CONDOMINIA ġ KAP. 398.        1
KAPITOLU 398
ATT DWAR IL-CONDOMINIA
Biex jirregola Condominia.
1 ta’ Lulju, 2001
L-ATT XXIX ta’ l-1997, kif emendat bl-Att XVI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XVI. 2001.2.
l. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-
Condominia.
Tifsira ta’ 
condominium.
Emendat:
XVI. 2001.3.
2. (1) Condominium huwa bini jew grupp ta’ bini fejn il-
proprjetà  jew l-użu jew it-tgawdija tal-partijiet komuni tiegħu hija
ta’ żewġ persuni jew iżjed pro indiviso u l-proprjetà  tad-diversi
oqsma separati hija ta’ l-istess żewġ persuni jew iżjed pro diviso:
Iżda żewġ fondi jew iżjed fejn fond wieħed jew iżjed
minnhom ikun sovrastanti fond ieħor, u fejn ikun hemm biss għadd
ta’ servitujiet tal-fondi fuq xulxin, u fejn il-katusi, jew is-sistema
tad-drenaġġ, jew servizzi oħra mgħoddija minn pajpijiet jew cables
biss ikunu komuni, jew fejn żewġ fondi jew aktar għandhom biss
taraġ komuni minn barra jew indani esterni komuni, m’għandhomx
jitqiesu bħala condominium.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, condominus tfisser is-sid ta’
qasam separat u tinkludi wkoll l-enfitewta jew l-użufruttwarju ta’ l-
istess qasam.
Il-partijiet ma 
jistgħu jagħmlu 
ebda ftehim li jmur 
kontra ċerti 
disposizzjonijiet.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4, l-artikolu 6 (2) u (3), l-
artikoli 7, 8 u 10, l-artikolu 11(2), l-artikolu 15, l-artikolu 16(2), u
l-artikoli 17, 18, 20, 21, 22, 23, 24 u 26 għandhom jiġu osservati
f’kull każ ta’ condominium u kull ftehim li jmur kontrihom
m’għandu jkollu ebda effett.
Ċerti 
disposizzjonijiet 
tal-Kodiċi Ċivili 
ma japplikawx.
Kap. 16.
4. Id-disposizzjonijiet tat-Titolu V tat-Taqsima I tat-TIENI
KTIEB tal-Kodiċi Ċivili m’għandhomx ikunu japplikaw għal
proprjetà  li tkun pro indiviso fil-partijiet komuni tal-condominium. 
Partijiet komuni 
tal-condominium.
5. Kemm-il darba ma jirriżultax xort’oħra mit-titolu tas-
sidien ta’ l-oqsma separati, jew sakemm ma jkunx hemm qbil mod
ieħor bejn il-condomini b’att pubbliku, il-partijiet komuni ta’
condominium huma dawn li ġejjin, ukoll jekk wieħed jew iżjed
mill-condomini ma jagħmilx użu minnu:
(a) l-art li fuqha jkun mibni l-condominium, il-pedamenti,
il-ħitan ta’ barra, inklużi l-ħitan diviżorji komuni mal-
fondi ta’ biswit, is-soqfa, ix-xaftijiet, it-taraġ, il-bibien
ta’ dħul komuni, intrati, trombi tat-taraġ, btieħi,
ġonna, l-arja li tiġi fuq il-proprjetà  kollha u b’mod
ġenerali, kull parti oħra tal-proprjetà  li għandha għan
li tintuża b’mod komuni;
(b) il-partijiet li jintużaw bħala intrata u bħala kamra tal-
ħasil komuni u l-partijiet li jintużaw bħala porter’s
  2      KAP. 398. ħ       CONDOMINIA
lodge, għat-tagħmir ta’ central heating, u għal kull
faċilità  oħra li għandha għan li tintuża b’mod komuni;
u
(ċ) id-dwal, bjar, tankijiet, akwedotti, drenaġġi, pajpijiet
tal-katusi ta’ l-ilma, kull stallazzjoni għall-ilma, gass,
elettriku, tisħin u servizzi oħra simili sa fejn dawk l-
istallazzjonijiet jaqsmu lejn il-proprjetà  esklużiva ta’
kull condominus, u kull opra, stallazzjoni u oġġett ta’
kull għamla li tkun li għandhom għan li jintużaw
b’mod jew għal benefiċċju komuni.
Drittijiet ta’ 
condomini.
6. (1) Kemm-il darba ma jkunx hekk jirriżulta mit-titolu li
jkollhom, l-ishma fil-partijiet komuni għandhom jitqiesu bħala li
jkunu maqsumin b’mod indaqs bejn is-sidien tad-diversi oqsma
separati.
(2) Condominus ma jistax jirrinunzja għall-jeddijiet li jkollu
fil-partijiet komuni.
(3) Condominus ma jistax jiddisponi mid-drittijiet tiegħu fil-
partijiet komuni separatament mid-drittijiet tiegħu fil-partijiet li
huwa jkollu b’mod separat pro diviso; lanqas ma jista’ jiddisponi
mid-drittijiet tiegħu fil-partijiet li huwa jkollu b’mod separat pro
diviso separatament mid-drittijiet tiegħu fil-partijiet komuni.
Il-partijiet komuni 
ma jinqasmux.
7. Ebda sehem mid-drittijiet komuni ma jista’ jiġi diviż jew
imneħħi mingħajr ma jkun hemm il-kunsens tal-condomini kollha.
Tibdil.
Emendat:
XVI. 2001.4.
8. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5) u
(7), il-condomini jistgħu jipprovdu, permezz tal-vot tal-
maġġoranza msemmi fl-artikolu 22(7), għall-egħmil ta’ tibdil jew
tiġdid fil-partijiet komuni li jkunu jikkonsistu f’benefikat jew
jagħtu lok għal użu aktar komdu jew tgawdija aħjar tal-partijiet
komuni.
(2) Minkejja l-ġeneralità  tas-subartikolu ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, għandhom jitqiesu bħala tibdil jew tiġdid dawn li ġejjin:
(a) it-twessiegħ tal-bieb ta’ dħul komuni;
(b) l-istallazzjoni ta’ lift;
(ċ) l-istallazzjoni ta’ sistema ta’ hall-porter;
(d) il-bdil ta’ bitħa fi ġnien jew fi spazju ta’ parkjar intern.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5) u (7),
m’għandux isir dan it-tibdil jew tiġdid li ġej fil-partijiet komuni
kemm-il darba ma jkunx hemm il-kunsens unanimu tal-condomini
kollha:
(a) dak li jibdel l-estetika u d-dehra tal-condominium; jew
(b) dak li jolqot b’mod sostanzjali l-użu jew it-tgawdija
ta’ xi parti komuni minn xi wieħed mill-condomini;
jew
(ċ) dak li jista’ jippreġudika l-istabbiltà  jew is-sigurezza
tal-bini.
(4) Fejn l-arja fuq condominium tkun ta’ sid wieħed u mhux
CONDOMINIA ġ KAP. 398.        3
tal-condomini l-oħra, hu jista’ jekk jibni fuq dik l-arja jestendi l-
partijiet komuni, a spejjeż tiegħu, biex jaqdu wkoll l-oqsma
separati minnu mibnija fuq l-arja, u s-sehem tiegħu mill-ispejjeż li
għandhom x’jaqsmu mal-partijiet komuni għandhom, sakemm il-
partijiet ma jiftehmux mod ieħor, jiġu ridistribwiti bejn is-sidien
skond il-proporzjon li l-oqsma separati ġodda huma mill-oqsma
separati kollha fil-condominium.
(5) Condominus jista’ a spejjeż tiegħu jinstalla u jibni kull
faċilità  neċessarja li tnaqqas jew telimina problemi ta’ mobilità  salv
li dawn ma joħolqux ebda preġudizzju serju, wara li jiġu installati
jew mibnija, fil-konfront tal-condomini l-oħra. Id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 9 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-
ispejjeż li jsiru f’dik l-istallazzjoni jew binja.
(6) Meta f’condominium, wieħed jew aktar mill-oqsma separati
jkun okkupat minn sidien u wieħed jew aktar mill-oqsma separati
jkun okkupat minn kerrej, il-kerrej li jkun qed jokkupa l-qasam
separat jew ir-rappreżentant tiegħu, ikollu jedd jattendi għal-laqgħa
tal-condomini u jesprimi fehemtu fuq kull ħaġa li tolqot it-tgawdija
tal-partijiet komuni, jew kull tibdil li jsir fihom. Waqt il-laqgħa
jkun intitolat li jattendi u jintervjeni kerrej wieħed biss għal kull
qasam, iżda l-preżenza tiegħu bl-ebda mod ma timplika li jkollu d-
dritt tal-vot.
(7) Fejn kerrej li jokkupa qasam separat bħala r-residenza
ordinarja tiegħu, kemm-il darba ma jkunx kerrej fi proprjetà  tal-
Gvern kif imsemmi fis-subartikolu ta’ l-artikolu 31(6), ikun irid
jinstalla jew jibni a spejjeż tiegħu, xi faċilità  bħal dik imsemmija
fis-subartikolu (5), imma jew is-sid, jew il-laqgħa tal-condomini,
ma jagħtux il-kunsens meħtieġ, il-kerrej jista’ jirreferi l-kwistjoni
għall-arbitraġġ, u meta l-arbitru jirriżultalu li dik l-installazzjoni
jew binja ma toħloqx konflitt max-xogħlijiet deskritti fis-
subartikolu (3), ix-xogħol ikun jista’ jsir.
(8) Il-kerrej jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-ispejjeż li jsiru
għat-twettiq u l-preservazzjoni tat-tibdil jew it-tiġdid tal-partijiet
komuni, skond l-artikolu 9(3).
(9) Meta l-installazzjoni jew il-binja ssir bi spejjeż tal-kerrej,
jew meta l-kerrej jikkontribwixxi għall-ispejjeż imsemmija fis-
subartikolu (8), ukoll f’dawk il-każijiet fejn bix-xogħlijiet
imwettqa jiżdied il-valur tal-qasam, ma jista’ jsir ebda tibdil fil-
kundizzjonijiet marbuta mal-kirja, iżda s-sid tal-qasam separat
okkupat minn dak il-kerrej ma jkunx obbligat li jirrifondi dawn l-
ispejjeż lanqas f’każ li l-kirja tkun terminata. 
(10) Il-kerrej imsemmi fis-subartikoli ta’ qabel dan l-artikolu ma
jistax jirrinunzja għad-drittijiet tiegħu.
Spejjeż esaġerati 
jew tibdil 
dekorattiv.
Emendat:
XVI. 2001.5.
9. (1) Dawk il-condomini li ma jkunux bi ħsiebhom
jibbenefikaw minn dak it-tibdil jew tiġdid li jista’ jagħti lok għal
użu separat minn kull condominus, huma eżentati milli
jikkontribwixxu għall-ispejjeż relattivi.
  4      KAP. 398. ħ       CONDOMINIA
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom ikunu
japplikaw biss għal dak it-tibdil jew tiġdid li, meta wieħed iqis il-
kondizzjoni partikolari u l-prestiġju tal-condominium, ikun
dekorattiv jew in-nefqa biex dan isir tkun waħda esaġerata.
(3) Fil-każ imsemmi fis-subartikolu (1), dawk il-condomini jew
l-aventi causa partikolari tagħhom fl-oqsma relattivi jistgħu
madankollu f’kull waqt ikollhom sehem mill-benefiċċji li
jirriżultaw bit-tibdil jew bit-tiġdid li jsir fil-partijiet komuni jekk
huma jikkontribwixxu għall-ispejjeż li jsiru sabiex dawn l-opri
jsiru u jinżammu fi stat ta’ preservazzjoni tajba. Dik il-
kontribuzzjoni għandha tkun ekwivalenti għal dak li dawk il-
condomini kienu jħallsu għall-ispejjeż li jsiru sabiex dawk l-opri
jsiru u jinżammu fi stat tajjeb ta’ preservazzjoni, li kieku ddeċidew
li jibbenefikaw minn dak it-tibdil jew tiġdid meta dawn ikunu saru
oriġinarjament. Dik il-kontribuzzjoni titħallas, tramite l-
amministratur, jekk ikun hemm, mill-condomini l-oħra. Fin-nuqqas
ta’ amministratur, il-ħlas għandu jsir skond kif miftiehem bejn il-
condomini.
(4) Jekk żewġ-terzi mill-oqsma rappreżentati waqt laqgħa
jiddeċiedu li jagħmlu xi tibdil li ma jkunx jagħti lok għal użu
separat minn kull condominus, il-condomini kollha għandhom
jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ dak it-tibdil kollu fi proporzjon
għall-ishma tagħhom skond l-artikolu 6(1).
Ħsara kaġunata 
lill-partijiet 
komuni 
b’xogħlijiet li jsiru 
fil-partijiet mhux 
komuni.
10. Ebda condominus ma jista’ jagħmel xogħlijiet fil-proprjetà
individwali tiegħu li tista’ tikkaġuna ħsara fil-partijiet komuni.
Tqassim ta’ l-
ispejjeż.
11. (1) L-ispejjeż meħtieġa għall-preservazzjoni, manuten-
zjoni, tiswijiet ordinarji u straordinarji, għat-tgawdija tal-partijiet
komuni, għall-għoti ta’ servizzi fl-interess komuni u għal kull tibdil
li jsir bi qbil tal-condomini, għandhom jinqasmu bejn il-condomini
fi proporzjon għall-valur tal-proprjetà  ta’ kull condominus, salv
dejjem kull ftehim kuntrarju.
(2) Meta l-ispejjeż isiru dwar xi ħaġa li sservi lill-condomini
f’miżura mhux ugwali, l-ispejjeż jinqasmu fi proporzjon ta’ l-użu li
kull wieħed jista’ jagħmel.
(3) Meta bini għandu diversi torġien, btieħi, bjut jew ħwejjeġ
oħra li jkunu magħmula biex iservu xi parti waħda tal-bini intier, l-
ispejjeż għall-manutenzjoni tagħhom ikunu a karigu tal-grupp tal-
condomini li jistgħu jagħmlu użu minnhom.
Kap. 16.
(4) Sakemm ma jiġix mod ieħor miftiehem bejniethom,
condominus ikollu dritt jitlob mingħand inkwilin tal-qasam separat
tiegħu dik il-parti ta’ l-ispejjeż imsemmija fis-subartikolu (1) li
għandhom x’jaqsmu ma’ manutenzjoni li skond id-disposizzjonijiet
tal-Kodiċi Ċivili, huma a karigu ta’ l-inkwilin.
(5) Meta condominus iqis li s-sehem tiegħu għar-rigward ta’
dawk l-ispejjeż ma jkunx wieħed ġust fil-qies tal-valur tad-drittijiet
li għandu bħala wieħed mis-sidien tal-condominium, huwa jista’
jirreferi l-kwestjoni għall-arbitraġġ.
CONDOMINIA ġ KAP. 398.        5
Manutenzjoni u 
tiswija ta’ soqfa.
12. (1) Meta saqaf ikun parti komuni u jkun is-saqaf ta’ sular
t’isfel u l-paviment ta’ sular ta’ fuq ta’ condominium, l-ispejjeż li
jsiru għall-manutenzjoni u għat-tiswijiet ordinarji u straordinarji ta’
dak is-saqaf għandhom isiru nofs mill-condominus tas-sular t’isfel
u n-nofs l-ieħor mill-condominus tas-sular ta’ fuq.
(2) Il-condominus tas-sular ta’ fuq għandu jħallas l-ispejjeż
kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-tqegħid tal-madum tal-paviment.
(3) Il-condominus tas-sular t’isfel għandu jħallas l-ispejjeż
kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-tiżbigħ u d-dekorazzjoni tas-saqaf
kif ukoll ma’ dawk is-sevizzi fuq is-saqaf li għandhom x’jaqsmu
mas-sular ta’ isfel.
(4) Meta s-sular ta’ fuq jew is-sular t’isfel ikun jagħmel parti
mill-partijiet komuni, l-ispejjeż imsemmija fis-subartikoli (2) u (3)
għar-rigward ta’ dak is-sular li hu parti komuni għandhom jitħallsu
mill-amministratur f’isem il-condomini.
Bini ta’ strutturi 
ġodda fl-arja ta’ 
fuq il-
condominium.
13. Il-condominus li jkollu proprjetà  assoluta u użu assolut ta’
parti mill-arja jew ta’ l-arja kollha ta’ fuq il-condominium jista’
jibni strutturi ġodda, b’dan illi ma jkunx miżmum milli jagħmel dan
mit-titolu tiegħu li jkollu bħala proprjetarju u li dawk l-istrutturi
ma jkunux jikkaġunaw xi ħsara fl-istabbiltà  tal-bini jew ma jkunux
jolqtu t-tgawdija tad-drittijiet li l-condomini l-oħra jkol1hom fil-
condominium.
Qerda totali jew 
parzjali tal-
condominium. 
Emendat:
XVI. 2001.6.
14. (1) Kemm-il darba l-condomini kollha ma jkunux jaqblu
jew kemm-il darba ma jiġix provdut xort’oħra fit-titolu, jekk
condominium jinqered għal kollox jew b’mod sostanzjali kull
wieħed mill-condomini jista’ jitlob il-bejgħ bl-irkant tal-
condominium kollu.
(2) Meta l-qerda ta’ condominium ma tkunx waħda totali jew
sostanzjali, fil-laqgħa għandu jiġi diskuss u deċiż dwar il-bini mill-
ġdid tal-partijiet komuni.
(3) Kull condominus ikun marbut li jibni mill-ġdid il-qasam
tiegħu, u li f’kull żmien jagħmel fih kull tiswija meħtieġa bil-għan
li jżommu f’kondizzjoni tajba.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1), (2) u (3) għandhom
ikunu japp1ikaw minkejja kull dritt għad-danni li l-condominus,
jew il-condomini, jista’ jkollhom kontra condominus ieħor jew
condomini oħrajn.
(5) Meta l-condomini kollha hekk jaqblu, l-amministratur
għandu jassigura l-condominium kontra kull ħsara u, jew qerda.
(6) Kull wieħed mill-condomini jkollu d-dritt li jżid fis-sehem
ta’ l-assigurazzjoni tiegħu għar-rigward ta’ dik il-parti mill-
condominium li huwa jkollu pro diviso.
(7) L-ispejjeż tal-bini mill-ġdid u ta’ l-assigurazzjoni
msemmija fis-subartikolu (5) għandhom jitħallsu mill-condomini bi
proporzjon għall-ishma tagħhom fil-condominium skond l-artikolu
6(1).
(8) Meta condominus iqis li s-sehem tiegħu dwar xi spejjeż kif
stabbilit fis-subartikolu (7) ma jkunx wieħed ġust fil-qies tal-valur
  6      KAP. 398. ħ       CONDOMINIA
tad-drittijiet li għandu bħala wieħed mis-sidien tal-condominium,
huwa jista’ jirreferi l-kwestjoni għall-arbitraġġ. Dak ir-riferiment
għandu jkun regolat kif ġej:
(a) dak ir-riferiment għandu jsir mhux iktar tard minn tliet
xhur mid-data meta jiġi mgħarraf bl-ammont tas-
sehem tiegħu;
(b) l-amministratur u l-condomini l-oħra għandhom jidħlu
bħala parti fil-proċedimenti; u
(ċ) l-arbitru għandu jqis prinċipalment il-valur tal-
jeddijiet tal-condominus li jkun qed jagħmel ir-
riferiment ikollu bħala sid, bi proporzjon għall-valur
tal-condominium kollu.
Ħatra u tneħħija ta’ 
amministratur.
15. (1) Meta jkun hemm iktar minn tliet condomini, il-laqgħa
tal-condomini għandha taħtar amministratur. Jekk il-laqgħa ma
tagħmilx dik il-ħatra, il-kwestjoni għandha tiġi riferita għall-
arbitraġġ minn condominus wieħed jew iktar u l-amministratur
jinħatar mill-arbitru. Meta jkun hemm tliet condomini jew inqas,
dawn jamministraw flimkien kemm-il darba ma jiftehmux
xort’oħra.
(2) Kemm-il darba ma jiġix provdut xort’oħra fil-ħatra tiegħu,
l-amministratur għandu jibqa’ fil-kariga għal żmien sentejn, b’dan
illi huwa għandu jibqa’ jżomm il-kariga sakemm jinħatar
amministratur ieħor skond is-subartikolu (1).
(3) Meta l-amministratur ikollu ħsieb li jirriżenja mill-kariga
tiegħu qabel ma jgħaddi ż-żmien imsemmi fil-ħatra tiegħu, huwa
għandu jlaqqa’ l-membri biex jiddiskutu dwar il-ħatra ta’
amministratur ġdid. Jekk matul dik il-laqgħa ma jintlaħaq ebda
ftehim dwar il-ħatra ta’ amministratur jew dik il-laqgħa ma ssirx, l-
amministratur jista’ jirreferi l-kwestjoni għall-arbitraġġ skond id-
disposizzjonijiet, mutatis mutandis, tas-subartikolu (1), u
amministratur ġdid jiġi maħtur mill-arbitru.
(4) Minbarra l-każ li hemm provdut dwaru fl-artikolu 22(7)(a),
condominus wieħed jew iktar jista’ jirreferi l-kwestjoni tar-revoka
tal-ħatra ta’ amministratur għall-arbitraġġ billi jitlob dik ir-revoka
minħabba f’li l-amministratur ma jkunx ippreżenta l-kontijiet
tiegħu, minħabba f’li jkun hemm suspetti raġonevoli ta’
irregolaritajiet gravi min-naħa ta’ l-amministratur jew minħabba li
jkun hemm nuqqasijiet gravi mill-amministratur fit-twettiq ta’
dmirijietu.
(5) Ir-Reġistratur ta’ l-Artijiet għandu jżomm reġistru li  jkun
fih il-ħatriet u l-bidliet kollha ta’ amministraturi.
(6) L-amnunistratur għandu javża lill-imsemmi Reġistratur ta’
l-Artijiet bil-ħatra tiegħu u b’kull bidla li tista’ ssir wara fi żmien
ħmistax il-jum minn dik il-ħatra jew bidla.
(7) Kull condominus jista’ javża lir-Reġistratur ta’ l-Artijiet
bil-ħatra, tneħħija jew bidla ta’ l-amministratur.
(8) Ir-reġistru għandu jkun miftuħ għal kull min jixtieq jarah.
(9) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-amministratur
CONDOMINIA ġ KAP. 398.        7
għandhom jiġu determinati mil-laqgħa tal-condomini.
Funzjonijiet ta’ l-
amministratur.
Emendat:
XVI. 2001.8.
16. (1) Il-funzjonijiet ta’ l-amministratur għandhom jinkludu
dan li ġej: 
(a) li jesegwixxi d-deċiżjonijiet tal-laqgħa tal-condomini u
li jiżgura l-osservanza tar-regoli li jirregolaw il-
condominium;
(b) li jirregola l-użu tal-partijiet komuni u t-twettiq ta’
servizzi fl-interess komuni, b’dak il-mod li l-
condomini kollha żgur ikollhom kull benefiċċju
possibbli;
(ċ) li jqassam l-ispejjeż skond l-artikolu 11(1), li jiġbor il-
kontribuzzjonijiet mingħand il-condomini u, suġġett
għall-approvazzjoni tal-laqgħa, li jistabbilixxi u
jmexxi floating fund li l-condomini jikkontribwixxu s-
sehem tagħhom fih;
(d) li jwettaq dawk l-atti li jistgħu jenħtieġu għall-
preservazzjoni u l-protezzjoni tal-partijiet komuni;
(e) li jippreżenta l-kontijiet tiegħu quddiem il-condomini
f’dawk il-perjodi li dwarhom jista’ jiġi deċiż fil-laqgħa
jew hekk kif jista’ jiġi stabbilit fir-regoli li jirregolaw
il-condominium;
(f) li jitlob pretensjonijiet jew jirċievi flejjes jew
imgħaxijiet;
(g) fejn ikun ġie hekk miftiehem skond l-artikolu 14(5), li
jmexxi kif meħtieġ biex ikun hemm fis-seħħ
assigurazzjoni adegwata tal-condominium; u
(h) li jwettaq kull ħaġa oħra li tkun anċillari jew li twassal
għat-tmexxija sew tal-condominium.
(2) B’żieda mar-reġistru li jinżamm skond ma hemm fis-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 22, l-amministratur għandu jżomm
reġistri oħra li jkun fihom -
(a) il-minuti tal-laqgħat kollha;
(b) reġistrazzjoni dwar l-impustar ta’ avviżi mibgħutin
lill-condomini u lir-rappreżentanti tagħhom; u
(ċ) kopja ta’ kull avviż, deċiżjoni u direttiva mwaħħla
man-notice board skond l-artikolu 22(5) flimkien
mad-dati relattivi ta’ meta dawn ikunu twaħħlu.
(3) Malli l-amministratur jintemmlu ż-żmien tal-ħatra tiegħu,
huwa għandu jgħaddi dawk ir-reġistri lill-amministratur il-ġdid.
Rappreżentanza. 
partijiet komuni tal-condominium, l-amministratur għandu r-
rappreżentanza tal-condomini kollha kif ukoll il-kapaċità
ġudizzjarja u legali li jħarrek lill-condomini jew lil terzi u li jiġi
mħarrek.
(2) L-amministratur jista’ jiġi mħarrek dwar kull ħaġa li tkun
tolqot il-partijiet komuni. Huwa għandu wkoll jiġi notifikat b’kull
  8      KAP. 398. ħ       CONDOMINIA
ordni magħmul minn xi awtorità  dwar ħwejjeġ li jolqtu l-partijiet
komuni.
(3) Jekk iċ-ċitazzjoni, l-att ġudizzjarju jew ordni jolqtu xi ħaġa
li għalkemm ikollha x’taqsam mal-condominium tkun tmur ’il hinn
mill-funzjonijiet ta’ amministratur, l-amministratur ikun marbut li
jgħarraf b’dan lill-condomini mingħajr dewmien u li jlaqqagħhom
biex jiddiskutu dik il-ħaġa.
(4) L-amministratur li ma jwettaqx dak id-dmir ikun
responsabbli għad-danni.
Nuqqas ta’ kunsens 
minn condominus 
dwar xi 
litigazzjoni.
18. (1) Meta jiġi deċiż f’laqgħa li tinbeda litigazzjoni jew li
tiġi kontestata xi talba bil-qorti, condominus li ma jkunx jaqbel li
jsir dan jista’ javża n-nuqqas ta’ kunsens tiegħu permezz ta’ ittra
uffiċjali li għandha tiġi notifikata lill-amministratur. L-ittra
uffiċjali għandha tiġi ippreżentata fi żmien sitt ijiem mid-data meta
l-avviż ta’ dik id-deċiżjoni jkun twaħħal skond l-artikolu 22(5).
(2) Il-condominus li juri nuqqas ta’ kunsens ikollu d-dritt li jiġi
indennizzat kontra kull spiża li jagħmel jew danni li jġarrab
b’riżultat ta’ dik il-litigazzjoni.
(3) Il-condominus li juri nuqqas ta’ kunsens li jista’ jkun kiseb
xi benefiċċju mil-litigazzjoni li tkun ġiet deċiża favur il-condomini,
ikun marbut jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-
litigazzjoni.
Miżuri li jittieħdu 
mill-
amministratur.
19. (1) Il-miżuri li jittieħdu mill-amministratur li jkunu
jaqgħu fi ħdan il-funzjonijiet tiegħu, ikunu jorbtu l-condomini
kollha.
(2) Jista’ jsir appell lil-laqgħa minn kull condominus kontra xi
miżura li tkun ittieħdet mill-amministratur.
(3) Id-dritt mogħti bis-subartikolu (2) hu bla ħsara għal kull
dritt li jirreferi l-kwestjoni għall-arbitraġġ.
Spejjeż li jagħmel 
il-condominus.
20. Condominus li jagħmel xi spejjeż mingħajr ma jkun ġie
awtorizzat bil-miktub biex jagħmel dawk l-ispejjeż mill-
amministratur jew mil-laqgħa, ma jkollux dritt li jirċievi lura l-ħlas
ta’ dawk l-ispejjeż, kemm-il darba dawn ma kenux spejjeż ta’ xorta
urġenti. F’każ fejn ma jkunx hemm qbil dwar jekk l-ispejjeż kenux
ta’ natura urġenti l-kwestjoni għandha tiġi riferita għall-arbitraġġ.
Funzjonijiet tal-
laqgħa.
21. B’żieda mal-funzjonijiet mogħtija bid-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-Att, il-laqgħa tal-condomini li għandha titlaqqa’
mill-anqas darba fis-sena għandu jkollha dawn il-funzjonijiet li
ġejjin:
(a) li tatħtar jew tikkonferma l-amministratur u
tistabbilixxi x’għandha tkun ir-rimunerazzjoni li tista’
tkun dovuta;
(b) li tapprova l-estimi tan-nefqa li għandha ssir matul is-
sena;
(ċ) li tapprova l-kontijiet imħejjija mill-amministratur u
tistabbilixxi kif għandhom jiġu utilizzati jew investiti
xi assi residwi li jinġemgħu mit-tmexxija tal-partijiet
CONDOMINIA ġ KAP. 398.        9
komuni;
(d) li tapprova t-twettiq ta’ xi tiswijiet straordinarji u, jekk
ikun meħtieġ, li toħloq fond speċjali għal dawk it-
tiswijiet.
Proċedura tal-
laqgħat ġenerali.
22. (1) L-amministratur għandu jżomm reġistru tal-condomini
kollha flimkien ma’ l-indirizz postali li jiġi indikat minn kull
condominus.
(2) Condominus jista’ jindika lill-amministratur l-isem u l-
indirizz ta’ rappreżentant li, meta ismu jinkiteb fir-reġistru tal-
condomini msemmi fis-subartikolu (1), ikun il-persuna li lilha l-
amministratur jinnotifika b’kull avviż.
(3) B’żieda mad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), kull
avviż li l-amministratur għandu jagħti għandu jitqies li jkun ingħata
b’mod validu jekk dak l-avviż jintbagħat bil-posta reġistrata lill-
condominus jew lir-rappreżentant tiegħu msemmi fis-subartikolu
ta’ qabel dan fl-indirizz miktub fir-reġistru u dak l-avviż għandu,
għall-għanijiet u finijiet tal-liġi, jitqies li jkun ġie notifikat tlett
ijiem wara li jkun ġie impustat jekk l-indirizz ikun f’Malta u sebat
ijiem wara li jkun ġie impustat jekk l-indirizz ikun barra minn
Malta:
Iżda ma jkun meħtieġ ebda avviż fil-każ ta’ condominus li
ma jindikax l-indirizz postali tiegħu jew dak tar-rappreżentant
tiegħu skond id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu:
Iżda wkoll, l-amministratur jista’, minflok ma jibgħat dak l-
avviż permezz ta’ posta reġistrata, jibgħatu permezz ta’
trasmissjoni facsimile jew b’kull mezz elettroniku ieħor, f’liema
każ l-avviż jitqies li jkun ġie notifikat il-jum li jiġi wara dak meta
jkun ġie hekk mibgħut.
(4) M’għandha ssir ebda laqgħa qabel ma jgħaddu sebat ijiem
minn notifika ta’ l-avviż skond is-subartikolu (3) u mit-twaħħil ta’
l-avviż skond is-subartikolu (5).
(5) L-amministratur għandu jara li titwaħħal notice-board
f’parti komuni u prominenti tal-condominium u fuqha għandhom
jitwaħħlu l-avviżi tal-laqgħat kollha, id-deċiżjonijiet kollha li
jittieħdu waqt dawk il-laqgħat kif ukoll kull deċiżjoni jew direttiva
li l-amministratur jqis li tkun daqstant importanti li għandha tinġieb
għall-attenzjoni tal-condomini.
(6) Il-quorum ta’ laqgħa jkun l-għadd ta’ condomini li
jirrappreżentaw żewġ terzi mill-oqsma. Jekk fi żmien nofs siegħa
mill-ħin stabbilit għal-laqgħa ma jkunx hemm quorum preżenti, il-
laqgħa tibqa’ aġġornata għall-istess jum tal-ġimgħa ta’ wara fl-
istess ħin u post jew għal xi jum ieħor u f’dak il-ħin u post ieħor
hekk kif l-amministratur jista’ jindika bil-quddiem fl-avviż li jkun
qed isejjaħ il-laqgħa, u jekk fil-laqgħa aġġornata jibqa’ ma jkunx
hemm quorum fi żmien nofs siegħa mill-ħin stabbilit, il-
condominus jew condomini li jkun hemm preżenti jew li jkunu
rappreżentati f’dik il-laqgħa għandhom huma nnifishom jagħmlu
quorum.
  10      KAP. 398. ħ       CONDOMINIA
(7) Dawk id-deċiżjonijiet li jolqtu -
(a) it-tneħħija ta’ l-amministratur; jew
(b) kull proċediment ġudizzjarju dwar xi ħaġa li tkun tmur
’il hinn mill-funzjonijiet ta’ l-amministratur; jew
(ċ) l-egħmil ta’ tiswijiet straordinarji; jew
(d) l-egħmil ta’ kull tibdil fil-partijiet komuni msemmija
fl-artikolu 8(1); jew
(e) l-approvazzjoni jew l-emenda tar-regoli msemmija fl-
artikolu 24, 
għandhom ikunu biss validi jekk dawn jiġu approvati minn għadd
ta’ condomini li jkunu jirrappreżentaw mhux inqas minn żewġ terzi
mill-oqsma rappreżentati fil-laqgħa.
(8) Id-deċiżjonijiet l-oħra kollha jkunu validi jekk dawn jiġu
approvati b’maġġoranza sempliċi ta’ l-oqsma rappreżentati fil-
laqgħa.
(9) Id-deċiżjonijiet li jittieħdu f’laqgħa skond dan l-artikolu
jkunu jorbtu lill-condomini kollha.
(10) Meta qasam ikollu bħala sidien tiegħu iktar min
condominus wieħed, dawk il-condomini li jkunu sidien tiegħu
għandhom jindikaw lill-amministratur l-isem u l-indirizz ta’ min
ikun qed jirrappreżenta dak il-qasam fil-laqgħa. Dak ir-
rappreżentant ikompli hekk jirrappreżenta lill-condomini li
flimkien ikunu sidien ta’ l-istess qasam sa dak iż-żmien li l-
condomini jaqblu dwar is-sostituzzjoni tar-rappreżentant tagħhom u
jgħarrfu b’dan lill-amministratur skond hekk.
(11) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim dwar il-ħatra jew is-
sostituzzjoni ta’ rappreżentant, condominus jista’ jitlob permezz ta’
rikors lis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili, biex din taħtar kuratur
ukoll jekk minn fost il-condomini nnifishom sabiex jirrappreżenta
lill-condomini kollha li jkunu sidien ta’ xi qasam partikolari
f’condominium dwar dak kollu li jinsab regolat b’dan l-Att. Is-
Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili għandha tagħti seħħ lill-fehma tal-
maġġoranza filwaqt li jitqies x’ikun l-għadd totali ta’ condomini
kemm-il darba ma jkunx hemm xi condominus dissidenti li juri
b’sodisfazzjon tal-qorti li jkollu tassew raġuni valida għall-
oġġezzjoni tiegħu. Ir-reġistratur għandu javża lill-amministratur
dwar min ikun ir-rappreżentant maħtur billi jagħti l-partikolaritajiet
imsemmija fis-subartikolu (10). Ma jkun hemm ebda jedd ta’ appell
dwar deċiżjoni ta’ dik il-qorti.
(12) Bla ħsara għar-relazzjoni interna ta’ dawk li jkunu sidien
flimkien ta’ qasam wieħed, ir-rappreżentant maħtur taħt is-
subartikoli (10) u (11) jkun responsabbli lejn l-amministratur għall-
obbligazzjonijiet kollha tal-qasam.
(13) Condominus jista’ jkun rappreżentat waqt laqgħa minn
prokuratur li jkollu waqt il-laqgħa l-istess drittijiet u dmirijiet
bħall-condominus li jkun qed jirrappreżenta. Il-ħatra ta’ prokuratur
issir minn condominus permezz ta’ skrittura.
(14) Il-laqgħa għandha tkun presjeduta mill-amministratur. Fin-
CONDOMINIA ġ KAP. 398.        11
nuqqas tiegħu, jista’ jiġi deċiż fil-bidu tal-laqgħa li jkun hemm
condominus li jippresjedi hu. Fil-każ ta’ voti ndaqs, il-president tal-
laqgħa jkollu casting vote:
Iżda meta l-amministratur ma jkunx condominus, huwa ma
jkollu ebda vot oriġinali iżda biss casting vote fil-każ ta’ voti
ndaqs.
Oppożizzjoni 
għad-deċiżjonijiet 
tal-laqgħa.
23. (1) Meta condominus ma jkunx jaqbel ma’ deċiżjoni tal-
laqgħa minħabba f’li d-deċiżjoni tmur kontra l-liġi jew ir-
regolamenti tal-condominium jew tkun irraġonevoli jew oppressiva,
huwa jista’ jirreferi l-kwestjoni għall-arbitraġġ.
(2) Ir-riferenza ta’ kwestjoni għall-arbitraġġ skond is-
subartikolu (1) għandha ssir mill-condominus dissidenti fi żmien
tletin jum mid-data li d-deċiżjoni tal-laqgħa tkun ġiet lilu notifikata
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 22:
Iżda meta tkun tapplika l-ewwel proviso għas-subartikolu
(3) ta’ l-artikolu 22, il-perijodu ta’ tletin jum għandu jibda jgħaddi
mid-data meta d-deċiżjoni titwaħħal man-notice board skond is-
subartikolu (5) ta’ l-imsemmi artikolu 22.
(3) Jekk l-arbitru jiddeċiedi favur il-condominus dissidenti,
huwa jista’ jannulla jew jemenda d-deċiżjoni.
Regolament tal-
condominium.
24. (1) Jistgħu jintgħamlu regoli biex jirregolaw l-użu tal-
partijiet komuni u t-tqassim ta’ l-ispejjeż magħmula għar-rigward
tal-partijiet komuni. Dawk ir-regoli jistgħu wkoll jinkludu regoli
għaż-żamma tad-dekor tal-condominium u regoli li jolqtu t-
tmexxija tiegħu.
(2) Kull condominus jista’ jieħu l-inizjattiva biex iħejji r-regoli
dwar il-condominium jew ir-reviżjoni ta’ xi regoli eżistenti, liema
regoli għandhom jinġiebu waqt laqgħa tal-condomini għall-
approvazzjoni tagħhom skond is-subartikolu (3).
(3) Ir-regoli dwar il-condominium għandhom jiġu approvati
waqt laqgħa tal-condomini mill-maġġoranza tal-condomini
stabbiliti fl-artikolu 22(7) u għandhom jiġu reġistrati mar-
Reġistratur ta’ l-Artijiet mill-amministratur jew, fin-nuqqas ta’
amministratur, mill-condomini flimkien jew minn persuna delegata
minnhom. Kull emenda li ssir f’dawk ir-regoli għandha wkoll tiġi
reġistrata kif imsemmi qabel.
(4) Ir-Reġistratur ta’ l-Artijiet għandu jżomm u jirreġistra kull
dokument li jkun meħtieġ li jiġi lilu konsenjat bil-għan li jiġi
reġistrat taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(5) Persuna tista’ -
(a) tispezzjona d-dokumenti miżmuma mir-Reġistratur ta’
l-Artijiet; u
(b) titlob kopja jew estratt ta’ dokument li jkun ġie
konsenjat lir-Registratur ta’ l-Artijiet.
(6) Meta jiġu reġistrati xi regoli dwar condominium jew emendi
li jsiru għalihom skond is-subartikolu (3), ir-Reġistratur ta’ l-
Artijiet għandu jara li mingħajr dewmien tiġi pubblikata
  12      KAP. 398. ħ       CONDOMINIA
dikjarazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern li tkun turi d-data meta tkun
saret ir-reġistrazzjoni.
(7) Kull condominus dissidenti jista’ jikkontesta dawk ir-regoli
jew xi parti minnhom għar-raġuni li dawn jkunu jmorru kontra l-
liġi, jew li ma jkunux raġonevoli, jew li jkunu oppressivi, u jista’
jirreferi l-kwestjoni ta’ dik il-kontestazzjoni għall-arbitraġġ.
(8) Dawk ir-regoli m’għandhom b’ebda mod inaqqsu d-
drittijiet tal-condomini li joħorġu mit-titolu għall-proprjetà  u minn
kull ftehim li jkun sar b’mod validu, u f’ebda każ m’għandhom
jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(3) u ta’ l-artikoli
7, 8, 15, 17, 18, 22 u 23.
Meta l-laqgħa ma 
tagħmilx jew ma 
tapprovax regoli.
25. Meta ma jkunux intgħamlu jew ġew approvati regoli skond
l-artikolu 24, kull condominus jista’ jipproponi regoli biex
jirregolaw il-condominium, u jekk dawn ir-regoli ma jiġux
approvati mill-condomini l-oħra, il-kwestjoni ta’ l-adozzjoni ta’
dawk ir-regoli għandha tiġi riferita għall-arbitraġġ, u l-arbitru
għandu jiddeċiedi dwar jekk dawk ir-regoli għandhomx jiġu
adottati bi jew mingħajr emendi.
Arbitraġġ.
Kap. 387.
26. F’kull tilwima li skond dan l-Att għandha jew tista’ tiġi
riferita għall-arbitraġġ, il-partijiet fit-tilwima għandhom jitqiesu
bħala li ftehmu li jieħdu l-kwestjoni f’arbitraġġ skond it-Taqsima
IV ta’ l-Att dwar l-Arbitraġġ, sabiex din tiġi deċiża skond il-Liġi
ta’ Malta minn arbitru uniku li jinħatar miċ-Chairman taċ-Ċentru
dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta.
Regoli speċjali 
għall-arbitraġġ taħt 
dan l-Att.
Emendat:
XVI.2001.10.
Kap. 387.
27. Għall-finijiet ta’ arbitraġġi msemmija fl-artikolu 26 ta’ dan
l-Att -
(a) l-artikolu 14 u l-artikolu 1 (7)5 ta’ l-Att dwar l-
Arbitraġġ, u kull disposizzjoni ta’ dak l-Att li tkun
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
m’għandhomx ikunu japplikaw;
(b) iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta mwaqqaf skond
dak l-Att -
(i) għandu jaħtar lista ta’ arbitri domestiċi dwar
materji relatati ma’ dan l-Att, u l-arbitru uniku
in konnessjoni ma’ kull arbitraġġ taħt dan l-Att
għandu jiġi maħtur, sakemm il-persuni kollha
fuq il-lista ma jkunux ġew rikużati, jew ma
jkunux mod ieħor astjenew, 'minn fost il-persuni
f’dik il-lista, iżda għandha tingħata preferenza lil
persuna bi kwalifiki legali u fejn il-kwistjoni
riferuta għall-arbitraġġ hija ta’ natura teknika
marbuta ma’ l-istabilità , kostruzzjoni jew bini
mill-ġdid u tqassim u, jew kalkolu ta’ l-ispejjeż
dwar l-ambjent fiżiku, għandha tingħata preferenza
lil perit jew inġinier ċivili, sakemm din il-persuna
bi kwalifiki legali, perit jew inġinier ċivili jkun ilu
jipprattika l-professjoni tiegħu għal mill-inqas
seba’ snin qabel il-ħatra; 
CONDOMINIA ġ KAP. 398.        13
Kap. 387.
(ii) jista’ jagħmel regoli ta’ proċedura speċjali, li ma
jkunux inkonsistenti mar-regoli ta’ ġustizzja
naturali, sabiex jirregola dawk l-arbitraġġi
msemmija fl-artikolu 26 ta’ dan l-Att. Dawk ir-
regoli jistgħu jkunu differenti minn xi jew kull
disposizzjoni tat-Taqsima IV ta’ l-Att dwar l-
Arbitraġġ; u
(ċ) kwistjonijiet marbuta ma’ l-għażla ta’ l-amministratur
skond l-artikolu 15(1), ħlas lura ta’ l-ispejjeż
magħmula mill-amministratur skond l-artikolu 20, u l-
adozzjoni tar-regoli skond l-artikolu 25, għandhom
ikunu deċiżi minn arbitru uniku.
Bejgħ b’irkant.
14(1) għandu jsir, sakemm il-condomini kollha ma jifthemux mod
ieħor, taħt l-awtorità  u bl-approvazzjoni ta’ l-arbitru uniku
mqabbad kif imsemmi fl-artikolu 27, li għandu jqis l-interessi ta’
kuħhadd u jara li ħadd ma jiġi ippreġudikat. Il-bejgħ għandu jsir,
f’nuqqas ta’ regoli ta’ proċedura speċjali kif mahsub fl-artikolu 27,
skond kif jirregola l-arbitru.
Arbitraġġi 
vessatorji.
29. Jekk matul is-smigħ ta’ arbitraġġ jirriżulta lill-arbitru li r-
riferiment ikun wieħed vessatorju, hu jista’ jikkundanna lill-parti
hekk ħatja li tħallas lill-partijiet l-oħra penali ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira. L-istess penali tista’ tiġi imposta mill-arbitru fuq il-
parti l-oħra meta l-azzjoni tiegħu li tkun tat lok għat-talba għall-
arbitraġġ tkun vessatorja.
Setgħat tal-qorti.
Kap. 387.
30. Salv id-disposizzjonijiet tat-Taqsima VI ta’ l-Att dwar l-
Arbitraġġ, f’dawk il-kwestjonijiet li skond dan l-Att jistgħu jiġu
jew għandhom jiġu riferiti għall-arbitraġġ, ebda qorti m’għandha
tintervjeni jew tkun kompetenti ħlief meta jiġi hekk provdut bl-
imsemmi Att dwar l-Arbitraġġ.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
Emendat:
XVI. 2001.11.
31. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 2, 4, 5, 6, 8, 9, 10 u
22(7)(d) għandhom japplikaw ukoll għall-condominia li kienu
jeżistu qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw ukoll għal
condominia li kienu jeżistu qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att kif
provdut fis-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
Att XXXI ta’ l-
1995.
(3) Bla ħsara għas-subartikoli (5) u (6) fejn f’condominium li
kien jeżisti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-1995 li Jemenda l-
Liġijiet dwar il-Kiri ta’ Djar, u li fihom wieħed jew aktar mill-
oqsma separati qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dak l-Att kien suġġett għal
kirja, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att barra minn dawk imsemmija
fis-subartikolu (1) m’għandhomx japplikaw għal condominium
kollu sakemm tissussisti l-kirja jew sakemm is-sid u l-kerrej jew id-
dominus u l-enfitewta skond il-każ ta’ kull qasam separat ma
jiftehmux mod ieħor b’att pubbliku li għandu jiġi reġistrat fir-
Reġistru Pubbliku jew fir-Reġistru ta’ l-Art skond il-każ, fejn jiġu
regolati r-relazzjonijiet bejn is-sid u l-kerrej, jew id-dominus u l-
enfitewta skond il-każ:
Iżda kull ftehim li jirregola r-relazzjonijiet bejn is-sid u l-
  14      KAP. 398. ħ       CONDOMINIA
kerrej, jew id-dominus u l-enfitewta, skond il-każ, li jkun intlaħaq
wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-1995 li Jemenda l-Liġijiet dwar
il-Kiri ta’ Djar, u qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, għandu jibqa’
fis-seħħ ukoll jekk dak il-ftehim ma kienx sar b’att pubbliku kif
ingħad u f’każ bħal dak id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu
japplikaw għall-condominium.
(4) Għall-finijiet tas-subartikoli (3) u (5) kirja tfisser kirja jew
enfitewsi temporanja għal wieħed u għoxrin sena jew anqas, iżda
ma tinkludix enfitewsi temporanja għal wieħed u għoxrin sena jew
anqas li hi prorogabbli għal aktar minn wieħed u għoxrin sena.
(5) Bla ħsara għas-subartikolu (6), fil-każ ta’ condominia li
kienu jeżistu qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u li fih il-kirjiet li
għalihom ikunu suġġetti l-oqsma ikunu kirjiet ġodda jew enfitewsi
ġodda li saru wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-1995 li Jemenda l-
Liġijiet dwar il-Kiri ta’ Djar (kif definiti fid-disposizzjonijiet
applikabbli ta’ dak l-Att), id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
għandom japplikaw, u l-obbligi u d-drittijiet tal-condominus f’dan
l-Att jorbtu u jiġu eżerċitati minn sid il-kera jew mill-enfitewta
sakemm ma jiġix miftiehem jew ma jkunx miftiehem mod ieħor
mis-sid il-kera u l-kerrej, jew id-dominus u l-enfitewta, b’att
pubbliku li għandu jiġi reġistrat fir-Reġistru Pubbliku jew fir-
Reġistru ta’ l-Artijiet skond il-każ:
Iżda kull ftehim li jirregola r-relazzjonijiet bejn is-sid u l-
kerrej, jew id-dominus u l-enfitewta, skond il-każ, dwar l-obbligi u
d-drittijiet tal-condominus, li jkun intlaħaq wara d-dħul fis-seħħ ta’
l-Att ta’ l-1995 li Jemenda l-Liġijiet dwar il-Kiri ta’ Djar, u qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, għandu jibqa’ fis-seħħ ukoll jekk dak
il-ftehim ma kienx sar b’att pubbliku kif ingħad.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att m’għandhomx japplikaw
għal condominia li xi oqsma separati fihom huma proprjetà  tal-
Gvern sakemm il-Ministru responsabbli għad-djar ma jagħmilx
Ordni fil-Gazzetta fejn jgħid li għandu japplika u Ordni bħal dak
jista’ jipprovdi dwar condominia partikolari jew kategoriji ta’
condominia partikolari kif ukoll għar-relazzjonijiet bejn il-Gvern
bħala sid il-kera u l-kerrejja:
Iżda xejn f’dan is-subartikolu ma għandu jiftiehem li jagħti
s-setgħa lill-Ministru li jagħmel xi Ordni li jkollu bħala effett li
jemenda xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att:
Iżda wkoll il-Ministru responsabbli għad-djar jista’ jagħti l-
permess sabiex jiġu installati jew eretti l-faċilitajiet imsemmija fl-
artikolu 8(5) u (7) fi blokki ta’ bini li in parti jew fl-intier huma
proprjetà  tal-Gvern; u dan il-permess ma jirrendix l-imsemmi bini
bħala condominium.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti.
Emendat:
XVI. 2001.12.
32. Il-Ministru responsabbli għar-Reġistru ta’ l-Artijiet jista’
jagħmel regolamenti għat-twettiq sew tad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att. 
Drittijiet.
Miżjud:
XVI. 2001.13.
33. Il-Ministru responsabbli mir-Reġistru ta’ l-Artijiet jista’,
bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jagħmel
ordnijiet dwar l-ammonti ta’ drittijiet li għandhom jitħallsu għal
CONDOMINIA ġ KAP. 398.        15
kull ħaġa li tkun saret jew għal kull servizz provdut taħt dan l-Att.
