  SERVIZZTAS-SIGURTÀ    ġKAP. 391.    1
KAPITOLU 391
ATT DWAR IS-SERVIZZ TAS-SIGURTÀ
Biex jipprovdi dwar Servizz ta’ Sigurtà inklużi disposizzjonijiet għall-
ħruġ ta’ mandati u ta’ awtorizzazzjonijiet li jagħtu lok għall-għemil ta’
ċertu azzjonijiet u biex il-ħruġ ta’ dawk il-mandati u awtorizzazzjonijiet
jibqgħu jiġu segwiti; sabiex jistabbilixxi proċedura dwar l-investigazzjoni
ta’ ilmenti dwar is-Servizz ta’ Sigurtà u jipprovdi għat-twaqqif ta’ Kumitat
ta’ Sigurtà sabiex jiskrutinja dan is-Servizz; sabiex jipprojbixxi l-
interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet u għal għanijiet anċillari.
(26 ta’ Lulju, 1996)
(6 ta’ Settembru, 1996)*
Sar liġi bl-ATT XVII ta’ l-1996, kif emendat bl-Att XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
"indirizz" tfisser kull indirizz postali jew ta’ telekomuni-
kazzjoni;
"interċettazzjoni", għar-rigward ta’ ordni, tinkludi l-ksib, it-
tfixkil, il-qirda, il-ftuħ, l-interruzzjoni, is-soppressjoni, il-waqfien,
il-qbid, it-tismigħ, is-sorveljanza, ir-reġistrazzjoni, l-ikkupjar, is-
smigħ ta’ u li tara komunikazzjonijiet u l-ksib ta’ informazzjoni
minn dawk il-komunikazzjonijiet;
"jum tax-xogħol" tfisser kull jum ieħor li ma jkunx is-Sibt jew
btala pubblika;
"komunikazzjoni esterna" tfisser komunikazzjoni mibgħuta jew
li tiġi riċevuta barra minn Malta;
"kopja", dwar informazzjoni interċettata, tfisser xi waħda minn
dan li ġej, sew f’għamla dokumentarja sew jekk f’għamla oħra -
(a) kull kopja, estratt jew sommarju ta’ l-informazzjoni; u
(b) kull dokumentazzjoni dwar l-identità tal-persuni li
lilhom tkun intbagħtet jew li jkunu bagħtu l-
informazzjoni, u tifsiriet relatati għandhom jinftehmu
skond dan;
"il-Kummissjunarju" tfisser il-Kummissjunarju li jkollu l-kariga
skond l-artikolu 12 ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru li minn żmien għal żmien jiġi
speċifikat mill-Prim Ministru bħala responsabbli għas-Servizz ta’
Sigurtà;
"persuna" tinkludi kull korp ġuridiku mwaqqaf b’liġi;
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji, u l-Avviż Legali 141 ta’ l-1996.
 2      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
Kap. 254. 
Kap. 50. 
"postali" tinkludi kull ħaġa li fil-kuntest ta’ l-Att dwar 1-Uffiċċju
tal-Posta tista’ titwassal bil-posta kif ukoll kull ħaġa li taqa’ taħt l-
artikolu 21 ta’ l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali;
Kap. 49.
"telegrafija mingħajr fili" għandha l-istess tifsir bħalma hemm fl-
Ordinanza dwar it-Telegrafija mingħajr Fili;
"telekomunikazzjoni" tfisser it-trasmissjoni ta’ messaġġi jew ta’
ħoss jew xbihat bil-mezz ta’ fil attivat bl-elettriku jew b’radio
waves jew b’enerġija elettromanjetika oħra jew b’enerġija optika
jew b’kombinazzjoni ta’ xi żewġ sistemi jew iktar bħal dawn u
għandha tinkludi t-telegrafija u t-telefonija;
"uffiċjal tal-Gvern anzjan" hija referenza għal Segretarju
Permanenti u għas-Segretarju tal-Kabinett.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att komunikazzjoni li tkun fil-kors
tat-trasmissjoni tagħha b’mod ieħor li ma jkunx wieħed ta’ sistema
ta’ telegrafija mingħajr fili jew ta’ telekomunikazzjoni għandha
titqies li tkun fil-kors tat-trasmissjoni tagħha bil-mezz ta’ dik is-
sistema jekk il-mod ta’ trasmissjoni tagħha jkun jidentifikaha bħala
komunikazzjoni li -
(a) għandha tiġi jew tkun ġiet trasmessa bil-mezz ta’ dik
is-sistema; u
(b) tkun intbagħtet minn, jew ikollha tintbagħat lejn,
pajjiż jew territorju barra minn Malta.
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att imġieba li tikkostitwixxi jew,
jekk tkun saret ġewwa Malta, kienet tkun tikkostitwixxi reat
wieħed jew iktar, għandha titqies bħala delitt gravi biss, u biss
jekk-
(a) din tkun tinvolvi l-użu tal-vjolenza, tkun tirriżulta fi
qligħ finanzjarju sostanzjali jew tkun twettqet minn
għadd sostanzjali ta’ persuni li jkollhom għan wieħed;
jew
(b) ir-reat jew wieħed mir-reati jkunu reat li dwaru
persuna li tkun għalqet it-tmintax-il sena u li ma tkun
qatt qabel instabet ħatja ta’ xi reat tista’ jekk tinsab
ħatja teħel priġunerija għal żmien minimu ta’ mhux
anqas minn tliet snin; jew
(ċ) ir-reat jew wieħed mir-reati li jkun delitt ikun reat li
jkun ġie hekk skedat mill-Prim Ministru b’avviż fil-
Gazzetta.
Is-servizz ta’ 
sigurtà.
3. (1) Għandu jkompli jkun hemm Servizz ta’ Sigurtà (f’dan
l-Att imsemmi "is-Servizz") taħt l-awtorità tal-Ministru.
(2) Il-funzjoni tas-Servizz tkun li dan jipproteġi s-sigurtà
nazzjonali u, b’mod partikolari, kontra theddid mill-kriminalità
organizzata, spjunaġġ, terroriżmu u sabutaġġ, l-attivitajiet ta’
aġenti ta’ potenzi barranin u kontra l-azzjonijiet maħsuba biex
iwaqqgħu jew jissovvertu d-demokrazija parlamentari b’mezzi
politiċi, industrijali jew vjolenti.
(3) Tkun ukoll il-funzjoni tas-Servizz li jaġixxi fI-interess -
  SERVIZZTAS-SIGURTÀ    ġKAP. 391.    3
(a) tal-benesseri ekonomiku ta’ Malta; u
(b) tas-sigurtà pubblika, in partikolari, il-prevenzjoni jew
kxif ta’ delitti gravi.
Il-kap tas-servizz 
ta’ sigurtà. 
Emendat:
XVI.1997.8.
4. (1) L-operazzjonijiet tas-Servizz ta’ Sigurtà għandu jibqa’
taħt il-kontroll ta’ kap tas-Servizzi li jinħatar mill-Prim Ministru.
(2) Il-kap tas-Servizz ikun responsabbli għall-effiċjenza tas-
Servizz u jkollu d-dmir li jiżgura -
(a) li jkun hemm arranġamenti sabiex jiġi żgurat li ma
jinkiseb ebda tagħrif mis-Servizz ħlief daqstant
daqskemm ikun meħtieġ għat-twettiq sew tal-
funzjonijiet tiegħu u li ma tiġi żvelata ebda
informazzjoni mis-Servizz ħlief meta din tkun
meħtieġa għal dak l-għan jew bil-għan li jsiru
proċedimenti kriminali; u
(b) li s-Servizz ma jieħu ebda azzjoni sabiex iġib ’il
quddiem l-interessi ta’ xi partit politiku.
(3) L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu
(2) ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu tali li jiżguraw li
informazzjoni li tkun il-pussess tas-Servizz ma tiġix żvelata għall-
użu sabiex jiġi stabbilit jekk persuna għandhiex tiġi impjegata, jew
tkompli tiġi impjegata, minn xi persuna, jew f’xi kariga jew
kapaċità ħlief skond provvedimenti f’dak ir-rigward li jiġu
approvati mill-Ministru.
(4) Mingħajr ebda preġudizzju għall-ġeneralità tal-paragrafu
(a) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, il-kxif ta’ informazzjoni
għandu jitqies bħala meħtieġ għat-twettiq sew tal-funzjonijiet tas-
Servizz meta dan ikun jikkonsisti -
Kap. 339.
(a) fil-kxif ta’ kull dokumentazzjoni bl-approvazzjoni tal-
Ministru u skond l-Att dwar l-Arkivji Nazzjonali; jew
(b) fil-kxif, kif suġġett għal u skond l-arranġamenti
approvati mill-Ministru, ta’ informazzjoni li tingħata
lill-Awditur Ġenerali persunalment għall-għanijiet tal-
funzjonijiet tiegħu li jkollhom x’jaqsmu mas-Servizz.
(5) Il-kap tas-Servizz ta’ Sigurtà għandu jagħmel rapport ta’
kull sena dwar ix-xogħol tas-Servizz lill-Prim Ministru u lill-
Ministru u jista’ f’kull żmien jirrapporta lil xi wieħed minnhom
dwar xi ħaġa li jkollha x’taqsam max-xogħol tas-Servizz.
Membri tas-servizz 
ta’ sigurtà.
5. Il-membri tas-Servizz għandhom jinħatru mill-kap tas-
Servizz b’dawk il-patti u kundizzjonijiet li jistgħu jiġu approvati
mill-Ministru u inklużi magħhom hemm:
(a) uffiċjali pubbliċi;
(b) membri ta’ u persuni oħra impjegati jew maħtura fi
jew għall-għanijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta;
(ċ) membri ta’ u persuni oħra impjegati jew maħtura fi
jew għall-għanijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kif
ukoll ta’ kull korp dixxiplinat ieħor ta’ l-Istat;
Kap. 50. 
 4      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
jew -
(i) membri jew impjegat ta’ korp preskritt jew ta’
korp ta’ klassi preskritta, detenturi ta’ kariga
preskritta jew impjegati ta’ detenturi bħal dawk;
jew
(ii) kuntrattati mill-Gvern;
(e) diretturi ta’ u persuni oħra impjegati jew maħtura fi
jew għall-għanijiet ta’ -
(i) korpi imwaqqfa permezz ta’ xi liġi;
(ii) kumpanniji fejn il-maġġoranza ta’ l-ishma
parteċipattivi tagħhom jkunu kontrollati mill-
Gvern;
(iii) kumpanniji li jipprovdu servizzi postali, ta’ tele-
grafija mingħajr fili jew ta’ telekomunikazzjoni;
għal dak iż-żmien li hekk ikun meħtieġ mill-Ministru
bil-miktub wara li ssirlu talba mill-kap tas-Servizz
sabiex is-Servizz ta’ Sigurtà jiġi assistit minnhom fit-
twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.
Mandati: ġenerali. 6. (1) Ebda dħul fi, jew interferenza ma’ proprjetà ma tkun
kontra l-liġi jekk dawn ikunu awtorizzati b’mandat maħruġ mill-
Ministru bis-saħħa ta’ dan l-artikolu.
(2) Ebda interċettazzjoni ta’ jew interferenza ma’
komunikazzjonijiet fil-kors tat-trasmissjoni tagħhom bil-posta jew
bil-mezz ta’ sistema ta’ telegrafija mingħajr fili jew ta’
telekomunikazzjoni jew b’kull mezz ieħor ma għandu jkun kontra
l-liġi jekk dan jiġi awtorizzat b’mandat maħruġ mill-Ministru bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu.
(3) Il-Ministru jista’, wara li ssirlu talba mis-Servizz ta’
Sigurtà, joħroġ jew jibdel mandat bis-saħħa ta’ dan l-artikolu li
jkun jawtorizza li tittieħed kull azzjoni bħalma jkun hemm
speċifikat fil-mandat dwar dik il-proprjetà li tkun hekk speċifikata
jew dwar kull komunikazzjoni hekk speċifikata jekk il-Ministru -
(a) iqis bħala li jkun meħtieġ li l-azzjoni jkollha tittieħed
għar-raġuni li x’aktarx tkun ta’ valur sostanzjali fl-
assistenza li tingħata lis-Servizz fit-twettiq tal-
funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att; u
(b) ikun sodisfatt li dak li l-azzjoni tkun qiegħda tfittex li
tikseb ma jkunx jista’ raġonevolment jinkiseb b’mezzi
oħra; u 
(ċ) ikun sodisfatt illi jkun hemm fis-seħħ arranġamenti
sodisfaċenti skond dan l-Att għar-rigward tal-kxif ta’
informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dan l-artikolu u li
kull informazzjoni miksuba bis-saħħa tal-mandat tkun
suġġetta għal dawk l-arranġamenti.
Mandati: 
interċettazzjoni.
7. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, l-
interċettazzjoni jew l-interferenza ta’ komunikazzjoni meħtieġa
b’mandat ikunu l-interċettazzjoni ta’ jew l-interferenza ma’ -
  SERVIZZTAS-SIGURTÀ    ġKAP. 391.    5
(a) dawk il-komunikazzjonijiet li jintbagħtu lil jew minn
indirizz wieħed jew iktar indirizzi speċifikati fil-
mandat, li jkun indirizz jew indirizzi li x’aktarx
jintużaw għat-trasmissjoni ta’ komunikazzjonijiet, lejn
jew minn -
(i) persuna partikolari waħda speċifikata jew
deskritta fil-mandat; jew
(ii) grupp singolu ta’ fondi partikolari li jiġu hekk
speċifikati jew deskritti; u
(b) dawk il-komunikazzjonijiet l-oħra (jekk ikun hemm) li
jkunu meħtieġa li wieħed jinterċetta jew jinterferixxi
magħhom sabiex ikun jista’ jinterċetta jew
jinterferixxi ma’ komunikazzjonijiet li jinsabu fil-
paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma japplikax għal
mandat jekk -
(a) l-interċettazzjoni jew interferenza meħtieġa mill-
mandat tkun l-interċettazzjoni jew l-interferenza, fil-
kors tat-trasmissjoni tagħhom permezz ta’ sistema ta’
telegrafija mingħajr fili jew ta’ telekomunikazzjoni,
ta’-
(i) komunikazzjonijiet esterni li jkunu deskritti fil-
mandat; u
(ii) dawk il-komunikazzjonijiet l-oħra (jekk ikun
hemm) li jkunu meħtieġa li wieħed jinterċetta
jew jinterferixxi magħhom sabiex ikun jista’
jinterċetta jew jinterferixxi ma’ dawk il-
komunikazzjonijiet esterni li jkunu hekk
deskritti; u 
(b) fiż-żmien meta jinħareġ il-mandat, il-Ministru joħroġ
ċertifikat li fih jiċċertifika d-deskrizzjonijiet ta’ l-
informazzjoni li jkun qed iqis l-eżami tagħha bħala
wieħed meħtieġ kif hemm imsemmi fil-paragrafu (a)
tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 6 ta’ dan l-Att.
Mandati: 
proċedura u għal 
kemm żmien, eċċ.
8. (1) Mandat ma għandux jinħareġ jew jiġi mibdul ħlief -
(a) bil-miktub mill-Ministru; jew
(b)f’każ urġenti meta l-Ministru ikun espressament
awtorizza l-ħruġ tiegħu jew li jsir tibdil fih u
dikjarazzjoni ta’ dak il-fatt tiġi reġistrata fuqu, bil-
miktub minn uffiċjal tal-Gvern anzjan.
(2) Kemm-il darba mandat ma jiġġeddidx skond ma hemm fis-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, dan għandu jtemm milli jibqa’
jseħħ -
(a) jekk il-mandat kien inħareġ bil-miktub mill-Ministru,
meta jintemmu sitt xhur li jkunu bdew għaddejjin fil-
jum meta l-mandat ikun inħareġ; u
(b) f’kull każ ieħor, fi tmiem iż-żmien li jintemm mat-
tieni jum tax-xogħol li jiġi wara dak il-jum.
 6      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
(3) Mandat jista’ jiġi mibdul f’kull ħin.
(4) Jekk f’xi żmien li jiġi qabel il-jum li fih mandat itemm milli
jkollu seħħ il-Ministru iqis li jkun meħtieġ li l-mandat għandu
jibqa’ jseħħ għal dak l-għan li jkun inħareġ dwaru, il-Ministru jista’
joħroġ proroga bil-miktub li fiha jġedded dak il-mandat għal żmien
sitt xhur oħra li jibdew għaddejjin minn dak il-jum.
(5) Il-Ministru għandu jħassar mandat jekk huwa jkun sodisfatt
li dik l-azzjoni hekk awtorizzata b’dak il-mandat ma tkunx għadha
meħtieġa.
(6) Fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu "mandat"
tfisser mandat skond ma hemm fl-artikolu 6 ta’ dan l-Att.
Awtorizzazzjoni li 
tingħata dwar atti li 
jsiru barra minn 
Malta.
9. (1) Jekk, ħlief għal dak li hemm f’dan l-artikolu, persuna
tkun responsabbli taħt liġi eżistenti f’Malta għal att li jkun sar barra
minn Malta, dik il-persuna ma tkunx hekk responsabbli jekk dak l-
att ikun wieħed awtorizzat li jsir bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni
mogħtija mill-Ministru bis-saħħa ta’ dan l-artikolu u jkun wieħed li
l-Ministru jista’ jawtorizza taħt dan l-Att jew ikun jikkonsisti fl-
arrest ta’ xi persuna jew ikun att magħmul fit-twettiq ta’ xi wieħed
minn dawk l-atti jew bl-iskop li jieħu lura proprjetà tal-Gvern ta’
Malta ta’ kwalunkwe xorta biex jirritorna l-istess ġewwa Malta.
(2) Il-Ministru ma għandux jagħti jew jibdel awtorizzazzjoni
skond dan l-artikolu kemm-il darba ma jkunx sodisfatt -
(a) li atti li jistgħu isiru bis-saħħa ta’ l-awtorizzazzjoni
jew, skond il-każ, l-operazzjoni li matulha jistgħu isiru
l-atti tkun meħtieġa għat-twettiq sew ta’ funzjoni tas-
Servizz ta’ Sigurtà; u
(b) li jkun hemm iseħħu arranġamenti sodisfaċenti sabiex
jiġi żgurat li -
(i) xejn ma jkun sejjer isir bis-saħħa ta’ 1-
awtorizzazzjoni iktar minn dak li jkun meħtieġ
għat-twettiq sew ta’ funzjoni tas-Servizz ta’
Sigurtà; u
(ii) fil-limitu li jistgħu isiru xi atti bis-saħħa ta’ 1-
awtorizzazzjoni, ix-xorta tagħhom u l-
konsegwenzi li probabbli joħorġu minnhom ikun
raġonevoli, meta wieħed iqis l-għanijiet li jridu
jitwettqu għalihom; u
(ċ) li jkun hemm arranġamenti sodisfaċenti fis-seħħ skond
l-att dwar il-kxif ta’ informazzjoni miksuba bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu u li kull informazzjoni miksuba bis-
saħħa ta’ xi ħaġa li ssir minħabba fl-awtorizzazzjoni
tkun suġġetta għal dawk 1-arranġamenti.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-setgħa li għandu
l-Ministru li jagħti awtorizzazzjoni taħt dan l-artikolu, dik l-
awtorizzazzjoni -
(a) tista’ tirrelata għal att jew atti partikolari, għal atti ta’
deskrizzjoni speċifikata fl-awtorizzazzjoni jew għal
atti mwettqa filwaqt li tkun qiegħda ssir operazzjoni
  SERVIZZTAS-SIGURTÀ    ġKAP. 391.    7
hekk speċifikata;
(b) tista’ tkun limitata għal persuna jew persuni partikolari
ta’ tali deskrizzjoni kif hekk speċifikati; u
(ċ) tista’ tkun suġġetta għal kundizzjonijiet hekk
speċifikati.
(4) Ma għandhiex tingħata jew tinbidel awtorizzazzjoni bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu ħlief -
(a) jekk dan ma jsirx bil-miktub mill-Ministru; jew
(b) f’każ urġenti meta l-Ministru jkun espressament
awtorizza l-għoti tagħha jew li jsir tibdil fiha u
dikjarazzjoni ta’ dak il-fatt tiġi reġistrata fuqu, bil-
miktub minn uffiċjal tal-Gvern anzjan.
(5) Kemm-il darba awtorizzazzjoni ma tkunx iġġeddet skond
ma hemm fis-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu, din għandha ttemm
milli tibqa’ sseħħ -
(a) jekk l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat bil-miktub mill-
Ministru, meta jintemmu sitt xhur li jkunu bdew
għaddejjin fil-jum meta tkun ingħatat dik l-
awtorizzazzjoni; u
(b) f’kull każ ieħor, fi tmiem iż-żmien li jintemm mat-
tieni jum tax-xogħol li jiġi wara l-jum meta tkun
ingħatat dik l-awtorizzazzjoni.
(6) Awtorizzazzjoni li tingħata bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
tista’ tinbidel f’kull ħin.
(7) Jekk f’xi żmien li jiġi qabel il-jum meta l-awtorizzazzjoni
ttemm milli tibqa’ sseħħ il-Ministru iqis li jkun meħtieġ li l-
awtorizzazzjoni għandha tibqa’ sseħħ għal dak l-għan li tkun
ingħatat dwaru, il-Ministru jista’ joħroġ proroga bil-miktub li fiha
jġedded dik l-awtorizzazzjoni għal żmien sitt xhur oħra li jibdew
għaddejjin minn dak il-jum.
(8) Il-Ministru għandu jħassar awtorizzazzjoni jekk huwa jkun
sodisfatt li att li jkun ġie awtorizzat biha ma jkunx wieħed li jkun
għadu meħtieġ.
Tuteli.
artikolu 6 ikunu sodisfatti dwar kull informazzjoni jekk kull ħaġa
minn dawn li ġejjin, jiġifieri -
(a) kemm mill-informazzjoni tiġi żvelata;
(b) l-għadd ta’ persuni li lilhom tiġi żvelata l-
informazzjoni;
(ċ) kemm mill-informazzjoni tkun ġiet ikkupjata; u
(d) l-għadd ta’ kopji magħmula ta’ dik l-informazzjoni,
tkun limitata għall-inqas ammont jew għadd meħtieġ kif imsemmi
fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 6.
(2) Il-ħtiġiet tal-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu
6 ikunu sodisfatti dwar kull informazzjoni interċettata jekk kull
kopja li ssir ta’ xi parti minn dik l-informazzjoni tiġi distrutta
 8      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
minnufih hekk kif dik il-kopja ma tenħtieġx aktar li tibqa’ tinżamm
skond kif hemm fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 6
ta’ dan l-Att.
Setgħat tal-Prim 
Ministru. 
11. Meta l-Prim Ministru jkun jidhirlu li jkun meħtieġ li hekk
jagħmel, huwa jista’ jwettaq kull setgħa minn dawk li għandu l-
Ministru bis-saħħa ta’ dan l-Att u jkun suġġett għall-istess stħarriġ
dwar it-twettiq ta’ dawk is-setgħat bħalma jkun japplika għat-
twettiq ta’ dawk is-setgħat mill-Ministru.
Il-
Kummissjunarju.
12. (1) Il-Prim Ministru għandu jaħtar Kummissjunarju għall-
għanijiet ta’ dan l-Att li jkun persuna li jkollha jew kellha l-kariga
ta’ mħallef tal-qrati superjuri jew li kellha l-kariga ta’ Avukat
Ġenerali:
Iżda jekk ma jiġix hekk maħtur Kummissjunarju mill-Prim
Ministru, l-Avukat Ġenerali għandu jassumi b’mod awtomatiku 1-
funzjonijiet ta’ Kummissjunarju sa dak iż-żmien meta jinħatar
Kummissjunarju kif dovut.
(2) Il-Kummissjunarju jibqa’ f’dik il-kariga għal żmien skond
ma jkollu stipulat fil-ħatra tiegħu u, fil-każ ta’ Kummissjunarju li
ma jkunx imħallef tal-qrati superjuri attwalment fil-kariga jew l-
Avukat Ġenerali, huwa għandu jingħata mill-Ministru dawk l-
allowances li jistgħu jiġu hekk stabbiliti mill-Prim Ministru.
(3) (a) B’żieda mal-funzjonijiet lilu mogħtija bid-
disposizzjonijiet sussegwenti ta’ dan l-Att, il-
Kummissjunarju għandu jistħarreġ il-mod kif il-
Ministru jkun qed iwettaq is-setgħat li għandu bl-
artikoli minn 6 sa 10 ta’ dan l-Att.
(b) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att, il-
Kummissjunarju għandu jaġixxi skond il-ġudizzju
individwali tiegħu u ma jkun suġġett għad-direzzjoni
jew il-kontroll ta’ ebda persuna jew awtorità oħra u ma
jkun sindakabbli minn ebda qorti.
(4) Ikun id-dmir ta’ persuna li għaliha japplikaw id-
deskrizzjonijiet li hemm fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 18 li
tiżvela jew tagħti lill-Kummissjunarju dawk id-dokumenti jew dik
l-informazzjoni li jista’ jkun jeħtieġ bil-għan li jkun jista’ jwettaq
il-funzjonijiet tiegħu.
(5) Il-Kummissjunarju jista’ f’kull żmien jagħmel rapport lill-
Prim Ministru dwar kull ħaġa li jkollha x’taqsam mat-twettiq tal-
funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att.
(6) Il-Kummissjunarju għandu jagħmel rapport annwali fuq it-
twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.
(7) Il-Prim Ministru għandu jġib quddiem il-Kumitat ta’
Sigurtà  kopja ta’ kull rapport annwali magħmul mill-
Kummissjunarju skond is-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu flimkien
ma’ dikjarazzjoni dwar jekk tkunx ġiet imħollija barra xi ħaġa minn
dik il-kopja skond ma hemm fis-subartikolu (8) ta’ dan l-artikolu.
(8) Jekk il-Prim Ministru jidhirlu, wara li jikkonsulta lill-
  SERVIZZTAS-SIGURTÀ    ġKAP. 391.    9
Kummissjunarju, li xi ħaġa tkun tinsab f’rapport tkun ta’
preġudizzju għat-tkomplija tat-twettiq tal-funzjonijiet tas-Servizz
ta’ Sigurtà, il-Prim Ministru jista’ jħalli barra dik il-ħaġa mill-
kopja tar-rapport kif miġjub quddiem il-Kumitat ta’ Sigurtà.
Investigazzjoni ta’ 
ilmenti. 
13. (1) Il-Kummissjunarju għandu wkoll jinvestiga ilmenti
dwar is-Servizz ta’ Sigurtà bil-mod speċifikat fl-Iskeda 1 li tinsab
ma’ dan l-Att.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjunarju skond l-Iskeda 1 li
tinsab ma’ dan l-Att ma għandhom ikunu appellabbli jew
sindakabbli minn ebda qorti.
Il-Kumitat ta’ 
Sigurtà.
14. (1) Għandu jkun hemm kumitat, li jkun magħruf bħala l-
Kumitat ta’ Sigurtà, sabiex jeżamina n-nefqa, l-amministrazzjoni u
politika tas-Servizz ta’ Sigurtà.
(2) Il-Kumitat ta’ Sigurtà jintgħamel mill-Prim Ministru, mill-
Ministru, mill-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Barranin u
mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(3) L-Iskeda 2 ta’ dan l-Att għandu jkollha seħħ għar-rigward
tal-proċedura tal-Kumitat ta’ Sigurtà u ta’ ħwejjeġ oħra li
jirrigwardjaw lill-istess Kumitat.
(4) Il-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jagħmel rapport annwali
dwar it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.
(5) Il-Prim Ministru għandu jqiegħed quddiem il-Kamra tad-
Deputati kopja ta’ kull rapport annwali li l-Kumitat ta’ Sigurtà
jagħmel skond is-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu flimkien ma’
dikjarazzjoni dwar jekk tkunx ġiet imħollija barra xi ħaġa minn dik
il-kopja skond ma hemm fis-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu.
(6) Jekk il-Prim Ministru jidhirlu, wara li dan jiġi diskuss fil-
Kumitat ta’ Sigurtà, li l-pubblikazzjoni ta’ xi ħaġa f’rapport tista’
tkun ta’ preġudizzju għat-tkomplija tat-twettiq tal-funzjonijiet tas-
Servizz ta’ Sigurtà, il-Prim Ministru jista’ jħalli barra dik il-ħaġa
mill-kopja tar-rapport li jitqiegħed quddiem il-Kamra tad-Deputati.
Projbizzjoni ta’ 
interċettazzjoni. 
15. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, kull min xjentement jinterċetta jew jinterferixxi ma’
komunikazzjoni matul it-trasmissjoni tagħha bil-posta jew bil-mezz
ta’ sistema ta’ telegrafija mingħajr fili jew ta’ telekomunikazzjoni
jew b’kull mezz ieħor ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel, meta jinsab
ħati, għar-rigward ta’ kull reat priġunerija għal żmien mhux aktar
minn sentejn jew multa ta’ mhux iktar minn ħamest elef lira jew dik
il-priġunerija u multa flimkien.
(2) Persuna ma tkunx ħatja ta’ reat skond dan l-artikolu jekk -
(a) il-komunikazzjoni tiġi interċettata jew interferita
skond mandat maħruġ mill-Ministru skond l-artikolu 6
ta’ dan l-Att; jew
(b) dik il-persuna jkollha tassew għax taħseb li l-persuna
li lilha, jew il-persuna li minnha, issir jew tintbagħat
il-komunikazzjoni tkun tat il-kunsens tagħha għall-
interċettazzjoni jew interferenza.
 10      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
(3) Persuna ma tkunx ħatja ta’ reat skond dan l-artikolu jekk il-
komunikazzjoni tiġi interċettata jew interferita għal għanijiet li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-għoti ta’ servizzi postali, ta’ telegrafija
mingħajr fili jew ta’ telekomunikazzjonijiet jew bi twettiq ta’ kull
liġi li jkollha x’taqsam ma’ l-użu ta’ dawk is-servizzi.
Żvelar ta’ 
messaggi, eċċ.
16. (1) Persuna li tkun taħdem fl-għoti ta’ servizz postali, ta’
telegrafija mingħajr fili jew ta’ telekomunikazzjoni li xort’oħra
milli fil-kors tat-twettiq ta’ dmirijietha xjentement tiżvela lil xi
persuna -
(a) il-kontenut ta’ xi komunikazzjoni li tkun ġiet
interċettata fil-kors tat-trasmissjoni tagħha permezz ta’
dak is-servizz; jew 
(b) kull informazzjoni li tirrigwarda l-użu magħmul minn
servizzi postali, ta’ telegrafija mingħajr fili jew ta’
telekomunikazzjonijet mogħtija lil kull persuna oħra
permezz ta’ dak is-servizz,
tkun ħatja ta’ reat.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma japplikax għal -
(a) żvelar li jsir bil-għan tal-prevenzjoni jew kxif ta’
delitti jew għall-għanijiet ta’ proċedimenti kriminali;
(b) żvelar dwar xi ħaġa li taqa’ taħt il-paragrafu (a) tas-
subartikolu (1) li ssir b’konsegwenza ta’ mandat
maħruġ mill-Ministru skond l-artikolu 6 ta’ dan l-Att
jew bi twettiq ta’ ħtieġa imposta mill-Kummissjunarju
skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 12 ta’ dan l-Att;
jew
(ċ) żvelar dwar xi ħaġa li taqa’ taħt il-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) li ssir fl-interessi tas-sigurtà
nazzjonali, il-benesseri ekonomiku ta’ Malta jew is-
sigurtà pubblika, jew bi twettiq ta’ l-ordni ta’ xi qorti.
(3) Għall-għanijiet tal-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu ċertifikat li jinħareġ bil-firma tal-Ministru, jew ta’ l-
Avukat Ġenerali, li jkun jiċċertifika li tkun ġiet żvelata xi ħaġa fl-
interessi tas-sigurtà nazzjonali, il-benesseri ekonomiku ta’ Malta
jew is-sigurtà pubblika, għandu jkun prova konklusiva ta’ dak il-
fatt; u dokument li jkun intiż bħala ċertifikat tali jkun jista’ jinġieb
bi prova u jitqies bħala ċertifikat tali kemm-il darba ma tinġiebx
prova kuntrarja.
(4) Kull min xjentement jiżvela l-kontenut ta’ xi
komunikazzjoni li tkun ġiet interċettata filwaqt li tkun qiegħda tiġi
trasmessa bil-mezz ta’ servizz tal-posta, telegrafija mingħajr fili
jew telekomunikazzjoni, fejn ikun jaf jew kellu raġonevolment
ikun jaf li dak il-kontenut ikun inkiseb b’mod mhux leġittimu, ikun
ħati ta’ reat.
(5) Min jinsab ħati ta’ reat skond ma hemm f’dan l-artikolu
jista’ jeħel għar-rigward ta’ kull reat priġunerija għal żmien mhux
iktar minn sena jew multa ta’ mhux iktar minn ħamest elef lira jew
għal dik il-priġunerija u multa flimkien.
  SERVIZZTAS-SIGURT À    ġ K AP. 391.
Ma jinbdew ebda 
proċedimenti 
mingħajr il-
kunsens ta’ l-
Avukat Ġenerali.
17. Ma għandha tinbeda ebda prosekuzzjoni għal reat li jkun
sar kontra dan l-Att mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-Avukat
Ġenerali.
Xiehda li titħalla 
barra.
18. (1) Fi proċedimenti li jsiru quddiem xi qorti jew tribunal,
ma għandha tinġieb ebda prova u ma għandha ssir ebda mistoqsija
waqt kontro-eżami li (f’kull każ) ittendi li tissuġġerixxi -
(a) li jkun sar jew ikun ser isir reat taħt l-artikoli 15 jew
16 ta’ dan l-Att minn xi persuna minn dawk
imsemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu; jew
(b) li jkun inħareġ jew li jkun ser jinħareġ mandat lil xi
ħadd minn dawk il-persuni:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha titqies li
tipprekludi l-kxif, filwaqt li tingħata xiehda, ta’ informazzjoni li
tkun tista’ tinkixef skond dan l-Att jew taħt kull disposizzjoni oħra
tiegħu.
(2) Il-persuni msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu
huma -
(a) kull membru tas-Servizz ta’ Sigurtà; 
(b) kull uffiċjal pubbliku;
(ċ) kull persuna li hija involuta fin-negozju tal-
provvediment ta’ servizzi postali, ta’ telegrafija
mingħajr fili jew ta’ telekomunikazzjonijiet;
Kap. 50.
jew - 
(i) kuntrattat mill-Gvern; jew
(ii) membru jew impjegat ta’ korp preskritt jew ta’
korp ta’ klassi preskritta, detentur ta’ kariga
preskritta jew impjegat ta’ dak id-detentur ta’
kariga.
(3) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma japplikax -
(a) dwar proċedimenti għal reat relevanti jew
proċedimenti dwar ilmenti li jsiru quddiem il-
Kummissjunarju; jew
(b) meta tinġieb prova jew il-mistoqsija waqt kontro-
eżami ssir bil-għan li jiġi stabbilit kemm hu ġust jew le
li ssir tkeċċija minħabba f’reat taħt l-artikolu 15 ta’
dan l-Att jew minħabba f’imġieba li dak ir-reat jista’
jinġibed b’konklużjoni minnha;
u l-paragrafu (a) ta’ dak is-subartikolu ma jkunx japplika meta
persuna tkun instabet ħatja tar-reat taħt dak l-artikolu.
(4) F’dan l-artikolu "reat relevanti" tfisser -
Kap. 250. 
Kap. 254. 
(a) reat taħt l-artikoli 15 u 16 ta’ dan l-Att jew taħt l-
artikoli 46 u 47 ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni
Telemalta* jew taħt l-artikoli 50, 51 u 55 ta’ l-Att dwar
 12      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
l-Uffiċċju tal-Posta;
Kap. 50  (b) reat taħt l-artikolu 3 ta’ l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali
għar-rigward ta’ xi skizz, pjanta, mudell, oġġett, nota,
dokument jew tagħrif li jkollu mnejn jissuġġerixxi dak
li hemm imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu;
Kap. 50.  (ċ) reat taħt l-artikolu 9 ta’ l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali
għar-rigward ta’ tali informazzjoni, dokument jew
oġġett kif hemm imsemmija fis-subartikolu (3) ta’ dak
l-artikolu;
(d) sperġur li jsir matul proċedimenti dwar reat relevanti; 
(e) dak ir-reat magħmul minn kull min jipprova jagħmel,
jgħin, iħajjar, jagħti parir jew ifittex li jiġi magħmul
reat li jaqa’ taħt xi wieħed mill-paragrafi ta’ qabel dan;
u
(f) disprezz tal-qorti mwettaq fil-kors ta’, jew dwar,
proċedimenti għal reat relevanti.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, ebda mandat
jew ordni ma għandu jinħareġ jew isir minn xi qorti b’mod li jkun
jirrestrinġi lil xi persuna jew awtorità mit-twettiq ta’ xi setgħa
mogħtija b’dan l-Att.
*Imħassar bl-Att biex Jirregola t-Telekomunikazzjoni (Kap. 399).
  SERVIZZTAS-SIGURT À    ġ K AP. 391.
SKEDI 
SKEDA 1 
Artikolu 13
INVESTIGAZZJONI TA’ ILMENTI 
Preliminari
1. Kull min iħoss ruħu aggravat b’xi għemil li jaħseb li s-Servizz ta’ Sigurtà
jkun għamel għar-rigward tiegħu jew ta’ xi proprjetà tiegħu jista’ jressaq ilment
quddiem il-Kummissjunarju; u kemm-il darba l-Kummissjunarju ma jqisx li dak l-
ilment ikun wieħed frivolu jew vessatorju, huwa għandu jagħmel minnu skond ma
jinsab f’din l-Iskeda.
Investigazzjonijiet mill-Kummissjunarju
2. Il-Kummissjunarju għandu jinvestiga -
(a) jekk is-Servizz ta’ Sigurtà jkunx kiseb jew ipprovda informazzjoni jew
wettaq xi attivitajiet oħra għar-rigward ta’ l-azzjonijiet jew
intenzjonijiet ta’ min ikun ressaq l-ilment; u
(b) jekk dan ikun ġara, jekk is-Servizz ta’ Sigurtà kellux raġunijiet
suffiċjenti li jaġixxi bil-mod li jkun aġixxa bih.
Funzjonijiet tal-Kummissjunarju dwar l-ilmenti li jsirulu
3. (1) Il-Kummissjunarju għandu jinvestiga, skond ma jkun jeħtieġ il-każ -
(a) jekk mandat ikunx inħareġ taħt l-artikolu 6 ta’ dan l-Att għar-rigward
tal-proprjetà jew tal-komunikazzjonijiet relattivi; jew
(b) jekk tkunx ingħatat awtorizzazzjoni taħt l-artikolu 9 ta’ dan l-Att sabiex
dak l-att ikun jista’ jsir.
(2) Meta l-Kummissjunarju jirriżultalu li jkun inħareġ mandat jew tkun ingħatat
awtorizzazzjoni, huwa għandu jistabbilixxi jekk il-Ministru kienx qiegħed jaġixxi
sew fil-ħruġ jew fit-tiġdid tal-mandat jew, skond il-każ, fl-għoti jew fit-tiġdid ta’ l-
awtorizzazzjoni.
Rapport dwar il-konklużjonijiet
4. (1) Meta l-Kummissjunarju jistabbilixxi skond il-paragrafi 2 u 3 ta’ din l-
Iskeda li s-Servizz ta’ Sigurtà jew il-Ministru ma kellhomx raġunijiet suffiċjenti li
jaġixxu bil-mod li jkunu aġixxew bih, huwa għandu -
(a) javża lil min jagħmel l-ilment li kellu riżultanzi favur tiegħu; u 
(b) jagħmel rapport dwar ir-riżultanzi tiegħu lill-Prim Ministru.
(2) Meta fil-każ ta’ xi ilment il-Kummissjunarju ma jistabbilixxi xejn skond ma
hemm imsemmi fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu, huwa għandu javża lil min
jagħmel l-ilment li ma jkun stabbilixxa xejn favur tiegħu fuq l-ilment tiegħu.
Referenzi speċjali
5. Jekk f’xi każ li jiġi investigat mill-Kummissjunarju -
 14      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
(a) il-konklużjonijiet tiegħu fuq dawk is-suġġetti li huwa jkun meħtieġ li
jinvestiga ikun tali li huwa ma jkun jista’ jistabbilixxi xejn favur min
jagħmel l-ilment; iżda
(b) ikun jidhirlu mill-allegazzjonijiet magħmulin minn min ikun għamel l-
ilment li jkun xieraq li ssir investigazzjoni dwar jekk is-Servizz ta’
Sigurtà jkunx b’xi mod ieħor aġixxa b’mod mhux raġonevoli għar-
rigward ta’ min ikun għamel l-ilment jew il-proprjetà tiegħu,
huwa għandu jgħaddi biex jagħmel dik l-investigazzjoni u wara jagħmel rapport lill-
Prim Ministru.
Rimedji 
6. (1) Meta l-Kummissjunarju jagħti avviż lil min jagħmel l-ilment dwar dak li
jkun stabbilixxa kif hemm fis-sub-paragrafu (1) tal-paragrafu 4 ta’ din l-Iskeda, il-
Kummissjunarju jista’ jagħmel xi jew kull waħda minn dawn l-affarijiet li ġejjin,
jiġifieri -
(a) jordna li l-ksib u l-għoti ta’ informazzjoni dwar min iressaq l-ilment
jew, skond il-każ, it-tmexxija ta’ attivitajiet oħra fir-rigward tiegħu jew
ta’ kull proprjetà tiegħu għandhom jintemmu u li kull dokumentazzjoni
li tirrigwarda dik l-informazzjoni li tkun ġiet hekk miksuba jew
mogħtija jew kull attività oħra bħal dik għandha tinqered;
(b) jirrevoka kull mandat jew awtorizzazzjoni li l-Kummissjunarju
jirriżultalu li jkunu inħarġu, iġġeddu, ingħataw jew ġew modifikati
b’mod mhux sew u li huwa jqis li għandhom jitneħħew;
(ċ) jirrakkomanda lill-Prim Ministru li min ikun ressaq l-ilment għandu
jingħata dak l-ammont b’kumpens li huwa jista’ jistabbilixxi.
(2) Meta l-Prim Ministru jirċievi rapport skond il-paragrafu 5 ta’ din l-Iskeda,
huwa jista’ jieħu kull azzjoni fid-dawl ta’ dak ir-rapport kif ikun jidhirlu li jkun
xieraq, inkluża kull azzjoni li l-Kummissjunarju għandu setgħa li jieħu jew li jordna
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu.
Proċedura 
7. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (2) tal-paragrafu 8 ta’
din l-Iskeda, il-Kummissjunarju għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu skond l-Att
b’dak il-mod li jkun jiżgura li ebda dokument jew informazzjoni lilu żvelati jew
mogħtija minn xi persuna ma għandhom jiġu żvelati mingħajr il-kunsens ta’ dik il-
persuna lill-persuna li tkun ressqet l-ilment, jew lil xi persuna oħra; u għalhekk il-
Kummissjunarju ma għandu jagħti, ħlief fir-rapporti li jsiru skond l-inċiż (b) tas-sub-
paragrafu (1) tal-paragrafu 4 ta’ din l-Iskeda, ebda raġuni għal dak li jkun
stabbilixxa meta d-deċiżjoni tiġi notifikata lil min ikun għamel l-ilment.
(2) Bla ħsara għas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjunarju
jista’ jistabbilixxi l-proċeduri li għandu juża.
Persunal u nfiq
8. (1) Il-Prim Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Ministru responsabbli
għall-finanzi, jipprovdi lill-Kummissjunarju b’dak il-persunal u għandu joħroġ dak
l-infiq li jqis li jkun meħtieġ għat-twettiq sew tal-funzjonijiet tal-Kummissjunarju
skond dan l-Att.
  SERVIZZTAS-SIGURT À    ġ K AP. 391.
(2) Il-Kummissjunarju jista’ jawtorizza lil kull membru tal-persunal provdut
skond is-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu li jikseb kull dokument jew
informazzjoni f’ismu.
Referenzi 
9. Kull referenza f’din l-Iskeda għall-proprjetà ta’ min jagħmel l-ilment
tinkludi -
(a) referenza għal kull komunikazzjoni li tkun oriġinat jew inkisbet jew li
tkun maħsuba li tinkiseb minnu; u
(b) referenza għal kull post fejn min jagħmel l-ilment ikun joqgħod jew
jaħdem.
Supplimentari 
10. Dawk il-persuni li jistgħu iressqu ilment quddiem il-Kummissjunarju skond
ma hemm f’din l-Iskeda jinkludu kull organizzazzjoni u assoċjazzjoni jew għaqdiet
ta’ persuni.
Transitorja 
11. Kull min iħoss ruħu aggravat b’xi għemil li jaħseb li s-Servizz ta’ Sigurtà
jkun għamel fir-rigward tiegħu jew ta’ xi proprjetà tiegħu qabel il-bidu fis-seħħ ta’
dan l-Att għandu jressaq ilment quddiem il-Kummissjunarju fi żmien sitt xhur wara
l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u l-Kummissjunarju jista’, kemm-il darba ma jqisx l-
ilment bħala wieħed frivolu jew vessatorju, jikkonċedi kull rimedju skond ma hemm
fil-paragrafu 6 ta’ din l-Iskeda bħallikieku dak l-għemil ikun sar mis-Servizz tas-
Sigurtà wara li jkun inħareġ ordni mill-Ministru bis-saħħa ta’ dan l-Att.
 16      KAP. 391.ħ      SERVIZZTAS-SIGURTÀ
SKEDA 2
Artikolu 14(3)
IL-KUMITAT TA’ SIGURTÀ
Proċedura
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din l-Iskeda, il-Kumitat jista’
jistabbilixxi l-proċedura tiegħu stess.
2. (1) Il-Prim Ministru jippresjedi l-Kumitat.
(2) Jekk ikun hemm dwar xi kwistjoni voti ndaqs fost il-membri tal-Kumitat, iċ-
chairman ikollu vot ieħor deċiżiv.
(3) Iċ-chairman jista’ jaħtar lil wieħed mill-membri tal-Kumitat biex meta huwa
jkun assenti jagħmilha ta’ chairman minfloku f’laqgħa tal-Kumitat.
(4) Il-quorum tal-Kumitat ikun ta’ żewġ membri.
Ksib ta’ informazzjoni
3. (1) Jekk il-kap tas-Servizz ta’ Sigurtà jintalab mill-Kumitat sabiex jiżvela xi
informazzjoni, allura, dwar dik l-informazzjoni kollha jew parti minnha, huwa
għandu jew -
(a) jara kif iwassalha lill-Kumitat ta’ Sigurtà bla ħsara ta’ u skond dawk l-
arranġamenti li jiġu hekk approvati mill-Prim Ministru; jew
(b) jgħarraf lill-Kumitat li dik l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi żvelata
jew -
(i) għaliex tkun informazzjoni sensittiva (kif imfissra fil-paragrafu 4
ta’ din l-Iskeda) li, fil-fehma tiegħu, ma għandhiex tingħata skond
l-inċiż (a) ta’ qabel dan; jew
(ii) għaliex il-Prim Ministru ikun stabbilixxa li dik l-informazzjoni
ma għandhiex tiġi żvelata.
(2) Il-fatt li xi informazzjoni partikolari tkun informazzjoni sensittiva ma
għandux iwaqqaf l-iżvelar tagħha skond l-inċiż (a) tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-
paragrafu jekk il-kap tas-Servizz ta’ Sigurtà iqis li ma jkunx hemm periklu jekk
jiżvelaha.
(3) Dik l-informazzjoni li ma tkunx ġiet hekk żvelata lill-Kumitat ta’ Sigurtà
minħabba fir-raġuni speċifikata fis-subinċiż (i) ta’ l-inċiż (b) tas-sub-paragrafu (1)
ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi żvelata lil dak il-Kumitat jekk il-Prim Ministru ikun
tal-fehma li jkun fl-interess pubbliku li dan isir.
(4) Il-Prim Ministru ma għandu jiddetermina xejn skond is-subinċiż (ii) ta’ l-
inċiż (b) tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu dwar dik l-informazzjoni fuq il-
bażi tas-sigurtà nazzjonali biss u, bla ħsara għal dak, huwa ma għandux hekk
jiddetermina kemm-il darba ma jkunx jidhirlu li l-informazzjoni tkun ta’ natura li, li
kieku kellhom jitolbuh iġibha quddiem Kumitat Magħżul tal-Kamra tad-Deputati,
kien jikkonsidra li tkun ħaġa sew li ma jġibhiex.
(5) L-iżvelar ta’ informazzjoni fil-Kumitat ta’ Sigurtà skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu għandu jitqies għall-għanijiet ta’ dan 1-Att bħala
meħtieġ għat-twettiq sew tal-funzjonijiet tas-Servizz ta’ Sigurtà.
  SERVIZZTAS-SIGURT À    ġ K AP. 391.
Informazzjoni sensittiva
4. Din l-informazzjoni hija informazzjoni sensittiva għall-għanijiet tal-
paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda -
(a) informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’, jew li tipprovdi
dettalji ta’, għejjun ta’ informazzjoni, għajnuna oħra jew metodi
operattivi li s-Servizz ta’ Sigurtà ikollu;
(b) informazzjoni dwar xi operazzjonijiet partikolari li jkunu saru, jew
qegħdin isiru, jew qed jiġu proposti li jsiru bi twettiq ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet tas-Servizz ta’ Sigurtà; u
(ċ) informazzjoni provduta minn Gvern barrani, jew minn aġenzija ta’
Gvern barrani, meta dak il-Gvern ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għall-
iżvelar ta’ dik l-informazzjoni.
