ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      1
KAPITOLU 387
ATT DWAR L-ARBITRAĠĠ
Biex jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-arranġament ta’ tilwim f’Malta permezz
ta’ arbitraġġ, biex jistabbilixxi ċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta bħala
ċentru għal arbitraġġ domestiku u arbitraġġ kummerċjali internazzjonali,
u biex jagħmel disposizzjonijiet li jkunu jirregolaw it-tmexxija ta’
proċedimenti ta’ l-arbitraġġ, u għall-għarfien u esekuzzjoni ta’ ċerti
deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ.
23 ta’ Frar, 1998;
23 ta’ Marzu, 2000;
1 ta’ Awissu, 2000
L-ATT II ta’ l-1996, kif emendat bl-Atti XVIII ta’ l-1999 u XXXI ta’ l-
2002.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Tifsir. 
Emendat:
XVIII.1999.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma’ teħtieġx
mod ieħor -
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Gvernaturi taċ-Ċentru;
"Ċentru" tfisser iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta mwaqqaf
bl-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-Bord;
"ftehim ta’ arbitraġġ" tfisser ftehim kif imfisser fl-Artikolu 7 tal-
Mudell ta’ Liġi:
Iżda:
(a) id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tal-MudelI ta’ Liġi
għandu jitqies li jkun ġie mħares jekk il-ftehim ta’
arbitraġġ ikun jinsab f’dokument li jingħadda minn
parti wahda lill-parti l-oħra jew minn terza parti liż-
żewġ partijiet u, jekk ma tkunx saret xi oġġezzjoni
dwar dan fi żmien tletin ġurnata mill-wasla tad-
dokument;
(b) ir-referenza f’kuntratt bil-miktub għal dokument li
jkun fih klawżola ta’ arbitraġġ jikkostitwixxi ftehim
ta’ arbitraġġ sakemm ir-referenza tkun tali li tagħmel
lil dik il-klawżola parti mill-kuntratt;
(ċ) ftehim ta’ arbitraġġ jiġi wkoll konkluż bil-ħruġ ta’
polza ta’ kargu, jekk din ikun fiha referenza espressa
għal klawżola ta’ arbitraġġ f’charter party;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja;
"Mudell ta’ Liġi" tfisser il-Mudell ta’ Liġi dwar Arbitraġġ
  2      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
Kummerċjali Internazzjonali adottat fil-21 ta’ Ġunju, 1985 mill-
Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Kummerċ
Internazzjonali li hemm fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"Reġistratur" tfisser ir-reġistratur taċ-Ċentru;
"tribunal ta’ l-arbitraġġ" tfisser arbitru uniku jew għadd ta’
arbitri;
"żmien finanzjarju" tfisser żmien ta’ ħames snin li jibda fl-ewwel
jum ta’ Jannar ta’ sena partikolari u jtemm fil-wieħed u tletin jum
ta’ Diċembru tal-ħames sena li tiġi wara dik is-sena; iżda l-ewwel
żmien finanzjarju taċ-Ċentru għandu jkun dak iż-żmien li jibda
meta tiġi fis-seħh it-Taqsima III ta’ dan l-Att u jtemm fil-31 jum ta’
Diċembru tas-sena li tiġi minnufih wara dik is-sena meta t-Taqsima
III imsemmija tkun bdiet isseħħ.
TAQSIMA II
Twaqqif u Funzjonijiet taċ-Ċentru
Twaqqif taċ-
Ċentru dwar l-
Arbitraġġ ta’ 
Malta. 
3. (1) B’dan qiegħed jitwaqqaf Ċentru, li jissejjaħ iċ-Ċentru
dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta, għall-għanijiet u biex ikollu l-
funzjonijiet stipulati b’dan l-Att.
(2) Iċ-Ċentru jkun korp magħqud li jkollu personalità  ġuridika
distinta u li jkun jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, jagħmel kuntratti, jakkwista, iżomm u jiddisponi minn kull
xorta ta’ proprjetà  għall-għanijiet tal-funzjonijiet tiegħu, iħarrek u
jiġi mħarrek, u jagħmel kull ħaġa u jidħol f’kull negozju li jkunu
inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju jew twettiq tal-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.
(3) Għandu jintlaqa’ bi prova kull dokument li jinħareġ bħala
strument magħmul jew maħruġ miċ-Ċentru u li jkun iffirmat miċ-
Chairman jew membru ieħor tal-Bord, uffiċjal jew impjegat taċ-
Ċentru li jista’ jiġi stabbilit b’avviż maħruġ miċ-Chairman u li jiġi
pubblikat fil-Gazzetta, u għandu jitqies, sakemm ma tinġiebx prova
kuntrarja, bħala strument magħmul jew maħruġ miċ-Ċentru.
Twaqqif u għamla 
tal-Bord tal-
Gvernaturi.
Emendat:
XVIII.1999.3;
XXXI. 2002.234.
4. (1) Jitwaqqaf Bord li jkun responsabbli għall-politika u
għall-amministrazzjoni ġenerali ta’ l-affarijiet u x-xogħol taċ-
Ċentru.
(2) Il-Bord ikun jikkonsisti f’mhux anqas minn tliet membri u
mhux aktar minn ħames membri, li jinħatru mill-President ta’ Malta
li jaġixxi fuq il-parir tal-Ministru, u wieħed minnhom jinħatar mill-
Ministru bħala Chairman. Il-Ministru jaħtar ukoll membru ieħor
bħala Deputy Chairman u dak il-membru jkollu s-setgħat kollha u
jwettaq il-funzjonijiet kollha taċ-Chairman meta dan ikun assenti,
jew sakemm jinħatar Chairman ġdid wara r-riżenja, temm ta’ ħatra,
jew mewt taċ-Chairman.
(3) Il-Ministru jagħżel il-membri tal-Bord minn fost persuni li
jidhirlu li jkunu kwalifikati għaldaqshekk minħabba f’li kellhom
esperjenza u jkunu urew ħila fi ħwejjeġ li kellhom x’jaqsmu ma’
arbitraġġ internazzjonali jew domestiku, konċiljazzjoni u
arranġament ta’ tilwim, kummerċ internazzjonali, negozju,
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      3
industrija, investimenti u affarijiet marittimi; l-Avukat Ġenerali
jkun membru ex officio tal-Bord.
(4)  Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan 1-Att il-
membri kollha tal-Bord għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħħom
skond l-arbitriju individwali taghhom u m’għandhomx ikunu
suġġetti għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità
oħra.
Kwalifiki taċ-
Chairman u tad-
Deputy Chairman. 
5. Ma jkunx kwalifikat sabiex jinħatar bħala Chairman jew
Deputy Chairman tal-Bord min ma jkunx ipprattika ta’ avukat
f’Malta għal perijodu jew perijodi li b’kollox jammontaw għal
mhux anqas minn tnax-il sena.
Għal kemm żmien 
jinħatar il-Bord.
Emendat:
XVIII.1999.4.
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 4, 7 u 9
ta’ dan l-Att, il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal
żmien sitt snin; u meta membru jtemm milli jkun membru, huwa
jkun eliġibbli għal ħatra mill-ġdid:
Iżda l-Ministru jista’ f’kull żmien itemm, fuq
rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-
Ġustizzja mwaqqfa bl-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-
ħatra ta’ membru tal-Bord jekk fil-fehma tiegħu, kif tiġi
konfermata bir-rakkomandazzjoni ta’ dik il-Kummissjoni kif
imsemmi qabel, dak il-membru ma jkunx idoneu li jibqa’ f’dik il-
kariga jew ikun sar inkapaċi filli jibqa’ jwettaq sew dmirijietu
bħala membru tal-Bord, u l-imsemmija Kummissjoni hija b’dan
vestita bil-funzjoni u bis-setgħa li tagħmel rakkomandazzjoni lill-
Ministru kif imsemmi qabel.
(2) Il-membri tal-Bord ikollhom jedd għal dik ir-
rimunerazzjoni u dawk l-allowances li l-Ministru jista’ jistabbilixxi
minn żmien għal żmien.
Skwalifika minn 
jew milli wieħed 
ikun membru tal-
Bord.
7. Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar, jew milli tibqa’
membru tal-Bord ta’ l-Awtorità  jekk -
(a) tkun legalment inabilitata; jew
(b) tkun ġudikata falluta skond il-liġi ta’ xi pajjiż jew tkun
għamlet skrittura jew arranġament ta’ ħlas mal-
kredituri tagħha; jew
(ċ) tkun instabet ħatja ta’ reat li jolqot il-fiduċja pubblika,
jew serq jew frodi; jew
(d) salv kif provdut fl-artikolu 4(3), tkun uffiċjal
pubbliku; jew
(e) ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor f’xi intrapriża
jew attività  li x’aktarx tolqot bi preġudizzju t-twettiq
ta’ dmirijietha bħala membru tal-Bord.
Riżenji. 
bil-mezz ta’ ittra li jindirizza lill-Ministru.
(2) Il-ħatra ta’ persuna bħala membru tal-Bord, u t-temma ta’
dik il-kariga jew riżenja minnha, għandhom jiġu avżati fil-
Gazzetta. 
  4      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
Reġistratur u 
impjegati oħra taċ-
Ċentru. 
Emendat:
XVIII.1999.5.
9. (1) Iċ-Ċentru jkollu Reġistratur, li jagħmilha wkoll ta’
Segretarju tal-Bord. F’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonijiet
tiegħu taħt dan l-Att, ir-Reġistratur ikollu s-setgħa li jagħti l-
ġuramenti, inkluża mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
hawn aktar qabel imsemmi s-setgħa li jingħataw il-ġuramenti tal-
kariga li jistgħu jinħtieġu li jittiehdu minn arbitri jew minn kull
persuna oħra involuta fil-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ taħt kull liġi
li tista’ ssir taħt dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’ kull
liġi oħra li tapplika, ir-Reġistratur u l-impjegati l-oħra taċ-Ċentru
għandhom jinħatru mill-Bord b’dawk il-patti u kundizzjonijiet li
dak il-Bord iqis xierqa.
(3) Ir-rappreżentanza legali taċ-Ċentru tkun vestita fir-
Reġistratur, jew kull persuna li tiġi awtorizzata għal dak l-għan
mill-Bord.
(4)  Ir-Reġistratur għandu wkoll iwettaq kull funzjoni li tista’
tiġi lilu delegata bil-miktub mill-Bord minn żmien għal żmien.
Funzjonijiet taċ-
Ċentru.
Emendat:
XVIII.1999.6.
10. (1) Il-funzjonijiet taċ-Ċentru jkunu:
(i) (a) li jġib ’il quddiem lil Malta bħala ċentru għall-
arbitraġġ kummerċjali internazzjonali;
(b) li jipprovdi għal kif għandu jitmexxa l-arbitraġġ
internazzjonali f’Malta;
(ċ) li jinkoraġġixxi l-arbitraġġ domestiku bħala
mezz ta’ arranġament ta’ tilwim;
(d) li jipprovdi l-faċilitajiet meħtieġa għat-tmexxija
ta’ arbitraġġ;
(e) li jagħti pariri lill-Gvern fuq kull ħaġa
msemmija fis-sub-paragrafi ta’ qabel ta’ dan il-
paragrafu ta’ dan is-subartikolu; 
(f) li jwettaq il-funzjonijiet l-oħra kollha li jiġu lilu
assenjati b’din il-liġi jew b’kull liġi oħra; u
(g) li jwettaq kull funzjoni oħra supplimentari jew
anċillari ma’ dak li hemm imsemmi qabel.
(ii) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att,
iċ-Ċentru jkollu s-setgħa, li titwettaq permezz tal-Bord
tiegħu, li jagħmel regoli li jiġu pubblikati fil-Gazzetta
u li jkunu jipprovdu dwar:
(a) il-proċedura għall-arbitraġġi;
(b) il-mod u l-ħtiġiet (inkluż kull dritt li jitħallas
għaldaqstant) għar-reġistrazzjoni ta’ dokument
taħt dan l-Att;
(ċ) linji ta’ prinċipju u għażla ta’ mudelli jew forom
għall-formulazzjoni ta’ kull klawsola u ftehim
ta’ l-arbitraġġ; u 
(d) kull ħaġ’oħra li dwarha jistgħu jsiru regoli taħt
kull disposizzjoni ta’ dan l-Att.
(2) Iċ-Ċentru jista’, minn żmien għal żmien, jaħtar gruppi ta’
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      5
arbitri għal arbitraġġi domestiċi u gruppi ta’ arbitri għal arbitraġġi
internazzjonali:
Iżda persuna tista’ tkun inkluża f’iktar minn grupp wieħed. 
(3) Il-gruppi ta’ arbitraġġ domestiku jistgħu jinħatru dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ, assigurazzjoni,
kolliżjonijiet tat-traffiku, kostruzzjoni ta’ bini, is-settur marittimu u
kull qasam ieħor li ċ-Ċentru minn żmien għal żmien jista’ jqis li
jkun spedjenti. Il-gruppi jintgħamlu minn fost persuni li fil-fehma
taċ-Ċentru jkollhom kwalifiki tajba biex iwettqu d-dmirijiet u l-
funzjonijiet ta’ arbitri f’xi qasam partikolari ta’ perizja.
(4) Iċ-Ċentru għandu jwaqqaf Kumitat ta’ Pariri dwar
Arbitraġġ Internazzjonali li jkollu bħala President iċ-Chairman taċ-
Ċentru, li jkollu l-funzjoni li jagħti pariri liċ-Ċentru fuq kull ħaġa li
jkollha x’taqsam ma’ l-arbitraġġi kummerċjali internazzjonali u li
jirrakkomanda liċ-Ċentru persuni li, fil-fehma tiegħu, ikollhom
kwalifiki tajba biex iwettqu d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta’ arbitri
f’arbitraġġi kummerċjali internazzjonali.
(5) Iċ-Ċentru, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat
ta’ Pariri dwar Arbitraġġ Internazzjonali, għandu jaħtar gruppi ta’
arbitri għal arbitraġġ kummerċjali internazzjonali fuq ħwejjeġ bħal
negozju, kummerċ, assigurazzjoni u investimenti internazzjonali u
mas-settur marittimu.
(6) Persuna tista’ titneħħa minn xi grupp ta’ arbitri miċ-Ċentru
f’kull żmien, u persuna tista’ f’kull żmien tirriżenja permezz ta’
ittra li tiġi indirizzata lir-Reġistratur:
Iżda kull tneħħija jew riżenja bħal dik ma għandhomx
jitqiesu li jinkludu t-tneħħija jew ir-riżenja ta’ dik il-persuna minn
xi proċedimenti ta’ arbitraġġ li huwa jkun seta’ diġà  ġie maħtur
fihom qabel it-tneħħija jew ir-riżenja tiegħu.
(7) Bil-għan li jħajjar l-arranġament ta’ tilwima, iċ-Ċentru
jista’, bil-qbil tal-partijiet u skond regoli magħmula miċ-Ċentru
taħt dan l-Att, jagħmel użu minn proċeduri ta’ medjazzjoni,
konċiljazzjoni jew proċeduri oħra f’kull żmien qabel jew matul il-
proċedimenti ta’ arbitraġġ.
TAQSIMA III 
Finanzi 
Estimi taċ-Centru.
finanzjarju, u mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem kull
żmien finanzjarju jadotta, estimi tal-qligħ u tan-nefqa taċ-Ċentru
għaż-żmien finanzjarju li jkun minnufih imiss.
(2) L-estimi jsiru f’dik l-għamla u jkun fihom dak it-tagħrif u
dawk il-paraguni ma’ żminijiet finanzjarji ta’ qabel hekk kif il-
Ministru jista’ jordna. L-estimi għandhom iqisu kull kontribuzzjoni
tal-Gvern, jekk ikun il-każ, fid-dħul taċ-Ċentru hekk kif il-Ministru
jista’ jindika liċ-Ċentru li jkun ser jirrakkomanda lill-Kamra tad-
Deputati għaż-żmien finanzjarju li jkun qed jiġi kkunsidrat, skond
l-artikolu 13 ta’ dan l-Att.
  6      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
(3) Malli ċ-Ċentru jadotta l-estimi tiegħu, il-Bord għandu
minnufih jibgħat kopja tagħhom lill-Ministru.
Dħul taċ-Ċentru.  12. (1) Kull dħul taċ-Ċentru jintgħamel mid-drittijiet li
jitħallsu għas-servizzi provduti minnu bis-saħħa ta’ dan l-Att u
minn kull kontribuzzjoni li jista’ jagħmel il-Gvern u li ssir skond l-
artikolu 13 ta’ dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta liċ-Ċentru,
jistabbilixxi permezz ta’ regolamenti d-drittijiet li għandhom
jitħallsu liċ-Ċentru għal kull servizz, faċilità  jew ħaġ’oħra provduta
minnu skond dan l-Att jew bis-saħħa tat-twettiq tal-funzjonijiet
tiegħu taħt dan l-Att.
Kontribuzzjoni tal-
Gvern.
Emendat:
XVIII. 1999.7.
13. (1) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta maċ-Ċentru u
ma’ kull persuna jew awtorità  oħra u bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jindika liċ-Ċentru bil-miktub l-ammont
ta’ kontribuzzjoni tal-gvern li jkollha ssir liċ-Ċentru u li jkollha tiġi
inkluża fl-estimi tagħha għaż-żmien finanzjarju li jkun imiss. Dik l-
indikazzjoni li ssir mill-Ministru kif imsemmi qabel għandha
tintehmeż ma’ l-estimi taċ-Ċentru li jingħataw lill-Ministru.
(2) Malli l-estimi jiġu approvati mill-Kamra, sew jekk
ikollhom emendi jew le kif hemm provdut f’dan l-Att, is-somma li
tiġi approvata fl-estimi bħala l-kontribuzzjoni tal-gvern għandha
titħallas liċ-Ċentru mill-Fond Konsolidat mingħajr ebda
awtorizzazzjoni oħra minbarra dan l-Att.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan
l-artikolu, il-kontribuzzjoni tal-gvern għall-ewwel żmien
finanzjarju taċ-Ċentru għandha tkun ta’ somma ta’ mitejn elf lira u
dik is-somma għandha titħallas liċ-Ċentru mill-Fond Konsolidat
ming ħajr ebda awtorizzazzjoni oħra minbarra dan is-subartikolu.
(4)  Kull eċċess ta’ dħul fuq l-ispiża taċ-Ċentru għandu, bla
ħsara għal dawk id-direttivi li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, minn żmien għal żmien
jagħti, jiġi applikat miċ-Ċentru għall-għemil ta’ fondi ta’ riserva
biex dawn jintużaw għall-għanijiet taċ-Ċentru; u, mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtija lill-Ministru
b’dan is-subartikolu, kull direttiva li tingħata mill-Ministru kif
hawn aktar qabel imsemmi tista’ tordna t-trasferiment lill-Gvern,
jew l-applikazzjoni b’dak il-mod li jista’ jiġi hekk speċifikat fid-
direttiva, ta’ xi parti minn kull dhul bħal dak.
TAQSIMA IV 
Arbitraġġ Domestiku
Arbitraġġ 
domestiku.
Emendat:
XVIII.1999.8.
14. Ftehim ta’ arbitraġġ domestiku huwa ftehim ta’ arbitraġġ li
ma jidħolx taħt it-Taqsima V ta’ dan l-Att, u b’mod partikolari taħt
l-Artikolu 1(3) tal-Mudell ta’ Liġi.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      7
Proċedura 
f’arbitraġġ 
domestiku. 
Emendat:
XVIII.1999.9;
XXXI. 2002.235.
15. (1) Fil-każ ta’ ftehim ta’ arbitraġġ domestiku, li jsir bis-
saħħa ta’ l-artikolu 14, it-tilwimiet għandhom jitranġaw skond id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, bla ħsara għal kull tibdil
bħalma (a) il-partijiet jistgħu jaqblu dwaru bil-miktub, u (b) jista’
jkun permess bil-liġi.
(2)  Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, tilwima tinkludi kull
kontroversja jew pretensjoni li titnissel mill-ftehim jew li jkollha
x’taqsam miegħu, jew il-ksur jew it-temm jew l-invalidità  tal-
ftehim jew in-nuqqas ta’ tħaris tal-ftehim.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jekk parti fi ftehim ta’
arbitraġġ, jew xi persuna li tagħmel it-talba permezz jew bis-setgħa
tal-parti, tibda xi proċedimenti legali f’qorti kontra kull parti oħra
fil-ftehim ta’ arbitraġġ jew xi persuna li tagħmel it-talba permezz
jew bis-setgħa ta’ dik il-parti, dwar kull ħaġa miftehma li tiġi
riferita għall-arbitraġġ, kull parti f’dawk il-proċedimenti legali
tista’ f’kull żmien qabel ma tressaq xi eċċezzjonijiet jew tmexxi
mod ieħor fil-proċedimenti, titlob lil dik il-qorti li twaqqaf il-
proċedimenti, u dik il-qorti jew imħallef tagħha, kemm-il darba ma
jkunx sodisfatt li l-ftehim ta’ arbitraġġ ikun sar inoperattiv jew ma
jistax jitkompla, jew li fil-fatt ma jkun hemm ebda kwistjoni bejn
il-partijiet dwar il-kwistjoni miftehma li tiġi riferita, għandha
tordna li jitwaqqfu l-proċedimenti. Rikors jista’ jsir minkejja li l-
kwistjoni għandha tiġi riferita lill-arbitraġġ biss wara li jiġu eżawriti
proċeduri oħra ta’ riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet.
(4) Meta l-proċedimenti kif hemm imsemmija fis-subartikolu (3)
ikunu nġiebu quddiem qorti, proċedimenti ta’ arbitraġġ jistgħu
jinbdew jew jitkomplew: iżda t-tribunal ta’ l-arbitrġġ m’għandu jieħu
ebda passi fl-arbitraġġ sakemm ma l-Qorti tiddeċiedi dwar ir-rikors
ħlief f’każijiet meta nuqqas li jingħata rimedju jirriżulta fi ħsara
irreparabbli għal xi parti fil-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ. Mad-
deċiżjoni tal-Qorti, li għandha tiġi notifikata lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ
mir-rikorrent, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jkun marbut bid-
deċiżjoni tal-Qorti dwar kwistjonijiet involuti fir-rikors u għandu
jaġixxi skond hekk.
(5) Kull ħaġa li tagħti lok għal kwistjoni, ukoll wara li tkun
inbdiet azzjoni legali dwarha fil-qorti, tkun tista’, kemm-il darba
dik il-ħaġa ma tkunx waħda minn dawk imsemmija fis-subartikolu
(6) ta’ dan l-artikolu, titranġa bil-mezz ta’ arbitraġġ jekk il-partijiet
kollha fit-tilwima jaqblu li jsir hekk.
(6) Tilwim li jolqot kwistjonijiet ta’ l-istat ċivili tal-persuna
inkluż dak li jkollu x’jaqsam ma’ separazzjoni persunali u
annullament ta’ żwieġ, ma jistax jitranġa bil-mezz ta’ arbitraġġ:
Iżda kwistjonijiet li jkunu jirrigwardaw il-qsim ta’ proprjetà
bejn il-miżżewġin jistgħu jiġu riferiti għall-arbitraġġ bla ħsara għall-
approvazzjoni tal-qorti kompetenti tal-ftehim ta’ arbitraġġ u ta’ l-
arbitru li jkun ser jiġi maħtur.
(7) Kull sottomissjoni għal arbitraġġ domestiku li ssir minn
amministratur, jew minn xi ħadd li mhuwiex ħieles li jiddisponi
mill-ħaġa, hija nulla.
  8      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
(8) Mal-preżentata ta’ rikors biex jitwaqqfu l-proċedimenti
skond is-subartikolu (3), kull limitu ta’ żmien għall-preżentata ta’
kull risposta ta’ l-intimat jew tweġiba oħra, kemm jekk titnissel
mill-liġi jew minn ordni ta’ xi qorti jew tribunal jew xort’oħra,
għandu jiġi interrott u għandu jerġa’ jibda jsseħħ mid-data li fiha r-
rikorrent jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-Qorti li tiċħad ir-rikors, u
dan irrispettivament minn jekk isirx appell minn xi parti dwar din
id-deċiżjoni.
Kap. 12. (9) Il-Bord stabbilit taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli dwar ir-
rikorsi lill-Qorti taħt is-subartikolu (3) u jippreskrivi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu ma’ dawn ir-rikorsi.
(10) Kull meta tinġieb fl-arbitraġġ tilwima li l-materja ewlenija
tagħha tkun taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni jew il-kompetenza ta’ xi
bord, tribunal jew awtorità  oħra mwaqqfa għal dak l-għan b’xi liġi,
dan ikun validu u effettiv u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)
għandhom japplikaw dwar dan mutatis mutandis; iżda d-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma għandhomx japplikaw
meta l-bord, tribunal jew awtorità  oħra jkunu tax-xorta speċifikata
fl-artikolu 75(1).
Avviż u kalkolu ta’ 
perijodi ta’ żmien.
Emendat:
XVIII. 1999.10.
16. (1) Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima, kull avviż, inklużi
notifikazzjoni, komunika jew proposta, għandhom jitqiesu li jkunu
ġew riċevuti jekk dawn ikunu persunalment twasslu għand min
kienu indirizzati jew jekk ikunu twasslu fl-indirizz fejn soltu
joqgħod, fond kummerċjali jew indirizz postali, jew, jekk ebda
wieħed minn dawn ma jkun jista’ jinstab wara li jkun sar stħarriġ
raġonevoli, fl-aħħar indirizz residenzjali jew kummerċjali magħruf.
L-avviż jitqies li jkun ġie riċevut fil-jum meta jkun hekk twassal:
Iżda ċ-Ċentru jista’, permezz ta’ regoli li jsiru taħt dan 1-
Att, jipprovdi għal modi oħra ta’ notifika u jagħmel provvedimenti
dwar meta għandu jitqies li tkun saret in-notifika.
(2) Għall-għanijiet ta’ kalkolu ta’ perijodu ta’ żmien taħt din it-
Taqsima, dak il-perijodu għandu jibda għaddej fil-jum li jiġi
minnufih wara l-jum meta jkunu ġew riċevuti xi avviż,
notifikazzjoni, komunika jew proposta. Jekk l-aħħar jum ta’ dak il-
perijodu jkun btala uffiċjali jew jum li mhux tax-xogħol, il-perijodu
għandu jiġġedded sa l-ewwel jum tax-xogħol li jiġi minnufih wara.
Il-btajjel pubbliċi jew jiem li mhumiex tax-xogħol li jaħbtu matul
iż-żmien li jkun għaddej dak il-perijodu għandhom jiġu inklużi fil-
kalkolu tal-perijodu.
Avviż ta’ 
arbitraġġ. 
Emendat:
XVIII. 1999.11;
XXXI. 2002.236.
17. (1) Il-parti li tibda l-proċeduri ta’ arbitraġġ (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa "ir-rikorrent") għandha tippreżenta għand
ir-reġistratur, avviż ta’ arbitraġġ għal reġistrazzjoni għand iċ-
Ċentru u sabiex dan jiġi notifikat lill-parti l-oħra (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "l-intimat") u kull proċedura u kull deċiżjoni li
tingħata wara bis-saħħa tagħhom f’xi arbitraġġ li għalih tirreferi
din it-Taqsima, għandhom ikunu nulli u bla ebda effett u mhux
eżegwibbli jekk l-avviż ta’ arbitraġġ relattiv ma jkunx ġie
ppreżentat fiċ-Ċentru:
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      9
Iżda ma jkun hemm l-ebda nullità  tal-proċeduri jekk, wara li
tonqos milli tippreżenta l-avviż ta’ arbitraġġ kif imfisser b’dan l-
artikolu fil-bidu tal-proċedimenti, xi parti tippreżenta l-avviż f’xi
żmien qabel tingħata d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ skond l-artikolu 44(6).
F’dan il-każ iċ-Ċentru għandu jirreġistra l-avviż ta’ arbitraġġ iżda ma
għandu jkollu ebda dmirijiet oħra f’dak ir-rigward.
(2) Il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ għandhom jitqiesu li jibdew
iseħħu fid-data meta l-avviż ta’ arbitraġġ jasal għand l-intimat:
Kap. 12.
Kap. 16.
Iżda għall-għanijiet ta’ l-artikoli 843, 846, 849, 867 u 875
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u ta’ l-artikolu
1357(2) tal-Kodiċi Ċivili, il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ taħt din it-
Taqsima għandhom jitqiesu li jinbdew mal-preżentata ta’ l-avviż
ta’ arbitraġġ għand ir-Reġistratur.
(3) L-avviż ta’ l-arbitraġġ għandu jkun fih dan li ġej:
(a) talba li t-tilwima tinġieb f’arbitraġġ; 
(b) l-ismijiet u l-indirizz tal-partijiet;
(ċ) referenza għall-klawsola ta’ arbitraġġ jew għall-ftehim
ta’ arbitraġġ separat li tkun qed issir referenza għalih;
(d) referenza għall-kuntratt li minnu, jew ir-relazzjoni
ġuridika definita li dwarha, titnissel it-tilwima;
(e) ix-xorta ġenerali tat-talba kif ukoll indikazzjoni dwar
l-ammont li jkun involut, jekk ikun hemm;
(f) il-kumpens jew ir-rimedju li wieħed ikun qed ifittex li
jikseb;
(g) proposta dwar l-għadd ta’ arbitri, jekk il-partijiet ma
jkunux qabel qablu dwarhom.
(4) L-avviż ta’ l-arbitraġġ jista’ jkun fih ukoll: 
(a) il-proposti għall-ħatra ta’ arbitru wieħed;
(b) l-għoti ta’ avviż dwar il-ħatra ta’ arbitru msemmi fl-
artikolu 21; u
(ċ) it-talba bil-miktub imsemmija fl-artikolu 29.
Rappreżentanza u 
assistenza.
18. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu, il-partijiet jistgħu jkunu rappreżentati jew assistiti
minn persuni li jagħżlu huma. L-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawk il-
persuni għandhom jingħataw bil-mezz ta’ komunika bil-miktub lill-
parti l-oħra; dik il-komunika għandha tispeċifika jekk il-ħatra
tkunx qiegħda ssir għall-għanijiet ta’ rappreżentanza jew ta’
assistenza.
(2) Prattikant legali jew persuna li ma tkunx kwalifikata skond
il-Liġijiet ta’ Malta tista’ taġixxi f’isem ta’ xi parti fi proċediment
ta’ arbitraġġ li dan l-Att ikun japplika għalih, inkluż li jidher
quddiem it-tribunal ta’ l-arbitraġġ, u ma għandux għaldaqshekk
jitqies li jkun kiser xi liġi ta’ Malta li tirregola l-prattika tal-
professjoni legali.
Għadd ta’ arbitri. 
arbitri, u jekk fi żmien ħmistax-il jum wara li l-intimat jasallu l-
  10      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
avviż ta’ l-arbitraġġ il-partijiet ma jkunux qablu li għandu jkun
hemm arbitru wieħed biss, għandhom jinħatru tliet arbitri:
Iżda jekk l-ammont in kwistjoni jkun ta’ inqas minn ħamest
elef lira, joqgħod arbitru uniku.
Ħatra ta’ arbitri. 20. (1) Jekk ikun se jinħatar arbitru uniku, kull parti tista’
tipproponi lill-oħra l-ismijiet ta’ persuna waħda jew iktar minn
waħda, li waħda minnhom tista’ toqgħod bħala l-uniku arbitru.
(2) Jekk fi żmien tletin jum wara li xi parti taslilha proposta
magħmula skond is-subartikolu (1), il-partijiet ma jkunux ftehmu
dwar l-għażla ta’ arbitru uniku, l-arbitru uniku għandu jinħatar miċ-
Chairman.
(3) Iċ-Chairman għandu, fuq talba ta’ xi parti, jaħtar l-uniku
arbitru kemm jista’ jkun malajr; id-deċiżjoni tiegħu tkun finali u
konklużiva.
(4) Meta jkun qiegħed jagħmel il-ħatra, iċ-Chairman għandu
jqis kull ħaġa li x’aktarx tiżgura l-ħatra ta’ arbitru indipendenti u
imparzjali u l-membri tal-Gruppi ta’ Arbitraġġ Domestiku
mwaqqfa bl-artikolu 10(2).
(5) Arbitru ma jkunx responsabbli għal danni minħabba f’xi
ħaġa li huwa jagħmel jew jonqos milli jagħmel bħala arbitru:
Iżda arbitru jkun responsabbli għar-rigward ta’ kull ħaġa li
huwa jagħmel xjentement jew li jonqos milli huwa jagħmel bħala
arbitru meta l-azzjoni jew l-ommissjoni tiegħu tkun attribwibbli
għal xi qerq jew frodi minn naħa tiegħu.
Arbitru li 
jippresjedi. 
21. (1) Meta jkollhom jinħatru tliet arbitri, kull waħda mill-
partijiet taħtar arbitru wieħed. Iż-żewġ arbitri hekk maħtura
mbagħad jagħżlu t-tielet arbitru li jagħmilha ta’ arbitru li
jippresjedi t-tribunal ta’ l-arbitraġġ.
(2) Jekk fi żmien tletin jum wara li jasal l-avviż ta’ parti dwar
il-ħatra ta’ arbitru, il-parti l-oħra ma tkunx avżat lill-ewwel parti
dwar l-arbitru li tkun ħatret, l-ewwel parti tista’ titlob liċ-Chairman
li jaħtar it-tieni arbitru.
(3) Jekk fi żmien tletin jum wara l-ħatra tat-tieni arbitru, iż-
żewġ arbitri ma jkunux qablu dwar l-għażla ta’ l-arbitru li jkun ser
jippresjedi, l-arbitru li jkun ser jippresjedi għandu jinħatar miċ-
Chairman.
(4) Iċ-Chairman għandu japplika d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 20 f’kull ħatra li huwa jagħmel bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) jew (3) ta’ l-artikolu 21.
Partijiet diversi.
Miżjud:
XVIII. 1999.12.
21A.  (1)  Meta jkun hemm diversi partijiet, sew bħala rikorrenti
sew bħala intimati, ir-rikorrenti diversi, solidalment, u l-intimati
diversi, solidalment, għandhom jagħmlu proposta lill-parti l-oħra
sabiex jinħatar arbitru skond ma hemm fl-artikolu 20 jew
għandhom jaħtru arbitru skond ma hemm fl-artikolu 21, skond il-
każ.
(2)  Meta t-tilwima tkun se tiġi riferita lil arbitru uniku u meta
jkun hemm partijiet diversi, sew bħala rikorrenti sew bħala
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      11
intimati, ir-rikorrenti diversi, solidalment, u l-intimati diversi,
solidalment, jistgħu jaslu għal ftehim mal-parti l-oħra dwar l-
għażla ta’ arbitru uniku li jiġi maħtur skond ma hemm fl-artikolu
20.
(3)  Fin-nuqqas ta’ nomina solidali bħal dik, meta t-tilwima
tkun se tiġi riferita lil tliet arbitri u meta l-partijiet kollha ma
jkunux jistgħu jaqblu dwar metodu ta’ kif għandu jintgħamel it-
Tribunal ta’ l-Arbitraġġ, iċ-Chairman jista’ fuq talba ta’ parti
waħda jew l-oħra jaħtar lil kull membru tat-Tribunal ta’ l-Arbitraġġ
u jsemmi lil wieħed minnhom biex jagħmilha ta’ arbitru li
jippresjedi
Talba liċ-
Chairman biex 
jaħtar arbitru.
Emendat:
XVIII.1999.13.
22. (1) Meta ċ-Chairman jintalab sabiex jaħtar arbitru bis-
saħħa ta’ l-artikolu 20, 21 jew 21A, il-parti li tagħmel it-talba
għandha tippreżenta għand ir-Reġistratur avviż għal ħatra u hemm
tagħmel referenza għall-avviż ta’ l-arbitraġġ preżentat bis-saħħa ta’
l-artikolu 17.
(2) Iċ-Ċentru jista’ jeħtieġ lil kull parti li tagħtih dak it-tagħrif
li jqis li jkun meħtieġ sabiex iwettaq il-funzjoni tiegħu.
(3) Meta jiġu persuni għall-ħatra bħala arbitri, l-ismijiet, l-
indirizzi u n-nazzjonalità  tagħhom għandhom jiġu indikati flimkien
ma’ deskrizzjoni tal-professjoni, kwalifiki u esperjenza tagħhom.
Imparzjalità  jew 
indipendenza.
23. (1) Persuna li jkellmuha bħala arbitru prospettiv għandha
tiżvela lil min ikellimha dwar il-possibiltà  li tinħatar arbitru kull
ħaġa li x’aktarx tnissel dubbji ġustifikabbli dwar l-imparzjalità  jew
l-indipendenza tagħha.
(2) Ġaladarba arbitru jkun inħatar jew intgħażel, huwa għandu
jiżvela kull ħaġa msemmija fis-subartikolu ta’ qabel lill-partijiet
kemm-il darba huma ma jkunux qabel ġew mgħarrfa b’dawn l-
affarijiet minnu stess.
Rikuża ta’ arbitru. 
tnissel dubbju ġustifikabbli dwar l-imparzjalità  jew l-indipendenza
ta’ dak l-arbitru.
(2) Parti tista’ tirrikuża lil dak l-arbitru li hija tkun ħatret biss
meta jkun hemm raġunijiet li hija ssir taf bihom wara li tkun saret
il-ħatra.
Avviż ta’ rikuża.
għandha tagħti avviż tar-rikuża tiegħu fi żmien ħmistax-il jum wara
li l-ħatra ta’ l-arbitru rikużat tkun ġiet notifikata lill-parti rikużanti
jew fi żmien ħmistax-il jum wara li ċ-ċirkostanzi msemmija fl-
artikoli 23 u 24 ikunu saru magħrufa minn dik il-parti.
(2) Ir-rikuża għandha tiġi notifikata lir-Reġistratur, lill-parti l-
oħra, lill-arbitru li jkun qiegħed jiġi rikużat u lill-membri l-oħra
tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ. L-avviż għandu jsir bil-miktub u għandu
jkun fih ukoll ir-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir dik ir-rikuża.
(3) Meta arbitru jkun ġie rikużat minn parti waħda l-parti l-
oħra tista’ taqbel ma’ dik ir-rikuża. L-arbitru jista’ wkoll, wara r-
rikuża, jirtira mill-kariga tiegħu. Dan ma jkun ifisser f’ebda każ li
wieħed ikun qiegħed jaċċetta l-validità  tar-raġunijiet miġjuba għal
  12      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
dik ir-rikuża. Fiż-żewġ każijiet il-proċedura provduta fl-artikoli 20
jew 21 għandha tintuża għal kollox biex issir il-ħatra ta’ arbitru
sostitut ukoll jekk ikun ġara li matul il-proċess tal-ħatra ta’ l-
arbitru rikużat xi parti tkun naqset milli twettaq id-dritt li jkollha li
taħtar jew li tieħu sehem fil-ħatra.
Meta l-arbitru 
rikużat ma jirtirax. 
26. (1) Jekk il-parti l-oħra ma taqbilx mar-rikuża u l-arbitru
rikużat ma jirtirax, id-deċiżjoni fuq dik ir-rikuża għandha tittieħed
miċ-Chairman, u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali u konklużiva.
(2) Meta ċ-Chairman isostni rikuża, huwa għandu jaħtar arbitru
sostitut.
Sostituzzjoni ta’ 
arbitru.
27. (1) Meta jiġri li jmut jew jirriżenja arbitru filwaqt li jkunu
għaddejjin il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ għandu jinħatar jew
jingħażel arbitru sostitut bis-saħħa tal-proċedura provduta fl-
artikoli 20 sa 23 li kienet tkun tapplika għall-ħatra jew l-għażla ta’
dak l-arbitru li jkun qed jiġi sostitwit.
(2) Meta jiġri li arbitru jonqos milli jaġixxi jew meta jkun
hemm impossibiltà  de jure jew de facto li jwettaq il-funzjonijiet
tiegħu, għandha tapplika l-proċedura dwar ir-rikuża u s-
sostituzzjoni ta’ arbitru li hemm fl-artikoli ta’ qabel.
Ilsien. 
Emendat:
XVIII.1999.14.
28. (1) L-ilsien li għandu jintuża fil-proċedimenti għandu
jkun, kemm-il darba l-partijiet ma jaqblux xort’oħra, il-Malti.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jordna li kull dokument
mehmuż mat-talba bil-miktub jew mar-risposta ta’ l-intimat, u kull
dokument jew esibit supplimentari preżentati waqt il-proċedimenti,
għandhom jinġiebu fl-ilsien jew ilsna oriġinali hekk miftehma bejn
il-partijiet jew stabbiliti mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ.
Talba bil-miktub. 29. (1) Kemm-il darba t-talba bil-miktub ma kinetx tinsab fl-
avviż ta’ l-arbitraġġ, fi żmien li jiġi stabbilit mit-tribunal ta’ l-
arbitraġġ, ir-rikorrent għandu jwassal it-talba bil-miktub tiegħu lill-
intimat u lil kull wieħed mill-arbitri. Kopja tal-kuntratt, u tal-
ftehim ta’ l-arbitraġġ jekk dawn ma jkunux jinsabu fil-ftehim ta’ l-
arbitraġġ, għandhom jintehmżu mat-talba.
(2) It-talba bil-miktub għandu jkun fiha dawn il-
partikolaritajiet:
(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet;
(b) dikjarazzjoni tal-fatti li jsostnu t-talba; 
(ċ) il-kwistjonijiet fil-mertu;
(d) is-soluzzjoni jew ir-rimedju li parti tkun qed tfittex li
tikseb.
(3) Ir-rikorrent jista’ jehmeż mat-talba bil-miktub tiegħu dawk
id-dokumenti li jqis relevanti jew jista’ jżid referenza għad-
dokumenti jew provi oħra li jkun bi ħsiebu jippreżenta.
Risposta ta’ l-
intimat. 
30. (1) L-intimat għandu jwassal id-dikjarazzjoni tiegħu bil-
miktub lir-rikorrent u lil kull wieħed mill-arbitri f’dak iż-żmien li
jiġi hekk stabbilit mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      13
(2) Ir-risposta ta’ l-intimat għandu jkun fiha risposta għall-
partikolaritajiet (b), (ċ) u (d) tat-talba bil-miktub imsemmija fl-
artikolu 29(2). L-intimat jista’ jehmeż mar-risposta tiegħu dawk id-
dokumenti li jkun jistrieħ fuqhom għad-difiża tiegħu jew jista’ jżid
referenza għad-dokumenti jew kull prova oħra li jkun bi ħsiebu
jġib.
(3) Fir-risposta tiegħu, jew f’kull stadju ulterjuri fil-
proċedimenti ta’ l-arbitraġġ, jekk it-tribunal ta’ l-arbitraġġ
jiddeċiedi li d-dewmien kien ġustifikat fiċ-ċirkostanzi, l-intimat
jista’ jagħmel kontro-talba li titnissel mill-istess kuntratt jew
jistrieħ fuq talba li titnissel mill-istess kuntratt bil-għan li ssir
tpaċija.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 29(2) għandhom
japplikaw għal kontro-talba u għal talba li wieħed ikun qed jistrieħ
fuqha bil-għan li jasal għal tpaċija.
Emendi fid-
dikjarazzjonijiet.
31. Filwaqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ
kull parti tista’ temenda jew tissupplementa t-talba jew ir-risposta
tagħha kemm-il darba t-tribunal ta’ l-arbitraġġ ma jqisx li ma jkunx
sew li titħalla ssir dik l-emenda meta wieħed iqis id-dewmien fl-
għemil tagħha jew il-preġudizzju lill-parti l-oħra jew kull
ċirkostanza ġustifikabbli oħra. Madankollu, talba ma tistax tiġi
emendata b’tali mod li talba kif emendata tkun toħroġ ’il barra
mill-għan tal-klawsola ta’ arbitraġġ jew tal-ftehim ta’ arbitraġġ
separat.
Eċċezzjonijiet 
dwar il-
ġurisdizzjoni tat-
tribunal ta’ l-
arbitraġġ.
Emendat:
XXXI. 2002.237.
32. (1) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ ikollu s-setgħa li jiddeċiedi
dwar dawk l-oġġezzjonijiet li jsiru dwar in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni
tiegħu, inkluża kull oġġezzjoni dwar l-eżistenza jew il-validità  tal-
klawsola ta’ arbitraġġ jew tal-ftehim ta’ arbitraġġ separat.
(2) It-tibunal ta’ l-arbitraġġ ikollu s-setgħa jiddeċiedi dwar l-
eżistenza jew il-validità  tal-kuntratt li klawsola ta’ arbitraġġ tkun
tinsab fih. Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 32, klawsola ta’ arbitraġġ li
tinsab f’kuntratt u li tkun tipprovdi għal arbitraġġ skond din il-Parti
għandha titqies bħala ftehim indipendenti mill-patti l-oħra tal-
kuntratt. Deċiżjoni mit-tibunal ta’ l-arbitraġġ li l-kuntratt ikun null
u bla effett ma għandhiex tkun tfisser ipso jure li l-klawsola ta’
arbitraġġ tkun invalida ukoll.
(3) L-eċċezzjoni li t-tribunal ta’ l-arbitraġġ ma jkollux
ġurisdizzjoni għandha tinġieb mhux iżjed tard minn meta ssir ir-
risposta ta’ l-intimat jew, fil-każ ta’ kontro-talba, fir-risposta għal
kontro-talba.
(4) Ġeneralment, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi
eċċezzjoni dwar il-ġurisdizzjoni tiegħu bħala eċċezzjoni
preliminari:
Iżda t-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jibqa’ għaddej bl-
arbitraġġ u jaqta’ dwar dik l-eċċezzjoni fid-deċiżjoni finali tiegħu.
(5) Fil-każ li jinbdew proċedimenti quddiem xi qorti għal
dikjarazzjoni li għandha x’taqsam mal-ġurisdizzjoni ta’ tribunal ta’ l-
arbitraġġ, dawn il-proċedimenti għandhom jiġu xolti u l-partijiet
għandhom jiġu riferiti għat-tribunal ta’ l-arbitraġġ għad-deċiżjoni
  14      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
tiegħu fuq din il-kwistjoni, sakemm il-qorti ma tikkunsidrax li xi parti
sejra ssoffri ħsara irreparabbli jekk ma tiddeċidiex dwar il-kwistjoni.
Dikjarazzjonijiet 
oħra bil-miktub. 
33. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi x’dikjaraz-
zjonijiet oħra bil-miktub, b’żieda mat-talba bil-miktub u mar-
risposta ta’ l-intimat, għandhom jenħtieġu mingħand il-partijiet jew
jistgħu jiġu preżentati minnhom u għandu jistabbilixxi kull żmien li
matulu jkunu jistgħu jinġiebu dawk id-dikjarazzjonijiet.
Perijodi ta’ żmien. 34. Il-perijodi ta’ żmien stabbiliti mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ
biex jinġiebu dikjarazzjonijiet bil-miktub (inklużi t-talba u r-
risposta ta’ l-intimat) ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn ħamsa w
erbgħin jum:
Iżda t-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jġedded kull żmien jekk
dan it-tiġdid jidher li jkun meħtieġ.
Min għandu jġib il-
provi. 
35. (1) Kull parti jkollha r-responsabbiltà  li ġġib kull prova
tal-fatti li fuqhom tkun qiegħda tistrieħ biex issostni t-talba jew id-
difiża tagħha.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’, jekk iqis li dan ikun xieraq,
jeħtieġ lil xi parti li tagħti lit-tribunal u lill-parti l-oħra, matul dak
iż-żmien li t-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi, sommarju tad-
dokumenti u kull prova oħra li dik il-parti tkun bi ħsiebha
tippreżenta biex issostni l-fatti in kwistjoni li tkun semmiet fit-
talba bil-miktub jew fir-risposta ta’ l-intimat.
(3) F’kull żmien waqt il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ, it-
tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jeħtieġ lill-partijiet iġibu dokumenti,
esibiti jew kull prova oħra matul kull perijodu jew żmien li t-
tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi dwaru.
Provi.
Emendat:
XXXI. 2002.238.
Kap. 12.
36. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37, ix-
xhieda f’arbitraġġ għandhom iġibu l-provi tagħhom jew billi jixhdu
viva voce jew bil-mezz ta’ affidavit, u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli rilevanti ta’ din it-Taqsima, ir-regoli
tal-Kodiċi ta Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u ta’ kull liġi li
minn żmien għal żmien tkun isseħħ f’Malta għandhom ikunu
japplikaw ukoll għall-għoti ta’ xiehda viva voce jew bil-mezz ta’
affidavit quddiem it-tribunal ta’ l-arbitraġġ l-istess bħalma jgħoddu
għal kif tinġieb ix-xiehda quddiem qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili.
(2) Iċ-Ċentru jista’ jagħmel regoli li jistabbilixxu ż-żminijiet li
fihom għandhom jinġiebu l-provi u kif għandhom jinġiebu, u l-
partijiet jistgħu jiftiehmu, minkejja dak kollu msemmi qabel u d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, li l-provi
tax-xhieda għandhom jinġiebu f’dawk iż-żminijiet u b’dak il-mod li
jista’ jiġi stabbilit bejn il-partijiet:
Iżda dak il-ftehim ma jistax ikun inkompatibbli ma’ xi
regola magħmula miċ-Ċentru u minnu dikjarata li ma titħassarx.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37(2), meta
tkun tenħtieġ ix-xiehda ta’ xi persuna, ir-Reġistratur jista’ joħroġ
mandati ta’ taħrik ta’ xhieda sabiex iġiegħel lil xhud jattendi
quddiem arbitru jew arbitri biex jagħti xiehda jew iġib miegħu xi
dokumenti quddiem tribunal ta’ l-arbitraġġ. Ir-rikors għall-ħruġ tal-
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      15
mandat għandu jiġi ffirmat ukoll mill-arbitru uniku, jew mill-
arbitru li jippresjedi, u għandu jiġi preżentat fir-reġistru tal-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili mir-Reġistratur.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu
għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis meta għall-għanijiet
ta’ proċedimenti quddiem tribunal ta’ arbitraġġ, ikunu jenħtieġu li
jinħarġu xi awtorizzazzjoni jew ittra rogatorja għar-rigward ta’, jew
ikun jenħtieġ affidavit minn, persuna li ma tkunx toqgħod fit-
territorju li għandhom ġurisdizzjoni fuqu l-qrati ta’ Malta.
(5) Malli jiġi preżentat rikors li għalih japplikaw is-subartikoli
(3) u (4), il-qorti li, li kieku ma kienx hemm ftehim ta’ arbitraġġ, kien
xort’oħra jkollha ġurisdizzjoni, għandha tinnotifika l-mandat jew
xort’oħra taġixxi dwar ir-rikors bl-istess mod daqslikieku dak ir-
rikors jew mandat kienu nħarġu jew ġew approvati mill-Prim’Awla
tal-Qorti Ċivili.
(6) Meta persuna li tkun ġiet imħarrka regolarment biex tidher
quddiem tribunal ta’ arbitraġġ skond dan l-artikolu tonqos milli
tidher quddiem dak it-tribunal bla ma jkollha skuża raġonevoli, it-
tribunal jista’ jagħmel rapport dwar dan lir-Reġistratur li għandu
b’rikors iressaq dak ir-rapport quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti
Ċivili u jitlobha tittratta l-każ bl-istess mod bħallikieku l-persuna
msemmija tkun naqset milli tidher quddiem dik il-qorti meta tkun
ġiet imħarrka regolarment u wara dan il-qorti għandha tittratta l-
każ b’dak il-mod.
Smigħ tal-partijiet.
xhieda, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jagħti lill-partijiet avviż
bil-quddiem sew dwar id-data, il-ħin u l-post fejn din tkun ser issir.
(2) Jekk ikollhom jinstemgħu x-xhieda, mill-anqas ħmistax il-
jum qabel is-seduta kull parti għandha tgħarraf lit-tribunal u lill-
parti l-oħra bl-ismijiet u l-indirizzi tax-xhieda li tkun bi ħsiebha
ġġib, dwar is-suġġett li dwaru, u b’liema ilsna, dawk ix-xhieda
jkunu ser jixhdu.
(3) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti
sabiex issir it-traduzzjoni ta’ kull dikjarazzjoni verbali li ssir matul
seduta u għal reġistrazzjoni tas-seduta jekk dawn jitqiesu meħtieġa
mit-tribunal fiċ-ċirkostanza tal-każ, jew jekk il-partijiet ikunu
qablu ma’ dan u jkunu għarrfu lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ b’dak il-
ftehim mill-anqas ħmistax-il jum qabel is-smigħ.
(4) Kull seduta ssir in camera kemm-il darba l-partijiet ma
jiftehmux mod ieħor. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jeħtieġ li xi
xhud jew xhieda joħorġu barra mill-kamra waqt is-smigħ ta’ xhieda
oħra. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ huwa ħieles li jistabbilixxi l-mod li
bih għandhom jiġu eżaminati x-xhieda.
(5) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jistabbilixxi l-
ammissibiltà , ir-rilevanza, is-sustanza u l-valur ta’ kull prova
miġjuba.
  16      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
Miżuri għal żmien 
limitat u atti 
kawtelatorji. 
Emendat:
XVIII.1999.15;
XXXI. 2002.239.
Kap. 12.
Kap. 12.
38. (1) Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, kull
parti tista’ titlob lill-qorti biex toħroġ xi att kawtelatorju minn
dawk elenkati fl-artikolu 830(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli li
ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Meta skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jkun
inħareġ att kawtelatorju, dak l-att għandu jibqa’ jseħħ sa dak iż-
żmien meta jiskadi jew jiġi revokat skond id-disposizzjonijiet tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jew sa dak iż-żmien
meta t-tribunal ta’ l-arbitraġġ b’deċiżjoni mogħtija għal dak il-għan
jordna lill-parti li tkun qiegħda toħroġ l-att kawtelatorju li tirtira
dak l-att u toħroġ il-kontromandat relattiv.
Kap. 12. (3) Minkejja kull ħaġa li jista’ jkun hemm fil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ż-żmien stabbilit fil-Kodiċi li
fih l-azzjoni dwar id-dritt imsemmi fl-att kawtelatorju għandha
tinġieb ikun ta’ għoxrin jum minn meta jiġi preżentat l-att
ġudizzjarju li fih il-qorti tintalab li toħroġ l-att kawtelatorju.
Għandhom japplikaw ukoll id-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi
dwar it-tiġdid ta’ dak iż-żmien.
(4) Dik l-azzjoni li tissemma’ fis-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu għandha titqies li tkun ittieħdet fil-każ li jinbdew il-
proċedimenti ta’ l-arbitraġġ. Għall-għanijiet ta’ dan is-subartikolu
l-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jitqiesu li jkunu nbdew fid-data
msemmija fl-artikolu 17(2).
(5) Il-persuna li jkun inħareġ l-att kawtelatorju fuq talba tagħha
skond dan l-artikolu għandha, fiż-żmien imsemmi fis-subartikolu
(3), tippreżenta nota fl-atti tal-proċedimenti għall-ħruġ ta’ dak l-att
kawtelatorju flimkien ma’ ċertifikat mir-Reġistratur li jkun juri li
jkun beda proċedimenti ta’ arbitraġġ skond is-subartikolu (4).
(6) Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, it-
tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’, fuq talba ta’ xi parti, jordna lil xi parti
biex tieħu dawk il-miżuri protettivi għal żmien limitat li t-tribunal
jista’ jidhirlu meħtieġa dwar il-kwistjoni li tkun is-suġġett tat-
tilwima. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jeħtieġ lil xi parti biex
tipprovdi garanzija xierqa f’dak li jkollu x’jaqsam ma’ dawk il-
miżuri.
(7) Il-qorti tista’, meta jsirilha rikors minn parti jew oħra,
tordna l-infurzar ta’ miżura li tkun ġiet lilha riferita skond is-
subartikolu (6) u għandu jkollha kull setgħa anċillari li temenda
jew tirrevoka dawk l-ordnijiet wara li tkun semgħet lill-partijiet u
lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ skond ma tqis li jkun meħtieġ.
Kap. 12. (8) Il-Bord stabbilit taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ ta’ atti kawtelatorji u
ordnijiet oħra bħalhom meta dawn ikollhom x’jaqsmu mal-
proċeduri ta’ l-arbitraġġ.
Esperti. 39. (1) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jaħtar espert wieħed
jew iktar minn wieħed biex jagħmlu rapport lit-tribunal, bil-miktub,
dwar dawk l-affarijiet speċifiċi li t-tribunal jista’ jiddeċiedi
dwarhom. Kopja tat-termini ta’ referenza li jkollu l-espert, kif
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      17
stabbiliti mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ, għandhom jiġu mgħarrfa lill-
partijiet.
(2) Il-partijiet għandhom jagħtu lill-espert kull tagħrif rilevanti
jew iġibu għall-ispezzjon tiegħu kull dokument jew oġġett rilevanti
li huwa jista’ jkun jenħtieġ mingħandhom. Kull tilwima bejn xi
parti u espert dwar ir-rilevanza tat-tagħrif jew oġġett meħtieġ
għandha tiġi riferita lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ għad-deċiżjoni
tiegħu.
(3) Malli t-tribunal ta’ l-arbitraġġ jirċievi r-rapport ta’ l-espert,
it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jwassal kopja tar-rapport lill-
partijiet li jingħataw l-opportunità  jesprimu, bil-miktub, il-fehma
tagħhom dwar ir-rapport. Kull parti jkollha jedd teżamina kull
dokument li l-espert ikun sejjes ir-rapport tiegħu fuqu.
(4) Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet, wara li l-espert ikun
għamel ir-rapport tiegħu, dak l-espert ikun jista’ jinstema’ waqt
seduta li fiha l-partijiet ikollhom l-opportunità  li jkunu preżenti u li
jagħmlulu domandi. F’din is-seduta kull parti tkun tista’ ġġib
esperti bħala xhieda sabiex dawn jagħtu x-xhieda tagħhom fuq il-
kwistjonijiet pendenti. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 36
għandhom japplikaw għal dawk il-proċedimenti.
Nuqqasijiet. 
rikorrent ikun naqas milli jgħarraf it-talba tiegħu mingħajr ma jkun
ta raġuni valida biżżejjed għaliex ikun għamel dan, it-tribunal ta’ l-
arbitraġġ għandu joħroġ ordni sabiex jitwaqqfu l-proċedimenti ta’
l-arbitraġġ. Jekk, fiż-żmien stabbilit mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ, l-
intimat ikun naqas milli jgħarraf id-dikjarazzjoni tiegħu mingħajr
ma jkun ta raġuni valida biżżejjed għaliex ikun għamel dan, it-
tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jordna li l-proċedimenti għandhom
jitkomplew.
(2) Jekk xi waħda mill-partijiet, debitament notifikata skond
din it-Taqsima, li jkollha tidher waqt seduta tonqos milli tidher
għaliha mingħajr ma tagħti raġuni valida biżżejjed għal dak in-
nuqqas, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jimxi ’l quddiem bl-
arbitraġġ.
(3) Jekk waħda mill-partijiet, debitament mistiedna biex iġġib
prova dokumentarja, tonqos milli tagħmel dan fiż-żmien lilha
stabbilit, mingħajr ma tagħti raġuni valida biżżejjed għal dak in-
nuqqas, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jgħaddi biex jagħti d-
deċiżjoni tiegħu fuq il-provi li jkunu nġiebu quddiemu.
Għeluq ta’ seduti. 
jekk ikollhomx iktar provi xi jġibu jew xhieda jew sottomissjonijiet
x’jagħmlu u, jekk dawn ma jkunx hemm aktar minnhom, jista’
jiddikjara li s-seduti jkunu ngħalqu.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’, jekk iqis li jkun hekk
meħtieġ minħabba f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiddeċiedi, minn
jeddu jew wara li jsirlu rikors minn xi parti, li jerġa’ jiftaħ is-seduti
f’kull żmien qabel ma tingħata d-deċiżjoni.
Twarrib tar-regoli. 
  18      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
saħħa ta’, din it-Taqsima ma tkunx tħarset u madankollu tkompli
għaddejja bl-arbitraġġ mingħajr ma tiddikjara minnufih l-
oġġezzjoni tagħha għal dak in-nuqqas ta’ tħaris, dik il-parti
għandha titqies li tkun warrbet il-jedd tagħha li tagħmel
oġġezzjoni.
Deċiżjonijiet. 43. (1) Meta jkun hemm tliet arbitri, kull deċiżjoni ta’ l-
arbitraġġ jew deċiżjoni oħra tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandha
tittieħed minn maġġoranza ta’ l-arbitri.
(2) F’każ ta’ kwestjonijiet proċedurali, meta ma jkun hemm
ebda maġġoranza jew meta t-tribunal ta’ l-arbitraġġ hekk
jawtorizza, l-arbitru li jkun qiegħed jippresjedi jista’ jiddeċiedi
waħdu, kif suġġett għal kull reviżjoni, jekk ikun hemm, mit-
tribunal ta’ l-arbitraġġ.
Għamla tad-
deċiżjoni 
temporanja, 
interlokutorja jew 
parzjali.
Emendat:
XVIII.1999.16;
XXXI. 2002.240.
44. (1) Sakemm ma jkunx miftiehem xort’oħra bejn il-
partijiet, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jagħti iktar minn deċiżjoni
waħda fi żminijiet differenti dwar aspetti differenti ta’ kwsitjonijiet
li għandhom jiġu deċiżi. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jagħti
deċiżjoni li għandha x’taqsam -
(a) ma’ kwistjoni li taffettwa t-talba sħiħa, jew
(b) ma’ parti biss mit-talbiet jew il-kontro-talbiet
sottomessi lilu għal deċiżjoni,
u jista’ wkoll jagħti deċiżjonijiet temporanji u, jew interlokutorji.
(2) Id-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub u titqies li qed
tingħata fil-lok miftiehem bejn il-partijiet bħala l-lok ta’ l-
arbitraġġ, jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, fil-lok li jiġi stabbilit mit-
Tribunal ta’ l-Arbitraġġ.
(3) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jagħti r-raġunijiet li d-
deċiżjoni tkun imsejsa fuqhom, kemm-il darba l-partijiet ma jkunux
qablu li ma għandha tingħata ebda raġuni.
(4) Deċiżjoni għandha tkun iffirmata mill-arbitri u għandu jkun
fiha d-data meta u l-post fejn jitqies li tkun ingħatat id-deċiżjoni.
Meta jkun hemm tliet arbitri u wieħed minnhom jonqos milli
jiffirma, id-deċiżjoni għandu jkun fiha r-raġuni għal dak in-nuqqas
ta’ firma.
(5) Id-deċiżjoni tista’ ssir pubblika biss bil-kunsens taż-żewġ
partijiet.
(6) Kopji tad-deċiżjoni ffirmata mill-arbitri għandhom
jitwasslu lill-partijiet mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ.
(7) Deċiżjoni tkun finali meta tirriżolvi dwar il-merti kollha
jew parti mill-merti ta’ kwistjoni, tista’ tkun eżegwita minnufih u
mhix preparatorja għal stadju ieħor fil-proċedimenti jew inkella
għandha l-effett li ġġib il-proċedimenti fi tmiem.
(8) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu minnufih u f’kull każ
mhux aktar tard minn għoxrin ġurnata mid-data msemmija fis-
subartikolu (4), jippreżenta kull deċiżjoni finali flimkien mad-
deċiżjonijiet kollha parzjali, temporanji u interlokutorji li ma
jkunux għadhom ġew għand ir-reġistratur għal reġistrazzjoni miċ-
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      19
Ċentru u għandu jħares id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Att u
l-ħtiġiet ta’ reġistrazzjoni maħruġa miċ-Ċentru.
(9) Bla ħsara għall-proċedimenti li jistgħu jsiru kontra deċiżjoni
skond l-artikolu 69A, deċiżjonijiet finali għandhom ikunu jorbtu lill-
partijiet, u l-partijiet għandhom jobdu dawk id-deċiżjonijiet mingħajr
dewmien.
Liġi li tapplika, 
amiable 
compositeur.
45. (1) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu japplika, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dik il-liġi li tiġi indikata mill-
partijiet bħala applikabbli għall-mertu tat-tilwima. Fin-nuqqas ta’
indikazzjoni bħal dik mill-partijiet, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ
għandu japplika l-liġi ta’ Malta inklużi r-regoli fil-liġi ta’ Malta
dwar konflitt ta’ liġijiet.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi bħala amiable
compositeur jew ex aequo et bono biss jekk il-partijiet ikunu
espressament awtorizzaw lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jagħmel
hekk.
(3) F’kull każ, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi
skond il-patti tal-kuntratt u għandu, jekk dan ikun relevanti, iqis
kull użu kummerċjali li jkun japplika għal dik it-transazzjoni.
(4) Kemm-il darba ma jiġix miftiehem mod ieħor bejn il-
partijiet jew jiġi provdut mod ieħor f’dan l-Att jew bis-saħħa
tiegħu, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jmexxi l-arbitraġġ b’dak il-
mod li jidhirlu xieraq. Is-setgħa mogħtija lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ
tinkludi s-setgħa li jiddeċiedi dwar l-ammissibilità , ir-relevanza, il-
materjalità  u l-piż ta’ xi prova.
Transazzjoni ta’ 
tilwimiet jew 
raġunijiet oħra 
għat-temma 
tagħhom. 
Emendat:
XXXI. 2002.241.
46. (1) Jekk qabel ma tingħata d-deċiżjoni, il-partijiet jaqblu
dwar transazzjoni tat-tilwima, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jew
joħroġ ordni għat-temma tal-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jew, jekk
hekk mitlub miż-żewġ partijiet u dan jiġi aċċettat mit-tribunal ta’ l-
arbitraġġ, jirreġistra t-transazzjoni fl-għamla ta’ deċiżjoni arbitrali
skond il-patti miftehma. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ mhuwiex
obbligat li jagħti raġunijiet għal deċiżjoni bħal dik.
(2) Jekk qabel ma tingħata d-deċiżjoni, it-tkomplija tal-
proċedimenti arbitrali ma tibqax aktar meħtieġa jew issir
impossibbli għal xi raġuni li mhux imsemmija fis-subartikolu (1),
it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jgħarraf lill-partijiet dwar il-ħsieb
tiegħu li joħroġ ordni għat-temma tal-proċedimenti. It-tribunal ta’
l-arbitraġġ ikollu s-setgħa li joħroġ dak l-ordni kemm-il darba xi
parti ma ġġibx raġunijiet ġustifikabbli ta’ oġġezzjoni għal dan.
(3) Kopji ta’ l-ordni għat-temma tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ
jew tad-deċiżjoni arbitrali fuq patti miftiehma, iffirmati mill-
arbitri, għandhom jitwasslu mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ lill-partijiet
u lir-reġistratur. Meta tingħata deċiżjoni arbitrali fuq il-patti
miftiehma, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44(2) u (4) sa (8)
għandhom jgħoddu.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ukoll
japplikaw fil-każ li l-partijiet jirrisolvu tilwima li setgħet inqalgħet
bejniethom permezz ta’ medjazzjoni, konċiljazzjoni jew kull mezz
ieħor. F’dak il-każ il-persuna li tassisti fid-determinazzjoni tat-
  20      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
tilwima tista’, bil-kunsens taż-żewġ partijiet, toqgħod bħala arbitru
għall-fini tar-reġistrazzjoni tal-ftehim li jsir bejniethom skond dan
l-Att u, meta jkun hekk reġistrat, dak il-ftehim għandu jkun ittrattat
għall-finijiet u effetti kollha bħala deċiżjoni reġistrata.
(5) Meta l-partijiet jirrisolvu tilwima bħalma hemm imsemmi
fis-subartikolu (4) u l-persuna li setgħu intużaw is-servizzi tagħha
fid-determinazzjoni tat-tilwima ma tkunx tista’ jew ma tkunx trid
taġixxi skond dan l-artikolu, iċ-Ċentru jista’, wara li jsirlu rikors
konġunt mill-partijiet fil-ftehim, jaħtar arbitru għal dak il-għan:
Iżda, bil-kunsens tal-partijiet, ir-Reġistratur jista’ jipprovdi
appoġġ lill-partijiet f’dawk il-każijiet billi jwettaq il-funzjonijiet ta’
reġistrazzjoni ta’ arbitru skond regoli li jistgħu jsiru miċ-Ċentru minn
żmien għal żmien.
Tifsir tad-
deċiżjoni. 
Emendat:
XXXI. 2002.242.
47. (1) Fi żmien ħmistax-il jum wara li taslilhom id-deċiżjoni,
kull parti, wara li tagħti avviż ta’ dan lill-parti l-oħra, tista’ titlob
lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jagħti tifsir tad-deċiżjoni.
(2) It-tifsira għandha tingħata bil-miktub fi żmien ħamsa u
erbgħin ġurnata wara li tasal it-talba. It-tifsira mogħtija għandha
tifforma parti mid-deċiżjoni, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44(2)
sa (8) għandhom jgħoddu.
Tiswija tad-
deċiżjoni. 
Emendat:
XXXI. 2002.243.
48. (1) Fi żmien ħmistax-il jum minn meta taslilhom id-
deċiżjoni, kull parti, wara li tagħti avviż ta’ dan lill-parti l-oħra,
tista’ titlob lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jsewwi fid-deċiżjoni xi
żbalji ta’ komputazzjoni, żbalji klerikali jew tipografiċi, jew żbalji
oħra ta’ dik l-għamla. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ fi żmien tletin
jum minn meta jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu, jagħmel dawk it-
tiswijiet minn jeddu.
(2) Dawn it-tiswijiet għandhom isiru bil-miktub, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 44(2) sa (8) għandhom jgħoddu.
Deċiżjoni 
addizzjonali.
Emendat:
XXXI. 2002.244.
49. (1) Fi żmien ħmistax-il jum wara li titwasslilhom id-
deċiżjoni, kull parti, wara li tkun tat avviż lill-parti l-oħra, tista’
titlob lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jagħti deċiżjoni addizzjonali
dwar talbiet magħmula waqt il-proċedimenti arbitrali iżda li jkunu
tħallew barra mid-deċiżjoni.
(2) Jekk it-tribunal ta’ l-arbitraġġ iqis it-talba għal deċiżjoni
addizzjonali bħala waħda ġustifikata u jqis li l-ommissjoni tkun
tista’ tissewwa mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda smigħ jew prova oħra, it-
tribunal għandu jiffinalizza d-deċiżjoni tiegħu fi żmien ħamsa w
erbgħin jum minn meta tasallu t-talba.
(3) Meta tingħata deċiżjoni addizzjonali, d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 44(2) sa (8) għandhom jgħoddu. 
Spejjeż.  50. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jistabbilixxi l-ispejjeż ta’
l-arbitraġġ fid-deċiżjoni nnifisha. L-espressjoni "spejjeż" tinkludi
biss - 
(a) id-drittijiet tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ li għandhom
jinħarġu separatament għal kull arbitru u li jiġu
stabbiliti mit-tribunal innifsu skond l-artikolu 51;
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      21
(b) l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u spejjeż oħra magħmula
mill-arbitri;
(ċ) l-ispejjeż maħruġa għall-parir ta’ esperti u ta’ kull
għajnuna oħra meħtieġa mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ;
(d) l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u spejjeż oħra ta’ xhieda sal-
limitu li dawk l-ispejjeż ikunu approvati mit-tribunal
ta’ l-arbitraġġ; 
(e) l-ispejjeż għal rappreżentanza u assistenza legali tal-
parti li tirbaħ l-arbitraġġ jekk dawk l-ispejjeż ikunu
ntalbu matul il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ, u biss sa
dak l-ammont li t-tribunal ta’ l-arbitraġġ jistabbilixxi
li jkun raġonevoli;
(f) kull dritt u spiża li jitħallsu liċ-Ċentru.
Tariffa ta’ drittijiet. 
Sostitwit:
XVIII.1999.17.
51. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jistabbilixxi d-drittijiet u
l-ispejjeż skond dik it-tariffa ta’ drittijiet li ċ-Ċentru jista’ jagħmel
minn żmien għal żmien
Fil-prinċipju min 
jitlef jissopporti l-
ispejjeż.
52. (1) Ħlief kif hemm provdut fis-subartikolu (2), l-ispejjeż
ta’ l-arbitraġġ għandhom normalment jiġu sopportati mill-parti li
titlef. Madankollu, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jaqsam dawk l-
ispejjeż bejn il-partijiet jekk dan jistabbilixxi li l-qsim f’ishma jkun
raġonevoli, wara li wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tal-każ.
(2) Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ispejjeż tar-
rappreżentanza u assistenza legali msemmija fil-paragrafu (e) ta’ l-
artikolu 50, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ, wara li jqis iċ-ċirkostanzi tal-
każ, ikun ħieles li jistabbilixxi liema parti jkollha ssofri dawk l-
ispejjeż jew jista’ jaqsam dawk l-ispejjeż bejn il-partijiet jekk dan
jistabbilixxi li dak il-qsim ikun raġonevoli.
(3) Meta t-tribunal ta’ l-arbitraġġ joħroġ ordni għat-temma tal-
proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jew jagħti deċiżjoni fuq patti
miftehma, dan għandu jistabbilixxi l-ispejjeż ta’ l-arbitraġġ
imsemmija fl-artikolu 50 u fl-artikolu 51 fit-test ta’ dik l-ordni jew
deċiżjoni.
(4) Ma għandu jinġabar ebda dritt addizzjonali minn tribunal
ta’ l-arbitraġġ għal kull tifsir ta’, jew tiswija fi, jew żieda ma’, id-
deċiżjoni tiegħu taħt l-artikoli 47 sa 49.
Depożitu ta’ l-
ispejjeż. 
Emendat:
XVIII.1999.18.
53. (1) Meta jitwaqqaf it-tribunal ta’ l-arbitraġġ, dan jista’
jitlob lil kull parti li tiddepożita għand iċ-Ċentru somma ndaqs
bejniethom b’avvanż ta’ l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafi (a), (b),
u (ċ) ta’ l-artikolu 50.
(2) Filwaqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ,
it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jitlob li jsir depożitu supplimentari
mill-partijiet biex ikopri xi spejjeż oħra.
(3) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jistabbilixxi l-ammonti ta’
kull depożitu jew depożitu supplimentari biss wara li jkun
ikkonsulta ċ-Ċentru li jista’ jagħmel kull kumment lit-tribunal ta’ l-
arbitraġġ li jista’ jqis xieraq dwar l-ammont ta’ dawk id-depożiti u
depożiti supplimentari.
  22      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
(4) Jekk id-depożiti meħtieġa ma jitħallsux għal kollox fi
żmien tletin jum wara li tasal it-talba, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ
għandu jgħarraf b’dan lill-partijiet sabiex parti waħda jew l-oħra
minnhom tkun tista’ tagħmel il-ħlas meħtieġ. Jekk dak il-ħlas ma
jsirx, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jordna s-sospensjoni jew it-
tmiem tal-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ.
(5) Wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ
għandu jagħti rendikont lill-partijiet dwar id-depożiti li jkun irċieva
u jrodd lura lill-partijiet kull bilanċ mhux minfuq li jista’ jkun
hemm.
Lok fejn isir l-
arbitraġġ.
54. (1) Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, il-
proċedimenti ta’ l-arbitraġġ li jitmexxew taħt din it-Taqsima ta’
dan l-Att għandhom isiru fil-lok provdut għal dak l-għan miċ-
Ċentru.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jiltaqa’ kull fejn iqis xieraq
sabiex jispezzjona xi oġġetti, proprjetà  oħra jew dokumenti. Il-
partijiet għandhom jingħataw avviż dwar dan żmien qabel sabiex
huma jkunu jistgħu jattendu għal dik l-ispezzjoni.
TAQSIMA V
Arbitraġġ Internazzjonali Kummerċjali
Mudell ta’ Liġi.  55. (1) Bla ħsara għal dak li jinsab f’din it-Taqsima, il-Mudell
ta’ Liġi għandu jifforma parti mil-Liġijiet ta’ Malta u jkun hekk
esegwibbli.
(2) Fil-Mudell ta’ Liġi:
"Stat" tfisser Malta u kull stat barrani li jkun; 
"dan l-Istat" tfisser Malta.
Tifsir.  56. (1) Bil-għan li jitfisser il-Mudell ta’ Liġi, tista’ ssir
riferenza - 
(a) għall-ħidma tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti
dwar id-Dritt tal-Kummerċ Internazzjonali; u
(b) għad-dokumenti preparatorji tal-Mudell ta’ Liġi.
Kap. 249.
(2) Is-subartikolu (1) għandu japplika bla ħsara għall-
applikazzjoni ta’ l-Att dwar l-Interpretazzjoni għall-iskop tat-tifsir
ta’ dan l-Att.
L-Artikolu 6 tal-
Mudell ta’ Liġi.
57. Il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Mudell ta’ Liġi
għandhom jitwettqu minn: 
(a) iċ-Chairman għar-rigward ta’ l-Artikoli 11(3), 11(4),
13(3) u 14; u
(b) il-Qorti ta’ l-Appell għar-rigward ta’ l-Artikoli 16(3),
34(2) u 35(1).
L-Artikoli 34 u 36 
tal-Mudell ta’ Liġi.
58. B’riferenza għall-Artikoli 34(2)(b)(ii) u 36(1)(b)(ii) tal-
Mudell ta’ Liġi, għall-għanijiet ta’ dawk l-Artikoli qiegħed b’dan
jiġi dikjarat li deċiżjoni ta’ arbitraġġ tkun konfliġġenti ma’ l-ordni
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      23
pubbliku ta’ Malta jekk -
(a) id-deċiżjoni tkun inkisbet bi, jew intlaqtet minn, frodi
jew korruzzjoni; jew
(b) ikunu nkisru r-regoli tal-ġustizzja naturali fl-għoti tad-
deċiżjoni.
ll-Kapitlu VIII tal-
Mudell ta’ Liġi ma 
japplikax.
Sostitwit:
XVIII.1999.19.
59. Il-Kapitlu VII ta’ dan l-Att dwar l-Għarfien u 1-
Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barranin għandu jkun
japplika għal deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ barranin u 1-Kapitlu VIII
tal-Mudell ta’ Liġi m’għandux ikun japplika.
Arranġament ta’ 
tilwim b’mod 
differenti minn dak 
fil-Mudell ta’ Liġi.
Emendat:
XVIII.1999.20.
60. Meta l-partijiet fi ftehim ta’ arbitraġġ regolat minn din it-
Taqsima ta’ dan l-Att ikunu ftehmu (sew fil-ftehim jew f’kull
dokument ieħor li jkun bil-miktub) li kull tilwima li jkun hemm jew
li jista’ jkun hemm bejniethom għandha tiġi determinata b’mod
differenti minn kif maħsub fil-Mudell ta’ Liġi, u l-partijiet ma
jkunux għażlu liema regoli kellhom jirregolaw l-arbitraġġ, f’dak il-
każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tat-Taqsima IV ta’
dan l-Att.
Reġistrazzjoni 
b’għażla ta’ 
deċiżjonijiet 
internazzjonali.
Sostitwit:
XVIII.1999.21;
XXXI. 2002.245.
61. (1) Ir-reġistrazzjoni maċ-Ċentru ta’ deċiżjoni internazzjonali
ma tkunx meħtieġa għall-validità  tad-deċiżjoni.
(2) Meta skond l-artikolu 60, japplikaw id-disposizzjonijiet tat-
Taqsima IV ta’ l-Att, ma għandhiex tapplika l-ħtieġa fl-artikolu
17(1) għar-rigward tal-preżentata ta’ avviż ta’ arbitraġġ għar-
reġistrazzjoni miċ-Ċentru u għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet rilevanti tal-Mudell ta’ Liġi.
(3)  Minkejja s-subartikolu (1), deċiżjoni internazzjonali tista’
tiġi reġistrata maċ-Ċentru kif provdut fl-artikolu 72 wara li jsir
rikors minn parti li jkollha interess u meta jsir il-ħlas tad-dritt li
jmiss; iżda f’dak il-każ l-artikolu 72(4)(a) u l-artikolu 72(6) ma
għandhomx japplikaw u dawn is-subartikoli (4) u (5) għandhom
japplikaw minflokhom.
(4) Ir-reġistratur ma għandux jirreġistra deċiżjoni internazzjonali
qabel ma jiskadu mill-inqas tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni kemm-il
darba l-partijiet jikkonfermaw bil-miktub li ma jkunu bi ħsiebhom
jagħmlu ebda proċeduri kontra d-deċiżjoni skond xi liġi li tkun
tapplika.
(5) Meta jiskadi l-perjodu msemmi fis-subartikolu (4), ir-
Reġistratur ma għandux jirreġistra deċiżjoni internazzjonali jekk huwa
jkun ġie avżat li jkunu saru proċeduri minn xi parti fil-proċedimenti ta’
arbitraġġ, sa meta huwa jiġi avżat bir-riżultat ta’ dawk il-proċeduri.
Kull parti fil-proċedimenti li tista’ tagħmel proċeduri kontra xi
deċiżjoni għandha tavża liċ-Ċentru bil-miktub dwar kull proċedura li
tkun saret, f’Malta jew barra minn Malta, fi żmien ħmistax-il ġurnata
minn dik il-ġrajja.
(6) Meta l-partijiet fi ftehim ta’ arbitraġġ internazzjonali jkunu
espressament irriservaw milli jsiru xi proċeduri skond l-artikolu
69A(3), kull appell għandu jsir fiż-żmien mogħti fl-artikolu 34(3) tal-
Mudell ta’ Liġi.
  24      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
Cap. 12.
(7) Deċiżjoni internazzjonali mogħtija konformi mat-Taqsima V
għandha, meta tiġi reġistrata maċ-Ċentru kif provdut f’dan l-artikolu,
tikkostitwixxi titolu eżekuttiv għall-finijiet tat-Titolu VII tat-Taqsima I
tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(8) Meta ebda parti ma tkun irreġistrat id-deċiżjoni maċ-Ċentru
skond dan l-artikolu, kull parti li tkun isserraħ fuq deċiżjoni
internazzjonali tista’ f’kull waqt tirrikorri quddiem il-Qorti ta’ l-
Appell għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ dik id-deċiżjoni skond it-
Taqsima VIII tal-Mudell ta’ Liġi u d-disposizzjonijiet f’dik il-parti
għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull appell li seta’ kien
riservat skond l-artikolu 69A(3).
(9) Meta jsir rikors minn xi parti, il-Qorti ta’ l-Appell tista’,
minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili jew tal-Mudell ta’ Liġi, tordna l-infurzar
provviżorju ta’ deċiżjoni internazzjonali kollha kemm hi jew f’parti
minnha, u tista’ toħroġ kull tali ordni relatata u anċillari li tista’
tqis li tkun meħtieġa.
Artikolu 17 tal-
Mudell ta’ Liġi.
Emendat
XVIII.1999.22.
62. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59, il-Kapitolu
VIII tal-Mudell ta’ Liġi japplika għal kull ordni tat-tribunal ta’ l-
arbitraġġ li ssir bis-saħħa ta’ l-Artikolu 17 tal-Mudell ta’ Liġi li
tkun teħtieġ lil xi parti -
(a) li tieħu miżura temporanja ta’ protezzjoni; jew
(b) li tipprovdi garanzija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dik
il-miżura;
bħallikieku kull riferenza f’dak il-Kapitolu għal deċiżjoni ta’
arbitraġġ jew għal deċiżjoni kienet riferenza għal ordni bħal dik.
Imgħax sa meta 
tingħata d-
deċiżjoni.
63. (1) Kemm-il darba l-partijiet fi ftehim ta’ arbitraġġ regolat
b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma jkunux ftehmu mod ieħor, meta
tribunal ta’ arbitraġġ jaqtagħha li jagħti deċiżjoni għall-ħlas ta’ flus
(sew fuq talba għal ammont likwidat jew mhux likwidat), it-
tribunal jista’, bla ħsara għas-subartikolu (2), jinkludi fl-ammont
mogħti fid-deċiżjoni dak l-imgħax b’dik ir-rata raġonevoli li t-
tribunal jista’ jistabbilixxi fuq l-ammont sħiħ ta’ flus jew parti
minnu, u għaż-żmien kollu jew parti minnu bejn id-data meta tkun
inbdiet it-tilwima, u d-data meta tingħata d-deċiżjoni.
(2) Is-subartikolu (1) -
(a) ma jawtorizzax l-għoti ta’ imgħax fuq imgħax;
(b) ma japplikax dwar ammont li fuqu jitħallas imgħax bi
dritt sew bis-saħħa ta’ xi ftehim jew mod ieħor; u
(ċ) ma jolqotx id-danni li jistgħu jintalbu meta kambjala
ma tiġix onorata.
Imgħax fuq debitu 
imsemmi 
f’deċiżjoni. 
64. Kemm-il darba l-partijiet fi ftehim ta’ arbitraġġ regolat
b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma jkunux ftehmu mod ieħor, meta
tribunal ta’ arbitraġġ jagħti deċiżjoni dwar ħlas ta’ flus, it-tribunal
jista’ jordna li imgħax b’dik ir-rata raġonevoli li t-tribunal jista’
jistabbilixxi, għandu jitħallas mid-data msemmija fl-Artikolu 31(3)
tal-Mudell ta’ Liġi jew minn dik id-data li tiġi aktar tard hekk kif
it-tribunal jispeċifika.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      25
Spejjeż u drittijiet. 
Emendat:
XVIII.1999.23.
65. (1) Salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 79, kemm-il
darba l-partijiet fi ftehim ta’ arbitraġġ regolat b’din it-Taqsima ta’
dan l-Att ma jkunux ftehmu mod ieħor, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ
għandu jistabbilixxi l-ispejjeż u d-drittijiet ta’ l-arbitraġġ fid-
deċiżjoni skond l-artikoli 50, 51, 52 u 53 mutatis mutandis.
(2) Meta deċiżjoni ma tkun issemmi xejn dwar l-ispejjeż u d-
drittijiet ta’ l-arbitraġġ, kull parti fi ftehim ta’ arbitraġġ tista’, fi
żmien tletin jum minn meta taslilha d-deċiżjoni, titlob lit-tribunal
ta’ l-arbitraġġ li jagħti direttivi dwar kif isir il-ħlas ta’ dawk l-
ispejjeż u drittijiet, u ma’ dan, wara li t-tribunal jara xi tkun il-
fehma ta’ kull parti li tixtieq tagħti l-fehma tagħha, it-tribunal
għandu jemenda d-deċiżjoni tiegħu skond is-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 65.
Responsabbiltà  ta’ 
l-arbitru. 
66. L-artikolu 20(5) japplika għal kull arbitru involut
f’arbitraġġi li jsiru bis-saħħa ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Rappreżentanza fi 
proċedimenti. 
67. Bi ftehim tal-partijiet jew fuq talba ta’ xi parti, skond il-
każ, meta t-tribunal ta’ l-arbitraġġ, skond il-Mudell ta’ Liġi,
jagħmel seduti jew proċedimenti msejsa fuq dokumenti jew
materjal ieħor, l-artikolu 18 ta’ dan l-Att għandu japplika mingħajr
preġudizzju għall-Mudell ta’ Liġi.
Applikazzjoni ta’ 
din it-Taqsima. 
68. Din it-Taqsima ma tapplikax għar-rigward ta’ arbitraġġ
kummerċjali internazzjonali bejn partijiet li jkollhom ftehim ta’
arbitraġġ li jkunu għamlu qabel id-dħul fis-seħħ ta din it-Taqsima
ta’ dan l-Att kemm-il darba l-partijiet ma jkunux ftehmu mod ieħor.
TAQSIMA VI
Setgħat tal-Qorti dwar l-Arbitraġġi
Sa fejn tista’ l-qorti 
tintervjeni.
Kap. 319. 
69. Salv id-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’ l-Att dwar
il-Konvenzjoni Ewropea, f’dawk li huma affarijiet regolati b’dan l-
Att, ebda qorti ma għandha tintervjeni jew ikollha ġurisdizzjoni
f’xi ħaġa bħal dik ħlief meta jkun hekk provdut f’dan l-Att.
Titolu eżekuttiv.
Miżjud:
XXXI. 2002.246.
Kap. 12.
69A.  (1)   Deċiżjoni mogħtija skond ftehim ta’ arbitraġġ
konformi mat-Taqsima VI ta’ dan l-Att, għandha mar-reġistrazzjoni
miċ-Ċentru, kif provdut fl-artikolu 72, tikkostitwixxi titolu
eżekuttiv għall-iskopijiet tat-Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni
Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Jistgħu jinbdew proċedimenti kontra deċiżjoni arbitrali
mogħtija taħt it-Taqsima IV quddiem il-Qorti ta’ l-Appell permezz ta’
rikors jew -
(i) b’talba li d-deċiżjoni titwarrab skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 70, jew
(ii) b’appell fuq punt ta’ liġi skond l-artikolu 70A.
(3) Appell fuq punt ta’ liġi lill-Qorti ta’ l-Appell kontra
deċiżjoni arbitrali mogħtija skond it-Taqsima V jista’ jsir biss jekk
il-partijiet għall-ftehim ta’ l-arbitraġġ ftiehmu espressament li dan
id-dritt ta’ appell hu disponibbli għall-partijiet b’żieda mad-
drittijiet għal proċedimenti oħra stabbiliti fl-artikolu 34 tal-Liġi
Mudell. F’dawn il-każijiet id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 61(5),
  26      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
70A, 70B u artikoli relatati għandhom jgħoddu.
(4) Jistgħu ukoll jinbdew proċedimenti kontra deċiżjoni skond
kull proċedura ta’ appell jew reviżjoni li tista’ tkun espressament
miftiehma bejn il-partijiet fil-ftehim ta’ l-arbitraġġ.
(5) Id-drittijiet għal proċedimenti speċifikati fis-subartikoli (2) u
(3) għandhom jibdew iseħħu sal-limitu stabbilit skond dan l-Att u l-
ftehim ta’ l-arbitraġġ, mat-tmiem ta’ xi proċess kuntrattwali. Il-limiti
ta’ żmien kollha speċifikati f’dan l-Att għal rikorsi taħt l-artikoli 70 u
70A għandhom jibdew jseħħu minn dak iż-żmien li fih ir-riżultat tal-
proċess kuntrattwali jiġi notifikat, jiġi mitmum xort’oħra jew jiskadi.
(6) Meta jkun hemm xi liġi li tirreferi għal bord, tribunal jew xi
awtorità  oħra ta’ arbitraġġ u tkun tikkontempla xi dritt speċifiku ta’
appell, reviżjoni jew rikors ieħor mid-deċiżjoni tagħhom, ma
għandhomx ikunu japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għar-
rigward ta’ azzjoni li tista’ tittieħed fil-konfront tad-deċiżjonijiet ta’
kull bord, tribunal jew awtorità  oħra bħal dawk.
Kap. 12.
(7) Minkejja li r-reġistrazzjoni ta’ deċiżjoni tista’ ma tkunx
saret skond l-artikolu 61(4) jew 72(4)(a), il-Qorti ta’ l-Appell
tista’, wara li jsirilha rikors minn xi parti u minkejja kull
disposizzjoni tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
tordna l-infurzar provviżorju tad-deċiżjoni kollha kemm hi jew
f’parti minnha, u tista’ toħroġ kull ordni relatata u anċillari skond
ma tqis li jkun adatt.
Deċiżjoni. 
Emendat:
XVIII.1999.24.
Sostitwit:
XXXI. 2002.247.
70. (1) Bla ħsara għad-disposizjonijiet ta’ l-artikolu 71, il-Qorti
ta’ l-Appell għandha tiddeċiedi li deċiżjoni ma għandhiex tiġi
eżerċitata biss jekk -
(a) ir-rikorrent iġib provi għas-sodisfazzjon tal-Qorti ta’ l-
Appell li -
(i) xi parti fil-ftehim ta’ l-arbitraġġ kellha xi
inkapaċità  li żżomma milli tidħol f’dak il-ftehim
ta’ l-arbitraġġ; jew dak il-ftehim ma kienx
validu skond dik il-liġi li l-partijiet għamluh
suġġett għaliha; jew
(ii) il-parti li tkun ingħatat deċiżjoni kontriha ma
tkunx ġiet avżata kif imiss dwar il-ħatra ta’ xi
arbitru jew dwar il-proċedimenti ta’ arbitraġġ
jew inkella kienet mod ieħor miżmuma milli
tippreżenta l-każ tagħha; jew
(iii) id-deċiżjoni titratta dwar xi tilwima li ma tkunx
kontemplata minn jew li ma tidħolx fil-patti li
bihom iseħħ l-arbitraġġ, jew ikun fiha
konklużjonijiet dwar kwistjonijiet li jmorru ’l
hemm mill-iskop li għalih kellu jseħħ dak l-
arbitraġġ:
Iżda jekk deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet
sottomessi għall-arbitraġġ jistgħu jinfirdu minn
dawk mhux hekk sottomessi, dik il-parti tad-
deċiżjoni li jkun fiha konklużjonijiet dwar
kwistjonijiet mhux sottomessi għall-arbitraġġ biss
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      27
tkun tista’ titwarrab; jew
(iv) l-għamla tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ jew il-
proċedura ta’ l-arbitraġġ ma kienux skond il-
ftehim tal-partijiet, kemm-il darba dak il-ftehim
ma kienx konfliġġenti ma’ xi disposizzjoni ta’
dan l-Att li minnha l-partijiet ma jistgħux
jidderogaw, jew, fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak
ma kienux skond dan l-Att;
(b) jirriżulta lill-Qorti ta’ l-Appell li -
(i) is-suġġett li dwaru hemm kwistjoni fit-tilwima
ma jistax jitranġa bil-mezz ta’ arbitraġġ skond
il-Liġijiet ta’ Malta; jew
(ii) id-deċiżjoni tmur kontra l-ordni pubbliku ta’
Malta.
(2) Ir-rikors imsemmi fl-artikolu 69A(2) għandu jsir fi żmien
ħmistax-il ġurnata min-notifika lir-rikorrenti tad-deċiżjoni skond
dan l-Att, u r-rikorrent għandu jinnotifika lill-arbitri u liċ-Ċentru
kopja tar-rikors kemm jista’ jkun malajr skond kif ikun
prattikabbli, iżda mhux iktar tard minn ħmistax-il ġurnata wara l-
preżentata tar-rikors. 
Kap. 12.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u l-artikoli 57 u 73, il-Qorti ta’
l-Appell għandha tkun magħmula bil-mod provdut fl-artikolu 41(6)
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(4) Kull rikors taħt dan l-artikolu għandu jiġi trattat bil-magħluq u
jitħallew jidħlu biss fil-qorti matul is-smigħ il-partijiet u l-avukati u l-
prokuraturi legali tagħhom.
(5) Id-deċiżjoni tal-qorti għandha żżomm sħiħ il-kunfidenzjalità
ta’ l-arbitraġġ u għandha tiżvela biss dawk il-fatti li jistgħu jkunu
meħtieġa sabiex dik id-deċiżjoni tkun tista’ tiftiehem u tkun
eżegwibbli mill-partijiet.
(6) L-ispejjeż ta’ l-appell ikunu skond ma tiddeċiedi l-Qorti ta’ l-
Appell u jkunu dak l-ammont li jiġi stabbilit mir-Reġistratur, Qrati u
Tribunali Ċivili (Sezzjoni Ċivili) jew mir-Reġistratur, Qrati u
Tribunali Ċivili (Sezzjoni Ċivili) Għawdex, kif ikun il-każ.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli li jkunu
jirrigwardaw rikorsi quddiem il-Qorti ta’ l-Appell taħt dan l-
artikolu u taħt l-artikolu 70A u l-artikolu 73, u jistabilixxi d-
drittijiet li għandhom jitħallsu meta jsiru dawk ir-rikorsi.
Appell fuq punt ta’ 
liġi.
Miżjud:
XXXI. 2002.248.
70A.  (1)   Parti fil-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ tista’ tappella
lill-Qorti ta’ l-Appell fuq punt ta’ liġi li jitnissel minn deċiżjoni
finali magħmula fil-proċedimenti kemm-il darba -
(a) il-partijiet ma eskludewx espressament dan id-dritt ta’
l-appell fil-ftehim ta’ l-arbitraġġ jew mod ieħor bil-
miktub; jew
(b) minkejja kull ħaġa msemmija fil-ftehim ta’ l-arbitraġġ, il-
partijiet ma ftiehmux espressament li ma għandhom
jingħataw l-ebda raġunijiet fid-deċiżjoni skond l-artikolu
  28      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
44(3).
(2) Meta jiġi ppreżentat appell, ir-rikorrent għandu jinnotifka
lill-arbitri u liċ-Ċentru kopja tar-rikors malajr kemm ikun
prattikabbli iżda mhux iktar tard min ħmistax-il ġurnata wara l-
preżentata ta’ l-appell.
(3) Il-Qorti ta’ l-Appell għandha tikkunsidra l-appell biss jekk il-
Qorti tkun sodisfatta -
(a) li d-deċiżjoni dwar il-punt ta’ liġi taffettwa
sostanzjalment id-drittijiet ta’ waħda jew iktar mill-
partijiet;
(b) li l-punt ta’ liġi huwa wieħed li t-tribunal kien mitlub
jiddeċiedi fuqu jew mod ieħor iddependa fuqu biex jasal
għad-deċiżjoni;
(ċ) li fuq il-bażi ta’ dak li jirriżulta mill-fatti fid-deċiżjoni,
id-deċiżjoni tat-tribunal dwar il-punt ta’ liġi hija prima
facie miftuħa għal dubju serju; u
(d) li abbażi ta’ reviżjoni tar-rikors, kull risposta u d-
deċiżjoni, l-appell ma jidhirx li hu dilatorju u vessatorju,
u fil-każijiet l-oħra kollha il-Qorti għandha tiċħad l-appell.
Identifikazzjoni ta’ 
punt ta’ liġi.
Miżjud:
XXXI. 2002.248.
70B.  (1) Appell taħt l-artikolu 70A għandu jidentifika l-punt
ta’ liġi li għandha tittieħed deċiżjoni fuqu u għandu jispeċifika t-
tifsira li r-rikorrent jallega li hi t-tifsira korretta tal-punt ta’ liġi
identifikat.
(2) Appell għandu jsir fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta
tiġi riċevuta d-deċiżjoni finali jew jekk kien hemm xi proċess ta’
arbitraġġ ta’ appell jew reviżjoni, mid-data meta l-parti kienet
notifikata bir-riżultat ta’ dak il-proċess jew meta l-proċess kien
mod ieħor kompletat jew minn meta jkun skada ż-żmien għalih.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 70(3), (4), (5) u (6)
għandhom jgħoddu għal appelli magħmula taħt l-artikolu 70A.
Tkomplija ta’ 
proċedimenti ta’ 
arbitraġġ. 
Emendat:
XXXI. 2002.249.
71. (1) Meta l-Qorti ta’ l-Appell tintalab li twarrab xi
deċiżjoni, dik il-qorti tista’, meta dan ikun xieraq, u meta dan hekk
jintalab minn xi parti, tissospendi l-proċedimenti ta’ twarrib għal
dak iż-żmien li jiġi stabbilit minnha, sabiex tingħata opportunità
lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jkompli l-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ
jew li jieħu kull azzjoni oħra li fil-fehma tat-tribunal telimina r-
raġunijiet għat-twarrib.
(2) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’, dwar appell skond l-artikolu
70A-
(a) tikkonferma d-deċiżjoni,
(b) tibdel id-deċiżjoni,
(ċ) tibgħat id-deċiżjoni lura lit-tribunal, kollha jew parti
minnha, biex tiġi ttrattata mill-ġdid fid-dawl tad-
deċiżjoni tal-Qorti, jew
(d) twarrab id-deċiżjoni kollha jew parti minnha u
tiddeċiedi hi nfisha l-kwistjoni.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      29
(3) Il-Qorti ta’ l-Appell m’għandhiex hi nfisha tiddeċiedi l-
kwistjoni li dwarha jkun sar rikors jekk ma tkunx sodisfatta li ma
jkunx xieraq li l-ħwejjeġ in kwistjoni jintbagħtu lura lit-tribunal
għal konsiderazzjoni mill-ġdid.
Kondizzjoni għal 
rikors.
Miżjud:
XXXI. 2002.250.
71A.  (1)  Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għal
rikors għal twarrib jew appell taħt l-artikolu 70 jew 70A.
(2)   Rikors ma jistax isir jekk ir-rikorrent jew l-appellant ma
jkunx qabel eżawrixxa -
(a) kull proċess kuntrattwali disponibbli ta’ appell jew
reviżjoni; u
(b) kull mezz disponibbli taħt l-artikoli 47 (Tifsir tad-
deċiżjoni), 48 (Tiswija tad-deċiżjoni) jew 49 (Deċiżjoni
addizzjonali).
(3)  Kull talba magħmula skond l-artikoli 47, 48 jew 49 għandu
jkollha l-effett li tinterrompi l-limiti ta’ żmien għall-proċeduri
kontra deċiżjoni speċifikata fl-artikolu 70(4) jew l-artikolu 70B(2).
Il-perjodu għall-proċeduri stabbilit fl-artikoli msemmija għandu
jibda jseħħ mid-data li fiha kull ordni magħmula skond l-artikoli
47, 48 u 49 imsemmija jiġi komunikat lill-parti.
(4) Id-drittijiet għall-proċeduri kif provdut fl-artikolu 70 jew 70A
jeskludu lil xulxin u ma jistgħux it-tnejn jiġu eżerċitati fl-istess ħin u
appell fuq punt ta’ liġi għandu jeskludi d-dritt għal rikors biex id-
deċiżjoni titwarrab: iżda meta parti tkun għamlet rikors lill-Qorti biex
twarrab deċiżjoni dik il-parti tista’, in subsidium, tappella fuq punti ta’
liġi sakemm dan isir fl-istess rikors.
(5) Jekk wara rikors biex titwarrab deċiżjoni jew wara appell fuq
deċiżjoni l-Qorti jidhrilha li d-deċiżjoni ma jkunx fiha r-raġunijiet tat-
tribunal jew, ir-raġunijiet tat-tribunal ma jkunux dettaljati biżżejjed
biex il-qorti tkun tista’ tikkonsidra sew ir-rikors jew l-appell, il-qorti
tista’ titlob lit-tribunal biex jagħti tifsira tad-deċiżjoni li tkun konformi
mat-termini ta’ l-artikolu 47(2).
(6) Meta tagħti ordni taħt is-subartikolu preċedenti il-qorti
tista’ tagħti ordni dwar spejjeż li jitnisslu minn dik l-ordni.
Kondizzjoni għal 
rikors: 
disposizzjonijiet 
supplimentari.
Miżjud:
XXXI. 2002.250.
71B. (1) Rikors għat-twarrib jew appell jistgħu isiru biss dwar
deċiżjonijiet finali kif hu mfisser fl-artikolu 44(6).
(2) Meta jingħataw deċiżjonijiet separati dwar diversi
kwistjonijiet f’arbitraġġ, jistgħu jinbdew il-proċeduri kontra dawn
id-deċiżjonijiet biss wara d-deċiżjoni finali u fil-limiti ta’ żmien
imsemmija f’dan l-Att, li għandhom jibdew mid-data ta’ din id-
deċiżjoni finali u f’dawn il-proċeduri għandu jkun hemm referenza
speċifika għad-deċiżjonijiet li kontrihom il-proċeduri qiegħdin
jittieħdu:
Iżda l-proċeduri jistgħu jinbdew kontra dawn id-deċiżjonijiet
separati qabel id-deċiżjoni finali bil-permess tat-tribunal ta’ l-
arbitraġġ; din it-talba għal permess biex jinbdew il-proċeduri għandha
ssir bil-miktub lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ u kopja tagħha tintbagħat liċ-
Ċentru fi żmien sitt ijiem mid-data li fiha d-deċiżjoni tkun ġiet
komunikata lill-parti.
  30      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
(3) Ma jistgħux jinbdew proċeduri kontra deċiżjonijiet
temporanji, interlokutorji jew parzjali ħlief wara d-deċiżjoni finali u
flimkien mal-proċeduri li jistgħu jittieħdu kontra dik id-deċiżjoni
finali:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
jgħoddu fis-sħiħ għad-deċiżjonijiet parzjali li jikkostitwixxu
deċiżjonijiet finali dwar il-kwistjoni hekk deċiża, f’liema każ
għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2).
Reġistrazzjoni 
għand u miċ-
Ċentru. 
Sostitwit:
XVIII.1999.25;
XXXI. 2002.251.
72. (1) Meta skond dan l-Att tkun meħtieġa r-reġistrazzjoni
ta’ xi deċiżjoni finali jew dokument għand iċ-Ċentru, dik id-
deċiżjoni jew dak id-dokument, jew kopja awtentika tagħhom,
għandhom jiġu depożitati mar-reġistratur flimkien ma’ kull ħlas li
jista’ minn żmien għal żmien jiġi preskritt għal dik ir-
reġistrazzjoni.
(2) Ir-reġistratur għandu jiċħad li jirreġistra deċiżjoni jew
dokument jekk dawn ma jkunux konformi ma’ xi disposizzjoni ta’
dan l-Att jew mar-regoli magħmula miċ-Ċentru li jkollhom
x’jaqsmu ma’ l-Att.
(3) Fil-każ ta’ arbitraġġ domestiku, li jsir skond it-Taqsima IV
ta’ dan l-Att, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 38(2), (3), (4) u (5),
l-artikolu 70, l-artikolu 70A, l-artikolu 70B, l-artikolu 71 u l-
artikolu 71A għandhom jgħoddu biss u l-proċedimenti għandhom
ikunu validi biss meta f’kull żmien qabel in-notifika tad-deċiżjoni
skond l-artikolu 44(4), avviż dwar l-arbitraġġ jiġi reġistrat maċ-
Ċentru skond l-artikolu 17.
(4) (a)  Ir-Reġistratur m’għandux jirreġistra deċiżjoni qabel
ma jiskadu tletin ġurnata mid-data meta d-deċiżjoni
tkun ġiet notifikata lill-partijiet f’arbitraġġ jew jekk iċ-
Ċentru jiġi notifikat bi proċeduri kontra deċiżjoni
meħuda minn xi parti fil-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ
skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(b) Meta, wara rikors skond l-artikolu 70 jew 70A, il-Qorti
ma tilqax ir-rikors, is-sentenza tal-Qorti ta’ l-Appell
għandha tiġi reġistrata maċ-Ċentru flimkien mad-
deċiżjoni li tkun qed tiġi reġistrata fuq talba tal-parti li
titlob ir-reġistrazzjoni.
(5) Malli d-deċiżjoni tkun ġiet reġistrata miċ-Ċentru d-
deċiżjoni ssir waħda konklużiva u vinkolanti u, barra minn hekk,
ma tkunx tista’ tiġi kontestata.
(6) Kull rikors skond l-artikoli 70 jew 70A li l-Qorti ta’ l-Appell
tiddeċiedi li hu frivolu jew vessatorju tirrendi lill-parti li tagħmel dik
il-kontestazzjoni jew dak l-appell responsabbli għall-ħlas lill-parti li
tkun qed titlob ir-reġistrazzjoni, ta’ penali ta’ mhux inqas minn mitt
lira u mhux iktar minn ħamest elef lira, hekk kif jiġi stabbilit mill-
Qorti ta’ l-Appell.
Ċħid ta’ 
reġistrazzjoni ta’ 
dokument.
Sostitwit:
XVIII.1999.26.
73. Meta r-reġistratur jiċħad li jirreġistra xi dokument, sew
wara li ssir oġġezzjoni sew xort’oħra, il-parti li tkun qed titlob ir-
reġistrazzjoni tista’, fi żmien tletin jum minn dak iċ-ċħid, titlob lill-
Qorti ta’ l-Appell, permezz ta’ rikors, li tordna lir-reġistratur
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      31
jaċċetta dik ir-reġistrazzjoni, u d-deċiżjoni ta’ dik il-qorti għandha
tkun waħda finali u konklużiva. Dik l-applikazzjoni għandha tiġi
notifikata lill-partijiet l-oħra fl-arbitraġġ u lir-reġistratur.
(2) Il-fatt li dokument ikun ġie aċċettat għar-reġistrazzjoni
miċ-Ċentru ma għanduxjipprekludi li tista’ tiġi kontestata l-validità
ta’ dak id-dokument taħt kull disposizzjoni ta’ dan l-Att.
TAQSIMA VII
Għarfien u Esekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ 
Barranin
Esekuzzjoni ta’ 
deċiżjonijiet ta’ 
arbitraġġ barranin. 
Emendat:
XVIII.1999.27.
74. (1) Salv id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli relevanti ta’ dan
l-Att, deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ barranin, li għalihom japplikaw it-
trattati miġjuba fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att (kif inhuma
suġġetti għal dawk ir-riżervi jew dikjarazzjonijiet kif setgħu saru
minn Malta meta din saret parti f dawk it-trattati u kif dawn jinsabu
fit-Tieni Skeda), għandhom jiġu esegwiti mill-Qrati ta’ Malta hekk
kif dawn jiġu reġistrati għand iċ-Ċentru bl-istess mod bħallikieku
dawk id-deċiżjonijiet kienu ngħataw taħt it-Taqsima IV ta’ dan l-
Att.
(2) Il-Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta jżid, iħassar jew
jissostitwixxi l-elenku ta’ trattati li Malta qiegħda Parti fihom u li
jidhru fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(3) Ċertifikat iffirmat mill-Ministru responsabbli għall-
affarijiet barranin, jew minn kull uffiċjal pubbliku li jinħatar minn
dak il-Ministru għal dak il-għan b’avviż fil-Gazzetta, li jfisser li,
fil-waqt speċifikat fl-istess ċertifikat, xi stat ikun iffirma u
irratifika jew ikun iddenunċja, jew ħa xi azzjoni oħra taħt it-trattati
elenkati fl-Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att dwar it-territorju
speċifikat fiċ-ċertifikat, ikun ta’ prova konklużiva quddiem qorti
jew awtorità  oħra tal-fatti li jkunu fih dikjarati.
Arbitraġġ taħt 
liġijiet oħra. 
Emendat:
XVIII.1999.28.
75. (1) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, kull kull tilwima
meħtieġa b’xi liġi oħra, sew jekk barranija jew domestika, li tiġi
deċiża b’arbitraġġ, id-disposizzjonijiet ta’ dik il-liġi għandhom
jinqraw, kemm-il darba dawn ma jipprovdux għal arbitraġġ
quddiem xi bord, tribunal jew awtorità  oħra mwaqqfa għal dak l-
għan, bħallikieku dik il-liġi l-oħra kienet ftehim ta’ arbitraġġ.
(2) Kull deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija skond is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu għandha tingħata għarfien u tiġi esegwita mill-
qrati ta’ Malta hekk kif din tiġi reġistrata għand iċ-Ċentru, bl-istess
mod bħallikieku dik id-deċiżjoni kienet mogħtija skond it-Taqsima
IV ta’ dan l-Att.
Arranġament ta’ 
tilwim dwar 
investiment 
internazzjonali.
76.* (1) Deċiżjonijiet li jingħataw skond u bis-saħħa tal-
Konvenzjoni dwar l-Arranġament ta’ Tilwim dwar l-Investimenti
bejn Stati u Ċittadini ta’ Stati oħra, liema konvenzjoni nfetħet
għall-firma f’Washington fit-18 ta’ Marzu, 1965, (liema
konvenzjoni hawn iktar ’il quddiem f’dan l-artikolu tissejjaħ bħala
*Għadu mhux fis-seħħ.
  32      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
"il-Konvenzjoni" u qed tinġieb fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att) għandhom ikunu magħrufin u jiġu esegwiti mill-qrati ta’ Malta
bħallikieku dawk id-deċiżjonijiet kienu sentenzi finali skond il-
liġijiet ta' Malta.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandhom japplikaw biss għal dawk id-deċiżjonijiet fuq tilwim li
jinġiebu f’arbitraġġ mill-partijiet imdaħħla fih skond il-
Konvenzjoni u li ma jkunux mod ieħor esklużi skond l-istess
Konvenzjoni.
(3) Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni, l-
awtorità  kompetenti għandha tkun iċ-Ċentru.
(4) Il-Prim Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta u minkejja kull
liġi oħra, jiddisponi li jagħti seħħ lil xi taqsima tal-Konvenzjoni, u
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak kollu msemmi qabel
huwa jista’ b’dak l-ordni jagħti dawk l-immunitajiet u eżenzjonijiet
minn kull liġi skond kif jista’ jkun meħtieġ mill-Konvenzjoni.
TAQSIMA VIII 
Mixellanji 
Ilsien użat fl-
iskedi. 
77. Jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil bejn it-test Malti u dak
Ingliż fl-Ewwel, fit-Tieni u fit-Tielet Skedi li jinsabu ma’ dan l-Att,
jipprevali t-test Ingliż.
Disposizzjoni 
transitorja.
78. Bla ħsara għall-artikolu 68, dan l-Att japplika għal kull
ftehim ta’ arbitraġġ, sew jekk magħmul qabel jew wara l-bidu fis-
seħħ ta dan l-Att, u għal kull arbitraġġ taħt dak il-ftehim:
Iżda meta proċedimenti ta’ arbitraġġ kienu bdew qabel id-
data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u jkunu għadhom pendenti f’dik
id-data f’dak il-każ, minkejja kull ħaġa li hemm f’dan l-Att, dawk
il-proċedimenti jibqgħu regolati bil-liġi applikabbli għalihom qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att sakemm il-partijiet kollha f’dawk il-
proċedimenti ma jaqblux li dan l-Att għandu japplika għal dawk il-
proċedimenti b’effett mid-data ta’ dak il-qbil u f’dan il-każ dan l-
Att għandu japplika b’dak il-mod.
Kmamar ta’ l-
arbitraġġ.
Miżjud:
XVIII.1999.29.
Emendat:
XXXI. 2002.252.
Kap. 386.
79.  (1) Minkejja xi disposizzjoni ta’ din il-liġi jew ta’ xi liġi
oħra, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jkollhom seħħ
għar-rigward ta’ dak kollu li jinsab regolat b’dan l-artikolu.
(2) Kull individwu, jew individwi, sew jekk inhu kkunsidrat
bħala residenti f’Malta sew jekk mhuwiex għall-għanijiet ta’ xi liġi,
jista’ jikkostitwixxi Kamra ta’ l-Arbitraġġ fl-għamla ta’
kumpannija ta’ responsabbiltà  limitata taħt l-Att dwar il-
Kumpanniji; b’dan illi d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att
għandu jkollhom seħħ għar-rigward ta’ Kamra ta’ l-Arbitraġġ kif
emendati, modifikati jew sostitwiti bid-disposizzjonijiet ta’ dan 1-
artikolu. Dawk il-kumpanniji kollha għandhom ikunu jinkludu
bħala parti minn isimhom il-kliem "Ċentru ta’ Arbitraġġ".
(3) L-għanijiet ta’ Kamra ta’ l-Arbitraġġ għandhom ikunu
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      33
limitati sabiex dawn jipprovdu s-servizzi ta’ rappreżentanza li
hemm imsemmija fl-artikolu 18 ta’ dan 1-Att lil partijiet f’arbitraġġ
internazzjonali kummerċjali taħt it-Taqsima V ta’ dan l-Att, u
servizzi bħala arbitri f’arbitraġġi simili: Iżda dawk l-arbitraġġi jkunu
amministrati miċ-Ċentru skond kull regola li tapplika magħmula miċ-
Ċentru skond l-artikolu 10. Ċentru ta’ Arbitraġġ ma għandu jirċievi
ebda qligħ, profitt jew dħul li jkun ħlief id-drittijiet dovuti għal
servizzi mogħtija kif hawn aktar qabel imsemmija, iżda li
wieħedjirċievi dħul inċidentali konness ma’ dawk is-servizzi ma
għandux jitqies bħala ksur ta’ din ir-regola.
(4)  Kull membru ta’ Kamra ta’ l-Arbitraġġ għandu jkun ukoll
direttur tagħħa, u kull direttur għandu jkun legalment responsabbli
għas-servizzi mogħtija mill-Kamra ta’ l-Arbitraġġ skond u
konformi mas-subartikolu (3). Meta jmut xi wieħed mill-membri
jew meta xi membru jiġi skwalifikat milli jagħmilha ta’ direttur ta’
kumpannija taħt id-dispodizzjonijiet ta’ l-artikolu 142 ta’ 1-Att
dwar il-Kumpanniji, is-sehem parteċipattiv li dak il-membru jkollu
għandu jiġi mifdi, u jekk wara dak il-fidi l-Kamra ta’ l-Arbitraġġ
tonqos mi1li tadempixxi l-ħtiġiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji
għar-rigward tal-kostituzzjoni ta’ kumpannija, għaldaqstant dik il-
Kamra ta’ l-Arbitraġġ għandha tiġi stralċjata.
(5)  Is-Segretarju tal-Kamra għandu jkun persuna 1i, għal
żmien mhux interrott ta’ tliet snin, kienet waħda mill-persuni li
ġejjin:
Kap. 12.
(i)  persuna li jkollha l-warrant ta’ avukat taħt il-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
jew
Kap. 281.
(ii)  persuna li jkollha l-warrant ta’ accountant
pubbliku ċertifikat jew ta’ accountant u uditur
pubbliku ċertifikat taht l-Att dwar il-Professjoni
ta’ l-Accountancy; jew
(iii) associate, membru jew fellow ta’ istituzzjoni
professjonali jew ta’ korp simili li jkun
rikonoxxut miċ-Ċentru għall-għanijiet ta’ dan I-
artikolu; jew
(iv)  persuna li tkun xort’oħra rikonoxxuta miċ-
Ċentru bħala persuna daqsinsew xi waħda mill-
persuni hawn aktar qabel imsemmija.
(6)  L-istralċjar ta’ Kamra ta’ l-Arbitraġġ għandu jsir mis-
Segretarju tagħha taħt is-sorveljanza taċ-Ċentru, u ċ-Ċentru jkollu
jedd li:
(a)  jinnomina segretarju unikament għall-għan ta’ dan is-
subartikolu, meta dik il-Kamra ta’ l-Arbitraġġ ma
jkollhiex segretarju jew meta s-segretarju tal-Kamra
ta’ l-Arbitraġġ ma jkunx qiegħed imexxi sew l-istralċ;
(b) jiddikjara li Kamra ta’ l-Arbitraġġ tkun ġiet stralċjata
u dan b’mod totali, u malli jsir dan dik il-Kamra ta’ l-
Arbitraġġ għandha tiġi mħassra minn fuq ir-reġistru
mir-Reġistratur tal-Kumpanniji mingħajr il-ħtieġa ta’
ebda formalitià  oħra.
  34      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
(7)  Kamra ta’ l-Arbitraġġ għandha tkun reġistrata maċ-Ċentru
skond dawk ir-regoli li jistgħu isiru miċ-Ċentru għall-għanijiet ta’
dan is-subartikolu, u ma tistax tibda bl-attivitajiet tagħha qabel ma
din tkun ġiet hekk reġistrata. Ir-reġistrazzjoni tkun suġġetta għal
dawk id-drittijiet ta’ kull sena jew drittijiet oħra hekk kif dawn
jistgħu jiġu stabbiliti miċ-Ċentru.
Kap. 364. (8)  Ma titħallas ebda taxxa taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti għar-rigward ta’ xi dokument li jkollu
x’jaqsam ma’ xi transazzjoni dwar xi sehem parteċipattiv f’Kamra
ta’ l-Arbitraġġ.
Kap. 233. (9) L-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju m’għandu jkun
japplika għal ebda ħaġa li jkollha x’taqsam mal-kostituzzjoni tal-
Kamra ta’ l-Arbitraġġ, jew ma’ xi transazzjoni jew operazzjoni li
tkun u li jkollha x’taqsam ma’ Kamra ta’ l-Arbitraġġ jew ma’ l-
ishma parteċipattivi taghha.
Kap. 123.
Kap. 372.
(10) Għall-għanijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income u ta’
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, ir-rata ta’ taxxa fuq l-
income li għandha tinġabar fuq xi distribuzzjonijiet magħmulin
mill-Kamra ta’ l-Arbitraġġ għandha tkun dik kontemplata fl-
artikolu 56(8) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u membru ta’
dik il-Kamra li ma jkunx residenti f’Malta u jkun qiegħed jirċievi
distribuzzjoni bħal dik ikollu jedd, mutatis mutandis, għall-
benefiċċju kontemplat fl-artikolu 48(4)(a) ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa.
(11)  Iċ-Centru jista’ jagħmel regoli sabiex id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu jkunu jistgħu jitwettqu aħjar u jista’, b’mod
partikolari iżda mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn
aktar qabel imsemmi, b’regoli bhal dawk:
(a) jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ Kamra ta’ 1-
Arbitraġġ skond ma hemm fis-subartikolu (7); u
(b)  jirregola l-imġieba, dmirijiet u obbligi ta’ Kamra ta’ l-
Arbitraġġ.
Il-Gvern hu 
awtorizzat jaċċedi 
għal Trattati. 
Kap. 304.
80.  Għall-għanijiet ta’ l-Att dwar ir-Ratifika ta’ Trattati, il-
Gvern hu b’dan awtorizzat jaċċedi għat-trattati li hemm fit-Tieni u
t-Tielet Skedi li jinsabu ma’ dan l-Att.
Avviż tad-
deċiżjonijiet lid-
Direttur tar-
Reġistru Pubbliku 
u lir-Reġistratur ta’ 
l-Artijiet.
Miżjud:
XXXI. 2002.253.
Kap. 12.
82. Fil-każ ta’ deċiżjoni finali li tiddetermina drittijiet dwar
proprjetà  immobbli, ir-Reġistratur għandu, meta ssir ir-
reġistrazzjoni, jgħaddi kopja awtentikata tad-deċiżjoni lid-Direttur
tar-Reġistru Pubbliku u  lir-Reġistratur ta’ l-Artijiet u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 239 u 270 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom, mutatis mutandis,
japplikaw għal dawk id-deċiżjonijiet.
Deċiżjonijiet ta’ 
interess.
Miżjud:
XXXI. 2002.253.
83. Kemm-il darba l-partijiet fi ftehim ta’ arbitraġġ ma jkunux
hekk ftehmu  xort’oħra bil-miktub, l-artikoli 63 u 64 għandhom
japplikaw għal kull arbitraġġ domestiku li jsir taħt it-Taqsima IV u
għal kull arbitraġġ internazzjonali meta, skond l-artikolu 60, għandha
tapplika dik it-Taqsima IV.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      35
Emendata: L-EWWEL SKEDA
XVIII.1999.30.
KUMMISSJONI TAN-NAZZJONIJIET UNITI DWAR ID-DRITT 
TAL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
MUDELL TA’ LIĠI FUQ L-ARBITRAĠĠ KUMMERĊJALI 
INTERNAZZJONALI* 
(ADOTTAT FIL-21 TA’ ĠUNJU, 1985)
Mudell ta’ Liġi UNCITRAL fuq l-Arbitraġġ Kummerċjali Internazzjonali
(kif adottat mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Kummerċ 
Internazzjonali fil-21 ta’ Ġunju, 1985)
KAPITOLU I
 DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
ARTIKOLU 1
Applikabilità #
(1) Din il-Liġi tapplika għal arbitraġġ kummerċjali+ internazzjonali, kif suġġett
għal kull ftehim li jkun hemm fis-seħħ bejn dan l-Istat u kull Stat ieħor jew Stati
oħrajn.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din il-Liġi, ħlief għall-artikoli 8, 9, 35 u 36,
japplikaw biss jekk il-lok ta’ l-arbitraġġ ikun jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat.
(3) Arbtiraġġ ikun wieħed internazzjonali jekk:
(a) il-partijiet fi ftehim ta’ arbitraġġ ikollhom, filwaqt tat-tmiem ta’ dak il-
ftehim, il-postijiet tan-negozju tagħhom fi Stati differenti; jew
(b) xi wieħed minn dawn il-postijiet li ġejjin ikun jinsab barra mill-Istat
fejn il-partijiet ikollhom il-postijiet tagħhom tan-negozju:
(i) il-lok ta’ l-arbitraġġ jekk dan ikun stabbilit fi, jew skond u bis-
saħħa ta’, l-ftehim ta’ l-arbitraġġ;
* Riprodott mir-Rapport tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tat-Kummerċ
Internazzjonali fuq il-ħidma tat-tmintax-il seduta (Ġunju 3-21, 1985), Official Records ta’ l-
Assemblea Ġenerali tan-N.U., l-Erbgħin Sessjoni, Suppliment Nru. 17 (A/40/17), Annex I,
paġni 81-93).
# It-Titoli ta’ l-Artikoli qegħdin hemm għal għanijiet ta’ riferenza biss u ma għandhomx
jintużaw għal għanijiet ta’ interpretazzjoni.
+ L-espressjoni "kummerċjali" għandha tingħata interpretazzjoni wiesgħa sabiex tkopri
materji li jitnisslu minn kull relazzjoni ta’ xorta kummerċjali, sew jekk kontrattwali sew jekk
le. Relazzjonijiet ta’ xorta kummerċjali jinkludu dawn it-transazzjonijiet li ġejjin, iżda
mhumiex limitati bihom: kull transazzjoni kummerċjali għall-provvista jew skambju ta’
oġġetti jew servizzi; ftehim ta’ distribuzzjoni; rappreżentanza kummerċjali jew aġenzija;
factoring;  kiri; kostruzzjoni ta’ xogħlijiet; konsulenza; inġinerija; liċenzjar; investimenti;
finanzjar; banek; assigurazzjoni; ftehim ta’ esplojtazzjoni jew konċessjoni; joint venture u
għamliet oħra ta’ ko-operazzjoni industrijali jew kummerċjali; trasport ta’ oġġetti jew ta’
passiġġieri bl-ajru; bil-baħar, ferrovija jew triq.
  36      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
(ii) kull post fejn ikollha titwettaq parti sostanzjali mill-
obbligazzjonijiet tar-relazzjoni kummerċjali jew il-post li miegħu
jkollu l-iktar x’jaqsam is-suġġett tat-tilwima; jew
(ċ) il-partijiet ikunu espressament ftehmu li s-suġġett tal-ftehim ta’
arbitraġġ ikollu x’jaqsam ma’ iżjed minn pajjiż wieħed.
(4) Għall-għanijiet tal-paragrafu (3) ta’ dan l-artikolu:
(a) jekk parti jkollha iżjed minn post wieħed tan-negozju, il-post tan-
negozju jkun dak il-post li l-aktar ikollu relazzjoni mal-ftehim ta’ l-
arbitraġġ;
(b) jekk parti ma jkollhiex post tan-negozju, għandha ssir riferenza għall-
post fejn soltu toqgħod.
(5) Din il-Liġi ma għandhiex tolqot kull liġi oħra ta’ dan l-Istat li bis-saħħa
tagħha ċertu tilwimiet ma jkunux jistgħu jinġiebu f’arbitraġġ jew ikunu jistgħu
jinġiebu f’arbitraġġ biss skond disposizzjonijiet oħra li ma jkunux dawk ta’ din il-
Liġi.
ARTIKOLU 2
Tifsir u Regoli ta’ Interpretazzjoni
Għall-għanijiet ta’ din il-Liġi:
(a) "arbitraġġ" tfisser kull arbitraġġ sew jekk amministrat minn istituzzjoni
permanenti ta’ arbitraġġ sew jekk le;
(b) "tribunal ta’ l-arbitraġġ" tfisser arbitru uniku jew grupp ta’ arbitri;
(ċ) "qorti" tfisser korp jew organu tas-sistema ġudizzjarju ta’ Stat;
(d) meta disposizzjoni ta’ din il-Liġi, ħlief għall-artikolu 28, tħalli lill-
partijiet ħielsa li jistabbilixxu xi ħaġa, dik il-libertà  tinkludi l-jedd tal-
partijiet li jawtorizzaw lil xi terza persuna, li tista’ tkun ukoll
istituzzjoni, li tistabbilixxi dik il-ħaġa;
(e) meta disposizzjoni ta’ din il-Liġi tirreferi għall-fatt li l-partijiet ikunu
ftehmu jew li jistgħu jiftiehmu jew b’xi mod ieħor tirreferi għal ftehim
bejn il-partijiet, dak il-ftehim ikun jinkludi kull regola ta’ arbitraġġ
imsemmija f’dak il-ftehim;
(f) meta disposizzjoni ta’ din il-Liġi, li ma tkunx fl-artikoli 25(a) u
32(2)(a), tkun tirreferi għal talba, din tkun tapplika wkoll għal kontro-
talba, u meta tkun tirriferi għal eċċezzjoni, din tkun tapplika wkoll għal
eċċezzjoni għal dik il-kontro-talba.
ARTIKOLU 3
Wasla ta’ komunikazzjonijiet bil-miktub
(1) Kemm-il darba ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-partijiet:
(a) komunikazzjoni bil-miktub għandha titqies li tkun waslet jekk din tasal
lill-indirizzat persunalment jew jekk din tasal fil-post tan-negozju
tiegħu, fir-residenza fejn soltu joqgħod jew fl-indirizz postali tiegħu;
jekk wara li ssir tfittxija raġonevoli ebda wieħed minn dawn ma jkun
jista’ jinsab, komunikazzjoni bil-miktub għandha titqies li tkun waslet
jekk din tintbagħat fil-post tan-negozju l-aħħar magħruf tal-persuna
indirizzata, fir-residenza fejn soltu joqgħod jew fl-indirizz postali
permezz ta’ ittra reġistrata jew b’kull mezz ieħor li jipprovdi riferta
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      37
indikattiva tat-tentattiv li titwassal dik il-komunikazzjoni;
(b) il-komunikazzjoni għandha titqies li tkun waslet fil-jum illi hekk
titwassal.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx għal komuni-
kazzjonijiet fi proċedimenti tal-qorti.
ARTIKOLU 4
Rinunzja ta’ jedd ta’ oġġezzjoni
Parti li tkun taf li xi disposizzjoni ta’ din il-Liġi li l-partijiet jistgħu jidderogaw
minnha jew li xi ħtieġa li hemm fil-ftehim ta’ arbitraġġ ma tkunx tħarset u
madankollu tkompli bl-arbitraġġ mingħajr ma tiddikjara l-oġġezzjoni tagħha għal
dak in-nuqqas ta’ tħaris mingħajr ebda dewmien mhux xieraq jew, jekk ikun hemm
xi żmien għal dan, f’dak il-perijodu ta’ żmien, għandha titqies li tkun irrinunzjat
għall-jedd tagħha li toġġezzjona.
ARTIKOLU 5
Sa fejn tista’ tintervjeni l-qorti
Fi ħwejjeġ regolati b’din il-Liġi, ebda qorti ma għandha tintervjeni ħlief kif
provdut f’din il-Liġi.
ARTIKOLU 6
Il-qorti jew xi awtorità  oħra għal ċerti funzjonijiet ta’ għajnuna
u sorveljar f’arbitraġġ
Il-funzjonijiet imsemmija fl-artikoli 11(3), 11(4), 13(3), 14, 16(3) u 34(2)
għandhom jitwettqu minn ...... ġ Kull Stat li jadotta dan il-mudell ta’ liġi jispeċifika l-
qorti, il-qrati jew, fejn hemm imsemmija, awtorità  oħra li tkun kompetenti li twettaq
dawk il-funzjonijiet.ħ
KAPITOLU II
FTEHIM TA’ ARBITRAĠĠ
ARTIKOLU 7
Tifsir u għamla ta’ ftehim ta’ arbitraġġ
(1) "Ftehim ta’ arbitraġġ" huwa ftehim bejn il-partijiet li jissottomettu għal
arbitraġġ kull tilwima jew xi tilwim li jkunu tnisslu jew li jistgħu jitnisslu
bejniethom għar-rigward ta’ relazzjoni legali definita, sew jekk kontrattwali sew
jekk le. Ftehim ta’ arbitraġġ jista’ jkun fl-għamla ta’ klawsola ta’ arbitraġġ jew fl-
għamla ta’ ftehim separat.
(2) Il-ftehim ta’ arbitraġġ għandu jsir bil-miktub. Ftehim ikun bil-miktub jekk
dan ikun jinsab f’dokument iffirmat mill-partijiet jew fi skambju ta’ ittri, telex,
telegrammi jew mezzi oħra ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdu prova tal-ftehim, jew
fi skambju ta’ dikjarazzjonijiet ta’ talba u ta’ eċċezzjonijiet li fihom jiġi allegat minn
xi parti li jkun hemm xi ftehim u dan ma jiġix miċħud mill-parti l-oħra. Ir-riferenza
f’kuntratt għal dokument li jkun fih klawsola ta’ arbitraġġ jikkostitwixxi ftehim ta’
arbitraġġ kemm-il darba l-kuntratt ikun bil-miktub u r-riferenza tkun tali li tagħmel
lil dik il-klawsola parti mill-kuntratt.
  38      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
ARTIKOLU 8
Ftehim ta’ arbitraġġ u talba sostantiva quddiem qorti
(1) Qorti li tinġieb azzjoni quddiemha fi kwistjoni li tkun is-suġġett ta’ ftehim
ta’ arbitraġġ għandha, jekk xi parti hekk titlob mhux iktar tard minn meta tagħmel l-
ewwel dikjarazzjoni tagħha fuq il-meriti tat-tilwima, tirreferi lill-partijiet għall-
arbitraġġ kemm-il darba ma tiddeċidix li l-ftehim huwa null u bla effett, inoperattiv
jew li ma jistax jitwettaq.
(2) Meta tkun inġiebet azzjoni msemmija fil-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu, il-
proċedimenti ta’ arbitraġġ jistgħu madankollu jinbdew jew jitkomplew, u tkun tista’
tingħata deċiżjoni ta’ arbitraġġ, filwaqt li l-azzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-
qorti.
ARTIKOLU 9
Ftehim ta’ arbitraġġ u miżuri kawtelatorji mill-qorti
Mhuwiex inkompatibbli ma’ ftehim ta’ arbitraġġ li xi parti titlob, qabel jew matul
il-proċedimenti ta’ arbitraġġ, mingħand xi qorti għal xi miżura kawtelatorja u li qorti
tagħti miżura bħal dik.
KAPITOLU III
GĦAMLA TA’ TRIBUNAL TA’ ARBITRAĠĠ 
ARTIKOLU 10
Għadd ta’ arbitri
(1) Il-partijiet huma ħielsa li jistabbilixxu bejniethom l-għadd ta’ arbitri.
(2) Fin-nuqqas li jistabbilixxu kif imsemmi, l-għadd ta’ arbitri jkun ta’ tlieta. 
ARTIKOLU 11
Ħatra ta’ arbitri
(1) Ħadd ma jista’ jiġi prekluż minħabba fin-nazzjonalità  tiegħu milli jagħmilha
ta’ arbitru, kemm-il darba ma jiġix miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet.
(2) Il-partijiet huma ħielsa li jiftiehmu dwar proċedura ta’ ħatra ta’ arbitru jew
arbitri, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi (4) u (5) ta’ dan l-artikolu.
(3) Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak,
(a) f’arbitraġġ fejn ikun hemm tliet arbitri, kull parti għandha taħtar arbitru
wieħed, u ż-żewġ arbitri li hekk jinħatru għandhom jaħtru lit-tielet
arbitru; jekk parti tonqos milli taħtar fi żmien tletin jum minn meta
taslilha talba mill-parti l-oħra biex tagħmel dan, jew jekk iż-żewġ arbitri
jonqsu milli jiftehmu fuq it-tielet arbitru fi żmien tletin jum mill-ħatra
tagħhom, il-ħatra għandha ssir, fuq talba ta’ xi parti, mill-qorti jew
awtorità  oħra speċifikati fl-artikolu 6;
(b) f’arbitraġġ fejn ikun hemm arbitru uniku, jekk il-partijiet ma jkunux
jistgħu jiftiehmu dwar arbitru, dan għandu jinħatar, fuq talba ta’ xi
parti, mill-qorti jew awtorità  oħra speċifikati fl-artikolu 6.
(4) Meta, fi proċedura ta’ ħatra miftehma bejn il-partijiet,
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      39
(a) xi parti tonqos milli taġixxi kif inhu meħtieġ taħt dik il-proċedura, jew 
(b) il-partijiet, jew żewġ arbitri, ma jkunux jistgħu jaslu fi ftehim minnhom
mistenni taħt dik il-proċedura, jew
(ċ) xi terza persuna, inkluża istituzzjoni, tonqos milli twettaq xi funzjoni
lilha fdata taħt dik il-proċedura,
kull parti tista’ titlob lill-qorti jew awtorità  oħra speċifikata fl-artikolu 6 sabiex tieħu
l-miżuri meħtieġa, kemm-il darba l-ftehim fuq il-proċedura ta’ ħatra ma’ tkunx
tipprovdi mezzi oħra sabiex tassigura li ssir il-ħatra.
(5) Ma għandux ikun hemm appell minn deċiżjoni fuq materja fdata bil-
paragrafu (3) jew (4) ta’ dan l-artikolu lill-qorti jew awtorità  oħra speċifikata fl-
artikolu 6. Fil-ħatra ta’ arbitru, il-qorti jew awtorità  oħra għandha tqis sew kull
kwalifika meħtieġa mill-arbitru bil-ftehim tal-partijiet u kull konsiderazzjoni oħra li
x’aktarx tiżgura l-ħatra ta’ arbitru indipendenti u imparzjali u, fil-każ ta’ arbitru
uniku jew tat-tielet arbitru, għandha tikkunsidra wkoll kemm ikun tajjeb li jinħatar
arbitru ta’ nazzjonalità  differenti minn dawk tal-partijiet.
ARTIKOLU 12
Rikuża ta’ arbitri
(1) Meta tiġi avviċinata persuna dwar il-possibilità  li tinħatar bħala arbitru, hija
għandha tiżvela kull ċirkostanza li tista’ tqajjem dubbji ġustifikabbli dwar l-
imparzjalità  jew l-indipendenza tagħha. Minn żmien il-ħatra tiegħu u tul il-
proċedimenti ta’ l-arbitraġġ, arbitru għandu mingħajr dewmien jiżvela xi ċirkostanzi
bħal dawk lill-partijiet kemm-il darba huma ma jkunux qabel tgħarrfu dwarhom
minnu stess.
(2) Arbitru jista’ jiġi rikużat biss jekk ikunu jeżistu ċirkostanzi li jqajmu dubbji
ġustifikabbli dwar l-imparzjalità  jew indipendenza tiegħu, jew jekk ma jkollux il-
kwalifiki miftehma bejn il-partijiet. Xi parti tkun tista’ tirrikuża lil xi arbitru maħtur
minnha, jew li jkun ħa sehem fil-ħatra tiegħu, fil-każ biss li jkun hemm raġunijiet li
jsir jaf bihom wara li tkun saret il-ħatra.
ARTIKOLU 13
Proċedura ta’ rikuża
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ dan l-artikolu, il-
partijiet jistgħu jaqblu dwar proċedura ta’ kif jagħmlu rikuża ta’ arbitru.
(2) Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak, xi parti li jkollha ħsieb li tirrikuża arbitru
għandha, fi żmien ħmistax-il jum minn meta ssir taf bil-ħatra tat-tribunal ta’ l-
arbitraġġ jew minn meta ssir taf b’xi ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 12(2), tibgħat
dikjarazzjoni bil-miktub li jkun fiha r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda tintalab ir-
rikuża tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ. Kemm-il darba l-arbitru li tkun intalbet ir-rikuża
tiegħu ma jirtirax mill-kariga tiegħu jew il-parti l-oħra ma taqbilx mar-rikuża tiegħu,
ikun it-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jaqta’ dwar ir-rikuża mitluba.
(3) Jekk ma tirnexxix rikuża li ssir taħt xi proċedura miftehma bejn il-partijiet
jew taħt il-proċedura tal-paragrafu (2) ta’ dan l-artikolu, il-parti li tkun qed titlob ir-
rikuża tista’ fi żmien tletin jum minn meta tkun irċeviet avviż tad-deċiżjoni li tkun
tiċħad ir-rikuża, titlob lill-qorti jew awtorità  oħra speċifikati fl-artikolu 6 li
jiddeċiedu dwar dik ir-rikuża, u dik id-deċiżjoni ma jkun jista’ jsir ebda appell
minnha; filwaqt li talba bħal dik tkun għadha pendenti, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ,
inkluż l-arbitru li tkun qed tintalab ir-rikuża tiegħu, jkunu jistgħu jkomplu bil-
proċedimenti ta’ arbitraġġ kif ukoll jagħtu deċiżjoni.
  40      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
ARTIKOLU 14
Nuqqas jew impossibiltà  ta’ ħidma
(1) Jekk minħabba f’xi raġuni li toħroġ mil-liġi jew mill-fatti arbitru ma jibqax
kapaċi li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu, jew għal raġunijiet oħra jonqos milli jaġixxi
mingħajr dewmien żejjed, il-kariga tiegħu ta’ arbitru ttemm jekk huwa jirtira mill-
kariga tiegħu jew jekk il-partijiet jaqblu li l-kariga għandha hekk ittemm. Inkella,
jekk xi waħda minn dawn ir-raġunijiet tibqa’ tagħti lok għal kontroversja, kull
waħda mill-partijiet tista’ titlob lill-qorti jew awtorità  oħra speċifikati fl-artikolu 6 li
tiddeċiedi dwar it-tmiem tal-mandat, u dik id-deċiżjoni ma jkun jista’ jsir ebda
appell minnha.
(2) Meta taħt dan l-artikolu jew l-artikolu 13(2), arbitru jirtira mill-kariga
tiegħu jew xi parti tiftiehem dwar it-tmiem tal-kariga tiegħu bħala arbitru, dan ma
jkunx jimplika li tkun qiegħda tiġi aċċettata xi raġuni minn dawk imsemmija f’dan l-
artikolu jew fl-artikolu 12(2).
ARTIKOLU 15
Ħatra ta’ arbitru sostitut
Meta l-kariga ta’ arbitru ttemm taħt l-artikoli 13 jew 14 jew minħabba fl-irtir
tiegħu mill-kariga għal kull raġuni li tkun, jew minħabba fir-revoka tal-kariga tiegħu
bi ftehim tal-partijiet, jew f’kull każ ieħor ta’ temma fil-kariga tiegħu, għandu
jinħatar arbitru sostitut skond ir-regoli li kienu jgħoddu għall-ħatra ta’ l-arbitru li
jkun qed jiġi sostitwit.
KAPITOLU IV
ĠURISDIZZJONI TAT-TRIBUNAL TA’ ARBITRAĠĠ 
ARTIKOLU 16
Kompetenza tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jiddeċiedi
 dwar il-ġurisdizzjoni tiegħu 
(1) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni tiegħu stess,
inkluża kull oġġezzjoni dwar jekk ikunx hemm ftehim ta’ arbitraġġ jew il-validità
tiegħu. Għal dak l-għan, klawsola ta’ arbitraġġ li tkun tagħmel parti minn kuntratt
għandha titqies bħala ftehim indipendenti mill-patti l-oħra tal-kuntratt. Deċiżjoni
mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ li kuntratt ikun null u bla effett ma jimplikax ipso jure l-
invalidità  tal-klawsola ta’ l-arbitraġġ.
(2) Eċċezzjoni li tribunal ta’ l-arbitraġġ ma jkollux ġurisdizzjoni għandha
tinġieb mhux aktar tard minn meta tiġi preżentata d-dikjarazzjoni tad-difiża. Parti
ma tkunx prekluża milli ġġib eċċezzjoni bħal dik minħabba l-fatt li tkun ħatret
arbitru jew ipparteċipat fil-ħatra tiegħu. Eċċezzjoni li tribunal ta’ l-arbitraġġ kien
qiegħed ultra vires l-awtorità  lilu mogħtija għandha tinġieb minnufih hekk kif il-
meritu li jkun qed jiġi allegat bħala li jkun ultra vires l-awtorità  lilu mogħtija l-
ewwel titqajjem matul il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ. It-tribunal ta’ l-arbitraġġ
jista’, f’kull każ, jammetti eċċezzjoni ulterjuri jekk dan jikkunsidra li d-dewmien
ikun ġustifikat.
(3) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu
(2) ta’ dan l-artikolu jew bħala kwistjoni preliminari jew f’deċiżjoni dwar il-meritu.
Jekk it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jiddeċiedi bħala kwistjoni preliminari li jkollu
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      41
ġurisdizzjoni, kull parti tista’ titlob, fi żmien tletin jum minn meta jkun waslilha
avviż ta’ dik id-deċiżioni, lill-qorti speċifikata fl-artikolu 6 li tiddeċiedi dwar il-
kwistjoni, liema deċiżjoni ma jkun jista’ jsir ebda appell minnha; filwaqt li dik it-
talba tkun għadha pendenti, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jkompli l-proċedimenti
ta’ l-arbitraġġ u jagħti deċiżjoni.
ARTIKOLU 17
Setgħa tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ li jordna miżuri temporanji
Kemm-il darba ma jiġix miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, u fuq talba ta’ kull
parti, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jordna lil xi parti li tieħu kull miżura
temporanja ta’ protezzjoni li jqis meħtieġa dwar il-kwistjoni tat-tilwima.
It-tribunal ta’ l-arbitraġġ ikollu jedd jitlob lil xi parti li tagħti garanzija xierqa
dwar dawk il-miżuri.
KAPITOLU V
KIF JITMEXXEW IL-PROĊEDIMENTI TA’ L-ARBITRAĠĠ 
ARTIKOLU 18
Il-partijiet jiġu trattati b’mod indaqs
Il-partijiet għandhom jiġu trattati b’mod indaqs u kull parti għandha tingħata kull
opportunità  li tippreżenta l-każ tagħha.
ARTIKOLU 19
Kif jiġu stabbiliti r-regoli ta’ proċedura
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din il-Liġi, il-partijiet huma ħielsa li
jiftiehmu dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ fit-
tmexxija ta’ proċedimenti.
(2) Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ din il-Liġi, imexxi l-arbitraġġ b’dak il-mod li jqis li jkun
xieraq. Is-setgħa mogħtija lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ tinkludi s-setgħa li jistabbilixxi
l-ammissibilità , ir-relevanza, is-sustanza u l-importanza ta’ kull prova li tinġieb.
ARTIKOLU 20
Lok ta’ l-arbitraġġ
(1) Il-partijiet huma ħielsa li jaqblu dwar il-lok fejn isir l-arbitraġġ. Fin-nuqqas
ta’ ftehim bħal dak, il-lok fejn isir l-arbitraġġ għandu jiġi stabbilit mit-tribunal ta’ l-
arbitraġġ wara li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluża l-konvenjenza tal-partijiet.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu, it-tribunal
ta’ l-arbitraġġ jista’ jiltaqa’, kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, kull
fejn iqis li jkun xieraq kemm għall-konsultazzjonijiet li jsiru fost il-membri tiegħu,
kemm għas-smigħ ta’ xhieda, esperti jew il-partijiet, jew għall-ispezzjon ta’ oġġetti,
proprjetà  jew dokumenti oħra.
  42      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
ARTIKOLU 21
Bidu ta’ proċedimenti ta’ arbitraġġ
Kemm-il darba ma jiġix miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-proċedimenti ta’
l-arbitraġġ għar-rigward ta’ xi tilwima partikolari jinbdew fid-data meta l-intimat
tasallu talba li t-tilwima tittieħed f’arbitraġġ.
ARTIKOLU 22
Ilsien 
(1) Il-partijiet huma ħielsa li jiftiehmu dwar l-ilsien jew l-ilsna li għandhom
jintużaw fil-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ. Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak, it-tribunal
ta’ l-arbitraġġ għandu jistabbilixxi l-ilsien jew l-ilsna li għandhom jintużaw fil-
proċedimenti. Dan il-ftehim jew ordni, kemm-il darba ma jiġix speċifikat mod ieħor
fl-att, għandu jkun japplika għal kull dikjarazzjoni bil-miktub li ssir minn xi parti,
kull smigħ u kull deċiżjoni ta’ arbitraġġ, jew kull deċiżjoni jew komunika oħra li
jingħataw mit-tribunal ta’ arbitraġġ.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jordna li kull prova dokumentarja għandha
tinġieb flimkien ma’ traduzzjoni fl-ilsien jew fl-ilsna miftehma bejn il-partijiet jew
stabbiliti mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ.
ARTIKOLU 23
Dikjarazzjonijiet 
(1) Fil-perijodu ta’ żmien miftiehem bejn il-partijiet jew li jiġi stabbilit mit-
tribunal ta’ l-arbitraġġ, ir-rikorrent għandu jiddikjara xi jkunu dawk il-fatti li
fuqhom tkun imsejsa t-talba, il-meritu tal-każ, u s-soluzzjoni jew ir-rimedju
mistennija, u l-intimat għandu jiddikjara d-difiża tiegħu ukoll fit-termini ta’ dawn il-
partikolaritajiet, kemm-il darba l-partijiet ma jkunux ftehmu mod ieħor dwar l-
elementi meħtieġa ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet. Flimkien mad-dikjarazzjonijiet
tagħhom il-partijiet jistgħu jippreżentaw kull dokument li jqisu li jkun relevanti jew
jistgħu jżidu riferenza għal kull dokument jew prova oħra li jkunu ser jippreżentaw.
(2) Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, kull parti tista’ temenda
jew tissupplementa t-talba jew id-difiża tagħha filwaqt li jkunu għaddejjin il-
proċedimenti ta’ l-arbitraġġ, sakemm it-tribunal ta’ l-arbitraġġ ma jqisx li ma jkunx
xieraq li jippermetti li ssir dik l-emenda meta jitqies id-dewmien fl-għemil tagħha.
ARTIKOLU 24
Smigħ u proċedimenti bil-miktub
(1 ) Bla ħsara għal kull ftehim kuntrarju bejn il-partijiet, it-tribunal ta’ l-
arbitraġġ għandu jiddeċiedi dwar jekk għandhomx isiru seduti ta’ smigħ sabiex
jinġiebu l-provi jew biex issir trattazzjoni orali, jew jekk għandhomx il-proċedimenti
jitmexxew fuq il-bażi ta’ dokumenti u materjal ieħor. Madankollu, kemm-il darba l-
partijiet ma jkunux ftehmu li m’għandhomx isiru seduti, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ
jista’ jagħmel dawk is-seduti fi stadju ulterjuri tal-proċedimenti, jekk dan jenħtieġ
minn xi waħda mill-partijiet.
(2) Għandu jingħata avviż bil-quddiem suffiċjenti lill-partijiet dwar kull smigħ
u seduta tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ għall-għanijiet ta’ spezzjon ta’ oġġetti, u ta’ kull
proprjetà  jew dokument.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      43
(3) Kull dikjarazzjoni, dokument jew tagħrif ieħor mogħtija lit-tribunal ta’ l-
arbitraġġ minn xi parti għandhom jiġu notifikati lill-parti l-oħra. Għandu jiġi
notifikat ukoll lill-partijiet kull rapport peritali jew dokument li jkun fih xi prova li t-
tribunal jista’ jibbaża fuqhom fil-formulazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tiegħu.
ARTIKOLU 25 
Nuqqas ta’ xi parti
Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, jekk, mingħajr ma juru ġusta
kawża,
(a) ir-rikorrent jonqos milli jinnotifika d-dikjarazzjoni tat-talba tiegħu
skond ma hemm fl-artikolu 23(1), it-tribunal ta’ l-arbitraġġ itemm il-
proċedimenti;
(b) l-intimat jonqos milli jinnotifika d-dikjarazzjoni tiegħu skond ma hemm
fl-artikolu 23(1), it-tribunal ta’ l-arbitraġġ ikompli għaddej bil-
proċedimenti mingħajr ma jqis li dak in-nuqqas fih innifsu jfisser xi
ammissjoni għall-allegazzjonijiet tar-rikorrent;
(ċ) xi parti tonqos milli tidher waqt seduta jew li ġġib prova dokumentarja,
it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jibqa’ għaddej bil-proċedimenti u jagħti
d-deċiżjoni tiegħu li tkun bażata fuq il-provi miġjuba.
ARTIKOLU 26
Perit maħtur mit-tribunal ta’ l-arbitraġġ
(1) Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ 
(a) jista’ jaħtar perit jew għadd ta’ periti biex jirrelatawlu dwar materji
speċifiċi li t-tribunal ta’ l-arbtiraġġ ikun irid jiddeċiedi dwarhom;
(b) jista’ jitlob lil xi parti li tagħti lill-perit kull tagħrif relevanti jew li ġġib,
jew li tipprovdi aċċess għal, kull dokument, oġġett jew proprjetà  oħra
relevanti għall-ispezzjon tiegħu.
(2) Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, jekk xi parti hekk titlob
jew jekk it-tribunal ta’ l-arbitraġġ iqis li jkun hekk meħtieġ, il-perit għandu, wara li
jirrelata r-rapport tiegħu mil-miktub jew bil-fomm, jipparteċipa f’xi seduta meta l-
partijiet ikollhom l-opportunità  li jistaqsuh domandi u li jġibu xhieda esperti sabiex
dawn jixhdu fuq dak involut.
ARTIKOLU 27
Għajnuna mill-qorti fil-ġbir ta’ provi
It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jew xi parti bl-approvazzjoni tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ
tista’ titlob lil qorti kompetenti ta’ dan l-Istat li tagħti l-għajnuna tagħha fil-ġbir ta’
provi. Il-qorti tista’ tesegwixxi t-talba fil-kompetenza tagħha u skond ir-regoli li dik
il-qorti soltu issegwi fil-ġbir ta’ provi.
  44      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
KAPITOLU VI
GĦOTI TAD-DEĊIŻJONI TA’ L-ARBITRAĠĠ U TMIEM TAL-
PROĊEDIMENTI
ARTIKOLU 28
Regoli li japplikaw għall-meritu tat-tilwima
(1) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jiddeċiedi t-tilwima skond dawk ir-regoli tal-liġi li
l-partijiet ikunu għażlu bħala applikabbli għall-meritu tat-tilwima. Kull tismija tal-
liġi jew tas-sistema legali ta’ xi Stat partikolari għandha tinftiehem, kemm-il darba
ma jintqalx mod ieħor, bħala li tkun tagħmel riferenza diretta għad-dritt sostantiv ta’
dak l-Istat u mhux għar-regoli fis-seħħ dwar konflitt ta’ dritt.
(2) Fin-nuqqas ta’ tismija mill-partijiet, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ japplika
dik il-liġi li tiġi stabbilita mir-regoli dwar konflitt ta’ dritt li t-tribunal iqis li jkunu
japplikaw.
(3) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu biss jiddeċiedi ex aeguo et bono jew bħala
amiable compositeur jekk ikun ġie hekk awtorizzat b’mod espress mill-partijiet li
jiddeċiedi b’dan il-mod.
(4) F’kull każ, it-tribunal ta’ l-arbitraġġ jiddeċiedi skond il-patti tal-kuntratt u
għandu jqis kull użanza ta’ dak il-kummerċ li tkun tapplika għal dak in-negozju. 
ARTIKOLU 29
Deċiżjonijiet li jsiru minn gruppi ta’ arbitri
Fi proċedimenti ta’ l-arbitraġġ fejn ikun hemm iktar minn arbitru wieħed, kull
deċiżjoni tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandha tkun dik, kemm-il darba l-partijiet ma
jiftehmux mod ieħor, tal-maġġoranza tal-membri kollha tiegħu. Madankollu, kull
kwistjoni ta’ proċedura tista’ tiġi deċiża mill-arbitru li jkun qed jippresjedi, jekk
huwa jiġi hekk awtorizzat li jagħmel mill-partijiet jew mill-membri kollha tat-
tribunal ta’ l-arbitraġġ.
ARTIKOLU 30
Transazzjoni 
(1) Jekk, matul il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ, il-partijiet jittransiġu t-tilwima,
it-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jtemm il-proċedimenti u, jekk il-partijiet hekk
jitolbu u t-tribunal ta’ l-arbitraġġ ma jopponix, jivverbalizza dik it-transazzjoni fl-
għamla ta’ deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ fuq patti miftehma.
(2) Deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ fuq ftehim għandha tingħata skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31 u tiġi dikjarata bħala deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ.
Deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ bħal dik ikollha l-istess valur u seħħ daqs kull deċiżjoni
oħra ta’ l-arbitraġġ fuq il-meritu tal-kawża.
ARTIKOLU 31
Għamla u kontenut tad-deċiżjoni
(1) Id-deċiżjoni għandha ssir bil-miktub u tkun iffirmata mill-arbitru jew arbitri.
Fi proċedimenti ta’ arbitraġġ fejn ikun hemm iktar minn arbitru wieħed, tkun
biżżejjed il-firma tal-maġġoranza tal-membri kollha tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ,
sakemm jiġi dikjarat għaliex xi firma ma tkunx tidher fuq id-deċiżjoni.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      45
(2) Fid-deċiżjoni għandhom jiġu dikjarati r-raġunijiet li fuqhom din tkun
imsejsa, kemm-il darba l-partijiet ma jkunux qablu li ma għandha tingħata ebda
raġuni jew li d-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ tkun waħda fuq ftehim skond l-artikolu 30.
(3) Fid-deċiżjoni għandhom jiġu dikjarati d-data u l-lok ta’ l-arbitraġġ kif
stabbiliti skond l-artikolu 20(1). Id-deċiżjoni għandha titqies li tkun saret f’dak il-
lok. 
(4) Wara li tingħata d-deċiżjoni, għandha tingħata lil kull parti kopja li tkun
iġġib il-firma ta’ l-arbitri skond il-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu. 
ARTIKOLU 32
Tmiem ta’ proċedimenti
(1) Il-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jintemmu bid-deċiżjoni finali ta’ l-arbitraġġ
jew b’ordni tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ skond il-paragrafu (2) ta’ dan l-artikolu.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jagħmel ordni sabiex itemm il-proċedimenti ta’ xi
arbitraġġ kull meta:
(a)ir-rikorrent iċedi t-talba tiegħu, kemm-il darba l-intimat ma
joġġezzjonax għal dan u t-tribunal ta’ l-arbitraġġ jagħraf li l-intimat
ikollu interess leġittimu f’li jikseb deċiżjoni finali għat-tilwima;
(b) il-partijiet jiftiehmu li jtemmu l-proċedimenti;
(ċ) jiġi mgħarraf lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ li għal xi raġuni jew oħra, it-
tkomplija tal-proċedimenti ma tkuux aktar meħtieġa jew tkun saret
impossibbli. 
(3) Il-mandat tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ jintemm ma’ tmiem il-proċedimenti ta’
l-arbitraġġ, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 33 u 34(4).
ARTIKOLU 33
Tiswija u tifsir tad-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ, deċiżjoni addizjonali
(1) Kemm-il darba l-partijiet ma jkunux ftehmu dwar xi perijodu ta’ żmien
ieħor, fi żmien tletin jum minn meta taslilha d-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ:
(a) parti tista’ titlob, filwaqt li tavża b’dan lill-parti l-oħra, lit-tribunal ta’ l-
arbitraġġ li jikkoreġi fid-deċiżjoni kull żball ta’ komputazzjoni,
klerikali jew tipografiku jew ta’ kull xorta bħal dawk;
(b) parti tista’ titlob, jekk il-partijiet ikunu hekk ftehmu bejniethom u
filwaqt li dik il-parti tavża b’dan lill-parti l-oħra, lit-tribunal ta’ l-
arbitraġġ li jagħti interpetazzjoni dwar xi punt partikolari jew xi parti
mid-deċiżjoni.
Jekk it-tribunal ta’ l-arbitraġġ iqis li t-talba tkun waħda ġustifikata, dan għandu
jagħmel il-korrezzjoni jew jagħti l-interpretazzjoni tiegħu fi żmien tletin jum minn
meta tasallu t-talba. Dik l-interpretazzjoni tkun tagħmel parti mid-deċiżjoni.
(2) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jikkoreġi kull żball bħal dawk imsemmija fil-
paragrafu (1)(a) ta’ dan l-artikolu minn jeddu fi żmien tletin jum minn meta jagħti d-
deċiżjoni tiegħu.
(3) Kemm-il darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, parti tista’ titlob, filwaqt
li tavża b’dan lill-parti l-oħra, fi żmien tletin jum minn meta taslilha d-deċiżjoni, lit-
tribunal ta’ l-arbitraġġ li jagħti deċiżjoni ulterjuri dwar dawk it-talbiet li għalkemm
preżentati filwaqt tal-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ ikunu tħallew barra mid-deċiżjoni
  46      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
ta’ l-arbitraġġ. Jekk it-tribunal ta’ l-arbitraġġ iqis it-talba bħala waħda ġustifikata,
dan għandu jagħti d-deċiżjoni ulterjuri tiegħu fi żmien sittin jum.
(4) It-tribunal ta’ l-arbitraġġ jista’ jtawwal, jekk ikun meħtieġ, il-perijodu taż-
żmien li matulu tkun tista’ tagħmel korrezzjoni jew tagħti interpretazzjoni jew
deċiżjoni ulterjuri skond il-paragrafu (1) jew (3) ta’ dan l-artikolu.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31 għandhom ikunu japplikaw għall-
korrezzjoni jew interpretazzjoni tad-deċiżjoni jew tad-deċiżjoni ulterjuri.
KAPITOLU VII
KONTESTAZZJONI TA’ DEĊIŻJONI TA’ L-ARBITRAĠĠ 
ARTIKOLU 34
Rikors għat-twarrib ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ bħala mod esklussiv ta’ 
kontestazzjoni
(1) Kontestazzjoni kontra deċiżjoni ta’ arbitraġġ tista’ tinġieb quddiem qorti
biss permezz ta’ rikors għat-twarrib tagħha skond ma hemm fil-paragrafi (2) u (3) ta’
dan l-artikolu.
(2) Deċiżjoni ta’ arbitraġġ tista’ titwarrab mill-qorti msemmija fl-artikolu 6 biss
jekk:
(a) il-parti li tagħmel ir-rikors iġġib prova li:
(i) xi parti fil-ftehim ta’ arbitraġġ imsemmi fl-artikolu 7 kellu xi
inkapaċità ; jew li dak il-ftehim ma jkunx validu skond il-liġi li l-
partijiet ikunu qegħduh suġġett għaliha jew, fin-nuqqas ta’ xi
indikazzjoni dwar dan, skond il-liġi ta’ dan l-Istat; jew
(ii) il-parti li tagħmel ir-rikors ma tkunx ingħatat avviż sew tal-ħatra
ta’ l-arbitru jew tal-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jew inkella b’xi
mod ieħor ma kinetx tista’ tressaq il-każ tagħha; jew
(iii) id-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ tkun tittratta dwar tilwima mhux
kontemplata mit-termini ta’ l-arbitraġġ jew li ma tkunx taqa’
taħthom, jew li jkun fiha xi deċiżjoni dwar ħwejjeġ ulterjuri għall-
għan ta’ l-arbitraġġ, b’dan illi, jekk id-deċiżjoni fuq ħwejjeġ
miġjuba fl-arbitraġġ jistgħu jinfirdu minn dawk li ma jkunux hekk
miġjuba, tkun biss dik il-parti tad-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ li jkun
fiha d-deċiżjonijiet fuq ħwejjeġ mhux miġjuba f’arbitraġġ li tkun
tista’ titwarrab; jew
(iv) l-għamla tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ jew il-proċedura ta’ l-
arbitraġġ ma kinetx skond il-ftehim bejn il-partijiet, kemm-il
darba dak il-ftehim kien konfliġġenti ma’ xi disposizzjoni ta’ din
il-Liġi li minnha l-partijiet ma jistgħux jidderogaw, jew, fin-
nuqqas ta’ dak il-ftehim, l-għamla ma kinetx skond din il-Liġi;
jew
(b) jirriżulta lill-qorti illi:
(i) is-suġġett tat-tilwima ma jkunx jista’ jitranġa b’arbitraġġ skond
il-liġi ta’ dan l-Istat; jew
(ii) id-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ tkun konfliġġenti ma’ l-ordni pubbliku
ta’ dan l-Istat.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      47
(3) Rikors għat-twarrib ma jistax isir wara li jkunu skadew tliet xhur mid-data
meta l-parti li tagħmel dak ir-rikors tkun irċeviet id-deċiżjoni jew, jekk it-talba tkun
saret taħt 1-Artikolu 33, mid-data meta dik it-talba tkun ġiet determinata mit-tribunal
ta’ l-arbitraġġ.
(4)  Meta l-qorti tiġi mitluba twarrab deċiżjoni, din tista’, meta jkun hekk xieraq
u tiġi hekk mitluba tagħmel minn xi parti, tissospendi l-proċedimenti ta’ twarrib għal
perijodu ta’ żmien li jiġi stabbilit minnha sabiex tagħti lit-tribunal ta’ l-arbitraġġ
opportunità  li jkompli l-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jew li jaġixxi b’dak il-mod li,
fil-fehma tat-tribunal ta’ 1-arbitraġġ, ikun ineħħi kull bażi għat-twarrib.
KAPITOLU VIII
GĦARFIEN U ESEKUZZJONI TA’ DEĊIŻJONIJIET TA’ L-ARBITRAĠĠ
ARTIKOLU 35 
Għarfien u Esekuzzjoni
(1) Deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ, irrispettivament mill-pajjiż fejn tkun ingħatat,
għandha titqies li tkun vinkolanti u, wara li jsir rikors bil-miktub quddiem il-qorti
kompetenti, dan jiġi esegwit bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’
l-artikolu 36.
(2) Dik il-parti li toqgħod fuq id-deċiżjoni jew li tagħmel rikors għall-
esekuzzjoni tagħha għandha tipprovdi d-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ oriġinali kif
debitament awtentikata jew kopja debitament ċertifikata tagħha. Jekk sew id-
deċiżjoni jew il-ftehim ma jsirux f’ilsien uffiċjali ta’ dan l-Istat, il-parti għandha
tipprovdi traduzzjoni debitament ċertifikata tagħhom f’dak l-ilsien.*
ARTIKOLU 36
Kif u meta jinċaħdu l-għarfien jew l-esekuzzjoni
(1) L-għarfien jew l-esekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ, irrispettivament
mill-pajjiż fejn tkun ingħatat, jistgħu jinċaħdu biss:
(a) fuq talba tal-parti li tinġieb kontriha, jekk dik il-parti tipprovdi lill-qorti
mnejn ikunu ser jinkisbu l-għarfien jew esekuzzjoni prova li:
(i) xi parti fi ftehim ta’ l-arbitraġġ imsemmi fl-artikolu 7 kellha xi
inkapaċità ; jew li dak il-ftehim ma jkunx validu taħt dik il-liġi li
l-partijiet ikunu għamluh suġġett għaliha jew, fin-nuqqas ta’
indikazzjoni dwar dan, taħt il-liġi tal-pajjiż fejn tkun saret id-
deċiżjoni; jew
(ii) il-parti li tinġieb id-deċiżjoni kontriha ma tkunx ġiet notifikata
sew bil-ħatra ta’ arbitru jew bil-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jew
inkella ma setgħetx mod ieħor tippreżenta l-każ tagħha; jew
(iii) id-deċiżjoni tkun tittratta dwar tilwima li ma tkunx intiża jew
taqa’ taħt il-patti tal-ftehim għall-arbitraġġ, jew jekk ikun fiha
deċiżjonijiet dwar ħwejjeġ li jmorru ’l hinn mill-għan tal-ftehim
għall-arbitraġġ, b’dan illi jekk id-deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet li
jinġiebu f’arbitraġġ ikunu jistgħu jiġu separati minn dawk li ma
*Il-kondizzjonijiet stiputati f’dan il-paragrafu huma intiżi sabiex jistabbilixxu livelli għoljin. Ma jkun,
għaldaqstant, b’ebda mod kuntrarju għall-uniformità  li l-mudell ta’ liġi jrid jikseb jekk Stat jadopera
kundizzjonijiet li jkunu inqas onerużi.
  48      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
jkunux hekk inġiebu, dik il-parti tad-deċiżjoni li jkun fiha
deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet miġjuba f’arbitraġġ tkun tista’
tingħaraf u tiġi esegwita; jew
(iv) l-għamla tat-tribunal ta’ l-arbitraġġ jew il-proċedura ta’ l-
arbitraġġ ma kenux skond il-ftehim bejn il-partijiet jew, fin-
nuqqas ta’ dak il-ftehim, ma kenux skond il-liġi tal-pajjiż fejn
ikun seħħ l-arbitraġġ; jew
(v) id-deċiżjoni ma tkunx għadha saret vinkolanti fuq il-partijiet jew
tkun twarrbet jew ġiet sospiża minn xi qorti tal-pajjiż fejn tkun
ingħatat dik id-deċiżjoni jew li tkun saret taħt il-liġijiet tiegħu;
jew
(b) jekk jirriżulta lill-qorti li:
(i) il-meritu tat-tilwima ma jkunx jista’ jitranġa b’arbitraġġ skond il-
liġi ta’ dan l-Istat; jew
(ii) l-għarfien jew l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni kienu jmorru kontra l-
ordni pubbliku ta’ dan l-Istat.
(2) Jekk ikun sar rikors għat-twarrib jew għas-sospensjoni ta’ deċiżjoni ta’
arbitraġġ lil xi qorti msemmija fil-paragrafu (1)(a)(v) ta’ dan l-artikolu, dik il-qorti
mnejn ikun ser jinkiseb dak l-għarfien jew esekuzzjoni tista’, jekk hekk tqis li jkun
sew li tagħmel, tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha u tista’ wkoll, wara li jsirilha rikors
minn dik il-parti li tkun trid tikseb l-għarfien jew l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni, tordna
lill-parti l-oħra li tagħti garanzija tajba għal dan.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      49
Emendata: IT-TIENI SKEDA
XVIII.1999.31.
KONVENZJONI TAN-NAZZJONIJIET UNITI DWAR L-GĦARFIEN U L-
ESEKUZZJONI TA’ DEĊIŻJONIJIET TA’ ARBITRAĠĠ BARRANIN (NEW 
YORK 1958)
ARTIKOLU I
1. Din il-Konvenzjoni tgħodd għall-għarfien u l-esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet
ta’ arbitraġġ magħmulin fit-territorju ta’ Stat li ma jkunx l-Istat fejn l-għarfien u l-
esekuzzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet tkun intalbet u li jsegwu minn kwistjonijiet
bejn persuni, sew fiżiċi sew ġuridiċi. Il-Konvenzjoni tgħodd ukoll għal deċiżjonijiet
ta’ arbitraġġ li ma jkunux ikkunsidrati bħala deċiżjonijiet domestiċi fl-Istat fejn l-
għarfien u l-esekuzzjoni tagħhom tkun intalbet.
2. L-espressjoni "deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ" tinkludi mhux biss deċiżjonijiet li
jingħataw minn arbitri maħturin għal kull każ iżda wkoll dawk li jingħataw minn
korpi permanenti ta’ arbitraġġ li l-partijiet ikunu irrikorrew għalihom.
3. Fl-iffirmar, ratifika jew aċċessjoni għal din il-Konvenzjoni, jew fin-notifika
ta’ estensjoni taħt l-Artikolu X ta’ din il-Konvenzjoni, kull Stat jista’ fuq il-bażi ta’
reċiproċità  jiddikjara li jkun ser japplika l-Konvenzjoni għall-għarfien u esekuzzjoni
ta’ deċiżjonijiet magħmulin biss fit-territorju ta’ Stat Kontraenti ieħor. Stat jista’
wkoll jiddikjara li jkun ser japplika l-Konvenzjoni biss għal kwistjonijiet li jitnisslu
minn relazzjonijiet ġuridiċi, sew li jitnisslu minn kuntratt sew jekk le, li jitqiesu
bħala li huma kummerċjali taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat li jkun qed jagħmel dik
id-dikjarazzjoni.
ARTIKOLU II
1. Kull Stat Kontraenti għandu jagħraf ftehim bil-miktub li bih il-partijiet
jaqblu li għandhom jieħdu f’arbitraġġ il-kwistjonijiet kollha jew x’uħud minnhom li
setgħu qamu jew iqumu bejniethom għar-rigward ta’ relazzjoni ġuridika definita,
sew b’kuntratt sew jekk le, dwar xi ħaġa li tista’ titranġa permezz ta’ arbitraġġ.
2. L-espressjoni "ftehim bil-miktub" tinkludi klawsola ta’ arbitraġġ f’kuntratt
jew fi ftehim ta’ arbitraġġ, li jiġi ffirmat mill-partijiet jew li jinġieb fi skambju ta’
ittri jew telegrammi.
3. Meta l-qorti ta’ Stat Kontraenti tkun qiegħda tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni
dwar kwistjoni li dwarha l-partijiet ikunu għamlu ftehim kif imfisser f’dan l-artikolu,
din għandha, fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet, tirreferi lill-partijiet għall-
arbitraġġ, kemm-il darba ma jirriżultalhiex li dak il-ftehim ikun null u bla effett,
inoperattiv jew li ma jkunx jista’ jitwettaq.
ARTIKOLU III
Kull Stat Kontraenti għandu jagħraf id-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ bħala vinkolanti
u jesegwihom skond ir-regoli ta’ proċedura tat-territorju fejn id-deċiżjoni jkollha
sseħħ, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawn l-artikoli li ġejjin. Ma għandhomx
jiġu mposti kundizzjonijiet iktar ta’ piż jew jintalab ħlas jew drittijiet ogħla għall-
għarfien jew esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ li l-Konvenzjoni tgħodd
għalihom milli soltu jiġu mposti fuq l-għarfien u l-esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’
arbitraġġ domestiċi.
ARTIKOLU IV
  50      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
1. Sabiex tkun tista’ tikseb l-għarfien u l-esekuzzjoni msemmija fl-artikolu ta’
qabel dan, il-parti li tapplika għal għarfien u esekuzzjoni għandha, fiż-żmien li
tapplika, tagħti:
(a) Id-deċiżjoni oriġinali debitament awtentikata jew kopja debitament
ċertifikata tagħha;
(b) Il-ftehim oriġinali msemmi fl-artikolu II jew kopja debitament
ċertifikata tiegħu.
2. Jekk id-deċiżjoni jew il-ftehim imsemmija ma jkunux fl-ilsien uffiċjali tal-
pajjiż li fih id-deċiżjoni jkun ser ikollha seħħ, il-parti li tapplika għall-għarfien u l-
esekuzzjoni tad-deċiżjoni għandha tipproduċi traduzzjoni ta’ dawk id-dokumenti
f’dak l-ilsien. Dik it-traduzzjoni għandha tiġi ċertifikata minn traduttur uffiċjali jew
li jkun ingħatalu ġurament jew minn aġent diplomatiku jew konsulari.
ARTIKOLU V
1. L-għarfien u l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni jistgħu jinċaħdu, fuq talba tal-parti
li kontriha tintalab, jekk biss dik il-parti ġġib prova lill-awtorità  kompetenti li
quddiemha jkun qed jintalab l-għarfien u l-esekuzzjoni illi:
(a) Il-partijiet fil-ftehim imsemmi fl-artikolu II kellhom, skond il-liġi li
tkun tapplika għalihom, xi inabilità , jew l-imsemmi ftehim ma jkunx
validu skond il-liġi li l-partijiet ikunu għamluh suġġett għaliha jew, fin-
nuqqas ta’ kull indikazzjoni dwar dan, taħt il-liġi tal-pajjiż fejn tkun
saret id-deċiżjoni; jew
(b) Il-parti li d-deċiżjoni tkun inġiebet kontriha ma ngħatatx avviż xieraq
tal-ħatra ta’ l-arbitru jew tal-proċedimenti ta’ l-arbitraġġ jew inkella ma
kienx jista’ xort’oħra jippreżenta l-każ tiegħu; jew
(ċ) Id-deċiżjoni tkun tolqot kwistjoni li ma tkunx maħsuba jew tidħol fil-
ftehim ta’ arbitraġġ, jew ikun fiha deċiżjonijiet dwar ħwejjeġ li jmorru
’l hinn mill-għan tal-ftehim ta’ arbitraġġ, iżda, jekk id-deċiżjoni dwar
ħwejjeġ li jittieħdu f’arbitraġġ tista’ tinfired minn dawk li ma jkunux
ittieħdu fl-arbitraġġ, dik il-parti mid-deċiżjoni li jkun fiha deċiżjonijiet
fuq ħwejjeġ li jkunu ttieħdu fl-arbitraġġ tista’ tingħata għarfien u tiġi
esegwita; jew
(d) L-għamla ta’ l-awtorità  ta’ l-arbitraġġ jew il-proċedura ta’ l-arbitraġġ
ma kinetx skond il-ftehim tal-partijiet, jew, fin-nuqqas ta’ ftehim bħal
dak, ma kinetx skond il-liġi tal-pajjiż fejn ikun instama’ l-arbitraġġ; jew
(e) Id-deċiżjoni tkun għadha ma saritx vinkolanti fuq il-partijiet, jew tkun
twarrbet jew ġiet sospiża minn awtorità  kompetenti tal-pajjiż fejn, jew li
taħt il-liġi tiegħu, tkun ingħatat dik id-deċiżjoni.
2. Jista’ wkoll jinċaħad l-għarfien u l-esekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ
jekk ikun jirriżulta lill-awtorità  kompetenti fil-pajjiż fejn issir riferenza għall-
għarfien u esekuzzjoni li:
(a) Is-suġġett tal-kwistjoni ma jistax jitranġa b’arbitraġġ taħt il-liġi ta’ dak
il-Pajjiż; jew
(b) L-għarfien jew esekuzzjoni tad-deċiżjoni jmur kontra l-ordni pubbliku
ta’ dak il-pajjiż.
ARTIKOLU VI
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      51
Jekk talba għat-twarrib jew tħassir tad-deċiżjoni tkun saret lil awtorità  kompetenti
msemmija fl-artikolu V (1)(e), l-awtorità  li quddiemha tkun ġiet riferita deċiżjoni
sabiex din ikollha seħħ tista’, jekk tqis li tkun hekk xieraq, tiddiferixxi d-deċiżjoni
fuq l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ u tista’ wkoll, fuq talba ta’ dik il-parti
li tkun qiegħda titlob l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni, tordna lill-parti l-oħra li tagħti
garanzija xierqa.
ARTIKOLU VII
1. Id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni ma għandhomx jolqtu l-validità
ta’ kull ftehim multilaterli jew bilaterali li jirrigwarda l-għarfien u l-esekuzzjoni ta’
deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ li jkun sar bejn l-Istati Kontraenti lanqas iċaħħdu lil xi
parti li jkollha xi interess minn kull dritt li jista’ jkollha sabiex tagħmel użu minn
deċiżjoni ta’ arbitraġġ bil-mod u sal-limitu permess bil-liġi jew bit-trattati tal-pajjiż
fejn issir riferenza għal dik id-deċiżjoni biex ikollha seħħ.
2. Il-Protokoll ta’ Ġinevra dwar Deċiżjonijiet ta’ l-Arbitraġġ Barranin ta’ l-
1923 u l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Esekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ l-
Arbitraġġ Barranin ta’ l-1927 għandhom itemmu fis-seħħ tagħhom bejn Stati
Kontraenti meta dawn jintrabtu u sa fejn ikunu marbuta b’din il-Konvenzjoni.
ARTIKOLU VIII
1. Din il-Konvenzjoni għandha tibqa’ miftuħa sal-31 ta’ Diċembru 1958 għall-
firma f’isem xi Membru tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll f’isem kull Stat ieħor li hu
jew minn issa ’l quddiem isir membru ta’ xi aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet
Uniti, jew li hu jew minn issa ’l quddiem isir parti għall-Istatut tal-Qorti
Internazzjonali tal-Ġustizzja, jew kull Stat ieħor li tinħariġlu stedina mill-Assemblea
Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
2.  Din il-Konvenzjoni għandha tiġi ratifikata u l-istrument tar-ratifika għandu
jiġi depożitat għand is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
ARTIKOLU IX
1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-aċċettazzjoni mill-Istati
kollha msemmija fl-artikolu VIII.
2. L-aċċettazzjoni għandha sseħħ billi strument ta’ aċċettazzjoni jiġi depożitat
għand is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijict Uniti.
ARTIKOLU X
1. Stat jista’ jiddikjara, fil-waqt tal-firma, ratifika jew aċċettazzjoni, li din il-
Konvenzjoni għandha testendi għal kull territorju li dak l-Istat ikun responsabbli
għar-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha effett
meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għal dak l-Istat partikolari.
2. F’kull żmien li jiġi wara estensjoni bħal dik għandha ssir permezz ta’
notifika li tiġi indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u għandha
tibda sseħħ mid-disgħin jum li jiġi wara l-jum meta s-Segretarju-Ġenerali tan-
Nazzjonijiet Uniti jkun irċieva dik in-notifika, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-
Konvenzjoni għal dak l-Istat partikolari, skond liema jiġi l-iktar tard.
3. Għar-rigward ta’ dawk it-territorji li din il-Konvenzjoni mhijiex estiża
għalihom fil-waqt tal-firma, ratifika jew aċċessjoni, kull Stat partikolari għandu jqis
il-possibiltà  li jieħu l-passi meħtieġa sabiex jestendi l-applikazzjoni ta’ din il-
Konvenzjoni għal dawk it-territorji, suġġett, meta dan ikun meħtieġ għal raġunijiet
  52      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
kostituzzjonali, għall-kunsens tal-Gvernijiet ta’ dawk it-territorji.
ARTIKOLU XI
Fil-każ ta’ Stat federali jew mhux unitarju, għandhom japplikaw dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) Għar-rigward ta’ dawk l-artikoli ta’ din il-Konvenzjoni li huma relattivi
għall-ġurisdizzjoni leġislattiva ta’ l-awtorità  federali, l-obbligi tal-
Gvern federali għandhom f’dan il-limitu jkunu l-istess bħal dawk ta’
Stati Kontraenti li mhumiex Stati federali;
(b) Għar-rigward ta’ dawk l-artikoli ta’ din il-Konvenzjoni li huma relattivi
għall-ġurisdizzjoni leġislattiva ta’ Stati jew provinċji kostitwenti li
mhumiex, taħt is-sistema kostituzzjonali tal-federazzjoni, obbligati li
jieħdu azzjoni leġislattiva, il-Gvern federali għandu jara li dawk l-
artikoli jinġiebu b’rakkomandazzjoni favorevoli quddiem l-awtoritajiet
proprji ta’ stati jew provinċji kostitwenti kemm jista’ jkun malajr;
(ċ) Stat federali li huwa Parti f’din il-Konvenzjoni għandu, fuq talba ta’ xi
Stat Kontraenti ieħor trasmessa permezz tas-Segretarju-Ġenerali tan-
Nazzjonijiet Uniti, jagħti dikjarazzjoni tal-ġurisprudenza u l-prattika
tal-federazzjoni u kull unità  kostitwenti tagħha dwar kull disposizzjoni
partikolari ta’ din il-Konvenzjoni billi juri sa liema limitu jkun ingħata
seħħ għal dik id-disposizzjoni permezz ta’ azzjoni leġislattiva jew
xort’oħra.
ARTIKOLU XII
1. Din il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ fid-disgħin jum li jiġi wara d-data
meta jkun ġie depożitat it-tielet strument ta’ ratifika jew aċċessjoni.
2. Għal kull stat li jirratifika jew jaċċedi għal din il-Konvenzjoni wara d-
depożitu tat-tielet strument ta’ ratifika jew aċċessjoni, din il-Konvenzjoni għandha
tibda sseħħ fid-disgħin jum wara li dak l-Istat ikun iddepożita l-istrument ta’ ratifika
jew aċċessjoni tiegħu.
ARTIKOLU XIII
1. Kull Stat Kontraenti jista’ jiddenunċja din il-Konvenzjoni bil-mezz ta’
notifikazzjoni bil-miktub li tingħata lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Id-denunċja għandha sseħħ sena wara d-data minn meta tkun riċevuta n-
notifikazzjoni mis-Segretarju-Ġenerali.
2. Kull Stat li jkun għamel dikjarazzjoni jew notifikazzjoni taħt l-artikolu X
jista’, f’kull żmien li jiġi wara, bil-mezz ta’ notifikazzjoni lis-Segretarju-Ġenerali
tan-Nazzjonijiet Uniti, jiddikjara li din il-Konvenzjoni għandha ttemm milli tibqa’
testendi għal territorju partikolari sena wara d-data meta tkun ġiet riċevuta n-
notifikazzjoni mis-Segretarju-Ġenerali.
3. Din il-Konvenzjoni għandha tibqa’ tgħodd għal deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li
dwarhom ikunu inbdew proċedimenti ta’ għarfien jew ta’ esekuzzjoni qabel ma tibda
sseħħ id-denunċja.
ARTlKOLU XIV
Stat Kontraenti ma jkollux jedd li jagħmel użu minn din il-Konvenzjoni kontra
Stati Kontraenti oħra ħlief sal-limitu li dak l-Istat ikun hu nnifsu ntrabat li japplika l-
Konvenzjoni.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      53
ARTIKOLU XV
Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jinnotifika lill-Istati li
jaqgħu taħt l-artikolu VIII b’dan li ġej:
(a) Firem u ratifiki skond l-artikolu VIII; 
(b) Aċċessjonijiet skond l-artikolu IX;
(ċ) Dikjarazzjonijiet u notifiki taħt l-artikoli I, X u XI;
(d) Id-data meta din il-konvenzjoni tibda sseħħ skond l-artikolu XII; 
(e) Denunċji u notifiki skond l-artikolu XIII.
ARTIKOLU XVI
1. Din il-Konvenzjoni, li tagħha t-testi biċ-Ċiniż, Franċiż, Ingliż, Russu u
Spanjol huma awtentiċi ndaqs, għandha tiġi depożitata fl-arkivji tan-Nazzjonijiet
Uniti.
2. Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jibgħat kopja
ċertifikata ta’ din il-Konvenzjoni lill-Istati li jaqgħu taħt l-artikolu VIII.
Dikjarazzjoni magħmula minn Malta meta saret membru tal-Konvenzjoni tan-
Nazzjonijiet Uniti dwar l-għarfien u l-eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ 
Arbitraġġ Barranin (New York 1958)
1.  Skond id-disposizzjonijiet re1evanti tal-Konvenzjoni, Malta sejra tapplika l-
Konvenzjoni biss għall-għarfien u 1-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet li jkunu ngħataw
fit-territorju ta’ Stat Kontraenti ieħor.
2.  Il-Konvenzjoni tapplika biss fir-rigward ta’ Malta għar-rigward ta’ kull
ftehim ta’ arbitraġġ konkluż wara d-data ta’ aċċessjoni ta’ Malta għall-Konvenzjoni
u ta’ deċiżjonijiet li jitnisslu minnhom li jingħataw wara d-data ta’ aċċessjoni ta’
Malta għall-Konvenzjoni.
  54      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
IT-TIELET SKEDA*  Emendata:
XVIII.1999.32.
KONVENZJONI DWAR L-ARRANĠAMENT TA’ TILWIM DWAR L-
INVESTIMENTI BEJN STATI U ĊITTADINI TA’ STATI OĦRAJN
(WASHINGTON 1965) 
PREAMBOLU 
L-Istati Kontraenti filwaqt li
Jikkunsidraw il-ħtieġa għal ko-operazzjoni internazzjonali għal żvilupp
ekonomiku, u r-rwol ta’ investiment internazzjonali privat fi ħdanhom;
Jirrealizzaw il-possibiltà  li minn żmien għall-ieħor jistgħu jinqalgħu tilwimiet li
jkollhom x’jaqsmu ma’ dak l-investiment bejn Stati Kontraenti u ċittadini ta’ Stati
Kontraenti oħra;
Jagħrfu li għalkemm dawk it-tilwimiet jistgħu soltu jaqgħu taħt proċedimenti
legali nazzjonali, jista’ jkun xieraq li f’ċerti każi jkun hemm metodi ta’ arranġament
internazzjonali;
Jagħtu importanza partikolari għall-utilità  ta’ faċilitajiet għal konċiljazzjoni jew
arbitraġġ internazzjonali fejn Stati Kontraenti jkunu jistgħu jieħdu t-tilwimiet
tagħhom jekk ikunu hekk jixtiequ;
Jixtiequ jistabbilixxu dawk il-faċilitajiet taħt l-awspiċi tal-Bank Internazzjonali
għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp;
Jagħrfu li l-kunsens reċiproku tal-partijiet li jieħdu dawk it-tilwimiet għall-
konċiljazzjoni jew għall-arbitraġġ bil-mezz ta’ dawk il-faċilitajiet jikkostitwixxi
ftehim vinkolanti li jeħtieġ b’mod partikolari li tingħata konsiderazzjoni sew għal
kull rakkomandazzjoni tal-konċiljaturi, u li kull deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ għandha
titħares; u
Jiddikjaraw li ebda Stat Kontraenti m’għandu minħabba fil-fatt sempliċi tar-
ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni li jkun ta dwar din il-Konvenzjoni u
mingħajr il-kunsens tiegħu ma għandu jitqies li jkollu xi obbligu li jieħu xi tilwima
partikolari għall-konċiljazzjoni jew arbitraġġ;
Ftehmu dan li ġej:
KAPITOLU I
ĊENTRU INTERNAZZJONALI GĦALL-ARRANĠAMENT
TA’ TILWIMIET FUQ L-INVESTIMENT 
TAQSIMA 1
Twaqqif u Organizzazzjoni 
ARTIKOLU I
(1) Qiegħed b’dan jitwaqqaf iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Arranġament ta’
*Għada ma ġietx fis-seħħ.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      55
Tilwimiet fuq l-Investiment (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ iċ-Ċentru).
(2) L-għan taċ-Ċentru jkun li jipprovdi faċilitajiet għall-konċiljazzjoni u għall-
arbitraġġ ta’ tilwimiet fuq l-investiment bejn Stati Kontraenti u ċittadini ta’ Stati
Kontraenti oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 2
Is-sede taċ-Ċentru tkun fl-uffiċċju prinċipali tal-Bank Internazzjonali għar-
Rikostruzzjoni u Żvilupp (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-Bank). Is-sede
tista’ tittieħed post ieħor b’deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv adottata
b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.
ARTIKOLU 3
Iċ-Ċentru jkollu Kunsill Amministrattiv u Segretarjat u jara li jkun hemm Grupp
ta’ Konċiljaturi u Grupp ta’ Arbitri.
TAQSIMA 2 
Il-Kunsill Amministrattiv 
ARTIKOLU 4
(1) Il-Kunsill Amministrattiv hu kostitwit minn rappreżentant wieħed ta’ kull
Stat Kontraenti. Persuna li tagħmilha minfloku tista’ tintbagħat bħala rappreżentant
fin-nuqqas tar-rappreżentant prinċipali minn xi laqgħa jew l-inkapaċità  tiegħu li
jaġixxi.
(2) Fin-nuqqas ta’ xi ħatra differenti, kull gvernatur jew gvernatur li jagħmilha
minfloku tal-Bank maħtur minn Stat Kontraenti jkun ir-rappreżentant tal-Bank ex
officio u r-rappreżentant li jagħmilha minfloku rispettivament.
ARTIKOLU 5
Il-President tal-Bank ikun Chairman ex officio tal-Kunsill Amministrattiv
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ Chairman) iżda ma jkollux vot. Matul in-
nuqqas tiegħu jew l-inkapaċità  tiegħu li jaġixxi filwaqt ta’ xi btala fil-kariga ta’
President tal-Bank, il-persuna li għal dak iż-żmien tkun qiegħda tagħmilha ta’
Chairman għandha tagħmilha ta’ Chairman tal-Kunsill Amministrattiv.
ARTIKOLU 6
(1) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-funzjonijiet vestita fiha
b’disposizzjonijiet oħra ta’ din il-Konvenzjoni, il-Kunsill Amministrattiv għandu
(a) jadotta r-regolamenti amministrattivi u finanzjarji taċ-Ċentru;
(b) jadotta regoli ta’ proċedura għat-twaqqif ta’ proċedimenti ta’
konċiljazzjoni u arbitraġġ;
(ċ) jadotta regoli ta’ proċedura għal proċedimenti ta’ konċiljazzjoni u
arbitraġġ (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa r-Regoli ta’
Konċiljazzjoni u r-Regoli ta’ Arbitraġġ);
(d) japprova arranġamenti li jsiru mal-Bank għall-użu tal-faċilitajiet
amministrattivi u tas-servizzi tal-Bank;
(e) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ servizz tas-Segretarju-Ġenerali u ta’
kull Viċi Segretarju-Ġenerali;
  56      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
(f) jadotta l-estimi ta’ kull sena ta’ dħul u nfiq taċ-Ċentru;
(g) japprova r-rapport ta’ kull sena fuq it-tħaddim taċ-Ċentru.
Id-deċiżjonijiet imsemmija fis-sub-paragrafi (a), (b), (ċ) u (f) hawn qabel
għandhom jiġu adottati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill
Amministrattiv.
(2) Il-Kunsill Amministrattiv jista’ jaħtar dawk il-kumitati li jqis li jkunu
meħtieġa.
(3) Il-Kunsill Amministrattiv għandu wkoll iwettaq dawk is-setgħat u
funzjonijiet oħra li jistabbilixxi li jkunu meħtieġa għat-twettiq tad-disposizzjonijiet
ta’ din il-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 7
(1) Il-Kunsill Amministrattiv għandu jagħmel laqgħa ta’ kull sena kif ukoll kull
laqgħa oħra li tista’ tiġi stabbilita mill-Kunsill, jew tissejjaħ miċ-Chairman, jew
tissejjaħ mis-Segretarju-Ġenerali fuq talba ta’ mhux anqas minn ħames membri tal-
Kunsill.
(2) Kull membru tal-Kunsill Amministrattiv ikollu vot wieħed u, ħlief kif hawn
iktar ’il quddiem ipprovdut, kull ħaġa li tiġi quddiem il-Kunsill għandha tiġi deċiża
b’maġġoranza tal-voti mitfugħin.
(3) Il-quorum għal kull laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv għandu jkun
maġġoranza tal-membri tiegħu.
(4) Il-Kunsill Amministrattiv jista’ jistabbilixxi, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi
tal-membri tiegħu, proċedura li biha ċ-Chairman jista’ jikseb vot tal-Kunsill
mingħajr ma jsejjaħ laqgħa tal-Kunsill. Il-vot għandu jitqies biss li jkun validu jekk
il-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill jitfgħu l-voti tagħhom fit-terminu stabbilit
b’dik il-proċedura.
ARTIKOLU 8
Il-Membri tal-Kunsill Amministrattiv u ċ-Chairman għandhom jaqdu
dmirijiethom fiċ-Ċentru mingħajr ma jirċievu ebda ħlas.
TAQSIMA 3 
Is-Segretarjat 
ARTIKOLU 9
Is-Segretarjat hu magħmul minn Segretarju-Ġenerali, Viċi-Segretarju Ġenerali
wieħed jew iktar u l-personnel tagħhom.
ARTIKOLU 10
(1) Is-Segretarju-Ġenerali u kull Viċi Segretarju-Ġenerali għandhom jiġu eletti
mill-Kunsill Amministrattiv b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu mal-
ħatra taċ-Chairman għal żmien ta’ servizz li ma jkunx ta’ iktar minn sitt snin u jkunu
jistgħu jerġgħu jiġu eletti. Wara li jikkonsulta lill-membri tal-Kunsill
Amministrattiv, iċ-Chairman jipproponi kandidat wieħed jew iktar minn wieħed
għal kull kariga bħal dik.
(2) Il-kariga ta’ Segretarju-Ġenerali u Viċi Segretarju-Ġenerali ma tkunx
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      57
kompatibbli mat-twettiq ta’ xi funzjoni politika. La s-Segretarju-Ġenerali u lanqas xi
Viċi Segretarju-Ġenerali ma jista’ jkollu xi mpieg ieħor jew jokkupa ruħu f’xi
xogħol ieħor ħlief bl-approvazzjoni tal-Kunsill Amministrattiv.
(3) Matul in-nuqqas tas-Segretarju-Ġenerali jew l-inkapaċità  tiegħu li jaġixxi, u
fil-waqt ta’ xi vakanza fl-uffiċċju ta’ Segretarju-Ġenerali, il-Viċi Segretarju-
Generali għandu jagħmilha ta’ Segretarju-Ġenerali. Jekk ikun hemm iktar minn Viċi
Segretarju-Ġenerali wieħed, il-Kunsill Amministrattiv għandu jistabbilixxi bil-
quddiem l-ordni li bih għandhom jagħmluha ta’ Segretarju-Ġenerali.
ARTIKOLU 11
Is-Segretarju-Ġenerali jkun ir-rappreżentant legali u l-uffiċjal ewlieni taċ-Ċentru
u jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tiegħu, inklużi l-ħatra ta’ personnel,
skond id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u tar-regoli adottati mill-Kunsill
Amministrattiv. Huwa għandu jaqdi l-funzjoni ta’ reġistratur u jkollu s-setgħa li
jawtentika deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ li jkunu ngħataw bis-saħħa ta’ din il-
Konvenzjoni, u li jiċċertifika kull kopja tagħhom.
TAQSIMA 4 
Il-Gruppi 
ARTIKOLU 12
Kull Grupp ta’ Konċiljaturi u l-Grupp ta’ Arbitri għandu jintgħamel minn persuni
kwalifikati, li jinħatru kif hawn iktar ’il quddiem stabbilit, u li jkunu jridu jaqdu
dmirijiethom f’dawk il-gruppi.
ARTIKOLU 13
(1) Kull Stat Kontraenti jista’ jaħtar għal kull Grupp erba’ persuni li jistgħu,
iżda mhux ta’ bilfors, ikunu ċittadini tiegħu.
(2) Iċ-Chairman jista’ jaħtar għaxar persuni f’kull Grupp. Kull wieħed minn
dawk il-persuni hekk maħtura fi Grupp għandu jkollu nazzjonalità  differenti minn ta’
l-ieħor.
ARTIKOLU 14
(1) Dawk il-persuni li jinħatru biex joqogħdu fil-Gruppi għandhom ikunu
persuni ta’ karattru morali għoli u ta’ kompetenza rikonoxxuta fl-oqsma tal-liġi,
kummerċ, industrija jew finanzi, li jistgħu jiġu fdati bħala li għandhom ġudizzju
ħieles. Il-kompetenza fil-qasam tal-liġi tkun ta’ importanza partikolari fil-każ ta’
persuni li joqogħdu fil-Grupp ta’ Arbitri.
(2) Meta ċ-Chairman jiġi biex jagħmel il-ħatra ta’ persuni sabiex joqogħdu fil-
Gruppi, huwa għandu iktar u iktar jagħti każ sew ta’ l-importanza li jiżgura li fil-
Gruppi jkun hemm rappreżentanza tas-sistemi legali prinċipali tad-dinja u ta’ l-
għamliet ewlenin ta’ attività  ekonomika.
ARTIKOLU 15
(1) Il-membri għandhom joqogħdu fil-Gruppi għal perijodi li jiġġeddu ta’ sitt
snin.
(2) F’każ ta’ mewt jew riżenja ta’ xi membru ta’ Grupp, dik l-awtorità  li tkun
ħatret lil dak il-membru jkollha jedd taħtar persuna oħra minfloku sabiex hija taqdi
  58      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
dmirijietha għall-kumplament tal-perijodu li kellu jagħmel dak il-membru.
(3) Il-membri tal-Gruppi għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm
jinħatru dawk li jiġu warajhom.
ARTIKOLU 16 
(1) Persuna tista’ toqgħod fiż-żewġ Gruppi.
(2) Meta persuna tkun inħatret biex toqgħod fl-istess Grupp minn iktar minn
Stat Kontraenti wieħed, jew minn Stat Kontraenti wieħed jew iktar u miċ-Chairman,
huwa għandu jitqies li jkun hekk inħatar mill-awtorità  li tkun l-ewwel ħatritu jew,
jekk dik l-awtorità  tkun l-Istat li huwa jkun ċittadin tiegħu, minn dak l-Istat.
(3) Kull ħatra għandha tiġi avżata lis-Segretarju-Ġenerali u għandhom jibdew
iseħħu mid-data minn meta jasal dan l-avviż.
TAQSIMA 5
 Finanzjar taċ-Ċentru 
ARTIKOLU 17
Jekk in-nefqa taċ-Ċentru ma tiġix koperta bil-ħlasijiet miġbura għall-użu tal-
faċilitajiet tiegħu, jew minn kull dħul ieħor, id-differenza għandhom jagħmlu tajjeb
għaliha dawk l-Istati Kontraenti li jkunu membri tal-Bank skond is-sehem tas-
sottoskrizzjoni relattiva tagħhom fl-istokk kapitali tal-Bank, u minn Stati Kontraenti
li ma jkunux membri tal-Bank skond regoli adottati mill-Kunsill Amministrattiv.
TAQSIMA 6
Status, Immunitajiet u Privileġġi 
ARTIKOLU 18
Iċ-Ċentru għandu jkollu personalità  ġuridika internazzjonali sħiħa. Dak li ċ-
Ċentru jkun jista’ jagħmel ġuridikalment għandu jinkludi l-kapaċità  li
(a) jagħmel kull kuntratt;
(b) jakkwista u jneħħi proprjetà  mobbli u immobbli; 
(ċ) jibda proċedimenti legali.
ARTIKOLU 19
Sabiex iċ-Ċentru jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu, dan għandu jgawdi fit-
territorji ta’ kull Stat Kontraenti l-immunitajiet u privileġġi msemmija f’din it-
Taqsima. 
ARTIKOLU 20
Iċ-Ċentru u kull proprjetà  u attiv tiegħu għandhom igawdu immunità  minn kull
proċess legali, ħlief meta ċ-Ċentru jirrinunzja għal din l-immunità .
ARTIKOLU 21
Iċ-Chairman, il-membri tal-Kunsill Amministrattiv, persuni li jkunu qegħdin
jagħmluha ta’ konċiljaturi jew arbitri jew membri ta’ Kumitat maħtura bis-saħħa tal-
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      59
paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 52, u l-uffiċjali u l-impjegati tas-Segretarjat
(a) għandhom igawdu immunità  minn kull proċess legali dwar kull att
imwettaq minnhom fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, ħlief meta ċ-
Ċentru jirrinunzja għal din l-immunità ;
(b) meta dawn ma jkunux ċittadini lokali, għandhom igawdu l-istess
immunitajiet minn restrizzjonijiet dwar l-immigrazzjoni, ħtiġiet ta’
reġistrazzjoni ta’ nies barranin, u obbligi ta’ servizz nazzjonali, l-istess
faċilitajiet għar-rigward ta’ restrizzjonijiet fil-kambju u l-istess
trattament għar-rigward ta’ faċilitajiet fl-ivvjaġġar bħalma jingħataw
mill-Istati Kontraenti lir-rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta’ grad
komparabbli ta’ Stati Kontraenti oħra.
ARTIKOLU 22
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21 għandhom japplikaw għal persuni li jidhru
waqt proċedimenti li jsiru bis-saħħa ta’ din il-Konvenzjoni bħala partijiet, aġenti,
konsulenti, avukati, xhieda jew esperti; iżda, madankollu, is-sub-paragrafu (b) ta’
dak l-Artikolu għandu japplika biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ivvjaġġar
tagħhom lejn u minn, u l-qagħda tagħhom f’xi, post fejn ikunu qegħdin isiru l-
proċedimenti.
ARTIKOLU 23
(1) L-arkivji taċ-Ċentru għandhom ikunu invjolabbli, kull fejn jinsabu.
(2) Għar-rigward tal-komunikazzjonijiet uffiċjali tiegħu, iċ-Ċentru għandu
jingħata minn kull Stat Kontraenti trattament li ma jkunx anqas favorevoli minn dak
li jingħata lil organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.
ARTIKOLU 24
(1) Iċ-Ċentru, l-attiv, il-proprjetà  u d-dħul tiegħu, u l-ħdim u transazzjonijiet
tiegħu awtorizzati b’din il-Konvenzjoni għandhom ikunu eżenti minn kull
tassazzjoni u dazju tad-dwana. Iċ-Ċentru għandu jkun ukoll eżenti mir-
responsabbiltà  li jiġbor jew iħallas xi taxxa jew dazju ta’ importazzjoni.
(2) Ħlief fil-każ ta’ ċittadini lokali, ma għandha tinġabar ebda taxxa fuq jew
dwar xi avvanz ta’ spejjeż li jitħallsu miċ-Ċentru liċ-Chairman jew lill-membri tal-
Kunsill Amministrattiv, jew fuq jew dwar salarji, avvanzi ta’ spejjeż jew qligħ ieħor
li jitħallsu miċ-Ċentru lill-uffiċjali jew impjegati tas-Segretarjat.
(3) Ma għandha tinġabar ebda taxxa fuq jew dwar drittijiet jew avvanzi ta’
spejjeż li jirċievu persuni li jagħmluha ta’ konċiljaturi jew arbitri, jew membri ta’ xi
Kumitat maħtur bis-saħħa tal-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 52, fi proċedimenti li jsiru
taħt din il-Konvenzjoni, jekk l-unika bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dik it-taxxa tkun il-
post fejn ikun jinsab iċ-Ċentru jew il-post fejn ikunu qed jitmexxew dawk il-
proċedimenti jew il-post fejn jitħallsu dawk id-drittijiet jew avvanzi.
KAPITOLU II 
ĠURISDIZZJONI TAĊ-ĊENTRU
ARTIKOLU 25
(1) Il-ġurisdizzjoni taċ-Ċentru għandha testendi għal kull tilwima legali li
  60      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
b’mod dirett titnissel minn xi investiment, bejn Stat Kontraenti (jew kull
sottodiviżjoni kostitwenti jew aġenzija ta’ Stat Kontraenti maħtura fiċ-Ċentru minn
dak l-Istat) u ċittadin ta’ Stat Kontraenti ieħor, li l-partijiet fit-tilwima jaqblu bil-
miktub li jieħdu quddiem iċ-Ċentru. Meta l-partijiet jagħtu l-kunsens tagħhom, ebda
parti ma tista’ tirtira l-kunsens tagħha unilateralment.
(2) "Ċittadin ta’ Stat Kontraenti ieħor" tfisser:
(a) kull persuna naturali li kellha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti barra
mill-Istat li jkun parti fit-tilwima fid-data meta l-partijiet ikunu qablu li
jieħdu dik it-tilwima għall-konċiljazzjoni jew arbitraġġ kif ukoll fid-
data meta t-talba tkun ġiet reġistrata bis-saħħa tal-paragrafu (3) ta’ l-
Artikolu 28 jew il-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 36, iżda ma tinkludix xi
persuna li f’xi waħda minn dawk id-dati kellha wkoll iċ-ċittadinanza ta’
l-Istat Kontraenti li jkun parti fit-tilwima; u
(b) kull persuna ġuridika li kellha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti barra
mill-Istat li jkun parti fit-tilwima fid-data meta l-partijiet ikunu qablu li
jieħdu dik it-tilwima għall-konċiljazzjoni jew arbitraġġ u kull persuna
ġuridika li kellha ċ-ċittadinanza ta’ l-Istat Kontraenti li jkun parti fit-
tilwima f’dik id-data u li, minħabba fil-kontroll barrani, il-partijiet
ikunu qablu li għandu jiġi trattat bħala ċittadin ta’ Stat Kontraenti ieħor
għall-għanijiet ta’ din il-Konvenzjoni.
(3) Il-kunsens ta’ sottodiviżjoni kostitwenti jew aġenzija ta’ Stat Kontraenti
għandu jeħtieġ l-approvazzjoni ta’ dak l-Istat kemm-il darba dak l-Istat ma javżax
liċ-Ċentru li ebda approvazzjoni bħal dik ma tkun meħtieġa.
(4) Kull Stat Kontraenti jista’, fil-waqt tar-ratifika, aċċettazzjoni jew
approvazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni jew f’kull żmien li jiġi wara, javża liċ-Ċentru
dwar il-klassi jew il-klassijiet ta’ tilwim li huwa jkun ser jaċċetta jew ma jaċċettax li
jinġiebu taħt il-ġurisdizzjoni taċ-Ċentru. Is-Segretarju-Ġenerali għandu minnufih
jibgħat dak l-avviż lill-Istati Kontraenti kollha. Dak l-avviż ma jkunx jikkostitwixxi
l-kunsens meħtieġ fil-paragrafu (1).
ARTIKOLU 26
Il-kunsens tal-partijiet għall-arbitraġġ taħt din il-Konvenzjoni għandu jitqies,
kemm-il darba ma jiġix dikjarat mod ieħor, bħala kunsens għal dak l-arbitraġġ
b’esklużjoni ta’ kull rimedju ieħor. Stat Kontraenti jista’ jeħtieġ li qabel għandu jiġi
eżawrit kull rimedju lokali amministrattiv jew ġudizzjarju bħala kundizzjoni tal-
kunsens tiegħu għal arbitraġġ taħt din il-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 27
(1) Ebda Stat Kontraenti ma għandu jagħti protezzjoni diplomatika, jew iressaq
pretensjoni internazzjonali, dwar tilwima li wieħed miċ-ċittadini tiegħu u Stat
Kontraenti ieħor ikunu qablu li jieħdu jew li jkunu ħadu għall-arbitraġġ taħt din il-
Konvenzjoni, kemm-il darba dak l-Istat Kontraenti l-ieħor ikun naqas milli jimxi
skond u jħares id-deċiżjoni mogħtija f’dik it-tilwima.
(2) Protezzjoni diplomatika, għall-għanijiet tal-paragrafu (1), ma għandhiex
tinkludi skambji diplomatiċi informali li jsiru bil-għan biss li jiffaċilitaw
arranġament tat-tilwima.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      61
KAPITOLU III 
KONĊILJAZZJONI 
TAQSIMA I
Talba għal Konċiljazzjoni 
ARTIKOLU 28
(1) Kull Stat Kontraenti jew kull ċittadin ta’ Stat Kontraenti li jkun jixtieq jibda
proċedimenti ta’ konċiljazzjoni għandu jindirizza talba li tkun tgħid dan bil-miktub
lis-Segretarju-Ġenerali li għandu jibgħat kopja tat-talba lill-parti l-oħra.
(2) It-talba għandu jkun fiha tagħrif dwar dak kollu li jkun qed jagħti lok għat-
tilwima, l-identità  tal-partijiet u l-kunsens tagħhom għall-konċiljazzjoni skond ir-
regoli tal-proċedura dwar kif jinbdew proċedimenti ta’ konċiljazzjoni u ta’ arbitraġġ.
(3) Is-Segretarju-Ġenerali għandu jirreġistra dik it-talba kemm-il darba ma
jirriżultalux, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti fit-talba, li t-tilwima toħroġ ’l hinn mill-
ġurisdizzjoni taċ-Ċentru. Huwa għandu minnufih javża lill-partijiet bir-
reġistrazzjoni jew bir-rifjut tiegħu li jirreġistra.
TAQSIMA 2
Kostituzzjoni tal-Kummissjoni għal Konċiljazzjoni 
ARTIKOLU 29
(1) Il-Kummissjoni għal Konċiljazzjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-
Kummissjoni) għandha titwaqqaf kemm jista’ jkun malajr wara li tiġi reġistrata talba
bis-saħħa ta’ l-Artikolu 28.
(2) (a) Il-Kummissjoni għandha tintgħamel minn konċiljatur wieħed jew
għadd ta’ konċiljaturi bil-fard li jinħatru skond kif jiftiehmu l-partijiet.
(b) Meta l-partijiet ma jaqblux fuq l-għadd ta’ konċiljaturi u l-metodu tal-ħatra
tagħhom, il-Kummissjoni għandha tintgħamel minn tliet konċiljaturi, wieħed li jiġi
maħtur minn kull parti u t-tielet wieħed, li jkun il-president tal-Kummissjoni, li
jinħatar bil-ftehim tal-partijiet.
ARTIKOLU 30
Jekk il-Kummissjoni ma tkunx twaqqfet fi żmien 90 jum wara li l-avviż tar-
reġistrazzjoni tat-talba jkun intbagħat mis-Segretarju-Ġenerali skond il-paragrafu (3)
ta’ l-Artikolu 28, jew kull perijodu ieħor li l-partijiet jistgħu jaqblu bejniethom, iċ-
Chairman għandu jaħtar, fuq talba ta’ xi parti u wara li jikkonsulta liż-żewġ partijiet
kemm jista’ jkun possibbli, il-konċiljatur jew konċiljaturi li jkunu għadhom mhux
maħtura.
ARTIKOLU 31
(1) Jistgħu jinħatru konċiljaturi li ma jkunux elenkati fil-Grupp ta’ Konċiljaturi,
ħlief fil-każ ta’ ħatriet miċ-Chairman bis-saħħa ta’ l-Artikolu 30.
(2) Dawk il-konċiljaturi li jinħatru minn barra l-Grupp ta’ Konċiljaturi għandu
jkollhom il-kwalitajiet imsemmija fil-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 14.
  62      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
TAQSIMA 3 
Proċedimenti ta’ Konċiljazzjoni 
ARTIKOLU 32
(1) Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi hi nnifisha dwar il-kompetenza tagħha. 
(2) Kull oġġezzjoni minn xi parti f’tilwima li dik it-tilwima ma tkunx taqa’ taħt
il-kompetenza taċ-Ċentru, jew għal raġunijiet oħra ma tkunx taqa’ taħt il-
kompetenza tal-Kummissjoni, għandha titqies mill-Kummissjoni li għandha
tiddeċiedi jekk għandhiex tittrattaha bħala kwistjoni preliminari jew inkella
għandhiex tismagħha mal-meriti tat-tilwima.
ARTIKOLU 33
Kull proċediment ta’ konċiljazzjoni għandu jitmexxa skond id-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima u, ħlief meta l-partijiet jiftiehmu mod ieħor, skond ir-Regoli ta’
Konċiljazzjoni li jkunu fis-seħħ fid-data meta l-partijiet ikunu taw il-kunsens
tagħhom għall-konċiljazzjoni. Jekk tqum xi kwistjoni ta’ proċedura li ma tissemmiex
f’din it-Taqsima jew fir-Regoli ta’ Konċiljazzjoni jew f’kull regola li jkun hemm
qbil dwarha bejn il-partijiet, tkun il-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi l-kwistjoni.
ARTIKOLU 34
(1) Ikun id-dmir tal-Kummissjoni li toħroġ ċar il-punti fit-tilwima bejn il-
partijiet u li tipprova ġġib ftehim bejniethom skond patti li jiġu aċċettati minnhom it-
tnejn. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ f’kull stadju tal-proċedimenti u minn
żmien għal żmien tirrakkomanda patti għal transazzjoni lill-partijiet. Il-partijiet
għandhom jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni in bona fide sabiex il-Kummissjoni
tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha, u għandhom jagħtu l-iktar konsiderazzjoni
serja tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet li tagħmel.
(2) Jekk il-partijiet jaslu fi ftehim, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport li
fih tinnota l-punti fit-tilwima u tirreġistra l-fatt li l-partijiet ikunu waslu fi ftehim.
Jekk, f’stadju tal-proċedimenti, il-Kummissjoni jkun jidhrilha li ma jkunx hemm
possibiltà  ta’ ftehim bejn il-partijiet, hija għandha tagħlaq il-proċedimenti u tagħmel
rapport li fih tinnota li t-tilwima tkun ser tittieħed għall-konċiljazzjoni filwaqt li
tirreġistra n-nuqqas tal-partijiet li jaslu fi ftehim. Jekk xi parti tonqos milli tidher
jew tieħu sehem fil-proċedimenti l-Kummissjoni għandha tagħlaq il-proċedimenti u
tagħmel rapport li fih tinnota n-nuqqas ta’ dik il-parti li tidher jew li tieħu sehem.
ARTIKOLU 35
Ħlief hekk kif il-partijiet fit-tilwima jistgħu jiftiehmu mod ieħor, ebda parti fi
proċedimenti ta’ konċiljazzjoni ma għandu jkollha jedd f’xi proċediment ieħor, sew
quddiem arbitri jew f’qorti tal-ġustizzja jew mod ieħor, tirreferi għal jew isserraħ
fuq xi opinjonijiet mogħtija jew dikjarazzjonijiet jew offerti ta’ arranġament li jsiru
mill-parti l-oħra fil-proċedimenti ta’ konċiljazzjoni, jew ir-rapport jew kull
rakkomandazzjoni magħmula mill-Kummissjoni.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      63
KAPITOLU IV 
ARBITRAĠĠ 
TAQSIMA 1
Talba għal Arbitraġġ 
ARTIKOLU 36
(1) Kull Stat Kontraenti jew ċittadin ta’ Stat Kontraenti li jkun jixtieq jibda
proċedimenti ta’ arbitraġġ għandu jindirizza talba dwar dan bil-miktub lis-
Segretarju-Ġenerali li mbagħad jibgħat kopja tagħha lill-parti l-oħra.
(2) It-talba għandu jkun fiha tagħrif dwar il-kwistjonijiet fit-tilwima, l-identità
tal-partijiet u l-kunsens tagħhom għall-arbitraġġ skond ir-regoli ta’ proċedura dwar
kif jinbdew proċedimenti ta’ konċiljazzjoni u arbitraġġ.
(3) Is-Segretarju-Ġenerali għandu jirreġistra t-talba kemm-il darba ma jsibx,
bis-saħħa tat-tagħrif li jkun hemm fit-talba, li t-tilwima tkun toħroġ ’l hemm mill-
kompetenza taċ-Ċentru. Huwa għandu minnufih jgħarraf lill-partijiet li jkun
irreġistra l-każ jew ċaħad li jirreġistrah.
TAQSIMA 2 
Twaqqif tat-Tribunal 
ARTIKOLU 37
(1) It-Tribunal ta’ Arbitraġġ (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ it-Tribunal)
għandu jitwaqqaf kemm jista’ jkun malajr wara r-reġistrazzjoni ta’ talba taħt l-
Artikolu 36.
(2) (a)It-Tribunal jiġi magħmul minn arbitru wieħed jew kull għadd bil-fard ta’
arbitri li jinħatru hekk kif jaqblu bejniethom il-partijiet.
(b) Meta l-partijiet ma jkunux jaqblu dwar l-għadd ta’ arbitri u l-mod li bih
għandhom jinħatru, it-Tribunal jiġi magħmul minn tliet arbitri, li jinħatru arbitru
minn kull parti u t-tielet wieħed, li joqgħod bħala president, li jinħatar bi ftehim taż-
żewġ partijiet.
ARTIKOLU 38
Jekk it-Tribunal ma jiġix kostitwit fi żmien 90 jum wara l-avviż ta’ reġistrazzjoni
tat-talba jkun intbagħat mis-Segretarju-Ġenerali skond il-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu
36, jew kull żmien ieħor li l-partijiet jistgħu jaqblu dwaru, iċ-Chairman għandu
jaħtar, fuq talba ta’ kull parti u wara li kemm jista’ jkun jikkonsulta liż-żewġ
partijiet, lill-arbitru jew arbitri li għadhom ma ġewx maħtura. Dawk l-arbitri li
jinħatru miċ-Chairman bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu ċittadini
ta’ Stat Kontraenti fit-tilwima jew ta’ Stat Kontraenti li ċittadin tiegħu ikun parti fit-
tilwima.
ARTIKOLU 39
Il-maġġoranza ta’ l-arbitri għandhom ikunu ċittadini ta’ Stati li ma jkunux l-Istat
Kontraenti fit-tilwima u l-Istat Kontraenti li ċ-ċittadin tiegħu jkun parti fit-tilwima;
iżda, madankollu, id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
  64      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
japplikaw jekk l-uniku arbitru jew kull membru individwali tat-Tribunal ikunu
nħatru bi ftehim bejn il-partijiet.
ARTIKOLU 40
(1) L-arbitri jistgħu jinħatru minn fost persuni li ma jkunux fil-Grupp ta’
Arbitri, ħlief fil-każ ta’ ħatriet li jsiru miċ-Chairman bis-saħħa ta’ l-Artikolu 38.
(2) Dawk l-arbitri li jinħatru minn fost persuni li ma jkunux fil-Grupp ta’ Arbitri
għandu jkollhom il-kwalitajiet imsemmija fil-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 14. 
TAQSIMA 3
Setgħat u funzjonijiet tat-Tribunal 
ARTIKOLU 41
(1) It-Tribunal għandu s-setgħa jiddeċiedi dwar il-kompetenza tiegħu innifsu.
(2) Kull oġġezzjoni minn parti f’tilwima li ma tkunx taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni
taċ-Ċentru, jew għal raġunijiet oħra ma tkunx fil-kompetenza tat-Tribunal, għandha
titqies mit-Tribunal li għandu jaqta’ dwar jekk jittrattahiex bħala kwistjoni
preliminari jew jismagħha flimkien mal-meriti tat-tilwima.
ARTIKOLU 42
(1) It-Tribunal għandu jaqta’ dwar tilwima skond dawk ir-regoli tal-liġi li l-
partijiet jistgħu jaqblu dwarhom. Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak, it-Tribunal għandu
japplika l-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li jkun parti fit-tilwima (inklużi r-regoli tiegħu
fuq il-konflitt tal-liġijiet) u dawk il-liġijiet ta’ dritt internazzjonali li jistgħu jkunu
japplikaw.
(2) It-Tribunal ma jistax jasal għal riżultanza ta’ non liquet minħabba filli l-liġi
ma tkun tgħid xejn jew ma tkun ċara xejn fuq xi ħaġa partikolari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx ikunu ta’
preġudizzju għas-setgħa tat-Tribunal li jiddeċiedi tilwima ex aequo et bono jekk il-
partijiet ikunu qablu li jsir hekk.
ARTIKOLU 43
Ħlief b’dak il-mod li l-partijiet jistgħu jaqblu dwaru xort’oħra, it-Tribunal jista’,
jekk jidhirlu li jkun hekk meħtieġ f’xi stat tal-proċedimenti,
(a) jordna lill-partijiet biex iġibu dokumenti jew provi oħra, u
(b)iżur il-lok li jkollu x’jaqsam mat-tilwima, u jagħmel kull investigazzjoni
f’dak il-lok hekk kif jista’ jqis li jkun xieraq.
ARTIKOLU 44
Kull proċediment ta’ arbitraġġ għandu jitmexxa skond id-disposizzjonijiet ta’ din
it-Taqsima u, ħlief b’dak il-mod li l-partijiet jistgħu jiftiehmu xort’oħra, skond ir-
Regoli ta’ l-Arbitraġġ fis-seħħ fid-data meta l-partijiet ikunu qablu li jmorru fl-
arbitraġġ. Jekk tkun xi kwistjoni ta’ proċedura li ma jingħad xejn fuqha f’din it-
Taqsima jew fir-Regoli ta’ l-Arbitraġġ jew f’kull regola miftehma bejn il-partijiet,
ikun it-Tribunal li jaqta’ dwar il-kwistjoni.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      65
ARTIKOLU 45
(1) In-nuqqas ta’ parti li tidher jew li tippreżenta l-każ tagħha ma għandux
jitqies li jkun ammissjoni ta’ dak li tkun qiegħda tgħid il-parti l-oħra.
(2) Jekk xi parti tonqos milli tidher jew tippreżenta l-każ tagħha f’xi stadju tal-
proċedimenti, il-parti l-oħra tista’ titlob lit-Tribunal li jittratta l-kwistjonijiet
miġjuba quddiemu u li jagħti deċiżjoni. Qabel ma jagħti deċiżjoni, it-Tribunal
għandu javża, u jagħti żmien ta’ grazzja, lil dik il-parti li tkun naqset milli tidher jew
tippreżenta l-każ tagħha, kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li dik il-parti ma jkunx
bi ħsiebha li tagħmel dan.
ARTIKOLU 46
Ħlief b’dak il-mod ieħor li l-partijiet jistgħu jaqblu dwaru, it-Tribunal għandu
jaqta’, jekk xi parti hekk titolbu jagħmel, kull talba jew kontro-talba inċidentali jew
addizzjonali li jitnisslu b’mod dirett mill-kwistjoni tat-tilwima sakemm dawn ikunu
jaqgħu fil-għan tal-kunsens tal-partijiet u jkunu xort’oħra jaqgħu taħt il-
ġurisdizzjoni taċ-Ċentru.
ARTIKOLU 47
Ħlief b’dak il-mod ieħor li l-partijiet jistgħu jaqblu dwaru, it-Tribunal jista’
jirrakkomanda, jekk dan iqis li ċ-ċirkostanzi jkunu hekk jeħtieġu, kull miżura
provviżorja li jkollha tittieħed sabiex id-drittijiet rispettivi ta’ kull parti jinżammu
mhux mittiefsa.
TAQSIMA 4 
Id-Deċiżjoni 
ARTIKOLU 48
(1) It-Tribunal għandu jiddeċiedi kull ħaġa quddiemu permezz tal-maġġoranza
tal-voti tal-membri kollha tiegħu.
(2) Id-deċiżjoni tat-Tribunal għandha tkun bil-miktub u għandha tiġi ffirmata
mill-membri tat-Tribunal li jkunu ivvotaw għaliha.
(3) Id-deċiżjoni għandha tkun tittratta dwar kull kwistjoni li tinġieb quddiem it-
Tribunal, u għandu jkun fiha r-raġunijiet li tkun imsejsa fuqhom.
(4) Membru tat-Tribunal jista’ jehmeż l-opinjoni individwali tiegħu mad-
deċiżjoni, jekk jaqbilx jew ma jaqbilx mal-maġġoranza, jew dikjarazzjoni dwar in-
nuqqas ta’ qbil tiegħu.
(5) Iċ-Ċentru ma għandux jippubblika d-deċiżjoni tiegħu jekk mhux bil-kunsens
tal-partijiet.
ARTIKOLU 49
(1) Is-Segretarju-Ġenerali għandu jibgħat malajr kopji ċertifikati tad-deċiżjoni
lill-partijiet. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala li tkun ingħatat fid-data meta jkunu
ntbagħtu l-kopji ċertifikati.
(2) Meta t-Tribunal issirlu talba minn parti fi żmien 45 jum wara d-data meta
tkun ingħatat id-deċiżjoni, dan jista’ jiddeċiedi, wara li javża lill-parti l-oħra, kull
ħaġa li jkun naqas milli jiddeċiedi fl-arbitraġġ, u jsewwi kull żball klerikali,
aritmetiku jew żball ieħor simili li jista’ jkun hemm fid-deċiżjoni. Dak li t-Tribunal
  66      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
jaqta’ jsir parti mid-deċiżjoni u għandu jiġi notifikat lill-partijiet bl-istess mod
bħalma jsir fil-każ tad-deċiżjoni. Kull żmien provdut taħt il-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 51 u l-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 52 għandu jibda għaddej mid-data meta
tkun ingħatat id-deċiżjoni.
TAQSIMA 5
Interpretazzjoni, Reviżjoni u Annullament tad-Deċiżjoni 
ARTIKOLU 50
(1) Jekk tqum xi kwistjoni bejn il-partijiet dwar it-tifsir jew l-għan ta’ deċiżjoni,
kull waħda mill-partijiet tista’ titlob li tingħata interpretazzjoni tad-deċiżjoni
permezz ta’ rikors bil-miktub li jiġi indirizzat lis-Segretarju-Ġenerali.
(2) Din it-talba għandha tinġieb, jekk ikun possibbli, quddiem it-Tribunal li
jkun ta d-deċiżjoni. Jekk dan ma jkunx possibbli, għandu jiġi kostitwit Tribunal ġdid
skond it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu. It-Tribunal jista’ jżomm, jekk iqis li jkunu
hekk jeħtieġu ċ-ċirkostanzi, l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni sakemm jaqta’ dwar it-talba.
ARTIKOLU 51
(1) Kull parti tista’ titlob li d-deċiżjoni tiġi riveduta bil-mezz ta’ rikors bil-
miktub li jiġi ndirizzat lis-Segretarju-Ġenerali għar-raġuni li jkun instab xi fatt ta’
xorta li żgur jolqot b’mod deċiżiv dak li jkun ingħad fid-deċiżjoni, sakemm meta
tkun ingħatat dik id-deċiżjoni dak il-fatt ma kienx magħruf mit-Tribunal u minn min
jagħmel ir-rikors u li dak in-nuqqas ta’ għarfien mir-rikorrent ma kienx dovut għal xi
negliġenza.
(2) Ir-rikors għandu jsir fi żmien 90 jum wara li jinstab dak il-fatt u f’kull każ fi
żmien tliet snin wara d-data meta tkun ingħatat id-deċiżjoni.
(3) It-talba għandha tinġieb, jekk ikun possibbli, quddiem it-Tribunal li jkun ta
d-deċiżjoni. Jekk dan ma jkunx possibbli, għandu jinħatar Tribunal ġdid skond it-
Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.
(4) It-Tribunal jista’ jżomm, jekk jidhirlu li ċ-ċirkostanzi jkunu hekk jeħtieġu, l-
esekuzzjoni tad-deċiżjoni sakemm dan jaqta’ dwar it-talba. Jekk ir-rikorrent jitlob
fir-rikors tiegħu li tinżamm l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni, dik l-esekuzzjoni għandha
hekk tinżamm sakemm it-Tribunal jaqta’ dwar dik it-talba.
ARTIKOLU 52
(1) Kull parti tista’ titlob li d-deċiżjoni tiġi annullata bil-mezz ta’ rikors bil-
miktub lis-Segretarju-Ġenerali għal xi raġuni waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a ) li t-Tribunal ma kienx magħmul sew;
(b) li t-Tribunal kien b’mod ċar mar ’l hinn mis-setgħat li kellu;
(ċ) li kien hemm il-korruzzjoni ta’ xi membru tat-Tribunal;
(d)  li kien hemm varjanza gravi minn regola ta’ proċedura fondamentali;
jew
(e) li d-deċiżjoni tkun naqset milli ssemmi fuq liema raġunijiet kienet
imsejsa.
(2) Ir-rikors għandu jsir fi żmien 120 jum wara d-data meta tkun ingħatat id-
deċiżjoni, ħlief li meta jkun mitlub l-annullament minħabba f’korruzzjoni dak ir-
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      67
rikors għandu jsir fi żmien 120 jum wara li tinkixef dik il-korruzzjoni u f’kull każ fi
żmien tliet snin wara d-data meta tkun ingħatat id-deċiżjoni.
(3) Meta ċ-Chairman jirċievi t-talba huwa għandu minnufih jaħtar mill-Grupp
ta’ Arbitri Kumitat ad hoc ta’ tliet persuni. Ebda wieħed mill-membri tal-Kumitat
ma għandu jkun xi wieħed mill-membri tat-Tribunal li jkun ta d-deċiżjoni, ma
għandu jkun ġej mill-istess nazzjon bħal ta’ dak l-aħħar membru, ma għandu jkun
ċittadin ta’ l-Istat li jkun parti fit-tilwima jew ta’ l-lstat li ċ-ċittadin tiegħu jkun parti
fit-tilwima, ma għandu jkun inħatar fil-Grupp ta’ Arbitri minn xi wieħed minn dawk
l-Istati, jew ma għandu jkun għamilha ta’ konċiljatur fl-istess tilwima. Il-Kumitat
ikollu l-awtorità  li jannulla d-deċiżjoni jew xi parti minnha għal xi waħda mir-
raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu (1).
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 41 - 45, 48, 49, 53 u 54 u tal-Kapitoli VI u
VII għandhom japplikaw mutatis mutandis għal proċedimenti quddiem il-Kumitat.
(5) Il-Kumitat jista’ jżomm, jekk ikun jidhirlu li ċ-ċirkostanzi jkunu hekk
jeħtieġu, l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni sakemm jaqta’ dwar it-talba. Jekk ir-rikorrent
jitlob fir-rikors tiegħu li tinżamm l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni, dik l-esekuzzjoni
għandha tinżamm sakemm il-Kumitat jaqta’ dwar dik it-talba.
(6) Jekk id-deċiżjoni tiġi annullata t-tilwima għandha tinġieb, fuq talba tal-parti
l-oħra, quddiem Tribunal ġdid magħmul skond it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.
TAQSIMA 6
Għarfien u Esekuzzjoni tad-Deċiżjoni 
ARTIKOLU 53
(1) Id-deċiżjoni tkun torbot liż-żewġ partijiet u ma tkunx tista’ tiġi appellata
jew tkun suġġetta għal xi rimedju ieħor ħlief hekk kif hemm provdut f’din il-
Konvenzjoni. Kull parti għandha tħares u twettaq il-kondizzjonijiet tad-deċiżjoni
ħlief sal-limitu li l-esekuzzjoni tkun inżammet bis-saħħa tad-disposizzjonijiet
rilevanti ta’ din il-Konvenzjoni.
(2) Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima, "deċiżjoni" tinkludi kull deċiżjoni li
tinterpreta, tirrevedi jew tannulla dik id-deċiżjoni bis-saħħa ta’ l-Artikoli 50, 51 jew
52. 
ARTIKOLU 54
(1) Kull Stat Kontraenti għandu jagħti għarfien lil kull deċiżjoni li tingħata bis-
saħħa ta’ din il-Konvenzjoni bħala deċiżjoni li torbot u jesegwixxi l-obbligi ta’ ħlas
li jiġu mposti b’dik id-deċiżjoni fit-territorji tiegħu bħallikieku kienet sentenza finali
ta’ xi qorti f’dak l-Istat. Stat Kontraenti b’kostituzzjoni federali jista’ jesegwixxi
deċiżjoni bħal dik fi jew permezz tal-qrati federali tiegħu u jista’ jipprovdi li dawk
il-qrati għandhom jittrattaw id-deċiżjoni bħallikieku kienet sentenza finali tal-qrati
ta’ stat kostitwenti.
(2) Parti li tkun qiegħda titlob l-għarfien ta’ deċiżjoni jew li l-istess tiġi
esegwita fit-territorji ta’ Stat Kontraenti għandha tagħti lil qorti kompetenti jew
awtorità  oħra li dak l-Istat ikun ħatar għal dan il-għan kopja tad-deċiżjoni ċertifikata
mis-Segretarju-Ġenerali. Kull Stat Kontraenti għandu javża lis-Segretarju-Ġenerali
bil-ħatra tal-qorti kompetenti jew awtorità  oħra għal dak l-għan u b’kull bidla li ssir
wara f’dik il-ħatra.
(3) L-esekuzzjoni tad-deċiżjoni għandha tkun regolata mil-liġijiet li jolqtu l-
  68      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
esekuzzjoni ta’ sentenzi li jkunu jseħħu fl-Istat li fit-territorji tiegħu tkun qed issir
riferenza għal dik l-esekuzzjoni.
ARTIKOLU 55
Ebda ħaġa fl-Artikolu 54 ma għandha titqies bħala li tidderoga mil-liġi li tkun fis-
seħħ fi Stat Kontraenti dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-immunità  ta’ dak l-Istat
jew ta’ xi Stat barrani minn esekuzzjoni ta’ sentenza.
KAPITOLU V
Sostituzzjoni u skwalifika ta’ Konċiljaturi u Arbitri 
ARTIKOLU 56
(1) Wara li jkunu kostitwiti Kummissjoni jew Tribunal u jkunu nbdew il-
proċedimenti quddiemhom, l-għamla tagħhom għandha tibqa’ mhux mittiefsa; iżda,
madankollu, jekk imut, jiġi inabilitat, jew jirriżenja konċiljatur jew arbitru, il-
vakanza li dan joħloq għandha timtela skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-
Kapitolu III jew tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV.
(2) Membru tal-Kummissjoni jew tat-Tribunal għandu jibqa’ jaqdi dmirijietu
f’dik il-kariga minkejja li jkun temm milli jibqa’ membru tal-Grupp.
(3) Meta konċiljatur jew arbitru li jkun inħatar minn xi parti jirriżenja mingħajr
il-kunsens tal-Kummissjoni jew tat-Tribunal li kienu membri tiegħu, iċ-Chairman
għandu jaħtar lil xi persuna mill-Grupp relattiv sabiex jimla l-vojt li jkun inħoloq.
ARTIKOLU 57
Kull parti tista’ tipproponi lill-Kummissjoni jew lit-Tribunal l-iskwalifika ta’ xi
wieħed mill-membri minħabba f’xi fatt li jindika xi nuqqas ċar tal-kwalitajiet
meħtieġa bil-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 14. Kull parti fi proċedimenti ta’ l-arbitraġġ
tista’, iktar minn hekk, tipproponi l-iskwalifika ta’ arbitru minħabba f’li kien
ineliġibbli li jinħatar fuq it-Tribunal taħt it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV.
ARTIKOLU 58
Id-deċiżjoni li tittieħed dwar proposta ta’ skwalifika ta’ konċiljatur jew arbitru
għandha tittieħed mill-membri l-oħra tal-Kummissjoni jew tat-Tribunal skond il-każ,
iżda meta dawk il-membri jkunu maqsumin indaqs, jew fil-każ ta’ proposta ta’
skwalifika ta’ konċiljatur jew arbitru waħdu, jew ta’ maġġoranza ta’ konċiljaturi jew
arbitri, ikun iċ-Chairman li jaqta’ dik id-deċiżjoni. Jekk jiġi deċiż li l-proposta tkun
fondata, dak il-konċiljatur jew arbitru li lilu tkun tolqot id-deċiżjoni għandu jiġi
sostitwit skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu III jew tat-Taqsima 2
tal-Kapitolu IV.
KAPITOLU VI 
Spejjeż tal-Proċedimenti 
ARTIKOLU 59
Kull ħlas li l-partijiet għandhom jagħmlu għall-użu tal-faċilitajiet taċ-Ċentru
għandhom jiġu stabbiliti mis-Segretarju-Ġenerali skond ir-regolamenti adottati mill-
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      69
Kunsill Amministrattiv.
ARTIKOLU 60
(1) Kull Kummissjoni u Tribunal għandu jistabbilixxi l-ispejjeż u d-drittijiet tal-
membri tiegħu fil-parametri li minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-Kunsill
Amministrattiv wara konsultazzjoni mas-Segretarju-Ġenerali.
(2) Ebda ħaġa li hemm fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu ma għandha tfixkel
lill-partijiet milli jaqblu bil-quddiem mal-Kummissjoni jew Tribunal relattivi dwar l-
ispejjeż u d-drittijiet tal-membri tagħhom.
ARTIKOLU 61
(1) Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ konċiljazzjoni l-ispejjeż u d-drittijiet ta’ membri
tal-Kummissjoni kif ukoll kull ħlas għall-użu tal-faċilitajiet taċ-Ċentru, għandhom
jiġu sopportati daqsinsew bejn il-partijiet. Kull parti għandha tissopporti hi kull
spiża oħra li tagħmel u li jkollha x’taqsam mal-proċedimenti.
(2) Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ arbitraġġ it-Tribunal għandu jistma, ħlief meta
l-partijiet jaqblu xort’oħra, l-ispejjeż imġarrba mill-partijiet li jkollhom x’jaqsmu
mal-proċedimenti, u għandu jiddeċiedi dwar kif u minn min għandhom jitħallsu
dawk l-ispejjeż, drittijiet u spejjeż tal-membri tat-Tribunal u kull ħlas għall-użu tal-
faċilitajiet taċ-Ċentru. Dik id-deċiżjoni għandha tagħmel parti mil-lode ta’ l-
arbitraġġ.
KAPITOLU VII 
Lok tal-Proċedimenti 
ARTIKOLU 62
Il-proċedimenti ta’ konċiljazzjoni u arbitraġġ għandhom jinżammu fis-sede taċ-
Ċentru kemm-il darba ma jiġix hawn iktar ’il quddiem provdut mod ieħor.
ARTIKOLU 63
Jekk il-partijiet jaqblu, il-proċedimenti ta’ konċiljazzjoni u arbitraġġ jistgħu jsiru
(a) fis-sede tal-Qorti Permanenti ta’ l-Arbitraġġ jew fis-sede ta’ kull
istituzzjoni xierqa oħra, sew privata jew pubblika, li ċ-Ċentru jista’
jagħmel arranġamenti magħhom għal dak l-għan; jew
(b) f’kull imkien ieħor li jiġi approvat mill-Kummissjoni jew Tribunal wara
li jkun ġie konsultat is-Segretarju-Ġenerali.
KAPITOLU VIII 
Tilwimiet bejn Stati Kontraenti 
ARTIKOLU 64
Kull tilwima li tqum bejn Stati Kontraenti dwar l-interpretazzjoni jew l-
applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni li ma tiġix irranġata bi ftehim għandha tinġieb
quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja b’rikors li jsir minn parti f’dik it-
tilwima, kemm-il darba l-Istati relattivi ma jaqblux dwar xi metodu ta’ arranġament
  70      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
ieħor.
KAPITOLU IX 
Emendar 
ARTIKOLU 65
Kull Stat Kontraenti jista’ jipproponi emendi biex isiru f’din il-Konvenzjoni. It-
test ta’ emenda li tkun qed tiġi proposta għandu jitwassal lis-Segretarju-Ġenerali
mhux anqas minn 90 jum qabel ma jitlaqqa’ l-Kunsill Amministrattiv li fih tkun ser
tiġi diskussa dik l-emenda u għandha minnufih tintbagħat minnu lill-membri kollha
tal-Kunsill Amministrattiv.
ARTIKOLU 66
(1) Jekk il-Kunsill Amministrattiv hekk jiddeċiedi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi
tal-membri tiegħu, l-emenda li tkun qed tiġi proposta għandha tintbagħat lill-Istati
Kontraenti kollha għar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tagħha. Kull
emenda għandha tibda sseħħ 30 jum wara li d-depożitarju ta’ din il-Konvenzjoni
jkun bagħat avviż lil kull Stat Kontraenti li kull Stat Kontraenti jkun wettaq ir-
ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta’ l-emenda.
(2) Ebda emenda ma għandha tolqot il-jeddijiet u l-obbligi taħt din il-
Konvenzjoni ta’ xi Stat Kontraenti jew ta’ xi wieħed mis-sottodiviżjonijiet jew
aġenziji kostitwenti tiegħu, jew ta’ xi ċittadin ta’ dak l-Istat li jitnisslu mill-kunsens
dwar il-ġurisdizzjoni taċ-Ċentru mogħti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-emenda.
KAPITOLU X 
Disposizzjonijiet Finali 
ARTIKOLU 67
Din il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-firem f’isem l-Istati membri tal-Bank.
Tkun miftuħa għall-firem ukoll f’isem kull Stat ieħor li jkun parti fl-lstatut tal-Qorti
Internazzjonali tal-Ġustizzja u li b’vot ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-Kunsill
Amministrattiv ikun stieden sabiex jiffirmaw il-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 68
(1) Din il-Konvenzjoni tkun suġġetta għar-ratifika, aċċettazzjoni jew
approvazzjoni mill-lstati firmatarji skond il-proċeduri kostituzzjonali rispettivi
tagħhom.
(2) Din il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ 30 jum wara d-data ta’ depożitu ta’
għoxrin strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. Għandha tibda sseħħ
għal kull Stat li wara dan jiddepożita l-istrument tiegħu ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew
approvazzjoni, 30 jum wara d-data tad-depożitu.
ARTIKOLU 69
Kull Stat Kontraenti għandu jieħu miżuri leġislattivi jew oħrajn skond kif jista’
jenħtieġ biex id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jsiru effettivi f’kull
territorju tiegħu.
ARBITRAĠĠ   ġ K AP. 387.      71
ARTIKOLU 70
Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għal kull territorju li Stat Kontraenti jkun
responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu, ħlief dawk it-territorji li
huma esklużi minn dak l-Istat permezz ta’ avviż bil-miktub mogħti lid-depożitarju
ta’ din il-Konvenzjoni jew fiż-żmien meta ssir ir-ratifika, aċċettazzjoni jew
approvazzjoni jew kull żmien wara.
ARTIKOLU 71
Kull Stat Kontraenti jista’ jiddenunċja lil din il-Konvenzjoni permezz ta’ avviż
bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni. Dik id-denunċja tibda sseħħ sitt xhur
wara li jasal dak l-avviż.
ARTIKOLU 72
Avviż li jingħata minn Stat Kontraenti bis-saħħa ta’ l-Artikolu 70 jew 71 ma
għandux jolqot il-jeddijiet jew obbligi taħt din il-Konvenzjoni ta’ dak l-Istat jew ta’
kull sottodiviżjoni jew aġenzija kostitwenti jew ta’ kull ċittadin ta’ dak l-Istat li
jitnissel mill-kunsens tal-ġurisdizzjoni taċ-Ċentru mogħti minn wieħed minnhom
qabel ma d-depożitarju jkun wasallu dak l-avviż.
ARTIKOLU 73
L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni u
ta’ emendi li jsiru għaliha għandhom jiġu depożitati għand il-Bank li għandu
jagħmilha ta’ depożitarju ta’ din il-Konvenzjoni. Id-depożitarju għandu jibgħat kopji
ċertifikati ta’ din il-Konvenzjoni lil dawk l-lstati li jkunu membri tal-Bank u lil kull
Stat ieħor li jkun mistieden jiffirma l-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 74
Id-depożitarju għandu jirreġistra din il-Konvenzjoni mas-Segretarjat tan-
Nazzjonijiet Uniti skond l-Artikolu 102 taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti u kull
Regolamenti magħmulin bis-saħħa taċ-Charter u adottati mill-Assemblea Ġenerali.
ARTIKOLU 75
Id-depożitarju għandu javża lil kull Stat Firmatarju b’dan li ġej: 
(a) il-firem li jsiru skond l-Artikolu 67;
(b) kull depożitu ta’ strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni
skond l-Artikolu 73;
(ċ) id-data meta din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 68;
(d) kull esklużjoni minn applikazzjoni territorjali li ssir bis-saħħa ta’ l-
Artikolu 70;
(e) id-data meta kull emenda ta’ din il-Konvenzjoni tibda sseħħ skond l-
Artikolu 66; u
(f) denunċja skond l-Artikolu 71.
MAGĦMULA f’Washington fl-ilsien Ingliż, Franċiż u Spanjol, it-tlett testi
daqsinsew awtentiċi, f’kopja unika li tibqa’ depożitata fl-arkivji tal-Bank
  72      KAP. 387. ħ         ARBITRAĠĠ
Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp, li wera bil-firma tiegħu hawn aktar ’l
isfel ir-rieda tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet li qegħdin jingħatawlu permezz ta’ din
il-Konvenzjoni.
