TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ INĠUSTIZZJIġKAP. 394.  1
KAPITOLU 394
ATT DWAR IT-TRIBUNAL GĦALL-
INVESTIGAZZJONI TA’ INĠUSTIZZJI
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Tribunal indipendenti għas-smigħ ta’
ilmenti ta’ ċerti inġustizzji li ġraw bejn l-1987 u l-1995.
(2 ta’ Ġunju, 1997)*
Sar liġi bl-ATT VIII ta’ l-1997, kif emendat bl-Att XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor.
Investigazzjoni ta’ Inġustizzji.
Tifsir.
xort’oħra -
"inġustizzja" għandha t-tifsira lilha mogħtija fl-artikolu 6 ta’ dan
l-Att;
"korp imwaqqaf b’liġi" tfisser kull korporazzjoni jew korp
magħqud ieħor imwaqqaf b’liġi u tinkludi kull soċjetà jew korp
ieħor li fih il-Gvern jew xi korp wieħed jew iktar minn dawk hawn
aktar qabel imsemmija jew kull kombinazzjoni tagħhom ikollhom
sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew kellhom sehem biżżejjed
biex jikkontrollaw bejn id-9 ta’ Mejju, 1987 u l-15 ta’ Mejju, 1995
jew li fuqhom il-Gvern jew xi korp wieħed jew iktar bħal dawk jew
kull kombinazzjoni tagħhom ikollhom kontroll effettiv jew kellhom
kontroll effettiv bejn id-9 ta’ Mejju, 1987 u l-15 ta’ Mejju, 1995;
"persuna aggravata" tfisser individwu li jallega li ġarrab dik l-
inġustizzja msemmija fl-artikolu 6 ta’ dan l-Att iżda ma tinkludix
kumpannija jew soċjetà kummerċjali oħra jew individwu ieħor jew
persuna oħra li jagħmlu talba minħabba li jkunu azzjonisti jew
membri ta’ kumpannija jew ta’ soċjetà kummerċjali oħra, jew
grupp jew assoċjazzjoni li jkunu jinkludu kumpannija jew soċjetà
kummerċjali oħra bħal dawk;
"it-Tribunal" tfisser it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’
Inġustizzji mwaqqaf skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.
Tribunal għall-
Investigazzjoni ta’ 
Inġustizzji.
3. (1) Jitwaqqaf Tribunal wieħed jew iktar minn wieħed, li
kull wieħed minnhom ikun magħruf bħala t-Tribunal għall-
Investigazzjoni ta’ Inġustizzji, u li kull wieħed minnhom ikun
magħmul minn chairman maħtur mill-President ta’ Malta li jaġixxi
fuq il-parir tal-Prim Ministru.
*Ara l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet
imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali 63 ta’ l-1997.
 2  KAP. 394.ħ   TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ 
(2) Iċ-chairman għandu jkun persuna li tokkupa, jew kienet
tokkupa l-kariga ta’ mħallef jew ta’ maġistrat f’Malta jew li tkun
eżerċitat bħala avukat f’Malta għal perijodi li b’kollox ma jkunux
jammontaw għal inqas minn tnax-il sena; iżda avukat li jinħatar
bħala chairman tat-Tribunal m’għandux jitħalla jeżerċita b’mod
privat il-professjoni tiegħu.
(3) Ħadd ma jkun kwalifikat biex ikollu l-kariga ta’ chairman
tat-Tribunal -
(a) jekk ikun jew kien membru ta’ jew kandidat għall-
elezzjoni fil-Kamra tad-Deputati; jew
(b) jekk ikun jew kien membru ta’ kunsill lokali.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ chairman tat-Tribunal għandha ssir vakanti -
(a) fit-tmiem taż-żmien li matulu tibqa’ sseħħ il-ħatra tat-
Tribunal;
(b) jekk jinħolqu ċirkostanzi li, kieku ma kienx chairman
tat-Tribunal, kienu jġagħluh ikun skwalifikat għal
ħatra bħal dik;
(ċ) fil-każ ta’  chairman li jkun imħallef jew maġistrat,
meta huwa jtemm il-kariga ta’ mħallef jew maġistrat, u
fil-każ ta’  chairman li ma jkunx imħallef jew
maġistrat, jekk huwa jirriżenja mill-kariga tiegħu billi
jikteb ittra lill-President ta’ Malta.
(5) (a) Iċ-chairman tat-Tribunal ma għandux jitneħħa mill-
kariga tiegħu ħlief mill-President ta’ Malta wara
indirizz mill-Kamra tad-Deputati li jkollu favur tiegħu
l-vot ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri
tagħha u li jitlob għal dik it-tneħħija minħabba
inkapaċità ippruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu (kemm jekk għal mard korporali jew mentali
jew għal xi raġuni oħra) jew imġieba ħażina ippruvata.
Kap. 369. (b) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, għandhom ikunu
japplikaw  mutatis  mutandis għal mozzjoni bħal dik
imsemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu l-
istess bħalma japplikaw għal mozzjoni li ssir skond is-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 97 tal-Kostituzzjoni.
(6) Jekk il-kariga ta’  chairman tat-Tribunal tkun vakanti jew
jekk, għal xi raġuni, ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga
tiegħu, il-President ta’ Malta, li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim
Ministru, jista’ jaħtar persuna li tkun kwalifikata li tinħatar
chairman tat-Tribunal, biex tkun chairman temporanju tat-Tribunal,
u kull persuna hekk maħtura għandha, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5) ta’ dan l-artikolu, tispiċċa
milli hekk tkun chairman malli persuna tkun inħatret biex timla l-
vakanza jew, skond il-każ, malli ċ-chairman li ma setax jaqdi l-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu jerġa’ jibda jwettaq dawk il-
funzjonijiet.
TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ INĠUSTIZZJIġKAP. 394.  3
(7) Iċ-chairman tat-Tribunal jista’ jiġi rikużat jew għandu
jastjeni fl-istess ċirkostanzi bħal imħallef tal-qrati superjuri; u
f’kull każ bħal dak, ir-Reġistratur tat-Tribunal jassenja dak il-każ
lil tribunal ieħor kull meta jkun jiffunzjona tribunal ieħor bħalu,
b’dan illi meta jkun hemm tribunal wieħed biss jiffunzjona jew
inkella jekk ikun hemm astensjonijiet u rikużazzjonijiet fit-
tribunali kollha li jkunu jiffunzjonaw, il-President ta’ Malta li
jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru għandu jaħtar persuna li tkun
kwalifikata għal dik il-ħatra sabiex tkun chairman tat-Tribunal
għall-każ jew każijiet partikulari li għar-rigward tagħhom iċ-
chairman ikun ġie rikużat jew ikun astjena.
(8) Persuna li ma tkunx imħallef jew maġistrat maħtur bħala
president tat-tribunal għandu jkollha, filwaqt li tkun qed tokkupa
dik il-kariga, l-istess salarju, allowances u benefiċċji ta’ mħallef
tal-qrati superjuri .
Żmien li matulu 
jibqa’ mwaqqaf it-
Tribunal.
4. Iż-żmien li matulu jibqa’ mwaqqaf it-Tribunal jiskadi meta
jgħaddu erba’ snin mill-bidu fis-seħh ta’ dan l-Att: 
Iżda dak iż-żmien jista’ jittawwal, f’kull żmien qabel ma
jiskadi, b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati għal dak iż-żmien
ieħor jew żminijiet oħra li f’kull każ ma jkunx ta’ iktar minn sena.
Applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’
dan l-artikolu, dan l-Att japplika għall-Gvern, u għal kull korp
imwaqqaf b’liġi kif imfisser fl-artikolu 2 ta’ dan l-Att (hawn iktar
’il quddiem f’dan l-Att msejħa "il-persuni li għalihom dan l-Att
japplika").
(2) F’dan l-Att, kull riferenza għall-Gvern tinkludi riferenza
għal kull dipartiment tal-Gvern jew awtorità oħra tal-Gvern, kull
Ministru jew Segretarju Parlamentari, kull uffiċjal pubbliku u kull
membru, jew impjegat, ta’ awtorità tal-Gvern. Kull riferenza għal
korp imwaqqaf b’liġi jew korp ieħor tinkludi riferenża għal kull
direttur, membru, manager jew uffiċjal jew impjegat ieħor ta’ dak
il-korp.
(3) (a) Dan l-Att ma japplikax għall-persuni jew għall-korpi li
jinsabu elenkati fit-Taqsima A fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att.
(b) Dan l-Att ma japplikax għall-korpi elenkati fit-
Taqsima B fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att,
kemm-il darba ma tinġiebx prova b’sodifazzjon tat-
Tribunal li tkun turi li kull mezz possibbli għall-ksib
ta’ rimedju jkun ġie eżawrit.
(ċ) Il-Prim Ministru jista’ jagħmel ordni fil-Gazzetta li bih
jemenda, jibdel jew jissostitwixxi l-listi li hemm fit-
Taqsima A u fit-Taqsima B ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att. Ebda ordni taħt dan il-paragrafu ma
għandu jkollu effett qabel ma l-istess jiġi approvat
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
(d) It-Tribunal m’għandux jitratta ilment li jkun jeħtieġ
investigazzjoni dwar dik l-azzjoni jew kwistjoni
bħalma hemm imfisser fit-Taqsima Ċ ta’ l-Ewwel
 4  KAP. 394.ħ   TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ 
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(4) Dan l-Att ma għandu jkun japplika għal ebda att jew
omissjoni li jkunu ġraw qabel id-9 ta’ Mejju, 1987 jew wara l-15
ta’ Mejju, 1995.
Setgħat tat-
Tribunal.
6. (1) It-Tribunal ikollu s-setgħa li jisma’ u jaqta’ dwar kull
ilment miktub li jsir minn persuna 1i tallega 1i tkun ġarrbet
inġustizzja b’konsegwenza ta’ xi distinzjoni, esklużjoni jew
preferenza indebita li tkun saret jew ingħatat bi ħsara għaliha, jew
ta’ xi inkapaċità jew restrizzjoni li kellha ġġarrab, b’xi azzjoni
meħuda minn xi waħda mill-persuni li għalihom japplika dan l-Att
dwar kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) ħatriet, promozzjonijiet jew trasferimenti ta’ uffiċjali
pubbliċi;
(b) ħatriet, promozzjonijiet jew trasferimenti ta’ membri,
uffiċjali jew impjegati ta’ xi korp imwaqqaf b’liġi;
(ċ) dħul fl-impieg;
(d) liċenzi jew permessi meħtieġa bil-liġi;
(e) kull ħaġa oħra li tista’ tiġi approvata b’riżoluzzjoni
tal-Kamra tad-Deputati.
Kap. 320.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, it-Tribunal ma għandux jaċċetta li jeżerċita s-setgħat
tiegħu taħt dan l-artikolu f’kull każ fejn ikun ġie investigat ilment
dwaru quddiem il-Kummissjoni mwaqqfa taħt l-Att dwar l-
Investigazzjoni ta’ Inġustizzji jew li dwaru jkun tressaq każ
quddiem xi qorti.
Proċedura. 7. (1) L-ilmenti quddiem it-Tribunal jitressqu permezz ta’
rikors sostanzjalment fl-għamla stabbilita fit-Tieni Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att.
(2) Ir-rikors għandu jkun fih dikjarazzjoni dwar il-fatti li
fuqhom ikun imsejjes u għandu jkun imsieħeb -
(a) b’elenku ta’ xhieda flimkien ma’ l-indirizz sħiħ
tagħhom fejn jiġi dikjarat dwar kull wieħed minnhom
xi prova bix-xiehda ta’ kull xhud hu mahsub li tiġi
pruvata; u
(b) kull dokument b’sostenn tar-rikors.
(3) Ir-rikors flimkien ma’ dak l-elenku u dokumenti, jekk ikun
hemm, għamdhom jiġu preżentati fir-Reġistru tat-Tribunal fiż-
żmien li matulu r-Reġistru tal-Qrati Superjuri jkun għadu miftuħ.
Kopja ta’ dak ir-rikors, lista u dokumenti jekk ikun hemm
għandhom jiġu notifikati lill-persuna li għaliha dan l-Att japplika li
kontriha jkun sar l-ilment (hawn iżjed ’il quddiem imsejħa "l-
intimat").
(4) L-intimat għandu jippreżenta r-risposta tiegħu f’dak ir-
Reġistru sa mhux iktar tard minn għoxrin jum wara li jirċievi r-
rikors. Ir-risposta għandu jkun fiha wkoll:
(a) dikjarazzjoni dwar il-fatti li fuqhom l-intimat isejjes
ir-risposta kuntrarja tiegħu u din għandha tkun
TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ INĠUSTIZZJIġKAP. 394.  5
imsieħba b’elenku ta’ xhieda tiegħu flimkien ma’ l-
indirizzi sħaħ tagħhom fejn jiġi dikjarat dwar kull
wieħed minnhom xi prova bix-xiehda ta’ kull xhud hu
maħsub li tiġi pruvata; 
(b) kull dokument li jirrespinġi t-talba.
Ir-risposta, elenki u dokumenti għandhom jiġu notifikati lil min
jagħmel l-ilment.
(5) Wara li jgħaddi ż-żmien imsemmi fis-subartikolu (4), it-
Tribunal jappunta jum u ħin għas-smigħ ta’ l-ilment. Dan il-jum u
ħin għandu jiġi notifikat lil min jagħmel l-ilment u lill-intimat, mir-
Reġistratur li għandu wkoll joħroġ kull taħrika meħtieġa għas-
smigħ tax-xhieda. F’dak il-jum it-Tribunal jisma’, bil-ġurament, ix-
xiehda ta’ min jagħmel l-ilment u ta’ l-intimat kif ukoll dik tax-
xhieda l-oħra kollha; wara dan, min jagħmel l-ilment u l-intimat
għandhom jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom quddiem it-
Tribunal.
(6) Waqt is-smiegħ, il-partijiet jistgħu ikunu assistiti minn
avukat jew prokuratur legali jew minn kull persuna oħra li jkollha
l-fiduċja tagħhom:
Iżda ebda persuna ma tista’ titlob drittijiet għall-assistenza
li tagħti lil xi persuna quddiem it-Tribunal li jkunu ogħla minn
dawk id-drittijiet li jistgħu jintalbu minn avukat għall-istess
servizz.
(7) Kull smigħ bħal dak għandu jkun bil-miftuħ.
(8) It-Tribunal għandu jagħti lill-partijiet smiegħ xieraq għeluq
żmien raġonevoli.
(9) (a) Id-deċiżjoni tat-Tribunal għandha tingħata bil-miftuħ.
(b) Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal jaqta’ dwar jekk l-
ilment ikunx ġustifikat u sabiex jasal għal dik id-
deċiżjoni għandu jqis il-liġijiet, regolamenti jew
disposizzjonijiet ta’ l-Estacode li kienu fis-seħħ fil-
waqt ta’ l-att jew omissjoni li fuqu jkun imsejjes l-
ilment.
(ċ) Meta t-Tribunal jaqta’ li lment ikun ġustifikat kollu
kemm hu jew f’parti minnu, dan għandu jirrikmanda,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (d) ta’
dan is-subartikolu, li jingħata rimedju kompensattiv,
b’għarfien tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet
ta’ l-Estacode li jkunu fis-seħħ fid-data tar-
rakkomandazzjoni.
(d) Meta skond dawk il-liġijiet, regolamenti jew
disposizzjonijiet ta’ l-Estacode ma jkunx possibbli li t-
Tribunal jordna rimedju kompensattiv, it-Tribunal
jista’ jirrikmanda li jsir ħlas ta’ kumpens li f’ebda każ
m’għandu jeċċedi l-ammont ta’ ħamest elef lira.
(e) Id-deċiżjoni tat-Tribunal tkun finali u minnha ma jkun
hemm ebda appell.
 6  KAP. 394.ħ   TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ 
(10) Ikun id-dmir tar-Reġistratur li jiżgura li d-deċiżjoni tat-
Tribunal tintbagħat lill-Prim Ministru fi żmien għaxart ijiem minn
meta tingħata.
(11) Ikun id-dmir tal-Prirn Ministru li jimplementa r-
rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal billi jistabbilixxi dawk il-
proċeduri u jagħti dawk id-direttivi li jkunu meħtieġa għat-twettiq
ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Kap. 12.
(12) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 460
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili m’għandhomx
ikunu japplikaw għal proċedimenti li jsiru quddiem it-Tribunal.
(13) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti li jistabbilixxu d-drittijiet li għandhom jitħallsu fir-
Reġistru tat-Tribunal.
Sejħa tax-xhieda u 
għoti ta’ ġurament.
8. (1) It-Tribunal ikollu s-setgħa, li titwettaq permezz tal-
president tiegħu - 
(a) li jsejjaħ xhieda;
(b) li jagħti l-ġurament lil kull xhud u jeħtieġu jixhed.
(2) Kull taħrika għall-attendanza tax-xhieda tkun fl-għamla
murija fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att u din għandha tkun
iffirmata mir-reġistratur tat-Tribunal.
Kap. 12.
(3) Id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu man-notifiki li
jinsabu fit-Titolu IV tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom ikunu japplikaw
mutatis mutandis għan-notifika ta’ taħrikiet skond dan l-Att kif
ukoll dwar in-notifika ta’ ilmenti, risposti, elenki u dokumenti oħra
msemmija fl-artikolu 7 kif ukoll kull att ieħor li jiġi ippreżentat
mill-partijiet jew li jinħareġ mit-Tribunal.
(4) Kull persuna mħarrka kif imsemmi qabel li tirrifjuta, jew
tonqos mingħajr raġuni xierqa, li tattendi fil-post u l-ħin
imsemmija fit-taħrika, jew li tirrifjuta, mingħajr raġuni xierqa, li
twieġeb jew li twieġeb b’mod sħiħ u sodisfaċenti, skond l-aħjar ħila
u għarfien tagħha l-mistoqsijiet kollha li jsirulha mit-Tribunal jew
bi qbil mat-Tribunal, jew li tirrifjuta jew tonqos, mingħajr raġuni
xierqa, li tipproduċi xi dokument li tkun meħtieġa li tipproduċi mit-
Tribunal jew bi qbil mat-Tribunal, teħel, meta tinsab ħatja, multa
ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal mhux
iżjed minn tliet xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda minkejja l-ġeneralità tad-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, ebda persuna li
tixhed quddiem it-Tribunal ma tista’ tkun imġiegħla twieġeb għal
mistoqsijiet meta t-tweġiba tista’ tesponiha għal proċess kriminali,
u kull persuna bħal dik ikollha, dwar kull xhieda tagħha quddiem
it-Tribunal, l-istess privileġġi li jkollu xhud li jixhed quddiem il-
qorti.
(5) Il-proċedimenti dwar xi reat kontra dan l-artikolu
għandhom jinbdew fuq talba ta’ l-Avukat Ġenerali.
TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ INĠUSTIZZJIġKAP. 394.  7
Żmien li fih isir 
ilment.
9. M’għandux jiġi aċċettat ilment taħt dan l-Att jekk l-ilment
isir wara li jgħaddu sitt xhur mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att.
Rapport.
data tal-bidu fis-sehħ ta’ dan l-Att, jagħmel rapport dwar id-
deċiżjonijiet tiegħu lill-Kamra tad-Deputati; dan ir-rapport għandu
jintbagħat mir-Reġistratur lill-iSpeaker li għandu jara li jinġieb
għall-attenzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
Reġistratur u 
uffiċjali oħra tat-
Tribunal.
11. (1) Għandu jkun hemm Reġistratur tat-Tribunal li jkollu r-
responsabbiltà li jamministra l-uffiċċju tat-Tribunal, u li jassigura
tqassim ġust tad-dmirijiet bejn id-diversi presidenti billi
jassenjalhom ir-rikorsi li jiġu preżentati kif imsemmi qabel kemm
jista’ jkun bir-rotazzjoni tax-xogħol skond id-data tal-preżentata
tar-rikorsi, b’dan illi r-Reġistratur jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu
jikkunsidra s-suġġett in kwistjoni ta’ kull rikors sabiex jiżgura li
rikorsi ta’ l-istess xorta kemm jista’ jkun jiġu trattati mill-istess
president.
(2) Ir-Reġistratur għandu jkun persuna hekk maħtura mill-Prim
Ministru jew uffiċjal pubbliku nominat mill-Prim Ministru sabiex
iwettaq il-funzjonijiet ta’ reġistratur.
(3) It-Tribunal ikollu wkoll dak il-persunal l-ieħor li l-Prim
Ministru jisa’ jqis meħtieġ u li jaħtar jew jinnomina kif imsemmi
qabel.
Ġurament ta’ lealtà 
u tal-kariga 
ligħandu jittieħed 
mill-president.
12. (1) Il-president, inkluż aġent president, għandu, qabel ma
jibda d-dmirijiet tiegħu, jieħu, quddiem il-President ta’ Malta, il-
ġurament ta’ lealtà muri fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-ġurament li
ġej:
Ġurament tal-Kariga
Jiena .............................................. naħlef li nagħmel bis-sewwa
d-dmirijiet ta’ president tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’
Inġustizzji bla favuri u mingħajr ma nżomm ma ħadd, kif irid il-
ħaqq u l-jedd, u kif iridu l-liġijiet u d-drawwiet ta’ Malta, għall-
ġieh t’Alla u tar-Repubblika ta’ Malta, u li ma nikkomunika,
direttament jew indirettament, ma’ ebda persuna li tagħmel l-ilment
jew intimat f’każ quddiem l-imsemmi Tribunal, lanqas ma l-avukati
jew prokuraturi legali tagħhom, lanqas ma’ ħaddieħor fl-isem ta’
waħda jew oħra minn dawk il-persuni, dwar rikors li jkun għadu ma
ġiex deċiż, jew li jkun se jiġi preżentat fit-Tribunal hawn fuq
imsemmi, barra minn fit-Tribunal bil-miftuħ, ħlief fil-każijiet li l-
liġi ssemmi espressament; u li jiena nxandar fit-Tribunal, dawk il-
kumnikazzjonijiet li jsiruli u ngħarraf bihom lill-President ta’
Malta. U naħlef ukoll li, direttament jew indirettament, ma
nagħmilhiex ta’ avukat jew ta’ arbitru, lanqas, f’ebda każ, ma
nagħti parir jew fehma lil ħadd dwar ebda ilment mibdi jew li
għandu jinbeda fit-Tribunal hawn fuq imsemmi, ħlief fil-każijiet li
tgħid il-liġi, mingħajr qabel ma jiġi mogħti lili permess mill-
President ta’ Malta wara rikors li nagħmel għaldaqshekk. Hekk
Alla jgħini.
 8  KAP. 394.ħ   TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ 
(2) Meta xi komunikazzjoni, kif imsemmija fil-forma tal-
ġurament li hemm fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, tkun
tikkonsisti f’ittra anonima jew f’ittra li min kitibha ma jkunx jista’
jiġi magħruf malajr, jew meta xi komunikazzjoni bħal dik ikun fiha
xi kliem inġurjuż jew offensiv, il-president ma jkollux għalfejn
jaqra l-komunikazzjoni iżda jista’ minflok waqt udjenza pubblika
jikxef il-fatt li jkun irċeviha u għandu f’kull każ igħarraf il-
kontenut tagħha lil-President ta’ Malta.
Iċ-chairman ma 
jistax jintalab 
jixhed.
13. Iċ-chairman tat-Tribunal ma jistax jintalab jixhed f’xi
proċedimenti dwar ħwejjeġ li jkun sar jaf bihom waqt proċedimenti
li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi lment li jkun sar skond dan l-Att.
Spejjeż ta’ 
amministrazzjoni.
14. Kull salarju jew spiża li jitħallsu fit-twettiq ta’ dan l-Att
għandhom jinħarġu mill-Fond Konsolidat bla ħtieġa ta’ ebda
approvazzjoni barra minn dan l-Att.
Għandhom 
japplikaw id-
disposizzjonijiet 
tal-Kodiċi ta’ 
Organizzazzjoni u 
Proċedura Ċivili.
Kap. 12.
15. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
li għandhom x’jaqsmu mal-prattika u l-proċedura quddiem il-Qorti
Ċivili għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għal kull
prattika u proċedura quddiem it-Tribunal.
Emendata:
XVI. 1997.8.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 5)
TAQSIMA A
Il-President 
Il-Kamra tad-Deputati 
Il-Kabinett
Il-Ġudizzjarju 
Kull Tribunal imwaqqaf b’xi liġi jew bis-saħħa tagħha 
Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja 
Il-Kummissjoni Elettorali
L-Awtorità dwar ix-Xandir ta’ Malta 
Il-Kummissjoni dwar l-Impiegi
Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni
Il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji
L-Avukat Ġenerali fit-twettiq tas-setgħat imsemmija fis-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 91 tal-Kostituzzjoni
Kull Avukat jew Konsulent Legali tal-Gvern li jaġixxi f’dik il-
kariga
L-Awditur Ġenerali dwar il-funzjonijiet li joħorġu mis-
subartikoli (5) u (8) ta’ l-artikolu 108 tal-Kostituzzjoni.
Il-Forzi Armati ta’ Malta ħlief skond dak li hemm provdut fit-
Taqsima B ta’ din l-Iskeda
Is-Servizz ta’ Sigurtà.
TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ INĠUSTIZZJIġKAP. 394.  9
TAQSIMA B
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Il-Forzi Armati ta’ Malta għar-rigward biss ta’ ħatriet,
promozzjonijiet, trasferimenti, salarji u drittijiet ta’ pensjoni ta’ l-
uffiċjali u suldati f’dik il-Forza Armata.
TAQSIMA Ċ
Kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu investigati.
1. Kull kwistjoni li tista’ tiġi ċertifikata mill-Prim Ministru
bħala li tolqot is-sigurtà interna jew esterna ta’ Malta.
2. Azzjoni li tittieħed fi kwistjonijiet ċertifikati mill-Ministru
responsabbli għall-affarijiet barranin bħala li jolqtu r-relazzjonijiet
jew arranġamenti bejn il-Gvern ta’ Malta u Gvern ieħor jew xi
organizzazzjoni internazzjonali ta’ Stati jew Gvernijiet.
3. Azzjoni li tittieħed mill-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja bis-saħħa ta’ l-Att dwar l-Estradizzjoni (Kap. 276).
4. L-istituzzjoni jew it-tmexxija ta’ proċedimenti ċivili jew
kriminali quddiem qorti tal-ġustizzja jew xi tribunal f’Malta, jew
ta’ proċedimenti dwar reati militari li jsiru bis-saħħa ta’ l-Att dwar
il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap. 220), jew ta’ proċedimenti quddiem
xi qorti jew tribunal internazzjonali.
5. It-twettiq tas-setgħa li għandu l-Prim Ministru bis-saħħa
ta’ l-artikolu 515 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9).
6. Kull investigazzjoni kriminali magħmula mill-Pulizija.
 10  KAP. 394.ħ   TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ 
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 7)
A. Rikors dwar ilment
Fit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji
Rikors ta’ AB
Jesponi bir-rispett:
Illi bejn id-9 ta’ Mejju, 1987 u l-15 ta’ Mejju, 1995, u b’mod
iktar preċiż fi jew għall-ħabta ta’ ................................... (hawn
semmi f’liema data), huwa sofra inġustizzja f’li ............................
(hawn semmi liema distinzjoni, esklużjoni jew preferenza indebita
saret jew ingħatat bi preġudizzju tal-persuna li tagħmel l-ilment
jew id-diżabilità jew restrizzjoni li huwa jkun ġie suġġett għaliha).
Illi l-fatti tal-każ kienu fil-qosor kif ġej ....................................
(agħti fil-qosor il-fatti tal-każ).
Illi huwa bi ħsiebu jġib biex isostni l-ilment tiegħu lix-xhieda
murija fl-elenku hawn anness li jindika għar-rigward ta’ kull xhud
dawk il-fatti li r-rikorrent bi ħsiebu jġib prova dwarhom bix-xiehda
tiegħu.
Għaldaqstant ir-rikorrent umilment jitlob lil dan it-Tribunal li
jisma’ u jiddeċiedi dwar dan l-ilment skond l-Att dwar it-Tribunal
għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji, u li jingħata rimedju billi jiġi
ordnat illi .............................................. (hawn semmi x’għamla
ta’ rimedju jista’ jingħata), jew inkella jekk dan ir-rimedju ma
jistax jingħata, li jiġi ordnat li jitħallas lili kumpens f’ammont ta’
................................................. (semmi ammont li ma jkunx ta’
aktar minn Lm5,000).
Firma tal-persuna li tagħmel
l-ilment jew ta’ persuna li
tidher għalih
Indirizz tal-persuna li tagħmel l-ilment
Indirizz ta’ l-intimat.
AB
(persuna li tagħmel l-ilment)
versus
CD
(intimat)
TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA’ INĠUSTIZZJIġKAP. 394.  11
(Artikolu 8)
B. Taħrika ta’ Xhud
Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji
Lil A.B. (isem il-persuna mħarrka u fejn toqgħod)
Inti hawnhekk tinsab imħarrek biex tidher quddiem it-
Tribunal hawn imsemmi fi (post)
fi (data u ħin)
u li tixħed dwar
(il-kwistjoni ta’ l-inkjesta).
Iffirmat minni llum ta’ tas-sena
(Firma tar-Reġistratur).
