarji tagħha, l-
interess tal-kumpannija parent u l-impriżi sussidjarji tagħha fil-kapital u r-riżervi
aġġustati ta’ l-impriża akkwistata.
Għall-fini ta’ dan is-sub-paragrafu -
"kont ta’ l-akkwist" tfisser l-ammont ta’ kull konsiderazzjoni ta’ flus u l-valur
xieraq ta’ kull konsiderazzjoni oħra, flimkien ma’ dak l-ammont, jekk ikun hemm,
dwar drittijiet u spejjeż oħra ta’ l-akkwist kif il-kumpannija tiddeċiedi, u "il-kapital
u r-riżervi aġġustati" ta’ l-impriża akkwistata tfisser il-kapital u r-riżervi tagħha fid-
data ta’ l-akkwist wara li jkunu aġġustati l-attiv u l-passiv identifikabbli ta’ l-
impriża għall-valuri xierqa f’dik id-data.
(5) L-ammont li jirriżulta mit-tpaċija kif provdut fis-sub-paragrafu (4) ta’ dan
il-paragrafu, jekk ikun pożittiv, għandu jitqies bħala avvjament u jekk ikun negattiv,
bħala differenza negattiva tal-konsolidazzjoni.
(6) L-avvjament għandu jkun trattat skond ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 19
tat-Tielet Skeda.
11. (1) Il-kondizzjonijiet ta’ accounting għal akkwist bħala merger huma -
(a)li għallinqas disgħin fil-mija tal-valur nominali ta’ l-azzjonijiet rilevanti
fl-impriża akkwistata jinżammu minn jew f’isem il-kumpannija parent
u l-impriżi sussidjarji tagħha;
(b) li l-proporzjon imsemmi fil-paragrafu (a) ikun inkiseb bis-saħħa ta’
arranġament li jipprovdi għall-ħruġ ta’ azzjonijiet b’ekwità  mill-
kumpannija parent jew minn waħda jew iżjed mill-impriżi sussidjarji
tagħha;
(ċ) li l-valur ġust ta’ kull konsiderazzjoni barra mill-ħruġ ta’ azzjonijiet
b’ekwità  ma kienx iżjed minn għaxra fil-mija tal-valur nominali ta’ l-
azzjonijiet b’ekwità  maħruġa.
(2) Ir-riferenza fis-sub-paragrafu (a) tal-paragrafu (1) għal "azzjonijiet
rilevanti" f’impriża akkwistata hija għal dawk li jkollhom jeddijiet mhux ristretti
biex jipparteċipaw kemm fit-tqassim u fit-taqsim ta’ l-attiv mill-membri f’każ ta’
stralċ ta’ l-impriża.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      291
12. (1) Il-metodu ta’ accounting tal-merger għandu jkun speċifikat f’dan il-
paragrafu.
(2) L-attiv u l-passiv ta’ l-impriża akkwistata għandhom jidħlu fil-kontijiet
konsolidati bil-figuri li jkunu jidhru fil-kontijiet ta’ l-impriża, soġġetti għal kull
aġġustament permess jew meħtieġ b’din l-Iskeda.
(3) Id-dħul u l-infiq ta’ l-impriża akkwistata għandhom jidħlu fil-kontijiet
konsolidati għaż-żmien tal-kontijiet kollu magħdud iż-żmien qabel l-akkwist.
(4) Il-kontijiet konsolidati għandhom juru l-ammonti korrispondenti dwar iż-
żmien tal-kontijiet ta’ qabel daqslikieku l-impriża akkwistata kienet inkluża fil-
konsolidazzjoni matul dak iż-żmien ta’ kontijiet.
(5) Għandu jkun hemm tpaċija ma’ l-aggregat ta’ -
(a) l-ammont xieraq dwar azzjonijiet maħruġa mill-kumpannija parent jew
l-impriżi sussidjarji b’konsiderazzjoni għall-akkwist ta’ azzjonijiet fl-
impriża akkwistata; u
(b)il-valur xieraq ta’ kull konsiderazzjoni oħra għall-akkwist ta’ azzjonijiet
fl-impriża akkwistata, stabbilit fid-data meta dawk l-azzjonijiet kienu
akkwistati; 
mal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ l-impriża akkwistata li jkun
miżmum mill-kumpannija parent u l-impriżi sussidjarji tagħha.
(6) L-ammont li jirriżulta għandu jkun muri bħala aġġustament għar-riżervi
konsolidati.
13. (1) Meta grupp ikun akkwistat, il-paragrafi minn 10 sa 12 ta’ din l-Iskeda
japplikaw bl-adattamenti murija f’dan il-paragrafu.
(2) Riferenza għal azzjonijiet ta’ l-impriża akkwistata għandha tinftiehem bħala
riferenza għal azzjonijiet ta’ l-impriża parent tal-grupp.
(3) Riferenzi oħra għall-impriżi akkwistati għandhom jinftiehmu bħala riferenzi
għall-grupp; u riferenzi għall-attiv u l-passiv, dħul u nfiq u kapital u riżervi ta’ l-
impriża akkwistata għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għall-attiv u passiv, dħul u
nfiq u kapital u riżervi tal-grupp wara li jsiru t-tpaċija u aġġustamenti oħra meħtieġa
b’din l-Iskeda fil-każ ta’ kontijiet konsolidati.
14. (1) It-tagħrif dettaljat f’dan il-paragrafu dwar akkwisti li jsiru fiż-żmien
tal-kontijiet għandu jingħata fin-noti tal-kontijiet konsolidati.
(2) Għandu jingħad -
(a) l-isem ta’ l-impriża akkwistata jew, meta jkun akkwistat grupp, l-isem
tal-kumpannija parent u l-indirizz ta’ l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali
ta’ dik l-impriża, u
(b) id-data effettiva ta’ l-akkwist għall-finijiet tal-kontijiet, u
(ċ) jekk l-akkwist ikunx sar kont dwaru bil-metodu ta’ accounting ta’ l-
akkwist jew tal-merger,
u dwar akkwist li jolqot b’mod sinifikanti l-figuri murija fil-kontijiet konsolidati,
għandu jingħata tagħrif ieħor skond is-sub-paragrafi minn (3) sa (7) ta’ dan il-
paragrafu. 
(3) Il-kompożizzjoni u l-valur xieraq tal-konsiderazzjoni għall-akkwist mill-
kumpannija parent u l-impriżi sussidjarji tagħha għandhom ikunu dikjarati.
  292      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(4) Meta jkun użat il-metodu ta’ accounting ta’ akkwist, il-valuri tal-kotba kif
kienu minnufih qabel l-akkwist, u l-valuri xierqa fid-data ta’ l-akkwist, ta’ kull
klassi ta’ attiv u passiv ta’ l-impriża jew grupp akkwistat għandhom jingħataw
f’forma ta’ kolonni, magħduda dikjarazzjoni ta’ l-ammont ta’ kull avvjament jew
differenza ta’ konsolidazzjoni negattiva li tinqala’ ma’ l-akkwist, flimkien ma’
spjegazzjoni ta’ kull aġġustamenti sinifikanti magħmula u fil-każ ta’ avvjament it-
trattament tiegħu u ż-żmien ta’ ammortizzament, skond liema jkun japplika.
(5) Meta jkun użat il-metodu ta’ accounting ta’ merger,  għandha tingħata
spjegazzjoni ta’ kull aġġustamenti sinifikanti magħmula dwar l-ammonti ta’ l-attiv u
l-passiv ta’ l-impriża jew grupp akkwistat, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ kull
aġġustament li jirriżulta għar-riżervi konsolidati, magħduda dikjarazzjoni mill-ġdid
tar-riżervi konsolidati tal-ftuħ.
(6) Meta jkun użat il-metodu ta’ accounting ta’ merger għandhom jingħataw
dettalji tal-qligħ u telf ta’ l-impriża jew grupp akkwistat għall-perijodu mill-bidu
taż-żmien tal-kontijiet ta’ l-impriża jew, skond il-każ, tal-kumpannija parent tal-
grupp, sad-data ta’ l-akkwist u għandha tingħata wkoll id-data li fiha jkun beda ż-
żmien tal-kontijiet.
(7) Sabiex ikun aċċertat għall-finijiet tas-sub-paragrafi (4), (5) u (6) ta’ dan il-
paragrafu, il-qligħ jew telf ta’ grupp, il-valuri tal-kotba u l-valuri xierqa ta’ l-attiv u
l-passiv tal-grupp jew l-ammont ta’ l-attiv u passiv ta’ grupp, għandhom isiru
dwarhom tpaċija u aġġustamenti oħra meħtieġa b’din l-Iskeda fil-każ ta’ kontijiet
konsolidati.
15. (1) Għandu jkun dikjarat ukoll fin-noti tal-kontijiet konsolidati l-ammont
kumulattiv ta’ l-avvjament li jirriżulta mill-akkwist f’dawk iż-żminijiet tal-kontijiet
u qabel li jkun inqata’.
(2) Il-figura meħtieġa skond is-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu għandha
tintwera netta minn kull avvjament attribwit għal impriżi jew negozji sussidjarji li
jkunu disposti qabel id-data tal-karta tal-bilanċ.
16. (1) Meta matul żmien tal-kontijiet ikun hemm disponiment ta’ mpriża jew
grupp li jolqot b’mod sinifikanti l-figuri murija fil-kontijiet konsolidati, għandu jkun
hemm dikjarati fin-noti tal-kontijiet konsolidati -
(a) l-isem ta’ dik l-impriża jew, skond il-każ, tal-kumpannija parent ta’ dak
il-grupp, u
(b) safejn dak il-qligħ jew telf muri fil-kontijiet konsolidati jkun jista’ jiġi
attribwit bil-qligħ jew telf ta’ dik l-impriża jew grupp.
17. It-tagħrif meħtieġ bil-paragrafi 14, 15 jew 16 ta’ din l-Iskeda ma għandux
għalfejn jintwera dwar impriża li -
(a) tkun stabbilta taħt il-liġi ta’ pajjiż barra minn Malta, jew 
(b) tmexxi n-negozju barra minn Malta,
jekk fil-fehma tad-diretturi tal-kumpannija parent il-wiri jkun ta’ preġudizzju serju
għal dik l-impriża jew għan-negozju tal-kumpannija parent jew xi mpriżi sussidjarji,
u r-Reġistratur ikun jaqbel li t-tagħrif ma għandux jintwera.
Interessi tal-minorità
18. (1) L-ammont li jkun attribwit għal azzjonijiet f’impriżi sussidjarji nklużi
fil-konsolidazzjoni li jkunu miżmuma minn persuni li ma jkunux impriżi nklużi fil-
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      293
konsolidazzjoni għandu jintwera fil-karta tal-bilanċ konsolidata bħala oġġett separat
b’intestatura xierqa.
(2) L-ammont ta’ kull qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji li jkunu attribwiti
għal azzjonijiet f’impriżi sussidjarji nklużi fil-konsolidazzjoni miżmuma minn
persuni li ma jkunux l-impriżi nklużi fil-konsolidazzjoni għandu jintwera fil-kont ta’
qligħ u telf konsolidat bħala oġġett separat b’intestatura xierqa.
(3) L-ammont ta’ kull qligħ jew telf fuq attivitajiet ordinarji li jkun attribwit
għal azzjonijiet f’impriżi sussidjarji nklużi fil-konsolidazzjoni miżmuma minn
persuni li ma jkunux l-impriżi nklużi fil-konsolidazzjoni għandu jintwera fil-kont ta’
qligħ u telf bħala oġġett separat b’intestatura xierqa.
Interess f’impriżi sussidjarji esklużi minn konsolidazzjoni
19. L-interess tal-grupp f’impriżi sussidjarji esklużi mill-konsolidazzjoni taħt
is-subartikolu (5) ta’ l-artikolu 170 ta’ dan l-Att u l-ammont ta’ qligħ jew telf li jkun
attribwit għal dak l-interess, għandhom jintwerew fil-karta tal-bilanċ konsolidata u
fil-kont ta’ qligħ u telf konsolidat rispettivament bil-metodu ta’ accounting ta’
ekwità.
Joint venture
20. Meta mpriża nkluża fil-konsolidazzjoni tidderiġi mpriża oħra flimkien ma’
mpriża oħra jew iżjed li ma jkunux inklużi fil-konsolidazzjoni, l-impriża l-oħra (il-
joint venture) tista’, jekk ma tkunx impriża sussidjara tal-kumpannija parent u ma
tkunx ġiet trattata bħala mpriża assoċjata skond kif imfisser fil-paragrafu 21 ta’ din
l-Iskeda, tkun inkluża fil-kontijiet konsolidati fil-proporzjon tal-jeddijiet fil-kapital
tagħha miżmuma mill-impriża nkluża fil-konsolidazzjoni (magħrufa bħala
konsolidazzjoni proporzjonali).
Impriżi assoċjati
21. (1) Meta mpriża nkluża f’konsolidazzjoni teżerċita nfluwenza sinifikanti
fuq il-policy operattiva u finanzjarja ta’ mpriża li ma tkunx inkluża fil-
konsolidazzjoni (impriża assoċjata) li fiha jkollha nteress parteċipanti, l-interess
parteċipanti għandu jintwera fil-karta tal-bilanċ konsolidata bħala oġġett separat
b’intestatura xierqa.
(2) Impriża titqies li teżerċita nfluwenza sinifikanti fuq impriża oħra meta
jkollha għoxrin fil-mija jew iżjed tal-jeddijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew tal-membri
fl-impriża.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda IX ta’ dan l-Att għandhom jitqiesu sabiex
ikun stabbilit għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, jekk impriża jkollhiex għoxrin fil-
mija jew iżjed tal-jeddijiet tal-vot f’impriża oħra.
(4) Il-proporzjon tal-qligħ jew telf ta’ l-impriżi assoċjati li għandhom ikunu
attribwiti lil dawk l-interessi parteċipanti għandha tintwera fil-kont ta’ qligħ u telf
konsolidat bħala oġġett separat taħt intestatura xierqa.
(5) L-eliminazzjoni msemmija fis-sub-paragrafu (2) tal-paragrafu 7 ta’ din l-
Iskeda għandha ssir safejn il-fatti jkunu magħrufa jew jistgħu jkunu aċċertati. Dik l-
eliminazzjoni, iżda, ma tistax issir meta l-ammonti ma jkunux materjali sabiex
jingħata l-istat sewwa u xieraq.
(6) Meta d-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jkunu applikati l-ewwel darba
għal interess parteċipanti msemmi fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu, l-
  294      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
interess parteċipanti għandu jkun muri fil-karta tal-bilanċ konsolidata bil-valur
tiegħu tal-kotba kalkolat skond ir-regoli ta’ valutazzjoni stabbiliti fit-Tielet Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att. Id-differenza bejn dak il-valur u l-ammont korrispondenti
għall-proporzjon tal-kapital u riżervi rappreżentati b’dak l-interess parteċipanti
għandha tintwera separatament fil-karta tal-bilanċ konsolidata jew fin-noti tal-
kontijiet konsolidati. Id-differenza tista’ tkun kalkolata kif kienet fid-data li fiha dak
il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba jew kif muri fis-sub-paragrafu (7) ta’ dan
il-paragrafu.
(7) Id-differenza msemmija fis-sub-paragrafu (6) ta’ dan il-paragrafu tista’ tkun
kalkolata kif kienet fid-data ta’ l-akkwist ta’ l-azzjonijiet jew, meta dawn kienu
akkwistati f’żewġ stadji jew iżjed, kif kienet fid-data li fiha l-impriża kienet saret
impriża assoċjata.
(8) Meta attiv jew passiv ta’ mpriża assoċjata jkunu ġew valutati b’metodi
differenti minn dawk użati għall-konsolidazzjoni, dawn għandhom, sabiex tkun
kalkolata d-differenza msemmija fis-sub-paragrafu (6) ta’ dan il-paragrafu, ikunu
valutati mill-ġdid bil-metodi wżati għal konsolidazzjoni:
Iżda d-diretturi ta’ kumpannija li għaliha japplika l-artikolu 170 ta’ dan l-Att
jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux dik il-valutazzjoni mill-ġdid f’liema każ dak il-fatt
għandu jkun muri fin-noti tal-kontijiet konsolidati.
(9) Il-valur tal-kotba msemmi fis-sub-paragrafu (6) ta’ dan il-paragrafu għandu
jiżdied jew jitnaqqas bl-ammont ta’ kull tibdil li jkun sar matul iż-żmien tal-kontijiet
fil-proporzjon tal-kapital u r-riżervi ta’ l-impriża assoċjata rappreżentat b’dak l-
interess parteċipanti; barra minn hekk għandu jitnaqqas bl-ammont tad-dividendi li
jkollhom x’jaqsmu ma’ dak l-interess parteċipanti.
(10) Safejn id-differenza pożittiva msemmija fis-sub-paragrafu (6) ta’ dan il-
paragrafu ma tkunx tista’ tiġi relatata ma’ xi kategorija ta’ attiv u passiv din għandha
tkun trattata skond ir-regoli stabbiliti għall-oġġett "avvjament" fit-Tielet Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att. Dik id-differenza pożittiva tista’, iżda, jekk id-diretturi ta’
kumpannija li għaliha japplika l-artikolu 170 ta’ dan l-Att hekk jiddeċiedu, tkun
minnufih u b’mod ċar imnaqqsa mir-riżervi.
(11) Meta mpriża assoċjata tagħmel kontijiet konsolidati, id-disposizzjonijiet ta’
dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-kapital u riżervi murija f’dawk il-
kontijiet konsolidati.
(12) Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx għalfejn ikunu
applikati meta l-interess parteċipanti fil-kapital ta’ l-impriża assoċjata ma jkunx
materjali sabiex jingħata l-istat sewwa u xieraq.
Tagħrif b’noti tal-kontijiet konsolidati
22. B’żieda mat-tagħrif meħtieġ taħt xi disposizzjonijiet oħra ta’ din l-Iskeda,
in-noti tal-kontijiet konsolidati għandhom, għall-anqas, jagħtu tagħrif dwar dan li
ġej -
(1) Il-metodi ta’ valutazzjoni applikati għad-diversi oġġetti fil-kontijiet
konsolidati, u l-metodi wżati fil-kalkolu ta’ l-aġġustamenti tal-valur. Għal oġġetti
nklużi fil-kontijiet konsolidati li huma jew li kienu oriġinarjament espressi f’munita
barranija, għandha tintwera l-bażi tal-konverżjoni wżata biex ikunu espressi fil-
munita li fiha jkunu saru l-kontijiet konsolidati.
(2) (a) L-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-uffiċċji reġistrati jew prinċipali ta’ l-impriżi
nklużi fil-konsolidazzjoni, il-proporzjon tal-kapital miżmum f’impriżi
nklużi fil-konsolidazzjoni, barra mill-impriża parent, mill-impriżi
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      295
nklużi fil-konsolidazzjoni liema mill-kondizzjonijiet imsemmija fit-
tifsira ta’ kumpannija parent, fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 2 ta’ dan
l-Att, iffurmaw il-bażi li fuqha tkun saret il-konsolidazzjoni.
It-tagħrif ta’ l-aħħar jista’, minkejja dan, jitħalla barra meta konsolidaz-
zjoni tkun saret fil-każ ta’ impriża sussidjarja li fiha l-kumpannija
parent ikollha l-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew
membri tagħha u fejn il-proporzjon tal-kapital u l-proporzjon tal-
jeddijiet tal-vot miżmuma jkunu l-istess.
(b) It-tagħrif muri fil-paragrafu (a) ta’ dan is-sub-paragrafu, safejn japplika,
għandu jingħata dwar impriżi esklużi minn konsolidazzjoni skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (3) sa (7) ta’ l-artikolu 170 u
spjegazzjoni għandha tingħata għall-esklużjoni ta’ l-impriżi msemmija
fis-subartikolu (5) ta’ dak l-artikolu.
(3) (a) L-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati jew prinċipali ta’ mpriżi assoċjati ma’
mpriża nkluża fil-konsolidazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 21 ta’ din l-
Iskeda u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum minn impriżi nklużi
fil-konsolidazzjoni jew minn persuni f’isimhom stess iżda għan-nom ta’
dawk l-impriżi.
(b) It-tagħrif muri fil-paragrafu (a) ta’ dan is-sub-paragrafu għandu jingħata
dwar l-impriżi assoċjati msemmija fis-sub-paragrafu (12) tal-paragrafu
21 ta’ din l-Iskeda, flimkien mar-raġunijiet għaliex qed tkun applikata
dik id-disposizzjoni.
(4) L-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati jew prinċipali ta’ mpriżi konsolidati
proporzjonalment skond il-paragrafu 20 ta’ din l-Iskeda, il-fatturi li fuqhom tkun
ibbażata t-tmexxija flimkien, u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-
impriżi nklużi fil-konsolidazzjoni jew minn persuni f’isimhom stess iżda għan-nom
ta’ dawk l-impriżi.
(5) L-isem u l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali ta’ kull waħda mill-impriżi, barra
minn dawk imsemmija fis-sub-paragrafi (2), (3) u (4) ta’ dan il-paragrafu, li fihom
impriżi nklużi fil-konsolidazzjoni u dawk esklużi bis-saħħa tas-subartikolu (5) ta’ l-
artikolu 170, jew huma nfushom jew bil-mezz ta’ persuni oħra li jaġixxu f’isimhom
stess iżda għan-nom ta’ dawk l-impriżi, ikollhom għall-inqas għoxrin fil-mija tal-
kapitali juri l-proporzjon tal-kapital miżmum, l-ammont tal-kapital u riżervi, u l-
qligħ jew telf għall-aħħar żmien tal-kontijiet ta’ l-impriża li tkun li għaliha jkunu
adottati l-kontijiet. Meta t-tagħrif ikun meqjus mid-diretturi ta’ kumpannija li
għaliha japplika l-artikolu 170 ta’ dan l-Att li ma jkunx materjali biex jingħata l-istat
sewwa u xieraq, dan jista’ jitħalla barra. It-tagħrif dwar kapital u riżervi u l-qligħ
jew telf jista’ jitħalla barra wkoll meta l-impriża li tkun ma tippubblikax il-karta tal-
bilanċ tagħha u meta inqas minn ħamsin fil-mija tal-kapital tagħha jkun miżmum,
direttament jew indirettament, mill-impriżi hawn fuq imsemmija.
(6) Il-medja tan-numru ta’ persuni mpjegati matul iż-żmien tal-kontijiet mill-
impriżi li għalihom ikun applikat il-paragrafu 20 ta’ din l-Iskeda għandha tkun
murija separatament.
(7) L-ammont ta’ l-emolumenti mħallsa dwar iż-żmien tal-kontijiet lill-membri
tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija parent minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom
fil-kumpannija parent u fl-impriżi sussidjarji tagħha, u kull rabtiet li jinqalgħu jew li
jkunu saru taħt l-istess kondizzjonijiet dwar pensjonijiet ta’ rtir għal membri
preċedenti ta’ dawk il-korpi, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija.
(8) L-ammont ta’ avvanzi u krediti mogħtija lill-bord tad-diretturi tal-
kumpannija parent minn dik l-impriża jew minn waħda mill-impriżi sussidjarji
  296      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
tagħha, b’indikazzjonijiet tar-rati ta’ l-imgħax, kondizzjonijiet prinċipali u kull
ammonti mħallsa lura, kif ukoll rabtiet li jkunu saru f’isimhom bħala garanzija ta’
kull xorta b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija.
(9) Is-sub-paragrafi (7) u (8) ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw bl-
esklużjoni tad-disposizzjonijiet korrispondenti tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att. 
23. (1) It-tagħrif li jinsab fis-sub-paragrafi (2), (3) u (4) tal-paragrafu 22 ta’ din
l-Iskeda jista’ jintwera f’dikjarazzjoni separata li għandha tkun ippreżentata lir-
Reġistratur flimkien mal-kontijiet annwali tal-kumpannija parent skond l-artikolu
183 ta’ dan l-Att.
(2) Meta dan it-tagħrif ikun muri f’dikjarazzjoni separata kif imsemmi fis-sub-
paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu dan il-fatt għandu jkun muri fin-noti tal-kontijiet
konsolidati.
24. (1) It-tagħrif li jinsab fis-sub-paragrafi (2), (3) u (4) tal-paragrafu 22 ta’ din
l-Iskeda jista’ jitħalla barra jekk fil-fehma tad-diretturi ta’ kumpannija li għaliha
japplika l-artikolu 170 ta’ dan l-Att ix-xorta tiegħu tkun hekk li toħloq preġudizzju
serju lil xi waħda mill-impriżi milquta b’dawk id-disposizzjonijiet, u r-Reġistratur
ikun jaqbel li dak it-tagħrif ma għandux jintwera.
(2) Meta xi tagħrif jitħalla barra min-noti tal-kontijiet konsolidati bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu, dak il-fatt għandu
jintwera fl-imsemmija noti tal-kontijiet konsolidati.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      297
KONTIJIET INDIVIDWALI U RAPPORT TAD-DIRETTURI 
TA’ KUMPANNIJA TA’ INVESTIMENT 
B’KAPITAL AZZJONARJU VARJABBLI
Bla ħsara għal kull ħtiġiet stabbiliti mill-awtorità  kompetenti taħt l-Att dwar is-
Servizzi ta’ Investiment, il-kontijiet individwali ta’ kumpannija ta’ investiment
b’kapital azzjonarju varjabbli għandhom għall-inqas juru t-tagħrif speċifikat fid-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din l-Iskeda.
1. Dikjarazzjoni ta’ attiv u passiv li turi: 
- sigurtajiet
-  dokumenti dwar dejn 
-  bilanċi tal-Bank
-  attiv ieħor 
-  attiv totali 
-  passiv
-  valur nett ta’ l-attiv
-  dettalji tal-policies dwar kontijiet u valutazzjoni. 
2. In-numru ta’ unitajiet jew azzjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni. 
3. Il-valur nett ta’ l-attiv kull unità  jew azzjoni.
4. Kif ikun magħmul il-portfolio, fejn issir distinzjoni bejn:
(a) sigurtajiet trasferibbli li jkunu imdaħħlin fil-lista ta’ exchange ta’
investiment rikonoxxut; 
(b) sigurtajiet trasferibbli negozjati fuq kull suq ieħor regolat;
(ċ) sigurtajiet trasferibbli li jkunu għadhom kemm ħarġu; 
(d) sigurtajiet trasferibbli mhux inklużi hawn fuq;
(e) dokumenti dwar dejn mhux inklużi ħawn fuq; 
(f) investimenti oħra kif applikabbli.
Riferenzi fis-sub-paragrafu (ċ) ta’ dan il-paragrafu għal sigurtajiet trasferibbli li
jkunu għadhom kemm ħarġu huma għal sigurtajiet li mal-kondizzjonijiet tal-ħruġ
tagħhom tkun inkluża garanzija li tkun se ssir applikazzjoni għad-dħul fil-lista ta’
exchange ta’ investiment rikonoxxut jew f’xi suq ieħor regolat.
Il-portfolio għandu jkun analizzat fuq bażi ekonomika, ġeografika, ta’ munita jew
kriterji xierqa oħra meta titqies il-policy ta’ investiment tal-kumpannija. Dak l-
analiżi għandu juri l-valur ta’ kull kategorija ta’ investiment bħala perċentwali ta’ l-
attiv nett u bħala perċentwali ta’ l-attiv totali tal-kumpannija.
Kull tibdil materjali fil-kompożizzjoni tal-portfolio ta’ l-investiment magħmul
matul żmien tal-kontijiet għandu jkun dikjarat.
5. Dikjarazzjoni jew dikjarazzjonijiet ta’ l-iżviluppi dwar l-attiv tal-
kumpannija li jkunu saru matul iż-żmien tal-kontijiet u inklużi, fost ħwejjeġ oħra,
dawn li ġejjin:
Emendata:
IV. 2003.165. IL-ĦAMES SKEDA(Artikolu 169)
  298      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
- dħul minn investimenti; 
- dħul ieħor;
- spejjeż ta’ direzzjoni;
- spejjeż tad-depożitarji; 
- spejjeż oħra u taxxi; 
- dħul nett;
- tqassim u dħul investit mill-ġdid; 
- tibdil fil-kont kapitali;
- apprezzament jew deprezzament fil-valur ta’ l-investimenti; 
- tibdil ieħor li jolqot il-valur ta’ l-attiv u l-passiv tal-kumpannija.
6. Tabella komparattiva li tkopri l-aħħar tliet żminijiet tal-kontijiet u
magħduda, għal kull żmien tal-kontijiet, fit-tmiem ta’ dak iż-żmien il-valur ta’ l-attiv
nett totali tal-kumpannija u l-valur ta’ l-attiv nett kull unità  jew azzjoni.
Matul l-ewwel, it-tieni u t-tielet żmien tal-kontijiet, kumpannija għandha turi t-
tagħrif ta’ hawn fuq għaż-żminijiet tal-kontijiet kollha mir-reġistrazzjoni tagħha.
7. Dettalji skond il-kategorija tat-transazzjoni ta’ l-ammont li jirriżulta mir-
rabtiet.
Riferenzi f’dan il-paragrafu għal rabtiet huma għal rabtiet li jinħolqu mill-użu ta’
metodi tekniċi u strumenti għal finijiet ta’ portfolio management effiċjenti, li
jinkludi, fost ħwejjeġ oħra, il-protezzjoni kontra r-riskji ta’ kambju, rata ta’ mgħax u
swieq.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      299
KONTENUT TAR-RAPPORT TAD-DIRETTURI 
1. Ir-rapport tad-diretturi għandu jkun fih -
(a) partikolaritajiet ta’ kull ġrajja importanti li jolqtu l-kumpannija jew xi
waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha li jkunu ġraw mit-tmiem ta’ l-
aħħar żmien tal-kontijiet;
(b) indikazzjoni ta’ l-iżviluppi li x’aktarx ikun hemm fil-futur fin-negozju
tal-kumpannija u ta’ l-impriżi sussidjarji tagħha;
(ċ) indikazzjoni ta’ l-attivitajiet, jekk ikun hemm, tal-kumpannija u ta’ l-
impriżi sussidjarji tagħha fil-qasam ta’ l-iżvilupp u tar-riċerka;
(d) l-ammont, jekk ikun hemm, li huma jirrakkomandaw biex jitħallas bħala
dividend u l-ammont, jekk ikun hemm, li huma jipproponu li jqiegħdu
fir-riżervi; u
(e) l-eżistenza ta’ fergħat tal-kumpannija.
2. Ir-rapport tad-diretturi għandu jiddikjara t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3
ta’ din l-Iskeda meta matul żmien tal-kontijiet azzjonijiet f’kumpannija -
(a) ikunu nxtraw mill-kumpannija jew ikunu akkwistati minnha b’konfiska
jew ċessjoni minflok konfiska, jew fil-każ ta’ l-akkwist mill-
kumpannija ta’ azzjonijiet tagħha stess, jew
(b) ikunu akkwistati minn persuna oħra f’ċirkostanzi fejn l-akkwist ikun
minn nominat tal-kumpannija, jew minn xi ħadd ieħor bl-għajnuna
finanzjarja tal-kumpannija, u l-kumpannija nnifisha jkollha nteress
benefiċjarju, jew
(ċ) ikunu magħmula suġġetti għal rahan jew privileġġ, għal ipoteka jew xi
piż ieħor favur il-kumpannija.
3. It-tagħrif li għandu jintwera fir-rapport tad-diretturi skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda għandu jkun dan li ġej:
(a) ir-raġunijiet għal dawk it-transazzjonijiet jew ġrajjiet;
(b) in-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet hekk mixtrija, l-ammont
aggregat tal-konsiderazzjoni mħallsa mill-kumpannija għal dawk l-
azzjonijiet u r-raġunijiet għax-xiri tagħhom;
(ċ) in-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet hekk mixtrija mill-
kumpannija, jew akkwistata minn persuna oħra f’dawk iċ-ċirkostanzi
jew hekk imħallsa rispettivament matul iż-żmien tal-kontijiet;
(d) l-akbar numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet li, meta jkunu hekk
akkwistati mill-kumpannija, akkwistati minn persuna oħra f’dawk iċ-
ċirkostanzi jew hekk imħallsa, sew jekk matul dak iż-żmien jew le,
ikunu miżmuma f’kull żmien mill-kumpannija jew minn dik il-persuna
l-oħra matul dak iż-żmien;
(e) in-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet hekk akkwistati mill-
kumpannija, akkwistati minn persuna oħra f’dawk iċ-ċirkostanzi jew
hekk imħallsa, sew jekk matul dak iż-żmien jew le, li jkunu disposti
mill-kumpannija jew li jkunu kanċellati mill-kumpannija matul dak iż-
żmien;
Emendata:
IV. 2003.166. IS-SITT SKEDA(Artikolu 177)
  300      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(f) meta n-numru u l-valur nominali ta’ l-azzjonijiet ta’ xi deskrizzjoni
partikolari jkunu dikjarati skond xi wieħed mis-sub-paragrafi ta’ qabel
dan, il-perċentwali tal-kapital azzjonarju msejjaħ u maħruġ li l-
azzjonijiet ta’ dik id-deskrizzjoni jkunu jirrappreżentaw;
(g) meta xi wħud mill-azzjonijiet ikunu hekk tħallsu l-ammont tal-ħlas
f’kull każ; u
(h) meta xi wħud mill-azzjonijiet ikunu disposti mill-kumpannija għall-
persuna li tkun akkwistathom f’dawk iċ-ċirkostanzi għal flus jew dak li
jiswa flus, l-ammont jew valur tal-konsiderazzjoni f’kull każ.
4. Ir-rapport tad-diretturi għandu wkoll jiddikjara n-numru u l-valur nominali
ta’ l-azzjonijiet kollha tal-kumpannija parent miżmuma, minn dik il-kumpannija
nnifisha, minn kumpanniji sussidjarji ta’ dik il-kumpannija:
Iżda l-partikolaritajiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx għalfejn
jintwerew fir-rapport tad-diretturi jekk ikunu nklużi fin-noti tal-kontijiet.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      301
Numru tal-Kumpannija: ........................
KONTENUT U FORMULA TA’ PROSPETT ANNWALI
PROSPETT ANNWALI ta’ ...................................................................................
........................................................................................ (isem tal-Kumpannija)
Sa liema data dan il-prospett hu magħmul: ...................................... 
(li tkun l-anniversarju tad-data tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija)
1. Indirizz
(Indirizz ta’ l-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija) 
Din il-formula għandha timtela f’FORMA STAMPATA BOLD
Sostitwita:
IV. 2003.167. IS-SEBA’ SKEDA(Artikolu 184)
  302      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
2. Sommarju tal-Kapital Azzjonarju
L-ammonti kollha f’liri Maltin għandhom jitniżżlu bis-simbolu Lm quddiemhom. Is-
simboli wżati għal muniti oħra għandhom jiġu ndikati (meta applikabbli).
Munita  Simbolu
.........................................  ......................................... 
.........................................  ......................................... 
.........................................  ......................................... 
......................................... ......................................... 
(a) Kapital Azzjonarju Nominali
Kapital Azzjonarju Nominali ............................................................ maqsuma fi: 
(niżżel in-numru u l-klassi)  azzjonijiet ta’ ........................ kull waħda
...................... ........................ azzjonijiet ta’ ........................ kull waħda
...................... ........................ azzjonijiet ta’ ........................ kull waħda
...................... ........................ azzjonijiet ta’ ........................ kull waħda
(b) Kapital Azzjonarju Maħruġ
Numru Klassi
Numru ta’ azzjonijiet ta’ kull klassi
li jkunu ttieħdu sad-data ta’ dan il-
prospett (liema numru għandu
jaqbel mat-total muri fil-lista li
għandhom il-membri   eżistenti). 
.......................
.......................
.......................
.......................
.......................
................ azzjonijiet
................ azzjonijiet
................ azzjonijiet
................ azzjonijiet
................ azzjonijiet
Numru ta’ azzjonijiet ta’ kull klassi
maħruġa bħala parti mħallsa u
safejn kull azzjoni bħal din tkun
hekk imħallsa. 
maħruġa bħala mħallsa sa .........................
kull azzjoni ............................. azzjonijiet
maħruġa bħala mħallsa sa .........................
kull azzjoni ............................. azzjonijiet
maħruġa bħala mħallsa sa .........................
kull azzjoni ............................. azzjonijiet
maħruġa bħala mħallsa sa .........................
kull azzjoni ............................. azzjonijiet
Numru totali ta’ azzjonijiet ta’ 
kull klassi konfiskati.
Numru
......................
......................
......................
......................
Klassi
............................ azzjonijiet
............................ azzjonijiet
............................ azzjonijiet
............................ azzjonijiet
TAmmont totali mħal-las, jekk 
ikun hemm, fuq azzjonijiet konfi-
skati. ....................... ....................
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      303
     3. Lista ta’ Membri Passati u Preżenti
Lista ta’ persuni li jkollhom azzjonijiet jew stock fil-kumpannija sad-data li fiha jsir
dan il-prospett, u ta’ persuni li kellhom azzjonijiet jew stock fiha f’kull żmien mid-
data ta’ l-aħħar prospett, jew fil-każ ta’ l-ewwel prospett, mir-reġistrazzjoni tal-
kumpannija.
Folio fir-
reġistru tal-
ledger li jkollu 
partikolaritajiet
Ismijiet
Indirizzi (fil-każ 
ta’ korp ġuridiku, 
l-uffiċċju 
reġistrat)
Kont ta’ Azzjonijiet Rimarki
Numru ta’ 
azzjonijiet  
miżmuma 
minn membri 
eżistenti fid-
data tal-
prospett*§  
Partikolaritajiet ta’
azzjoniiet trasferiti  jew
trasmessi causa  mortis mid-
data ta’ l-aħħar prospett jew,
fil-każ ta’ l-ewwel prospett,
mir-reġistrazzjoni tal-
kumpannja, minn (a)
persuni li għadhom membri
u (b) persuni li ma baqgħux
membri**
Numru
§
Data tar-
reġistrazzjoni 
jew 
trasferiment
(a) (b)
  304      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
3. Lista ta’ Membri Passati u Preżenti (paġna ta kontinwazzjoni)
* In-numru aggregat ta’ azzjonijiet miżmuma minn kull membru għandu jiġi dikjarat u l-
aggregati għandhom jingħaddu sabiex jaqblu man-numru ta’ azzjonijiet dikjarati fis-
Sommarju tal-Kapital Azzjonarju u l-Obbligazzjonijiet li jkunu ttieħdu.
§ Meta l-azzjonijiet ikunu diviżi fi klassijiet differenti dawn il-kolonni għandhom ikunu
suddiviżi sabiex in-numru ta’ kull klassi miżmuma, trasferita jew trasmessa causa
mortis jistgħu jiġu murija separatament. Meta xi azzjonijiet ikunu ġew konvertiti fi
stock l-ammonti ta’ l-istock miżmum minn kull membru għandu jkun muri.
** Id-data tar-reġistrazzjoni ta’ kull trasferiment jew trasmissjoni causa  mortis għandha
tingħata kif ukoll in-numru ta’ azzjonijiet trasferiti jew trasmessi causa mortis f’kull
data. Il-partikolaritajiet għandhom jitqiegħdu kontra l-isem ta’ min jittrasferixxi u
mhux kontra dak li lilu jiġu trasferiti, iżda l-isem ta’ dak li lilu jiġu trasferiti jista’
jitniżżel fil-kolonna tar-"Rimarki" minnufih kontra l-partikolaritajiet ta’ kull
trasferiment. (Il-kliem "min jittrasferixxi" tfisser il-persuna mejta u l-kliem "lilu jiġi
trasferit" tfisser l-eredi jew il-legatarju, fil-każ ta’ trasmissjoni causa mortis).
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      305
4 . Partikolaritajiet tad-Diretturi
Partikolaritajiet tal-persuni li jkunu diretturi tal-kumpannija fid-data ta’ dan il-
prospett.
5. Partikolaritajiet tas-Segretarju tal-Kumpannija
Partikolaritajiet tal-persuna li tkun segretarju tal-kumpannija fid-data ta’ dan il-
prospett.
Iffirmat ...................................
Direttur / Segretarju tal-Kumpannija
Isem 
(fil-każ ta’ individwu, isem 
jew ismijiet u kunjom. Fil-
każ ta’ korp ġuridiku, l-isem 
tal-korp)
Nazzjonalità Indirizz residenzjali tas-
soltu. (Fil-każ ta’ korp 
ġuridiku, l-uffiċċju reġistrat)
Isem 
(fil-każ ta’ individwu, isem 
jew ismijiet u kunjom. Fil-
każ ta’ korp ġuridiku, l-isem 
tal-korp)
Nazzjonalità Indirizz residenzjali tas-
soltu. (Fil-każ ta’ korp 
ġuridiku, l-uffiċċju reġistrat 
jew prinċipali)
  306      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
IT-TMIEN SKEDA
(Artikolu 186)
REGOLI TA’ KONVERŻJONI LI JAPPLIKAW META JKUN HEMM BDIL 
FIL-MUNITA LI FIHA L-KAPITAL AZZJONARJU TA’ KUMPANNIJA JKUN 
ESPRESS U L-MUNITA KORRISPONDENTI LI BIHA JSIRU L-KONTIJIET
Tifsir 
1. F’din l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra- 
"Medja annwali ta’ rati tal-kambju" tfisser medja tar-rati tal-kambju li kienu fis-
seħħ matul żmien tal-kontijiet. Għall-fini tal-kalkolu ta’ din il-medja jkun biżżejjed
li tittieħed il-medja tar-rata medja applikabbli fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull
ġimgħa li tkun tinsab fl-imsemmi żmien tal-kontijiet.
"Munita barranija" tfisser munita barra mill-munita li biha jsiru l-kontijiet. 
"Munita li biha jsiru l-kontijiet" tfisser il-munita wżata meta jkunu preżentati l-
kontijiet annwali skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 187 ta’ dan l-Att. Mal-bdil
fil-munita li biha jsiru l-kontijiet b’konsegwenza ta’ bdil fil-munita li fiha l-kapital
azzjonarju ta’ kumpannija jkun espress skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 186
ta’ dan l-Att il-frażi "il-munita oriġinali li biha jsiru l-kontijiet" għandha tirreferi
għall-munita li biha kienu jsiru l-kontijiet qabel il-bdil; u l-frażi "il-munita l-ġdida li
biha jsiru l-kontijiet" għandha tirreferi għall-munita li biha jsiru l-kontijiet
applikabbli wara l-bdil, u fil-każi li l-bdil isir fl-ewwel żmien tal-kontijiet, tirreferi
għall-munita li biha jsiru l-kontijiet li kienet tintuża li kieku ma jkunx sar dak il-bdil.
"Oġġetti monetarji" huma flus miżmuma u oġġetti jew li għandhom ikunu riċevuti
jew li għandhom jitħallsu bi flus. L-attiv u l-passiv l-ieħor kollu huma "oġġetti mhux
monetarji".
"Rata medja" tfisser ir-rata tal-kambju medja f’jum partikolari għall-kambju ta’
muniti f’dak il-jum.
"Rata ta’ l-għeluq" tfisser ir-rata medja li teżisti fid-data tal-karta tal-bilanċ li
taħbat minnufih qabel iż-żmien tal-kontijiet li għalih japplika l-bdil fil-munita li fiha
jsiru l-kontijiet.
"Rata tal-kambju" tfisser ir-rata li biha l-muniti ta’ żewġ pajjiżi jinbidlu f’ħin
partikolari.
Regoli Ġenerali
2. Mal-bdil fil-munita li fiha jsiru l-kontijiet, il-munita l-ġdida li fiha jsiru l-
kontijiet għandha tkun applikabbli mill-ewwel jum taż-żmien tal-kontijiet li għalih
japplika l-bdil tal-munita li biha jsiru l-kontijiet, liema jum qed jissejjaħ id-data
applikabbli fil-bqija ta’ l-Iskeda.
3. (1) L-oġġetti tal-karta tal-bilanċ li kienu jeżistu fid-data applikabbli
għandhom ikunu konvertiti mill-munita oriġinali li biha jsiru l-kontijiet għall-munita
l-ġdida li biha jsiru l-kontijiet skond ir-regoli fil-paragrafi li ġejjin ta’ din l-Iskeda.
(2) Dik il-konverżjoni għandha titqies li tkun saret qabel ma jsiru kontijiet għal
xi transazzjonijiet matul iż-żmien tal-kontijiet li għalih il-bdil fil-munita li jsiru l-
kontijiet japplika.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      307
Regoli dwar il-konverżjoni
4. (1) Il-kapital azzjonarju mħallas u l-bilanċ fuq kont tax-share  premium
għandhom ikunu konvertiti bir-rata jew bir-rati tal-kambju applikabbli fid-data jew
fid-dati rispettivi meta dawk l-azzjonijiet kienu maħruġa mill-kumpannija.
(2) L-ammont li jkun għadu mhux imsejjaħ fuq xi azzjonijiet maħruġa mill-
kumpannija għandu jkun konvertit bir-rata jew bir-rati tal-kambju applikabbli fid-
data jew fid-dati rispettivi meta dawk l-azzjonijiet kienu maħruġa.
(3) Il-valur nominali għal kull azzjoni fil-munita l-ġdida li biha jsiru l-kontijiet
għandu jkun kalkolat billi jingħaddu flimkien il-kapital azzjonarju mħallas konvertit
kif muri fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu u l-ammont mhux imsejjaħ, jekk
ikun hemm, fuq xi azzjonijiet maħruġa mill-kumpannija konvertiti skond is-sub-
paragrafu (2) ta’ dan il-paragrafu, u billi dawk iż-żewġ ammonti magħdudin flimkien
(il-kapital azzjonarju maħruġ) ikunu diviżi bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa:
Iżda meta jkunu hemm - 
(a) azzjonijiet privileġġati jew klassijiet differenti ta’ azzjonijiet
privileġġati; jew
(b) klassijiet differenti ta’ azzjonijiet ordinarji u meta l-valur nominali kull
azzjoni jvarja bejn klassi u oħra,
il-konverżjoni tal-valur nominali kull azzjoni għall-munita l-ġdida li biha jsiru l-
kontijiet għandha ssir separatament għall-azzjonijiet ordinarji u l-azzjonijiet
privileġġati, jew għal kull klassi ta’ azzjonijiet ordinarji safejn il-valur nominali kull
azzjoni jvarja bejn klassi u oħra, skond il-każ.
(4) Il-kapital azzjonarju awtorizzat tal-kumpannija għandu jkun konvertit billi
jingħaddu flimkien - 
(a) l-ammonti magħdudin flimkien kif imsemmi fis-sub-paragrafu (3) ta’
dan il-paragrafu (il-kapital azzjonarju maħruġ konvertit); u
(b) l-ammont tal-kapital azzjonarju awtorizzat, li jkun għadu mhux maħruġ,
konvertit mill-kapital azzjonarju oriġinali fid-data ta’ l-għeluq.
5. (1) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-frażijiet "riżervi maħluqa mill-
profitti" u "telf akkumulat" għandhom ikunu kalkolati għal kull żmien tal-kontijiet
billi jittieħdu l-profitti jew it-telf għal dak iż-żmien bl-esklużjoni ta’ xi
proviżjonijiet għal varjazzjoni fil-kambju.
(2) Riżervi maħluqa mill-profitti, magħduda profitti miżmuma, għandhom ikunu
konvertiti bil-medja annwali tar-rata tal-kambju li tkun tgħodd għaż-żmien tal-
kontijiet li matulu jkun inqala’ l-qligħ li minnu jkunu nħolqu dawk ir-riżervi.
(3) Sabiex ikun stabbilit l-ammont ta’ qligħ dwar żmien tal-kontijiet li minnu
jkunu nħolqu r-riżervi għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin - 
(a) meta dividendi jitħallsu minn profitti u ż-żmien tal-kontijiet li għalih
jirreferu dawk il-profitti ma jkunx ġie nominat, dawk id-dividendi
għandhom jitqiesu li jkunu tħallsu fuq bażi ta’ l-ewwel ġewwa l-ewwel
barra;
(b) telf li jirriżulta matul iż-żmien tal-kontijiet ma għandux jitpaċa ma’
profitti li jkunu saru matul żminijiet tal-kontijiet oħra, iżda għandu jkun
konvertit bil-medja annwali tar-rata tal-kambju għaż-żmien tal-kontijiet
li matulu jkun sar dak it-telf.
  308      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(4) Meta fid-data tal-konverżjoni jkun hemm ammont li jirrappreżenta t-telf
akkumulat dak l-ammont għandu jkun konvertit bil-medja annwali tar-rata tal-
kambju għaż-żmien jew għaż-żminijiet li matulu dak it-telf ikun sar.
(5) Għall-finijiet tas-sub-paragrafu (4) ta’ hawn fuq, kull qligħ li jinqala’ matul
xi żmien tal-kontijiet ma għandhux jitpaċa ma’ xi telf li jkun sar matul żminijiet tal-
kontijiet oħra, iżda għandu jkun konvertit bil-medja annwali tar-rata tal-kambju
għaż-żmien jew żminijiet tal-kontijiet li matulhom ikun inqala’ dak il-qligħ.
(6) Riżervi li ma jkunux inħolqu minn profitti għandhom ikunu konvertiti bir-
rata jew bir-rati tal-kambju applikabbli fid-data jew dati meta jkunu nħolqu dawk ir-
riżervi.
6. (1) L-oġġetti monetarji kollha għandhom ikunu konvertiti bir-rata ta’ l-
għeluq.
(2) Oġġetti mhux monetarji li jkunu reġistrati dwar ġrajjiet passati (bħal
historical cost), għandhom ikunu konvertiti bil-medja annwali tar-rati tal-kambju
għaż-żmien tal-kontijiet rilevanti.
(3) Oġġetti mhux monetarji li jkunu valutati mill-ġdid għandhom ikunu
konvertiti bir-rati tal-kambji li kienu jeżistu fid-dati tal-valutazzjonijiet mill-ġdid
tagħhom.
(4) Proviżjonijiet għal deprezzament jew għal tnaqqis fil-valur ta’ attiv mhux
monetarju għandhom ikunu konvertiti bil-medja tar-rata tal-kambju annwali
applikata biex tikkonverti l-kost jew l-ammont valutat mill-ġdid ta’ l-attiv relattiv
skond id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (2) jew (3) ta’ dan il-paragrafu.
7. (1) Meta wara l-konverżjoni għall-munita l-ġdida li biha jsiru l-kontijiet l-
attiv totali jkunu iżjed mill-passiv totali u l-fondi attribwibbli lill-azzjonisti
magħdudin flimkien, l-ammont li jkun iżjed għandu jintwera bħala oġġett separat
mar-riżervi taħt l-intestatura "Differenza fil-konverżjoni ta’ munita li biha jsiru l-
kontijiet".
(2) Id-differenza fil-konverżjoni ta’ munita li biha jsiru l-kontijiet ma
titqassamx bħala dividendi.
(3) Meta wara konverżjoni għall-munita l-ġdida li biha jsiru l-kontijiet il-passiv
totali u l-fondi attribwibbli lill-azzjonisti flimkien ikunu iżjed mill-attiv totali, l-
ammont iżjed għandu jitpaċa mar-riżervi distribwibbli jew jiżdied mat-telf
akkumulat, skond il-każ.
8. (1) Fil-kontijiet annwali taż-żmien tal-kontijiet li għalih japplika l-bdil fil-
munita li biha jsiru l-kontijiet, l-ammonti taż-żmien tal-kontijiet ta’ qabel li
jikkorrispondu għall-oġġetti inklużi fil-karta tal-bilanċ u, meta applikabbli, fin-noti
tal-kontijiet, sew individwali kemm konsolidati, għandhom ikunu dikjarati fil-
munita l-ġdida li biha jsiru l-kontijiet wara li jkunu applikati r-regoli ta’ konverżjoni
murija fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din l-Iskeda.
(2) Fil-kontijiet annwali taż-żmien tal-kontijiet li għalih japplika l-bdil fil-
munita li biha jsiru l-kontijiet, l-ammonti taż-żmien tal-kontijiet ta’ qabel li
jikkorrispondu għall-oġġetti nklużi fil-kont ta’ qligħ u telf u, meta applikabbli, fin-
noti tal-kontijiet, sew individwali kemm konsolidati, għandhom ikunu konvertiti
għall-munita l-ġdida li fiha jsiru l-kontijiet bil-medja annwali tar-rata tal-kambju
għaż-żmien tal-kontijiet ta’ qabel.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      309
Kxif 
9. Fl-ewwel kontijiet annwali wara l-konverżjoni, in-noti tal-kontijiet, sew
individwali kemm konsolidati, għandhom jinkludu d-dettalji kollha tal-metodu tal-
konverżjoni u r-rati tal-kambju użati għal kull kategorija ta’ attiv u passiv skond il-
kategoriji murija f’din l-Iskeda.
  310      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
TIFSIR TA’ ESPRESSJONIJIET UŻATl FIS-SUBARTIKOLU (2) 
TA’ L-ARTIKOLU 2 TA’ L-ATT U DISPOSIZZJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GĦALIH
Jeddijiet għal vot f’impriża
1. (a) Riferenzi għal jeddijiet tal-vot f’impriża huma għall-jeddijiet mogħtija
lil azzjonisti dwar l-azzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta’ mpriża li ma
jkollhiex kapital azzjonarju, lil membri, li jivvotaw f’laqgħat ġenerali
ta’ l-impriża fuq il-ħwejjeġ kollha, jew sostanzjalment kollha.
(b) Riferenzi għal diretturi għandhom jinftiehmu li jinkludu riferenzi għal
persuni fdati bl-amministrazzjoni ta’ impriżi li ma jkollhomx diretturi u
riferenzi għall-bord tad-diretturi għandhom jinftiehmu li jinkludu korp
ekwivalenti f’dawk l-impriżi.
2. Dwar impriża li ma jkollhiex laqgħat ġenerali li fihom ikunu deċiżi affarijiet
bl-eżerċizzju tal-jedd tal-vot, ir-riferenzi għat-tiżmim ta’ maġġoranza tal-jeddijiet
tal-vot fl-impriża għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għall-jedd taħt il-
kostituzzjoni ta’ l-impriża tad-dritt għat-tmexxija tal-policy ġenerali ta’ l-impriża
jew għat-tibdil tal-kondizzjonijiet tal-kostituzzjoni tagħha.
Jedd għal ħatra u tneħħija ta’ maġġoranza tad-diretturi
3. Riferenza għall-jedd ta’ ħatra jew tneħħija ta’ maġġoranza tal-bord tad-
diretturi hija għall-jedd ta’ ħatra jew tneħħija ta’ diretturi li jkollhom maġġoranza
tal-jeddijiet tal-vot f’laqgħat tal-bord fuq il-ħwejjeġ kollha, jew sostanzjalment
kollha.
4. Impriża għandha titqies li jkollha l-jedd li taħtar direttorat jekk -
(a) ħatra ta’ persuna fiha tkun bilfors issegwi l-ħatra tagħha bħala direttur
ta’ l-impriża; jew
(b) id-direttorat ikun miżmum mill-impriża nnifisha.
5. Il-jedd għal ħatra jew tneħħija li hu eżerċitabbli biss bil-kunsens jew bi
ftehim ma’ persuna oħra ma għandux jitqies kemm-il darba ebda persuna oħra ma
jkollha jedd li taħtar jew, skond il-każ, tneħħi persuni mid-direttorat.
Jedd ta’ l-eżerċizzju ta’ influwenza dominanti
6. Impriża ma titqiesx li jkollha l-jedd li teżerċita influwenza dominanti fuq
impriża oħra kemm-il darba ma jkollhiex jedd li tagħti direttivi dwar il-policies ta’
xogħol u finanzjarji ta’ dik l-impriża l-oħra li d-diretturi tagħha huma obbligati li
jħarsu, sew jekk dawk id-direttivi jkunu għall-benefiċċju ta’ dik l-impriża l-oħra u
sew jekk le.
Jeddijiet li jkunu eżerċitati biss f’ċerti ċirkostanzi
7. Jeddijiet li jistgħu jkunu eżerċitati biss f’ċerti ċirkostanzi jkunu meqjusa
biss -
(a) meta jkunu nqalgħu ċ-ċirkostanzi, u safejn dawn jibqgħu hemm; jew 
ID-DISA’ SKEDA Emendata:IV. 2003.168.
(Artikolu 2)
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      311
(b) meta ċ-ċirkostanzi jkunu taħt il-kontroll tal-persuna li jkollha l-
jeddijiet.
8. Jeddijiet li normalment jistgħu jkunu eżerċitati iżda li temporanjament ma
jkunux jistgħu jkunu eżerċitati għandhom ikomplu jitqiesu.
Jeddijiet miżmuma minn persuna f’isem ħaddieħor
9. Jeddijiet miżmuma minn persuna f’kariga fiduċjarja ma għandhomx jitqiesu
li jkunu miżmuma minnha.
10.  Jeddijiet miżmuma minn persuna bħala nominee għal ħaddieħor għandhom
jitqiesu li jkunu miżmuma minn dak l-ieħor.
11. Jeddijiet jitqiesu li huma miżmuma minn persuna bħala nominee għal
ħaddieħor jekk dawn ikunu jistgħu jiġu eżerċitati fuq l-istruzzjonijiet ta’ dan ta’ l-
aħħar jew bil-kunsens tiegħu jew bi ftehim miegħu.
Jeddijiet attribwiti lil impriża "parent"
12. Jeddijiet għandhom jitqiesu li huma miżmuma minn impriża parent jekk
ikunu miżmuma minn xi waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha.
Ċerti jeddijiet ma jitqisux
13. Il-jeddijiet tal-vot f’impriża għandhom jitnaqqsu b’kull jeddijiet miżmuma
mill-impriża nnifisha.
14. Il-jeddijiet tal-vot f’impriża għandhom jitnaqqsu b’kull jeddijiet marbuta
ma’ azzjonijiet -
(a) miżmuma bħala garanzija, kemm-il darba l-jeddijiet in kwistjoni jkunu
eżerċitati skond l-istruzzjonijiet riċevuti; jew
(b) miżmuma in konnessjoni ma’ l-għoti ta’ self bħala parti minn attivitajiet
kummerċjali normali, kemm-il darba l-jeddijiet tal-vot ikunu eżerċitati
fl-interess tal-persuna li tipprovdi l-garanzija.
  312      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Soċjetajiet in akkomanditi jew Soċjetajiet Limitati
TAQSIMA I - REGOLAMENTI GĦAL SOĊJETAJIET IN AKKOMANDITI
JEW SOĊJETAJIET LIMITATI
Tifsir
1. (a) F’din l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
''detentur ta’ liċenza'' tfisser persuna li jkollha liċenza għal servizzi ta’
investiment skond l-artikolu 6 ta’ l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment.
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda għandhom japplikaw biss għal
soċjetajiet in akkomanditi jew soċjetajiet limitati skond l-artikolu 66A
ta’ l-Att.
Formazzjoni ta’ soċjetajiet in akkomanditi jew soċjetajiet limitati
2. (1) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tista’ tkun furmata minn
żewġ soċji jew iżjed, topera taħt l-isem ta’ soċjetà  u jkollha l-obbligi tagħha garantiti
mir-responsabbiltà  in solidum b’mod mhux limitat ta’ soċju jew soċji, imsejħin soċji
ġenerali, u mir-responsabbiltà , limitata għall-ammont, jekk ikun hemm, mhux
imħallas mill-kontribuzzjoni ta’ soċju wieħed jew iżjed, imsejħa soċji limitati.
(2) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, ikollha personalità  ġuridika
separata u distinta minn dik tas-soċji tagħha, u skond hekk tkun soġġetta għall-
jeddijiet u obbligi, tista’ tkun sid ta’ proprjetà  u żżommha taħt kull titolu legali u li
tħarrek u tkun imħarrka, f'isimha, u dik il-personalità  ġuridika għandha tkompli sa
dak iż-żmien li l-isem tas-soċjetà  ikun imħassar mir-reġistru, f’liema każ is-soċjetà
ma tkomplix teżisti.
Kostituzzjoni ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
3. (1) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tkun tikkonsisti minn:
(a) wieħed jew iktar soċji ġenerali li jkunu responsabbli in solidum għad-
djun kollha tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata mingħajr
limitazzjoni u li għall-inqas wieħed minnhom ikun detentur ta’ liċenza
li jkun liċenzjat bħala manager ta’ skema ta’ investiment kollettiv
skond kif imfisser fl-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment; u
(b) wieħed jew iktar soċji limitati li jidħlu fis-soċjetà  bħala soċji limitati
skond l-att tas-soċjetà , li malli jidħlu fis-soċjetà , jikkontribwixxu, jew
jiftiehmu li jikkontribwixxu għall-kapital tagħha somma speċifikata; u
ħlief għal xi parti mhux imħallsa tal-kontribuzzjoni tagħhom tas-soċjetà
ma jkunux responsabbli għal xi dejn tas-soċjetà .
(2) Kull persuna tista’ tkun soċju f’soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata.
(3) Il-kontribuzzjoni ta’ soċji limitati tista’ tkun sodisfatta bil-provdiment ta’
flus jew proprjetà  oħra li tkun tista’ tiġi valutata ekonomikament iżda ma tistax tkun
tikkonsisti minn servizzi futuri jew obbligi biex isir xi xogħol jew jiġu provduti
servizzi; u meta tkun provduta proprjetà  li ma tkunx flus, il-valur tal-proprjetà
għandu jitqies li jkun il-valur tas-suq xieraq fiż-żmien tat-trasferiment tagħha lis-
soċjetà .
L-GĦAXAR SKEDA Miżjuda:IV. 2003.171.
(Artikolu 66A)
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      313
(4) Id-disposizzjonijet tal-proviso ta’ l-artikolu 51 ta’ dan l-Att ma għandhomx
japplikaw għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata.
Isem tas-soċjetà
4. (1) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tista’ tissejjaħ b’kull isem,
iżda dak l-isem għandu jintemm bil-kliem ''Soċjetà  Limitata'' jew l-abbrevazzjoni
''LP''.
(2) Ebda persuna li tkun qed tmexxi xi negozju f’Malta, barra minn soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata jew soċji fiha, ma tista’ b’xi mod jew ieħor
tiddeskrivi lilha nnifisha jew iżżomm lilha nnifisha jew b’mod raġonevoli tkun
mifhuma li tindika, jew tuża xi isem li jindika jew jista’ b’mod raġonevoli jiftiehem
li, jew li qed tmexxi negozju bħala, soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata jew,
skond il-każ, jew soċju tagħha.
(3) L-isem ta’ soċju limitat jew parti distintiva minnu ma jistgħux ikunu parti
mill-isem tas-soċjetà .
(4) Soċju limitat li xjentiment iħalli ismu jew parti distintiva minnu jintuża
bħala l-isem tas-soċjetà  jew parti minn dak l-isem tas-soċjetà  jkun responsabbli
bħala soċju ġenerali lejn kull persuna li tagħti kreditu lis-soċjetà  li ma tkunx taf li s-
soċju limitat ma jkunx soċju ġenerali.
(5) Persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (2) tista’ teħel penali,
u għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Kontenut ta’ l-att tas-soċjetà
5. (1) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata ma tkunx validament
kostitwita kemm-il darba ma jkunx sar u iffirmat att tas-soċjetà  u dwarha jinħareġ
ċertifikat ta’ reġistrazzjoni taħt din l-Iskeda.
(2) L-att tas-soċjetà  jkun bil-miktub u għandu jistabbilixxi l-ftehim tas-soċji
dwar l-affarijiet tas-soċjetà  u t-tmexxija tan-negozju tagħha.
(3) L-att tas-soċjetà  jkun jorbot lis-soċji u l-assenjati tagħhom u soċji
sussegwenti bl-istess mod daqslikieku dawk il-persuni kienu esegwenti huma
nfushom.
(4) L-att tas-soċjetà  għandu jagħti:
(a) l-isem u r-residenza ta’ kull wieħed mill-ewwel soċji fejn jispeċifika l-
ewwel soċji ġenerali u l-ewwel soċji limitati;
(b) l-isem tas-soċjetà ;
(ċ) l-uffiċċju reġistrat f’Malta tas-soċjetà ;
(d) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 66A(1) ta’ dan l-Att, l-
għanijiet tas-soċjetà ;
(e) il-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed mill-ewwel soċji tas-soċjetà  fejn ikun
speċifikat il-valur tal-kontribuzzjoni relattiva u l-ammont imħallas dwar
kull waħda minn dawk il-kontribuzzjonijiet;
(f) iż-żmien, jekk ikun hemm, stabbilit għall-ħajja tas-soċjetà .
(5) L-att tas-soċjetà  għandu jkun konsenjat għar-reġistrazzjoni lir-Reġistratur li,
meta jkun sodisfatt li jkun iħares il-ħtiġijiet ta’ din l-Iskeda, għandu jirreġistraha.
(6) Meta l-att tas-soċjetà  jkun att pubbliku jew skrittura privata iskritta fl-atti ta’
nutar pubbliku, kopja awtentika tiegħu għandha tkun konsenjata minflok l-oriġinal.
  314      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(7) L-imsemmija konsenja għandha ssir minn wieħed mis-soċji jew mill-aġent
awtorizzat tiegħu.
Dmir tar-Reġistratur u effetti tar-reġistrazzjoni
6. (1) Mar-reġistrazzjoni ta’ l-att tas-soċjetà  u mal-ħlas tad-drittijiet preskritti
taħt l-artikolu 66A(4)(e) ta’ dan l-Att, ir-Reġistratur għandu jiċċertifika minn idejh li
s-soċjetà  hi reġistrata u s-soċjetà  tibda teżisti u tkun awtorizzata li tibda tinnegozzja
taħt l-isem tas-soċjetà  mid-data taċ-ċertifikat:
Iżda, jekk tinkiseb reġistrazzjoni qabel id-data stabbilita fl-att tas-soċjetà
għall-bidu fis-seħħ tas-soċjetà , iċ-ċertifikat għandu juri dik id-data, u s-soċjetà
għandha tibda teżisti u tkun awtorizzata li tibda n-negozju minn dik l-aħħar data.
(2) Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mogħti dwar soċjetà  jkun prova konklużiva li l-
ħtiġiet ta’ din l-Iskeda dwar reġistrazzjoni u ħwejjeġ preċedenti u inċidentali għaliha
jkunu tħarsu u li s-soċjetà  tkun reġistrata kif imiss taħt dan l-Att.
Meta ma jinħariġx ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
7. Kemm-il darba u sakemm ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jinħareġ taħt din l-
Iskeda dwar soċjetà  jew sad-data murija f’ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala li fiha s-
soċjetà  għandha tibda teżisti -
(a) kull żewġ persuni jew iktar li jmexxu negozju taħt isem li b’mod
qarrieqi jindika l-eżistenza ta’ soċjetà  jkollhom, kontra xulxin u
limitatament għall-proprjetà  akkwistata minn dak in-negozju, dawk il-
jeddijiet biss li bil-liġi huma mogħtija lil komproprjetarji;
(b) kull obbligazzjoni li tkun saret favur terzi f’bona fide taħt isem li b’mod
qarrieqi jindika l-eżistenza ta’ soċjetà  tkun torbot in solidum lil dawk il-
persuni, li, kieku ħareġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, kienu jkunu soċji li
qed imexxu negozju taħt dak l-isem.
Bdil fl-att tas-soċjetà
8. (1) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra bl-att tas-soċjetà , kull tibdil
jew żieda għalih jistgħu jsiru biss bil-kunsens unanimu tas-soċji.
(2) Ikun id-dmir tas-soċju ġenerali vestit bl-amministrazzjoni jew
rappreżentanza ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li jikkonsenja lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni kull strument jew kopja tiegħu li jibdel jew iżid ma’
l-att tas-soċjetà  fi żmien erbatax-il jum mid-data ta’ l-imsemmi tibdil jew żieda,
flimkien ma’ kopja stampata ta’ l-att tas-soċjetà , kif emendat; u kull test qabel
emendat ta’ l-att tas-soċjetà  jista’ jitwarrab mir-Reġistratur meta test emendat
sussegwenti jkun konsenjat lilu għar-reġistrazzjoni:
Iżda fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn it-test ta’ xi att ta’ soċjetà  emendat u t-
test oriġinali ta’ l-att ta’ soċjetà  reġistrata, it-test ta’ l-aħħar flimkien ma’ kull
strumenti reġistrati skond id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (3), għandhom
jipprevalu.
(3) Kull tibdil jew żieda fl-att tas-soċjetà  ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata ikunu bla effett, kemm-il darba u sakemm ma jkunux reġistrati kif provdut
fis-subparagrafu (2).
(4) Jekk ikun hemm nuqqas mit-tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu
(2), kull soċju ġenerali li jkun naqas jista’ jeħel penali, u, għall kull jum li matulu
jkompli n-nuqqas, penali oħra.
(5) Meta soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tibdel isimha, is-soċju
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      315
ġenerali għandu fi żmien erbatax-il jum javża lir-Reġistratur b’dak il-bdil u r-
Reġistratur għandu jdaħħal l-isem il-ġdid fir-reġistru u joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni mibdul skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.
(6) Jekk ikun hemm nuqqas mit-tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu
(5), kull soċju ġenerali li jkun naqas jista’ jeħel penali, u għal kull jum li matulu
jkompli n-nuqqas, penali oħra.
Soċji ġenerali
9. L-amministrazzjoni u r-rappreżentanza tas-soċjetà  jkunu vestiti fis-soċji
ġenerali, u kemm-il darba l-att tas-soċjetà  ma jipprovdix xort’oħra, dik l-
amministrazzjoni u r-rappreżentanza jkunu vestiti f’kull wieħed mis-soċji ġenerali
individwalment.
Soċji limitati
10. (1) Soċju limitat ma għandux jieħu sehem fit-tmexxija jew fl-
amministrazzjoni ta’ xi negozju tas-soċjetà  u ma għandux jagħmel operazzjonijiet
tan-negozju, jew jiffirma, jew jesegwixxi dokumenti f’isem is-soċjetà .
(2) Soċju limitat li jaġixxi jew ikun jidher li qed jaġixxi bi ksur tad-
disposizzjonijiet tas-subparagrafu (1), ikun responsabbli daqslikieku kien soċju
ġenerali dwar id-djun kollha li jkunu saru waqt li kien hekk qed jaġixxi jew kien
jidher li qed jaġixxi.
(3) Soċju limitat ma jitqiesx li jkun ħa sehem fit-tmexxija jew fl-
amministrazzjoni tas-soċjetà  kif imfisser f’dan il-paragrafu minħabba biss xi waħda
jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) ikun impjegat, aġent jew kuntrattur tas-soċjetà  jew ta’ soċju ġenerali;
(b) jaġixxi bħala soċju ġenerali, uffiċjal, impjegat jew azzjonist ta’ soċju
ġenerali korporat;
(ċ) jikkonsulta ma’ u jagħti parir lil soċju ġenerali dwar in-negozju tas-
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata;
(d) jinvestiga, jirrevedi, japprova jew jingħata parir fuq il-kontijiet jew
affarijiet tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata;
(e) jeżerċita xi jedd jew setgħa li b’din l-Iskeda hi mogħtija lil soċji
limitati;
(f) japprova jew ma japprovax emenda għall-ftehim tas-soċjetà ;
(g) jieħu sehem fi, jew jitlob, il-ħatra jew tneħħija ta’ uditur tal-
kumpannija;
(h) jivvota bħala soċju limitat f’xi laqgħa tas-soċji;
(i) jaġixxi bħala garanti jew jipprovdi garanzjia għall-obbligazzjonijiet li
tidħol għalihom is-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata;
(j) jislef flus lil, jissellef flus mingħand jew jagħmel xi operazzjoni mas-
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu minnufih qabel dan ma għandhomx
jiftiehmu li jfissru li, jekk soċju limitat jeżerċita xi jedd, setgħa jew funzjoni, ikun
neċessarjament, minħabba biss dak il-fatt, ħa sehem fit-tmexxija tan-negozju tas-
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata skond kif imfisser f’dan il-paragrafu.
  316      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Meta soċju limitat ma jibqax soċju
11. (1) Persuna ma tibqax soċju limitat:
(a) ma’ l-assenjazzjoni valida u assoluta ta’ l-interess tagħha kollu fis-
soċjetà ;
(b) mar-restituzzjoni tal-kontribuzzjoni tagħha kollha (magħdud jekk
xieraq, it-twettiq ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha kollha biex tagħmel
kontribuzzjoni); jew
(ċ) f’dak iż-żmien jew ma’ dik il-ġrajja li tista’ tkun hekk speċifikata fl-att
tas-soċjetà :
Iżda, f’kull każ bħal dan isimha jitneħħa mir-reġistru tas-soċji.
(2) Il-fatt li persuna ma tkunx baqgħet soċju limitat ma jeħlisix minn xi
responsabbiltà  li toħroġ mill-paragrafu 4(4) u mill-paragrafu 10(2).
(3) Il-fatt biss li persuna tieqaf milli tkun soċju limitat ma jikkostitwix tibdil
jew emenda ta’ l-att tas-soċjetà .
Meta soċju ġenerali ma jibqax soċju
12. (1) Persuna ma tibqax soċju ġenerali ma’ waħda mill-ġrajjiet li ġejjin:
(a) ir-riżenja, l-irtir jew tneħħija skond il-ħtiġiet, jekk ikun hemm, ta’ l-att
tas-soċjetà ;
(b) fil-każ ta’ persuna naturali, il-falliment, il-mewt jew l-inkapaċità  legali
tagħha;
(ċ) fil-każ ta’ soċju ġenerali korporat, ix-xoljiment tagħha.
(2) Soċju ġenerali għandu fi żmien erbatax-il jum minn meta ma jibqax soċju
ġenerali, jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni avviż bil-miktub ta’ dak il-
fatt u r-Reġistratur għandu jieħu ħsieb li dak l-avviż ikun reġistrat. Soċju ġenerali
ma jkunx meħlus minn xi obbligu taħt din l-Iskeda sa dak iż-żmien li jikkonsenja lir-
Reġistratur għar-reġistrazzjoni avviż bil-miktub ta’ dak il-fatt.
Records
13. (1) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata għandha żżomm dawn li
ġejjin jew kopja tagħhom fl-uffiċċju reġistrat:
(a) l-att tas-soċjetà  u kull emenda għalih;
(b) reġistru tas-soċji li juri l-ismijiet sħaħ u l-indirizzi tagħhom flimkien
ma’ indikazzjoni ta’ min hu soċju ġenerali u min hu limitat;
(ċ) il-kont kapitali ta’ kull soċju limitat li juri dak li japplika għal kull soċju
limitat minn dawn li ġejjin -
(i) l-ammonti u d-dati tal-kontribuzzjonijiet teigħu;
(ii) l-ammonti miftiehma li jkunu kontribwiti u ż-żminijiet meta jew
il-ġrajjiet li magħhom il-kontribuzzjonijiet għandhom isiru;
(iii) l-ammonti u d-dati ta’ kull ħlasijiet li jirrappreżentaw dak li
jdaħħal fuq il-kontribuzzjonijiet tiegħu jew xi parti minnhom;
(iv) meta ftehim biex issir kontribuzzjoni jkun meħlus għal kollox jew
f’parti, l-ammont u d-data ta’ dak il-ħelsien;
(d) ir-records tal-kontijiet;
(e) il-minuti tal-laqgħat kollha tas-soċji ġenerali;
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      317
(f) id-dokumenti kollha li minn żmien għal żmien ikunu konsenjati lir-
Reġsitratur.
(2) Id-dokumenti kollha jew kopji tad-dokumenti li bis-subparagrafu (1)
għandhom jinżammu fl-uffiċċju reġistrat għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ l-att tas-soċjetà , ikunu disponibbli għall-ispezzjoni minn kull soċju waqt il-
ħinijiet normali tax-xogħol.
(3) Id-dokumenti msemmija fis-subparagrafu (1)(b) u (ċ) jikkostitwixxu prova
prima facie tal-ħwejjeġ speċifikati fihom.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu, id-dokumenti
deskritti fis-subparagrafu (1) jistgħu, sakemm ikun permess bl-att tas-soċjetà ,
minflok li jinżammu fl-uffiċċju reġistrat, jinżammu f’dak il-post l-ieħor li s-soċji
ġenerali jidhrilhom xieraq, bla ħsara għall-jedd tas-soċji kollha biex jispezzjonaw
dawk id-dokumenti.
(5) Fil-każ li dak il-post l-ieħor kif imsemmi fis-subparagrafu (4) ikun barra
minn Malta, kopji tal-kontijiet, prospetti dwar in-negozju u kopji tal-minuti ta’
laqgħat ta’ soċji ġenerali għandhom jintbagħtu u jinżammu f’post f’Malta, fejn dawn
ikunu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-ftehim tas-soċjetà , għall-ispezzjon minn
kull soċju waqt il-ħinijiet normali tax-xogħol.
(6) Il-kopji tal-kontijiet u prospetti msemmija fis-subparagrafu (5) li għandhom
jintbagħtu u jinżammu f’Malta għandhom ikunu b’mod li juru bi preċiżjoni xierqa l-
qagħda finanzjarja tan-negozju tas-soċjetà  f’intervalli ta’ mhux iżjed minn sitt xhur.
(7) Kull records tal-kontijiet li soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata hi
meħtieġa li żżomm b’dan il-paragrafu għandhom ikunu konservati minnha għal
perijodu ta’ għaxar snin mid-data li fihom ikunu saru u, fin-nuqqas ta’ tħaris ma’ dan
is-subparagrafu, is-soċjetà  u kull soċju ġenerali jistgħu jeħlu penali.
(8) Kull kont, record jew dokument ieħor li b’din l-Iskeda hu meħtieġ li
jinżamm minn soċjetà  għandu jinżamm jew bi dħul f’kotba jew b’kull mod ieħor,
mingħajr ħsara għall-ġeneralita’ ta’ qabel, fuq il-kompjuter jew f’forma elettronika
oħra.
(9) Jekk xi kont, record jew dokument ieħor bħal dak jinżamm b’mod li jsir dħul
barra minn f’kotba -
(a) għandu jitqies għall-finijiet ta’ din l-Iskeda li qed jinżamm f’post fejn
jista’ jkun hemm aċċess għalih u li jistgħu jinkisbu kopji miktubin
tiegħu; u
(b) jekk il-ħwejjeġ in kwistjoni jkunu reġistrati f’forma mhux leġibbli, ir-
reġistrazzjoni tagħhom trid tkun li tista’ tiġi riprodotta f’forma leġibbli.
(10) Jekk dwar xi soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata jkun hemm
kontravvenzjoni ta’ xi disposizzjonijiet tas-subparagrafi (1), (2), (5) jew (6), is-
soċjetà  u kull soċju ġenerali jista’ jeħel penali u għal kull jum li matulu jkompli n-
nuqqas, penali oħra.
(11) Kull dmir impost b’din l-Iskeda biex issir spezzjoni ta’ dokumenti li
jinżammu mis-soċjetà  għandu, irrispettivament mill-mezz kif jinżammu dawk id-
dokumenti, jitqies bħala dmir biex issir spezzjoni ta’ dawk id-dokumenti f’forma
leġġibbli.
Kontijiet ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
14. (1) Kull soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata għandha żżomm
records tal-kontijiet xierqa li għandhom ikunu:
  318      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(a) biżżejjed biex juru u jispjegaw l-operazzjonijiet tas-soċjetà ;
(b) juru bi preċiżjoni xierqa, f’kull żmien, il-qagħda finanzjarja tas-soċjetà
f’dak iż-żmien;
(ċ) hekk li s-soċji ġenerali jkunu jistgħu jiżguraw li l-karta tal-bilanċ u l-
kont ta’ qligħ u telf jitħejjew sewwa u skond il-prinċipji ta’ kontijiet
ġeneralment aċċettati u skond kull leġislazzjoni rilevanti li fiż-żmien
tkun isseħħ f’Malta;
(d) hekk li jkun fihom ir-reġistrazzjoni ta’ kuljum tas-somom ta’ flus kollha
riċevuti u minfuqa mis-soċjetà  u l-ħwejjeġ li dwarhom dawk l-irċevuti u
l-infiq ikunu saru; u
(e) record ta’ l-attiv u tal-passiv tas-soċjetà .
(2) Is-soċji ġenerali ta’ kull soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
għandhom iħejju għal kull żmien ta’ kontijiet, kontijiet individwali li jkun fihom
karta tal-bilanċ kif tkun fl-aħħar jum taż-żmien tal-kontijiet li għalih tirreferi, il-kont
ta’ qligħ u telf għal dak iż-żmien, in-noti tal-kontijiet u kull dikjarazzjonijiet
finanzjarji oħra li jistgħu jkunu meħtieġa bil-prinċipji u l-prattika ta’ kontijiet
ġeneralment aċċettati. Dawn id-dokumenti flimkien għandhom jiffurmaw dokument
sħiħ.
(3) Il-kontijiet individwali għandhom isiru b’mod ċar u skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u skond il-ħtiġiet tal-prinċipji u l-prattika ta’ kontijiet
ġeneralment aċċettati.
(4) Kontijiet individwali għandhom juru sewwa u xieraq l-attiv, il-passiv, il-
qagħda finanzjarja u qligħ jew telf tal-kumpannija.
(5) Il-kontijiet individwali għandhom iħarsu l-ħtiġiet ta’ dan l-Att u tal-prinċipji
u l-prattika ta’ kontijiet ġeneralment aċċettati dwar il-forma u l-kontenut tal-karta
tal-bilanċ u l-kont ta’ qliegħ u telf u dwar tagħrif addizzjonali li għandu jiġi provdut
bħala noti mal-kontijiet.
(6) Meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma tkunx biżżejjed
biex jintwera sewwa u xieraq kif imfisser fis-subparagrafu (4), għandu jingħata
tagħrif addizzjonali.
(7) Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’ disposizzjoni ta’ dan l-Att
ma tkunx taqbel ma’ l-obbligu li kontijiet individwali juru sewwa u xieraq, dik id-
disposizzjoni għandu jkun hemm deroga minnha sabiex ikun muri sewwa u xieraq.
Kull deroga bħal dik għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet flimkien ma’
spjegazzjoni għar-raġunijiet li wasslu għaliha u dikjarazzjoni ta’ l-effett tagħha fuq
l-attiv, il-passiv, il-qagħda finanzjarja u qligħ jew telf.
Applikazzjoni tal-Kapitoli IX u X tat-Taqsima V ta’ dan l-Att
15. Ħlief kif provdut f’din l-Iskeda, id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IX u tal-
Kapitolu X tat-Taqsima V ta’ dan l-Att għandhom, safejn ikunu applikabbli u safejn
ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, japplikaw għal
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, fejn riferenza fihom għal ''kumpannija''
għandha tiftiehem bħala riferenza għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata u
riferenza għal ''diretturi'' għandha tiftiehem bħala riferenza għal soċji ġenerali.
Kontijiet jintbgħatu lil soċji limitati
16. Fl-egħluq taż-żmien tal-kontijiet, il-karta tal-bilanċ u l-kont ta’ qligħ u telf
tas-soċjetà  flimkien mar-rapport tas-soċji ġenerali u r-rapport ta’ l-awdituri għandu
jkun komunikat lis-soċji limitati.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      319
Għoti lura ta’ kontribuzzjoni ta’ soċji limitati
17. (1) Soċju limitat ma għandux, max-xoljiment jew xort’oħra, jirċievi mill-
kapital tas-soċjetà  xi ħlas bħala għoti lura ta’ xi parti mill-kontribuzzjoni tas-soċjetà
kemm-il darba, fiż-żmien jew minnufih wara li jsir xi ħlas, is-soċjetà  in akkomandita
jew soċjetà  limitata ma tkunx solventi.
(2) Meta s-soċjetà  ma tkunx solventii fiż-żmien jew minnufih wara li jsir dak il-
ħlas, jew f’każ ta’ insolvenza tas-soċjetà  fi żmien sitt xhur minnufih wara ż-żmien li
jsir dak il-ħlas, il-ħlas għandu, għal żmien sena mid-data li fiha tkun riċevuta mis-
soċju limitat, titħallas lura minnu sal-limitu meħtieġ biex jitħallas kull dejn tas-
soċjetà  li jkun sar matul iż-żmien meta l-kontribuzzjoni tiegħu kienet tagħmel parti
mill-attiv tas-soċjetà .
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafi (1) u (2), soċju limitat
jista’ jitlob lura l-kontribuzzjoni tiegħu -
(a) max-xoljiment tas-soċjetà ; jew
(b) f’dak iż-żmien jew mal-ġrajja ta’ xi ħaġa jew iktar kif jista’ jkun
speċifikat fl-att tas-soċjetà .
(4) Soċju limitat jista’, minkejja n-natura tal-kontribuzzjoni tiegħu, u bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-att tas-soċjetà , jitlob u jirċievi jew flus jew, meta l-attiv
tas-soċjetà  jkun jista’ jinqasam, dik il-parti maqsuma ta’ l-attiv tas-soċjetà  li tkun
daqs il-valur tal-kontribuzzjoni tiegħu.
(5) Kull riferenza f’dan il-paragrafu, tkun kif tkun espressa, li soċju jirċievi ħlas
għandha tinkludi riferenza għall-ħelsien ta’ kull dejn dovut minnu u li jkun jagħmel
parti mill-attiv tas-soċjetà  (magħduda kull obbligazzjoni min-naħa tiegħu li jagħmel
kontribuzzjoni għall-kapital tas-soċjetà ); u skond hekk kull riferenza fis-
subparagrafu (2) għal-ħlas lura minn soċju għandha titqies li tinkludi riferenza li
jkun għamel jew issodisfa b’mod xieraq id-dejn jew l-obbligazzjoni.
(6) Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda l-epressjoni ''solventi'' tfisser li soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata tkun tista’ tħallas id-djun tagħha kollha, barra mill-
ħlas tal-kontribuzzjonijiet lis-soċji, mat-tqassim ta’ l-attiv max-xoljiment tas-soċjetà
mingħajr ma tmiss l-attiv separat tas-soċji ġenerali li ma jkunux kontribwiti lis-
soċjetà ; u l-espressjoni ''mhux solventi'' għandha tiftiehem f’dan is-sens.
(7) Tqassim ta’ kull attiv ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata lil
soċju limitat għandhu titqies bħala għoti lura ta’ kontribuzzjoni għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet tas-subparagrafu (1), sal-limitu li t-tqassim inaqqas il-valur tas-
sehem u l-interess tiegħu fl-attiv tas-soċjetà , kalkolat fuq il-bażi ta’ l-attiv nett tas-
soċjetà , ikun inqas mill-valur ta’ l-ammont kontribwit jew miftiehem li jkun
kontribwit minnu.
Dħul ta’ soċji limitati oħra
18. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-att tas-soċjetà , soċjetà  in akkomandita
jew soċjetà  limitata għandha tħalli kull numru limitat ta’ soċji limitati biex isiru
soċji limitati fis-soċjetà , kemm-il darba dak id-dħul ikun magħmul skond ftehim bil-
miktub u jkun ippruvat billi jitniżżlu l-partikolaritajiet tas-soċji limitati ġodda fir-
reġistru tas-soċji.
Assenjazzjoni ta’ interess ta’ soċju limitat
19. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-att tas-soċjetà  l-interess ta’ soċju
limitat ikun assenjabbli jew għal kollox jew f’parti.
  320      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(2) Kull assenjazzjoni minn soċju limitat ta’ l-interess tiegħu fis-soċjetà  jew
f’xi parti minna:
(a) ma għandhiex ixxolji s-soċjetà ;
(b) ma tkunx valida kemm-il darba ma ssirx bil-miktub u skond ħtiġiet
oħra, jekk ikun hemm, ta’ l-att tas-soċjetà ;
(ċ) ma għandhiex, kemm-il darba u sakemm min jirċievi l-assenjazzjoni ma
jidħolx fis-soċjetà  skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 18, tagħti l-
jedd lil min jirċievi l-assenjazzjoni biex isir jew biex jeżerċita xi jedd
jew setgħa ta’ soċju limitat;
(d) malli min jirċievi l-assenjazzjoni jidħol fis-soċjetà  bħala soċju limitat
skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 15, tagħti lil min jirċievi l-
assenjazzjoni l-jeddijiet u s-setgħat u, bla ħsara tal-partita (e), tqegħda
suġġett għar-restrizzjonijiet u obbligazzjonijiet (magħduda kull
obbligazzjoni għall-egħmil ta’ kontribuzzjonijiet tal-kapital tas-soċjetà )
li l-assenjatur kien intitolat jew suġġett għalihom relattivament għall-
interess assenjat minnufih qabel l-assenjazzjoni;
(e) ma teħlisx lill-assenjatur minn xi responsabbiltà  li toħroġ mill-paragrafu
4(5) u mill-paragrafu 10(2).
(3) Soċju limitat, ma’ l-assenjazzjoni valida u assoluta ta’ l-interess tiegħu kollu
fis-soċjetà  u mat-tneħħija tiegħu mir-reġistru tas-soċji, jieqaf milli jkun soċju limitat
u mid-dritt li jeżerċita xi jedd jew setgħa ta’ soċju limitat.
Kawżi ta’ xoljiment ta’ soċjetajiet in akkomanditi jew soċjetajiet limitati
20. (1) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tkun xolta meta tiġri xi
waħda mill-ġrajjiet li ġejjin:
(a) meta tiġri xi waħda mill-ġrajjiet speċifikati fl-att tas-soċjetà ;
(b) mad-data stabbilita għat-terminu tagħha skond l-att tas-soċjetà , jekk
ikun hemm;
(ċ) mal-ftehim bil-miktub tas-soċji kollha li s-soċjetà  għandha tkun xolta u
avviż ta’ dak il-fatt jingħata lir-Reġistratur skond il-paragrafu 22(8);
(d) jekk ma jkunx hemm soċju ġenerali għal żmien ta’ sitt xhur;
(e) jekk ma jkunx hemm soċju limitat għal żmien ta’ sitt xhur.
(2) Meta ma jibqa’ ebda soċju ġenerali, is-soċji limitati jistgħu, matul l-
imsemmija sitt xhur, jaħtru wieħed minn fosthom jew xi persuna oħra biex twettaq l-
atti ta’ amministrazzjoni ordinarja u kull soċju limitat jew persuna oħra maħtura
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subparagrafu ma għandhiex tinkorri xi
responsabbilità  li xort’oħra kienet tinkorri taħt din l-Iskeda għat-twettiq ta’ atti
ordinarji ta’ amministrazzjoni matul l-imsemmija żmien ta’ sitt xhur.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-att tas-soċjetà , soċjetà  in akkomandita
jew soċjetà  limitata ma għandhiex tkun xolta b’xi tibdil fis-soċji limitati, jew bil-
falliment, insolvenza, mewt, irtirar, tneħħija, riżenja, inkapaċità  jew xoljiment ta’ xi
soċju limitat sew jekk individwu, soċjetà , kumpannija jew korp ġuridiku ieħor.
Xoljiment mill-Qorti
21. (1) Il-Qorti tista’ tordna x-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata fuq ir-rikors ta’ xi soċju jew kreditur jew fuq ir-rikors tar-Reġistratur jekk
fil-fehma tagħha:
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      321
(a) is-soċjetà  ma tkunx solventi;
(b) in-negozju tas-soċjetà  ikun sospiż għal żmien kontinwu ta’ tnax-il
xahar;
(ċ) l-affarijiet tas-soċjetà  jkunu qed jitmexxew b’mod li jkunu oppressiv
għal xi wieħed mis-soċji limitati jew bi preġudizzju għall-interessi
tagħhom bħala soċji limitati jew ikunu kalkolati li jolqtu ħażin it-
tmexxija tan-negozju tas-soċjetà ;
(d) is-soċji limitati ma tkunx qed tingħatalhom l-informazzjoni dwar l-
affarjiiet tal-kumpannija li b’mod raġonevoli jistgħu jistennew;
(e) l-affarijiet tas-soċjetà  jkunu qed jitmexxew b’dak il-mod li joħloq frodi
tal-kredituri jew b’xi mod li jkun illeġittimu;
(f) ikun hemm nuqqas persistenti mis-soċjetà  jew minn xi soċju ġenerali
tagħha mat-tħaris ta’ din l-Iskeda jew ta’ xi regolament magħmul bis-
saħħa ta’ dan dan l-Att;
(g) ikun hemm raġunijiet ta’ gravità  biżżejjed biex jiġġustifikaw ix-
xoljiment.
(2) Ma’ l-egħmil ta’ ordni taħt is-subparagrafu (1) għax-xoljiment ta’ soċjetà
jew f’xi żmien wara, il-Qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet l-oħra dwar ix-xoljiment li
jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi, magħdud kull ordni għall-ħatra ta’stralċjarju wieħed
jew iktar biex jistralċja l-affarijiet tas-soċjetà  u jqassam l-assi tagħha.
Disposizzjonijiet ġenerali applikabbli għal xoljiment
22. (1) Max-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata l-
affarijiet tagħha għandhom, kemm-il darba ma jinħatarx stralċjarju mill-Qorti taħt il-
paragrafu 21(2) jew taħt is-subparagrafu (3) ta’ dan il-paragrafu, tkun xolta mis-soċji
ġenerali.
(2) Max-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata ebda soċju
limitat ma jista’, ħlief skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 17 u 24, jirtira xi parti
mill-kontribuzzjoni tiegħu jew xort’oħra jagħmel talba bħala kreditur tas-soċjetà .
(3) Max-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata jew f’xi
żmien wara, il-Qorti tista’ fuq rikors ta’ xi soċju (magħdud min jirċievi assenjazzjoni
tiegħu) jew xi kreditur, tagħti dawk l-ordnijiet dwar ix-xoljiment li jidhrilha xierqa,
magħdud ordni għall-ħatra ta’ stralċjarju wieħed jew iżjed biex jistralċja l-affarijiet
tas-soċjetà  u jqassam l-attiv tagħha.
(4) Mal-ħatra ta’ stralċjarju, sew jekk taħt dan il-paragrafu jew taħt il-paragrafu
21, is-setgħat kollha tas-soċji ġenerali għandhom jieqfu; u kull persuna li tkun tidher
li qed teżerċita xi setgħa ta’ soċju ġenerali f’xi żmien meta, skond dan is-
subparagrafu dawk is-setgħat kienu waqfu, tista’ teħel penali.
(5) Max-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata s-soċjetà
għandha tieqaf milli tmexxi n-negozju ħlief sal-limitu li jkun meħtieġ għall-istralċ
benefiċjali tagħha; u meta dwar soċjetà  jkun hemm kontravvenzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subparagrafu, is-soċjetà  u kull soċju ġenerali jistgħu
jeħlu penali.
(6) L-ispejjeż kollha li b’mod xieraq ikunu saru għax-xoljiment ta’ soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata, magħduda r-rimunerazzjoni ta’ l-istralċjarju,
għandhom jitħallsu mill-attiv tas-soċjetà  qabel ma jitħallsu djun oħra.
(7) Max-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, minkejja d-
disposizzjonijiet tas-subparagrafu (8) tli bis-saħħa tagħhom iċ-ċertifikat ta’
  322      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
reġistrazzjoni ma jibqax validu, il-persuni li jkunu qed jistralċjaw l-affarijiet tas-
soċjetà , f’isem u għan-nom tas-soċjetà -
(a) jistgħu, sal-limitu li jkun meħtieġ għall-istralċ benefiċjali tas-soċjetà ,
jagħmlu prosekuzzjoni, difiża jew jirriżolvu kull azzjoni ċivili jew
kriminali;
(b) jistgħu jiddisponu mill-proprjetà  tas-soċjetà  u jirrealizzaw l-attiv
tagħha; u
(ċ) għandhom, skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 24, jissodisfaw id-
djun tas-soċjetà  u jqassmu lis-soċji kull attiv li jibqa’ tas-soċjetà ;
kollox bla ħsara għar-responsabbiltà  personali tas-soċji.
(8) Max-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, avviż tal-fatt
għandu, fi żmien erbatax-il jum mid-data tax-xoljiment, ikun ippreżentat mis-soċji
ġenerali lir-Reġistratur li għandu jieħu ħsieb li avviż ta’ dak il-fatt għandu jkun
pubblikat fil-Gazzetta.
(9) Meta s-soċji ġenerali jonqsu li jagħtu avviż kif meħtieġ bid-disposizzjonijiet
tas-subparagrafu (8), is-soċji ġenerali jistgħu jeħlu penali u jkomplu bir-
responsabbiltà  tagħhom daqslikieku kienu soċji ġenerali ta’ soċjetà  in akkomandita
jew soċjetà  limitata li ma tkunx ġiet xolta.
(10) Ix-xoljiment ta’ soċjetà  għandu jitqies li jkun ġara ma’ l-ewwel minn dan li
ġej:
(a) mid-data tal-ġrajja li minnha, taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda,
is-soċjetà  tkun xolta; jew
(b) id-data ta’ l-ordni mill-Qorti taħt din l-Iskeda għax-xoljiment tagħha.
(11) Malli l-affarijiet tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata jkunu
stralċjati għal kollox, il-persuni li jkunu mexxew l-istralċ għandhom:
(a) iħejju rendikont ta’ l-istralċ li jagħti dettalji tat-tmexxija tagħha u tad-
disponiment tal-proprjetà  tas-soċjetà , u li jiddikjara jekk xi waħda mill-
affarijiet imsemmija fil-paragrafu 23 tkunx ġiet għall-attenzjoni
tagħhom jew le;
(b) jagħtu lis-soċji kollha kopja ta’ l-imsemmi rendikont; u
(ċ) jikkonsenjaw lir-Reġistratur kopja ta’ l-imsemmi rendikont għar-
reġistrazzjoni.
(12) Il-persuni li jmexxu l-istralċ ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
jistgħu, b’rikors, jitolbu d-direzzjonijiet tal-Qorti dwar kull ħaġa li għandha
x’taqsam ma’ l-istralċ; u ma dak ir-rikors il-Qorti tista’ tagħti dik l-ordni li jidhrilha
xierqa.
(13) Mal-konsenja lir-Reġistratur tar-rendikont tal-kont ta’ l-istralċ, ir-
Reġistratur għandu ma’ dan jirreġistrah u jħassar l-isem tas-soċjetà  minn fuq ir-
Reġistru, u malli jagħmel hekk iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tas-soċjetà  ma jibqax
validu. Ir-Reġistratur għandu minnufih jippubblika avviż tat-tmiem ta’ l-istralċ u ta’
dak it-tħassir.
Responsabbiltà  personali għal ċerti nuqqasijiet
23. (1) F’kull każ fejn -
(a) soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tkun ġiet xolta u ma tkunx
tista’ tħallas id-djun tagħha; u
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      323
(b) dwar is-soċjetà  tkun saret kontravvenzjoni ta’ xi dispożizzjoni rilevanti,
li -
(i) tkun ikkontribwit għall-fatt li s-soċjetà  ma tkunx tista’ tħallas id-
djun tagħha;
(ii) tkun b’mod materjali żgwidat jew qarrqet b’xi soċju jew kreditur,
jew tkun irriżultat f’inċertezza sostanzjali dwar l-attiv, il-passiv,
flus tal-klijenti jew strumenti ta’ investiment tas-soċjetà ; jew
(iii) tkun sostanzjalment impediet l-istralċ xieraq ta’ l-affarijiet tas-
soċjetà ;
il-Qorti tista’, fuq rikors ta’ xi kreditur jew soċju jew xi persuna oħra li tkun qed
tmexxi l-istralċ tas-soċjetà , tiddikjara li xi uffiċjal jew uffiċjal passat ta’ xi soċju
ġenerali fis-soċjetà ; li jkun responsabbli għall-kontravvenzjoni jkun personalment
responsabbli, mingħajr limitazzjoni ta’ responsabbilta’, għad-djun tas-soċjetà  jew
dik il-parti minnhom kif jista’ jiġi speċifikat mill-Qorti.
(2) Meta l-Qorti tagħmel dikjarazzjoni taħt is-subparagrafu (1) dwar xi persuna,
din tista’ -
(a) tagħti dawk id-direzzjonijiet li jidhrilha xierqa sabiex tagħti effett lid-
dikjarazzjoni; u
(b) tordna li r-responsabbiltà  ta’ dik il-persuna taħt id-dikjarazzjoni tkun
piż fuq -
(i) xi dejn dovut mis-soċjetà  lilha, lil xi persuna f’isimha, lil xi
persuna li tgħid li tkun irċevit assenjazzjoni mingħandha jew
permezz tagħha jew lil xi persuna li taġixxi f’isem dik il-persuna
li tirċievi assenjazzjoni; jew
(ii) kull piż fuq xi attiv tas-soċjetà  jew xi interess f’xi piż bħal dak
miżmum jew vestit f’dik il-persuna jew f’xi persuna oħra kif
imsemmija;
u l-Qorti tista’ wkoll minn żmien għal żmien tagħmel dawk l-ordnijiet l-oħra li
jidhrilha xierqa sabiex tagħti effett lil xi piż impost taħt dan is-subparagrafu.
(3) Fis-subparagrafu (2), l-espressjoni ''persuna li tirċievi assenjazzjoni''
tinkludi kull persuna li lilha jew favur tagħha, bid-direzzjoni tal-persuna
responsabbli, id-dejn, il-piż jew l-interess ikun inħoloq, inħareġ jew ġie trasferit,
iżda ma tinkludix persuna li tirċievi assenjazzjoni għal konsiderazzjoni prezzjuża
(barra minn konsiderazzjoni maż-żwieġ) mogħtija in bona fide u bla avviż ta’ xi
raġunijiet li fuqhom setgħat saret id-dikjarazzjoni.
(4) Il-Qorti ma għandhiex tagħmel dikjarazzjoni taħt is-subparagrafu (1) dwar
persuna, jekk tikkunsidra li -
(a) tkun ħadet il-passi kollha raġonevoli biex tiżgura tħaris mis-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata tad-disposizzjonijiet rilevanti; jew
(b) kellha raġunijiet xierqa biex temmen u fil-fatt kienet temmen li persuna
kompetenti u ta’ min jorbot fuqha, li kienet qed taġixxi taħt is-
sorveljanza jew kontroll ta’ jew maħtura mis-soċji ġenerali -
(i) kienet inkarigata bid-dmir li tiżgura li dawk id-disposizzjonijiet
ikunu mħarsa; u
(ii) kienet f’pożizzjoni li taqdi dak id-dmir.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu jkunu bla ħsara għal xi
penali, rimedju jew proċedura oħra, ċivili jew kriminali, dwar il-kontravvenzjoni.
  324      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(6) F’xi każ fejn -
(a) soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tkun ġiet xolta u ma tkunx
tista’ tħallas id-djun tagħha; u
(b) dwar is-soċjetà  tkun saret kontravvenzjoni ta’ xi disposizzjoni rilevanti
li -
(i) tkun ikkontribwit għall-fatt li s-soċjetà  ma tkunx tista’ tħallas id-
djun tagħha;
(ii) tkun b’mod materjali żgwidat jew qarrqet b’xi soċju jew kreditur,
jew tkun irriżultat f’inċertezza sostanzjali dwar l-attiv, il-passiv,
flus tal-klijenti jew strumenti ta’ investiment tas-soċjetà ; jew
(iii) tkun sostanzjalment impediet l-istralċ xieraq ta’ l-affarijiet tas-
soċjetà ;
kull uffiċjal jew uffiċjal passat ta’ xi soċju ġenerali tas-soċjetà  li jkun responsabbli
għall-kontravvenzjoni (bla ħsara għal kull responsabbiltà  ċivili) ikun ħati ta’ reat.
(7) Fil-prosekuzzjoni għal reat taħt dan il-paragrafu, tkun difiża għall-persuna
akkużata li turi li -
(a) tkun ħadet il-passi kollha raġonevoli biex tiżgura tħaris mis-soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata tad-disposizzjonijiet rilevanti; jew
(b) kellha raġunijiet xierqa biex temmen u fil-fatt kienet temmen li persuna
kompetenti u ta’ min jorbot fuqha, li kienet qed taġixxi taħt is-
sorveljanza jew kontroll ta’ jew maħtura mis-soċji ġenerali -
(i) kienet inkarigata bid-dmir li tiżgura li dawk id-disposizzjonijiet
ikunu mħarsa; u
(ii) kienet f’pożizzjoni li taqdi dak id-dmir.
(8) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu -
(a) l-espressjoni ''uffiċjal'', dwar soċju ġenerali, tfisser kull direttur,
manager, membru ta’ xi kumitat ta’ l-amministrazzjoni jew awtorità
oħra li tikkontrolla, segretarju jew uffiċjal ieħor simili tas-soċju
ġenerali, u kull persuna li skond id-direzzjonijiet jew l-istruzzjonijiet
tagħha xi wħud mill-persuni msemmija jkunu mdorrija jaġixxu;
(b) l-espressjoni ''disposizzjoni rilevanti'' tfisser kull disposizzjoni rilevanti
ta’ din l-Iskeda u kull disposizzjoni oħra li fiż-żmien tkun preskritta
b’regolamenti taħt dan l-Att; u
(ċ) persuna titqies li tkun responsabbli għal kontravvenzjoni ta’
disposizzjoni rilevanti jekk il-kontravvenzjoni -
(i) l-egħmil tagħha jkun bil-kunsens jew konnivenza tagħha; jew 
(ii) kienet attribwibbli jew faċilitata b’xi negliġenza minn naħa
tagħha.
Tqassim ta’ attiv max-xoljiment
24. Max-xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, l-attiv
għandu jitqassam fl-ordni li ġejja -
(a) l-ewwel, lill-kredituri li ma jkunux soċji, sal-limitu xort’oħra permess
bil-liġi, b’sodisfazzjon tad-djun tas-soċjetà ;
(b) it-tieni, lil soċji limitati li huma kredituri u li ma jkunux ukoll soċji
ġenerali, sal-limitu xort’oħra permess bil-liġi, b’sodisfazzjon tad-djun
tas-soċjetà  barra minn djun deskritti bis-subparagrafu (ċ);
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      325
(ċ) finalment, suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-att tas-soċjetà , lil soċji kif
ġej -
(i) l-ewwel, lil soċji limitati bi ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet
tagħhom jew, fejn applikabbli, għall-ħelsien mill-obbligi tagħhom
li jagħmlu kontribuzzjonijiet;
(ii) it-tieni, lil soċji limitati barra milli għal kapital u profitti;
(iii) it-tielet, lil soċji ġenerali dwar kapital;
(iv) finalment, lil soċji ġenerali dwar profitti.
Tqassim ta’ kapital f’azzjonijiet
25. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijet ta’ qabel ta’ din l-Iskeda, il-kapital ta’
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata jista’ jitqassam f’azzjonijiet.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar azzjonijiet f’kumpannija barra mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 72 tiegħu għandhom japplikaw għall-azzjonijiet
f’soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata safejn dawn ma jkunux inkonsistenti
mad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din l-Iskeda.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 78, 137(4), (5) u (6) u 142(2) ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-kapital
tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal soċji ġenerali
vestiti bl-amministrazzjoni jew b’rappreżentanza minflok riferenzi għal diretturi,
uffiċjali jew bord tad-diretturi; bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet,
minflok riferenzi għal kumpannija; bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal att tas-soċjetà
minflok riferenzi għal memorandum jew memorandum u statut; bis-sostituzzjoni ta’
riferenzi għal soċji minflok riferenzi għal azzjonisti; u, dwar l-artikolu 137(5) ta’
dan l-Att, bis-sostituzzjoni tal-frażi ''deċiżjoni tas-soċji'' minflok il-frażi ''xi
riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali jew minn deċiżjoni tal-bord tad-diretturi''.
(4) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-kapital tagħha ma jkunx
maqsum f’azzjonijiet, tista’ tibdel l-istat tagħha għal soċjetà  in akkomandita jew
soċjetà  limitata li l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, b’deċiżjoni meħuda
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-att tas-soċjetà , jew, fin-nuqqas ta’ xi disposizzjoni
bħal dik, bil-kunsens tas-soċji kollha, kemm ġenerali u limitati:
Iżda meta wieħed jew iktar mis-soċji limitati, li flimkien ikollhom mhux
iktar minn kwart tal-kontribuzzjoni totali tas-soċji limitati, ma jagħtux il-kunsens
tagħhom, is-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tista’ b’danakollu tgħaddi
biex tibdel l-istat tagħha, iżda tkun meħtieġa, għall-fini ta’ dak it-tibdil, li tillikwida
u tħallas lura lil kull soċju li ma jkunx ta’ l-kunsens tiegħu fis-soċjetà  in
akkomandita jew soà jeta limitata b’ dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
miftiehma, jew kif il-Qorti, fuq talba jew tas-soċjetà  jew tas-soċju limitat, jidhrilha
xieraq li tordna.
(5) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li l-kapital tagħha jkun maqsum
f’azzjonijiet, tista’ tibdel l-istat tagħha għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata li l-kapital tagħha ma jkunx maqsum f’azzjonijiet, b’deċiżjoni meħuda
skond id-disposizzjonijet ta’ l-att tas-soċjetà  jew, fin-nuqqas ta’ xi disposizzjoni bħal
dik, bil-kunsens tas-soċji kollha kemm ġenerali u limitati:
Iżda meta wieħed jew iktar mis-soċji limitati, li flimkien ikollhom mhux
iktar minn għaxra wieħed tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija, ma jagħtux il-
kunsens tagħhom, is-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tista’ b’danakollu
tgħaddi biex tibdel l-istat tagħha, iżda tkun meħtieġa, għall-fini ta’ dak it-tibdil, li
  326      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
tifdi l-azzjonijiet miżmuma minn kull soċju tas-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata li ma jkunx ta’ l-kunsens tiegħu, jekk hu hekk jitlob, b’dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu miftiehma jew kif il-Qorti, fuq talba tas-soċjetà  jew
tas-soċju limitat, jidhrilha xierqa li tordna.
(6) Ikun id-dmir tas-soċju ġenerali vestit bl-amministrazzjoni jew bir-
rappreżentanza ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata, li tkun iddeċidiet li
tibdel l-istat tagħha skond is-subparagrafu (4) jew is-subparagrafu (5), li tikkonsenja
lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni l-istrument jew kopja tiegħu li jibdel jew iżid ma’
l-att tas-soċjetà  kif emendat skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 8(2).
(7) It-tibdil fl-istat imsemmi fis-subparagrafu (4) jew fis-subparagrafu (5) ma
għandux jibda jseħħ kemm-il darba u sakemm ma jiġix reġistrat kif meħtieġ bis-
subparagrafu (6).
(8) (a) Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss għal
soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li tikkwalifika għal skema
ta’ investiment kollettiv liċenzjata skond l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment.
(b) Għall-finiijet ta’ dan il-paragrafu, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"munita bażi" tfisser il-munita li fiha tkun denominata sotto-klassi;
"awtorità  kompetenti" tfisser l-awtorità  kompetenti taħt l-Att dwar is-
Servizzi ta’ Investiment;
"munita" tfisser, barra mil-lira Maltija, kull munita konvertibbli skond l-
artikolu 186 ta’ dan l-Att;
"frazzjoni finanzjarja" tfisser frazzjoni ta’ azzjoni sħiħa f’kull klassi ta’
azzjonijiet maħruġa minn soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
b’kapital azzjonarju varjabbli;
"sotto-klassi" tfisser klassi distinta ta’ azzjonijiet f’soċjetà  in
akkomandita jew f’soċjetà  limitata li lilha jkunu allokati attiv u passiv
distinti minn attiv u passiv oħra allokati lil klassijiet oħra ta’ azzjonijiet
fl-istess soċjetà  u li jistgħu jsegwu oġġettivi ta’ investiment u jintrabtu
ma’ policies ta’ investiment differenti minn dawk ta’ klassijiet oħra ta’
azzjonijiet fl-istess soċjetà .
(ċ) Att ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha
jkun maqsum f’azzjonijiet jista’ jipprovdi għall-kostituzzjoni tas-soċjetà
bħala soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata b’kapital azzjonarju
varjabbli u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 84(2) sa (7) u (9) ta’ ta’ dan
l-Att għandhom, safejn applikabbli, japplikaw mutatis mutandis u
riferenza għall-frażi "memorandum jew statut" għandha titqies bħala
riferenza għal "att ta’ soċjetà " u riferenza għall-frażijiet "kumpannija" u
"kumpannija ta’ investiment" għandha titqies bħala riferenza għal
"soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata" u riferenza fl-artikolu
69(f) ta’ dan l-Att għandha titqies bħala riferenza għall-artikolu
14(1)(e).
(d) Att ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha
jkun maqsum f’azzjonijiet jista’ jipprovdi għall-kostituzzjoni tas-soċjetà
bħala soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata fil-forma ta’ soċjetà
umbrella jew multi-class, u jipprovdi għall-kostituzzjoni ta’ sotto-
klassijiet, u l-klassijiet differenti ta’ azzjonijiet li jistgħu jinħarġu minn
dik is-soċjetà , meta kull klassi ta’ azzjonijiet tirrappreżenta sotto-klassi
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      327
distinta tas-soċjetà  u denominata f’dik il-munita jew f’dawk il-muniti
kif jista’ jiġi provdut fl-att.
(e) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tista’ tkun biss validament
kostitwita bħala soċjetà  umbrella jew multi-class jekk tkun hekk
liċenzjata mill-awtorità  kompetenti.
(f) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata liċenzjata kif imiss bħala
soċjetà  umbrella jew multi-class tista’, bl-approvazzjoni ta’ l-awtorità
kompetenti, tistabbilixxi sotto-klassijiet ġodda bil-ħolqien u ħruġ ta’
klassijiet ġodda ta’ azzjonijiet.
(g) Kull klassi ta’ azzjonijiet li tirrappreżenta sotto-klassi f’soċjetà
umbrella jew multi-class tista’ tiġi msejħa b’munita differenti, iżda
klassi ta’ azzjonijiet tista’ tissejjaħ b’munita waħda biss.
(h) Soċjetà   umbrella jew multi-class li jkollha l-kapital azzjonarju tagħha
denominat f’muniti differenti għandha tagħmel il-kontijiet annwali
tagħha f’waħda minn dawk il-muniti, kif jista’ jiġi approvat mill-
awtorità  kompetenti.
(i) Is-soċju ġenerali ta’ soċjetà   umbrella jew multi-class għandu jżomm
records tal-kontijiet xierqa ta’ l-attiv u l-passiv ta’ kull sotto-klassi fil-
munita bażi ta’ dik is-sotto-klassi.
(j) Id-disposizzjonijet tas-subparagrafu (h) għandhom mutatis mutandis
japplikaw għall-egħmil ta’ kull rapporti jew dikjarazzjonijiet finanzjarji
oħra li jistgħu jkunu meħtieġa taħt dan l-Att jew mill-awtorità
kompetenti.
(k) Għall-finijiet tas-subparagrafi (h) u (j), il-konverżjoni minn munita bażi
ta’ sotto-klassi f’munita li fiha jsiru l-kontijiet annwali tas-soċjetà
umbrella jew multi-class għandha ssir bl-użu tar-rata tal-kambju bejn l-
ewwel u t-tieni munita fid-data tal-karta tal-bilanċ, u dik ir-rata tkun ir-
rata medja ta’ l-egħluq maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta. Din in-
nota għandha tintwera fin-noti tal-kontijiet.
(l) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata kostitwita bħala soċjetà
umbrella jew multi-class tista’ fl-att ta’ soċjetà  tagħha tagħżel li l-attiv u
l-passiv ta’ kull sotto-klassi kompriża f’dik is-soċjetà  jiġu trattati, għall-
finijiet u effetti kollha tal-liġi, bħala patrimonju separat mill-attiv u l-
passiv ta’ kull sotto-klassi oħra ta’ dik is-soċjetà . Meta soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata kostitwita bħala soċjetà  umbrella jew
multi-class tagħmel l-għażla kif intqal qabel, l-attiv u l-passiv ta’ kull
sotto-klassi ta’ dik is-soċjetà  għandhom, għall-finijiet u effetti kollha
tal-liġi jitqiesu li jikkostitwixxu patrimonju separat mill-attiv u l-passiv
ta’ kull sotto-klassi oħra ta’ dik is-soċjetà .
(m) Ħlief għal dak il-proporzjon tal-passiv ta’ soċjetà  in akkomandita jew
soċjetà  limitata kostitwita bħala soċjetà  umbrella jew multi-class li bis-
saħħa ta’ l-att tas-soċjetà  jew bis-saħħa tal-kondizzjonijiet tal-ħruġ ta’ l-
azzjonijiet li jikkostitwixxu sotto-klassi jkun, jew għandu jkun attribwit
lil, sotto-klassi waħda jew aktar fil-proporzjon stabbilit fih, il-passiv
magħmul dwar kull sotto-klassi għandu jitħallas mill-attiv li jifforma l-
patrimonju tagħha u fil-każ li dak l-attiv ma jkunx biżżejjed biex
jitħallas il-passiv hekk magħmul, il-kredituri dwaru ma jkollhom ebda
dritt jew rimedju kontra l-attiv l-ieħor tas-soċjetà , u d-disposizzjonijiet
ta’ kull liġi jew regolament fis-seħħ li jirregola l-insolvenza ta’
soċjetajiet ma għandhux japplika.
  328      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
(n) Is-soċju ġenerali ta’ soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata
kostitwita bħala soċjetà  umbrella jew multi-class għandu jżomm jew
jara li jinżammu dawk ir-records, kontijiet, dikjarazzjonijiet u
dokumenti oħra separati kif ikun meħtieġ sabiex ikun jidher li l-attiv u l-
passiv ta’ kull sotto-klassi jkun distint u separat mill-attiv u l-passiv tas-
sotto-klassijiet l-oħra fl-istess soċjetà .
(o) Id-disposizzjonijiet tal-Ħames Skeda li tinsab ma’ dan l-Att għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata b’kapital azzjonarju varjabbli.
(p) (i) Soċjetà  in akkomandita jew soċjetà  limitata tista’, jekk hekk
awtorizzata bl-att tas-soċjetà  tagħha, toħroġ azzjonijiet frazzjonali
sa dak in-numru ta’ postijiet deċimali, li ma jkunux inqas minn
tlieta, kif ikun speċifikat fl-att ta’ soċjetà , u taħt dawk il-pattijiet u
l-kondizzjonijiet li jkunu stipulati fih.
(ii) Azzjonijiet frazzjonali għandhom ikunu awtomatikament
konsolidati f’azzjoni sħiħa ta’ l-istess klassi meta l-azzjonijiet
frazzjonali miżmuma minn azzjonist wieħed isiru ekwivalenti għal
azzjoni sħiħa.
Penalitajiet amministrattivi dwar soċjetajiet in akkomanditi jew soċjetajiet limitati
26. (1) Meta xi dispożizzjoni ta’ din l-Iskeda tipprovdi għall-impożizzjoni ta’
penali, l-ammont ta’ dik il-penali għandu jiġi stabbilit b’riferenza għat-Taqsima II
ta’ din l-Iskeda, li tispeċifika l-ogħla penali li tista’ tiġi mposta mir-Reġistratur taħt
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda.
(2) Fit-Taqsima II ta’ din l-Iskeda, l-ewwel kolonna turi l-paragrafu jew is-
subparagrafu ta’ din l-Iskeda li jippreskrivi li penali għandha tiġi mposta, it-tieni
kolonna tagħti deskrizzjoni ġenerali ta’ l-informazzjoni, liema deskrizzjoni ma
għandhix tkun il-bażi bex tiġi nterpretata xi disposizzjoni ta’ din l-Iskeda, it-tielet
kolonna tippreskrivi l-ogħla penali u r-raba’ kolonna tippreskrivi l-ogħla penali għal
nuqqas ta’ kull jum, jekk il-każ. Il-penali ssir dovuta fil-jum li fih jiġri n-nuqqas u l-
penali għal nuqqas ta’ kull jum tkun dovuta għal kull jum li matulu jkompli n-nuqqas
u tibda għaddejja mill-jum li jiġi minnufih wara l-jum li fih isir in-nuqqas.
(3) Azzjoni mir-Reġistratur għall-ġbir ta’ penali taħt din l-Iskeda tkun preskritta
malli jgħaddu ħames snin mill-jieum li fih isir in-nuqqas.
(4) Dwar penalitajiet stabbiliti taħt din l-Iskeda, id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 401 ta’ dan l-Att għandhom japplikaw mutatis mutandis.
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      329
TAQSIMA II - PENALITAJIET
Paragrafu Nuqqas Penali
Penali 
għal 
kull 
jum
4(5) Persuna li ma tkunx is-soċjetà  in akkomandita jew
soċjetà  limitata jew soċju fiha li b’mod qarrieqi
tindika eżistenza ta’ soċjetà 200 lira 10 liri
8(4) Nuqqas ta’ xi soċju ġenerali, vestit bl-
amministrazzjoni jew rappreżentanza, li
jikkonsenja lir-Reġistratur għar-reġistrazzjoni l-
istrument jew kopja tiegħu li jibdel jew iżid ma’ l-
att tas-soċjetà , fi żmien erbatax-il jum mit-tibdil
jew żieda 200 lira 10 liri
8(6) Nuqqas ta’ soċju ġenerali, li jinnotifika lir-
Reġistratur f’tibdil fl-isem, ta’ xi soċju ġenerali, fl-
uffiċċju reġistrat, fl-oġġettivi jew fiż-żmien
stabbilit għat-terminu tas-soċjetà , fi żmien erbatax-
il jum mit-tibdil 200 liri 10 liri
 13(10) Nuqqas mis-soċjetà  in akkomandita jew soċjetà
limitata li żżomm id-dokumenti fl-uffiċċju
reġistrat, li tqegħdhom disponibbli għal spezzjon, u
nuqqas dwar dokumenti li għandhom jintbagħtu
jew jinżammu f’Malta 200 lira 10 liri
13(7) Nuqqas li jinżammu xi records tal-kontijiet
imsemmija għal żmien ta’ għaxar snin mid-data l;i
fiha jkunu saru 500 lira Xejn
22(4) Eżerċizzju minn xi persuna tas-setgħat tas-soċji
ġenerali wara l-ħatra ta’ stralċjarju 500 lira Xejn
22(5) Eżerċizzju minn xi persuna tan-negozju tas-soċjetà
wara x-xoljiment tagħha 500 lira Xejn
22(9) Nuqqas tas-soċji ġenerali li jagħtu avviż ta’
xoljiment kif meħtieġ bil-paragrafu 22(8) 200 lira 10 liri
  330      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
PENALITAJIET 
IL-ĦDAX-IL SKEDA Emendata:IV. 2003.170, 172.
(Artikolu 427)
Artikolu Nuqqas Penali
 Penali 
kull jum
6(8) Nuqqas li jintwerew partikolaritajiet dwar is-soċjetà
kummerċjali fuq ittri tan-negozju, eċċ., u uffiċjal ta’
soċjetà  kummerċjali li jonqos li juri l-kariga li biha
jkun qed jiffirma għan-nom tas-soċjetà  kummerċjali 200 lira xejn
6(9) Stralċjarju li jonqos li jinkludi dikjarazzjoni fuq
ittri tan-negozju, eċċ., tas-soċjetà  kummerċjali li
din tkun qed tiġi stralċjata jew li jonqos li jinkludi
l-ismijiet ta’ l-istralċjarji ta’ kumpannija li tkun qed
tiġi stralċjata 200 lira xejn
10 Kull persuna li tinkludi isem ta’ persuna li ma tkunx
soċju jew isem fittizju fl-isem tas-soċjetà 1000 lira xejn
 19(4) Soċji li jonqsu li jagħtu avviż meta persuna tkun
daħlet jew spiċċat minn soċju ta’ soċjetà 200 lira 10 liri
26(2) Soċji li jonqsu li jżommu records ta’ kontijiet għal
għaxar snin 500 lira xejn
41 Nuqqas tas-soċji li jagħtu avviż tax-xoljiment ta’
soċjetà  jew nuqqas ta’ stralċjarju li jagħti avviż tal-
ħatra tiegħu 200 lira 10 liri
50(2) Nuqqas tas-soċji li jipprovdu għal records/
dokumenti wara stralċ 200 lira xejn
 50(3) Nuqqas ta’ stralċjarju jew tal-persuna magħżula li
żżomm records/dokumenti tas-soċjetà  għaż-żmien
preskritt 500 lira xejn
50(5) Nuqqas ta’ eredi tal-persuna magħżula li
tikkonsenja records/dokumenti ta’ soċjetà 200 lira xejn
66(6) Nuqqas ta’ soċju fdat bl-amministrazzjoni jew
rappreżentanza li jikkonsenja kopja ta’ kull
dokument li jibdel jew iżid ma’ l-att ta’ soċjetà  in
akkomandita jew soċjetà  limitata li l-kapital tagħha
jkun maqsum f’azzjonijiet lir-Reġistratur jew
nuqqas li jikkonsenja att emendat tas-soċjetà 200 lira 10 liri
70(6) Kummerċ jew tmexxija ta’ negozju taħt ċerti
ismijiet projbiti 200 lira 10 liri
 74(2) Nuqqas ta’ kumpannija li tippreżenta rapport lir-
Reġistratur ta’ proposta għal akkwist ta’ attiv mhux
ta’ flus mingħand sottoskrivent jew membru 500 lira xejn
 79(4) Nuqqas ta’ uffiċjal li jikkonsenja kopja ta’
riżoluzzjoni li tibdel jew iżżid mal-memorandum
jew l-istatut ta’ kumpannija lir-Reġistratur jew
nuqqas li jikkonsenja memorandum jew statut
emendat 200 lira 10 liri
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      331
 85(4) Nuqqas ta’ uffiċjal li jippreżenta kopja ta’
riżoluzzjoni li żżid il-kapital azzjonarju 200 lira 10 liri
 88(11) Nuqqas ta’ uffiċjal ta’ kumpannija li jikkonsenja
lir-Reġistratur kopja ta’ riżoluzzjoni li tirrestrinġi
jew tirtira l-jedd ta’ prelazzjoni 200lira 10 liri
91 Ksur ta’ l-artikolu 89 jew 90 (1) dwar l-obbligu li
jinħareġ prospett 1000 lira xejn
 92(2) Ħruġ ta’ prospett bi ksur ta’ l-artikolu 92 (1) 1000 lira xejn
 93(2) Ħruġ ta’ prospett qabel ma dan ikun reġistrat 1000 lira 20 lira
97(5) Nuqqas ta’ kumpannija u ta’ l-uffiċjali tagħha li
jżommu f’kont separat il-flus riċevuti minn
applikanti skond prospett 1000 lira 20 lira
 101(5) Nuqqas ta’ kumpannija u ta’ l-uffiċjali tagħha li
jżommu f’kont separat il-flus riċevuti minn
applikanti skond prospett imniżżel fuq borża 1000lira 20 lira
103(2) Nuqqas li jsir prospett dwar għoti  200 lira 10 liri
104(3) Nuqqas tad-diretturi li jsejħu laqgħa ġenerali fil-każ
ta’ telf serju ta’ kapital 200 lira 10 liri
 106(2) Nuqqas ta’ uffiċjali ta’ kumpannija li jagħtu lir-
Reġistratur kopja ta’ riżoluzzjoni ta’ kumpannija
biex takkwista l-azzjonijiet tagħha stess mhux bil-
mezz ta’ sottoskrizzjoni  200 lira 10 liri
113(4) Nuqqas ta’ uffiċjal li juri kummissjonijiet, skonti,
eċċ., fuq ħruġ ta’ azzjonijiet 200 lira 10 liri
115 (6 ) Nuqqas ta’ uffiċjali li jipprovdu lir-Reġistratur
b’avviż ta’ fidwa ta’ azzjonijiet privileġġati 200 lira 10 liri
119(6) Nuqqas ta’ kumpannija li tibgħat avviż lil min ikun
se jsir trasferiment ta’ rifjut li tirreġistra t-
trasferiment ta’ azzjonijiet u obbligazzjonijiet 200 lira 10 liri
120(4) Nuqqas ta’ uffiċjali ta’ kumpannija li jħarsu d-
disposizzjonijiet dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’
azzjonijiet 200 lira 10 liri
123(4) Nuqqas ta’ uffiċjali ta’ kumpannija li jħarsu d-
disposizzionijiet dwar reġistru tal-membri 200 lira 10 liri
124(4) Nuqqas ta’ uffiċjali tal-kumpannija li jżommu
reġistru xieraq ta’ obbligazzjonijiet 200 lira 10 liri
128(3) Nuqqas ta’ uffiċjali tal-kumpannija li jagħmlu l-
laqgħa annwali ġenerali 1000 lira  20 lira
 133(3) Nuqqas ta’ uffiċjali tal-kumpannija li jagħtu avviż
lill-membri dwar il-jedd li jivvotaw bi prokura
f’laqgħa tal-kumpannija  200 lira xejn
133(5) Uffiċjal ta’ kumpannija li jikser disposizzjonijiet
oħra dwar il-vot bil-prokura f’laqgħat tal-
kumpannija 200 lira xejn
138(8) Nuqqas li jinħatar segretarju tal-kumpannija 200 lira 10 liri
Artikolu Nuqqas Penali
 Penali 
kull jum
  332      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
 145(2) Direttur li jonqos li jagħti tagħrif dwar interess
f’kuntratt 1000 lira xejn
146(2) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jagħmlu
prospett dwar tibdil tad-diretturi jew tas-segretarju 200 lira 10 liri
149(4) Uffiċjali tal-kumpannija li jonqsu li jagħmlu l-
minuti ta’ laqgħat ġenerali u li jżommu ktieb tal-
minuti fl-uffiċċju reġistrat 500 lira xejn
 151(6) Uffiċjali tal-kumpannija li jonqsu li jagħtu avviż
lir-Reġistratur fin-nuqqas tal-ħatra ta’ awdituri 200 lira 10 liri
154(3) Uffiċjali u awdituri ta’ mpriża sussidjara li jonqsu li
jagħtu tagħrif lill-awdituri tal-kumpannija parent 200 lira xejn
154(4) Uffiċjali ta’ kumpannija parent li jonqsu li jagħtu
tagħrif lill-awdituri dwar kumpannija barranija
sussidjarja 200 lira xejn
157(2) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jagħtu lir-
Reġistratur riżoluzzjoni li tneħħi awdituri 200 lira 10 liri
159(3) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jagħtu avviż lir-
Reġistratur dwar riżenja ta’ awdituri 1000 lira 20 lira
160(5) Diretturi li jonqsu li jieħdu l-passi xierqa biex
isejħu laqgħa mitluba minn awditur li jirriżenja 1000 lira xejn
162(1) Awditur li jonqos li jħares l-artikolu 161 meta
jispiċċa mill-kariga 500 lira 15-il lira
162(3) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jħarsu l-
artikolu 161 meta awditur jispiċċa mill-kariga 500 lira 15-il lira
163(7) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jżommu
records għal għaxar snin 500 lira xejn
176(4) Diretturi li japprovaw kontijiet difettużi 1000 lira xejn
176(5) Uffiċjali ta’ kumpannija li joħorġu jew
jikkonsenjaw lir-Reġistratur kontijiet li ma jkunux
iffirmati kif imiss 200 lira xejn
177(4) Diretturi li jonqsu li jħarsu l-ħtiġiet dwar ir-rapport
tad-diretturi 500 lira xejn
178(4) Uffiċjal li jiċċirkola jew li jippreżenta rapport tad-
diretturi li ma jkunx iffirmat 500 lira xejn
179(7) Uffiċjali tal-kumpannija li jonqsu li jiddikjaraw l-
ismijiet ta’ l-awdituri fir-rapport ta’ l-awdituri 200 lira xejn
180(4) Kumpannija u l-uffiċjali tagħha li jonqsu li jibgħatu
kopji tal-kontijiet annwali lil persuni li jkollhom
jedd għalihom 500 lira xejn
180(6) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jipprovdu
dokument fuq talba ta’ persuna li jkollha jedd
għalih 200 lira 10 liri
181(3) Diretturi li jonqsu li jqiegħdu l-kontijiet annwali
jew li jqiegħdu kontijiet annwali difettużi quddiem
laqgħa ġenerali 1000 lira 20 lira
Artikolu Nuqqas Penali
 Penali 
kull jum
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      333
 183(10) Diretturi li jonqsu li jikkonsenjaw jew li
jikkonsenjaw kontijiet annwali difettużi lir-
Reġistratur  1000 lira 20 lira
184(3) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jippreżentaw il-
prospett annwali 1000 lira 20 lira
209(3) Uffiċjali ta’ kumpannija privata li joffru azzjonijiet
jew obbligazzjonijiet għall-bejgħ lill-pubbliku 1000 lira xejn
212(6) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jagħtu avviż lir-
Reġistratur meta ssir kumpannija b’membru wieħed 200 lira 10 liri
212(9) Membru wieħed li jonqos li jirreġistra bil-miktub
kull ftehim bejnu u bejn il-kumpannija 500 lira xejn
 226(6) Persuni li jiksru l-artikolu 226 fit-tħejjija ta’
dikjarazzjoni li Riċevitur Uffiċjali dwar l-affarijiet
ta’ kumpannija li tkun f’likwidazzjoni 1000 lira  20 lira
265(2) Uffiċjali ta’ kumpannija li jonqsu li jagħtu lir-
Reġistratur avviż ta’ riżoluzzjoni għal xoljiment u
stralċ volontarju 200 lira  10 liri
270(4) Diretturi li jonqsu li jsejħu laqgħa ġenerali jew li
jonqsu li jagħmlu talba lill-qorti għal ħatra ta’
stralċjarju 1000 lira  20 lira
 272(2) Stralċjarju li jonqos li jsejjaħ laqgħa tal-kredituri
meta l-kumpannija ma tkunx tista’ tħallas id-djun
tagħha 1000 lira xejn
273(2) Stralċjarju li jonqos li jsejjaħ laqgħa ġenerali fejn l-
istralċ idum għal aktar minn tnax-il xahar  500 lira xejn
274(2) Stralċjarju li jonqos li jipprovdi lir-Reġistratur
kopja tal-kont ta’ l-istralċ jew ta’ prospett tal-
laqgħa ġenerali ma’ l-istralċ volontarju tal-membri 200 lira  10 liri
 274(3) Stralċjarju li jonqos li jsejjaħ laqgħa finali ta’ stralċ
volontarju tal-membri 200 lira  xejn
 278(6) Diretturi li jonqsu li jħarsu l-ħtiġiet dwar laqgħa tal-
kredituri wara riżoluzzjoni għax-xoljiment u stralċ
volontarju 1000 lira  xejn
 279(3) Nuqqas ta’ diretturi li jagħmlu talba lill-qorti għal
ħatra ta’ stralċjarju 1000 lira  20 lira
283(2) Stralċjarju li jonqos li jsejjaħ laqgħat ta’
kumpannija u ta’ kredituri meta stralċ idum aktar
minn tnax-il xahar  200 lira xejn
284(2) Stralċjarju li jonqos li jipprovdi lir-Reġistratur
b’kopja tal-kontijiet ta’ l-istralċ jew prospett tal-
laqgħat tal-kumpannija u kreditur dwar stralċ
volontarju tal-kredituri 200 lira 10 liri
 284(3) Stralċjarju li jonqos li jsejjaħ laqgħa ġenerali jew
laqgħa tal-kredituri dwar l-istralċ volontarju tal-
kredituri  500 lira xejn
Artikolu Nuqqas Penali
 Penali 
kull jum
  334      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
290(2) Stralċjarju li jonqos li jinnotifika lir-Reġistratur bil-
ħatra  200 lira 10 liri
 322(2) Stralċjarju li jonqos li jħares ħtiġiet dwar rapporti li
għandu jagħmel kull tant żmien 500 lira 15-il lira
324(3) Stralċjarju li jonqos li jżomm kotba għal perijodi
speċifiċi  500 lira xejn
327(4) Uffiċjal li jonqos li jehmeż mal-memorandum kopja
ta’ l-ordni tal-qorti dwar kompromess mal-kredituri  200 lira 10 liri
328(6) Kumpannija u uffiċjali li jonqsu li jħarsu l-ħtiġiet
ta’ l-artikolu 328 1000 lira  xejn
328(7) Direttur li jonqos li jagħti avviż lill-kumpannija u
detenturi ta’ obligazzjonijiet ta’ interessi dwar
kompromess mal-kredituri  1000 lira  xejn
329(5) Nuqqas ta’ konsenja ta’ kopja ta’ ordni tal-qorti
għas-sanzjoni ta’ ftehim jew arranġament lir-
Reġistratur 200 lira 10 liri
389 Uffiċjal jew aġent ta’ kumpannija barranija li
jonqos li jħares id-disposizzjonijiet dwar
reġistrazzjoni jew dokumenti ta’ kumpannija
barranija 200 lira 10 liri
 397(1) Persuna responsabbli għall-ħruġ, ċirkolazzjoni jew
tqassim ta’ prospett, eċċ., għal kumpannija
barranija bi ksur ta’ l-artikoli minn 391 sa 396 1000 lira xejn
399A(1) Stralċjarju, uffiċjal jew aġent ta’ kumpannija
barranija li jonqos li jagħti avviż lir-Reġistratur ta’
stralċ ta’ kumpannija jew egħluq ta’ fergħa jew post
tan-negozju 200 lira 10 liri
399A(2) Stralċjarju ta’ kumpannija barranija li jonqos li
javża lir-Reġistratur bil-ħatra 200 lira 10 liri
Artikolu Nuqqas Penali
 Penali 
kull jum
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      335
TABELLA TA’ KONKORDANZA
Emendata:
IV. 2003.169. IT-TNAX-IL SKEDA(Artikolu 3)
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
1. Titolu fil-qosor 1
2. Tifsir  2 sal-limitu li t-
tifsiriet jinsabu 
hemm
3. Liġi li tirregola s-soċjetajiet kummerċjali 5
4. Formazzjoni ta’ soċjetà 4
5. Xorta ta’ soċjetajiet  4(1)
6. Wiri ta’ partikolaritajiet dwar soċjetajiet f’ittri
kummerċjali, eċċ. 6
7. Tifsir 7
8. Ftehim sabiex jitħallas sehem mill-profitti  8
9. Isem ta’ soċjetà   9, 18
10. Penali għal min juża isem ta’ soċjetà  li jinkludi l-
isem ta’ persuna fittizja, eċċ. 10
11. Kontribuzzjonijiet li jitqiesu magħmula fi proprjetà   11
12. Kontribuzzjoni ta’ dejn dovut lil soċju 12
13. Valutazzjoni ta’ kontribuzzjoni 14 (e )
14. Kif tiġi mwaqqfa soċjetà 13
15. X’għandu jkun fih att ta’ soċjetà   14
16. Reġistrazzjoni ta’ atti ta’ soċjetà   15
17. Dmir tar-Reġistratur u effetti tar-reġistrazzjoni  16
18. Meta ma jinħariġx ċertifikat ta’ reġistrazzjoni 17
19. Tibdil fl-att ta’ soċjetà 19
20. Meta t-tibdil ikun fl-isem ta’ soċjetà 20
21. Tnaqqis fil-kontribuzzjoni ta’ soċju u xoljiment ta’
soċjetà  qabel iż-żmien stabbilit għad-dewmien
tagħha
21
22. Jedd ta’ kredituri ta’ soċju li jopponu t-tkabbir tad-
dewmien tas-soċjetà   22
23. Dmirijiet tar-Reġistratur tal-Qrati  23
24. Kif jista’ jinbidel att ta’ soċjetà   24
25. Amministrazzjoni u rappreżentanza ta’ soċjetà  25 (1)
26. Kif tista’ tintrabat soċjetà  25 (2), (3) 
27. Soċji ġodda  27
28. Tqassim ta’ profitti 28
  336      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
29. Kif jiġu mwettqa l-jeddijiet ta’ kredituri ta’ soċju   29
30. Soċju ma jistax jikkompeti mas-soċjetà 30
31. Mewt ta’ soċju 31
32. Tkeċċija ta’ soċju   32
33. Temm milli wieħed jibqa’ soċju  33
34. Jeddijiet ta’ persuna li ttemm milli tkun soċju  34
35. Xoljiment ta’ soċjetajiet f’isem kollettiv 35
36. Avviż ta’ xoljiment 36
37. Kif isir l-istralċ ta’ soċjetà  f’isem kollettiv  37
38. Setgħa li jitneħħa stralċjarju  38
39. Kumpens ta’ l-istralċjarju  39
40. Spejjeż ta’ l-istralċ jitħallsu qabel drittijiet oħra  40
41. Penali 41
42. Setgħat sakemm isir provvediment għall-istralċ  42
43. Dmirijiet ta’ soċji li jkollhom l-amministrazzjoni 43
44. Setgħat ta’ stralċjarji 44
45. L-istralċjarju ma għandux iqassam l-attiv qabel ma
jħallas id-djun 45
46. Dmir ta’ stralċjarju li jagħti tagħrif, li jagħti
rendikont u jlesti proġett ta’ tqassim 46
47. Regoli li jgħoddu għat-tqassim ta’ l-attiv  47
48. Approvazzjoni tar-rendikont u tal-proġett ta’  tqassim 48
49. Tħassir ta’ isem ta’ soċjetà  mir-reġistru 49
50. Konservazzjoni ta’ kotba tal-kontijiet, eċċ., wara
xoljiment
50
51. Tifsir 51
52. Safejn jgħoddu d-disposizzjonijiet li jirregolaw
soċjetajiet f’isem kollettiv  52
53. Isem soċjali  53
54. Kontribuzzjoni ta’ soċju akkomandant ma għandhiex
tinkludi servizzi personali 54
55. Kontenut ta’ att ta’ soċjetà   55
56. Jeddijiet ta’ soċji solidali  56
57. Amministrazzjoni u rappreżentanza 57
58. Ħatra ta’ soċji biex jamministraw u jirrappreżentaw
soċjetà  
58
59. Soċju akkomandant ma jistax jieħu parti fit-tmexxija
ta’ soċjetajiet  59
60. Tagħrif tal-kontijiet tas-sena lis-soċji akkomandanti  60
61. L-artikolu 30 ma jgħoddx għas-soċji akkomandanti  61
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      337
62. Soċju akkomandant mhux marbut li jagħti lura qligħ
li jirċievi in bona fede  62
63. Ċessjoni ta’ interess minn soċju akkomandant  63
64. Mewt ta’ soċju akkomandant  64
65. Xoljiment ta’ soċjetà  in akkomandita  65
66. Taqsim ta’ kapital f’azzjonijiet  66
67. Tifsir  67
68. Kif tiġi mwaqqfa kumpannija  68
69. Kontenut tal-memorandum  69
70. Isem tal-kumpannija  70
71. Skopijiet ta’ kumpannija  71
72. Minimum ta’ kapital azzjonarju  72
73. Statut ta’ assoċjazzjoni  75
74. Reġistrazzjoni ta’ memorandum u ta’ statut  76
75. Dmir tar-Reġistratur u effetti tar-reġistrazzjoni  77
76. Meta ma jinħariġx ċertifikat ta’ reġistrazzjoni  78
77. Tibdil u żidiet fil-memorandum u fl-istatut 79
78. Riduzzjoni tal-kapital azzjonarju 83
79. Tibdil ta’ isem il-kumpannija  80
80. Tibdil fil-memorandum jew fl-istatut b’żieda fir-
responsabbiltà  ta’ kontribuzzjoni għal kapital
azzjonarju ma għandux jorbot membri eżistenti
mingħajr il-kunsens tagħhom  81
81. Awtentikazzjoni ta’ dokumenti  82
82. Ħruġ ta’ applikazzjonijiet għal azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet ta’ kumpannija għandu jsir bi
prospett
89
83. Datar ta’ prospett u ħwejjeġ meħtieġa li għandu jkun
hemm fih  90
84. Penali  91
85. Prospett li jkollu dikjarazzjoni minn esperti  92
86. Reġistrazzjoni ta’ prospett  93
87. Restrizzjoni dwar tibdil ta’ kondizzjonijiet
imsemmija fil-prospett  -
88. Responsabbiltà  ċivili għal dikjarazzjonijiet ħżiena
fil-prospett  94
89. Dokument li jkollu offerta għal azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet għal bejgħ jitqies bħala prospett 95
90. Tifsir ta’ disposizzjonijiet dwar prospett  96
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
  338      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
91. Ebda għoti ta’ kapital azzjonarju jekk ħamsa u
sebgħin fil-mija ma jkunx sottoskritt  97
92. Ebda għoti wara li jgħaddu tliet xhur mill-ħruġ tal-
prospett 
-
93. Żmien tal-ftuħ tal-listi tas-sottoskrizzjoni 99
94. Irtir ta’ applikazzjonijiet għal azzjonijiet jew
obbligazzjonijiet  100
95. Rendikont dwar għoti ta’ azzjonijiet  103
96. Kumpannija ma tistax iżżomm azzjonijiet tagħha
stess 
105, 106, 107, 
108, 109, 112
97. Kumpannija ma tistax ikollha azzjonijiet
f’kumpannija li tkun qed teżerċita kontroll fuqha l-
anqas tagħti għajnuna finanzjarja għax-xiri jew
sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet tagħha stess jew ta’
dik li tkun teżerċita kontroll fuqha  110
98. Kondizzjonijiet għal ħlas ta’ kummissjonijiet, skonti,
eċċ.
113
99. Kif jiġi applikat il-premium irċevut mal-ħruġ ta’
azzjonijiet
114
100. Azzjonijiet privileġġati li jistgħu jiġu mifdija 115
101. Jeddijiet ta’ detenturi ta’ azzjonijiet ta’ klassijiet
speċjali u tibdil tagħhom  116
102. Numerazzjoni ta’ azzjonijiet  117
103. Trasferiment ta’ azzjonijiet  118
104. Reġistrazzjoni ta’ trasferiment fuq talba ta’ min
jittrasferixxi  119
105. Ħruġ ta’ ċertifikati  120
106. Warrants dwar azzjonijiet  121
107. Reġistru ta’ membri  123
108. Reġistru ta’ obbligazzjonijiet  124
109. Spezzjoni ta’ reġistri  125
110. Setgħa li jingħalqu r-reġistri  126
111. Laqgħa obbligatorja  -
112. Tiżmim ta’ laqgħa ġenerali annwali  128
113. Penali  128 (3 )
114. Sejħa ta’ laqgħa ġenerali straordinarja fuq talba  129
115. Żmien li għandu jingħata dwar avviż biex jissejħu
laqgħat 
130
116. Disposizzjonijiet ġenerali dwar laqgħat u voti  131
117. Setgħa tal-qorti biex tordna laqgħa  132 (1)
118. Prokuri  133
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      339
119. Dritt għal talba ta’ votazzjoni  134
120. Riżoluzzjonijiet straordinarji  135
121. Diretturi  137
122. Restrizzjonijiet dwar ħatra ta’ direttur  139
123. Tneħħija ta’ diretturi  140 (1) sa  (5 )
124. Vaganza każwali 140 (6 )
125. Skwalifika għal ħatra bħala direttur  142
126. Direttur ma jistax jagħmel konkorrenza mal-
kumpannija 
143
127. Projbizzjoni ta’ self, eċċ., lid-diretturi  144
128. Dmir ta’ direttur li juri interess f’kuntratt tal-
kumpannija 
145
129. Reżokont dwar tibdil fid-diretturi  146
130. Ir-responsabbiltà  tad-diretturi tkun in solidum  147
131. Disposizzjonijiet dwar responsabbiltà  ta’ uffiċjali u
awdituri 148
132. Minuti tal-proċeduri  149
133. Tiżmim ta’ kotba tal-kontijiet 163
134. Kont ta’ qligħ u telf u karta tal-bilanċ  181,182
135. Disposizzjonijiet ġenerali dwar il-kontenut u l-forma
tal-kontijiet  167
136. Firmar ta’ karta tal-bilanċ  176
137. Ir-rapport tad-diretturi għandu jiġi mwaħħal mal-
karta tal-bilanċ  177, 181
138. Spezzjon ta’ kontijiet  180
139. Penali  Imdaħħal fl-
artikoli rilevanti 
140. Ħatra u kumpens ta’ awdituri  151, 152, 156
141. Skwalifika għal ħatra bħala awditur  153
142. Rapport ta’ l-awditur  179, 181
143. Dritt li jara kotba u li jmur f’laqgħat ġenerali  154, 155
144. Reżokont annwali  184
145. Dokumenti li għandu jkun hemm mar-reżokont
annwali 
183
146. Penali  Imdaħħal fl-
artikoli rilevanti 
147. Tifsir  209
148. Disposizzjonijiet li ma jgħoddux għal kumpanniji
privati
Imdaħħal fl-
artikoli rilevanti 
149. Ħelsien ta’ kumpanniji privati mill-ħtiġiet ta’ l-
artikolu 145, eċċ. 211
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
  340      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
150. Xoljiment ta’ kumpanniji  214
151. Avviż ta’ xoljiment u sejħa għal laqgħa għall-ħatra
ta’ stralċjarju  265, 279
152. Ħatra, tneħħija u kumpens ta’ stralċjarju  270, 275, 278, 
281, 289, 293 
153. Avviż ta’ ħatra ta’ stralċjarju  290
154. Penali  Imdaħħal fl-
artikoli rilevanti 
155. Setgħat tad-diretturi u sejħa ta’ laqgħat ġenerali  267, 295
156. Applikabiltà  ta’ l-artikoli 43, 44 u tas-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 45  287, 288 
157. Sejħa għal ħlas ta’ kapital azzjonarju mhux imħallas 288
158. Dmirijiet ta’ stralċjarju meta l-istralċ idum iżjed
minn sena 
273, 283 
159. Dmirijiet ta’ stralċjarju meta l-istralċ jitlesta għal
kollox 
274,  284 
160. Approvazzjoni tar-rendikont u proġett ta’ tqassim  275, 285
161. Isem tal-kumpannija għandu jitħassar mir-reġistru  275, 285, 324 
162. Tibdil ta’ soċjetajiet  330
163. Għaqda ta’ soċjetajiet  337, 343, 357
164. Reġistrazzjoni tal-bdil jew għaqda ta’ soċjetajiet  331, 338, 350 
165. Meta s-soċjetà  tieqaf milli teżisti wara bdil jew
għaqda 
332, 339, 343(4) 
166. Soċji b’responsabbiltà  llimitata jibqgħu marbuta jekk
il-kredituri ma jagħtux kunsens għall-bdil  333, 340
167. Drittijiet ta’ kredituri li jopponu bdil jew għaqda  334, 341, 351 
168. Soċjetà  li tkompli jew soċjetà  ġdida tidħol flok is-
soċjetà  li tieqaf milli teżisti  335, 342, 354(1)
169. Tifsir 376
170. Kunsens ta’ l-assoċjati meħtieġ biex jidħlu assoċjati
oħra 
377
171. Relazzjonijiet tal-partijiet mat-terzi u bejniethom  378
172. L-assoċjant biss jikseb drittijiet u jassumi obbligi  379
173. Drittijiet ta’ l-assoċjant u ta’ assoċjati  380
174. Responsabbiltà  ta’ assoċjat  381
175. Ftehim permess bejn il-partijiet  382
176. Ebda formalitajiet ma huma meħtieġa għal
assoċjazzjoni in parteċipazzjoni  383
177. Applikazzjoni ta’ l-artikoli 178 sa 182 384
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
KUMPANNIJI   ġ K AP. 386.      341
178. Dokumenti, eċċ., li għandhom jiġu konsenjati minn
kumpanniji ta’ barra minn Malta li jmexxu negozju
f’Malta
385
179. Reżokont li għandu jiġi konsenjat minn kumpannija
ta’ barra minn Malta meta dokumenti, eċċ.,
jitbiddlu 
386
180. Kontijiet ta’ kumpannija ta’ barra minn Malta 387
181. Obbligi oħra ta’ kumpannija ta’ barra minn Malta  388
182. Penalitajiet  389
183. Applikazzjoni ta’ l-artikoli 184 sa 187 384
184. Dokumenti li għandhom jiġu konsenjati minn
soċjetajiet ta’ barra minn Malta li jmexxu negozju
f’Malta 
-
185. Reżokont li għandu jiġi konsenjat minn soċjetajiet ta’
barra minn Malta meta dokumenti, eċċ., jitbiddlu  386
186. Obbligi oħra ta’ soċjetajiet ta’ barra minn Malta  388
187. Penalitajiet  389
188. Datar tal-prospett u partikolaritajiet li għandu jkollu
fih 
391
189. Applikazzjoni ta’ l-artikoli 85, 86 u 88  393, 396, 397 
190. Tifsir tad-disposizzjonijiet dwar prospetti  398
191. Setgħa tal-Prim Ministru li jaħtar Reġistratur  400
192. Dmirijiet addizzjonali ta’ Reġistratur 401
193. Setgħa tar-Reġistratur biex jinvestiga negozju ta’
soċjetà
 403 sa 423 
194. Spezzjon, eċċ., ta’ dokumenti miżmuma mir-
Reġistratur
424
195. Setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti  425
L-Ewwel Skeda - Regolamenti għat-tmexxija ta’
kumpannija b’responsabbiltà  limitata  L-Ewwel Skeda 
It-Tieni Skeda - Ħwejjeġ li għandhom jiġu speċifikati fil-
prospett u rapport li għandhom jitniżżlu fih  It-Tieni Skeda 
It-Tielet Skeda - Disposizzjonijiet ġenerali dwar il-karta
tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u telf  168, it-Tielet 
Skeda 
Ir-Raba’ Skeda - Kontenut u formula tar-reżokont annwali Is-Seba’ Skeda 
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
  342      KAP. 386. ħ        KUMPANNIJI
Artikolu Nota Marġinali għall-artikolu fl-Att ta’
fl-Att ta’ l-l-1994 dwar Soċjeta jiet Kummerċjali
l-1994 dwar (Disposizzjonijiet Speċjali)
Soċjetajiet
Kummerċjali 
(Disposizzjonijiet 
Speċjali)
Artikolu fl-Att
1. Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ - 
2. Leġislazzjoni oħra -
3. Tifsir 2
4. Kumpanniji ta’ investiment b’kapital azzjonarju
varjabbli
84
5. Isem tal-kumpannija  70 (3) u (6)
6. Kontijiet ta’ kumpannija ta’ investiment b’kapital
azzjonarju varjabbli 169
7. Trustees u nominees 127
8. Kapital azzjonarju f’munita  konvertibbli 186, 187
9. Setgħa ta’ egħmil ta’ regolamenti  -
Skeda - Kontijiet u rapport tad-diretturi ta’ kumpannija ta’
investiment b’kapital azzjonarju varjabbli
 Il-Ħames Skeda
Artikoli Nota marġinali għall-artikolu fl-
fl-Ordinanza     
 
Artikoli fl-Att
