GWARDJANIPRIVATIULOKALI   ġ K AP. 389.      1
KAPITOLU 389
ATT DWAR GWARDJANI PRIVATI U LOKALI
Biex jipprovdi li jkunu liċenzjati, regolati u kontrollati persuni li
jħaddmu, jaħdmu fi jew impjegati ma’ servizzi ta’ gwardjani privati u ma’
servizzi ta’ gwardjani lokali u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu magħhom jew anċillari għalihom.
15 ta’ Ġunju, 1996
L-Att XIII ta’ l-1996, kif emendat bl-Att III ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Privati u Lokali.
TAQSIMA I
Preliminari
Tifsir. 
xort’ oħra -
"aġenzija ta’ gwardjani lokali" tfisser individwu jew għaqda ta’
persuni, korporata jew le, li tipprovdi servizzi ta’ gwardjani lokali;
"aġenzija ta’ gwardjani privati" tfisser kull individwu jew
għaqda ta’ persuni, korporata jew le, li tipprovdi xi servizzi ta’
gwardjani privati u tinkludi kull individwu jew għaqda bħal dawk li
jimpjegaw jew iħaddmu impjegat biex jipprovdi servizzi ta’
gwardjan privat f’xi post ta’ divertiment kif jista’ jiġi preskritt;
Kap. 363.
"bye-laws" tfisser kull bye-laws u kull leġislazzjoni oħra li minn
żmien għal żmien tkun fdata lill-Kunsilli Lokali b’delega jew bi
ftehim kif stipulat fl-Att dwar Kunsilli Lokali;
"gwardjan lokali" tfisser individwu li jagħti s-servizzi tiegħu fil-
provvista ta’ servizzi ta’ gwardjani lokali;
"gwardjan privat" tfisser individwu li hu impjegat jew li jaħdem
ma’ aġenzija ta’ gwardjani privati fil-provvista ta’ servizzi ta’
gwardjani privati f’isem dik l-aġenzija;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Pulizija;
"servizzi ta’ gwardjani lokali" tfisser dawk is-servizzi li jistgħu
jkunu meħtieġa minn Kunsilli Lokali fil-qadi ta’ dmirijiethom u
tar-responsabbiltajiet tagħhom biex jikkontrollaw, jirregolaw u
jinfurzaw bye-laws, u tinkludi l-provvista ta’ servizzi biex ikun
kontrollat aċċess u moviment minn nies jew vetturi, b’mod ġenerali
jew f’okkażjonijiet partikolari u l-provvista ta’ servizzi simili;
"servizzi ta’ investigazzjoni privata" tfisser il-ksib, bejgħ jew
provvista lil xi persuna ta’ xi tagħrif dwar:-
(a) l-identità , il-kondotta, il-movimenti, fejn tkun,
affiljazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, transazzjonijiet,
  2      KAP. 389. ħ         GWARDJANIPRIVATIULOKALI
reputazzjoni jew karattru ta’, xi persuna jew korp ta’
persuni;
(b) il-background jew l-antiċedenti ta’ xi applikant għal
impieg;
(ċ) stħarriġ dwar persuni jew proprjetà  mitlufa; 
(d) dannu jew ħsara lil proprjetà ;
(e) il-prevenzjoni jew il-kxif ta’ spjunaġġ industrjali;
"servizzi ta’ gwardjani privati" tfisser kull servizz ta’ gwardjani,
barra minn servizzi ta’ gwardjani provduti minn xi dipartiment tal-
Gvern jew awtorità  taħt id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra barra
minn dan l-Att, mogħti minn individwu jew minn għaqda ta’
persuni, korporata jew le, dwar -
(a) il-prevenzjoni jew kxif ta’ intrużjoni, dħul jew attività
mhux awtorizzata, vandaliżmu jew dħul abbużiv fi
proprjetà  privata;
(b) il-prevenzjoni jew il-kxif ta’ frodi jew serq, telf,
approprjazzjoni indebita jew ħabi ta’ merkanzija, flus,
bonds, stocks, noti jew dokumenti jew karti oħra;
(ċ) il-kontroll, ir-regolazzjoni jew id-direzzjoni tal-
moviment tal-pubbliku f’arei privati jew ristretti, sew
bl-użu ta’ vettura jew xort’oħra, biex tkun assigurata l-
protezzjoni ta’ proprjetà ;
(d) il-protezzjoni ta’ individwi minn offiżi fuq il-persuna;
(e) il-protezzjoni tal-proprjetà ;
(f) il-provvista ta’ persuni sabiex jgħassu flus jew xi
proprjetà  oħra li tkun qed tinġarr jew il-provvista ta’
trasport għal dawk il-flus jew proprjetà  oħra;
(g) il-provvista ta’ armoured cars għall-ġarr ta’ dawk il-
flus jew proprjetà  oħra;
(h) il-provvista, l-istallazzjoni u manutenzjoni ta’ safes,
alarms, u tagħmir ieħor ta’ sigurtà  jew oġġetti anċillari
kif il-Ministru jista’ jippreskrivi;
(i) servizzi ta’ investigazzjoni privata;
(j) il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar is-sigurtà ;
(k) it-tħaddim ta’ post fejn jingħataw faċilitajiet għal
depożiti f’safes barra minn dak it-tħaddim minn banek;
(l) kull servizz ieħor li l-Ministru jista’ minn żmien għal
żmien b’ordni jippreskrivi,
iżda ma tinkludix xi servizzi ta’ gwardjani privati provduti lil xi
persuna, barra minn aġenzija ta’ gwardjani privati jew Kunsill
Lokali, minn impjegat tagħha kemm full-time, part-time jew
każwali, iżda tinkludi l-provvista ta’ servizzi ta’ gwardjani privati
minn impjegati bħal dawk meta dawk is-servizzi jingħataw f’post
ta’ divertiment kif jista’ jkun preskritt mill-Ministru matul dawk il-
ħinijiet li dawn ikunu miftuħa għall-pubbliku;
"servizzi ta’ konsulenza dwar is-sigurtà " tfisser l-għoti ta’ pariri
dwar is-sigurtà  ta’ proprjetà , post, persunal, impjant, makkinarju u
GWARDJANIPRIVATIULOKALI   ġ K AP. 389.      3
tagħmir.
TAQSIMA II
Servizzi ta’ Gwardjani Privati
Aġenziji ta’ 
gwardjani privati u 
gwardjani privati 
għandu jkollhom 
liċenza.
3. Ebda persuna ma għandha taħdem bħala aġenzija ta’
gwardjani privati jew bħala gwardjan privat jew hekk toffri s-
servizzi tagħha, kemm-il darba dik il-persuna ma jkollhiex liċenza
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Użu ta’ servizzi ta’ 
gwardjani privati. 
4. Ebda persuna ma tista’ timpjega, tħaddem jew tippermetti
l-użu ta’ servizzi ta’ gwardjani privati kemm-il darba dawk is-
servizzi ma jingħatawx minn aġenzija ta’ gwardjani privati jew
minn gwardjani privati, skond il-każ, li għandhom liċenza skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Impieg ta’ 
gwardjani privati. 
5. Ebda aġenzija ta’ gwardjani privati ma tista’ tipprovdi lil
xi persuna għal dmirijiet fi, jew li għandhom x’jaqsmu ma’,
servizzi ta’ gwardjani privati kemm-il darba dik il-persuna ma
jkollhiex liċenza bħala gwardjan privat skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att.
Applikazzjonijiet 
għal liċenza bħala 
aġenzija ta’ 
gwardjani privati u 
bħala gwardjani 
privati.
6. (1) Kull persuna li tkun trid tikseb liċenza bħala aġenzija
ta’ gwardjani privati jew bħala gwardjan privat għandha tagħmel
applikazzjoni bil-miktub lill-Kummissarju.
(2) Dik l-applikazzjoni għandu jkun fiha, fil-każ ta’ aġenzija
ta’ gwardjani privati, it-tagħrif li ġej flimkien ma’ dawk id-
dokumenti dwaru li jkunu meħtieġa -
(a) l-isem sħiħ u l-indirizz tax-xogħol, u fil-każ ta’
individwu n-numru tal-karta ta’ l-identità  u fil-każ ta’
soċjetà  kummerċjali, in-numru u l-uffiċċju reġistrat
tas-soċjetà ;
(b) l-isem li l-applikant ikun bi ħsiebu juża biex imexxi l-
attivitajiet tiegħu;
(ċ) ix-xorta ta’ l-attivitajiet li l-applikant ikun bi ħsiebu
jagħmel;
(d) fil-każ ta’ korp ta’ persuni, l-ismijiet u l-indirizzi u n-
numri tal-karta ta’ l-identità  ta’ l-azzjonisti, soċji,
diretturi, segretarji u uffiċjali oħra tal-korp (u meta xi
ħadd minn dawk il-persuni jkun soċjetà  kummerċjali,
in-numru u l-uffiċċju reġistrat tas-soċjetà ) u n-numru
ta’ persuni li jkun propost li jkunu impjegati;
(e) dikjarazzjoni mill-applikant fejn jgħid li ma għandu
ebda interess finanzjarju jew xi interess ieħor li b’xi
mod jista’ joħloq konflitt mas-servizzi li jkunu se jiġu
provduti mill-aġenzija ta’ gwardjani privati; dak l-
interess l-ieħor għandu jinkludi kull attivitajiet ta’
negozju jew ekonomiċi li jkunu saru jew li jkunu qed
isiru minn, jew servizzi li jkunu provduti jew li jkunu
qed jiġu provduti minn, jew impieg li kellu jew li
jkollu, l-applikant;
(f) jekk l-applikant kien qabel qed imexxi xi attività  ta’
  4      KAP. 389. ħ         GWARDJANIPRIVATIULOKALI
negozju, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-aħħar
tliet snin, u jekk taħt xi liġi oħra dawk id-
dikjarazzjonijiet finanzjarji huma meħtieġa li jkunu
verifikati, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati;
(g) esperjenza li għandha x’taqsam ma’ servizzi ta’
gwardjani privati li jkollha kull persuna msemmija fil-
paragrafi (a) u (d) ta’ hawn fuq.
(3) Fil-każ ta’ gwardjan privat l-applikazzjoni għandu jkun fiha
t-tagħrif li ġej flimkien ma’ dawk id-dokumenti dwaru li jkunu
meħtieġa -
(a) l-isem sħiħ, l-indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-
identità ;
(b) id-data u l-post tat-twelid;
(ċ) dettalji sħaħ dwar l-esperjenza tax-xogħol ta’ l-
applikant; 
(d) dikjarazzjoni mill-applikant fejn jgħid li ma għandu
ebda interess finanzjarju jew xi interess ieħor li b’xi
mod jista’ joħloq konflitt mas-servizzi li jkunu se jiġu
provduti bħala gwardjan privat;
(e) kwalifiki akkademiċi, ta’ taħriġ u oħrajn miksuba
bħala gwardjan privat.
(4) Kull applikazzjoni taħt dan l-artikolu għandu jkollha
magħha dak id-dritt li jkun preskritt.
(5) Il-Kummissarju jista’, fiċ-ċirkostanzi ta’ kull każ
partikolari, jeħtieġ tagħrif ieħor jew li xi tagħrif li jkun ingħata taħt
dan l-artikolu jingħataw dwaru dawk id-dokumenti rilevanti li jista’
jeħtieġ.
Pubblikazzjoni ta’ 
applikazzjoni. 
7. Il-Kummissarju għandu, fi żmien ħmistax-il jum minn
meta jirċievi dik l-applikazzjoni, jagħti avviż fil-Gazzetta dwar dik
l-applikazzjoni b’dawk id-dettalji li jidhirlu xierqa.
Oġġezzjoni għal 
applikazzjoni. 
8. (1) Kull persuna tista’, fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni
ta’ avviż bħal dak, toġġezzjona bil-miktub għall-ħruġ ta’ dik il-
liċenza għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 10 ta’
dan l-Att.
(2) Il-Kummissarju għandu jikkunsidra kull oġġezzjoni bħal
dik u għandu jivverifika kull dikjarazzjoni magħmula fiha. Għal
dan l-għan il-Kummissarju jista’ jeħtieġ lill-persuna li tagħmel l-
oġġezzjoni biex tipproduċi jew tindika l-provi b’sustenn ta’ kull
dikjarazzjoni li tkun saret f’oġġezzjoni bħal dik.
(3) Kull oġġezzjoni magħmula taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu titqies bħala konfidenzjali.
Aċċettazzjoni jew 
rifjut ta’ 
applikazzjoni. 
9. Wara li jkun ikkunsidra l-applikazzjoni magħmula u kull
oġġezzjonijiet riċevuti taħt l-artikolu 8 ta’ dan l-Att il-
Kummissarju għandu fi żmien erba’ ġimgħat mill-għeluq tax-xahar
imsemmi fl-artikolu 8(1) -
(a) jew joħroġ liċenza lill-applikant biex jaħdem ta’
aġenzija ta’ gwardjani privati jew ta’ gwardjan privat;
GWARDJANIPRIVATIULOKALI   ġ K AP. 389.      5
jew
(b) jirrifjuta l-applikazzjoni.
Rifjut għall-ħruġ 
ta’ liċenza.
Emendat:
III. 2002.167.
10. Il-Kummissarju għandu jirrifjuta applikazzjoni f’kull
waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) meta l-applikant jew xi uffiċjal ta’ l-applikant jew
persuna oħra li jkollha kontroll effettiv tas-servizzi li
jkunu se jiġu provduti mill-applikant -
(i) tkun instabet ħatja f’Malta jew x’imkien ieħor
ta’ xi delitt kontra s-sigurtà  ta’ l-istat, jew ta’ ta’
omiċidju volontarju jew ta’ offiża gravi fuq il-
persuna jew ta’ xi delitt kontra l-proprjetà
aggravat bl-ammont li jeċċedi l-elf lira jew bil-
vjolenza jew ta’ xi delitt kontra l-fiduċja
pubblika jew ta’ xi delitt gravi ieħor; jew
(ii) tkun iddikjarata falluta jew meta l-qagħda
finanzjarja tagħha tkun prekarja jew xort’oħra
tagħmel lill-applikant mhux addattat; jew
(iii) tkun tkeċċiet mill-pulizija jew mill-forzi armati
jew mis-servizzi tal-ħabs minħabba xi reat jew
xi nuqqas ieħor fl-imġieba; jew
(iv) tkun uffiċjal pubbliku ħlief uffiċjal li jkun
jappartjeni għal grad jew kategorija kif jistgħu
jiġu preskritti mill-Ministru jew membru tal-
Pulizija jew tal-forzi armati jew tas-servizzi tal-
ħabs; jew
(v) tkun instabet ħatja f’Malta jew x’imkien ieħor
ta’ xi delitt kontra l-persuna jew kontra l-
proprjetà  u l-applikazzjoni ssir fi żmien ħames
snin minn meta jsir id-delitt;
(b) meta dan jikkunsidra li jkun fl-interess pubbliku li
jirrifjuta dik il-liċenza; jew
(ċ) meta l-applikant ma jkollux il-kwalifiki meħtieġa kif
jista’ jkun preskritt b’dan l-Att jew taħtu.
Riferiment lill-
Ministru. 
11. (1) Jekk il-Kummissarju jirrifjuta li joħroġ liċenza lill-
applikant biex jaħdem bħala aġenzija ta’ gwardjani privati jew
bħala gwardjan privat, dan għandu minnufih jikkomunika bil-
miktub dik id-deċiżjoni lill-applikant fejn jagħtih ir-raġuni għal
dak ir-rifjut:
Iżda f’każ ta’ rifjut taħt l-artikolu 10(b), ikun biżżejjed li
jiddikjara li l-liċenza tkun ġiet rifjutata fl-interess pubbliku.
(2) Fl-istess ħin il-Kummissarju għandu wkoll jissottometti
kopja ta’ dawk id-dokumenti lill-Ministru fejn, fil-każ ta’ rifjut fl-
interess pubbliku, għandu jiiddikjara r-raġuni attwali għal dak ir-
rifjut.
(3) Meta jirċievi liċenza jew l-avviż ta’ rifjut, l-applikant jista’,
fi żmien xahar kalendarju minn meta jkun irċevih, jagħmel
sottomissjonijiet bil-miktub lill-Ministru fejn jitolbu li xi patti jew
kundizzjonijiet marbutin ma’ dik il-liċenza għandhom jitneħħew
  6      KAP. 389. ħ         GWARDJANIPRIVATIULOKALI
jew jinbidlu, jew f’każ ta’ rifjut, li tinħareġ il-liċenza.
(4) Il-Ministru għandu jiddeċiedi dik it-talba u għandu
jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissarju u lill-applikant.
Id-deċiżjoni tal-Ministru tkun finali u l-Kummissarju għandu
jaġixxi skond dik id-deċiżjoni.
Ħruġ ta’ liċenza ta’ 
gwardjan privat 
jew aġenzija ta’ 
gwardjani privati.
12. (1) Liċenza maħruġa mill-Kummissarju taħt l-artikolu 9 -
(a) tkun valida għal perijodu ta’ sena mid-data tal-ħruġ
tagħha;
(b) tista’ tkun limitata għal xi wieħed jew iżjed mis-
servizzi ta’ gwardjani privati;
(ċ) tkun suġġetta għall-kundizzjoni speċifika li d-detentur
tal-liċenza għandu jgħarraf lill-Kummissarju b’kull
tibdil fit-tagħrif mogħti dwar l-applikazzjoni relevanti;
(d) tkun suġġetta għal dawk il-patti u l-kundizzjonijiet l-
oħra li l-Kummissarju jidhirlu xierqa li jorbot ma’ dik
il-liċenza. 
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, liċenza
maħruġa taħt dan l-Att tista’ tiġġedded minn sena għal sena malli
tagħlaq il-validità  tagħha mal-ħlas ta’ dak id-dritt li jkun preskritt. 
(3) Il-ħruġ ta’ liċenza taħt din it-Taqsima ma għandha b’ebda
mod tiftiehem li tagħti xi dritt jew privileġġ lid-detentur tagħha li
jagħmel xi ħaġa, tkun xi tkun, dwar terzi persuni jew dwar il-
proprjetà  tagħhom li persuna ma kenitx tista’ tagħmel qabel il-
promulgazzjoni ta’ dan l-Att.
Irtir u sospensjoni 
ta’ liċenza.
13. (1) Meta d-detentur ta’ liċenza ma jimxix skond xi waħda
mill-patti jew kundizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet il-liċenza
jew jinqalgħu ċirkostanzi li kienu jiġġustifikaw li applikazzjoni
għal dik il-liċenza kienet tkun miċħuda, il-Kummissarju jista’ jew
jirtira jew jissospendi dik il-liċenza.
(2) Meta liċenza tkun ġiet irtirata jew sospiża, il-Kummissarju
jista’ jagħti liċenza ġdida jew jirtira s-sospensjoni meta ċ-
ċirkostanzi li jkunu nqalgħu għall-irtir jew sospensjoni jkunu
tneħħew jew ma jkunux għadhom jeżistu.
(3) Meta jirċievi avviż ta’ irtir jew sospensjoni d-detentur ta’
liċenza jista’, fi żmien xahar kalendarju minn meta jkun irċevih,
jagħmel sottomissjonijiet bil-miktub lill-Ministru fejn jitolbu li
jneħħi dak l-irtir jew dik is-sospensjoni.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(3) u (4) għandhom
mutatis mutandis japplikaw għal sottomissjoni magħmula mill-
Ministru taħt is-subartikolu (3).
GWARDJANIPRIVATIULOKALI   ġ K AP. 389.      7
TAQSIMA III 
Servizzi ta’ Gwardjani Lokali
Aġenziji ta’ 
gwardjani lokali u 
gwardjani lokali 
għandu jkollhom 
liċenza.
14. Ebda persuna ma għandha taħdem bħala aġenzija ta’
gwardjani lokali jew bħala gwardjan lokali jew hekk toffri s-
servizzi tagħha, kemm-il darba dik il-persuna ma jkollhiex liċenza
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Użu ta’ servizzi ta’ 
gwardjani lokali. 
15. Ebda persuna ma tista’ timpjega, tħaddem jew tippermetti
l-użu ta’ servizzi ta’ gwardjani lokali kemm-il darba dawk is-
servizzi ma jkunux provduti minn aġenzija ta’ gwardjani lokali jew
minn gwardjani lokali, skond il-każ, li jkollhom liċenza skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Impieg ta’ 
gwardjani lokali. 
16. Ebda aġenzija ta’ gwardjani lokali ma tista’ tipprovdi lil xi
persuna għal dmirijiet fi, jew li għandhom x’jaqsmu ma’, servizzi
ta’ gwardjani lokali kemm-il darba dik il-persuna ma jkollhiex
liċenza bħala gwardjan lokali skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
L-artikoli minn 6 
sa 13 japplikaw 
għal aġenziji ta’ 
gwardjani lokali u 
għal gwardjani 
lokali.
17. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jinsabu f’din it-
Taqsima, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12 u 13
għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar liċenza għal aġenzija
ta’ gwardjani lokali jew għal gwardjani lokali bl-istess mod kif
japplikaw għal applikazzjoni għal liċenza ta’ aġenzija ta’ gwardjani
privati jew ta’ gwardjani privati, skond il-każ.
(2) Applikazzjoni għal liċenza ta’ aġenzija ta’ gwardjani lokali
jew ta’ gwardjani lokali għandu jkollha magħha dak id-dritt li jkun
preskritt.
Setgħa ta’ 
gwardjani lokali li 
jżommu persuni u 
jiksbu 
partikolaritajiet.
18. (1) Gwardjan lokali jkollu s-setgħa li jwaqqaf kull
persuna, li hu jissospetta li tkun kisret xi bye-laws, sabiex
jidentifika lil dik il-persuna u jieħu l-partikolaritajiet tagħha, iżda
ma jistax iżomm lil xi persuna ħlief kif provdut fis-subartikolu li
ġej ta’ dan l-artikolu.
(2) Gwardjan lokali jista’ jżomm kull persuna sabiex jeħodha
quddiem uffiċjal tal-Pulizija jew sakemm jasal uffiċjal tal-Pulizija,
meta dik il-persuna tirrifjuta li tieqaf u tagħti l-partikolaritajiet
tagħha jew sabiex ma jħallix lil dik il-persuna milli tikser xi bye-
laws meta dik il-persuna tkun twissiet biex tieqaf u din ma tieqafx
volontarjament.
(3) Kull persuna li tirrifjuta li tagħti, jew li tagħti b’qerq, lil xi
gwardjan lokali fil-qadi ta’ dmirijietu, isimha, kunjomha, l-indirizz
u l-partikolaritajiet oħra li b’mod leġittimu jkunu meħtieġa, tkun
ħatja ta’ kontravvenzjoni u teħel meta tinsab ħatja ammenda ta’
ħamsa u għoxrin lira.
Reżistenza u 
vjolenza kontra 
gwardjani lokali. 
19. (1) Ebda persuna ma għandha b’xi mod tattakka jew
tirreżisti bi vjolenza xi gwardjan lokali waqt il-qadi ta’ dmirijietu
taħt dan l-Att.
(2) Bla ħsara għal xi piena ogħla li tista’ teħel taħt xi liġi oħra
kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu tkun
ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja priġunerija għal żmien ta’
  8      KAP. 389. ħ         GWARDJANIPRIVATIULOKALI
minn xahar sa sitt xhur:
Iżda ma tiġi mogħtija ebda piena għall-fatt biss ta’ l-attakk
jew tar-reżistenza kontra xi persuna li, għalkemm tkun ittantat li
tibda taġixxi jew fil-fatt tkun bdiet taġixxi, ma’ l-ewwel twissija
tal-persuna li għaliha tkun ħabtet jew irreżistiet, ma tibqax tissokta
fl-esekuzzjoni tad-delitt.
Abbuż ta’ awtorità . 
Kap. 9.
20. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 112, 113, 114, 115 u 119
tal-Kodiċi Kriminali għandhom japplikaw għal gwardjan lokali. 
TAQSIMA IV
Ġenerali 
Assigurazzjoni 
għal indennizz.
21. (1) Kull persuna li għandha liċenza taħt dan l-Att għandha
sakemm iddum hekk liċenzjata tkun koperta b’assigurazzjoni għal
indennizz, b’dak il-mod u għal dak l-ammont li jista’ jkun preskritt
kontra kull responsabbiltà  li dik il-persuna tista’ tinkorri bħala
kumpens dwar xi telf jew dannu li xi persuna oħra tista’ ġġarrab
minħabba xi għemil jew nuqqas ta’ għemil tal-persuna l-ewwel
imsemmija jew ta’ xi ħadd mill-impjegati tagħha fil-qadi ta’ xi
servizzi provduti taħt liċenza maħruġa skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att. Dik 1-assigurazzjoni għandha ssir mill-prinċipal jekk
il-persuna liċenzjata tkun persuna impjegata.
(2) Kull persuna obbligata li tkun koperta b’assigurazzjoni għal
indennizz taħt dan l-artikolu għandha kull sena fi żmien ġimgħa li
tagħmel jew iġġedded dik l-assigurazzjoni għal indennizz tgħarraf
lill-Kummissarju bil-miktub dwar il-kumpannija ta’ assigurazzjoni
u n-numru relattiv tal-polza ta’ assigurazzjoni.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kull persuna obbligata li
tkun koperta b’assigurazzjoni ta’ indennizz għandha, flimkien mat-
tagħrif meħtieġ taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, tagħti lista
ta’ persuni, jekk ikollha, impjegati magħha.
(4) Kull tibdil fil-lista ta’ impjegati mogħtija taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) għandu jkun mgħarraf lill-
Kummissarju fi żmien ġimgħa minn meta jiġri dak it-tibdil.
(5) Kull persuna li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu titqies li qed taħdem mingħajr il-
liċenza meħtieġa taħt dan l-Att.
Użu ta’ 
uniformijiet. 
22. (1) Kull persuna li għandha liċenza ta’ gwardjan lokali
għandha, waqt il-qadi ta’ dmirijietha u matul dak il-ħin biss, jew
waqt li tkun qed tivvjaġġa biex tibda d-dmirijiet tagħha jew lura,
tilbes dawk l-uniformijiet li jkunu jingħarfu u dawk il-badges jew
marki oħra ta’ identità , u, jew distintivi kif approvat mill-
Kummissarju.
(2) Kull persuna li għandha liċenza ta’ gwardjan privat
għandha ġġorr magħha dik il-karta jew dokument ta’ identità  li
għandha tiġi preskritta jew għandu jiġi preskritt u għandha tilbes
dik l-uniformi li tkun tingħaraf u, jew dawk il-badges jew marki
oħra ta’ identità  kif jista’ jkun preskritt.
GWARDJANIPRIVATIULOKALI   ġ K AP. 389.      9
Korsijiet approvati 
biex jipprovdu 
taħriġ, eċċ.
23. Ebda persuna ma għandha tipprovdi korsijiet għall-għoti
ta’ kwalifiki akkademiċi, ta’ taħriġ jew oħrajn li persuna tista’ tkun
meħtieġa li jkollha biex tikseb jew iżżomm liċenza ta’ gwardjan
privat jew gwardjan lokali, kemm-il darba dawk il-korsijiet ma
jkunux approvati mill-Ministru skond regolamenti li jistgħu ikunu
preskritti.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
24. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jingħataw
effett id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u jista’, mingħajr ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, b’dawk ir-regolamenti
jippreskrivi -
(a) id-drittijiet li għandhom jitħallsu taħt dan l-Att jew
għal xi servizzi taħt jew skond dan l-Att, u drittijiet
differenti jistgħu jkunu hekk preskritti għal servizzi
differenti jew għal liċenzi differenti taħt dan l-Att;
(b) il-formuli li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta’ dan
l-Att;
(ċ) il-kwalifiki akkademiċi, ta’ taħriġ jew oħrajn li jistgħu
ikunu meħtieġa għall-għoti jew għaż-żamma ta’
liċenza taħt dan l-Att;
(d) dwar l-approvazzjoni ta’ korsijiet biex jipprovdu 1-
kwalifiki akkademiċi, ta’ taħrig jew oħrajn meħtieġa
għall-għoti ta’ liċenza taħt dan l-Att;
(e) kull ħaġa li tista’ jew li għandha tkun preskritta taħt
dan l-Att:
Iżda fil-każ ta’ regolamenti magħmula dwar gwardjani
lokali, servizzi ta’ gwardjani lokali jew aġenziji ta’ gwardjani
lokali, dawk ir-regolamenti għandhom isiru bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-gvern lokali.
Reati u pieni. 
(a) li tħaddem aġenzija ta’ gwardjani privati jew aġenzija
ta’ gwardjani lokali bi ksur ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi liċenza
maħruġa bis-saħħa tiegħu jew li tikser id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23, tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
għaxart elef lira u priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sena jew dik il-multa u priġunerija
flimkien;
(b) li taħdem jew li tkun impjegata bħala gwardjan privat
jew gwardjan lokali bi ksur ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi liċenza
maħruġa bis-saħħa tiegħu tkun ħatja ta’ reat u teħel,
meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn elfejn lira
u priġunerija ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-
multa u priġunerija flimkien;
(ċ) li timpjega, tħaddem jew tippermetti l-użu ta’ servizzi
ta’ gwardjani privati jew servizzi ta’ gwardjani lokali
bi ksur ta’ l-artikolu 4 jew ta’ l-artikolu 15 jew li
xort’oħra tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
  10      KAP. 389. ħ         GWARDJANIPRIVATIULOKALI
l-Att barra minn dawk li għalihom japplikaw il-
paragrafi (a) u (b) tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
lira.
