SELFLOKALI    ġKAP. 388.    1
KAPITOLU 388
ATT DWAR SELF LOKALI
Biex jawtorizza li somma ta’ mhux iżjed minn sebgħin miljun lira
Maltija tinġabar b’self f’Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul is-sena 1995 u dik mistennija li sseħħ matul is-sena 1996.
(2 ta’ April, 1996)*
Sar liġi bl-ATT XII ta’ l-1996.
Titolu fil-qosor.
Tifsir. 
Kap. 174.
2. Għall-għan ta’ dan l-Att, "dħul" għandha l-istess tifsir
bħalma għandha fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u  l-Verifika, iżda ma tinkludix qligħ minn self lokali.
Awtorità għal ġbir 
ta’ self. 
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ jiġbor b’self f’Malta s-somma li ma tkunx iżjed
minn sebgħin miljun lira Maltija.
Kap. 161.
(2) Sabiex jinġabar dak is-self, il-Ministru responsabbli għall-
finanzi huwa b’dan awtorizzat li joħroġ stock f’Malta skond l-
Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) skond dawk
it-termini u kundizzjonijiet li l-imsemmi Ministru jista’ japprova.
Skop. 
tiġi approprjata u wżata biex tkopri nefqa ikbar mid-dħul li ssir fil-
Fond Konsolidat matul is-sena 1995, u dik li hemm maħsuba li
sseħħ matul is-sena 1996 u skond ma jidher fl-Estimi Approvati
għal dik is-sena:
Iżda kull ammont imsellef bis-saħħa ta’ dan l-artikolu iktar
mill-ammont attwalment meħtieġ għal dawk l-għanijiet u li jifdal
bħala bilanċ fil-Fond Konsolidat fi tmiem is-sena 1996, għandu
jintuża biex jagħmel tajjeb għan-nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul l-ewwel sena li tiġi minnufih wara, u li fiha ssir
dik in-nefqa akbar.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern 212 tat-2 ta’ April, 1996.
