AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAġKAP. 396. 1
KAPITOLU 396
ATT DWAR L-AWDITUR ĠENERALI U 
L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
Dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li
jistabbilixxi d-dmirijiet ta’ Awditur Ġenerali u l-mod kif l-Awditur
Ġenerali jagħmel rapporti lill-Parlament, u li jipprovdi għall-mod kif
għandhom jingħataw flejjes lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-mod li
bih il-kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għandhom jiġu
verifikati u jsir rapport dwarhom, kif ukoll kull ħaġa anċillari u
konsegwenzjali għal dan.
25 ta’ Lulju, 1997
Sar liġi bl-ATT XVI ta’ l-1997, kif emendat bl-Att XIV ta’ l-1999.
Titolu fil-qosor.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Tifsir. 
xort’ oħra -
"Awditur Ġenerali" u "Deputat Awditur Ġenerali" ifissru l-
Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali maħtura skond l-
artikolu 108 tal-Kostituzzjoni;
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika" tfisser l-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Verifika mwaqqaf bl-artikolu 108 tal-Kostituzzjoni.
Ġurament tal-
kariga.
3. L-Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali
għandhom jieħdu dan il-ġurament tal-kariga:
"Jien ........................................ naħlef li se nwettaq il-
funzjonijiet ta’ Awditur Ġenerali/Deputat Awditur Ġenerali
onestament u diliġentement, skond il-Kostituzzjoni u kull liġi oħra
li tista’ tkun tapplika għal dan minn żmien għal żmien u mingħajr
biża’ jew favur u mill-aħjar li nista’.".
Setgħa li l-Awditur 
Ġenerali jagħti 
ġuramenti, eċċ.
Kap. 273.
4. L-Awditur Ġenerali jista’ jeżamina, f’dak li għandu
x’jaqsam mal-funzjonijiet tiegħu skond il-Kostituzzjoni jew kull
liġi oħra, lil persuna bil-ġurament dwar kull ħaġa li jkollha
x’taqsam ma’ xi kont li jkun jaqa’ taħt il-verifika tiegħu u huwa
jkollu setgħat kollha daqskemm bis-saħħa ta’ l-Att dwar l-Inkjesti
huma mogħtija liċ-chairman ta’ bord ta’ inkjesta bis-saħħa ta’ dak
l-Att, u d-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att għandhom ikunu japplikaw
għall-Awditur Ġenerali fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu hawn
aktar qabel imsemmija bħallikieku kien chairman maħtur skond dak
l-Att.
Mod kif l-Awditur 
Ġenerali jagħmel 
rapport lill-
Parlament.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att għandhom ikunu japplikaw għar-rapporti li l-Awditur Ġenerali
għandu jagħmel lill-Parlament skond l-artikolu 108 tal-
Kostituzzjoni.
2 KAP. 396.ħ AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
Għoti ta’ flejjes, 
eċċ., lill-Uffiċċju 
Nazzjonali tal-
Verifika.
Emendat:
XIV. 1999.4.
6. (1) Id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att għandhom ikunu japplikaw għar-reklutaġġ ta’ persunal fl-
Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, għas-setgħat ta’ l-Awditur
Ġenerali u ta’ l-uffiċċju tiegħu, għall-għoti ta’ flejjes lill-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika, għaż-żamma ta’ kontijiet f’dak l-uffiċċju u
għall-verifika sew tagħhom.
(2) Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar 1-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Verifika mwaqqaf taħt it-Taqsima IV tat-Tieni Skeda li tinsab ma’
dan 1-Att għandu jkollu s-setgħat u 1-funzjonijiet stabbiliti fl-
imsemmija Tieni Skeda kif ukoll dawk is-setgħat u funzjonijiet
oħra kollha li jistgħu jiġu lilu assenjati b’kull liġi oħra li tkun.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 5)
Rapporti ta’ l-Awditur Ġenerali
1. (a) L-Awditur Ġenerali għandu jagħmel dawk l-eżamijiet
u inkjesti fil-kontijiet tad-dipartimenti jew uffiċċji
kollha tal-Gvern ta’ Malta, jew ta’ dawk il-korpi l-oħra
li hu tenut li jirrapporta dwar il-kontijiet tagħhom
skond kull liġi, hekk kif jidhirlu li jkun meħtieġ sabiex
ikun jista’ jirrapporta dwarhom kif meħtieġ li jagħmel
bil-Kostituzzjoni jew b’kull liġi oħra.
Kap. 174.
(b) L-Awditur Ġenerali għandu jispezzjona mill-inqas
darba ta’ kull sena kull titolu miżmum f’Malta u
għandu jivverifika l-prospett ta’ x’ikunu jirrendu ta’
kull sena t-titoli kollha miżmuma f’Malta u barra minn
Malta li jitħejja mill-Accountant General  skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u l-Verifika.
Kap. 174.
(ċ) L-Awditur Ġenerali għandu jeżamina flimkien mal-
kotba tat-Teżor id-dikjarazzjonijiet li l-Accountant
General hu meħtieġ li jħejji u jgħaddilu skond l-Att
dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika;
huwa għandu jiċċertifikahom u jibgħathom lura lill-
Accountant General fi żmien ġimgħatejn minn meta
jkunu waslu għandu.
(d) Jekk l-Awditur Ġenerali jagħmel xi oġġezzjoni għal xi
parti minn dawk id-dikjarazzjonijet, huwa għandu
jiċċertifika dan billi jagħmel fuqhom dawk ir-rimarki
li huwa jaħseb li jkunu adatti, u d-dikjarazzjonijiet
għandhom jiġu pubblikati u mqegħdin fuq il-Mejda
tal-Kamra tad-Deputati flimkien ma’ dawn ir-rimarki.
Kap. 174.
(e) L-Awditur Ġenerali għandu jeżamina d-
dikjarazzjonijiet u l-kontijiet imħejjijin u lilu mibgħuta
mill-Accountant General skond ma hemm fl-Att dwar
l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika u għandu
jagħmel rapport skond ma hemm provdut u hu meħtieġ
b’dan l-Att, bl-Att dwar l-Amministrazzjoni
AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAġKAP. 396. 3
Finanzjarja u l-Verifika u ta’ kull regolament magħmul
bis-saħħa tagħhom, jew hekk kif l-Awditur Ġenerali
jista’ jaħseb li jkun sewwa u xieraq.
Kap. 174.
2. L-Awditur Ġenerali għandu jeżamina, b’mod partikolari,
dawk il-kotba u notamenti li d-dipartimenti tal-Gvern huma
meħtieġa li jżommu bl-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u
l-Verifika jew bis-saħħa tiegħu jew b’kull liġi oħra li tista’ minn
żmien għal żmien temenda, tissupplimenta jew tissostitwixxi dak l-
Att, u għandu f’dak ir-rapport jiddikjara l-fehma tiegħu dwar jekk
dawk il-kotba u notamenti jkunx tassew fihom dak it-tagħrif li jkun
meħtieġ skond policies dikjarati dwar il-verifika tal-Gvern ta’
Malta.
3. L-Awditur Ġenerali jista’ jeżamina jekk dipartiment,
uffiċċju jew korp ieħor li jkun qiegħed jivverifika l-kontijiet
tagħhom ikunux użaw il-fondi u r-riżorsi disponibbli b’mod
effettiv, effiċjenti u ekonomiku mingħajr ma jinkorru xi spiża li ma
tkunx meħtieġa.
4. Ebda ħaġa fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda ma għandha
tiftiehem li tagħti jedd lill-Awditur Ġenerali li jidħol fil-meriti ta’
xi policy jew għan ta’ dak id-dipartiment, uffiċċju jew korp.
5. L-Awditur Ġenerali għandu ta’ kull sena jagħmel rapport
lill-Kamra tad-Deputati dwar: 
(i) ix-xogħol u l-attivitajiet ta’ l-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika; u
(ii) jekk fil-qadi ta’ dmirijietu huwa jkunx irċieva l-
informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet kollha minnu
meħtieġa.
6. Kull rapport li jsir skond il-paragrafu 5 għandu jiġbed l-
attenzjoni għal kull ħaġa li l-Awditur Ġenerali jqis li jkollha ċertu
importanza u li tkun ta’ xorta li għandha tinġieb għall-attenzjoni
tal-Kamra tad-Deputati, inkluż b’mod partikolari kull każ li fih
seta’ osserva illi -
(i) l-kontijiet u n-notamenti ma jkunux inżammu
fedelment u b’mod xieraq jew li ma jkunx
ingħata kont sew ta’ flejjes pubbliċi jew li dawn
ma jkunux tħallsu fil-Fond Konsolidat kif jista’
jkun meħtieġ bil-liġi;
(ii) ma jkunux inżammu notamenti essenzjali jew li
r-regoli u l-proċeduri applikati ma kienux
suffiċjenti sabiex jissalvagwardjaw u
jikkontrollaw il-proprjetà pubblika, sabiex
jassiguraw verifika effettiva fuq l-istima, il-ġbir
u l-allokazzjoni xierqa tad-dħul u sabiex
jiżguraw li kull nefqa tkun saret skond kif tkun
awtorizzata li ssir;
Kap. 174.
(iii) flejjes pubbliċi jkunu ntefqu għal għanijiet li ma
jkunux dawk li għalihom ikunu ġew approprjati
mill-Parlament jew b’xi mod ieħor li ma jkunx
skond l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja
u l-Verifika jew kull liġi oħra li tkun temenda,
4 KAP. 396.ħ AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
tissupplementa jew tissostitwixxi dak l-Att;
(iv) flejjes pubbliċi jkunu ntefqu b’mod mhux
ekonomiku jew mingħajr ma jkun tqies sew
kemm dak l-infiq seta’ kien effettiv u effikaċi;
(v) ma jkunux ġew stabbiliti proċeduri sodisfaċenti
sabiex jitqies u jiġi rappurtat kemm programmi
ta’ nfiq ikunu effettivi, meta dawk il-proċeduri
kellhom b’mod raġonevoli jiġu stabbiliti.
7. Kull rapport li jsir mill-Awditur Ġenerali skond il-
paragrafu 5 ta’ din l-Iskeda għandu jiġi preżentat lill-iSpeaker tal-
Kamra tad-Deputati mhux iżjed tard minn tnax-il xahar wara tmiem
is-sena finanzjarja li jkun qed isir rapport dwarha, u l-iSpeaker
għandu jqiegħed kull rapport bħal dak quddiem il-Kamra tad-
Deputati fis-seduta li jkun imiss tal-Kamra wara li huwa jkun
irċieva r-rapport.
8. (a) L-Awditur Ġenerali jista’ jagħmel rapporti speċjali
lill-Kamra tad-Deputati -
(i) dwar kull kwistjoni li jkollha ċertu importanza
jew urġenza; jew
(ii) fejn jittratta dwar verifika fuq jekk kienx hemm
valur tajjeb għal li jintefaq għar-rigward ta’ l-
effiċjenza u l-effettività ta’ xi dipartiment,
uffiċċju jew korp.
(b) L-iSpeaker għandu jqiegħed dak ir-rapport quddiem il-
Kamra tad-Deputati fl-ewwel seduta tal-Kamra li tkun
tmiss wara li jasallu r-rapport.
9. (a) L-Awditur Ġenerali jista’ sew personalment sew
permezz ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, bl-
inizjattiva ta’ l-Awditur Ġenerali nnifsu jew fuq talba
tal-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ta’ mill-
anqas tliet membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet
Pubbliċi jew ta’ xi Kumitat ieħor bħal dak tal-Kamra
tad-Deputati li minn żmien għal żmien jista’
jissostitwixxi lil dak il-Kumitat, jagħmel inkjesta u
jirrapporta dwar:
(i) kull ħaġa li jkollha x’taqsam mal-finanzi tal-
Gvern, proprjetà jew fondi amministrati jew taħt
il-kontroll ta’ xi dipartiment jew uffiċċju tal-
Gvern jew ta’ xi korp li l-kontijiet tiegħu ikunu
suġġetti għall-verifika tiegħu;
(ii) dawk il-kontijiet u rapporti finanzjarji li
jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati bis-
saħħa ta’ xi liġi jew skondha.
(iii) il-kontijiet ta’ dawk l-awtoritajiet pubbliċi jew
korpi li jamministraw, ikollhom f’idejhom jew
jużaw fondi li jappartjenu direttament jew
indirettament lill-Gvern ta’ Malta;
(iv) il-funzjonijiet ta’ kumpanniji jew entijiet oħra
fejn il-Gvern ta’ Malta jkollu mhux anqas minn
AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAġKAP. 396. 5
51 fil-mija ta’ l-ishma;
(v) kull ħaġa oħra kif jista’ jiġi stabbilit bi jew taħt
xi liġi.
(b) L-iSpeaker għandu jqiegħed dak ir-rapport quddiem il-
Kamra tad-Deputati fl-ewwel seduta tal-Kamra li tkun
tmiss wara li jasallu r-rapport.
(ċ) L-Awditur Ġenerali jista’ jagħti parir lil kull
dipartiment jew uffiċċju tal-Gvern, jew lil kull korp li
s-sub-paragrafu (a) ta’ dan il-paragrafu japplika
għalih, dwar kull ħaġa li tinkixef matul dik l-inkjesta.
10. (a) Meta l-Awditur Ġenerali jikxef xi irregolarità serja f’xi
dipartiment jew uffiċċju tal-Gvern, jew f’xi korp li
dwaru jkollu s-setgħa li jagħmel verifika, din għandha
titgħarraf mill-Awditur Ġenerali lill-Ministru
responsabbli għal dak id-dipartiment, uffiċċju jew korp
tal-Gvern.
Kap. 174.
(b) (i) L-Awditur Ġenerali jista’ jagħmel rapport lill-
iSpeaker dwar kull persuna li tkun qed twettaq
dmirijietha f’dak id-dipartiment jew uffiċċju tal-
Gvern, jew korp li dwaru jkollu s-setgħa li
jagħmel verifika, u li jonqos milli jħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ l-Att dwar
l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, jew
ta’ xi regolament magħmul bis-saħħa tagħhom.
Kap. 174.
(ii) L-Awditur Ġenerali għandu jagħmel rapport fuq
dik il-persuna lill-Ministru responsabbli għal
dak id-dipartiment, uffiċċju jew korp tal-Gvern
u jista’ jirrakkomanda li l-Ministru jaddebita lil
dik il-persuna bl-ammont ta’ diżavvanz jew telf
jew pagament mhux dovut li jirriżulta min-
nuqqas ta’ tħaris ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att, jew ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u l-Verifika, jew ta’ xi regolament
magħmul bis-saħħa tagħhom.
(iii) Kull min iħoss ruħu aggravat bl-addebitament li
jsirlu jkollu jedd jikkontesta dak l-addebitament
billi jistitwixxi kawża kontra l-Ministru fil-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili mhux aktar tard minn
xahar wara li jkun ingħatalu avviż ta’ l-
addebitament, u dak l-addebitament m’għandux
jibda jseħħ qabel ma jiskadi xahar jew f’dak iż-
żmien li matulu tkun għadha pendenti dik il-
kawża fil-qorti.
(iv) L-Awditur Ġenerali għandu jagħmel rapport
dwar persuna li b’qerq tapplika jew li b’qerq
tikkaġuna jew tippermetti li jiġu applikati flejjes
pubbliċi għal skopijiet oħra li mhumiex ta’
servizz pubbliku, jew li jkun għandu jrodd jew
jagħti flejjes pubbliċi, lill-Ministru, li mbagħad
għandu jieħu dawk il-passi li jista’ jqis xierqa
sabiex jitmexxa kontra dik il-persuna skond il-
6 KAP. 396.ħ AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
liġi; iżda ebda ħaġa li tinsab f’dan il-paragrafu
m’għandha żżomm li jinbdew proċedimenti
kontra dik il-persuna minn xi persuna oħra li ma
tkunx il-Ministru.
(ċ) L-Awditur Ġenerali għandu jagħmel kull mistoqsija u
osservazzjoni lil kull accounting officer jew uffiċjal li
b’xi mod ikollu x’jaqsam ma’ li jirċievi jew iħallas
flejjes pubbliċi u jitlob kull spjegazzjoni skond ma
jkun jidhirlu li jkun meħtieġ. Kull mistoqsija u
osservazzjoni bħal dawk li tiġi indirizzata lil dawk l-
uffiċjali għandha tintbagħat lura minnhom lill-Awditur
Ġenerali flimkien mat-tweġiba meħtieġa mingħajr
dewmien. Fil-każ ta’ xi dewmien mhux tas-soltu, jew
li ma tingħatax raġuni dwaru, fl-għoti ta’ risposta, jew
fil-każ ta’ risposta mhux sodisfaċenti, għall-
mistoqsijiet jew osservazzjonijiet minnu magħmula, l-
Awditur Ġenerali għandu jagħmel rapport dwar iċ-
ċirkostanzi lill-Ministru responsabbli għal dak id-
dipartiment jew uffiċċju tal-Gvern, jew korp li dwaru
jkollu s-setgħa li jagħmel il-verifika tiegħu, li jkollu
x’jaqsam mal-każ.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 6)
Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
TAQSIMA I
Funzjonarji ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
1. L-Awditur Ġenerali għandu jaħtar dak l-għadd u dawk il-
kategoriji ta’ funzjonarji fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika skond
kemm huwa jqis li jkunu meħtieġa biex jassistuh fit-twettiq ta’
dmirijietu skond il-liġi.
2. Dawk il-funzjonarji jinħatru b’dawk il-patti u jirċievu dik
ir-rimunerazzjoni li tista’ tiġi hekk stabbilita mill-Awditur
Ġenerali.
TAQSIMA II
Setgħat ta’ l-Awditur Ġenerali u ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Verifika
3. Ħlief hekk kif jista’ jiġi espressament provdut b’xi liġi, l-
Awditur Ġenerali, u kull uffiċjal awtorizzat ta’ l-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika, ikollu jedd ta’ aċċess ħieles f’kull żmien
raġonevoli dwar dik l-informazzjoni mingħand funzjonarji u
persunal ieħor ta’ dipartimenti u uffiċċji tal-Gvern, jew mingħand
dawk il-korpi li jkunu suġġetti għall-verifika tiegħu, li huma
jistgħu jenħtieġu biex iwettqu dmirijiethom sew skond il-liġi, u
huma jkollhom jedd li jirċievu mingħand dawk il-funzjonarji u
persunal ieħor dawk ir-rapporti u spjegazzjonijiet li huma jistgħu
jqisu li jkunu meħtieġa għal dawk l-għanijiet.
AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAġKAP. 396. 7
4. L-Awditur Ġenerali jista’ wkoll jordna li jsiru riċerki, u li
jittieħdu estratti, minn kull ktieb, dokument jew record li jkun
hemm ġewwa xi fond ta’ dipartiment jew uffiċċju tal-Gvern, jew
ta’ korpi li dwarhom ikollu s-setgħa li jagħmel verifika, mingħajr
ma jkollu jħallas ebda dritt għal dak li jagħmel minkejja kull liġi
jew regolament li jkun jgħid xort’oħra.
5. Sabiex ikun jista’ jwettaq dmirijietu b’mod iktar effettiv, l-
Awditur Ġenerali jista’ jqiegħed lil xi membru mill-persunal tiegħu
fl-uffiċini ta’ xi dipartiment jew uffiċċju tal-Gvern jew ta’ xi korp
ieħor li jkun suġġett għall-verifika tiegħu, u dak id-dipartiment,
uffiċċju jew korp għandhom jagħtu lil dik il-persuna l-
akkommodazzjoni meħtieġa f’dak l-uffiċċju.
6. L-Awditur Ġenerali għandu jeħtieġ lil kull funzjonarju
minnu impjegat li jkun se jeżamina l-kontijiet ta’ xi dipartiment,
uffiċċju jew korp, li jħares kull ħtieġa li jkollha x’taqsam mas-
sigurtà f’dak il-lok u li jieħu kull ġurament ta’ segretezza li kull
min ikun impjegat ma’ dak id-dipartiment, uffiċċju jew korp jista’
jenħtieġ li jieħu skond il-liġi.
7. (a) Fit-twettiq tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu
skond il-liġi, l-Awditur Ġenerali jista’ joqgħod fuq ir-
rapport ta’ l-awditur debitament maħtur ta’ l-
organizzazzjoni li dwarha jkun qed isir ir-rapport, u
jista’ wkoll iqabbad lil xi persuna jew grupp ta’
persuni li skond il-liġi jkollhom warrant li jagħtihom
jedd jivverifikaw il-kontijiet ta’ kumpanniji pubbliċi
b’responsabbiltà limitata, sabiex dawn jivverifikaw il-
kontijiet ta’ xi dipartiment, uffiċċju jew korp li jkunu
suġġetti għall-verifika tiegħu.
(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 3, 4 u 6 ta’ din l-
Iskeda għandhom ikunu japplikaw dwar il-persuna jew
il-grupp ta’ persuni li jiġu hekk imqabbdin mill-
Awditur Ġenerali.
TAQSIMA III
Finanzi
8. L-ispejjeż ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u s-salarji
u allowances tal-funzjonarji tiegħu (minbarra dawk ta’ l-Awditur
Ġenerali u tad-Deputat Awditur Ġenerali) sa dik is-somma li tista’
tiġi stabbilita mill-Kamra tad-Deputati skond din it-Taqsima,
għandhom jiġu addebitati lill-Fond Konsolidat mingħajr il-ħtieġa
ta’ ebda approprjazzjoni oħra minbarra din it-Taqsima ta’ din l-
Iskeda.
9. Għall-għanijiet li tiġi stabbilita xi tkun is-somma
msemmija fil-paragrafu 8, l-Awditur Ġenerali għandu jħejji stima
tas-somma li huwa jqis li tkun meħtieġa għal dak il-għan.
10. Dik l-istima għandha qabel ma titressaq għall-
konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati tiġi eżaminata mill-
Kumitat stabbilit bit-Taqsima IV ta’ din l-Iskeda.
11. Meta matul xi sena finanzjarja s-somma stabbilita mill-
Kamra tad-Deputati ma tkunx fil-fehma ta’ l-Awditur Ġenerali
8 KAP. 396.ħ AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
biżżejjed sabiex huwa jkun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet tal-
kariga tiegħu b’mod effiċjenti, l-Awditur Ġenerali għandu
jipprepara estimi supplimentari għall-konsiderazzjoni tal-Kamra
tad-Deputati wara li dawn jiġu eżaminati mill-Kumitat kif imsemmi
qabel fil-paragrafu 10.
12. Is-somma jew somom imsemmija fil-paragrafi ta’ qabel
dan ta’ din it-Taqsima għandhom jiġu stabbiliti b’riżoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati wara li jiġu kunsidrati l-estimi preparati mill-
Awditur Ġenerali u r-rapport li jsir dwarhom mill-Kumitat.
TAQSIMA IV
Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
13. Għandu jkun hemm Kumitat li jkun magħruf bħala l-
Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") li jkun
kompost kif ġej:
(i) dak il-membru tal-Kamra tad-Deputati li għal
dak iż-żmien ikun  Chairman tal-Kumitat dwar
il-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra tad-Deputati jew
ta’ xi kumitat ieħor bħal dak tal-Kamra li minn
żmien għal żmien jissostitwixxi lil dak il-
Kumitat;
(ii) il-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
Parlament (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"Leader tal-Kamra tad-Deputati");
(iii) tliet membri tal-Kamra tad-Deputati li jinħatru
mill-imsemmija Kamra fuq mozzjoni tal-Leader
tal-Kamra tad-Deputati, għal dawk li huma żewġ
membri minn fost deputati li jappoġġaw lill-
Gvern u l-membru l-ieħor minn fost il-membri
ta’ l-Oppożizzjoni.
14. Il-Kumitat għandu minn żmien għal żmien mhux inqas
minn darba fis-sena jippreżenta lill-Kamra tad-Deputati (permezz
tal-Leader tal-Kamra tad-Deputati) rapport dwar l-attivitajiet
tiegħu u r-rapport ta’ l-eżami li jkun għamel ta’ xi estimi li jkunu
tħejjew mill-Awditur Ġenerali .
15. Il-Kumitat għandu jeleġġi chairman minn fost il-membri
tiegħu, u jista’ jirregola l-proċedimenti tiegħu nnifsu.
16. Max-xoljiment tal-Kamra tad-Deputati, għandu jitqies li l-
Kumitat ikun ġie xolt sakemm jiġi kostitwit għal darb’oħra wara li
l-Kamra terġa’ tiltaqa’ għall-ewwel darba. Meta max-xoljiment tal-
Kamra tad-Deputati s-somma li jkollha tiġi stabbilita għall-
għanijiet tal-paragrafu 8 tat-Taqsima III ma tkunx ġiet hekk
stabbilita jew il-Kamra ma tkunx wara t-tmiem ta’ sena finanzjarja
stabbiliet dik is-somma, l-Awditur Ġenerali jkollu l-jedd jonfoq
kull xahar somma li tkun ekwivalenti għal wieħed minn tnax tas-
somma jew somom stabbiliti għas-sena finanzjarja ta’ qabel,
sakemm dik is-somma tiġi hekk stabbilita.
17. Ma għandhiex tintlaqat il-validità ta’ kull proċediment tal-
Kumitat meta jkun hemm xi vakanza fost il-membri tiegħu jew xi
AWDITUR ĠENERALI U L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKAġKAP. 396. 9
difett fil-ħatra jew nomina ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.
TAQSIMA V
Kontijiet ta’ L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
18. Il-kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
għandhom jiġu verifikati minn dik il-persuna jew persuni
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-awditur") li jinħatru mill-
Kumitat minn fost dawk il-persuni li, skond dik il-liġi li tista’ tkun
fis-seħħ minn żmien għal żmien, ikollhom warrant li jagħtihom
jedd jivverifikaw il-kontijiet ta’ kumpannija pubblika
b’responsabbiltà limitata.
19. Ir-rimunerazzjoni ta’ l-awditur għandha tiġi stabbilita mill-
Kumitat u tinħareġ bħala parti mill-ispejjeż ta’ l-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika.
20. Għar-rigward tal-kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Verifika l-awditur ikollu dawk is-setgħat li huma vestiti skond il-
liġi fl-Awditur Ġenerali għar-rigward tal-kontijiet li jkunu suġġetti
għall-verifika tiegħu.
21. L-awditur għandu jippreżenta r-rapport tiegħu dwar il-
verifika li huwa jkun għamel lill-Kumitat li għandu (permezz tal-
Leader tal-Kamra tad-Deputati) jippreżenta l-istess rapport lill-
Kamra tad-Deputati flimkien ma’ kull kumment dwaru li jkun sar
mill-istess Kumitat jew xi wieħed mill-membri tiegħu.
