RATIFIKA TAL-KONVENZJONI  DWAR ARMI  KIMIĊI ġ KAP. 392.  1
KAPITOLU 392
ATT DWAR IR-RATIFIKA TAL-KONVENZJONI 
DWAR ARMI KIMIĊI
NOTA MILL-KUMMISSARJU TAL-LIĠIJIET: Dan l-Att ġie
formalment revokat bl-artikolu 5 ta’ l-Att V ta’ l-2000; iżda minħabba s-
subartikolu (2) ta’ l-istess artikolu, l-Att qiegħed jiġi riprodott kollu.
Biex jawtorizza lill-Gvern jirratifika l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni
ta’ l-Iżvilupp, Produzzjoni, Ħażna u Użu ta’ Armi Kimiċi u l-Qerda
tagħhom, biex jipprovdi għall-implimentazzjoni minn Malta tad-
disposizzjonijiet relattivi u għas-sħubija ta’ Malta fl-Organizzazzjoni
għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi, u dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
ma’ dan jew li huma anċillari għal dan.
28 ta’ April, 1997
L-ATT V ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviż Legali 216 ta’ l-2000.
Titolu.
Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Awtorità  Nazzjonali" tfisser dak il-korp imwaqqaf mill-Ministru
biex jagħmilha ta’ l-Awtorità  Nazzjonali ta’ Malta skond l-Artikolu
VII tal-Konvenzjoni;
Kap. 234.
dwar il-Bastimenti Merkantili;
"Direttur" tfisser id-direttur ta’ l-Awtorità  Nazzjonali għall-
għanijiet ta’ dan l-Att;
"Direttur Ġenerali" tfisser id-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat
Tekniku;
Kap. 232.
"Inġenji ta’ l-Ajru" għandha l-istess tifsira bħalma hu mogħti
lilha fl-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili;
"Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-
Iżvilupp, Produzzjoni, Ħażna u Użu ta’ Armi Kimiċi u l-Qerda
tagħhom, iffirmata f’isem Malta fit-13 ta’ Jannar, 1993, ġewwa
Pariġi, li hi konvenzjoni li kopja tat-test Ingliż tagħha qiegħda tiġi
stipulata fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Affarijiet
Barranin u l-Ambjent;
"Organizzazzjoni" u "OPAK" tfisser l-Organizzazzjoni għall-
Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi stabbilita skond u b’mod konformi
mad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, u tal-korpi kostitwenti
tagħha;
"Segretarjat Tekniku" tfisser is-segretarjat tekniku ta’ l-OPAK
stabbilit skond u b’mod konformi ma’ l-Artikoli VII u VIII tal-
Konvenzjoni;
  2      KAP. 392. ħ     RATIFIKA TAL-KONVENZJONI DWAR ARMI KIMIĊI
"Spettur ta’ l-Awtorità  Nazzjonali" tfisser persuna li hekk
tinħatar skond u b’mod konformi ma’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att;
"Spettur ta’ l-OPAK" tfisser persuna maħtura skond u b’mod
konformi mal-Konvenzjoni bħala spettur jew assistent għall-
ispezzjon.
(2) Kull kelma jew frażi oħra użati f’dan l-Att u fil-
Konvenzjoni għandha f’dan l-Att l-istess tifsira bħalma għandha
fil-Konvenzjoni.
Il-Gvern 
awtorizzat 
jirratifika l-
Konvenzjoni.
Kap. 304.
3. (1) Bis-saħħa ta’ dan l-Att, u b’ mod konformi mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Ratifika ta’ Trattati, il-Gvern ta’
Malta qiegħed b’dan jiġi awtorizzat jirratifika l-Konvenzjoni.
Il-Konvenzjoni, 
eċċ., jagħmlu parti 
minn dan l-Att.
(2) Il-linji ta’ prinċipju, l-iskedi u l-annessjonijiet li jinsabu
mal-Konvenzjoni għandhom jitqiesu bħala li jagħmlu parti minn
dan l-Att sal-limitu sa fejn għandu x’jaqsam l-elenkar ta’ kull
kimika u l-verifika relattiva.
Setgħa tal-
Ministru.
(3) Il-Ministru jista’ b’avviż jagħmel dawk id-
disposizzjonijiet, li ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, li jkunu meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jinġiebu fis-
seħħ kull waħda mid-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni.
(4) Il-Konvenzjoni li qed tinġieb fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att għandha tagħmel parti u titwettaq bħala parti mil-liġijiet ta’
Malta.
Reati. 4. (1) Kull min ikun jinsab f’Malta, jew kull ċittadin jew
residenti permanenti f’Malta, sew jekk ikun qiegħed f’Malta jew
barra minn Malta, li -
(a) jwettaq xi attivitià  li tkun projbita għal parti li hi stat
taħt l-Artikoli IV u V tal-Konvenzjoni; jew
(b) jassisti, jiffinanzja jew b’xi mod ieħor jieħu sehem f’xi
attività  li twassal għall-produzzjoni, żvilupp, akkwist,
ħażna, żamma, trasferiment dirett jew indirett ta’ armi
kimiċi; jew
(ċ) juża armi kimiċi; jew
(d) jieħu sehem fi tħejjijiet militari biex juża armi kimiċi;
jew
(e) jassisti, iħajjar jew iġiegħel, b’liema mod ikun, lil xi
ħadd ieħor biex jieħu sehem f’xi attività  li hi projbita
għal parti li hi stat skond il-Konvenzjoni; jew
(f) juża, jittrasferixxi jew jirċievi xi prodott kimiku
elenkat fl-iskedi li jinsabu mal-Konvenzjoni għal
għanijiet li ma jkunux dawk speċifikati fl-Artikoli IV u
V tal-Konvenzjoni jew b’mod li ma jkunx dak
speċifikat fil-Konvenzjoni; jew
(g) ikun responsabbli għal xi faċilità  ta’ produzzjoni
kimika li tipproduċi parti minn tip jew tip sħiħ ta’
arma kimika jew ta’ aġent kimiku kif hemm elenkat fl-
iskeda li tinsab mal-Konvenzjoni; jew
RATIFIKA TAL-KONVENZJONI  DWAR ARMI  KIMIĊI ġ KAP. 392.  3
(h) xjentement jaħbi xi għarfien jew tagħrif fuq xi tip ta’
armi kimiċi, inklużi armi kimiċi qodma, faċilitajiet ta’
produzzjoni jew kull attività  oħra li jkollha x’taqsam
ma’ dan mill-awtoritajiet kompetenti, 
ikun ħati ta’ reat kontra dan l-artikolu, u jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux anqas minn għaxart elef lira u mhux iżjed minn mitt
elf lira jew priġunerija għal żmien mhux anqas minn tmintax-il
xahar u mhux iżjed minn ħmistax-il sena:
Iżda meta min jinsab hekk ħati jkun id-direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dawk ta’ impriża li fl-interessi
ekonomiċi tagħha min jinsab ħati kien qiegħed jaġixxi, dik il-
persuna għandha titqies għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu bħala li
tkun vestita bir-rappreżentanza ġuridika ta’ dik l-impriża li skond
hekk għandha tkun responsabbli in solidum flimkien ma’ min
jinsab ħati għall-ħlas ta’ dik il-multa.
(2) Il-multa msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandha tinġabar bħala dejn ċivili favur il-Gvern mid-Direttur.
Awtorità  
Nazzjonali.
5. (1) Il-Ministru għandu jaħtar jew iwaqqaf Awtorità
Nazzjonali li tagħmilha ta’ intermedjarju effettiv ma’ l-
Organizzazzjoni skond u b’mod konformi ma’ l-Artikolu VII tal-
Konvenzjoni. L-Awtorità  Nazzjonali titmexxa minn Direttur. Il-
Ministru għandu wkoll jaħtar persuna li tkun Spettur ta’ l-Awtorità
Nazzjonali.
(2) (a) Kull min ikun inħatar mis-Segretarjat Tekniku biex,
skond il-Konvenzjoni, iwettaq, jew jassisti fi,
spezzjonijiet jew żjajjar ta’ spetturi jew ta’ assistenti
għall-ispezzjon, għandu jkun spettur ta’ l-OPAK għall-
għanijiet ta’ dan l-Att.
(b) L-ispetturi ta’ l-OPAK għandu jkollhom, għall-
għanijiet ta’ dan l-Att, dawk l-istess privileġġi u
immunitajiet bħalma huma stipulati fis-Subinċiż B tat-
Taqsima II ta’ l-Anness fuq l-Implementazzjoni u l-
Verifika tal-Konvenzjoni li tinsab ma’ dan l-Att.
(3) L-Awtorità  Nazzjonali -
(i) għandha twettaq dawk l-obbligi msemmija fil-
Konvenzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-
rapporti li jsiru lill-Organizzazzjoni, u meta
tagħmel dan hija tista’ titlob kull tagħrif li trid
minn dawk l-oqsma ta’ l-industrija, kummerċ,
jew kull attività  oħra li jkollha x’taqsam u li fil-
fehma ta’ l-Awtorità  jista’ jkollha dak it-tagħrif
jew tkun involuta f’attivitajiet li jaqgħu taħt il-
Konvenzjoni;
(ii) għandu jkollha s-setgħa li tispezzjona kull post,
wara li tkun tat avviż xieraq raġonevoli u wara li
tkun tat lil min ikun responsabbli mill-post
żmien biżżejjed biex jispjega u jiġġustifika kull
azzjoni li titwettaq hemm ġew, u li tagħti dawk l-
ordnijiet u direttivi meħtieġa biex iwettqu l-
  4      KAP. 392. ħ     RATIFIKA TAL-KONVENZJONI DWAR ARMI KIMIĊI
implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-
Konvenzjoni;
(iii) għandha tkun responsabbli biex tiġbor f’reġistru
nazzjonali dak it-tagħrif li jkollha fuq kull tip ta’
kull kimika li tkun teżisti u ta’ faċilitajiet ta’
produzzjoni, ix-xorta ta’ attività  kemm ġew
imwettqa kif ukoll id-destinazzjoni finali tal-
prodotti mitmuma;
(iv) għandha tgħarraf u tagħti parir lill-Gvern dwar
kull arma kimika jew faċilità  ta’ produzzjoni u
tifformola pjan għall-qerda tagħhom skond id-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni.
(4) (i) Id-Direttur jista’ joħroġ lil persuni relevanti karti ta’ l-
identità  f’dik l-għamla li tiġi minnu hekk approvata.
(ii) Għall-għanijiet ta’ dan is-subartikolu, "persuni
relevanti" tfisser l-Ispettur ta’ l-Awtorità  Nazzjonali,
id-Direttur, l-ispetturi ta’ l-OPAK u kull kategorija
oħra ta’ persuni li jistgħu jiġu hekk preskritti permezz
ta’ xi regolament.
Konfiska ta’ ċerti 
sustanzi.
6. (1) Meta xi sustanza jew oġġetti jiġu żviluppati, prodotti,
maħżuna jew xort’oħra jiġu akkwistati jew jinżammu bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4, is-sustanza jew l-oġġett għandhom
jiġu konfiskati favur il-Gvern ta’ Malta.
(2) Uffiċjal tal-Pulizija jista’ jieħu wkoll jekk ma jkollux ordni,
kull sustanza jew oġġett li jiġu konfiskati jew li jkollu raġuni
biżżejjed għaliex jaħseb li jkunu se jiġu konfiskati skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, u dik is-sustanza jew oġġett
għandhom jinżammu sakemm jgħaddu sittin jum minn meta jkunu
ttieħdu, jew inkella jekk ikunu nbdew proċedimenti għall-
prosekuzzjoni ta’ reat kif imsemmi fl-artikolu 4 dwar dik is-
sustanza qabel ma jkun għadda dak iż-żmien, sa meta tintemm dik
il-prosekuzzjoni.
(3) Kull min iħoss ruħu aggravat b’xi teħid li jsir skond is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jista’, fi żmien għaxart ijiem wara
li jgħaddu s-sittin jum hemm imsemmija, jibda azzjoni permezz ta’
rikors kontra d-Direttur fil-Prim’Awla tal-Qorti Civili, li biha
jikkontesta dak it-teħid:
Iżda meta skond l-istess subartikolu tkun inbdiet
prosekuzzjoni, kull kwistjoni li jkollha x’taqsam mat-teħid għandha
tiġi deċiża minn dik il-qorti li quddiemha tkun inġiebet il-
prosekuzzjoni.
Analista.  7. (1) Il-Ministru jista’ jaħtar analista għall-għanijiet ta’ dan
l-Att.
(2) Ċertifikat ta’ analista maħtur skond is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, li jkun jiddikjara li huwa jkun għamel analiżi jew
eżami ta’ sustanza u li fih ikun hemm ir-riżultat ta’ l-analiżi jew ta’
l-eżami li jkun għamel, għandu jkun prova ammissibbli fi
proċedimenti dwar reat li jkun sar taħt dan l-Att u għandu prima
facie jkun prova tal-fatti msemmija fiċ-ċertifikat u tal-korrettezza
RATIFIKA TAL-KONVENZJONI  DWAR ARMI  KIMIĊI ġ KAP. 392.  5
tar-riżultati ta’ l-analiżi jew ta’ l-eżami.
Tbagħbis ma’ l-
istrumenti. 
8. (1) Kull min -
(a) ibagħbas xi strument jew tagħmir approvat li jkunu
jinsabu fuq il-post bil-għan li dak l-istrument jew
tagħmir approvat li jinsabu fuq il-post jibdew jaħdmu
ħażin; jew
Stqarrijiet foloz 
jew qarrieqa, eċċ.
(b) jirrifjuta li jagħti xi tagħrif li jista’ jkun leġittimament
meħtieġ minnu bis-saħħa ta’ dan l-Att jew jagħmel
quddiem xi persuna relevanti kif hemm speċifikati fis-
subartikolu (4) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att stqarrija,
sew bil-fomm sew bil-miktub, jew jippreżenta lil
persuni relevanti xi dokument jew record li dik il-
persuna tkun taf li hu falz jew qarrieq f’xi partikolarità
materjali; jew
Ifixkel lill-
ispetturi. 
(ċ) ifixkel jew jimpedixxi lil Spettur ta’ l-Awtorità
Nazzjonali jew lil persuna relevanti fit-twettiq ta’ xi
dmir jew ta’ funzjoni skond ma hemm fl-annessjoni ta’
verifika fil-Konvenzjoni jew fit-twettiq ta’ xi setgħa li
toħroġ minn dan l-Att jew minn regolamenti li jsiru
bis-saħħa tiegħu; jew
Ksur ta’ 
konfidenzjalità .
(d) jagħti lil xi persuna mhux awtorizzata dokument
klassifikat li jkun ingħata lil persuna relevanti, jew
lill-Gvern ta’ Malta jew lil Awtorità  Nazzjonali skond
u b’mod konformi mal-Konvenzjoni, jew li jkun
ingħata lill-Gvern ta’ Malta jew lill-persuni relevanti
bil-kondizzjoni li dak id-dokument għandu jitqies
bħala wieħed konfidenzjali; jew
(e) jikxef, jgħaddi jew b’kull mod ieħor jikkomunika lil xi
ħadd ieħor tagħrif li jkun ingħata lil xi awtorità  bis-
saħħa tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni u ta’ dan l-
Att, 
ikun ħati ta’ reati kontra dan l-artikolu u jeħel, meta jinsab ħati, l-
istess pieni skond ma hemm fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att u d-
disposizzjonijiet tal-proviso li hemm mas-subartikolu (1) u tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 4 għandhom ikunu japplikaw għal reati
li jsiru kontra dan l-artikolu.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "persuni
relevanti" tfisser il-persuni msemmija fis-subartikolu (4) ta’ l-
artikolu 5.
Spezzjonijiet 
kontestatorji.
9. (1) Għall-għanijiet ta’ l-artikoli 10 u 11 -
"spezzjoni kontestatorja" għandha l-istess tifsira bħalma għandha
fil-Konvenzjoni;
"setgħa relevanti" tfisser is-setgħa li -
(a) tagħmel tfittxija ġewwa faċilità , post, sit, art jew lok
ieħor, vapur, bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura;
(b) tispezzjona, teżamina jew tieħu kampjuni ta’ xi ħaġa
jew ta’ xi oġġett;
  6      KAP. 392. ħ     RATIFIKA TAL-KONVENZJONI DWAR ARMI KIMIĊI
(ċ) teżamina u televa kopji jew estratti minn kull
dokument relevanti;
(d) tqis il-kwantità  ta’ xi materjal;
(e) tivverifika t-tħaddim u l-kalibrar sew ta’ kull strument;
(f) tinstalla jew tħaddem tagħmir ta’ sorvelja li jkun
jinsab fuq il-post;
(g) tintervista lill-persunal;
(h) tagħmel kull ħaġa oħra li tista’ tkun relevanti jew
konvenjenti li tintgħamel sabiex jinkiseb għan ta’
spezzjoni kontestatorja relevanti.
(2) "Għan ta’ spezzjoni kontestatorja relevanti" għandha
tinftiehem bħala referenza għal għan sabiex jiġi aċċertat jekk l-
għanijiet tal-Konvenzjoni jew ta’ dan l-Att u tar-regolamenti tiegħu
jkunu qegħdin jiġu mħarsa.
Dħul minn spetturi 
ta’ l-OPAK, eċċ.
10. (1) Spettur ta’ l-OPAK jew skwadra ta’ spetturi ta’ l-
OPAK u Spetturi ta’ l-Awtorità  Nazzjonali li jkunu qegħdin
jakkumpanjawhom jistgħu, bil-kunsens ta’ l-inkwilini jew sid il-
faċilità , post, sit, art jew lok ieħor, vapur, bastiment, inġenji ta’ l-
ajru jew vettura, jew xort’oħra skond u b’mod konformi ma’ ordni
maħruġ skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att,
jidħol fuq jew ġewwa xi faċilità , post, sit, art jew lok ieħor, vapur,
bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura, u jwettaq kull setgħa
relevanti dwar għan ta’ spezzjoni kontestatorja relevanti.
(2) Meta spettur ta’ l-OPAK jew skwadra ta’ spetturi ta’ l-
OPAK u Spetturi ta’ l-Awtorità  Nazzjonali li jkunu qegħdin
jakkumpanjawhom jimbarkaw fuq il-vapur, bastiment, inġenji ta’ l-
ajru jew vettura skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, huma
jistgħu għal dak l-għan u bil-għan li titwettaq xi setgħa relevanti
dwar għan ta’ spezzjoni kontestatorja relevanti, iżommu u jarrestaw
dak il-vapur, bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura.
Ordnijiet. 11. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’
dan l-artikolu meta jitwassal tagħrif lil maġistrat li jkun jallega li
jkun meħtieġ li jsir dħul ġewwa xi faċilità , post, sit, art jew lok
ieħor fit-territorju ta’ Malta, jew fuq xi vapur, bastiment, inġenji ta’
l-ajru jew vettura ta’ proprjetà  Maltija, bil-għan li jitwettqu l-
obbligi ta’ Malta skond il-Konvenzjoni billi jitwettaq għan ta’
spezzjoni kontestatorja relevanti, il-maġistrat għandu joħroġ ordni
għall-għan ta’ dan l-artikolu li bih jawtorizza lil persuni relevanti,
li jkunu msemmijin fl-ordni, b’dik l-għajnuna li tista’ tkun
meħtieġa, u jekk ikun meħtieġ bil-forza, li jidħlu jew jimbarkaw u
li jwettqu kull setgħa relevanti għar-rigward ta’ xi faċilità , post, sit,
art, lok ieħor, vapur, bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura.
(2) Għandu jiġi dikjarat f’ordni li jinħareġ bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu -
(a) jekk id-dħul ikun awtorizzat isir f’xi ħin li jkun bin-
nhar jew bil-lejl; u
(b) jum li ma jiġix iktar tard minn xahar wara l-jum tal-
ħruġ ta’ l-ordni, meta l-ordni m’għandux jibqa’ jseħħ.
RATIFIKA TAL-KONVENZJONI  DWAR ARMI  KIMIĊI ġ KAP. 392.  7
(3) Meta, minħabba f’ċirkostanzi ta’ urġenza, id-Direttur jew
il-Ministru iqis li jkun hekk meħtieġ li jagħmlu, talba għall-ħruġ ta’
ordni skond is-subartikolu (1) tkun tista’ ssir permezz ta’
telefonata.
Kimika ta’ l-
Ewwel Skeda.
12. Kull min f’Malta, jew kull ċittadin Malti jew residenti
permanenti f’Malta li, sew jekk ikun qiegħed f’Malta sew jekk le -
(a) jipproduċi, jikseb, iżomm jew juża kimika ta’ l-Ewwel
Skeda barra minn Malta kemm-il darba l-produzzjoni,
kisba, żamma jew użu ma jseħħu fi ħdan it-territorju
ta’ xi Stat ieħor li jkun Parti fil-Konvenzjoni jew ma
jsirux għal għanijiet li jsir trasport leġittimu ta’ dik il-
kimika lil xi Stat ieħor li jkun Parti; jew
(b) jesporta jew jagħmel tentattiv li jesporta kimika ta’ l-
Ewwel Skeda lil xi Stat ieħor li ma jkunx Parti għal xi
għan ta’ riċerka, mediku, farmaċewtiku jew protettiv;
jew
(ċ) ikollu jew iħaddem faċilità  li tipproduċi, tikseb,
iżżomm jew tuża kimika ta’ l-Ewwel Skeda, meta l-
faċilità  ma tkunx faċilità  preskritta unika ta’ entità
żgħira, jew faċilità  preskritta oħra, jew laboratorju li
jissintetizza kimika ta’ l-Ewwel Skeda għal xi għan ta’
riċerka, mediku jew farmaċewtiku fi kwantitajiet li
b’kollox ikunu ta’ inqas minn 100 gramma fis-sena, 
ikun ħati ta’ reat kontra dan l-artikolu u jista’ jeħel, meta jinsab
ħati, dawk l-istess pieni li hemm provduti fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att
u d-disposizzjonijiet tal-proviso li hemm mas-subartikolu (1) u tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 4 għandhom ikunu japplikaw għal reat
kontra dan l-artikolu.
Konfiska meta 
wieħed jinsab ħati.
13. Il-konfiska ta’ kull sustanza jew materjal ieħor li jinstab bi
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew tal-Konvenzjoni,
għandha tkun konsegwenza awtomatika ta’ sejbien ta’ ħtija f’reat
kontra xi artikolu ta’ dan l-Att.
Awtorità  biex isiru 
proċedimenti.
14. Ma jista’ jinbeda ebda proċediment għal reat kontra xi
artikolu ta’ dan l-Att ħlief bl-awtorità  ta’ l-Avukat Ġenerali.
SKEDA
(Artikolu 2)
Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Iżvilupp, Produzzjoni, 
Ħażna u Użu ta’ Armi Kimiċi u l-Qerda tagħhom.
(pubblikata bl-ilsien ingliż biss u riprodotta fit-test ingliż 
tal-Kapitolu 392).
