TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        1
KAPITOLU 395
ATT DWAR IT-TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA*
Biex jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet, prodotti u servizzi
minflok is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
17 ta’ Ġunju, 1997
1 ta’ Lulju, 1997
L-ATT XII ta’ l-1997, kif emendat bl-Att XVI ta’ l-1997 u bl-Avviżi Legali 90, 91, 99, 124 u
203 ta’ l-1997, u 1 u 248 ta’ l-1998, u 37 ta’ l-2000.
ARRANĠAMENT TA’ L-ATT
*Imħassar bl-Att XXIII ta’ l-1998 (Kap. 406) - iżda riprodotta għax id-disposizzjonijiet tiegħu
għadhom applikabbli - ara l-artikoli 85 et seq. tal-Kapitolu 406.
Artikoli
Taqsima I Preliminari 1-2
Taqsima II Amministrazzjoni 3-9
Taqsima III Taxxa Tas-Sisa fuq Importazzjonijiet 10-11
Taqsima IV Taxxa Tas-Sisa fuq Prodotti 12-16
Taqsima V Taxxa Tas-Sisa fuq Servizzi 17-23
Taqsima VI Reġistrazzjoni 24-27
Taqsima VII Denunzji u Ħlas ta’ Taxxa 28-41
Taqsima VIII Stima ta’ Taxxa 42-45
Taqsima IX Appelli 46-47
Taqsima X Taxxa Addizzjonali u Infurzar 48-55
Taqsima XI Ħlas lura u Ħelsien mit-Taxxa 56-60
Taqsima XII Reati u Pieni 61-69
Taqsima XIII Mixxellanji 70-75
SKEDI
L-Ewwel Skeda - Importazzjonijiet Eżentati
It-Tieni Skeda - Prodotti mhux taxxabbli
It-Tielet Skeda - Servizzi Eżentati
Ir-Raba’ Skeda - Provvista ta’ ikel suġġett għat-taxxa tas-sisa fuq is-servizzi
  2      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar it-Taxxa tad-
Dwana u tas-Sisa.
Tifsir.  2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma’ teħtieġx
xort’oħra -
"attività  tan-negozju" tfisser kull attività  li titwettaq bħala parti
minn sengħa, professjoni, vokazzjoni jew negozju ieħor, barra minn
attività  ta’ impjegat fix-xogħol tiegħu, iżda tinkludi l-
esplojtazzjoni ta’ kull attiv fuq bażi regolari, u l-provvista minn xi
entità  ta’ faċilitajiet jew vantaġġi bil-ħlas lill-membri ta’ dik l-
entità ;
Kap. 363.
"awtorità  pubblika" tfisser il-Gvern, kunsill lokali stabbilit skond
l-Att dwar Kunsilli Lokali, awtorità  vestita b’personalità  ġuridika
distinta mwaqqfa b’Att tal-Parlament jew korporazzjoni kostitwita
b’Att tal-Parlament;
"bejgħ" tinkludi t-trasferiment ta’ kull oġġetti jew prodotti taħt
xi titolu;
"bejgħ tan-negozju" tfisser bejgħ minn persuna bħala parti mill-
attivitajiet tan-negozju ta’ dik il-persuna;
"bejjiegħ bl-imnut" tfisser persuna li n-negozju tagħha
jikkonsisti għal kollox jew prinċipalment fil-bejgħ ta’ oġġetti bl-
imnut;
"ċertifikat ta’ eżenzjoni" dwar l-ETP tfisser ċertifikat maħruġ
taħt l-artikolu 16 ta’ dan l-Att;
"ċertifikat ta’ reġistrazzjoni" tfisser ċertifikat li għandu jinħareġ
mid-Direttur skond l-artikolu 24;
"Direttur" tfisser id-Direttur tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa
maħtur taħt l-artikolu 3;
"denunzja tat-taxxa" tfisser id-denunzja li għandha tingħata
skond l-artikolu 31;
"ETI" tfisser it-taxxa tas-sisa fuq oġġetti li jkunu importati li
tinġabar taħt l-artikolu 10;
"ETP" tfisser it-taxxa tas-sisa fuq prodotti li tinġabar taħt l-
artikolu 12;
"ETS" tfisser it-taxxa tas-sisa fuq servizzi li tinġabar taħt l-
artikolu 17;
"fattura ta’ taxxa" tfisser fattura li għandha tiġi provduta skond l-
artikolu 39;
"fiduċjarju" tinkludi eżekutur jew amministratur;
"impjegat" tfisser kull individwu li jkun marbut ma’ prinċipal
b’kuntratt ta’ mpieg jew b’irbit ieħor legali li joħloq relazzjoni bejn
prinċipal u mpjegat dwar kondizzjonijiet ta’ xogħol, rimuneraz-
zjoni u r-responsabbiltajiet ta’ l-impjegat u għandha tinkludi wkoll
id-diretturi ta’ kumpannija;
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        3
"importazzjoni taxxabbli" għandha t-tifsira lilha mogħtija bl-
artikolu 10;
"korp ta’ persuni" tfisser kull korp jew assoċjazzjoni oħra ta’
persuni, sew jekk magħqudin sew jekk le, u sew jekk għandhom
personalità  ġuridika u sew jekk le, inklużi kull fellowship jew
soċjetà ;
Kap. 197. 
u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel;
"Malta" għandha t-tifsira lilha mogħtija bil-Kostituzzjoni u
tinkludi l-blata kontinentali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"oġġetti" tfisser kull proprjetà  mobbli tanġibbli;
Kap. 382.
"oġġetti tas-sisa" tfisser oġġetti suġġetti għal dazju tas-sisa taħt
l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni, awtorità  pubblika, trust, u
kull entità  li tkun tista’ twettaq jew li tkun qed twettaq attività  tan-
negozju;
"persuna reġistrata" tfisser persuna li tkun ġiet reġistrata skond l-
artikolu 24  u li r-reġistrazzjoni tagħha ma tkunx ġiet imħassra
skond l-artikolu 25;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolament, ordni jew avviż taħt
dan l-Att;
"prezz" tinkludi kull konsiderazzjoni;
"prodott" tinkludi oġġetti u kull proprjetà  mobbli mhux
tanġibbli;
"prodott taxxabbli" għandha t-tifsira lilha mogħtija bl-artikolu
13;
"provvista" tinkludi bejgħ;
"records" tinkludi informazzjoni li tista’ tinqara bil-makni;
"residenti f’Malta", meta applikata għal individwu, tfisser
individwu li jirrisjedi f’Malta ħlief għal dawk l-assenzi temporanji
illi d-Direttur jidhirlu raġonevoli u mhux inkonsistenti mal-
pretensjoni ta’ dak l-individwu li huwa residenti f’Malta; meta
applikata għal korp ta’ persuni, tfisser kull korp ta’ persuni
inkorporat f’Malta, jew meta l-kontroll u t-treġija tan-negozju ta’
korp ta’ persuni inkorporat barra minn Malta huma ezerċitati
f’Malta;
"servizz relatat" dwar il-bejgħ ta’ prodott li għalih ikun relatat is-
servizz, tfisser kull wieħed mis-servizzi li ġejjin, li dwaru ma jkunx
sar ftehim separat:
(a) servizzi, tkun xi tkun ix-xorta tagħhom, li jkunu
anċillari jew inċidentali għall-bejgħ ta’ xi prodott lill-
persuna li lilha jinbiegħ il-prodott;
(b) pakkeġġar, kunsinna, trasport, pustaġġ jew assiguraz-
zjoni ta’ dak il-prodott li jkunu saru jew ġew provduti
qabel il-kunsinna tal-prodott;
  4      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
(ċ) aġġustamenti, immuntar, modifiki, tiswijiet, alteraz-
zjonijiet jew titjib li jkunu saru lil dak il-prodott jew li
jkunu relatati ma’ l-interazzjoni ta’ dak il-prodott ma’
prodott ieħor bħala parti minn, jew assoċjati mal-
bejgħ;
"servizz taxxabbli" għandha t-tifsira lilha mogħtija bl-artikolu
18;
"stokkijiet" tinkludi stokkijiet tan-negozju u attiv kapital;
"taxxa" tinkludi taxxa addizzjonali;
"Tribunal" tfisser it-Tribunal tat-Taxxi tas-Sisa stabbilit bl-
artikolu 47;
"valur taxxabbli", għar-rigward ta’ importazzjoni taxxabbli,
prodott taxxabbli jew servizz taxxabbli, tfisser il-valur ta’ l-
importazzjoni, prodott jew servizz stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"żmien ta’ taxxa" għandha t-tifsira lilha mogħtija bl-artikolu 30.
TAQSIMA II
AMMINISTRAZZJONI
Amministrazzjoni 
ta’ l-Att.
3. (1) L-amministrazzjoni ta’ dan l-Att ħija vestita fid-
Direttur tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, li jkun uffiċjal pubbliku
maħtur għaldaqshekk mill-Prim Ministru.
(2) Ħlief kif speċifikament provdut xort’oħra taħt xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, id-Direttur jista’ jiddelega lil kull
uffiċjal pubbliku kull wieħed mid-drittijiet, dmirijiet, setgħat u
funzjonijiet oħra li jkunu vestiti fih, lilu mogħtija jew imqiegħda
fuqu b’dan l-Att.
Segretezza 
uffiċjali.
Emendat:
XVI. 1997.8.
4. (1) Ħlief hekk kif ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan l-Att
jew meta l-Prim Ministru jordna mod’ieħor, kull persuna li jkollha
xi dmir uffiċjali jew li tkun impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-
Att għandha tqis u tittratta kull records, denunzji tat-taxxa, stimi
jew dokumenti oħra u kull tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ dan l-Att
bħala sigrieti u kunfidenzjali.
(2) Ebda persuna maħtura taħt dan l-Att jew impjegata sabiex
twettaq id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma tkun meħtieġa li ġġib
quddiem xi qorti, tribunal, bord jew kumitat ta’ inkjesta xi
dokument jew li tikxef xi ħaġa li tkun taf biha fit-twettiq ta’
dmirijietha taħt dan l-Att ħlief b’dak il-mod li jista’ jkun meħtieġ
bil-għan li jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew għall-fini
jew waqt xi appell magħmul skond dan l-Att jew prosekuzzjoni
għal xi reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, id-
Direttur għandu jippermetti lill-Awditur Ġenerali jew lil kull
uffiċjal ieħor awtorizzat mill-Awditur Ġenerali li jkollu aċċess għal
kull records jew dokumenti li jkunu meħtieġa għat-twettiq tad-
dmirijiet uffiċjali tiegħu u għal dan il-għan l-Awditur Ġenerali u
kull uffiċjal hekk awtorizzat għandhom jitqiesu bħala persuna li hi
mpjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-Att.
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        5
Għoti ta’ 
informazzjoni.
5. (1) Ebda obbligu ta’ segretezza jew ta’ restrizzjoni oħra
fuq l-għoti ta’ informazzjoni impost bl-artikolu 4  jew b’xi liġi oħra
jew mod’ieħor ma għandu jżomm lid-Direttur jew lil xi uffiċjal
awtorizzat minnu għal hekk li jagħti lill-Kummissarju tat-Taxxi
Interni u lill-Kontrullur tad-Dwana dik l-informazzjoni miksuba
għall-għanijiet ta’ ġbir ta’ taxxa u li tkun meħtieġa li tingħata mid-
Direttur jew minn xi uffiċjal kif intqal qabel sabiex jitwettqu id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Informazzjoni miksuba skond is-subartikolu (1)
m’għandhiex tingħata ħlief -
(a) lill-uffiċjali msemmija f’dak is-subartikolu; jew
(b) għall-finijiet ta’ xi proċedimenti li għandhom
x’jaqsmu mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ dawk l-uffiċjali
hekk awtorizzati.
Id-Direttur 
obbligat li jagħmel 
eżamijiet u dritt 
għat-talba għal 
informazzjoni 
addizzjonali.
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-
Direttur għandu kull sena jagħmel verifika professjonali, inkluż kif
meħtieġ verifika fiżika, tad-denunzji mogħtija minn kampjun ta’
persuni reġistrati magħżula matul ix-xahar ta’ April ta’ kull sena
b’sistema xjentifika li tagħti riżultat b’mod random, u jiżgura li l-
kampjun ikun ta’ daqs raġonevoli u jkun rappreżentattiv tal-
klassijiet kollha ta’ persuni reġistrati.
(2) Jekk għal xi fini ta’ dan l-Att, id-Direttur ikun jeħtieġ xi
informazzjoni jew informazzjoni addizzjonali jew l-egħmil ta’
denunzja mingħand persuna li ma tkunx bagħtet denunzja jew li
tkun bagħtet denunzja li ma tkunx sħiħa, hu jista’, permezz ta’ ittra
reġistrata jew permezz ta’ notifika persunali ta’ avviż bil-miktub,
jeħtieġ mingħand dik il-persuna dik l-informazzjoni, informazzjoni
addizzjonali jew denunzja kif jiġi indikat fl-avviż.
(3) Dik il-persuna għandha tagħti lid-Direttur dik l-
informazzjoni, informazzjoni addizzjonali jew denunzja f’dak iż-
żmien, li ma jkunx inqas minn jumejn tax-xogħol, stipulat mid-
Direttur f’dak l-avviż.
(4) Għall-fini ta’ kull proċedimenti meħuda taħt dan l-Att,
sabiex ikunu ppruvati l-fatti li għandhom jitqiesu li huma neċessarji
biex tiġi stabblilita li ġiet osservata t-talba min-naħa tad-Direttur
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)  kif ukoll in-nuqqas
taħt is-subartikolu (3)  f’qorti tal-liġi, affidavit mid-Direttur jew
minn xi uffiċjal ieħor responsabbli tad-Dipartiment tat-Taxxa tad-
Dwana u tas-Sisa, ikun biżżejjed fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja.
Dak l-affidavit għandu jkollu meħmuż miegħu bħala esibit, kopja
jew id-duplikat ta’ l-imsemmija ittra jew avviż.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9, id-Direttur
jista’ jeħtieġ u jitlob li jinġieb minn xi persuna jew l-aġent tagħha
jew uffiċjal kull ittra, kontijiet, fattura, dikjarazzjoni, ktieb jew
dokument jew record miżmum minn dik il-persuna, aġent jew
uffiċjal u li jitlob lil dik il-persuna li tmur fl-uffiċċju tad-Direttur
biex tikkonferma bil-ġurament l-awtentiċità  tad-dokumenti u tiġi
stabbilita t-taxxa li għandha titħallas minn dik il-persuna u dawn
id-dokumenti għandhom jinġiebu fiż-żmien, li ma jkunx inqas minn
jumejn tax-xogħol mid-data meta dik il-persuna tirċievi l-avviż kif
  6      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
jista’ jiġi stabbilit f’dik it-talba.
Dritt ta’ dħul u 
spezzjonijiet.
7. (1) Id-Direttur jew kull persuna awtorizzata minnu bil-
miktub għal hekk għandha, mal-produzzjoni ta’ l-awtorità  tiegħu
bil-miktub, id-dritt li f’ħinijiet raġonevoli, tidħol f’kull art, bini,
jew post ieħor biex tispezzjona kull stokkijiet, kotba, records jew
dokumenti, sew jekk ikunu taħt il-kura jew kontroll ta’ uffiċjal
pubbliku jew ta’ xi persuna oħra tkun li tkun, jekk id-Direttur jew l-
uffiċjal jidhirlu li dik l-ispezzjoni tista’ tgħin biex tiġi żgurata t-
taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att minn xi persuna jew il-ġbir
ta’ dik it-taxxa u jista’ jispezzjona kull stokkijiet, kotba, records
jew dokumenti bħal dawk u jista’, mingħajr ħlas jew kumpens
jagħmel estratti jew kopji ta’ dawk il-kotba, records jew
dokumenti.
(2) Jekk ikun meħtieġ li jsir xi dħul bis-saħħa tas-subartikolu
(1)  ġewwa xi fond li jkun kollu kemm hu jew f’parti minnu
okkupat għall-abitazzjoni, dak id-dħul ikun jeħtieġ li jiġi
awtorizzat minn qabel b’mandat maħruġ minn maġistrat li
jippresjedi l-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha u
m’għandux isir bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u s-sebgħa ta’
filgħodu.
(3) Id-Direttur jew kull persuna awtorizzata minnu jista’ għall-
għan ta’ kull spezzjoni taħt dan is-subartikolu, jeħtieġ il-
produzzjoni ta’ kull ktieb, records jew dokument minn kull persuna
li jkollha taħt il-kura jew kontroll tagħha dak il-ktieb, records jew
dokument u jista’ jeħtieġ lil kull persuna biex tagħti kull għajnuna
raġonevoli f’dik l-ispezzjoni u biex twieġeb kull mistoqsija xierqa
li għandha x’taqsam magħhom.
Dritt li jittieħdu 
kampjuni.
8. (1) Id-Direttur jew kull persuna awtorizzata minnu bil-
miktub fuq il-produzzjoni ta’ l-awtorità  tiegħu bil-miktub, jekk
tkun tidħer il-ħtieġa għat-tħaris tal-ġbir tat-taxxa kontra żbalji jew
frodi, jista’ f’kull żmien jieħu mingħand kull persuna li tipprovdi
oġġetti jew prodotti, dawk il-kampjuni li d-Direttur jew l-
imsemmija persuna jistgħu jitolbu biex jiġi żgurat kif dawk l-
oġġetti jew prodotti jew il-materjal li minnu huma magħmula dawk
l-oġġetti jew prodotti għandhom jiġu jew kellhom jiġu meqjusa
għall-għanijiet tat-taxxa.
(2) Kull kampjun ta’ oġġetti meħud mingħand persuna taħt dan
l-artikolu għandu jingħata lura lilha fi żmien raġonevoli u
f’kondizzjoni tajba.
Tagħrif li jkollhom 
ċerti detenturi ta’ 
liċenza.
9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonjiet dwar id-dmir ta’
segretezza professjonali, ma għandu jintalab ebda tagħrif mid-
Direttur bis-saħħa ta’ dan l-Att mingħand xi persuna li għaliha
jirreferi s-subartikolu (2)  ħlief biss bil-għan li tiġi stabbilita x’inhi
t-taxxa li għandha titħallas u x’ikun it-tnaqqis permess lil dik il-
persuna taħt dan l-Att jew sabiex jiġi żgurat li dik il-persuna tħares
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Dan is-subartikolu jirreferi għal -
Kap. 371. (a) bank liċenzjat taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju;
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        7
Kap. 290.
(b) kumpannija ta’ l-assigurazzjoni dwar kummerċ ta’
assigurazzjoni fuq il-ħajja li jitmexxa bis-saħħa ta’
liċenza mogħtija taħt l-Att dwar l-Impriża ta’ l-
Assigurazzjoni*;
Kap. 370.
(ċ) kull persuna li jkollha liċenza biex tmexxi negozju ta’
investiment taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
Kap. 370.
(d) skema ta’ investiment kollettiv li jkollha liċenza taħt l-
Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
Kap. 345.
ta’ Malta.
TAQSIMA III
TAXXA TAS-SISA FUQ IMPORTAZZJONIJIET
Impożizzjoni ta’ 
taxxa tas-sisa fuq 
importazzjonijiet.
10. (1) Bla ħsara għal kull ħaġa li tinsab f’dan l-Att, taxxa tas-
sisa fuq oġġetti li jkunu mportati f’Malta għandha tkun imposta u
miġbura skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att bir-rata ta’ ħmistax
fil-mija fuq il-valur taxxabbli ta’ l-oġġetti hekk importati u
għandha titħallas lill-Kontrullur tad-Dwana f’isem id-Direttur
qabel ma l-oġġetti jew prodotti jkunu meħlusa għall-użu jew
konsum f’Malta.
Kap. 337.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), il-valur taxxabbli ta’ kull
oġġetti mportati għandu jkun il-valur ta’ l-imsemmija oġġetti fil-
ħin meta t-taxxa fuq dik l-importazzjoni għandha titħallas skond is-
subartikolu (1). Dak il-valur għandu jiġi stabbilit bl-istess mod
provdut fl-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni biex jiġi stabbilit il-
valur li fuqu jitħallas id-dazju ad valorem taħt dak l-Att, u d-
disposizzjonijiet relevanti kollha ta’ dak l-Att għandhom japplikaw
mutatis mutandis u għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu r-riferenzi
għall-imsemmija disposizzjonijiet għall-Kontrullur tad-Dwana
għandhom jiftiehmu bħala riferenzi għall-Kontrullur tad-Dwana li
jaġixxi f’isem id-Direttur.
(3) Meta l-imsemmija oġġetti jkunu mibjugħin f’Malta qabel
id-data li fiha t-taxxa fuq l-importazzjoni tagħhom għandha
titħallas skond is-subartikolu (1), il-valur taxxabbli tagħhom
għandu jkun il-valur tal-konsiderazzjoni mħallsa jew li għandha
titħallas għall-imsemmi trasferiment jew il-valur stabbilit bis-saħħa
tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, skond liema minnhom
ikun l-ogħla.
(4) Ebda oġġett importat ġewwa Malta ma għandu jiġi meħlus
mill-Kontrullur tad-Dwana ħlief -
(a) meta l-ETI tkun tħallset skond dan l-Att; jew
(b) l-importazzjoni ta’ dak l-oġġett tkun importazzjoni
eżentata; jew
(ċ) dak il-ħelsien ikun awtorizzat mid-Direttur.
(5) Awtorizzazzjoni għall-fini tas-subartikolu (4)(ċ) tista’
tingħata taħt dawk il-kondizzjonijiet u ma’ l-għoti ta’ dik il-
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1998 (Kap. 403).
  8      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
garanzija li d-Direttur jista’ jistabbilixxi.
Eżenzjonijiet dwar 
importazzjonijiet.
11. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), l-
importazzjoni ta’ oġġetti li għalihom tapplika l-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att għandhom ikunu importazzjonijiet eżentati.
(2) L-eżenzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1) jkunu
suġġetti għad-disposizzjonijiet li jinsabu fl-Iskeda msemmija f’dak
is-subartikolu u għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jista’
jippreskrivi sabiex jiżgura l-applikazzjoni korretta u mingħajr
komplikazzjonijiet ta’ dawk l-eżenzjonijiet u sabiex jevita kull
possibbilità  ta’ evażjoni, ħelsien, abbuż jew tgħawwiġ ta’
kompetizzjoni.
Kap. 337. (3) Kull eżenzjoni minn dazji ta’ importazzjoni taħt l-Att dwar
id-Dazji ta’ Importazzjoni jew taħt xi liġi oħra, għandha titqies li hi
wkoll eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tas-sisa taħt dan l-Att fuq
oġġetti mportati u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni jew ta’ xi liġi oħra dwar xi eżenzjoni bħal dik
għandhom ukoll japplikaw għall-eżenzjoni mit-taxxa mogħtija taħt
dan is-subartikolu.
TAQSIMA IV
TAXXA TAS-SISA FUQ PRODOTTI
Ħlas ta’ taxxa tas-
sisa fuq prodotti.
12. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, taxxa
tas-sisa fuq prodotti għandha tkun imposta u miġbura mid-Direttur
fuq kull bejgħ tan-negozju f’Malta ta’ prodott taxxabbli li jsir lil
bejjiegħ bl-imnut jew lil xi persuna oħra kemm-il darba dik il-
persuna l-oħra ma jkollhiex ċertifikat ta’ eżenzjoni validu li jkun
japplika għal dak il-prodott jew ma tkunx persuna li lilha jsir il-
bejgħ minn bejjiegħ bl-imnut.
(2) L-ETP għandha titħallas mill-bejjiegħ bir-rata ta’ ħamsa fil-
mija tal-valur taxxabbli tal-prodott.
(3) Meta xi persuna, barra minn bejjiegħ bl-imnut li jkun ħallas
l-ETP, tagħmel bejgħ tan-negozju ta’ prodott taxxabbli direttament
lill-pubbliku ġenerali, l-ETP għandha titħallas fuq tnejn u tmenin
fil-mija tal-valur taxxabbli.
(4) Fil-każ ta’ bejgħ tan-negozju ta’ prodott taxxabbli li fuqu
tkun diġà  tħallset l-ETP mill-bejjiegħ, l-ETP għandha titħallas fuq
il-valur taxxabbli tal-prodott nieqes l-ammont ta’ ETP li jkun diġà
tħallas fuq il-prodott.
(5) Kull ammont ta’ taxxa li jitnaqqas taħt is-subartikolu (4)
għandu jitħallas lura mid-Direttur jekk jintwera għas-sodisfazzjon
tiegħu li l-ETP tkun tħallset u li s-subartikolu (4)  jkun ġie mħares:
Iżda d-Direttur jista’ jistabbilixxi l-imsemmi ammont bħala
perċentaġġ jew perċentaġġi tal-valur taxxabbli tal-prodott skond kif
jista’ jiġi preskritt.
(6) L-ETP m’għandhiex titħallas jekk il-bejgħ tan-negozju jsir
minn persuna li n-negozju kollu tagħha ma jkunx, fit-tnax-il xahar
li jagħlqu fl-aħħar jum ta’ xi żmien ta’ taxxa li jiġi minnufih qabel,
qabeż it-tnax-il elf lira jew dak l-ammont ogħla kif jista’ jiġi
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        9
preskritt:
Iżda dwar l-ewwel tnax-il xahar wara l-bidu fis-seħh ta’ dan
l-Att, dan is-subartikolu għandu jkun japplika b’dak il-mod u skond
dawk il-kondizzjonijiet li d-Direttur jidhrulu li jkunu xierqa.
Prodott taxxabbli.
finijiet ta’ dan l-Att kemm-il darba dak il-prodott ma jaqax taħt xi
waħda mill-kategoriji ta’ prodotti li m’humiex taxxabbli mniżżlin
fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Valur taxxabbli u 
prezz.
14. (1) Il-valur taxxabbli ta’ prodott, magħdud kull servizz
relatat, għandu jkun il-prezz tal-prodott, u kull servizz relatat,
nieqes kull ammont ta’ ETP, u kull ammont ieħor li jista’ jitnaqqas
skond kif jiġi preskritt.
Kap. 382.
(2) Meta prodott ikun oġġett tas-sisa, l-ETP għandha titħallas
fuq it-total li jirriżulta meta jingħaddu flimkien il-valur ta’ l-oġġett
tas-sisa stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Dazji tas-
Sisa, l-ammont tad-dazju tas-sisa li jitħallas fuqu u l-valur ta’ xi
servizz relatat.
Post fejn isir il-
bejgħ tan-negozju.
15. Bejgħ tan-negozju jsir f’Malta jekk il-prodott mibjugħ ikun
qiegħed f’Malta fil-ħin tal-bejgħ.
Ċertifikat ta’ 
eżenzjoni mill-
ETP.
16. (1) Ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-ETP jista’ joħroġ mid-
Direttur lil kull persuna reġistrata li turi għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li skond l-operat xieraq u kif imiss ta’ dan l-Att, jew
xort’oħra kif jista’ jiġi preskritt, dik il-persuna m’għandhiex tħallas
l-ETP fuq prodotti mibjugħa lilha.
(2) Persuna li lilha jkun inħareġ ċertifikat ta’ eżenzjoni
għandha tinforma lid-Direttur minnufih b’kull tibdil materjali fiċ-
ċirkostanzi tagħha.
(3) Id-Direttur jista’ f’kull każ ta’ tibdil fiċ-ċirkostanzi ta’
persuna li lilha jkun inħareġ ċertifikat ta’ eżenzjoni, f’kull żmien
jirtira dik l-eżenzjoni.
(4) Ċertifikat ta’ eżenzjoni jista’ joħroġ kif suġġett għal dawk
il-limitazzjonijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti jew li
jistgħu jiġu stabbiliti mid-Direttur fin-nuqqas ta’ regolamenti li
jkunu japplikaw għal dan u ċ-ċertifikat ikun validu biss jekk il-
limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet li jkun suġġett għalihom jiġu
osservati u mħarsa.
(5) Il-Ministru għandu mhux aktar tard mit-tieni ġimgħa ta’
kull xahar jippubblika fil-Gazzetta lista tal-persuni li jkunu
ngħataw eżenzjoni skond dan l-artikolu matul ix-xahar ta’ qabel.
TAQSIMA V
TAXXA TAS-SISA FUQ SERVIZZI
Ħlas ta’ taxxa tas-
sisa fuq servizzi.
17. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, taxxa tas-
sisa fuq servizzi għandha tiġi mposta u miġbura mid-Direttur fuq
is-servizzi taxxabbli kollha provduti f’Malta minn fornitur tas-
servizzi bir-rata ta’ ħamsa fil-mija tal-valur taxxabbli totali tas-
  10      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
servizzi taxxabbli provduti matul żmien ta’ taxxa:
Iżda meta t-total tal-valur tas-servizzi ta’ fornitur tas-
servizzi ma jkunx, fit-tnax-il xahar li jagħlqu fl-aħħar jum taż-
żmien ta’ taxxa li jiġi minnufih qabel, jaqbeż is-sitt elef lira jew
dak l-ammont ieħor ogħla li jista’ jiġi preskritt, l-ETS ma titħallasx
minn dik il-persuna dwar dak iż-żmien:
Iżda wkoll, dwar l-ewwel tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dan l-Att, il-proviso li jiġi minnufih qabel dan għandu jkun
japplika bl-istess mod u skond dawk il-kondizzjonijiet li d-Direttur
jista’ jqis li jkunu xierqa.
Servizz taxxabbli. 18. (1) Servizz ikun servizz taxxabbli jekk jiġi provdut għal
konsiderazzjoni u ma jkunx servizz eżentat.
(2) Servizzi jkunu provduti għal konsiderazzjoni jekk il-
persuna li tipprovdi s-servizzi tirċievi għalihom ħlas bi flus jew
xort’oħra.
Provvista ta’ 
servizz.
19. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, il-provvista ta’ servizz
tfisser il-provvista ta’ kull servizz u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’
dak li ntqal qabel tinkludi -
(a) il-provvista ta’ kull xorta ta’ parir jew għajnuna;
(b) il-provvista ta’ xi data, tagħrif jew informazzjoni ta’
kull xorta jew il-provvista ta’ użu jew aċċess għal
data, tagħrif jew informazzjoni;
(ċ) il-provvista ta’ riżorsi umani;
(d) il-provvista ta’ l-użu ta’ xi prodott taxxabbli;
(e) il-provvista ta’ ikel elenkat fir-Raba’ Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att;
(f) il-provvista ta’ dokument li jagħti jedd lil persuna għal
xi servizz;
(g) kull provvista oħra li tista’ tiġi preskritta.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu u tar-Raba’ Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att, ikel tinkludi xorb.
Servizzi eżentati. 20. Servizz ikun servizz eżentat jekk ikun -
(a) servizz relatat; jew
(b) servizz imniżżel fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att.
Valur taxxabbli. 21. (1) Il-valur taxxabbli ta’ servizz taxxabbli għandu jkun il-
konsiderazzjoni mħallsa għall-provvista ta’ dak is-servizz.
(2) Sal-limitu li l-konsiderazzjoni għall-provvista ta’ servizz
ma titħallasx bi flus, għandu japplika dak il-valur f’suq liberu ta’
dik il-konsiderazzjoni kif jista’ jiġi preskritt jew kif stabbilit mid-
Direttur fin-nuqqas ta’ regolamenti applikabbli.
Post tal-provvista 
ta’ servizzi.
22. (1) Il-provvista ta’ servizz titwettaq f’Malta jekk - 
(a) il-fornitur ta’ provvista jkun residenti f’Malta fil-ħin li
jiġi provdut is-servizz; jew
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        11
(b) is-servizz fiżikament jitwettaq f’Malta minn persuna li
tkun preżenti f’Malta fil-ħin li jiġi provdut is-servizz;
jew
(ċ) is-servizz jiġi provdut lil persuna li tkun residenti
f’Malta.
(2) Meta s-servizz jiġi provdut lil persuna li tkun residenti
f’Malta u l-fornitur tas-servizz ma jkunx residenti f’Malta u ma
jkunx reġistrat għall-għan ta’ dan l-Att, dik il-persuna li tkun
residenti f’Malta għandha titqies bħala li tkun hi nnifisha
ipprovdiet dawk is-servizzi filwaqt li kien għaddej bl-attività  tan-
negozju tiegħu u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, inkluż l-obbligu
biex japplika għar-reġistrazzjoni u li jagħti rendikont u għall-ħlas
tat-taxxa, għandhom ikunu japplikaw skond hekk.
Drittijiet regolati 
bil-liġi.
23. Meta dritt jew konsiderazzjoni oħra li jitħallsu dwar servizz
ikunu regolati bil-liġi u l-ETS ikollha titħallas mill-fornitur ta’ dak
is-servizz, dak id-dritt jew dik il-konsiderazzjoni jkunu jistgħu
jiżdiedu b’ħamsa fil-mija.
TAQSIMA VI
REĠISTRAZZJONI
Persuni li jwettqu 
attivitajiet tan-
negozju għandhom 
ikunu reġistrati.
24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull
persuna li tkun qed twettaq xi attività  tan-negozju f’Malta u li ma
tkunx reġistrata, issir suġġetta li tiġi reġistrata.
(2) Kull persuna li fit-tletin ta’ Ġunju, 1997, kienet reġistrata
taħt l-Att ta’ l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud* għandha
tkun reġistrata mid-Direttur taħt dan l-Att mal-bidu fis-seħħ tiegħu.
(3) Kull persuna li, bis-saħħa tas-subartikolu (1)  ssir suġġetta
li tiġi reġistrata wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandha tapplika
għand id-Direttur fuq il-formola tar-reġistrazzjoni preskritta, jew
fuq formola approvata mid-Direttur, fi żmien wieħed u tletin jum
minn meta ssir hekk suġġetta.
(4) Kull persuna li ma tkunx persuna reġistrata u li tkun bi
ħsiebha twettaq attività  tan-negozju tista’ tapplika sabiex tiġi
reġistrata taħt dan l-Att.
(5) Meta xi persuna -
(a) tapplika biex tkun reġistrata skond is-subartikolu (3)
jew (4), u d-Direttur ikun sodisfatt li dik il-persuna
hija suġġetta li tkun reġistrata skond dan l-Att, dik il-
persuna titqies persuna reġistrata għall-finijiet ta’ dan
l-Att b’effett minn dik id-data li d-Direttur jista’
jistabbilixxi;
(b) ma tkunx għamlet applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
skond is-subartikolu (3), u d-Direttur ikun sodisfatt illi
dik il-persuna hija suġġetta li tiġi reġistrata taħt dan l-
Att, dik il-persuna tkun persuna reġistrata għall-finijiet
ta’ dan l-Att b’effett mid-data li fiha dik il-persuna
*Imħassar b’dan l-Att.
  12      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
tkun l-ewwel ġiet suġġetta li tiġi reġistrata taħt dan l-
Att:
Iżda d-Direttur jista’, skond iċ-ċirkostanzi tal-każ,
jistabbilixxi li dik il-persuna tkun persuna reġistrata minn dik id-
data wara, kif jidhirlu xieraq id-Direttur.
(6) Id-Direttur għandu jagħti numru ta’ reġistrazzjoni u għandu
jistabbilixxi l-ewwel żmien ta’ taxxa għal kull persuna reġistrata
taħt dan l-Att u għandu jikkonsenja lil dik il-persuna ċertifikat ta’
reġistrazzjoni.
(7) Applikazzjoni għal reġistrazzjoni taħt dan l-Att li turi li
tkun magħmula minn jew f’isem xi persuna għandha għall-finijiet
kollha titqies li tkun saret minn dik il-persuna jew bl-awtorità  ta’
dik il-persuna, skond il-każ, sakemm ma jiġix ippruvat
kuntrarjament.
Tħassir ta’ 
reġistrazzjoni.
25. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull
persuna reġistrata li tkun qed twettaq xi attività  tan-negozju ma
tibqax iżjed suġġetta li tkun reġistrata jekk dik il-persuna tkun
waqfet milli twettaq xi attività  tan-negozju.
(2) Kull persuna li, skond is-subartikolu (1), ma tibqax
suġġetta li tkun reġistrata tista’ titlob bil-miktub lid-Direttur biex
iħassar dik ir-reġistrazzjoni, u jekk id-Direttur ikun f’xi żmien
sodisfatt, sew jekk fuq dik it-talba sew xort’oħra, li dik il-persuna
m’għadhiex twettaq jew waqfet milli twettaq xi attività  tan-
negozju, id-Direttur għandu jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-
persuna b’effett mill-aħħar jum taż-żmien ta’ taxxa li matulu dik il-
persuna ma tkunx baqgħet suġġetta li tkun reġistrata jew minn kull
data oħra kif jista’ jiġi stabbilit mid-Direttur, u għandu javża lil dik
il-persuna bid-data li fiha t-tħassir tar-reġistrazzjoni jiġi fis-seħħ.
(3) Kull persuna reġistrata li tieqaf milli twettaq kull attività
tan-negozju għandha tavża lid-Direttur b’dan fi żmien ħmistax-il
jum mid-data ta’ dak il-waqfien u d-Direttur għandu jħassar ir-
reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna b’effett mill-aħħar jum taż-żmien
ta’ taxxa li matulu jkunu waqfu dawk l-attivitajiet tan-negozju
kollha, jew minn kull data oħra kif jista’ jiġi stabbilit mid-Direttur:
Iżda d-Direttur m’għandux iħassar ir-reġistrazzjoni ta’ xi
persuna hekk reġistrata jekk ikollu għalfejn raġonevolment jaħseb
illi persuna reġistrata tista’ twettaq xi attività  tan-negozju f’xi
żmien matul tnax-il xahar minn dik id-data tal-waqfien.
(4) Kull avviż minn persuna reġistrata mogħti skond is-
subartikolu (3)  għandu jsir bil-miktub lid-Direttur u fih għandu
jkun hemm indikata d-data li fiha dik il-persuna tkun waqfet milli
twettaq dawk l-attivitajiet tan-negozju kollha u jekk dik il-persuna
għandhiex il-ħsieb jew le li terġa’ fi żmien tnax-il xahar minn dik
id-data twettaq xi attività  tan-negozju.
(5) Kull data stabbilita mid-Direttur għat-tħassir ta’
reġistrazzjoni taħt is-subartikolu (3)  tista’ tingħata retroattiva għal
data mhux iżjed kmieni minn -
(a) l-aħħar jum taż-żmien ta’ taxxa li matulu jkun intemm
it-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet tan-negozju kollha
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        13
minn dik il-persuna; jew
(b) id-data li fiha l-persuna kienet reġistrata skond dan l-
Att, jekk id-Direttur ikun sodisfatt illi l-persuna ma
tkunx wettqet, minn dik id-data, xi attività  tan-
negozju.
Persuna reġistrata 
għandha tavża lid-
Direttur b’tibdil fl-
istatus.
26. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull persuna
reġistrata għandha fi żmien wieħed u tletin jum mill-ġrajja tavża
bil-miktub lid-Direttur -
(a) b’kull bidla fl-isem, indirizz, kostituzzjoni jew natura
ta’ l-attività  jew attivitajiet tan-negozju prinċipali ta’
dik il-persuna reġistrata;
(b) b’kull tibdil fl-indirizz li minnu, jew fl-isem li taħtu,
dik il-persuna reġistrata qiegħda twettaq xi attività  tan-
negozju.
Tħassir ta’ 
reġistrazzjoni ma 
jeħlisx persuna 
minn 
responsabbiltà .
27. L-obbligi u r-responsabbiltajiet ta’ kull persuna taħt dan l-
Att dwar xi ħaġa li tkun saret, jew naqset milli ssir, minn dik il-
persuna fiż-żmien li dik il-persuna kienet persuna reġistrata ma
għandhomx jiġu affettwati mill-fatt li dik il-persuna tkun waqfet
milli tkun persuna reġistrata.
TAQSIMA VII
DENUNZJI U ĦLAS TAT-TAXXA
Kif tapplika din it-
Taqsima.
28. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att
għandhom ikunu japplikaw biss għal attivitajiet tan-negozju li
jikkonsistu fil-bejgħ ta’ prodotti u l-provvista ta’ servizzi.
Żmien ta’ attività  
tan-negozju.
29. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
artikolu - 
(a) il-bejgħ ta’ prodott għandu jitqies li jseħħ fil-waqt li l-
prodott ikun konsenjat jew mod ieħor isir disponibbli
għall-persuna li tixtri l-prodott;
(b) il-provvista ta’ servizz għandha titqies li sseħħ fid-data
meta jitwettaq is-servizz.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)  meta
jiġi riċevut ħlas mill-persuna li twettaq l-attività  tan-negozju qabel
iż-żmien stabbilit skond is-subartikolu (1), il-bejgħ jew il-provvista
msemmija qabel għandhom jitqiesu, sal-limitu tal-ħlas hekk
magħmul, li jseħħu f’dak iż-żmien li jkun ġie qabel.
(3) Meta tinħareġ fattura ta’ taxxa qabel iż-żmien stabbilit
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), jew qabel it-tmiem
ta’ wieħed u tletin jum li jiġu wara ż-żmien stabbilit kif imsemmi
qabel, il-bejgħ jew il-provvista msemmija qabel għandhom jitqiesu
sal-limitu tal-valur ta’ dik il-fattura, li jseħħu f’dak iż-żmien meta
tinħareġ il-fattura.
(4) Meta jingħataw servizzi tul xi żmien b’konsiderazzjoni li
tiġi stabbilita sew kollha kemm hi jew parti minnha jew li titħallas
perjodikament jew minn żmien għal żmien, dawk is-servizzi
għandhom jiġu trattati bħala li jkunu qegħdin jingħataw
  14      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
separatament u b’mod konsekuttiv f’dak iż-żmien li jiġi l-aktar
kmieni minn dawn iż-żminijiet li ġejjin:
(a) sal-limitu li jiġi riċevut ħlas għal dik il-provvista ta’
servizzi, iż-żmien kopert b’dak il-ħlas;
(b) sal-limitu li tinħareġ fattura ta’ taxxa dwar dik il-
provvista ta’ servizzi, iż-żmien kopert b’dik il-fattura, 
jew kif jista’ jiġi preskritt.
Żmien ta’ taxxa.  30. (1) Kull persuna reġistrata għandha titqiegħed mid-
Direttur f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin, sabiex jiġu
stabbiliti ż-żminijiet ta’ taxxa ta’ dik il-persuna għall-finijiet ta’
dan l-Att:
(a) kategorija A, bi żminijiet ta’ taxxa ta’ tlett xhur il-
wieħed li jintemmu fl-aħħar jum ta’ kull xahar f’kull
sena, kif jiġi stabbilit mid-Direttur;
(b) kategorija B, bi żminijiet ta’ taxxa ta’ tnax-il xahar il-
wieħed li jintemmu fl-aħħar jum ta’ kull xahar f’kull
sena kif jiġi stabbilit mid-Direttur.
(2) Kull persuna reġistrata li ma tiġix imqiegħda fil-kategorija
B skond is-subartikolu (3), għandha titqiegħed mid-Direttur fil-
kategorija A.
(3) Id-Direttur jista’, jew minn jeddu jew fuq applikazzjoni bil-
miktub minn persuna reġistrata, iqiegħed lil dik il-persuna fil-
kategorija B jekk il-valur totali ta’ l-attivitajiet tan-negozju ta’ dik
il-persuna -
(a) ma jkunux fit-tnax-il xahar li jintemmu fl-aħħar jum
taż-żmien ta’ taxxa li jiġi minnufih qabel, jaqbżu tnax-
il elf lira dwar il-bejgħ ta’ prodotti jew sitt elef lira
dwar provvista ta’ servizz, jew dawk l-ammonti l-oħra
li jistgħu jkunu preskritti minn żmien għal żmien; jew
(b) x’aktarx li ma jaqbiżx dawk l-ammonti fi żmien tnax-il
xahar li jibdew fl-ewwel jum ta’ kull żmien ta’ taxxa;
jew
(ċ) dik il-persuna tkun bejjiegħ bl-imnut.
(4) Għall-fmijiet tas-subartikolu (3), il-valur totali ta’ l-
attivitajiet tan-negozju ta’ persuna reġistrata għandu jitqies li ma
jkunx qabeż xi ammont speċifikat f’dak jew taħt dak is-subartikolu
meta l-valur totali jaqbeż xi ammont bħal dak minħabba biss xi
waqfien ta’, jew xi tnaqqis sostanzjali u permanenti fid-daqs jew
medda ta’, xi attività  tan-negozju mwettqa mill-persuna reġistrata.
(5) Id-Direttur jista’ minn żmien għal żmien jordna illi persuna
reġistrata tibdel minn kategorija A għal kategorija B, jew minn
kategorija B għal kategorija A, skond il-każ -
(a) fuq applikazzjoni bil-miktub tal-persuna reġistrata;
jew
(b) wara l-avviż mill-persuna reġistrata skond l-artikolu
26  ta’ bdil fl-istatus; jew
(ċ) meta d-Direttur ikun mod ieħor sodisfatt illi l-persuna
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        15
reġistrata ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet tas-
subartikolu (3):
Iżda persuna reġistrata tista’ biss tagħmel applikazzjoni bil-
miktub lid-Direttur biex tibdel il-kategorija li tistabbilixxi ż-
żminijiet ta’ taxxa ta’ dik il-persuna reġistrata wara li jgħaddu
tnax-il xahar mid-data li fiha tkun saret l-aħħar applikazzjoni bil-
miktub.
(6) Meta d-Direttur jordna li persuna reġistrata tibdel minn
kategorija għall-oħra, dik il-persuna għandha titqies li tkun ġiet
imqiegħda fil-kategorija l-ġdida b’effett mill-jum li jiġi wara t-
tmiem ta’ dak iż-żmien ta’ taxxa li matulu d-Direttur ikun għamel l-
ordni.
(7) L-ewwel żmien ta’ taxxa dwar persuna reġistrata għandu
jibda f’dik id-data kif jista’ jiġi stabbilit mid-Direttur skond l-
artikolu 24(5) .
(8) L-aħħar żmien ta’ taxxa ta’ persuna li r-reġistrazzjoni
tagħha tkun ġiet imħassra għandu jkun iż-żmien ta’ taxxa li matulu
tiġi d-data ta’ l-imsemmi tħassir u għandu jintemm f’dik l-
imsemmija data.
(9) Id-Direttur jista’ permezz ta’ avviż notifikat lil persuna
reġistrata f’kull każ partikolari jibdel kull żmien ta’ taxxa għal dak
iż-żmien b’dak il-mod li jkun speċifikat f’dak l-avviż.
Denunzji.
ħmistax-il jum tat-tieni xahar li jiġi wara l-aħħar jum ta’ kull żmien
ta’ taxxa ta’ dik il-persuna, mingħajr avviż jew talba, tibgħat lid-
Direttur denunzja tat-taxxa, f’dik il-forma li tista’ tiġi preskritta
jew tista’ tiġi approvata mid-Direttur.
(2) Kull persuna reġistrata li ma tibqax reġistrata għandha,
mhux iżjed tard minn xahar wara li tkun hekk ma baqatx reġistrata,
tibgħat lid-Direttur denunzja tat-taxxa finali, f’dik il-forma li tista’
tiġi approvata mid-Direttur, dwar dik il-parti ta’ l-aħħar żmien ta’
taxxa li matulu dik il-persuna reġistrata kienet reġistrata.
(3) Id-Direttur jista’ jeħtieġ lil kull persuna, sew jekk inhi
persuna reġistrata sew jekk le, li tibgħat lid-Direttur, sew f’isimha
proprju sew bħala aġent jew fiduċjarju dawk id-denunzji l-oħra fil-
forma preskritta kif u meta d-Direttur hekk jeħtieġ għall-finijiet ta’
dan l-Att.
Eżenzjoni mill-
obbligu li ssir 
denunzja.
32. (1) Id-Direttur jista’, b’avviż bil-miktub, jeżenta lil kull
persuna mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31(1) għal dak iż-żmien
u suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet li jistgħu
jiġu speċifikati fl-imsemmi avviż u jista’, b’avviż bil-miktub,
ibiddel jew jirrevoka kull eżenzjoni hekk mogħtija.
(2) Minkejja eżenzjoni mogħtija skond is-subartikolu (1),
persuna reġistrata għandha tagħmel denunzja tat-taxxa lid-Direttur
dwar kull żmien ta’ taxxa li matulu tkun wettqet xi attività  tan-
negozju.
Bażi ta’ konteġġi. 
  16      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
reġistrata għandha tagħti kont għat-taxxa li għandha titħallas fuq
bażi ta’ meta tinħareġ il-fattura.
(2) Id-Direttur jista’, fuq applikazzjoni bil-miktub minn
persuna reġistrata jew b’inizjattiva tad-Direttur innifsu, jordna li
dik il-persuna reġistrata tagħti kont tat-taxxa li għandha titħallas
fuq bażi ta’ meta jsir il-ħlas.
(3) Meta d-Direttur jordna, skond is-subartikolu (2), li persuna
reġistrata tagħti kont għat-taxxa li għandha titħallas fuq bażi ta’
meta jsir il-ħlas, u -
(a) jekk dik il-persuna reġistrata ma tkunx baqgħet
tissodisfa l-kondizzjonijiet li bis-saħħa tiegħu jingħata
dak l-ordni, u -
(i) dik il-persuna reġistrata tkun avżat lid-Direttur
b’bidla fl-istatus skond l-artikolu 26; jew
(ii) id-Direttur huwa b’mod ieħor sodisfatt illi l-
persuna reġistrata ma tkunx baqgħet tissodisfa l-
kondizzjonijiet kif intqal qabel; jew
(b) jekk dik il-persuna reġistrata tkun għamlet
applikazzjoni bil-miktub lid-Direttur biex tagħti kont
tat-taxxa li għandha titħallas fuq bażi ta’ meta toħroġ
il-fattura, 
id-Direttur għandu jordna li dik il-persuna reġistrata tagħti kont tat-
taxxa li għandha titħallas fuq bażi ta’ meta toħroġ il-fattura.
(4) Meta d-Direttur jagħti xi ordni dwar il-bażi ta’ konteġġi ta’
persuna reġistrata skond is-subartikolu (2) jew is-subartikolu (3),
il-persuna reġistrata għandha tagħti kont tat-taxxa li għandha
titħallas fuq il-bażi ta’ konteġġi kif ordnat mid-Direttur b’effett
minn -
(a) il-bidu taż-żmien ta’ taxxa li jiġi minnufih wara ż-
żmien ta’ taxxa li matulu jkun ingħata dak l-ordni mid-
Direttur, f’kull każ li għalih ma japplikax il-paragrafu
(b) ta’ dan is-subartikolu; jew
(b) ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna taħt dan l-Att, meta
l-ordni jkun ingħata mid-Direttur qabel it-tmiem ta’ l-
ewwel żmien ta’ taxxa tal-persuna li jiġi wara dik ir-
reġistrazzjoni.
Dettalji li 
għandhom 
jingħataw u 
jitħejjew meta jsir 
tibdil fil-bażi ta’ 
konteġġi.
34. (1) Meta d-Direttur jordna tibdil fil-bażi ta’ konteġġi ta’
persuna reġistrata skond l-artikolu 33, il-persuna reġistrata għandha
tagħti lid-Direttur fuq il-formola preskritta, dettalji li jistgħu
jwasslu għall-kalkolu tat-taxxa li għandha titħallas minħabba t-
tibdil fil-bażi ta’ konteġġi.
(2) Id-dettalji li huma meħtieġa li jingħataw skond is-
subartikolu (1)  għandhom jingħataw lid-Direttur mhux iżjed tard
mill-aħħar jum li fih għandha tintbagħat id-denunzja skond ta’ l-
artikolu 31(1) għaż-żmien ta’ taxxa li jiġi qabel dak li fih l-ordni
tad-Direttur jiġi fis-seħħ.
(3) Meta d-Direttur jordna tibdil fil-bażi ta’ konteġġi ta’
persuna reġistrata skond l-artikolu 33, il-persuna reġistrata għandha
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        17
tħejji -
(a) lista tal-kredituri tagħha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
attività  tan-negozju ta’ dik il-persuna, li turi l-ammonti
dovuti minn dik il-persuna fl-aħħar jum taż-żmien ta’
taxxa li jiġi qabel dak li fih jiġi fis-seħħ l-ordni; u
(b) lista tad-debituri tagħha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
attività  tan-negozju ta’ dik il-persuna, li turi l-ammonti
dovuti lil dik il-persuna fl-aħħar jum taż-żmien ta’
taxxa li jiġi qabel dak li fih jiġi fis-seħħ l-ordni.
Taxxa li għandha 
titħallas meta jsir 
tibdil fil-bażi ta’ 
konteġġi.
35. Kull persuna reġistrata li jinbidlilha l-bażi ta’ konteġġi
skond l-artikolu 33  għandha, mhux iżjed tard mill-aħħar jum li fih
jistgħu jintbagħtu d-dettalji dwar dak it-tibdil skond l-artikolu
34(2), tħallas lid-Direttur it-taxxa li għandha titħallas, jekk ikun
hemm, kif stabbilita skond l-artikolu 36.
Kalkolu ta’ taxxa li 
għandha titħallas.
36. (1) Dwar kull żmien ta’ taxxa kull persuna reġistrata
għandha tikkalkola l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas minnha
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin, fil-kalkolu ta’ l-
ammont ta’ taxxa li għandha titħallas dwar kull żmien ta’ taxxa,
għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ taxxa li għandu hekk jitħallas u li
huwa attribwibbli għaż-żmien ta’ taxxa -
(a) kull ammont kalkolat skond l-artikolu 41; u
(b) meta tkun inħarġet nota ta’ kreditu f’dak iż-żmien ta’
taxxa skond l-artikolu 38 (2) u dik il-persuna reġistrata
tkun għamlet hi l-provvista dwar dik in-nota ta’
kreditu, l-ammont tal-kreditu tat-taxxa.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2), l-ammont ta’ taxxa dwar
attività  tan-negozju mwettqa minn persuna reġistrata attribwibbli
għal żmien ta’ taxxa huwa -
(a) it-total tat-taxxa kalkolat fuq il-valur taxxabbli ta’ l-
attivitajiet tan-negozju kollha mwettqa jew meqjusa li
twettqu matul dak iż-żmien; u
(b) fejn f’dak iż-żmien tkun inħarġet nota ta’ debitu skond
l-artikolu 40(2) u dik il-persuna reġistrata tkun
għamlet hi l-provvista dwar dik in-nota ta’ debitu, l-
ammont tad-debitu tat-taxxa.
(4) Jekk, dwar xi żmien ta’ taxxa, l-ammont totali li jista’
jitnaqqas minn persuna reġistrata skond is-subartikolu (2)  jkun
iżjed mill-ammont ta’ taxxa dovut minnha lid-Direttur u
attribwibbli għal dak iż-żmien ta’ taxxa, dak l-ammont żejjed jista’,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jitħallas lura mid-
Direttur lil dik il-persuna reġistrata.
Ħlas ta’ taxxa.
persuna reġistrata għandha għal kull żmien ta’ taxxa, mhux iżjed
tard mill-aħħar jum li fih għandha tinbagħat id-denunzja għal dak
iż-żmien ta’ taxxa skond dan l-Att, tħallas lid-Direttur it-taxxa li
għandha titħallas għal dak iż-żmien:
  18      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
Iżda meta tkun ġiet stabbilita data iktar tard skond l-
artikolu 32, it-taxxa li għandha titħallas għandha titħallas lid-
Direttur f’dik jew qabel dik l-aħħar data.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Taqsima VIII u t-
Taqsima IX ta’ dan l-Att, l-ammont li jintwera bħala taxxa li
għandha titħallas fuq xi denunzja ta’ taxxa mibgħuta minn persuna
reġistrata għandu konklużivament jitqies u jittieħed li huwa korrett
għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(3) Denunzja li turi li tkun saret minn jew f’isem xi persuna
għandha għal kull għan titqies li tkun saret minn dik il-persuna jew
bl-awtorità  ta’ dik il-persuna, skond il-każ, sakemm ma jiġix
ippruvat xort’ oħra.
Il-ħlas lura jista’ 
jsir bi tpaċija mat-
taxxa dovuta.
38. (1) Meta persuna reġistrata li tibgħat denunzja tat-taxxa
dwar żmien ta’ taxxa, ikollha jedd għal ħlas lura skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dak il-ħlas lura jista’ jsir bi tpaċija
mat-taxxa dovuta għal dak iż-żmien.
(2) Kull ħlas lura, jew parti minnu, dovut lil persuna reġistrata
għal żmien ta’ taxxa li dwaru ma ssirx tpaċija mat-taxxa dovuta
għal dak l-istess żmien skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), għandu jitħallas fiż-żmien stipulat speċifikat fl-artikolu 57.
Fattura ta’ taxxa. 39. (1) Kull persuna reġistrata, li ma tkunx bejjiegħ bl-imnut,
li tbiegħ xi prodott jew li tkun qed twettaq xi servizz għal xi
persuna oħra għandha tipprovdi lil dik il-persuna l-oħra fattura ta’
taxxa, jew irċevuta, li jkun fiha dawk il-partikolaritajiet li jistgħu
jiġu preskritti fi żmien wieħed u tletin jum mid-data msemmija fl-
artikolu 29(1).
(2) Persuna reġistrata li tkun bejjiegħ bl-imnut u li tbiegħ xi
prodott lill-pubbliku ġenerali għandha tipprovdi lix-xerrej, fil-ħin
tal-bejgħ, riċevuta li jkun fiha dawk il-partikolaritajiet u maħruġa
f’dik il-forma u b’dak il-mod li jistgħu jiġu preskritti:
Iżda meta jsir bejgħ bi kreditu, l-irċevuta għandha tinħareġ
meta jitħallas il-prezz.
(3) Persuna reġistrata li tkun bejjiegħ bl-imnut u li tbiegħ
prodott lil xi persuna reġistrata oħra għandha, fuq talba ta’ dik il-
persuna l-oħra, tipprovdi fattura ta’ taxxa fi żmien wieħed u tletin
jum mid-data li fiha l-attività  titqies li tkun twettqet skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 29.
(4) Meta persuna reġistrata tipprovdi dokument għaliha
nnifisha li juri li jkun fattura ta’ taxxa dwar attività  tan-negozju li
titwettaq għaliha minn persuna oħra, dak id-dokument jista’, bl-
approvazzjoni tad-Direttur, jiġi trattat bħala l-fattura ta’ taxxa li hi
meħtieġa li tkun provduta mill-persuna l-oħra skond dan l-artikolu.
Noti ta’ kreditu u 
noti ta’ debitu.
40. (1) Dan l-artikolu għandu japplika meta persuna reġistrata
tkun ħarġet fattura ta’ taxxa dwar xi attività  tan-negozju u -
(a) dik l-attività  tkun ġiet imħassra; jew
(b) il-konsiderazzjoni miftiehma minn qabel għal dik l-
attività  tkun ġiet mibdula jew minħabba offerta ta’
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        19
skont, li ma jkunx skont għal ħlas fil-pront li jkun muri
b’mod ċar fuq dik il-fattura ta’ taxxa, jew xort’oħra;
jew
(ċ) il-prodotti u s-servizzi jew parti mill-prodotti u
servizzi provduti jkunu ngħataw lura lill-persuna li
wettqet l-attività  tan-negozju.
(2) Meta japplika dan l-artikolu, il-persuna reġistrata li tkun
wettqet l-attività  tan-negozju għandha toħroġ lill-persuna li tkun
ħallset għal dik l-attività  tan-negozju nota ta’ kreditu jew, skond il-
każ, nota ta’ debitu li jkun fiha dawk il-partikolaritajiet li jistgħu
jiġu preskritti, biex jiġi aġġustat l-ammont muri fuq il-fattura ta’
taxxa hekk li juri l-ammont li kieku kien jiġi muri jekk -
(a) it-tħassir jew it-tibdil li għalihom jirreferi s-
subartikolu (1)(a) u (b) jkunu saru qabel tkun inħarġet
il-fattura ta’ taxxa;
(b) l-oġġetti u s-servizzi li jkunu ngħataw lura ma kienux
ġew provduti jew mogħtija, skond il-każ.
Djun li ma jistgħux 
jinġabru.
41. (1) Meta -
(a) persuna reġistrata tkun wettqet attività  tan-negozju
b’konsiderazzjoni ta’ flus; u
(b) dik il-persuna reġistrata tkun bagħtet denunzja dwar
iż-żmien ta’ taxxa li matulu tkun ġiet imwettqa dik l-
attività  tan-negozju u tkun għamlet sew il-kontijiet tat-
taxxa dwar dik l-attività  tan-negozju skond dan l-Att; u
(ċ) il-persuna reġistrata tkun ħassret dejn li dwaru ma
jkunx sar il-ħlas kollu jew parti minnu; u
(d) il-persuna reġistrata tkun ħadet il-passi raġonevoli
kollha biex tiġbor dak id-dejn; u
(e) il-persuna reġistrata turi għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li ma hemmx tama raġonevoli jew probabbli li
dak id-dejn jista’ qatt jinġabar,
id-Direttur jista’, skond l-artikolu 36(2), jippermetti lil dik il-
persuna reġistrata li tnaqqas dik il-parti ta’ l-ammont ta’ taxxa li
għandha titħallas relattivament għal dik l-attività  tan-negozju bħala
l-ammont ta’ dejn meqjus li ma jistax jinġabar meta jitqabbel mal-
konsiderazzjoni sħiħa mħallsa għal dik l-attivitià . It-tnaqqis isir
mit-taxxa dovuta fil-waqt li tkun permessa u tista’ tinġieb ’il
quddiem.
(2) Meta xi ammont li dwaru jkun sar tnaqqis skond is-
subartikolu (1)  jinġabar kollu kemm hu jew parti minnu minn dik
il-persuna reġistrata, dik il-parti ta’ l-ammont imnaqqsa skond is-
subartikolu (1)  bħala l-ammont ta’ dejn li ma setax jinġabar meta
jitqabbel ma’ l-ammont ta’ dejn imħassar għandu jitqies li tkun it-
taxxa li għandha titħallas fuq dik l-attività  tan-negozju mwettqa
matul dak iż-żmien ta’ taxxa li fih dak id-dejn imħassar ikun
inġabar kollu kemm hu jew parti minnu.
  20      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
TAQSIMA VIII
STIMA TA’ TAXXA
Stima ta’ taxxa.  42. (1) Meta -
(a) xi persuna, sew jekk reġistrata jew le, li hi suġġetta li
tħallas it-taxxa tonqos milli tibgħat denunzja kif
meħtieġ b’dan 1Att; jew
(b) id-Direttur ma jkunx sodisfatt bid-denunzja magħmula
minn xi persuna reġistrata,
id-Direttur għandu jagħmel stima ta’ l-ammont ta’ taxxa li, fil-
fehma tiegħu, tkun it-taxxa li għandha titħallas skond dan l-Att u
dik il-persuna għandha bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, tkun suġġetta li tħallas dik it-taxxa hekk stmata.
(2) Id-Direttur jista’, f’kull żmien, jagħmel kull tibdil fi, u dik
iż-żieda ma’, stima jew stima emendata magħmula skond dan l-
artikolu li jidhirlu meħtieġa biex jiżgura l-korrettezza tagħha,
minkejja li t-taxxa jew iżjed taxxa setgħet tħallset.
(3) Id-Direttur għandu jġiegħel li avviż ta’ stima jew ta’ stima
emendata jintbagħat lill-persuna li tkun suġġetta għall-ħlas tat-
taxxa jew taxxa iżjed u l-ammont hekk dovut għandu jitħallas fi
żmien wieħed u tletin jum minn meta l-avviż jiġi notifikat.
Stima titqies 
korretta ħlief fil-
proċedimenti ta’ 
appell.
43. Ħlief fi proċedimenti dwar appell minn stima skond l-
artikolu 46, ebda stima magħmula mid-Direttur m’għandha tiġi
kontestata f’xi proċedimenti għal xi raġuni; u ħlief kif imsemmi
hawn fuq u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 45, kull
stima bħal dik u d-dettalji kollha tagħha għandhom jitqiesu u
jittieħdu definittavament li huma korretti u r-responsabbiltà  tal-
persuna li kontra tagħha tkun saret l-istima għandha hekk tiġi
stabbilita.
Prova ta’ denunzji 
u stimi.
44. Il-produzzjoni ta’ xi dokument mid-Direttur jew f’ismu li
juri li jkun kopja jew estratt ta’ dokument oriġinali għandha fit-
Tribunal u fil-proċedimenti l-oħra kollha tkun prova biżżejjed ta’ l-
oriġinal u l-produzzjoni ta’ l-oriġinal ma tkunx meħtieġa.
Preskrizzjoni 
għall-ħruġ ta’ 
stima jew emenda 
ta’ stima.
45. (1) Meta xi persuna reġistrata tkun għamlet, jew għandha
tagħmel, denunzja dwar xi żmien ta’ taxxa, id-Direttur ma jkunx
jista’ joħroġ stima wara li jgħaddu sitt snin mit-tmiem taż-żmien ta’
taxxa li dwaru tkun intbagħtet jew kellha tintbagħat id-denunzja.
(2) Meta ssir stima mid-Direttur skond l-artikolu 42(1)(a), id-
Direttur ma jistax jerġa’ jiftaħ dik l-istima wara li jiskadu sitt snin
mid-data minn meta tkun saret.
TAQSIMA IX
APPELLI
Appelli minn stimi. 46. (1) Kull min ma jaqbilx ma’ deċizjoni tad-Direttur li tkun
tikkonsisti fi stima ta’ taxxa jew dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuna
taħt dan l-Att jew li jkun jaqa’ taħt l-ETI, jista’, sew personalment
jew permezz ta’ l-aġent tiegħu, jagħmel appell minn dik id-
deċizjoni lit-Tribunal fi żmien tletin jum mid-data li fiha l-avviż ta’
stima jiġi notifikat lilu jew mid-data meta jkun ġie notifikat mid-
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        21
Direttur b’avviz ta’ dik id-deċiżjoni jew minn meta jiġi stabbilit
mill-Kontrullur tad-Dwana, li jaġixxi f’isem id-Direttur, xi tkun l-
ETI dovuta.
Kap. 337.
(2) L-appell li jsir skond dan l-artikolu jista’ jsir minħabba li
jinqala’ xi punt rilevanti dwar mertu jew ġurisprudenza iżda li ma
jkunx dwar il-klassifika ta’ xi oġġetti skond it-Tariffa tad-Dwana
murija fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att imsemmi bħallikieku l-kwistjoni kellha x’taqsam mad-
dazju li kellu jitħallas taħt dak l-Att:
Iżda kull appell li jsir bis-saħħa ta’ dan l-artikolu għandu
jsir f’dik l-għamla u b’dak il-mod hekk kif jista’ jiġi preskritt.
(3) Kull waħda mill-partijiet f’appell lit-Tribunal li tħossha
aggravata b’deċiżjoni ta’ dak it-Tribunal fuq pont ta’ liġi tista’
tappella minn dik id-deċiżjoni lill-Qorti ta’ l-Appell permezz ta’
rikors ippreżentat fi żmien tletin jum mid-data li fiha d-deċiżjoni
appellata tkun ġiet lilha notifikata.
(4) Meta minn deċiżjoni mogħtija dwar appell magħmul skond
dan l-Att jirriżulta illi xi ammont ta’ taxxa mħallas minn persuna
ma kienx dovut, id-Direttur għandu jħallas lura dak l-ammont lil
dik il-persuna fi żmien tletin jum mid-data li dik id-deċiżjoni tkun
finali u konklużiva.
Twaqqif tat-
Tribunal dwar it-
Taxxa tas-Sisa.
47. (1) Qiegħed hawnhekk jitwaqqaf Tribunal li jissejjaħ it-
Tribunal dwar it-Taxxa tas-Sisa sabiex jisma’ u jiddeċiedi appelli
magħmulin skond l-artikolu 46.
(2) It-Tribunal ikun magħmul minn chairman u minn żewġ
membri li jkunu maħtura mill-Ministru għal żmien ta’ tliet snin u
ma jistgħux jitneħħew mill-kariga ħlief għal raġunijiet u bil-mod li
bihom jista’ jitneħħa mħallef:
Iżda l-Ministru jista’ jaħtar diversi chairmen u membri biex
joqogħdu fit-Tribunal, iżda jkunu biss chairman u żewġ membri
partikolari li joqogħdu għal kull każ partikolari.
(3) Iċ-chairman ikun persuna kwalifikata biex tinħatar
maġistrat u għall-inqas wieħed mill-membri l-oħra għandu jkun
accountant u awditur pubbliku ċertifikat.
(4) Għandu jkun hemm Reġistratur tat-Tribunal li jkun
responsabbli li jiżgura li t-Tribunal jaħdem b’mod effiċjenti.
(5) Ir-Reġistratur jinħatar mill-Ministru.
(6) Il-Ministru jkollu s-setgħa li jagħmel regoli tat-Tribunal
biex b’mod ġenerali jirregolaw is-setgħa u l-awtorità  tat-Tribunal
kif ukoll biex jirregolaw kull ħaġa li għandha x’taqsam max-xogħol
u l-proċedura ta’ l-imsemmi Tribunal u mad-drittijiet li għandhom
jintalbu, u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu dwar il-proċedimenti. It-
Tribunal jista’ jistabbilixxi l-prattika jew il-proċedura tiegħu stess
dwar kull ħaġa li għaliha ma tkunx saret regola taħt dan is-
subartikolu.
  22      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
TAQSIMA X
TAXXA ADDIZZJONALI U INFURZAR
Taxxa addizzjonali 
u imgħax.
48. (1) Kull min, billi jkun meħtieġ japplika għal
reġistrazzjoni taħt dan l-Att, jagħmel dik l-applikazzjoni wara li
jgħaddi ż-żmien stabbilit fl-artikolu 24, jista’ jeħel taxxa
addizzjonali f’ammont li jkun ekwivalenti għal jew ogħla minn -
(a) tnejn fil-mija tat-taxxa dovuta, jekk ikun hemm, għall-
ewwel zmien ta’ taxxa li jiġi wara r-reġistrazzjoni; u
(b) għoxrin lira
għal kull xahar jew parti minnu li jgħaddi mid-data meta jkun
imissha saret l-applikazzjoni skond l-imsemmi artikolu u l-ewwel
data li fiha tintbagħat ir-registrazzjoni lid-Direttur u d-data meta
dik il-persuna tiġi reġistrata mid-Direttur.
(2) Kull min, billi jkun meħtieġ jibgħat denunzja tat-taxxa għal
xi żmien ta’ taxxa, jibgħat dik id-denunzja wara li jgħaddi ż-żmien
stabbilit bl-artikolu 31, jista’ jeħel taxxa addizzjonali f’ammont li
jkun ekwivalenti għall-ogħla minn -
(a) tnejn fil-mija tat-taxxa dovuta, jekk ikun hemm;
(b) għoxrin lira
għal kull xahar jew parti minnu li jgħaddi mid-data meta jkun
imissha saret id-denunzja tat-taxxa skond dan l-Att u d-data meta
din tintbagħat lid-Direttur.
(3) Meta ssir stima għal żmien ta’ taxxa fiċ-ċirkostanzi
msemmija fl-artikolu 42, it-taxxa addizzjonali tkun dovuta għal dak
iż-żmien f’ammont li jkun ekwivalenti għal għoxrin fil-mija tat-
taxxa li ma tkunx ġiet dikjarata.
(4) Meta tintbagħat lid-Direttur minn persuna reġistrata
denunzja tat-taxxa li jkun fiha dikjarazzjoni bin-nieqes tat-taxxa
dovuta u dik il-persuna tikxef dik id-dikjarazzjoni bin-nieqes qabel
ma tiġi notifikata bi stima għal dak iż-żmien, hija tista’ teħel taxxa
addizzjonali f’ammont li jkun ekwivalenti għal għaxra fil-mija tat-
taxxa dikjarata bin-nieqes.
(5) Għandu jkun dovut imgħax fuq kull taxxa (iżda eskluża t-
taxxa addizzjonali) li ma titħallasx sad-data meta tkun imissha
titħallas skond dan l-Att, bir-rata ta’ wieħed fil-mija għal kull xahar
jew parti minnu li matulu dik it-taxxa tibqa’ mhux imħallsa jew
b’kull rata oħra li tista’ tiġi preskritta.
Kawża mid-
Direttur.
49. (1) It-taxxa u t-taxxa addizzjonali taħt dan l-Att tista’
tinġabar mid-Direttur bħala dejn ċivili dovut lill-Gvern.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), id-
Direttur jista’ jibda azzjoni għall-ħlas ta’ taxxa, ta’ taxxa
addizzjonali u imgħax f’kull żmien matul sitt snin mid-data meta
dik it-taxxa, taxxa addizzjonali u imgħax ikunu dovuti.
(3) Iż-żmien imsemmi fis-subartikolu (2) jitwaqqaf b’att
ġudizzjarju li jiġi ppreżentat mid-Direttur qabel ma jiskadi dak iż-
żmien fejn jitlob il-ħlas tat-taxxa u tat-taxxa addizzjonali dovuti.
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        23
Titolu eżekuttiv.
Kap. 12.
50. (1) Kull avviż maħruġ mid-Direttur li jkun juri ammont ta’
taxxa u taxxa addizzjonali dovuti minn persuna għandu jkun prova
biżżejjed, kemm-il darba ma jkunx ippruvat kuntrarju, li dak l-
ammont ikun dovut lid-Direttur minn dik il-persuna u għandu
jikkostitwixxi titolu eżekuttiv skond kif imfisser u għall-finijiet tat-
Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Id-Direttur jista’ jitlob il-ħlas ta’ kull taxxa, taxxa
addizzjonali u imgħax li għandu jitħallas minn persuna skond dan l-
Att bil-mezz ta’ nota ta’ talba għall-ħlas, u jekk il-ħlas mitlub ma
jsirx fi żmien tletin jum mid-data meta dik in-nota ta’ talba għall-
ħlas tkun ġiet notifikata lil dik il-persuna, id-Direttur jista’ jgħaddi
biex jiġbor dan il-ħlas bis-saħħa tat-titolu eżekuttiv imsemmi fis-
subartikolu (1)  wara jumejn min-notifika lil dik il-persuna ta’ talba
għall-ħlas magħmula permezz ta’ att ġudizzjarju.
(3) Ebda oppożizzjoni ma għandha twaqqaf il-ħruġ jew l-
esekuzzjoni ta’ xi att esekuttiv maħruġ bis-saħħa ta’ titolu esekuttiv
imsemmi f’dan l-artikolu jew il-bejgħ b’irkant li jsiru bi
prosegwiment ta’ dak l-att jew il-ħlas li jsir mir-rikavat ta’ dak il-
bejgħ u ebda oppożizzjoni jew riserva fiċ-ċedola ta’ depożitu ma
għandha twaqqaf l-iżbank ta’ xi somma depożitata fil-qorti wara l-
esekuzzjoni ta’ xi att esekuttiv bħal dak imsemmi qabel.
Setgħat li 
għandhom 
x’jaqsmu ma’ 
oġġetti mportati.
51. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana għandu jkollu, sabiex jiżgura
l-ġbir u l-ħarsien f’isem id-Direttur tat-taxxa li għandha titħallas
taħt dan l-Att fuq importazzjonijiet taxxabbli, l-istess setgħat u
għandu jimxi bl-istess proċeduri li skond xi liġi oħra hu jista’
jeżerċita u jwettaq sabiex jiżgura l-ġbir u l-ħarsien tad-dazji ta’
importazzjoni.
Kap. 37.
Kap. 337.
(2) Kull disposizzjoni ta’ l-Ordinanza tad-Dwana jew ta’ l-Att
dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni jew f’kull regolamenti magħmula
bis-saħħa tagħhom dwar kif jiġi applikat id-dħul minn bejgħ ta’
oġġetti mportati għall-ħlas ta’ dazji ta’ importazzjoni dovuti fuq
dawk l-oġġetti għandha tiftiehem bħala disposizzjoni dwar kif jiġi
applikat l-imsemmi dħul għall-ħlas ta’ dazji ta’ importazzjoni u ta’
kull taxxa dovuta taħt dan l-Att ma’ l-importazzjoni ta’ dawk l-
oġġetti.
Privileġġ speċjali.
Kap. 16.
52. Id-Direttur ikollu privileġġ speċjali fuq l-attiv li hu parti
mill-attività  taxxabbli ta’ persuna dwar kull taxxa dovuta minn dik
il-persuna taħt dan l-Att u t-taxxa msemmija għandha, minkejja
kull ma jista’ jinsab f’xi liġi oħra, titħallas bi preferenza fuq dejn li
jkollu xi privileġġ ieħor, ħlief dejn li jkollu privileġġ ġenerali u
dejn imsemmi fl-artikolu 2009 (a) jew (b) tal-Kodiċi Ċivili.
Garanzija għal 
taxxa dovuta.
53. (1) Jekk, f’xi każ partikolari, id-Direttur ikollu għaliex
jaħseb li t-taxxa dovuta minn persuna reġistrata ma tkunx tista’
tinġabar mid-Direttur fil-waqt u meta dik it-taxxa jkollha titħallas
lilu skond dan l-Att, huwa jista’ bil-mezz ta’ avviż li jiġi notifikat
lil dik il-persuna, jitlob li jsir il-ħlas tat-taxxa f’dak iż-żmien li
jista’ jiġi speċifikat f’dak l-avviż u malli jiġri dan it-taxxa jkollha
titħallas f’dak iż-żmien minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-
Att.
  24      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
(2) Meta jintalab ħlas mingħand persuna skond is-subartikolu
(1)  dik il-persuna tista’, minflok ma tagħmel il-ħlas imsemmi,
tagħti dik il-garanzija għat-taxxa li għandha titħallas skond kif
jaċċetta d-Direttur.
Żmien iqsar għall-
egħmil ta’ 
denunzja.
54. Jekk, f’xi każ partikolari, id-Direttur ikollu għaliex jaħseb
li t-taxxa dovuta minn persuna reġistrata tista’ mod ieħor tkun
preġudikata, huwa jista’, bil-mezz ta’ avviż bil-miktub, jeħtieġ lil
dik il-persuna li tagħmel denunzja ta’ taxxa għal żmien ta’ taxxa
qabel iż-żmien permess skond l-artikolu 31, u għar-rigward ta’ dik
id-denunzja ta’ taxxa kull referenza f’dan l-Att għaż-żmien mogħti
skond l-imsemmi artikolu għandha malli jiġri dan tiftiehem bħala
referenza għaż-żmien speċifikat f’dak l-avviż.
Approprjazzjoni 
ta’ ħlas.
55. (1) Meta jkun dovut xi imgħax minn persuna skond dan l-
Att, kull ħlas li dik il-persuna tagħmel lid-Direttur għandu jmur,
minkejja kull dikjarazzjoni ta’ dik il-persuna, għal dak l-imgħax
qabel ma jmur għal xi taxxa.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), meta
tkun dovuta xi taxxa addizzjonali minn persuna skond dan l-Att,
kull ħlas li jsir minn dik il-persuna lid-Direttur, għandu jmur,
minkejja kull dikjarazzjoni kuntrarja ta’ dik il-persuna, għal dik it-
taxxa addizzjonali qabel ma jmur għal xi taxxa oħra.
TAQSIMA XI
ĦLAS LURA U ĦELSIEN MIT-TAXXA
Ħlas lura ta’ taxxa. 56. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, f’każ li
d-Direttur ikun sodisfatt li t-taxxa li tkun tħallset minn persuna
reġistrata tkun iżjed mill-ammont li kellu jitħallas għal xi żmien ta’
taxxa, hu għandu jħallas lura t-taxxa mħallsa żejda:
Iżda m’għandu jsir ebda ħlas lura taħt dan is-subartikolu
wara li jgħaddi żmien ta’ sitt snin li jiġi minnufih wara t-tmiem taż-
żmien ta’ taxxa, sakemm ma ssirx applikazzjoni bil-miktub għall-
ħlas lura minn jew għan-nom ta’ dik il-persuna reġistrata qabel ma
jgħaddi l-imsemmi żmien.
(2) Meta persuna reġistrata tixtri prodott li fuqu tkun tħallset l-
ETI u l-ETP u dak il-prodott kien ikun eżentat mill-ETI li kieku
kien importat mill-imsemmija persuna għall-finijiet murija fl-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, li ma tkunx eżenzjoni minn
dawk elenkati fil-partita 26 ta’ l-Ewwel Skeda, dik il-persuna
għandha titqies li jkollha dritt għal ħlas lura bir-rata ta’ sittax fil-
mija tal-prezz tal-prodott mixtri jew kull perċentaġġ ieħor li jista’
jiġi hekk preskritt:
Iżda dwar il-lukandi, il-ħlas lura qabel imsemmi jkun bir-
rata ta’ tnax fil-mija jew kull perċentaġġ ieħor li jista’ jiġi hekk
preskritt.
Ħlas lura jrid isir fi 
żmien preskritt.
57. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, meta d-
Direttur ikun meħtieġ li jħallas lura xi ammont lil persuna
reġistrata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-Direttur
għandu jħallas lura lil dik il-persuna reġistrata l-ammont li hu
meħtieġ li jitħallas lura mhux iżjed tard mir-raba’ xahar li jiġi wara
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        25
d-data li fiha kellha tintbagħat id-denunzja tat-taxxa ta’ dik il-
persuna reġistrata jew li fiha d-Direttur jirċievi d-denunzja, skond
liema tiġi l-iktar tard.
(2) Meta persuna reġistrata tkun naqset li tħallas lid-Direttur,
dwar xi żmien ta’ taxxa, kollha kemm hi jew parti minnha, xi taxxa
li kellha titħallas fiż-żmien li kienet dovuta, id-Direttur jista’ jpaċi
ma’ l-imsemmija taxxa, kull ammont jew parti minn xi ammont li
xort’oħra jkollu jitħallas lura lil dik il-persuna reġistrata skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u meta ma jkunx hemm qbil dwar xi
taxxa kif intqal qabel, id-Direttur jista’ jittardja kull ħlas lura dovut
sal-limitu ta’ l-ammont ta’ taxxa li dwarha ma jkunx hemm qbil.
(3) Meta, dwar xi żmien ta’ taxxa, xi persuna reġistrata tkun
naqset li tibgħat id-denunzja għal xi żmien ta’ taxxa kif meħtieġ
skond dan l-Att, id-Direttur jista’ jżomm il-ħlas ta’ kull ammont li
għandu jitħallas lura skond is-subartikolu (1), sakemm dik il-
persuna reġistrata tikkonforma ruħha kif meħtieġ u tħallas dak l-
ammont li għandu jitħallas.
(4) Meta, dwar denunzja mibgħuta jew li għandha tintbagħat
minn xi persuna reġistrata, ikun japplika s-subartikolu (2) jew (3),
id-Direttur għandu jagħti avviż bil-miktub lill-persuna reġistrata
fiż-żmien speċifikat fis-subartikolu (1).
(5) Ħlas lura li jkun dovut skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att
għandu jitħallas mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda approprjazzjoni oħra
minbarra dan l-Att b’ordni ffirmata mill-Ministru.
Imgħax fuq ħlas 
lura li jsir tard.
58. Meta d-Direttur ikun meħtieġ b’dan l-Att li jħallas lura xi
ammont lil persuna reġistrata u d-Direttur ma jħallasx lura dak l-
ammont fiż-żmien speċifikat, għandu jitħallas, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55, mid-Direttur lil dik il-persuna
reġistrata imgħax bir-rata ta’ wieħed fil-mija għal kull xahar jew
parti minnu għaż-żmien li jibda jgħodd mill-aħħar jum taż-żmien li
fih ikun dovut il-ħlas lura u jintemm fid-data meta jsir il-ħlas lura
mid-Direttur, fuq dik il-parti ta’ l-ammont li jkollu jitħallas lura
mid-Direttur.
Ħelsien mit-taxxa.
jaħfer taxxa addizzjonali, minbarra taxxa addizzjonali imposta
skond l-artikolu 48(a), li tista’ tiġi stmata jew imposta skond dan l-
Att.
Arranġamenti 
internazzjonali.
60. (1) Jekk il-Ministru b’ordni pubblikat fil-Gazzetta
jiddikjara li jkunu saru xi arranġamenti mal-Gvern ta’ xi territorju
barra minn Malta bil-għan li jingħata ħelsien minn taxxa doppja
dwar taxxa li titħallas taħt dan l-Att u xi taxxa simili li titħallas bis-
saħħa tal-liġijiet ta’ dak it-territorju, u li jkun jaqbel li dawk l-
arranġamenti għandu jkollhom seħħ, dawk l-arranġamenti
għandhom iseħħu minkejja kull ħaġa oħra f’dan l-Att.
(2) Jekk il-Ministru b’ordni pubblikat fil-Gazzetta jiddikjara li
jkunu saru xi arranġamenti mal-Gvern ta’ xi territorju barra minn
Malta bil-għan li jagħti ħlas lura, fuq bażi reċiproka, ta’ xi taxxa
mħallsa taħt dan l-Att lil persuni stabbiliti barra minn Malta u li
jkun jaqbel li dawk l-arranġamenti għandu jkollhom seħħ, dawk l-
arranġamenti għandhom iseħħu minkejja kull ħaġa oħra f’dan l-Att.
  26      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għat-twettiq tad-
disposizzjonijiet ta’ kull arranġamenti li jkollhom seħħ taħt dan l-
artikolu.
(4) Meta jirriżulta li tkun tħallset xi taxxa għall-importazzjoni
ta’ oġġetti li jkunu eżentati mit-taxxa bis-saħħa ta’ xi liġi, id-
Direttur għandu, fuq talba magħmula f’dak iż-żmien u b’dak il-mod
li jista’ jiġi preskritt, u mal-produzzjoni tal-provi li hu jista’
jinħtieġ, iħallas lura t-taxxa hekk imħallsa.
TAQSIMA XII
REATI U PIENI
Nuqqas ta’ 
applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni, jew 
li jinżammu jew 
jingħataw records 
u denunzji.
61. Kull persuna li -
(a) tonqos li tapplika għal reġistrazzjoni fiż-żmien u bil-
mod meħtieġa b’ dan l-Att; jew
(b) tonqos li żżomm jew terfa’ records, dokumenti, u
kontijiet għaż-żmien u bil-mod meħtieġ b’dan l-Att
jew b’xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu; jew
(ċ) tonqos li tagħmel denunzja ta’ taxxa jew xi denunzja
addizzjonali, dikjarazzjoni jew tagħrif jew li ġġib xi
kotba, records, dokumenti u kontijiet meta tkun
meħtieġa tagħmel dan bis-saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux anqas
minn mitt lira u mhux iżjed minn tlett mitt lira u l-qorti għandha
tordnalha biex tikkonforma ruħha mal-liġi fi żmien biżżejjed biex
tkun tista’ tagħmel dan, iżda f’kull każ mhux aktar minn tlett xhur,
u fin-nuqqas min jagħmel ir-reat jkollu jħallas multa oħra ta’ mhux
anqas minn żewġ liri u mhux aktar minn għaxar liri għal kull jum li
matulu jkompli n-nuqqas wara li jgħaddi ż-żmien mogħti mill-
qorti.
Nuqqasijiet 
f’records, 
denunzji, fatturi u 
transazzjonijiet.
62. Kull persuna li -
(a) xjentement tonqos li tagħti kont għal xi attività
taxxabbli mwettqa minnha fir-records, dokumenti u
kontijiet meħtieġa b’dan l-Att jew b’xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu; jew
(b) tagħmel xi denunzja, dikjarazzjoni jew tagħti tagħrif
meħtieġ għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att li
tkun taf li jkun mhux korrett jew qarrieqi f’xi rigward
materjali; jew
(ċ) tiffalsifika xi records, dokumenti jew kontijiet
meħtieġa li jinżammu taħt dan l-Att jew tħejji jew
tagħmel jew tgħin fit-tħejjija jew fl-egħmil jew
tagħmel użu minn, xi records, dokumenti jew kontijiet
foloz; jew
(d) bil-għan li taħbi xi prova li tkun taf jew li tkun
mistennija li raġonevolment tkun taf li tkun rilevanti
għal xi għan ta’ dan l-Att, tiddistruġġi, tikkanċella,
tagħmel ħsara jew taħbi xi tagħrif maħżun jew xi
records, dokumenti jew kontijiet; jew
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        27
(e) tonqos milli tagħti jew tipproduċi fattura ta’ taxxa jew
fattura oħra jew dokument jew riċevuta ta’ taxxa kif u
meta meħtieġ b’dan l-Att jew tagħti fattura ta’ taxxa
jew fattura oħra, jew dokument jew riċevuta ta’ taxxa
li tkun taf jew li tkun mistennija li tkun taf li jkunu
mhux korretti jew qarrieqa f’xi rigward materjali; jew
(f) tagħti fattura jew dokument ieħor jew riċevuta ta’
taxxa dwar attività  taxxabbli li juru li għandha titħallas
taxxa fuq dik l-attività  taxxabbli meta tkun taf li ma
għandha titħallas ebda taxxa jew li t-taxxa li għandha
titħallas tkun anqas minn dik murija, jew mod ieħor
iżżid ma’ prezz jew tinkludi fi prezz għal attività
taxxabbli xi ammont li juri li jirrappreżenta xi taxxa li
fil-fatt ma tkunx dovuta jew li tkun ogħla mit-taxxa
dovuta; jew
(g) wara li tkun għaddiet jew inkludiet ma’ prezz ta’
prodotti mibjugħa jew servizzi mogħtija minnha lil
persuna oħra xi ammont li jkun maħsub li juri li
jirrappreżenta xi taxxa li għandha titħallas taħt dan l-
Att, tonqos milli tagħti kont għal dak l-ammont fir-
records tagħha jew li tħallas dak l-ammont lid-
Direttur; jew
(h) tikseb pussess jew ikollha x’taqsam ma’ xi prodotti,
jew taċċetta l-provvista ta’ xi servizzi meta jkollha
għaliex taħseb li t-taxxa fuq il-bejgħ ta’ dawk il-
prodotti jew il-provvista ta’ servizzi tkun ġiet jew tkun
se tiġi skartata; jew
(i) tidħol għal xi attività  taxxabbli jew toffri li tidħol għal
xi attività  taxxabbli ma’ persuna oħra dwar prodotti
jew servizzi li l-kisba tagħhom jew is-sehem fihom
jew l-aċċettazzjoni tagħhom tirrendi lil dik il-persuna
l-oħra ħatja ta’ reat bis-saħħa tal-paragrafu (h),
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux anqas
minn mija u ħamsin lira u mhux iżjed minn elf lira u multa oħra li
tkun daqs għaxar darbiet it-taxxa perikolata, jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dawk il-multi u
priġunerija flimkien.
Ħtija regolari.
61 jew taħt l-artikolu 62  u terġa’ tinstab ħatja ta’ reat taħt xi
wieħed mill-imsemmija artikoli fi żmien sitt xhur mill-egħmil tar-
reat ta’ qabel, il-multa m’għandha f’ebda każ tkun inqas minn tlett
mitt lira.
(2) Meta persuna tinstab ħatja ta’ erba’ reati taħt wieħed mill-
artikoli msemmija qabel li jsiru fi żmien erbgħa u għoxrin xahar, il-
qorti għandha tordna s-sospensjoni għal żmien determinat ta’ mhux
inqas minn ġimgħa u mhux iżjed minn xahar ta’ kull liċenza,
permess, warrant jew awtorizzazzjoni oħra maħruġa mill-Pulizija
jew minn xi awtorità  oħra sabiex tmexxi s-sengħa jew tagħmel in-
negozju li dwaru jkun relatat ir-reat.
Tfixkil ta’ uffiċjali.
  28      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
(a) tfixkel, ittellef, ixxekkel jew tagħmel xi ħaġa bil-ħsieb
li tfixkel, ittellef jew ixxekkel, jew iddejjaq jew
tattakka lid-Direttur jew lil xi persuna li tkun qed
twettaq kif imiss xi setgħa jew dmir lilha mogħti jew
impost fuqha b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu; jew
(b) tkun inkarigata minn xi fond li d-Direttur jew persuna
awtorizzata mid-Direttur ikollha s-setgħa li tidħol fih
skond dan l-Att, tonqos li tippermetti d-dħul mid-
Direttur jew mill-persuna awtorizzata jew tonqos milli
tieħu dawk il-miżuri li jistgħu jkunu raġonevolment
meħtieġa għall-għan ta’ xi dħul bħal dak, jew ta’ xi
spezzjon ta’ dak il-fond jew ta’ xi oġġetti, attiv, kotba,
records jew dokumenti li jkunu qegħdin jiżammu
hemm ġew,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux anqas
minn mitejn lira u mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
Reati ġenerali. 65. Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja teħel, kemm-il
darba r-reat ma jkunx suġġett għal piena ogħla taħt xi disposizzjoni
oħra ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra, multa ta’ mhux anqas minn
mitt lira iżda ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn tlett xhur jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
Reati minn uffiċjali 
ta’ korpi ta’ 
persuni u minn 
prinċipali u 
diretturi.
66. (1) Meta xi ħaġa ssir jew tonqos milli ssir minn korp ta’
persuni, id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom
japplikaw bħallikieku dik il-ħaġa tkun saret jew naqset milli ssir
minn kull direttur, manager jew uffiċjal ieħor ta’ dak il-korp ta’
persuni; iżda direttur, manager jew uffiċjal ieħor ta’ korp ta’
persuni ma jkunx ħati ta’ reat bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu jekk
huwa jġib prova li huwa ma kienx jaf u ma setax b’diliġenza
raġonevoli jsir jaf b’dak l-egħmil jew nuqqas jew li huwa għamel
kull ma seta’ jagħmel sabiex iżomm milli jsir dak l-egħmil jew
nuqqas.
(2) Meta xi ħaġa ssir jew tonqos milli ssir minn impjegat fit-
twettiq ta’ l-impieg tiegħu, jew minn xi persuna li tkun qed taġixxi
għan-nom ta’ dik il-persuna reġistrata, sew jekk dik il-persuna l-
oħra tkun impjegat sew jekk ma tkunx, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima bħallikieku dik il-ħaġa tkun
saret jew naqset milli ssir sew minn dak l-impjegat jew persuna
oħra innifishom kif ukoll mill-prinċipal tagħhom jew mill-persuna
reġistrata; iżda dak il-prinċipal jew persuna reġistrata ma jkunux
ħatja ta’ reat taħt dan is-subartikolu jekk iġibu prova li ma kenux
jafu u li ma setgħux b’diliġenza raġonevoli jkunu jafu b’dak l-
egħmil jew nuqqas jew li huma għamlu kull ma setgħu jagħmlu
sabiex iżommu milli jsir dak l-egħmil jew nuqqas.
Prosekuzzjoni. 67. (1) Ma għandhom jinbdew ebda proċedimenti taħt din it-
Taqsima ħlief minn jew bil-permess tad-Direttur.
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        29
Kap. 9.
Ġenerali jkollu l-jedd ta’ appell quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
Kriminali minn kull sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati
dwar proċedimenti kriminali taħt din it-Taqsima.
(3) Il-bidu ta’ proċedimenti jew l-impożizzjoni ta’ piena għal
xi reat taħt din it-Taqsima ma għandhomx jeħilsu lil xi persuna
minn prosekuzzjoni taħt xi liġi oħra jew mill-obbligu tagħha taħt
dan l-Att, u l-bidu ta’ proċedimenti jew l-impożizzjoni ta’ piena
għal xi reat taħt xi liġi oħra jew il-ħlas ta’ xi taxxa jew taxxa
addizjonali taħt dan l-Att ma għandħomx jeħilsu lil xi persuna minn
xi prosekuzzjoni jew piena taħt din it-Taqsima.
Kap. 9.
Kap. 446.
(4) Meta piena pekunjarja tista’ tingħata għal reat taħt din it-
Taqsima, dik il-piena pekunjarja għandha dejjem tingħata u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali u ta’ l-Att
dwar il-Probation ma għandhomx japplikaw.
(5) F’kull prosekuzzjoni kriminali taħt din it-Taqsima jew taħt
xi regolamenti magħmula taħt dan l-Att, id-Direttur personalment
jew kull uffiċjal ieħor li jissemma’ minnu jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, iġib il-provi, jittratta u b’kull
mod ieħor imexxi l-prosekuzzjoni minflok il-Pulizija jew flimkien
magħhom.
(6) Jekk tkun tenħtieġ bħala parti mill-każ għall-prosekuzzjoni
x-xiehda tad-Direttur jew ta’ xi uffiċjal imsemmi skond is-
subartikolu (5), huwa għandu jinstama’ qabel ma jibda jwettaq id-
dmirijiet ta’ uffiċjal prosekutur, kemm-il darba l-ħtieġa li jagħti
xiehda ma tqumx fi stadju ulterjuri tal-proċedimenti:
Iżda d-Direttur jew uffiċjal ieħor kif imsemmi qabel jista’
jsemmi l-fatti li jikkostitwixxu r-reat qabel ma jagħti xiehda.
Multa f’każ ta’ 
kompromess.
68. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, id-
Direttur jista’, fil-każ ta’ xi reat li jsir taħt dan l-Att, jidħol fi
ftehim bil-miktub ma’ min jagħmel ir-reat li bis-saħħa tiegħu min
jagħmel ir-reat iħallas somma ekwivalenti għall-multa li tista’ tiġi
imposta bħala penali skond dan l-Att meta dik il-persuna tinstab
ħatja ta’ dak ir-reat, iżda b’dan illi meta l-liġi tipprovdi l-inqas
ammont u l-ogħla ammont ta’ multa li tista’ tiġi hekk imposta, is-
somma li għandha titħallas b’riżultat ta’ dak il-ftehim għandha tkun
somma ekwivalenti għall-imsemmi l-inqas ammont miżjud b’nofs
id-differenza bejn l-imsemmija l-inqas u l-ogħla ammonti, u malli
jiġi ffirmat xi ftehim bħal dak mid-Direttur u minn min jagħmel ir-
reat, għandha tintemm kull responsabbiltà  kriminali ta’ min
jagħmel ir-reat taħt dan l-Att għar-rigward ta’ dawk ir-reati li
dwarhom ikun sar il-ftehim.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw ukoll f’kull każ meta min jagħmel ir-reat ikun ġie
akkużat quddiem qorti dwar ir-reat iżda qabel ma tingħata s-
sentenza finali dwar dak il-każ:
Iżda meta ma jkunux inbdew proċedimenti quddiem il-
qorti, is-somma li għandha titħallas skond xi ftehim kif kontemplat
fis-subartikolu (1)  għandha titnaqqas b’għaxra fil-mija.
  30      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
(3) Kull somma dovuta bis-saħħa ta’ xi ftehim li jsir skond is-
subartikolu (1)  għandha tkun dovuta lill-Gvern bħala dejn ċivili.
Id-Direttur ma għandux jagħmel ftehim bħal dak imsemmi fis-
subartikolu (1)  kemm-il darba dak il-ftehim ma jkunx imsieħeb
bil-ħlas tas-somma dovuta jew bl-għoti ta’ garanzija biżżejjed
għall-ħlas tagħha.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu bla
ħsara għal kull proċedimenti jew konfiska mibdija jew li jkollhom
effett, bis-saħħa ta’ xi liġi oħra.
Reati li għandhom 
x’jaqsmu ma’ 
importazzjonijiet 
taxxabbli.
Kap. 37.
Kap. 9.
69. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18 u 62 ta’ l-
Ordinanza tad-Dwana għandhom japplikaw għal dan l-Att
bħallikieku kull riferenza għal dazji li tinsab f’dawk l-artikoli
kienet riferenza għal taxxa dovuta taħt dan l-Att, u kull persuna li
tikser id-disposizzjonijiet ta’ dawk l-artikoli li jiftiehmu kif
imsemmi qabel dwar xi oġġetti li l-importazzjoni tagħhom hi
suġġetta għal taxxa taħt dan l-Att tkun ħatja, mingħajr preġudizzju
għal kull responsabbiltà  li jkollha taħt l-Ordinanza msemmija, ta’
reat taħt dan l-Att u tista’ għal kull reat bħal dak, teħel multa li tkun
ekwivalenti għat-total meta tgħodd flimkien it-taxxa li jkollha
titħallas fuq l-oġġetti u d-doppju tal-valur ta’ l-oġġetti, jew multa
ta’ ħamsa u għoxrin lira, skond liema tkun l-akbar, jew priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew dawk il-multi u
priġunerija flimkien, u min jagħmel ir-reat jista’ jew jinżamm jew
jittieħdu proċedimenti kontrih b’taħrika, bl-istess mod u għamla, u
skond id-disposizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-Kodiċi
Kriminali.
Kap. 37. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77 ta’ l-Ordinanza tad-
Dwana għandhom japplikaw dwar dawk l-oġġetti li l-importazzjoni
tagħhom tkun suġġetta għat-taxxa taħt dan l-Att bħallikieku kull
riferenza li tinsab f’dik l-Ordinanza għad-dazju msemmi f’dik l-
Ordinanza kienet ukoll referenza għat-taxxa li għandha titħallas
taħt dan l-Att.
(3) L-importazzjoni ta’ oġġetti suġġetti għat-taxxa taħt dan l-
Att għandha titqies, għall-finijiet kollha ta’ kull liġi, bħala
importazzjoni projbita kemm-il darba ma titħallasx it-taxxa
msemmija jew, meta l-ħlas tat-taxxa jkun ġie pospost skond xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att, il-kondizzjonijiet imposti dwar dak il-
posponiment ma jkunux tħarsu kif imiss.
TAQSIMA XIII
MIXXELLANJI
Żamma ta’ records. 70. (1) Kull persuna reġistrata għandha żżomm records sew u
biżżejjed tat-transazzjonijiet kollha ta’ l-attivitajiet tan-negozju
tiegħu sabiex sew id-data, il-valur u x-xorta ta’ dawk it-
transazzjonijiet, it-taxxa, jekk ikun il-każ, li titħallas fuqhom u t-
tnaqqis permess dwarhom, sew kull tagħrif ieħor li jista’ jiġi
preskritt, ikunu jistgħu jiġu verifikati bla ebda xkiel.
(2) Ir-records msemmija fis-subartikolu (1) għandhom
jinżammu u jinħażnu b’dak il-mod, ikun fihom dawk id-dettalji u
jkollhom sostenn f’dawk id-dokumenti u kontijiet hekk kif jistgħu
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        31
jiġu preskritti u għandhom jinżammu għal żmien mill-anqas ta’ tliet
snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li jkunu jirreferu għaliha.
Disposizzjoni biex 
it-taxxa ma tiġix 
evitata.
71. Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 12(6) u l-proviso li hemm ma’
l-artikolu 17, id-Direttur jista’ jqis bħala persuna waħda lil żewġ
persuni jew iktar li jkunu qegħdin iwettqu attività  tan-negozju jekk
ikun sodisfatt li l-firda ta’ dawk l-attivitajiet tan-negozju jkollhom
bħala għan ewlieni tagħhom li tiġi evitata t-taxxa.
Tqassim u notifika 
ta’ avviżi, eċċ.
72. (1) Kull avviż, mandat jew proċediment ieħor li juri li hu
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att m’għandux jitqies
li jkun null jew li jista’ jiġi annullat minħabba nuqqas ta’ forma jew
li jkun effettwat minħabba xi żball, difett jew ommissjoni li jkollu,
jekk dan ikun materjalment u effettivament jaqbel mal-ħsieb u
skond it-tifsir ta’ dan l-Att.
(2) Fil-każ ta’ korp ta’ persuni, ikun biżżejjed jekk jidher biss
l-isem ta’ dak il-korp fuq kull avviż, mandat jew proċediment,
inkluż kull proċediment quddiem il-Qorti ta’ l-Appell, maħruġ jew
magħmul taħt jew għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(3) Kull avviż li jingħata mid-Direttur taħt dan l-Att għandu
jkun iffirmat mid-Direttur jew minn xi persuna jew persuni minnu
awtorizzati u kull avviż bħal dak ikun validu jekk il-firma tkun
stampata, ittimbrata jew miktuba fuqu.
(4) Kull avviż jista’ jiġi notifikat lil persuna sew personalment
sew billi jintbagħat bil-posta u għandu f’dan il-każ tal-posta jitqies
li jkun ġie notifikat, kemm-il darba ma tinġiebx prova kuntrarja,
fil-każ ta’ indirizz f’Malta mhux iżjed tard mit-tielet jum li jiġi
wara il-jum meta dan ikun ġie mpustat, u fil-każ ta’ indirizz barra
minn Malta fil-jum li jiġi wara dak il-jum meta l-avviż kien jiġi
riċevut fil-kors ordinarju tal-posta u jkun biżżejjed li tinġieb prova
li l-avviż kien indirizzat u mpustat sew.
(5) Għall-finijiet tas-subartikolu (4), avviż jitqies li jkun ġie
ndirizzat sew jekk dan ikun ġie ndirizzat fl-indirizz tan-negozju
jew privat tal-persuna, u indirizz mogħti minn persuna lid-Direttur
għandu jitqies bħala l-indirizz ta’ dik il-persuna kemm-il darba u
sakemm ma jingħatax avviż ta’ bdil ta’ indirizz minn dik il-persuna
lid-Direttur.
Kap. 252.
(6) Meta d-data li fiha xi denunzja, avviż jew dokument ieħor
ikollhom jintagħmlu, jingħataw jew jiġu notifikati jew jitqiesu li
ġew notifikati jew li fiha jkollu jsir ħlas skond xi disposizzjoni ta’
dan l-Att, li kieku mhux għad-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu, taħbat is-Sibt jew il-Ħadd jew f’jum nazzjonali jew
btala pubblika skond kif stabbilit fl-Att dwar il-Festi Nazzjonali u
Btajjel Pubbliċi oħra, dik id-data għandha titqies li taħbat fl-ewwel
jum tax-xogħol li ma jkunx is-Sibt, li jiġi wara dak is-Sibt, Ħadd,
festa nazzjonali jew btala pubblika.
Rappreżentanti.
uffiċjal prinċipali ieħor ta’ enti jew korp ta’ persuni, kull eredi u
eżekutur testamentarju u kull kuratur ta’ wirt battal ta’ persuna
mejta, u kull persuna li tkun tutur, kuratur, amministratur jew
fiduċjarju ta’ xi persuna oħra jew ta’ xi trust, fond jew enti oħra
għandha tkun rappreżentant, għall-għanijiet ta’ dan l-Att, ta’ dak il-
  32      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
korp ta’ persuni, persuna mejta, persuna oħra, trust, fond jew enti
oħra, skond il-każ.
(2) Meta attività  taxxabbli titwettaq f’Malta minn persuna li
ma tkunx stabbilita f’Malta, kull persuna residenti f’Malta li lilha
tiġi provduta dik l-attività  jew kull persuna residenti f’Malta li tkun
aġent ta’ dik il-persuna għandha, jekk tiġi hekk imsemmija mid-
Direttur permezz ta’ avviż bil-miktub, tkun rappreżentant ta’ dik il-
persuna dwar kull obbligazzjoni tal-persuna taħt dan l-Att dwar dik
l-attività  taxxabbli.
(3) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5),
rappreżentant ta’ persuna jkun responsabbli bl-istess
mod u sa l-istess limitu bħal dik il-persuna li jkun
qiegħed jirrappreżenta għall-obbligazzjonijiet kollha
mposti b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu.
(b) Kull ħaġa li ssir jew li tonqos milli ssir minn
rappreżentant li hekk jaġixxi għandha titqies għall-
finijiet ta’ dan l-Att li tkun saret jew naqset milli ssir
mill-persuna li tagħha huwa jkun rappreżentant.
(ċ) Kull avviż li jiġi notifikat jew ħlas lura li jsir lil
rappreżentant fil-kariga tiegħu ta’ rappreżentant taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu
jitqies bħala notifika li tkun saret jew ħlas li jkun sar
lill-persuna li huwa jkun rappreżentant tagħha.
(d) Li persuna tkun jew tinħatar rappreżentant ta’ persuna
oħra ma jeħlisx lit-tieni persuna minn kull obbligu jew
responsabbiltà  taħt dan l-Att.
(4) Rappreżentant li jkollu taħt l-amministrazzjoni jew kontroll
tiegħu xi fondi jew proprjetà  ta’ persuna jew dovuti lil persuna li
huwa jkun rappreżentant tagħha ma għandux jiddisponi minn dawk
il-fondi jew proprjetà  kemm-il darba ma jkunx ħaseb biżżejjed għal
kull taxxa li tista’ tkun dovuta taħt dan l-Att.
(5) Rappreżentant ikollu responsabbiltà  solidali mal-persuna li
jkun qiegħed jirrappreżenta għat-taxxa dovuta minn dik il-persuna:
Iżda meta r-rappreżentant ikun agixxa in bona fide u ma
jkunx qiegħed xjentement jikser is-subartikolu (4) jew xi
obbligazzjoni oħra taħt dan l-Att, ir-responsabbiltà  tiegħu taħt dan
is-subartikolu għandha tkun limitata għall-fondi jew għall-valur ta’
kull proprjetà  li huwa jkun qiegħed jamministra jew jikkontrolla
jew li tkun proprjetà  ta’ jew tkun dovuta lill-persuna li huwa jkun
rappreżentant tagħha.
Imgħax.
Kap. 123.
Kap. 372.
74. Għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u l-Att
dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa -
(a) l-imgħax li jitħallas jew li għandu jitħallas taħt dan l-
Att mid-Direttur lil xi persuna ma għandux jitqies
bħala dħul ta’ dik il-persuna;
(b) l-imgħax u t-taxxa addizzjonali li jitħallsu jew li
għandhom jitħallsu taħt dan l-Att minn xi persuna lid-
Direttur ma għandhomx jitqiesu bħala spejjeż li jkunu
saru fil-produzzjoni tad-dħul ta’ dik il-persuna.
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        33
Setgħa għal 
eżenzjoni u għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
75. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti -
(a) jemenda, iħassar jew jissostitwixxi kull waħda mill-
Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att;
(b) jippreskrivi kull ħaġa li f’xi każ partikolari titqies
meħtieġa bil-għan li jiġi evitat kull tgħawwiġ
konsiderevoli fil-kompetizzjoni li jista’ mod ieħor
jirriżulta mill-mod kif jiġu applikati xi
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(ċ) jipprovdi għar-rounding-up jew rounding-down ta’
kull ammont f’xi kalkolu magħmul għal xi wieħed
mill-finijiet ta’ dan l-Att, jew sabiex ma jitteħidx kont
ta’ kull ammont żgħir li joħroġ minn dan il-kalkolu;
(d) jippreskrivi kull kondizzjoni li tista’ tiġi mposta u kull
deċiżjoni li tista’ tittieħed mid-Direttur skond dan l-
Att;
(e) jippreskrivi kull ħaġa oħra sabiex jiżgura l-ħlas tat-
taxxa u b’mod ġenerali sabiex jagħti seħħ lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(f) jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ numru ta’ persuni
bħala persuna waħda jew ta’ persuna biex tiġi
reġistrata separatament dwar fergħat differenti jew
dipartimenti differenti ta’ l-attività  tan-negozju tagħha
f’dawk iċ-ċirkostanzi u dwar dawk id-disposizzjonijiet
li jistgħu jiġu speċifikati fl-imsemmija regolamenti;
(g) jippreskrivi kull ħaġa li tista’ jew li għandha tiġi
preskritta taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att:
Iżda kull ħaġa msemmija qabel tista’, fid-
diskrezzjoni tal-Ministru, tkun preskritta b’Ordni jew
b’Avviż fil-Gazzetta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)  il-
Ministru jista’ wkoll b’regolamenti jagħmel disposizzjonijiet
speċjali dwar attivitajiet li għalihom jirreferi s-subartikolu (3), u
jista’ b’dawk ir-regolamenti, jipprovdi:
(a) li attività  taxxabbli titqies bħala żewġ attivitajiet
taxxabbli separati jew iktar jew li għadd ta’ attivitajiet
taxxabbli għandhom jitqiesu bħala attività  taxxabbli
waħda;
(b) sabiex jiġu stabbiliti l-ħin u l-post li fihom għandu
jitqies li jkunu seħħew l-attivitajiet taxxabbli;
(ċ) dwar li l-kalkolu tat-taxxa li għandha titħallas jiġi
stabbilit b’dak il-metodu jew wieħed minn dawk il-
metodi li d-Direttur jista’ jistabbilixxi;
(d) dwar kif jiġu stabbiliti t-tnaqqis u l-ħlas lura
applikabbli;
(e) dwar kull records u dokumenti addizzjonali li
għandhom jinżammu u jiġu prodotti għar-rigward ta’ l-
imsemmija attivitajiet tan-negozju;
  34      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
(f) jeħtieġ li jkun hemm il-mezzi u l-makni li bihom il-
persuni reġistrati għandhom jaħżnu, jipproċessaw u
jipproduċu dokumenti u tagħrif ieħor.
(3) Il-Ministru jista’ b’Avviż fil-Gazzetta jeżenta kull persuna
jew klassi ta’ persuni b’effett jew mingħajr effett retrospettiv mid-
disposizzjonijiet kollha jew minn uħud mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew jagħmel disposizzjonijiet differenti għal kull raġuni li
fil-fehma tiegħu tkun biżżejjed. Kull eżenzjoni jew disposizzjoni
differenti bħal dawk jistgħu jsiru suġġetti għal dawk il-
kondizzjonijiet jew għall-ħlas ta’ dik ir-rata jew rati l-oħra ta’
taxxa, li ma jkunux rata jew rati ogħla minn dawk stipulati b’dan l-
Att jew għal dawk il-kondizzjonijiet u ħlas flimkien, kif il-Ministru
jidhirlu xieraq.
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        35
SKEDI
Emendata:
A.L. 90 ta’ l-1997.
L-Ewwel Skeda
(Artikolu 11 (1))
IMPORTAZZJONIJIET EŻENTATI
1. Ir-ri-importazzjoni ta’ -
(a) oġġetti li jiġu ri-importati mhux alterati;
(b) kampjuni li jkunu ġew esportati temporanjament.
2. L-importazzjoni ta’ oġġetti li huma murija għas-
sodisfazzjon tal-Kontrullur tad-Dwana li jkunu ġew mogħtija barra
minn Malta lil xi persuna għal distinzjoni fl-arti, letteratura, xjenza
jew sport, jew għal servizz pubbliku, jew xort’oħra bħala xiehda ta’
egħmil jew kondotta meritevoli, u mportati minn jew f’isem dik il-
persuna.
3. L-importazzjoni ta’ oġġetti mit-Tarzna ta’ Malta għat-
tagħmir u għall-manutenzjoni tat-Tarzna, jew li huwa meħtieġ in
konnessjoni mas-servizzi mogħtija minn dik il-korporazzjoni, barra
minn oġġetti u materjal użati -
(a) f’oġġetti magħmula minn dik il-korporazzjoni u
maħsuba biex jintużaw f’Malta, jew
(b) bastimenti reġistrati lokalment barra minn bastimenti
wżati fit-trasport internazzjonali.
4. (1) L-importazzjoni ta’ idejn, dirgħajn, riġlejn u saqajn
artifiċjali u oġġetti kirurġiċi oħra ta’ xorta simili, magħduda spare
parts u aċċessorji, għas-serħan ta’ inkapaċità  permanenti tal-
persuna, iżda illi, fil-każ ta’ spare parts u aċċessorji, il-Kontrullur
tad-Dwana jkun sodisfatt li jkunu mportati sabiex isiru lokalment
idejn, dirgħajn, riġlejn u saqajn artifiċjali jew oġġetti oħra simili u
siġġijiet ta’ l-invalidi li l-Kontrullur tad-Dwana jkun sodisfatt li
jkunu għall-użu esklużiv ta’ persuna li tkun tbati minn xi difett
fiżiku jew inkapaċità  permanenti.
(2) L-importazzjoni ta’ oġġetti li jkunu speċifikament maħsuba
għall-edukazzjoni, l-impieg jew l-avvanz soċjali ta’ persuna li tbati
minn xi nkapaċità  fiżika jew mentali permanenti, b’dan illi l-
Kontrullur tad-Dwana jkun sodisfatt li l-imsemmija oġġetti jkunu
importati għall-użu esklużiv ta’ l-imsemmija persuna.
5. L-importazzjoni ta’ ċrieket ta’ l-agħsafar għall-użu minn
ringers ta’ l-agħsafar kwalifikati għall-istudju tad-drawwiet ta’ l-
immigrazzjoni ta’ l-agħsafar.
6. L-importazzjoni ta’ rigali bona fide ta’ xorta mhux
kummerċjali li kull tant jiġu riċevuti minn persuna mingħand oħra
li tirrisjedi barra minn Malta u li jkunu maħsuba għall-użu
personali ta’ min jirċevihom jew għall-familja tiegħu, kemm-il
darba dawk ir-rigali ma jkunux jikkonsistu f’xorb alkoholiku u
lanqas f’tabakk jew prodotti tat-tabakk u l-valur totali CIF tar-rigali
kull darba ma jkunx ta’ iżjed minn ħamsin lira.
  36      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
7. L-importazzjoni ta’ braille u kull oġġett ieħor għall-użu
mill-għomja mportat minn istitut rikonoxxut jekk il-Kontrullur tad-
Dwana jkun sodisfatt li dawk l-oġġetti jkunu ġew importati għall-
użu esklużiv ta’ persuna għamja.
8. L-importazzjoni ta’ kalċijiet, ċiborji, pissidi, sferi, ċnieser,
navetti ta’ l-inċens, slaleb, kandlieri, kruċifissi, vari, vażetti ta’ l-
Olju Santu, lampieri tas-santwarju, Stazzjonijiet tal-Via Sagra,
karti tal-glorja ta’ fuq l-altar, impulluzzi, relikwarji, lanterni tal-
purċissjoni, tabernakli u bibien tat-tabernakli, troni ta’ l-espost u
orgnijiet, maħsuba għall-qima t’Alla u mportati biex jiġu wżati
esklużivament għall-qima t’Alla fil-knejjes, kappelli jew postijiet
oħra maħsuba esklużivament għal dik il-qima, baldakkini tal-
knejjes użati f’purċissjonijiet u qniepen tal-knisja.
9. L-importazzjoni ta’ apparat li jgħin fis-smigħ maħsub
għall-użu mit-torox u partijiet tiegħu identifikabbli.
10. L-importazzjoni ta’ oġġetti tad-dar u oġġetti persunali,
għamara u oġġetti domestiċi oħra, (minbarra armi tan-nar u armi ta’
kull xorta), li fl-opinjoni tal-Kontrullur tad-Dwana jkunu ġew użati
fid-dar tal-persuna li qed timporta jew tal-familja tagħha, u li jkunu
mportati minn dik il-persuna meta ġġorr il-mobbli tad-dar tagħha
minn pajjiz ieħor għal Malta, iżda dawn l-oġġetti għandhom jiġu
mportati fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla f’Malta, jew f’dak iż-
żmien ieħor li l-Kontrullur tad-Dwana jista’ jippermetti.
11. L-importazzjoni ta’ vettura bil-mutur privata waħda li tiġi
mportata minn emigrant Malti (ir-raġel u l-mara jgħoddu bħala
persuna waħda għall-għanijiet ta’ din il-partita) li tiġi lura biex
toqgħod f’Malta b’dan illi dak l-emigrant jissodisfa lill-Kontrullur
tad-Dwana illi -
(i) kien ilu joqgħod barra minn Malta għal żmien li
b’kollox iġib l-għaxar snin matul il-perijodu ta’
ħmistax-il sena li jiġi minnufih qabel il-wasla
tiegħu biex joqgħod għal kollox f’Malta; u
(ii) il-vettura bil-mutur kienet fil-pussess tagħha
għal żmien kontinwu ta’ mill-inqas sitt xhur li
jiġi minnufih qabel il-wasla tiegħu biex joqgħod
għal kollox f’Malta, sakemm ħlasijiet ta’ dwana
u/jew ħlasijiet fiskali li għalihom hija
normalment suġġetta dik il-vettura jkunu tħallsu
jew fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew fil-pajjiż tat-tluq u
bil-kondizzjoni li dik il-vettura bil-mutur tiġi
mportata fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla
ta’ dak l-emigrant biex joqgħod għal kollox
f’Malta:
Iżda meta xi vettura bil-mutur bħal dik tiġi mportata ħielsa
mit-taxxa tinbiegħ jew tiġi trasferita minn dik il-persuna għall-użu
f’Malta, dik il-vettura bil-mutur titqies li nħarġet mid-depożt fil-
waqt ta’ dak il-bejgħ jew trasferiment tagħha u t-taxxa tas-sisa fuq
oġġetti mportati għandha titħallas fuqha mill-persuna li ssir is-sid
tagħha.
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        37
12. L-importazzjoni ta’ vettura bil-mutur privata waħda li tiġi
mportata minn persuna (ir-raġel u l-mara jgħoddu bħala persuna
waħda għall-għanijiet ta’ din il-partita) li tiġi biex toqgħod f’Malta
b’dan illi dik il-persuna tissodisfa lill-Kontrullur tad-Dwana illi -
Kap. 217.
(i) ikollha fil-pussess tagħha permess tar-residenza
maħruġ lilha mill-Gvern skond l-artikolu 7(1)
ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni; u
(ii) il-vettura bil-mutur kienet fil-pussess tagħha
għal żmien kontinwu ta’ mill-inqas sitt xhur li
jiġi minnufih qabel il-ħruġ ta’ l-imsemmi
permess, sakemm ħlasijiet ta’ dwana u/jew
ħlasijiet fiskali li għalihom tkun normalment
suġġetta dik il-vettura jkunu tħallsu jew fil-
pajjiż ta’ l-oriġini jew fil-pajjiż tat-tluq u bil-
kondizzjoni li dik il-vettura bil-mutur tiġi
mportata fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-
imsemmi permess jew mid-data tal-wasla ta’ dik
il-persuna f’Malta, skond liema data tiġi l-iktar
tard:
Iżda, meta vettura bil-mutur bħal dik tiġi mportata ħielsa
mit-taxxa tinbiegħ jew tiġi trasferita minn dik il-persuna għall-użu
f’Malta, dik il-vettura bil-mutur titqies li nħarġet mid-depożt fil-
waqt ta’ dak il-bejgħ jew trasferiment tagħha u t-taxxa tas-sisa fuq
oġġetti mportati għandha titħallas fuqha mill-persuna li ssir is-sid
tagħha.
13. L-importazzjoni ta’ -
(a) bagalji tal-passiġġieri, magħduda lbies u ħwejjeġ
persunali wżati, li l-Kontrullur tad-Dwana jkun
sodisfatt li jkunu maħsuba għall-użu persunali tal-
passiġġieri, iżda esklużi armi tan-nar u armi ta’ kull
xorta;
(b) dawk il-prodotti ta’ tabakk, imbejjed, spirti, toilet
waters u profumeriji li jistgħu jiġu permessi skond il-
Konvenzjoni dwar Faċilitajiet Doganali għall-
Viżitaturi magħmula fi New York fl-4 ta’ Ġunju, 1954;
(ċ) dawk l-oġġetti mixtrija għall-użu tal-passiġġier innifsu
jew bħala rigali bona fide, li ma jkunux l-oġġetti
msemmija fil-paragrafi (i) u (ii) ta’ din il-partita sa
valur ta’ ħamsin lira, b’dan illi meta l-valur totali ta’
dawn l-oġġetti jkun jaqbeż il-ħamsin lira, din id-
disposizzjoni ma tkunx tgħodd u t-taxxa li titħallas fuq
dawk l-oġġetti għandha titnaqqas b’Lm7.50.
14. L-importazzjoni ta’ kampjuni ta’ ebda valur kummerċjali.
15. L-importazzjoni ta’ strumenti jew apparat xjentifiku,
maħsub speċifikament għal skopijiet ta’ edukazzjoni jew għal
riċerka purament xjentifika, b’dan illi -
(a) dawk l-istrumenti jew apparat xjentifiku jiġu
konsenjati lil istituzzjoni xjentifika jew edukattiva
pubblika jew privata li tkun approvata mill-Ministru
  38      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
responsabbli għall-edukazzjoni għall-finijiet ta’ din id-
disposizzjoni u jkunu wżati taħt il-kontroll u r-
responsabbiltà  ta’ dik l-istituzzjoni; u
(b) strumenti u apparat ta’ l-istess valur xjentifiku ma
jkunux qed jiġu fabbrikati f’Malta.
16. L-importazzjoni ta’ reġistrazzjonijiet tal-ħoss u tal-video -
(a) ta’ karattru edukattiv, xjentifiku jew kulturali
magħmula mill-Ġnus Maqgħuda jew xi waħda mill-
aġenziji speċjalizzati tagħha;
Kap. 327.
(b) ta’ xorta edukattiva mportati minn skola jew
istituzzjoni tal-gvern, mill-Università  ta’ Malta jew
minn xi skola jew istituzzjoni li jkunu reġistrati taħt l-
Att dwar l-Edukazzjoni kemm-il darba d-Direttur ta’ l-
Edukazzjoni jiċċertifika li l-materjal ikun ta’ karattru
edukattiv biss u li jkun se jintuża biss u għal kollox
għal skopijiet edukattivi minn dik l-iskola;
(ċ) ta’ korsijiet ta’ l-ilsna.
17. Statwi u dekorazzjonijiet artistiċi ffurmati barra minn
Malta minn oriġinali magħmula minn artisti lokali, kemm-il darba
jinkiseb permess mill-Kontrullur tad-Dwana qabel ma l-oriġinal
jintbagħat barra minn Malta għall-forma.
18. L-importazzjoni ta’ oġġetti li l-provvista tagħhom minn xi
persuna tkun, fil-każijiet kollha, provvista eżentata skond it-Tieni
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
19. L-importazzjoni ta’ ikel kif imfisser fit-Tieni Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att.
20. L-importazzjoni ta’ deheb mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
21. L-importazzjoni ta’ oġġetti meta d-Direttur ikun sodisfatt li
dawk l-oġġetti kienu mportati għall-użu temporanju biss, u suġġett
għal dawk il-kondizzjonijiet u għall-għoti ta’ dik il-garanzija li d-
Direttur jista’ jordna jew jeħtieġ.
22. L-importazzjoni ta’ oġġetti li jerġgħu jiġu esportati
mingħajr ma jiġu meħlusa jew minnufih hekk kif jiġu meħlusa mid-
depożt tad-dwana.
23. L-importazzjoni ta’ oġġetti li jinqerdu minn sidhom qabel
ma jiġu meħlusa jew minnufih hekk kif jiġu meħlusa mid-depożt
tad-dwana b’dak is-sorveljar u suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet
li d-Direttur jista’ jordna jew jeħtieġ.
Kap. 334.
24. L-importazzjoni ta’ oġġetti ġewwa port ħieles kif imfisser
fl-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta; iżda din l-eżenzjoni
għandha tkun biss tapplika sal-limitu li dik l-importazzjoni tkun
eżenti mid-dazju tad-dwana bis-saħħa ta’ l-Att imsemmi, u tkun
suġġetta għall-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet kollha li jistgħu
jkunu japplikaw taħt dak l-Att għal dik l-eżenzjoni mid-dazju tad-
dwana.
25. L-importazzjoni ta’ oġġetti li tkun eżentata minn taxxa bis-
saħħa ta’ l-eżenzjoni mogħtija taħt l-artikolu 11(3).
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        39
Kap. 336.
26. L-importazzjoni ta’ oġġetti li huma suġġetti għall-levy
skond l-Att dwar il-Promozzjoni tal-Manifattura Lokali. 
27. L-importazzjoni ta’ tagħmir kapitali u materjal industrijali
kif imfisser fit-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att.
28. L-importazzjoni ta’ oġġetti li jintużaw biss fl-agrikoltura u
fis-sajd kif imfisser fit-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda li tinsab ma’
dan l-Att jew meta dawk l-oġġetti jkunu ċertifikati u approvati
mill-Ministru responsabbli għall-agrikoltura jew mill-Ministru
responsabbli għas-sajd, skond il-każ.
29. L-importazzjoni ta’ oġġetti minn istituzzjoni li ma
tagħmilx profitt jew minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt kif
imfissra fit-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
  40      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
Emendata:
A.L. 91 ta’ l-1997.
It-Tieni Skeda
(Artikolu 13)
PRODOTTI MHUX TAXXABBLI
L-EWWEL TAQSIMA
1. Esportazzjonijiet
(1) Prodotti li jiġu esportati.
(2) Prodotti provduti lil persuna taxxabbli stabbilita
f’Malta li twettaq in-negozju ta’ organizzazzjoni jew
finanzjar ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti, bil-għan ta’ l-
esportazzjoni ta’ dawk il-prodotti minn dik il-persuna
mingħajr il-kunsinna attwali ta’ dawk il-prodotti lil dik
il-persuna, sakemm l-oġġetti jiġu fil-fatt esportati
mingħajr ebda proċessar jew tibdil fihom u bla ħsara
għal dawk il-kondizzjonijiet, provi jew garanziji li d-
Direttur jista’ jordna jew jeħtieġ.
2. Prodotti f’depożt, provvisti minn ħwienet ħielsa minn
dazju u attivitajiet ta’ Port Ħieles
(1) Prodotti mibjugħin filwaqt li l-oġġetti jkunu f’depożt
tad-dwana u liema bejgħ jagħmel il-Kontrullur tad-
Dwana bis-saħħa ta’ l-artikolu 36 ta’ l-Ordinanza tad-
Dwana jew ta’ kull disposizzjoni li temenda jew
tissostitwixxi dak l-artikolu.
(2) Prodotti provduti lil operatur ta’ ħanut ħieles minn
dazju bis-saħħa ta’, u skond liċenzja maħruġa taħt ir-
Regolamenti ta’ l-991 dwar Ħanut Ħieles minn Dazju,
jew taħt kull disposizzjoni oħra li tidħol minflok dawk
ir-regolamenti.
Kap. 334.
(3) Prodotti provduti minn jew lil kumpannija f’żona ta’
port ħieles kif imfissra fl-Att dwar il-Portijiet Ħielsa
ta’ Malta meta dik il-provvista tkun tikkostitwixxi
attività   li l-imsemmija kumpannija jkollha liċenza
sabiex twettaqha skond dak l-Att.
3. Għoti ta’ proviżjon u karburanti lil bastimenti u inġenji ta’
l-ajru
(1) Prodotti provduti għall-għoti ta’ karburanti u proviżjon
ta’ bastimenti li jivvjaġġaw fil-bogħod bil-baħar bil-
għan li jwettqu attivitajiet kummerċjali, industrijali
jew ta’ sajd, ta’ bastimenti li jintużaw sabiex jeħilsu
jew jagħtu għajnuna fuq il-baħar, u ta’ inġenji ta’ l-
ajru li jintużaw minn linji ta’ l-ajru li joperaw
b’kumpens fit-traffiku internazzjonali.
(2) Karburanti provdut lil bastimenti li jintużaw għal sajd
fl-ibħra lokali.
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        41
4. Ikel
Kap. 337.
Kull ikel, kif imfisser fit-Tieni Taqsima ta’ din l-
Iskeda, iżda bla preġudizzju għall-ETS li titħallas
dwar provvista ta’ ikel kif speċifikat skond it-Tieni
Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni.
5. Oġġetti farmaċewtiċi
Oġġetti farmaċewtiċi, kif imfisser fit-Tieni Taqsima
ta’ din l-Iskeda. 
6. Saħħa u Welfare
(1) Organi umani, demm uman u ħalib uman.
(2) Prodotti provduti li jkollhom x’jaqsmu u jkunu
essenzjali għall-provvista ta’ servizzi fil-paragrafi (2)
u (3) tal-partita 7 (Saħħa u Welfare) tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att u tkun essenzjali għall-isptar,
istituzzjoni jew dar, skond il-każ, li jkunu qegħdin
jipprovdu dawk is-servizzi.
7. Deheb
Deheb provdut lil jew mill-Bank Ċentrali ta’ Malta. 
8. Oġġetti stampati u oġġetti oħra
(1) Kotba, gazzetti, oġġetti stampati oħra u oġġetti oħra li
jaqgħu taħt it-tifsira ta’ "Oġġetti stampati u oġġetti
oħra" li tinsab fit-Tieni Taqsima ta’ din l-Iskeda.
(2) Informazzjoni elettronika, manjetika, ottika jew kull
informazzjoni oħra li tinqara permezz ta’ makni li,
meta tiġi stampata, jkollha l-karatteristika ta’ kotba,
gazzetti u ta’ xi għamla oħra ta’ oġġetti stampati li
jaqgħu taħt it-tifsira ta’ "Oġġetti stampati u oġġetti
oħra" li tinsab fit-Tieni Taqsima ta’ din l-Iskeda.
9. Prodotti essenzjali
Ilma, karburanti u elettriku provduti minn awtorità
pubblika.
10. Prodotti msemmija fil-partiti 4, 8, 25, 27, 28 u 29 ta’ l-
Ewwel Skeda.
11. Prodotti li jerġgħu jittieħdu fil-pussess
(i) bil-patti ta’ ftehim finanzjarju, jew
(ii) minn xi assiguratur fil-konklużjoni ta’ claim taħt
polza ta’ l-assigurazzjoni, jew
(iii) minn mortgagee skond id-drittijiet tiegħu taħt
mortgage fuq bastiment jew inġenji ta’ l-ajru,
meta jinbiegħu mill-persuna li tkun reġgħet ħadithom fil-pussess
tagħha fl-istess kondizzjoni bħal ma kienu fiż-żmien meta reġgħu
ttieħdu fil-pussess.
  42      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
IT-TIENI TAQSIMA
Tifsiriet
Għall-finijiet ta’ dan l-Att, l-espressjonijiet deskritti f’din it-
Taqsima ta’ l-Iskeda għandu jkollhom it-tifsir lilhom mogħti f’din
it-Taqsima.
Kap. 337.
(a) "Ikel" tfisser l-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana
fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni taħt il-paragrafi minn (i) sa (xii) ta’ din
il-partita; iżda m’għandhix tinkludi milkshake, te, kafè
u ċikkulata provduti f’għamla likwida.
(i) Il-Kapitolu 1, iżda esklużi oġġetti li jidhru taħt
is-subintestaturi 0101.11.00.00; 0101.19.90.10;
0105.11.11.10; 0105.11.19.10; 0105.11.91.10;
0105.11.99.10; 0105.12.00.10; 0105.19.20.10;
0105.19.90.10; 0105.92.00.10; 0105.93.00.10;
0105.99.10.10; 0105.99.20.10; 0105.99.30.10;
0105.99.50.10; 0106.00.20.90; 0106.00.90.00.
(ii) Il-Kapitoli minn 2 sa 4 inklużi, iżda esklużi
partiti li jidhru taħt is-subintestaturi
0301.10.10.00 u 0301.10.90.00 f’Kapitolu 3.
(iii) Il-partiti li jidhru taħt is-subintestaturi
0504.00.00.00; 0505.90.00.10; 0506.90.00.10;
0508.00.00.10; 0510.00.10.00; 0511.10.00.00;
0511.91.10.00; 0511.91.90.10; 0511.99.50.00;
0511.99.80.00 f’Kapitolu 5.
(iv) Il-partiti li jidhru taħt is-subintestaturi
0601.20.10.00; 0602.10.10.00; 0602.20.10.00;
0602.20.90.00; 0602.90.10.00; 0602.90.20.00;
0602.90.30.00 f’Kapitolu 6.
(v) Il-Kapitoli minn 7 sa 12 inklużi, iżda esklużi
partiti li jidhru taħt is-subintestaturi
1209.30.00.00; 1209.99.91.00; 1209.99.99.00
f’Kapitolu 12.
(vi) Il-Kapitolu 13, iżda esklużi partiti li jidhru taħt
is-subintestatura 1301.10.00.00.
(vii) Il-Kapitoli minn 15 sa 20 inklużi, iżda esklużi
partiti li jidhru taħt is-subintestaturi
1501.00.11.00; 1502.00.10.00; 1503.00.11.00;
1503.00.30.00; 1505.10.00.00; 1505.90.00.00;
1507.10.10.00; 1507.90.10.00; 1508.10.10.00;
1508.90.10.00; 1511.10.10.00; 1511.90.91.00;
1512.11.10.00; 1512.19.10.00; 1512.21.10.00;
1512.29.10.00; 1513.11.10.00; 1513.19.30.00;
1513.21.11.00; 1513.21.19.00; 1513.29.30.00;
1514.10.10.00; 1514.90.10.00; 1515.11.00.00;
1515.19.10.00; 1515.21.10.00; 1515.29.10.00;
1515.30.10.00; 1515.30.90.00; 1515.40.00.00;
1515.50.11.00; 1515.50.91.00; 1515.60.10.00;
1515.60.90.00; 1515.90.10.00; 1515.90.21.00;
1515.90.31.00; 1515.90.40.00; 1515.90.60.00;
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        43
1516.20.10.00; 1518.00.10.00; 1518.00.31.00;
1518.00.39.00; 1518.00.91.00; 1518.00.95.00;
1518.00.99.00; 1521.10.10.00; 1521.10.90.00;
1521.90.10.00; 1522.00.31.00; 1522.00.39.00;
1522.00.91.00; 1522.00.99.00 f’Kapitolu 15.
(viii) Il-Kapitolu 21 iżda esklużi partiti li jidhru taħt
is-subintestaturi 2106.90.20.42; 2106.90.20.44;
2106.90.20.46; 2106.90.20.48; 2106.90.20.49;
2106.90.20.92; 2106.90.20.95; 2106.90.20.98;
2106.90.98.42; 2106.90.98.46; 2106.90.98.49.
(ix) Is-subintestaturi 2202.90.10.11; 2202.90.10.31;
2202.90.10.39; 2202.90.91.11; 2202.90.95.11;
2202.90.99.11; 2202.90.99.40; 2209.00.11.00;
2209.00.19.00; 2209.00.91.00; 2209.00.99.00
f’Kapitolu 22.
(x) Il-Kapitolu 23.
(xi) Is-subintestaturi 2501.00.10.00 u 2501.00.91.00
f’Kapitolu 25.
(xii) Is-subintestaturi 3301.90.21.00; 3301.90.29.00;
3301.90.39.00; 3302.10.21.00; 3302.10.29.91;
3302.10.29.93; 3302.10.40.00; 3302.10.90.00
f’Kapitolu 33.
(b) "Prodotti farmaċewtiċi" tfisser l-oġġetti speċifikati fit-
Tariffa msemmija fil-partita (a) ta’ din it-Taqsima ta’
din l-Iskeda taħt -
(i) Is-subintestatura 2905.45.00.00 f’Kapitolu 29.
(ii) Il-Kapitolu 30.
(iii) Is-subintestaturi 3301.90.31.00; 3306.10.00.00;
3306.20.00.00; 3306.90.00.00; 3307.90.00.10
f’Kapitolu 33.
(iv) Is-subintestatura 3407.00.00.10 f’Kapitolu 34.
(v) Is-subintestatura 3507.10.00.00 f’Kapitolu 35.
(vi) Is-subintestaturi 3822.00.00.10 u 3824.90.60.00
f’Kapitolu 38.
(vii) Is-subintestaturi 4818.40.91.00 u 4818.40.99.00
f’Kapitolu 48.
(viii) Is-subintestaturi 5601.10.10.90 u 5601.10.90.90
f’Kapitolu 56.
(ix) Is-subintestatura 7015.10.00.00 f’Kapitolu 70.
(x) Is-subintestaturi 9001.30.00.00; 9001.40.41.00;
9001.40.49.00; 9001.40.80.00; 9001.50.41.00;
9001.50.49.00; 9001.50.80.00; 9004.90.10.10 u
9004.90.90.10; l-intestaturi 9018, 9019, 9020,
9021, 9022 u 9023; u s-subintestatura
9025.11.91.00, f’Kapitolu 90.
(xi) Is-subintestatura 9402.10.00.10 f’Kapitolu 94.
(ċ) "Oġġetti stampati u oġġetti oħra" tfisser l-oġġetti
speċiikati fit-Tariffa msemmija fil-partita (a) ta’ din it-
Taqsima ta’ din l-Iskeda taħt -
  44      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
(i) Is-subintestatura 4820.20.00.00 f’Kapitolu 48.
(ii) Il-Kapitolu 49 iżda esklużi partiti li jidhru taħt
is-subintestaturi 4906.00.00.00; 4907.00.91.00;
4907.00.99.00; 4908.10.00.00; 4908.90.00.00;
4909.00.10.00; 4909.00.90.00; 4910.00.00.90; u
4911.99.00.10.
(iii) Is-subintestatura 7118.90.00.00 f’Kapitolu 71.
(iv) Il-Kapitolu 98 iżda esklużi partiti li jidhru taħt
is-subintestatura 9803.00.00.00.
Kap. 337.
(d) "Tagħmir kapitali u materjal industrijali" tfisser l-
oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana li hemm fl-
Ewwel Skeda ta’ Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni li
għandhom is-subintestaturi li ġejjin:
1401.20.00.00 f’Kapitolu 14;
1501.00.11.00; 1502.00.10.00; 1503.00.11.00;
1503.00.30.00; 1507.10.10.00; 1507.90.10.00;
1508.10.10.00; 1508.90.10.00; 1511.10.10.00;
1511.90.91.00; 1512.11.10.00; 1512.19.10.00;
1512.21.10.00; 1512.29.10.00; 1513.11.10.00;
1513.19.30.00; 1513.21.11.00; 1513.21.19.00;
1513.29.30.00; 1514.10.10.00; 1514.90.10.00;
1515.19.10.00; 1515.21.10.00; 1515.29.10.00;
1515.50.11.00; 1515.50.91.00; 1515.90.21.00;
1515.90.31.00; 1515.90.40.00; 1515.90.60.00;
1518.00.31.00;  1518.00.39.00 f’Kapitolu 15;
2106.90.20.42 f’Kapitolu 21;
2207.20.00.20 f’Kapitolu 22;
2501.00.31.00; 2515.11.00.00; 2515.12.20.00;
2515.12.50.00; 2515.12.90.00; 2516.12.10.00;
2516.12.90.00; 2517.41.00.00; f’Kapitolu 25;
2708.10.00.00 f’Kapitolu 27;
2801.10.00.00; 2807.00.10.00; 2809.20.00.00;
2811.21.00.00; 2811.22.00.00; 2815.11.00.00;
2817.00.00.00; 2819.90.00.00; 2823.00.00.00;
2827.20.00.00; 2827.33.00.00; 2828.90.00.10;
2828.90.00.90; 2832.10.00.00; 2833.11.00.00;
2833.19.00.00; 2835.22.00.00; 2835.31.00.00;
2836.20.00.00; 2836.40.00.00; 2836.50.00.00;
2839.11.00.00;  2839.19.00.00 f’Kapitolu 28;
2903.12.00.00; 2904.10.00.00; 2905.12.00.00;
2909.11.00.00; 2912.11.00.00; 2914.11.00.00;
2914.12.00.00; 2915.21.00.00; 2915.31.00.00;
2915.33.00.00; 2915.34.00.00; 2915.39.90.00;
2915.50.00.00; 2915.60.10.00; 2915.70.25.00;
2916.19.90.00; 2917.11.00.00; 2918.12.00.00;
2918.13.00.00; 2918.14.00.00; 2918.15.00.00;
2923.90.00.00;  2934.90.40.00 f’Kapitolu 29;
3207.40.90.00; 3212.90.39.00; 3215.11.00.00;
3215.19.00.00 f’Kapitolu 32;
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        45
3302.10.10.10; 3302.90.10.00 f’Kapitolu 33;
3401.20.10.10 f’Kapitolu 34;
3701.30.00.00; 3702.43.00.00; 3702.44.00.00;
f’Kapitolu 37;
38.23 f’Kapitolu 38;
39.01 sa 39.15 f’Kapitolu 39;
4005.20.00.00 f’Kapitolu 40;
Kapitolu 41;
44.01 sa 44.06; 4407.10.71.00; 4407.10.79.00;
4407.10.91.00; 4407.10.93.00; 4407.10.99.00;
4407.24.90.00; 4407.25.60.00; 4407.25.80.00;
4407.26.70.00; 4407.26.80.00; 4407.29.61.00;
4407.29.69.00; 4407.29.99.00; 4407.91.90.00;
4407.92.90.00; 4407.99.91.00; 4407.99.93.00;
4407.99.98.00 f’Kapitolu 44;
Kapitolu 47;
48.01 sa 48.05 u 4809.20.10.00;
Intestatura 48.10 iżda esklużi oġġetti li jaqgħu taħt is-
subintestatura 4810.99.90.10;
4811.21.00.00; 4811.29.00.00; 4811.31.00.00;
4811.39.00.00;  4811.90.90.00 f’Kapitolu 48;
50.01 sa 50.05 f’Kapitolu 50;
51.01 sa 51.08 f’Kapitolu 51;
52.01; 52.02; 52.03; 5204.11.00.00; 5204.19.00.00;
52.05 u 52.06 f’Kapitolu 52;
5401.10.11.00; 5401.10.19.00; 5401.20.10.00; 54.02 u
54.04 f’Kapitolu 54;
55.01 sa 55.07; 5508.10.11.00; 5508.10.19.00;
5508.20.10.00; 55.09; 55.10 f’Kapitolu 55;
5605.00.00.00 f’Kapitolu 56;
6406.20.10.00; 6406.20.90.00; 6406.99.60.00;
f’Kapitolu 64;
7019.31.00.00 f’Kapitolu 70;
7205.10.00.00; 7210; 72.13 sa 7216 f’Kapitolu 72 iżda
esklużi oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestaturi
7216.32.11.00; 7296.32.19.00; 7216.32.91.00;
7216.32.99.00;7216.33.10.00; 7216.33.90.00;
7408.19.10.00; 7408.19.90.00; 7413.00.91.00
f’Kapitolu 74;
76.01; 7604.10.90.00; 7604.21.00.00; 7604.29.90.00
f’Kapitolu 76;
8401; 8402; 8405; 8406; 8410; 8411; 8416; 8417;
8419.20.00.00; 8420; 8421.11.00.00; 8422.20.00.00;
8423.20.00.00; 8423.30.00.00; 8423.82.10.00;
8423.82.90.00; 8423.89.10.00; 8423.89.90.00;
  46      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
8425.20.00.00; 8425.31.10.00; 8425.31.90.00;
8425.39.10.00; 8425.39.91.00; 8425.39.99.00; 8426;
8427; 8428.20.10.00; 8428.20.30.00; 8428.20.91.00;
8428.20.99.00; 8429; 8430; 8432; 8433; 8434; 8435;
8436; 8437; 8438; 8439; 8440; 8441; 8442;
8443.11.00.00; 8443.12.00.00; 8443.19.10.00;
8443.19.31.00; 8443.19.35.00; 8443.19.39.00;
8443.19.90.00; 8443.21.00.00; 8443.29.00.00;
8443.30.00.00; 8443.40.00.00; 8443.59.20.00;
8443.59.80.00; 8443.60.00.00; 8443.90.10.00;
8443.90.90.00; 8444; 8445; 8446; 8447; 8449;
8452.21.00.00; 8452.29.00.00; 8453; 8454; 8455;
8456; 8457; 8462; 8463; 8464; 8474; 8475; 8477;
8478; 8479.10.00.00; 8479.20.00.00; 8479.30.10.00;
8479.30.90.00; 8479.40.00.00; 8479.50.00.00;
8479.89.30.00; 8479.89.65.00; 8479.89.70.00;
8479.89.75.00; 8480 f’Kapitolu 84;
90.03 f’Kapitolu 90.
Kap. 337.
(e) "Oġġetti li jintużaw biss fl-agrikoltura u fis-sajd"
tfisser l-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana li
hemm fl-Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni li għandhom is-subintestaturi li ġejjin:
2703 f’Kapitolu 27; Kapitolu 31; 3808.20.10.00;
3808.20.15.00; 3808.20.30.00; 3808.20.40.00;
3808.20.50.00; 3808.20.60.00; 3808.20.80.00;
3808.30.11.00; 3808.30.13.00; 3808.30.15.00;
3808.30.17.00; 3808.30.21.00; 3808.30.23.00;
3808.30.27.00; 3808.30.30.00; 3808.30.90.00
f’Kapitolu 38; 3917.10.10.00; 3917.10.90.00;
3917.32.91.00 f’Kapitolu 39; 5608.11.11.00;
5608.11.19.00; 5608.11.91.00; 5608.11.99.00
f’Kapitolu 56; 8208.40.00.00 f’Kapitolu 82;
8424.81.10.00; 8424.81.31.00; 8424.81.39.00;
8424.81.91.00; 8424.81.99.00; 8432; 8433; 8434;
8436; 8437.10.00.00 f’Kapitolu 84; 8701.90.11.00;
8701.90.15.00; 8701.90.21.00; 8701.90.25.00;
8701.90.31.00; 8701.90.35.00; 8701.90.39.00;
8701.90.50.00 f’Kapitolu 87; 8902 f’Kapitolu 89.
(f) "Istituzzjoni li ma tagħmilx profitt" jew
"organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt" tfisser
istituzzjoni jew organizzazzjoni:
(i) li l-għanijiet tagħha jinsabu mfissra sew fl-
istatut tagħha;
(ii) li l-għanijiet tagħha jeskludu b’mod ċar l-għemil
ta’ profitt;
(iii) li l-istatut tagħha jkun jipprovdi li ebda parti
mill-qligħ jew proprjetà  tagħha ma jkun
disponibbli b’ mod sew dirett sew mhux dirett
għal xi membru, proprjetarju jew azzjonist;
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        47
(iv) li, fil-fehma tad-Direttur, tkun immexxija u
amministrata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
istatut tagħha u bil-għan ta’ l-iskopijiet minnha
dikjarati;
(v) li ma tfittixx li b’mod sistematiku tagħmel xi
profitt.
  48      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
Emendata:
A.L. 99 ta’ l-1997;
A.L.124 ta’ l-1997;
A.L.203 ta’ l-1997;
A.L. 1 ta’ l-1998;
A.L.248 ta’ l-1998;
A.L. 37 ta’ l-2000.
It-Tielet Skeda
(Artikolu 20)
SERVIZZI EŻENTATI
1. Servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ esportazzjonijiet u
importazzjonijiet
(1) Il-provvista ta’ servizzi li fl-opinjoni tad-Direttur tkun
tifforma parti integrali mill-proċess tal-produzzjoni ta’
ikel jew farmaċewtiċi jew ta’ xi prodott jew xi servizz
maħsub biex jiġi esportat jew il-bejgħ ta’ prodotti jew
il-provvisti ta’ servizzi barra minn Malta.
(2) Il-provvista ta’ servizzi lil persuna stabbilita barra
minn Malta li jikkonsistu f’xogħol fuq proprjetà
mobbli tanġibbli li tkun importata bil-għan li jsir dak
ix-xogħol fuqha f’Malta u li tkun esportata minn Malta
mill-persuna li tkun għamlet il-provvista ta’ dawk is-
servizzi jew mill-klijent tagħha. 
(3) Il-provvista ta’ servizzi lil persuna stabbilita barra
minn Malta fil-ksib ta’ l-importazzjoni ta’ oġġetti
ġewwa Malta.
2. Servizzi lil klijenti barra minn Malta
Il-provvista ta’ kull servizz elenkat f’dan il-paragrafu meta
l-persuna li għaliha jintgħamlu ma tkunx residenti f’Malta:
(a) servizzi ta’ reklamar;
(b) servizzi ta’ konsulenti, inġinieri, bureaus ta’
konsulenza, avukati, prokuraturi legali, nutara
pubbliċi, accountants, awdituri, konsulenti finanzjarji,
data processing u l-provvista ta’ informazzjoni;
(ċ) obbligazzjonijiet biex wieħed jieqaf milli jwettaq jew
jeżerċita għal kollox jew f’parti xi attività  tan-negozju;
(d) transazzjonijiet bankarji, finanzjarji, ta’ assigurazzjoni
u ri-assigurazzjoni, minbarra l-kiri ta’ fond sabiex fih
jiġu depożitati b’mod fiż-żgur xi oġġetti jew
dokumenti;
(e) il-provvista ta’ riżorsi umani;
(f) is-servizzi ta’ aġent li jaġixxi f’isem u minflok
ħaddieħor, meta huwa jipprokura għall-prinċipal
tiegħu xi wieħed mis-servizzi msemmija f’din il-
partita.
3. Servizzi fil-port u fil-Port Ħieles
Kap. 352.
(1) Il-provvista ta’ kull servizzi mill-Awtorità  Marittima
ta’ Malta, inkluż il-ħruġ ta’ liċenzi u ċertifikati, li
għandhom x’jaqsmu ma’ kull m’għandu x’jaqsam ma’
portijiet u ċentri tal-yachting, skond l-Att dwar l-
Awtorità  Marittima ta’ Malta, u r-regolamenti
magħmula taħt l-istess Att, jew skond xi ftehim
speċjali milħuq mill-imsemmija Awtorità  għar-rigward
ta’ kull ħaġa msemmija f’dawk ir-regolamenti u li jkun
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        49
jipprovdi għal xi ħlasijiet minflok xi rati li jinġabru
taħt dawk l-istess regolamenti.
Kap. 171.
(2) Il-provvista ta’ kull servizzi mill-Awtorità  Marittima
ta’ Malta, inkluż il-ħruġ ta’ liċenzi u ċertifikati, li
għandhom x’jaqsmu ma’ kull ħaġa li għandha
x’taqsam ma’ xogħol fil-port, skond l-Ordinanza dwar
il-Ħaddiema tal-Port u ta’ kull regolamenti magħmula
taħt dik l-Ordinanza jew skond xi ftehim speċjali
magħmul mill-imsemmija Awtorità  fir-rigward ta’ kull
ħaġa msemmija f’dawk ir-regolamenti u li jkun
jipprovdi għal xi ħlasijiet minflok xi rati li jinġabru
taħt dawk l-istess regolamenti.
Kap. 234.
(3) Il-provvista ta’ kull servizz mill-Awtorità  Marittima
ta’ Malta, inkluż l-għoti ta’ ċertifikati u reġistrazzjoni,
li għandha x’taqsam mar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti
skond l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u kull
regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ l-istess Att.
Kap. 334.
(4) Il-provvista ta’ kull servizz minn jew lil kumpannija
f’żona ta’ port ħieles kif imfissra fl-Att dwar il-
Portijiet Ħielsa ta’ Malta, meta dik il-provvista tkun
tikkostitwixxi attività  li dik il-kumpannija jkollha
liċenza li twettaq skond l-imsemmi Att.
Kap. 334.
(5) Il-provvista ta’ servizzi minn kuntrattur f’żona ta’ Port
Ħieles kif stabbilit bl-Att dwar Portijiet Ħielsa ta’
Malta, lill-Korporazzjoni mwaqqfa taħt dak l-Att, jew
lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha f’dak li għandu
x’jaqsam mal-bini tat-Terminal II.
4. Trasport internazzjonali
Il-provvista ta’ servizzi li jikkonsistu fit-trasport
internazzjonali ta’ oġġetti u passiġġieri.
5.  Provvisti, tiswija, eċċ., ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru
(1) Il-proviżjonament, tiswija, tibdil, chartering u kiri ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru msemmija fil-
paragrafu (1) tal-partita 3 tat-Tieni Skeda li tinsab ma’
dan l-Att, u l-proviżjonament, kiri, tiswija u
manutenzjoni ta’ tagħmir, inkluż tagħmir tas-sajd,
inkorporati jew użati fihom.
(2) Il-provvista ta’ servizzi, minbarra dawk imsemmija fil-
paragrafu (1) ta’ din il-partita, sabiex jitwettqu il-
ħtiġiet diretti tal-bastimenti u inġenji ta’ l-ajru
msemmija f’dak il-paragrafu jew tal-merkanzija
tagħhom.
6. Ikel
Il-provvista ta’ kull ikel, kif imfisser fit-Tieni Taqsima tat-
Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, minbarra provvista ta’ ikel li
tkun suġġetta għat-taxxa skond l-artikolu 18.
  50      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
7. Saħħa u Welfare
Kap. 31.
(1) Il-provvista ta’ servizzi minn persuna fl-eżerċizzju ta’
professjoni regolata bl-Ordinanza dwar il-Professjoni
Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha.
(2) L-għoti ta’ kura jew trattament mediku jew kirurġiku
f’xi sptar jew istituzzjoni tal-Gvern jew f’xi sptar
ieħor jew istituzzjoni oħra approvati mill-Ministru
għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
(3) Il-provvista ta’ servizzi tal-welfare, magħdudin
servizzi mogħtija minn djar għal persuni anzjani u djar
għal persuni li jbatu minn xi inkapaċità  fiżika jew
mentali permanenti u servizzi għall-protezzjoni u
ħarsien tat-tfal, żgħażagħ u persuni li jbatu minn xi
inkapaċità  fiżika jew mentali permanenti, mogħtija
minn xi istituzzjoni tal-Gvern jew minn istituzzjoni
jew organizzazzjoni li jingħataw għarfien mid-Direttur
bħala istituzzjoni li m’għandix l-għan li tagħmel
profitt jew approvati mill-Ministru għall-finijiet ta’
dan il-paragrafu bħala istituzzjoni li l-attivitajiet
tagħha jaqgħu fi ħdan il-policy soċjali u ta’ welfare tal-
gvern.
(4) Il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport għall-morda, miġruħin
jew persuni b’diżabilità  f’vetturi attrezzati proprju għal dak l-għan.
8. Edukazzjoni
Kap. 327. 
(1) Il-provvista ta’ edukazzjoni jew riċerka edukattiva,
inkluż distance learning, minn skola jew istituzzjoni
tal-gvern, mill-Università  ta’ Malta, minn skola jew
istituzzjoni reġistrata taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni
jew minn xi stabbiliment edukattiv li jkollu għarfien
bħala ħekk mid-Direttur.
(2) Il-provvista ta’ edukazzjoni jew riċerka edukattiva,
inkluż distance learning, tax-xorta provduta minn
skola jew Università , jew ta’ tagħlim reliġjuż, minn
istituzzjoni li ma jkollhiex bħala għan li tagħmel il-
profitt u li jkollha dan l-għarfien mid-Direttur.
(3) Tagħlim privat mogħti minn għalliema li jaġixxu
f’kapaċità  individwali f’suġġetti li s-soltu jiġu
mgħallma fil-kors ta’ edukazzjoni provduta minn skola
jew Università  iżda eskluż it-tagħlim ta’ attivitajiet
jew dixxiplini rikreattivi, fiżiċi jew sportivi.
9. Trasport
Il-provvista ta’ -
(a) trasport provdut mix-scheduled bus service li jkun
jikkonsisti fi vjaġġi scheduled fuq rotot scheduled;
(b) vjaġġi bil-baħar scheduled bejn gżira u oħra provduti
minn trasportaturi awtorizzati, u servizzi scheduled ta’
trasport bil-baħar oħra li għandhom l-għarfien bħala
hekk mid-Direttur;
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        51
(ċ) trasport għal skola provdut minn stabbiliment
edukattiv li għandu l-għarfien bħala hekk tad-Direttur
jew li jiġi provdut lil xi stabbiliment bħal dak bil-għan
li jiġi provdut minnu bħala trasport għal skola;
(d) trasport provdut jew organizzat minn prinċipal jew
minn uffiċċju ċentrali biex jittrasporta l-impjegati
minn u lejn il-post tax-xogħol tagħhom u li għandu l-
għarfien bħala hekk mid-Direttur;
(e) trasport provdut għall-ġarr ta’ oġġetti bejn il-fabbrika
u l-port jew mitjar f’dawk il-każijiet jew dwar dawk l-
oġġetti jew klassijiet ta’ oġġetti hekk kif id-Direttur
jista’ jidhirlu xieraq u li jiċċertifika bil-għan li
jinkoraġġixxi l-esportazzjoni jew is-sostituzzjoni ta’
importazzjoni;
(f) għall-fini ta’ dawn id-disposizzjonijiet, "uffiċċju
ċentrali" għandu jkollu t-tifsira mogħtija bl-Avviż
Legali Nru. 144 ta’ l-1991.
10. Servizzi ta’ Investiment
Kap. 370.
Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment.
Kap. 364.
Kap. 330.
Kap. 331.
(2) Il-provvista ta’ kull servizz minn persuni li għalihom
jirreferu l-artikolu 47(3) u (4) ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti kif imsaħħaħ b’dik id-
dokumentazzjoni relevanti li d-Direttur jista’ jeħtieġ u
kumpanniji u trusts reġistrati skond l-Att dwar l-
Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u l-Att
dwar it-Trusts, rispettivament.
11. Proprjetà  immobbli
(1) Il-kiri ta’ proprjetà  immobbli minbarra -
Kap. 197.
Kap. 240.
(a) il-kiri jew l-għoti ta’ akkomodazzjoni f’kull fond li
għall-għan ta’ dak il-kiri jew ta’ dik l-akkomodazzjoni
jeħtieġ li jkollu liċenza bis-saħħa ta’ l-Att dwar il-
Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel jew ta’ l-
Att dwar il-Guest Houses u Postijiet Furnished għall-
Btala jew ġewwa holiday camp jew camping site,
minbarra l-provvista ta’ akkomodazzjoni lil persuni
barranin li jkunu jgawdu privileġġi diplomatiċi
f’Malta;
(b) il-kiri ta’ fondi u siti għall-parkeġġar ta’ vetturi meta
dawk il-fondi jew siti jkunu ġew dikjarati mid-Direttur
li huma parking areas jew li jmisshom jitqiesu bħala
hekk skond dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu
preskritti;
(ċ) il-kiri ta’ tagħmir u makkinarju istallat b’mod
permanenti.
Kap. 16.
(2) It-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli, inkluż kull dritt
imsemmi fl-artikolu 310(a), (b) u (ċ) tal-Kodiċi Ċivili u kull għotja
  52      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
enfitewtika, iżda eskluża għotja enfitewtika għal inqas minn
ħamsin sena dwar xi proprjetà  msemmija fis-sub-paragrafi (a), (b)
u (ċ) ta’ din il-partita.
(3)Financial leasing minn bank kummerċjali ta’ tagħmir,
impjant u makkinarju wżat fil-produzzjoni ta’ oġġetti jew fil-
provvista ta’ servizzi.
12. Servizzi ta’ assigurazzjoni
Il-provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni u ri-
assigurazzjoni, inklużi servizzi relatati li jitwettqu minn brokers u
aġenti ta’ l-assigurazzjoni.
13. Servizzi ta’ kreditu, bankarji u oħrajn
Il-provvista ta’ kreditu, servizzi bankarji u servizzi oħra
speċifikament għal dak li għandu x’jaqsam ma’:
(1) imgħax impost fuq self jew għoti ta’ kreditu;
(2) imgħax impost fuq l-għoti ta’, jew negozjar f’garanziji
ta’ kreditu jew kull garanzija oħra għall-flus;
(3) transazzjonijiet, inkluża kull negozjazzjoni, dwar il-
flus, biljetti ta’ flus u muniti li normalment jintużaw
bħala valuta legali:
Iżda ebda ħaġa f’din il-partita m’għandha ssir b’mod li
jolqot id-disposizzjonijiet tal-partita 10 ta’ din l-Iskeda.
14. Servizzi postali
Il-provvista ta’ servizzi mis-servizzi postali pubbliċi u ta’
oġġetti inċidentali għalihom.
15. Servizzi kulturali u reliġjużi
(i) Servizzi reliġjużi
(ii) Il-provvista ta’ dawk is-servizzi kulturali li
jistgħu jiġu approvati mill-Ministru.
16. Servizzi minn każini tal-banda
Il-provvista ta’ servizzi li tikkonsisti f’esekuzzjonijiet
pubbliċi minn soċjetà  filarmonika sakemm id-Direttur ikun
sodisfatt li tkun tikkostitwixxi każin tal-banda bona fide.
17. Sports
Il-provvista ta’ servizzi minn organizzazzjonijiet sportivi li
ma jagħmlux profitt kif tista’ tiġi approvata mill-Ministru.
18. Servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti servizzi eżentati
(1) Il-provvista ta’ riżorsi umani minn istituzzjoni li ma
tagħmilx profitt li jkollha dak l-għarfien mid-Direttur
bil-għan li tipprovdi servizzi msemmijin fil-paragrafu
(2) jew (3) tal-partita 7 jew fil-paragrafu (1) jew (2)
tal-partita 8 ta’ din l-Iskeda.
(2) Il-provvista ta’ servizzi minn organizzazzjoni li ma
tagħmilx profitt fil-kors ta’ attività  maħsuba għall-ġbir
ta’ fondi biex jintużaw għall-provvista ta’ servizzi li
huma eżentati skond il-paragrafu (2) jew (3) tal-partita
TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA ġ KAP. 395.        53
7 jew fil-paragrafu (1) jew (2) tal-partita 8, sakemm
dik l-attività  jkollha l-għarfien tad-Direttur li tkun
b’mod esklużiv maħsuba għal dak il-għan.
19. Servizzi minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt
lill-membri tagħhom
Il-provvista ta’ servizzi għal benefiċċju tal-membri
tagħhom wara li jsir ħlas li jiġi stabbilit skond ir-regoli ta’
organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt b’għanijiet ta’ xorta
politika, ta’ trade union, patrijottika, filosofika, filantropika jew
ċivika jew li l-għan ewlieni tagħhom ikun li jippreżentaw u jġibu ’l
quddiem is-sehem komuni jew interessi professjonali tal-membri
tagħhom; iżda f’kull każ meta, fil-fehma tal-Ministru, din l-
eżenzjoni x’aktarx tikkaġuna tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, dik l-
eżenzjoni għandha tkun suġġetta għal dawk l-eċċezzjonijiet jew
limitazzjonijiet li l-Ministru jista’ b’ordni bil-miktub jistabbilixxi.
20. Servizzi li jingħataw minn dipartimenti tal-gvern u kull
awtorità  pubblika oħra
(1) Il-provvista ta’ kull servizz minn xi dipartiment tal-
gvern u kull awtorità  pubblika oħra minbarra l-
provvista ta’ kull servizz meta dik l-eżenzjoni tista’
toħloq tgħawwiġ konsiderevoli fil-kompetizzjoni.
(2) Il-provvista ta’ servizzi ta’ aġenzija li għandhom
x’jaqsmu mal-lottu u l-lotteriji, u dawk il-provvisti l-
oħra li jkollhom x’jaqsmu mal-logħob ta’ l-azzard
hekk kif il-Ministru jista’ japprova.
21. Servizzi fi ħdan l-istess grupp.
Kap. 364.
Il-provvista ta’ kull servizz minn kumpannija waħda lill-
oħra meta ż-żewġ kumpanniji jkunu membri ta’ l-istess grupp ta’
kumpanniji kemm-il darba d-Direttur ikun sodisfatt li l-ħolqien ta’
kumpannija jew kumpanniji fi ħdan il-grupp ikollu bħala skop
ewlieni tiegħu l-evażjoni tat-taxxa; u għal dan il-għan "grupp ta’
kumpanniji" jkollha l-istess tifsira mogħtija lill-istess frażi bl-
artikolu 42 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
22. Servizzi barranin relatati
Kull servizz li għalih jirreferi l-artikolu 22(2) ta’ l-Att li
jkun servizz -
(a) magħmul fiżikament barra minn Malta; jew
(b) li jkun jikkonsisti fil-provvista ta’ l-użu ta’ xi prodott
taxxabbli.
23. Servizzi minn organizzazzjonijiet kontrollati mill-Gvern
Il-provvista ta’ servizzi minn organizzazzjonijiet
kontrollati mill-Gvern li jwettqu attivitajiet ta’ telekomunikazzjoni,
iżda b’esklużjoni tal-provvista ta’ kull servizz meta dik l-eżenzjoni
x’aktarx toħloq tgħawwiġ konsiderevoli fil-kompetizzjoni.
  54      KAP. 395. ħ       TAXXA TAD-DWANA U TAS-SISA
Ir-Raba’ Skeda
(Artikolu 19 (e))
Provvista ta’ ikel suġġett għat-Taxxa tas-Sisa fuq is-Servizzi
1. (1) Il-provvista ta’ ikel li jkun tajjeb għall-konsum
immedjat, sew jekk dak l-ikel jiġi kunsmat fil-post fejn ikun
provdut sew jekk le, li jikkonsisti fi:
(a) ikliet jew snacks;
(b) ġelat jew prodotti li jkun fihom il-ġelat barra minn
family packs, u lollipops tas-silġ;
iżda esklużi:
(i) il-provvista ta’ ikel fi club li jservi ikel
esklużivament lill-membri u mistednin tagħhom;
(ii) il-provvista ta’ ikel minn canteen li jkun jinsab
f’area ta’ xogħol jew studju u li jiġi
esklużivament servut lil ħaddiema jew studenti
f’dak il-post.
(2) Għall-finijiet tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita -
(a) "ikliet jew snacks" tfisser u tinkludi:
(i) ikliet sħan jew kesħin inklużi antipasto u
deżerta;
(ii) sandwiches, toast, chips tal-patata, sausage
rolls, pizza, pastizzi, qassatat u snacks simili;
(iii) gallettini, kejkijiet, ħelu u oġġetti simili, iżda
esklużi dawk siġillati f’pakketti mill-manifattur
u provduti f’dak il-pakkett siġillat oriġinali, u
dawk l-oġġetti li kull wieħed waħdu jiżen 500
gramma jew aktar;
(b) "family packs" tfisser ġelati ta’ volum ta’ mhux anqas
minn 500 millilitru;
(c) "membri" tfisser persuni li jkunu soċji ta’ club u li
jkollhom il-miżata tagħhom imħallsa bil-quddiem għal
perijodu ta’ mhux anqas minn sena u li isimhom ikun
jidher fuq il-kotba jew reġistri tal-club;
(d) "mistednin" tfisser persuni li jkunu akkumpanjati minn
xi membru waqt li jkunu fil-club.
2. Il-provvista ta’ servizzi ta’ catering inkluż outside
catering, iżda eskluża l-provvista ta’ servizzi ta’ catering
f’riċeviment ta’ tieġ.
