SELF LOKALI U SELF IEĦOR ġKAP. 393.       1
KAPITOLU 393
ATT DWAR SELF LOKALI U SELF IEĦOR
Biex jawtorizza li jsir self ta’ somma ta’ mitt miljun lira Maltija.
(2 ta’ Mejju, 1997)*
Sar liġi bl-ATT VI ta’ l-1997 u ġie emendat bl-Att XXIV ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor.
ieħor.
Awtorità li jsir self.
Emendat:
XXIV. 1997.2.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
jista’ jissellef, sew f’Malta sew minn barra minn Malta, somma flus
li ma tkunx ta’ iżjed minn mija u ħamsa u sebgħin miljun lira
Maltija.
(2) Għall-għanijiet li jkun jista’ jsir dan is-self, il-Ministru
responsabbli għall-finanzi qiegħed b’dan jiġi awtorizzat li jissellef
somom ta’ flus, b’dawk il-patti u kondizzjonijiet li l-imsemmi
Ministru jista’ japprova, skond id-disposizzjonijiet jew:
Kap. 229.
li jsir minn barra minn Malta; u, jew
Kap. l6l.
Reġistrati), sabiex jinħareġ stock f’Malta.
Għan.
Emendat:
XXIV. 1997.3.
3. (1) Kull somma li tissellef bl-awtorità ta’ dan l-Att
għandha tiġi approprjata u wżata bil-għan illi -
(a) somma ta’ mhux iżjed minn ħamsa u sebgħin miljun
lira Maltija sabiex jagħmel tajjeb għad-deficit fil-Fond
Konsolidat fin-nefqa li saret fis-sena 1996;
Kap. 207.
(b) somma ta’ mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin miljun
lira Maltija sabiex tiġi mislufa lit-Tarzna ta’ Malta
(mwaqqfa bl-Att dwar it-Tarzna ta’ Malta) biex tintuża
esklużivament f’ammont ta’ għoxrin miljun lira
Maltija biex jiġu mħallsa ammonti dovuti lill-Gvern
ta’ Malta għar-rigward ta’ kontribuzzjonijiet tas-
sigurtà  soċjali, PAYE u djun oħra, u f’ammont ta’
ħames miljun lira Maltija biex jiġu mħallsa arretrati ta’
mgħax fuq debiti dovuti għal faċilitajiet ta’ overdraft u
faċilitajiet bankarji oħra li tkun għamlet użu minnhom
l-imsemmija Tarzna ta’ Malta;
(ċ) somma ta’ mhux iżjed minn ħamsa u sebgħin miljun
lira Maltija sabiex tagħmel tajjeb għal parti mid-deficit
fil-Fond Konsolidat li hu mistenni fin-nefqa għas-sena
1997.
Kap. 207.
ta’ Malta u f’kull liġi oħra, it-Tarzna ta’ Malta qiegħda b’dan tiġi
awtorizzata li tirċievi s-self imsemmi fil-paragrafu (b) tas-
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 323 tat-2 ta’ Mejju, 1997.
 2      KAP. 393.ħ      SELF LOKALI U SELF IEĦOR
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u l-imsemmija Tarzna ta’ Malta
għandha titqies bħala li din tkun daħlet b’mod sew fid-debiti
magħmulin u fil-faċilitajiet ta’ overdraft u faċilitajiet oħra li
jinsabu indikati fl-imsemmi paragrafu.
