GARANZIJI TA’ SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR ġKAP. 397.       1
KAPITOLU 397
ATT DWAR GARANZIJI TA’ SELF LIL IMPRIŻI 
ŻGĦAR
Biex jinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ impriżi żgħar ġodda u l-espansjoni ta’
impriżi żgħar eżistenti bl-għoti ta’ garanziji ta’ self mill-Korporazzjoni
għal Żvilupp ta’ Malta.
(1 ta’ Ottubru, 1997)*
Sar liġi bl-ATT XX ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor.
Impriżi Żgħar.
Tifsir.
ma jeħtiġux xort’oħra -
"attività  li tikkwalifika" tfisser attività li fil-fehma tal-
Korporazzjoni tkun magħmula minn negozju, sengħa jew kummerċ
li jikkonsisti fil-manifattura, titjib, assemblaġġ, proċessar, tiswija,
preservazzjoni jew manutenzjoni ta’ kull għamla ta’ oġġett,
materjal jew kommodità inkluż l-iżvilupp ta’ software tal-
kompjuter, l-agro-industrija u l-akwakultura, jew l-egħmil ta’
servizz fuq tagħmir, impjant jew makkinarju li jkollu x’jaqsam ma’
l-industrija tal-manifattura, jew kull servizz ieħor li jista’ jiġi hekk
stabbilit mill-Ministru permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Gazzetta;
"bank awtorizzat" tfisser bank kummerċjali li jkun awtorizzat
mill-Korporazzjoni sabiex jiddeċiedi dwar applikazzjonijiet li jsiru
għal kull self assistit li jitqies bħala eliġibbli mill-Korporazzjoni
skond dan l-Att;
"impriża żgħira" tfisser persuna li tkun qed timpjega bejn
persuna u għaxar persuni (inkluż il-prinċipal) li jkollha jew tkun
qed tħaddem impjant, makkinarju jew tagħmir li l-valur nett tiegħu
ma jkunx ta’ iżjed mill-ammont ta’ Lm80,000 u li ma jkollhiex
bejgħ totali fis-sena li jkun ta’ iżjed mill-ammont ta’ Lm250,000,
jew kull għadd ieħor ta’ persuni, valur nett ta’ impjant, makkinarju
jew tagħmir, jew kull ammont ieħor ta’ bejgħ totali fis-sena li l-
Ministru jista’ jistabbilixxi permezz ta’ avviż fil-Gazzetta:
Iżda gruppi ta’ kumpanniji, soċjetajiet jew negozji waħdanin li
jkollhom l-istess sid jew li jkunu kontrollati flimkien għandhom
jitqiesu bħala impriża waħda għall-għanijiet ta’ dan l-Att;
Kap. 202.
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta
mwaqqfa bl-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrija;
*Ara l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet imħollija
barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-Avviż Legali
143 ta’ l-1997.
 2      KAP. 397.ħ    GARANZIJI TA’ SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR
Kap. 168.
Kap. 386.
"persuna" tfisser kummerċjant waħdieni jew soċjetà kummerċjali
kostitwita skond l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali* jew l-
Att dwar il-Kumpanniji jew għaqda koperattiva hekk debitament
reġistrata taħt dik il-liġi li tkun tapplika f’waqt partikolari f’Malta;
u
"self assistit" tfisser self mogħti minn bank awtorizzat skond dan
l-Att li l-ħlas lura tiegħu jkun parzjalment garantit mill-
Korporazzjoni.
Impriża żgħira li 
tikkwalifika.
3. (1) Impriża żgħira li tkun qiegħda twettaq jew tesegwixxi,
jew li tkun bi ħsiebha twettaq jew tesegwixxi f’Malta attività  li
tikkwalifika, li ma jirnexxilhiex tikseb self konvenzjonali minn
bank awtorizzat minħabba f’nuqqas ta’ sigurtà adegwata jew fama
dwar kif ikun miexi n-negozju, tista’ titqies mill-Korporazzjoni
bħala eliġibbli għal self assistit skond dan l-Att.
(2) Applikazzjoni għal self assistit għandha biss titqies mill-
Korporazzjoni u tista’ biss tiġi approvata minn bank awtorizzat
jekk din tkun esklussivament maħsuba għal għanijiet kummerċjali
li jkunu jinkludu l-iżvilupp ta’ xi proġett, il-ħolqien ta’ xi negozju,
kull espansjoni ta’ negozju u titjib fl-effiċjenza inkluż riċerka u
żvilupp, ix-xiri ta’ hażniet u ta’ materja prima u dik l-applikazzjoni
m’għandhiex hekk titqies jew tiġi approvata jekk tkun maħsuba
għas-sostituzzjoni ta’ faċilitajiet bankarji eżistenti, l-iffinanzjar ta’
ħlasijiet ta’ imgħax, l-akkwist ta’ l-azzjonijiet ta’ kumpannija jew
ħlasijiet li jirrigwardaw ix-xiri ta’ ishma tal-membri ta’ soċjetà.
(3) Il-Korporazzjoni m’għandhiex tqis li applikazzjoni hija
eliġibbli jekk is-self jista’ jiġi adegwatament iggarantit xort’oħra
permezz ta’ attiv persunali jew garanziji persunali.
Il-funzjoni ta’ 
banek awtotizzati.
4. (1) Bank awtorizzat jista’ biss iqis u japprova dawk l-
applikazzjonijiet għal self assistit li jkunu tqiesu bħala eliġibbli
mill-Korporazzjoni.
(2) Impriża żgħira li tkun qiegħda tapplika għal self assistit
għandha flimkien ma’ l-applikazzjoni għas-self tissottometti lill-
Korporazzjoni u lill-bank awtorizzat kull pjan kummerċjali u
previżjonijiet finanzjarji li jistgħu jinħtieġu mill-Korporazzjoni jew
mill-bank awtorizzat sabiex tiġi valutata l-vijabbiltà kummerċjali
tal-proġett u jiġi identifikat l-ammont li għandu jingħata bħala self
assistit.
(3) Il-bank awtorizzat għandu jkun sodisfatt, qabel ma ssir l-
approvazzjoni ta’ self assistit taħt dan l-Att, li kienu xort’oħra
ngħataw finanzi konvenzjonali li kieku mhux għax ma kienx hemm
sigurtà adegwata.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, impriża
żgħira li tkun tikkwalifika għal self assistit tista’ xorta tinħtieġ
mill-bank awtorizzat li tirhan jew tipoteka l-proprjetà mobbli jew
immobbli tagħha bħala sigurtà għas-self mogħti fl-iskema, f’liema
każ dak ir-rahan jew ipoteka għandhom ikunu japplikaw għall-
ammont sħiħ tas-self assistit u mhux biss għal dik il-parti mis-self
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kapitolu 386).
GARANZIJI TA’ SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR ġKAP. 397.       3
li ma tkunx taqa’ taħt il-garanzija tal-Korporazzjoni.
Il-limitu massimu 
ta’ self assistit.
5. (1) Kull self assistit taħt dan l-Att m’għandux ikun ta’
iżjed mil-limitu massimu ta’ wieħed u għoxrin elf lira Maltija
(Lm21,000) jew ta’ iżjed minn kull limitu massimu ieħor li jista’
jiġi stabbilit mill-Ministru permezz ta’ avviż fil-Gazzetta.
(2) Impriża żgħira tista’ tibbenefika minn għadd ta’ self assistit
taħt dan l-Att sakemm l-ammont sħiħ li jingħata b’dan is-self jew
faċilità bankarja oħra ma jkunx ta’ iżjed mil-limitu massimu ta’
wieħed u għoxrin elf lira Maltija (Lm21,000) jew ta’ iżjed minn
kull limitu massimu ieħor li jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru
permezz ta’ avviż fil-Gazzetta.
Żmien il-garanzija.
massimu ta’ ħames snin mid-data ta’ l-għoti tas-self rispettiv.
Sa fejn tkopri l-
garanzija.
7. (1) Il-garanzija tal-Korporazzjoni dwar self assistit
m’għandhiex tkun tkopri f’waqt partikolari iktar minn sittin fil-
mija mill-bilanċ dovut lill-bank awtorizzat fuq is-self totali
magħmul iżda mhux aktar mis-somma ta’ sitt elef lira Maltija
(Lm6, 000):
Iżda fil-każ ta’ self assistit mogħti lil impriża żgħira li tkun
ilha mwaqqfa għal mill-anqas tliet snin, il-kopertura tal-garanzija
tal-Korporazzjoni tista’ tiżdied għal sebgħin fil-mija mill-bilanċ
dovut f’waqt partikolari lill-bank awtorizzat fuq is-self totali
magħmul iżda mhux aktar mis-somma ta’ sebat elef lira Maltija
(Lm7, 000).
(2) Il-garanzija tal-Korporazzjoni dwar il-ħlas lura ta’ self
assistit għandha tkun sussidjarja għar-responsabbiltà ewlenija ta’ l-
impriża ż-żgħira li lilha jkun ingħata s-self assistit.
Insolvenza ta’ l-
impriża.
8. Jekk jiġi li impriża żgħira li tkun ingħatat self assistit tkun
tinsab fi stat ta’ insolvenza jew tkun ġiet dikjarata falluta, u dik l-
impriża ma jkollhiex flus biżżejjed biex tħallas il-bilanċ tas-self
totali ta’ self assistit, il-flus kollha li jkun hemm għall-ħlas lura tas-
self assistit għandhom jitqassmu fl-istess proporzjon bħalma
jkollha l-koperattiva tal-garanzija tal-Korporazzjoni għall-
kopertura tal-bank awtorizzat.
Premium fuq l-
imgħax.
9. Impriża żgħira li jingħatalha self assistit minn bank
awtorizzat għandha tħallas lill-Korporazzjoni premium ta’ 0.1%
fis-sena fuq dik il-parti tal-bilanċ tas-self totali garantit mill-
Korporazzjoni:
Iżda minkejja l-jedd li bank awtorizzat għandu li jitlob rata
ta’ imgħax li tkun inqas mir-rata kummerċjali korrenti jew li
jikkonċedi moratorium għall-ħlas lura tal-kapital jew ta’ l-imgħax,
il-ħlas tal-premium ta’ 0.1% fis-sena fuq dik il-parti mill-bilanċ
tas-self totali garantit mill-Korporazzjoni għandu f’kull każ jibqa’
dovut lill-Korporazzjoni:
Iżda wkoll, ebda moratorium mogħti minn bank awtorizzat
ma jista’ jżid iż-żmien tas-self għal perijodu itwal minn ħames
snin.
 4      KAP. 397.ħ    GARANZIJI TA’ SELF LIL IMPRIŻI ŻGĦAR
Kif jiġi segwit self 
taħt din l-Iskema.
10. Impriża żgħira li tikkwalifika għal self assistit għandha - 
(a) tagħti lill-Korporazzjoni u lill-bank awtorizzat ta’ kull
sitt xhur dawk it-tagħrif, kontijiet, dikjarazzjonijiet u
dokumenti oħra li l-Korporazzjoni jew il-bank
awtorizzat jistgħu jqisu li jkunu meħtieġa għall-għan
ta’ dan l-Att;
(b) tipprovdi lill-Korporazzjoni u lill-bank awtorizzat
aċċess raġonevoli għal kull fond, post, ktieb u
dokument ieħor, u tippermetti l-egħmil ta’ kull kopja
għall-għanijiet ta’ dn l-Att.
Jedd ta’ ċħid. 11. (1) Minkejja kull ħaġ’oħra li tinsab fid-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-Att, il-Korporazzjoni jkollha l-jedd li tiddikjara
applikazzjoni li ssir taħt dan l-Att bħala mhux eliġibbli.
(2) Minkejja kull ħaġ’oħra li tinsab fid-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-Att, il-banek awtorizzati jkollhom il-jedd li jiċħdu
applikazzjoni li ssir taħt dan l-Att ukoll jekk din tiġi dikjarata
eliġibbli mill-Korporazzjoni .
