ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI) ġ K AP. 390.      1
KAPITOLU 390
ATT DWAR IL-PERITI
Sostitwit:
XVIII. 2002.10.
Biex jirregola l-Periti u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu ma’ dan jew li huma anċillari għalihom.
1 ta’ Ottubru, 1996
L-ATT XIV ta’ l-1996, kif emendat bl-Att XVIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Sostitwit:
XVIII. 2002.10.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Periti.
Tifsir. 
Emendat:
XVIII. 2002.10.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
Kap. 450.
"awtorità  kompetenti" għandu jkollha l-istess tifsir mogħti lilha
fl-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Warrant tal-Periti stabbilit bl-artikolu
6;
Kap. 450.
"Ftehim", "Stat li jkollu Ftehim", u "ċittadin ta’ Stat li jkollu
Ftehim" ghandu jkollhom l-istess tifsir mogħti lilhom fl-Att dwar
ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki;
"Kamra" tfisser il-Kamra tal-Periti;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet u, sal-
limitu ta’ funzjonijiet delegati lilu mill-Ministru, tinkludi l-Bord;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taħt dan l-Att;
"professjoni" tfisser il-professjoni li tassumi responsabbiltà  għal
disinn u, jew, kostruzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ bini, taħt it-titolu
ġeneriku ta’ "Perit" u tinkludi xogħol fl-oqsma ta’ l-arkitettura u ta’
l-inġinerija ċivili u strutturali;
"warrant" tfisser warrant mogħti taħt l-artikolu 5, u "detentur ta’
warrant" għandha tiftiehem skond hekk.
Kwalifiki għal 
warrant.
Emendat:
XVIII. 2002.10.
3. (1) Ebda persuna ma tista’ teżerċita l-professjoni kemm-il
darba ma jkollhiex warrant skond l-artikolu 5.
(2) Persuna ma tikkwalifikax għall-għotja ta’ warrant kemm-il
darba -
(a) ma tkunx ċittadin ta’ Malta jew ta’ Stat li jkollu
Ftehim jew xort’oħra jkollha l-permess li taħdem
f’Malta bis-saħħa ta’ xi liġi;
(b) ma tkunx ta’ kondotta tajba;
(ċ) ma jkollhiex il-kapaċitajiet legali kollha; u 
(d) ma tissodisfax lill-Bord li -
(i) jkollha kwalifiki akkademiċi miksuba wara li
tkun għaddiet minn kors sħiħ ta’ studju ta’ mill-
anqas erba’ snin full-time jew l-ekwivalenti
  2      KAP. 390. ħ       ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI)
part-time tiegħu, fl-Università  ta’ Malta jew
f’dik l-Università  oħra jew istituzzjoni
akkademika oħra li tista’ tiġi rikonoxxuta għal
dak l-għan mill-Bord wara li jkun ikkonsulta
lill-Kamra, liema kors ikun fih dak il-minimu ta’
suġġetti bażiċi fl-oqsma ta’ l-arkitettura u ta’ l-
inġinerija ċivili li l-Ministru jista’, wara li jkun
ikkonsulta lill-Kamra, jippreskrivi;
(ii) għal perijodu ta’ mhux inqas minn sentejn wara
li tkun kisbet il-kwalifiki akkademiċi msemmija
fis-subparagrafu (i), tkun tħarrġet f’Malta taħt
is-superviżjoni ta’ detentur ta’ warrant
eżerċenti, skond il-guidelines li l-Ministru jista’,
wara li jkun ikkonsulta lill-Kamra, jippreskrivi:
Iżda meta l-kwalifiki akkademiċi msemmija
fis-subparagrafu (i) jinkisbu wara kors ta’ ħames
snin full-time jew iżjed, jew l-ekwivalenti part-
time tiegħu, il-perijodu ta’ taħriġ imsemmi f’dan
is-sub-paragrafu għandu jkun ta’ sena:
Iżda wkoll, bl-approvazzjoni tal-Bord, dak
it-taħriġ jista’, għal perijodu ta’ mhux iżjed
minn sena, fl-imsemmi perijodu ta’ sentejn, isir
fi Stat barra minn Malta ma’ professjonista
f’dixxiplini relatati, li jkun hekk kwalifikat kif
imiss biex jeżerċita l-professjoni f’dak l-Istat;
(iii) tkun ġiet eżaminata kif imiss u approvata mill-
Bord f’eżami jew eżamijiet għal dak l-għan,
skond kif il-Ministru jista’, wara li jkun
ikkonsulta lill-Kamra, jippreskrivi:
Iżda l-Bord jista’ jeżenta persuna li tkun
kisbet il-kwalifiki akkademiċi mill-Università
ta’ Malta jew minn dik l-Università  oħra jew
istituzzjoni akkademika oħra approvata għal dak
l-għan mill-Bord wara li jkun ikkonsulta lill-
Kamra, minn dak l-eżami jew eżamijiet għal
kollox jew f’parti.
Ċirkostanzi 
speċjali. 
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3, persuna li tkun
tippossjedi l-kwalifiki elenkati fl-artikolu 3(2)(a), (b) u (ċ), u fil-
paragrafu (d)(ii) u (iii) ta’ l-imsemmi subartikolu, tista’ tingħata
warrant jekk il-Bord ikun sodisfatt li dik il-persuna jkollha grad
akkademiku miksub wara li tkun għaddiet minn kors sħiħ ta’ studji
fl-arkitettura, inġinerija ċivili jew dixxiplini relatati f’Università
jew istituzzjoni akkademika ekwivalenti, u li dik il-persuna, meta l-
kors ta’ studji fil-fehma tal-Bord,
(i) kien ta’ inqas minn erba’ snin ta’ studji, jew ta’
tul part-time ekwivalenti, jew
(ii) ma kienx fih dak il-minimu ta’ suġġetti fl-oqsma
ta’ 1-arkitettura u inġinerija ċivili kif preskritti
mill-Ministru skond l-artikolu 3(2)(d)(i),
tkun għamlet taħriġ prattiku għal perijodu ta’ mhux inqas minn sitt
xhur u mhux iżjed minn tliet snin skond kif l-imsemmi Bord jista’
ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI) ġ K AP. 390.      3
jistabbilixxi minn każ għal każ, taħt is-sorveljanza ċċertifikata ta’
detentur ta’ warrant li jkollu l-prattika, skond dawk il-guidelines li
l-Ministru, wara li jkun ikkonsulta lill-Kamra, jista’ jippreskrivi:
Iżda l-Bord jista’ wkoll jeħtieġ li dik il-persuna tiġi
eżaminata f’dawk is-suġġetti li jista’ jqis meħtieġa.
Warrant biex 
wieħed jeżerċita 
bħala Perit.
Emendat:
XVIII. 2002.10.
5. (1) Il-warrant għall-eżerċizzju tal-professjoni għandu
jingħata mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord lil kull
persuna li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-artikoli 3 jew 4.
(2) Detentur ta’ warrant jista’ juża l-isem "Perit" flimkien ma’
ismu.
Kap. 12.
(3) Kull persuna li jingħatalha warrant bħal dak għandha,
qabel ma tibda teżerċita l-professjoni tagħha, tieħu quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell, f’seduta bil-miftuħ, il-ġurament ta’ fedeltà
msemmi fl-artikolu 10 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili u l-ġurament ta’ kariga kif miġjub hawn taħt:
Jiena, ............................................. nahlef / solennament
niddikjara li nagħmel fedelment u bl-onestà  u bir-reqqa kollha d-
dmirijiet ta’ Perit u mill-aħjar li naf u li nista’. Hekk Alla jgħini.
Bord tal-Warrant 
tal-Periti.
6. (1) Għandu jitwaqqaf Bord, li jkun magħruf bħala l-Bord
tal-Warrant tal-Periti, u li jkun magħmul minn:
(a) chairman li jiġi maħtur mill-Ministru minn fost
persuni li huma jew kienu kwalifikati biex jinħatru
mħallfin f’Malta;
(b) żewġ membri maħtura mill-Ministru minn fost
detenturi ta’ warrant li jkun ilhom detenturi tal-
warrant tagħhom għal mill-anqas tmien snin;
(ċ) żewġ membri maħtura mill-Kamra minn fost detenturi
ta’ warrant li jkun ilhom detenturi tal-warrant
tagħhom għal mill-anqas tmien snin; u
(d) żewġ membri li jiġu eletti b’votazzjoni sigrieta minn
fost detenturi ta’ warrant innifishom.
(2) Iċ-chairman jinħatar għal żmien tliet snin, u taħt dawk il-
kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti fl-ittra tal-ħatra tiegħu.
(3) Il-membri l-oħra tal-Bord għandhom iżommu l-kariga għal
żmien sentejn, u taħt dawk il-kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti fl-
ittra tal-ħatra tagħhom:
Iżda fl-ewwel sena, wieħed minn kull wieħed mill-membri,
maħtura jew eletti taħt is-subartikolu (1)(b), (ċ) u (d), għandu
jinħatar jew jiġi elett għal sena waħda, hekk illi, wara, nofs il-
membri msemmija minbarra ċ-chairman għandhom jivvakaw il-
kariga tagħhom kull sena.
(4) Meta jkun hemm xi vakanza fil-Bord, il-Ministru għandu,
hekk kif ikun prattikabbli, fil-każ taċ-chairman, jew membru
maħtur minnu, jaħtar pesuna oħra biex timla l-vakanza; fil-każ ta’
membru maħtur mill-Kamra, huwa għandu jitlob lill-Kamra biex
taħtar persuna oħra biex timla l-vakanza, u fil-każ ta’ membru elett
jara li ssir elezzjoni biex timtela l-vakanza.
  4      KAP. 390. ħ       ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI)
(5) L-għadd ta’ membri meħtieġ biex ikun hemm quorum ikun
ta’ tlieta, iżda, dejjem jekk ikun hemm quorum, il-Bord jista’
jiffunzjona minkejja kull vakanza fost il-membri tiegħu.
(6) Il-Ministru jista’ wkoll jiddelega uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord, iżda dak is-segretarju ma jkollux
vot. 
(7) Barra minn dak imsemmi qabel, il-Bord jista’ jagħmel ir-
regoli tiegħu stess u xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu stess. 
Funzjonijiet tal-
Bord.
Emendat:
XVIII. 2002.10.
7. (1) Il-funzjonijiet tal-Bord huma:
(a) li jikkonsidra applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ warrant,
u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwarhom
lill-Ministru; 
(b) li jorganizza u jirregola, u jiddeċiedi talbiet għal
eżenzjonijiet minn, l-eżami tal-warrant professjonali
skond l-artikoli 3 u 4;
(ċ) li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ taħriġ prattiku barra
minn Malta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
(d) li japprova Universitajiet jew istituzzjonijiet akkade-
miċi skond l-artikolu 3;
(e) li jagħti pariri lill-Ministru, u jorganizza u jirregola l-
eżamijiet xierqa u l-perijodi ta’ taħriġ prattiku, kif
provdut fl-artikolu 4; u
(f) li joħroġ ċertifikat li juri li l-persuna li tixtieq teżerċita
l-professjoni fi Stat li jkollu Ftehim qiegħda teżerċita
l-attivitajiet fil-qasam ta’ l-arkitettura u ta’ l-inġinerija
ċivili f’Malta fejn hija stabbilita.
(2) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, il-Bord jista’
jikkonsulta ma’ dawk il-persuni li jidhirlu xieraq u jista’ wkoll
jaħtar kumitati, li l-president tagħhom ikun membru tal-Bord,
għall-qadi ta’ dawk id-dmirijiet jew ta’ dak ix-xogħol ieħor li l-
Bord jista’ jagħtihom.
(3) Il-Bord għandu jżomm reġistru ta’ detenturi ta’ warrant u
għandu, mhux iktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena,
jippubblika fil-Gazzetta lista ta’ persuni li, fl-31 ta’ Diċembru ta’
dik is-sena, kienu reġistrati bħala detenturi ta’ warrant maħruġ bis-
saħħa ta’ dan l-Att. Bl-istess mod u fl-istess żmien, il-Bord għandu
jippubblika lista ta’ soċjetajiet reġistrati skond l-artikolu 9.
Kamra tal-Periti u 
s-setgħa tal-
Ministru li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat:
XVIII. 2002.10.
8. (1) Id-detenturi ta’ warrant kollha għandu jkollhom id-
dritt li jkunu membri tal-Kamra u li jieħdu sehem fl-attivitajiet
tagħha.
(2) Il-Ministru għandu s-setgħa li jagħmel regolamenti -
(a) li jippreskrivu l-kundizzjonijiet u r-regoli meħtieġa
għall-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni skond il-liġi
tal-Kamra, għaż-żamma tagħha, u għall-validità  tad-
deċiżjonijiet tagħha, kif ukoll sabiex jiġu stabbiliti l-
funzjonijiet u s-setgħat tagħha;
(b) li jassenjaw lill-Kamra d-dmir li tinvestiga l-akkużi ta’
ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI) ġ K AP. 390.      5
imġieba ħażina jew abbuż professjonali magħmulin
kontra detentur ta’ warrant dwar l-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu jew dwar ħwejjeġ li jkollhom
x’jaqsmu mal-professjoni;
(ċ) li jagħtu lill-Kamra setgħat dixxiplinarji dwar kull
imġieba ħażina, jew abbuż imsemmi fil-paragrafu (b),
b’dawk il-mezzi u l-modi li jkunu preskritti
b’regolamenti:
Iżda ma tista’ tingħata ebda piena mill-Kamra
qabel ma d-detentur ta’ warrant li jkun qed jiġi akkużat
jingħata l-opportunità  kollha biex jiddefendi ruħu, bla
ħsara tal-jedd tiegħu li jappella mid-deċiżjoni tal-
Kamra lill-Qorti ta’ l-Appell fiż-żmien u bil-mod li
jiġu hekk preskritti minn żmien għal żmien;
(d) li jipprovdu dwar it-twettiq tad-deċiżjonijiet tal-Kamra
u tal-Bord.
Soċjetajiet ta’ 
detenturi ta’ 
warrant.
9. (1) Żewġ detenturi jew iżjed ta’ warrant jistgħu jiffurmaw
soċjetà  ċivili, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "soċjetà  ta’
detenturi ta’ warrant", li jkollha bħala l-iskop waħdieni tagħha x-
xogħol tal-professjoni u li jkollha dawk is-setgħat li jistgħu jkunu
meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-soċjetà .
(2) Ebda persuna li ma tkunx detentur ta’ warrant ma tista’ tkun
soċju f’soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant.
(3) Kull soċjetà  bħal dik għandha, meta tkun iffurmata kif
imiss skond il-liġi u wara li jsir il-ħlas tad-dritt preskritt, tiġi
reġistrata mill-Bord, u ma’ dik ir-reġistrazzjoni s-soċji jkunu,
sakemm is-soċjetà  tibqa’ hekk reġistrata, awtorizzati li jaġixxu
f’isem u in rappreżentanza tas-soċjetà , li jkollha l-jedd li tuża t-
titolu "Periti".
(4) Kull soċjetà  bħal dik għandha tagħti lill-Ministru jew lill-
Bord dak it-tagħrif li jkunu raġonevolment jeħtieġu jew li jista’ jiġi
preskritt, u għandha tagħti avviż lill-Ministru jew lill-Bord dwar
kull tibdil rilevanti f’kull tagħrif li qabel ikun ingħata lilhom fi
żmien ħmistax-il jum wara d-data li fiha jkun sar dak it-tibdil.
Disposizzjonijiet 
applikabbli għal 
soċjetajiet ta’ 
detenturi ta’ 
warrant.
10. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra jew ta’ xi
ftehim ieħor kuntrarju, dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin
għandhom japplikaw għal soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant taħt dan
l-Att -
(a) is-soċji jkunu responsabbli in solidum għal kull għemil
u nuqqas ta’ kull wieħed minnhom fil-qadi tad-
dmirijiet professjonali tagħhom, fiż-żamma tal-livell u
l-imġieba professjonali meħtieġa u b’mod ġenerali fit-
twettiq ta’ l-obbligi tagħhom taħt dan l-Att jew taħt xi
liġi oħra applikabbli, u għandhom ukoll ikunu
responsabbli in solidum għal kull telf jew danni
riżultanti;
(b) kull għemil jew ħaġa li tista’ ssir minn detentur ta’
warrant tista’ ssir minn wieħed jew iżjed mis-soċji
f’isem is-soċjetà , u kull għemil jew ħaġa li ssir f’isem
  6      KAP. 390. ħ       ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI)
is-soċjetà  għandha ssir minn wieħed jew iżjed mis-
soċji;
(ċ) ir-responsabbiltajiet u l-obbligi għal kull ħaġa li tkun
saret jew li tkun naqset milli ssir matul il-perijodu li
fih id-detentur ta’ warrant kien soċju f’soċjetà  ta’
"Periti" ma għandhomx jieqfu, dwar dik il-persuna,
minħabba li din tkun irtirat, mietet jew għal xi raġuni
oħra li minħabba fiha ma tibqax soċju.
Assigurazzjoni 
għal indennizz 
minn detentur ta’ 
warrant jew minn 
soċjetà  ta’ 
detenturi ta’ 
warrant.
11.* (1) Kull detentur ta’ warrant jew soċjetà  reġistrati taħt
dan l-Att jistgħu jkunu meħtieġa li jkunu koperti minn
assigurazzjoni għal indennizz minn dik il-kumpannija, b’dak il-
mod u għal dak l-ammont li jistgħu jiġu preskritti, kontra kull
responsabbiltà  li d-detentur tal-warrant jew is-soċjetà  jista’
jkollhom għal kumpens dwar xi telf jew danni lil xi persuna jew
ħaġa minħabba xi għemil, żball jew nuqqas negliġenti li jkun sar
mid-detentur tal-warrant, mis-soċjetà , minn xi soċju tagħha, jew
minn xi wieħed mill-impjegati tagħhom, kif ukoll kontra kull talba
dwar kull telf jew danni li jinħolqu jew li jkun hemm kontribut
għalihom b’xi għemil jew nuqqas kriminali jew doluż ta’ xi wieħed
mill-impjegati tagħhom:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx ikunu japplikaw għal detenturi ta’ warrant li jkunu, u
għal dak iż-żmien li jkunu, impjegati mal-Gvern, f’kariga ċivili jew
militari, dwar id-dmirijiet uffiċjali tagħhom.
(2) Kull detentur ta’ warrant jew soċjetà  ta’ detenturi ta’
warrant li jkunu marbutin li jkunu koperti minn assigurazzjoni għal
indennizz taħt dan l-artikolu għandhom, ta’ kull sena fi żmien
ġimgħa minn meta jkunu kkuntrattaw jew ġeddu dik l-
assigurazzjoni għal indennizz, javżaw lill-Bord bil-miktub dwar l-
isem tal-kumpannija assiguratriċi u n-numru relattiv tal-polza ta’
assigurazzjoni.
Ftehim projbit.  12. Kull ftehim jew arranġament li jkollu l-ħsieb li jeżenta lil
detentur ta’ warrant jew soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant minn xi
responsabbiltà , piż jew dmir taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra, jew
li jeħlishom minnhom jew, ħlief taħt assigurazzjoni għal indennizz
magħmula taħt l-artikolu 11, biex jingħatalhom indennizz kontra
kull responsabbiltà , piż jew dmir bħal dawk, ikun null u mingħajr
effett.
Skwalifika ta’ 
detentur ta’ 
warrant. 
Kap. 9. 
13. (1) Il-kundanna minn tribunal kompetenti għal reat li
għalih hemm il-priġunerija għal żmien ta’ iktar minn sena,
minbarra omiċidju involontarju jew reati oħra kontra l-persuna li
jkunu skużabbli skond il-Kodiċi Kriminali, iġġib l-iskwalifika
perpetwa li wieħed jikseb jew iżomm il-warrant.
(2) Dik l-iskwalifika għandha fil-każ ta’ detentur ta’ warrant
tiġi dikjarata mill-Ministru b’avviż li jiġi pubblikat fil-Gazzetta u li
jiġi notifikat lill-persuna skwalifikata, kemm-il darba din ma tkunx
ġiet hekk interdetta bis-sentenza innifisha.
*Għadu mhux fis-seħħ.
ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI) ġ K AP. 390.      7
(3) Il-Ministru jista’, f’kull żmien, u jekk il-Bord hekk
jirrakomanda, b’ordni jneħħi l-iskwalifika dikjarata minnu.
Ċessjoni ta’ 
warrant jew 
reġistrazzjoni ta’ 
soċjetà .
14. (1) Warrant jew reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ detenturi ta’
warrant maħruġa, mogħtija jew magħmula skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistgħu jiġu rtirati jew imħassra mill-
Ministru, fuq it-talba tad-detentur tal-warrant, jew soċjetà , skond
il-każ.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), warrant
ġdid jew reġistrazzjoni ġdida ta’ soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant
jistgħu jinħarġu, jingħataw jew isiru f’kull żmien jekk il-
kondizzjonijiet għal dak il-ħruġ jew reġistrazzjoni jkunu ġew
sodisfatti.
Sospensjoni jew 
revoka ta’ warrant 
jew reġistrazzjoni 
ta’ soċjetà.
15. Il-Ministru jista’, b’ordni bil-miktub, jissospendi, jirrevoka
jew iħassar warrant, jew reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ detenturi ta’
warrant, jekk id-detentur tal-warrant, jew wieħed mis-soċji tas-
soċjetà , skond il-każ -
(a) ikun instab ħati, wara inkjesta mill-Kamra, salv id-
dritt ta’ appell quddiem il-Qorti ta’ l-Appell ta’ dawn
l-atti jew nuqqasijiet li ġejjin:
(i) diżonestà , imġieba ħażina jew negliġenza serja
fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu;
(ii) imġieba li tiskredita l-professjoni;
(iii) nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti dwar il-livell
jew prattika professjonali;
(iv) nuqqas ta’ tħaris ta’ xi kundizzjoni mqiegħda
f’warrant maħruġ taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 17; jew
(b) ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta’ reat taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti li
jsiru taħtu; jew
(ċ) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 13, ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta’
delitt li jolqot il-fiduċja pubblika jew serq jew frodi
jew li xjentement ikun irċieva proprjetà  miksuba
b’serq jew frodi.
Effetti tar-revoka 
jew sospensjoni ta’ 
warrant, jew 
reġistrazzjoni ta’ 
soċjetà .
16. Meta warrant maħruġ taħt dan l-Att jiġi rtirat, sospiż jew
revokat, il-persuna li lilha jkun inħareġ il-warrant ma tibqax tkun
id-detentur ta’ dak il-warrant, jew tiġi sospiża mill-eżerċizzju tal-
professjoni tagħha, skond il-każ, u ma għandhiex tibqa tuża, jew
għandha tissospendi, l-użu tat-titolu "Perit"; u meta titħassar ir-
reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant il-membri ta’ dik
is-soċjetà  u s-soċjetà  ma għandhomx jibqgħu jaġixxu f’isem u in
rappreżentanza tas-soċjetà  u s-soċjetà  ma għandhiex tibqa’ tuża t-
titolu "Periti".
Il-Ministru jista’ 
joħroġ warrant 
ġdid. 
17. Il-Ministru, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord,
jista’, wara li tgħaddi sena mid-data tar-revoka jew irtir tal-warrant
jew it-tħassir ta’ soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant, joħroġ warrant
ġdid jew jawtorizza r-reġistrazzjoni ta’ soċjetà  taħt id-
  8      KAP. 390. ħ       ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI)
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-
Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord jista’ jqis li jkunu
meħtieġa.
Reati.  18. (1) Kull persuna li, sabiex tikseb warrant,  jew
reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tagħti tagħrif ħażin jew xort’oħra
taġixxi b’mod qarrieqi jew bi frodi tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn tnax-il xahar jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
(2) Kull persuna li, meta ma tkunx id-detentur ta’ warrant,
tassumi jew tuża t-titlu "Perit", jew b’xi mod turi li jkollha l-jedd li
teżerċita l-professjoni, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija
flimkien, u dwar it-tieni reat jew reati oħra sussegwenti multa ta’
mhux iżjed minn ħamest elef lira jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Kull persuna li tuża t-titlu "Periti" dwar soċjetà  ta’ detenturi
ta’ warrant, meta tkun taf li dik is-soċjetà  ma tkunx reġistrata
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew b’xi mod ikun li jkun
xjentement tagħmel użu minn isem falz li jindika li teżisti soċjetà
ta’ detenturi ta’ warrant reġistrata kif imsemmi qabel, tkun ħatja
ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur
jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u dwar it-tieni reat jew reati
oħra sussegwenti multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew dik il-multa
u priġunerija flimkien.
(4) Kull persuna li, meta ma tkunx detentur ta’ warrant skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, teżerċita l-professjoni tkun ħatja
ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur
jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u dwar it-tieni reat jew reati
oħra sussegwenti multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew dik il-multa
u priġunerija flimkien.
(5) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn mitejn lira iżda mhux iżjed minn elfejn lira u fil-każ ta’ reat
kontinwu multa addizzjonali ta’ tletin lira għal kull jum li matulu
jkompli r-reat.
Disposizzjonijiet 
oħra dwar reati. 
19. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jistabbilixxu reati u
pieni dwarhom ma jolqtux l-applikazzjoni ta’ xi liġi oħra li
tistabbilixxi reati u pieni dwar l-istess atti jew ommissjonijiet u ma
għandhomx, b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi piena
ogħla taħt xi liġi oħra.
Kap. 446. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
għandhomx japplikaw għal dan l-Att.
(3) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 18(2) u (3), l-użu fuq xi biljett,
ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI) ġ K AP. 390.      9
karta ta’ l-ittri, tabella, kartellun, pjanċa, reklam jew mezz,
strument jew dokument ieħor miktub, stampat jew imnaqqax, tal-
kelma "Perit" jew "Arkitett" jew xi waħda minn dawk il-kliem użati
flimkien mal-kliem "Inġinier Ċivili" jew "Inġinier Strutturali", ikun
prova biżżejjed ta’ l-għarfien ta’ dak l-użu mill-persuna li dwar
isimha l-imsemmija kelma tkun użata, kemm-il darba dik il-persuna
ma tippruvax li l-użu ta’ dik il-kelma sar mingħajr l-għarfien
tagħha u li meta saret taf bih ħadet il-passi xierqa biex twaqqfu.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att -
(a) persuna ma titqiesx li teżerċita l-professjoni ta’
detentur ta’ warrant jekk taġixxi bħala impjegat ta’,
jew bħala assistent ta’, detentur ta’ warrant jew ta’
soċjetà  ta’ detenturi ta’ warrant u ma toħroġ ebda
ċertifikazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-arkitettura
jew inġinerija ċivili bil-firma tagħha;
(b) sal-limitu li jiġi hekk preskritt, persuna ma titqiesx li
teżerċita l-professjoni ta’ detentur ta’ warrant jekk din
tkun f’dak l-impieg jew ikollha jew taġixxi f’dik il-
kariga, jew tkun tagħmel biss dak ix-xogħol, dawk is-
servizzi, dak l-għemil jew dawk il-funzjonijiet kif
jistgħu jiġu preskritti.
Regolamenti. 
Emendat:
XVIII. 2002.10.
20. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Kamra, jagħmel
regolamenti biex jagħtu effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u b’mod ġenerali biex tiġi regolata l-professjoni, u, bla
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel, dawk ir-regolamenti
jistgħu b’mod partikolari jinkludu disposizzjonijiet dwar -
Kap. 12. 
(a) l-għemil ta’ tariffa ta’ drittijiet li għandhom jitħallsu
lil detenturi ta’ warrant għal xogħol u servizzi
professjonali mhux imsemmija fit-Tariffa K ta’ l-
Iskeda A li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili;
(b) id-drittijiet li jistgħu jintalbu għall-ħruġ ta’ warrant
jew għar-reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ detenturi ta’
warrant, jew għal kopji tagħhom;
Kap. 450.
Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki u r-
regolamenti kollha magħmulin taħtu, dwar ir-
rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki ta’ perit
(d) kull ħaġa li hija meħtieġa jew awtorizzata b’dan l-Att
li tiġi preskritta.
Riżerva. 
Kap. 44 - Revokat.
21. (1) Ir-regolamenti kollha magħmula taħt l-Ordinanza dwar
l-Arkitetti, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu msejħa "l-
Ordinanza", għandhom ikomplu japplikaw kif kienu fis-seħħ qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, sa meta jiġu revokati jew
emendati, b’dawk il-modifiki, adattamenti u limitazzjonijiet li
jistgħu jkunu meħtieġa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Kull warrant mogħti qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza għandu, minkejja kull ħaġa li
tinsab f’dan l-Att, jibqa’ fis-seħħ wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
  10      KAP. 390. ħ       ARKITETTIUINĠINIERIĊIVILI(PERITI)
u għandu jitqies li jkun ġie mogħti taħt dan l-Att u għandu jkun
regolat bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Il-Kamra ta’ l-Arkitetti stabbilita bl-Ordinanza għandha
tkompli bħala l-Kamra msemmija fl-artikolu 8.
