TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        1
KAPITOLU 399
ATT BIEX JIRREGOLA 
T-TELEKOMUNIKAZZJONI
Biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.
31 ta’ Diċembru, 1997
2 ta’ Jannar, 1998
L-ATT XXXIII ta’ l-1997, kif emendat bl-Atti XIX ta’ l-1998, XVIII ta’ l-
2000, VI ta’ l-2001 u XXVII ta’ l-2002.
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu.
Telekomunikazzjoni.
Tifsir.
Emendat:
XIX. 1998.3;
XVIII.2000.31.
2. F’dan l-Att, u f’regolamenti magħmulin taħtu, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra -
"abbonat" tfisser persuna li tkun parti f’kuntratt ma’ provditur ta’
servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li jkunu pubblikament
disponibbli għall-provdiment ta’ servizzi bħal dawk;
"apparat" tfisser kull tagħmir, strument jew apparat ieħor li
jintuża fil-provvediment, jew fir-riċezzjoni, ta’ servizzi ta’
telekomunikazzjoni, u tinkludi kull oġġett imwaħħal miegħu jew
aċċessorji miegħu;
"apparat ta’ telekomunikazzjonijiet" jew "apparat" tfisser apparat
mibni jew adattat għall-użu fit-trasmissjoni jew ir-riċezzjoni ta’ xi
ħaġa li jkollha tinġarr jew li tkun inġarret fuq sistema ta’
telekomunikazzjonijiet;".
"awtorizzazzjoni" tinkludi kull liċenza jew permess maħruġ taħt
dan l-Att sabiex tiġi installata jew imħaddma ta’
telekomunikazzjonijiet jew sabiex jiġi pprovdut servizz ta’
telekomunikazzjonijiet u tinkludi awtorizzazzjonijiet ġenerali u
liċenzi individwali kif imfissra fl-artikolu 6;
"art pubblika" tinkludi kull art li tintuża jew li tkun maħsuba li
tintuża mill-pubbliku kollu, kif ukoll l-ibħra territorjali ta’ Malta;
"attivitajiet kummerċjali konnessi mat-telekomunikazzjonijiet"
tfisser il-provdiment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet jew il-
forniment jew esportazzjoni ta’ apparat tat-telekomunikazzjonijiet
jew il-produzzjoni jew il-ksib ta’ dak l-apparat biex jiġi provdut
jew esportat;
"awtorità  kompetenti" jew "Awtorità " tfisser il-persuna jew il-
korp imsemmi bħala l-awtorità  kompetenti fl-artikolu 3 u sal-limitu
ta’ l-awtorità  mogħtija tinkludi lil kull persuna minnha awtorizzata
għal kull għan li jkun;
"Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Appelli dwar Telekomunikazzjonijiet
imwaqqaf bl-artikolu 34;
"frekwenza" tfisser l-għadd ta’ ċikli sħaħ fis-sekonda ta’ mewġa
  2      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
ta’ enerġija elettromanjetika;
"iġġorr" tinkludi tittrasmetti u tittrasporta u "ġarr" għandha
tiftiehem skond hekk;
"interkonnessjoni" tfisser it-tqabbid fiżiku u loġiku ta’ sistemi
ta’ telekomunikazzjonijiet użati mill-istess organizzazzjoni jew
minn waħda differenti sabiex tippermetti lill-utenti ta’ xi
organizzazzjoni waħda li jikkomunikaw ma’ l-utenti ta’ l-istess
organizzazzjoni jew ta’ organizzazzjoni oħra jew li jkollhom aċċess
għal servizzi provduti minn organizzazzjoni oħra. Dawk is-servizzi
jistgħu jiġu pprovduti mill-partijiet involuti jew minn partijiet oħra
li jkollhom aċċess għas-sistema;
Kap. 250.
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni Telemalta mwaqqfa bl-
Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta*;
"messaġġ" tinkludi komunikazzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-telekomunikaz-
zjonijiet, u tinkludi kull Ministru ieħor minnu delegat għal dak l-
għan;
"mogħtija" jew "maħruġa", dwar awtorizzazzjoni, tinkludi li
titqies li din tingħata jew tinħareġ; 
"obbligu ta’ servizz universali" tfisser obbligu biex tipprovdi
servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li jissemmew mill-Awtorità
bħala servizzi bażiċi għal għanijiet soċjali bi prezz baxx jew għal
kollox b’xejn;
"persuna" tinkludi kull korp ġuridiku u kull għaqda ta’ persuni
sew jekk din ikollha personalità  legali distinta minn dik tal-membri
tagħha;
"portabilità  ta’ numru" tfisser faċilità  li biha l-abbonati li
jagħmlu talba għaldaqshekk jkunu jistgħu jżommu n-numru
tagħhom fuq sistema ta’ telefonija li tkun indipendenti mill-
organizzazzjoni li tipprovdi s-servizz fil-punt ta’ terminazzjoni ta’
network ta’ l-abbonat;
"pożizzjoni dominanti fis-suq" għandu jkollha l-istess tifsira li
tista’ tiġi preskritta b’regolamenti li jsiru taħt dan l-Att;
"preskritta" tfisser preskritta b’regolamenti magħmulin taħt dan
l-Att;
"privileġġ esklużiv" tfisser il-privileġġ mogħti kemm jekk
imsejjaħ dritt, awtorità  jew xort’oħra, lil persuna waħda jew iktar
permezz ta’ xi istrument legali, kontrattwali, regolatorju jew
amministrattiv li jirriserva lil dik il-persuna jew dawk il-persuni l-
privileġġ li jipprovdu servizz, li jħaddmu sistema jew li jmexxu xi
attività  b’esklużjoni ta’ ħaddieħor;
"provdimenti ta’ open network" tfisser il-kondizzjonijiet
armonizzati li jikkonċernaw l-aċċess miftuħ u effiċjenti għal
sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi u servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet pubbliċi u l-użu effiċjenti ta’ dawk is-
sistemi u servizzi. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni
*Imħassar b’dan l-Att.
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        3
tagħhom fuq bażi ta’ każ b’każ, provdimenti ta’ open network
jistgħu jinkludu kondizzjonijiet għar-rigward ta’ -
(i) interfaces tekniċi inkluża d-definizzjoni u l-
implementazzjoni ta’ punti ta’ terminazzjoni ta’
network;
(ii) kondizzjonijiet ta’ l-użu inkluż, l-aċċess għall-
frekwenzi;
(iii)  prinċipji tariffarji;
"provditur awtorizzat" tfisser kull persuna li jkollha liċenza jew
permess validi sabiex iħaddmu sistema ta’ telekomunikaz-zjonijiet
jew jipprovdu servizz ta’ telekomunikazzjonijiet taħt dan l-Att, jew
li jkun reġistrat taħt dan l-Att bħala persuna li tkun awtorizzata kif
imsemmi qabel;
"provditur ta’ servizz ta’ bla sistema" tfisser persuna li tipprovdi
servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li jkunu pubblikament
disponibbli iżda li ma tkunx tħaddem is-sistema ta’
telekomunikazzjonijiet li permezz tagħhom dawk is-servizzi jkunu
pprovduti;
"provditur ta’ trasport ta’ telekomunikazzjonijiet" tfisser persuna
li tipprovdi servizz li jikkonsisti fil-ġarr permezz ta’ sistema ta’
telekomunikazzjonijiet ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li
jkunu pubblikament disponibbli;".
"punt ta’ terminazzjoni ta’ network" tfisser il-konnessjonijiet
fiżiċi kollha u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ aċċess tekniku tagħhom li
jagħmlu parti mis-sistema ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi u li
huma meħtieġa għall-aċċess f’dik is-sistema pubblika u l-
komunikazzjoni effiċjenti permezz tagħha;
"servizz tat-telefonija bil-vuċi pubblikament disponibbli" tfisser
servizz ta’ telefonija fiss, sew jekk jitħaddem mingħajr l-użu tal-fili
sew jekk xort’oħra, jew servizz ta’ telefonija mobbli, jew it-tnejn,
li jkun disponibbli għall-pubbliku;
"servizz ta’ telekomunikazzjonijiet" tfisser xi wieħed jew iktar
minn dan li ġej:
(a) servizz li jkun jikkonsisti fil-ġarr permezz ta’ sistema
ta’ telekomunikazzjonijiet ta’ kull għamla ta’
telekomunikazzjonijiet, mingħajr ma jitqies x’ikun il-
kontenut tal-messaġġi trasmessi;
(b) servizz ta’ informazzjoni ta’ direttorju li jkun
jikkonsisti fil-provvediment b’mezz ta’ sistema ta’
telekomunikazzjonijiet ta’ informazzjoni ta’ direttorju
bil-għan li jiġi faċilitat l-użu ta’ servizz li jkun fit-
termini tal-paragrafu (a) ta’ din it-tifsira u jiġi provdut
permezz ta’ dik is-sistema;
Kap. 350.
(ċ) servizz li jkun jikkonsisti fl-istallazzjoni, manuten-
zjoni, tħaddim, irranġar, tiswija, tibdil, ċaqliq, tneħħija
jew sostituzzjoni ta’ sistema ta’ telekomunikaz-
zjonijiet inkluż il-cable television, video kif jintalab u
servizzi interattivi, iżda eskluż ix-xandir kif imfisser
fl-Att dwar ix-Xandir;
  4      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
"servizz ta’ telekomunikazzjonijiet privati" tfisser servizz ta’
telekomunikazzjoni provdut minn provditur awtorizzat għall-użu
tiegħu nnifsu fuq sistema ta’ telekomunikazzjonijiet;
"servizz ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi" tfisser servizz li l-
provdiment tiegħu jkun ġie fdat lil xi organizzazzjoni waħda jew
iktar ta’ telekomunikazzjonijiet;
"servizz ta’ telekomunikazzjonijiet li jkun pubblikament
disponibbli" tfisser servizz ta’ telekomunikazzjonijiet li jkun
disponibbli għall-pubbliku;
"sistema elettro-manjetika" tfisser kull sistema li biha jistgħu
jiġu trasmessi messaġġi jew ħsejjes jew xbihat bid-dawl jew
viżwali permezz ta’ fil li jkun attivat bl-elettriku jew b’radio waves
jew b’kull enerġija oħra elettro-manjetika jew b’enerġija optika jew
b’kombinazzjoni ta’ żewġ sistemi jew iżjed bħal dawk;
"sistema ta’ telekomunikazzjonijiet" tfisser sistema għall-ġarr
permezz ta’ l-aġenzija ta’ enerġija elettrika, manjetika, elettro-
manjetika, elettro-kimika jew elettro-mekkanika, ta’ -
(i) diskors, mużika u ħsejjes oħra,
(ii) xbiehat viżivi;
(iii) sinjali li jservu biex tintbagħat (sew bejn persuni
u persuni, oġġetti u oġġetti, u persuni u oġġetti)
kull ħaġa li tkun minbarra fl-għamla ta’ ħsejjes
jew xbiehat viżivi; jew
(iv) sinjali li jservu għall-attwazzjoni jew il-kontroll
ta’ xi makkinarju jew apparat;
"sistema ta’ telekomunikazzjonijiet privati" tfisser sistema ta’
telekomunikazzjonjiet utilizzata minn provditur awtorizzat sabiex
jipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet privati biss;
"sistema ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi" tfisser
infrastruttura ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi li tippermetti l-
ġarr ta’ sinjali bejn punti ta’ terminazzjoni ta’ network definiti bil-
fil, bil-microwave, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi
oħra;
"telefonija" tfisser il-provdiment kummerċjali għall-pubbliku ta’
trasport dirett u fl-istess waqt ta’ diskors li jkun qed isisr permezz
ta’ network wieħed jew iktar ta’ switches pubbliċi b’dak il-mod li
kull utent jista’ juża tagħmir konness ma’ punt ta’ terminazzjoni ta’
network sabiex jikkomunika ma’ xi utent ta’ tagħmir ieħor konness
ma’ xi punt ta’ terminazzjoni ieħor;
"telegrafija" tfisser it-trasmissjoni ta’ messaġġi minn post għall-
ieħor permezz ta’ sistema elettro-manjetika, iżda ma tinkludix
messaġġi mitkellma;
"telekomunikazzjonijiet" tfisser l-emissjoni, it-trasmissjoni, l-
inkanalar jew ir-reċezzjoni permezz ta’ enerġija elettrika,
manjetika, elettro-manjetika, elettro-kimika jew elettro-mekkanika,
ta’:
(i) diskors, mużika u ħsejjes oħra,
(ii) xbiehat viżivi;
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        5
(iii) sinjali li jservu biex tintbagħat (sew bejn persuni
u persuni, oġġetti u oġġetti, u persuni u oġġetti)
kull ħaġa li tkun minbarra fl-għamla ta’ ħsejjes
jew xbiehat viżivi; jew
(iv) sinjali li jservu għall-attwazzjoni jew il-kontroll
ta’ xi makkinarju jew apparat;
"telex" tfisser sistema ta’ telegrafija li biha l-messaġġ jiġi
trasmess direttament bejn it-trasmittent u r-riċevitur;
"trasmissjoni" tinkludi li tibgħat, switching u riċezzjoni;
"trasport" tinkludi ġarr u trasmissjoni;
"utent" tfisser persuni li jużaw jew jeħtieġu servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet li jkunu pubblikament disponibbli.
TAQSIMA II
REGOLAMENT TA’ TELEKOMUNIKAZZJONIJIET
1.L-Awtorità  Kompetenti li tirregola t-
Telekomunikazzjonijiet
Ħatra ta’ Awtorità
Sostitwit:
XVIII. 2000.31.
3. (1) Il-Ministru għandu b’ordni fil-Gazzetta jinnomina
persuna li tkun l-awtorità  kompetenti għall-għanijiet ta’ dan l-Att
biex twettaq il-funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan l-Att
u biex twettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’ jqis li
jkunu adattati għar-rigward tat-tħaddim ta’ dan l-Att. Dik il-
persuna jew dak il-korp għandhom jiġu nominati għal dak il-
perjodu li l-Ministru jista’ jistabbilixxi u l-Ministru jkollu s-setgħa
f’kull żmien li jtawwal, iġedded jew itemm dik in-nomina b’ordni
fil-Gazzetta.
(2) Is-setgħa tal-Ministru li jtawwal, iġedded jew itemm
nomina magħmula skond is-subartikolu (1) għandha ttemm milli
tibqa’ teżisti minn dak iż-żmien li jista’ jiġi speċifikat mill-
Ministru b’ordni fil-Gazzetta li bih l-Awtorità  ta’ Malta dwar il-
Komunikazzjoni tiġi nomninata biex taġixxi bħala l-awtorità
kompetenti taħt dan l-Att fuq bażi permanenti.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Sostitwit:
XVIII. 2000.31.
4. (1) Ikun id-dmir ta’ l-Awtorità  li teżerċita l-funzjonijiet
lilha assenjati taħt dan l-Att b’mod li hija tikkunsidra li jwassal -
(a) biex ir-regolamentazzjoni tas-settur tat-
telekomunikazzjonijiet issir abbażi tal-prinċipji
fundamentali ta’ dan l-Att li jinkludu s-separazzjoni
tal-funzjonijiet regolatorji minn dawk operattivi, il-
kompetizzjoni ġusta, it-trasparenza, in-non-
diskriminazzjoni, il-ftuħ tan-networks, il-protezzjoni
tal-konsumatur, is-servizz universali, il-valuri ta’
servizz pubbliku u r-rispett għad-drittijiet
fundamentali tal-bniedem;
(b) biex jiżgura li jkunu pprovduti f’Malta, ħlief sal-limitu
li l-provdiment tagħhom ma jkunx prattiku, dawk is-
servizzi ta’ tele-komunikazzjonijiet li jkunu
jissodisfaw kull domanda raġonevoli għalihom inklużi
  6      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
b’mod partikolari servizzi ta’ emerġenza, servizzi ta’
sejħat pubbliċi, servizzi ta’ informazzjoni ta’
direttorju, u s-servizzi marittimi; u
(ċ) mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tal-paragrafu (a)
hawn aktar qabel, biex jiżgura li kull persuna li
permezz tagħha għandhom jiġu pprovduti dawk is-
servizzi jkun jista’ jiffinanzja l-provdiment ta’ dawk
is-servizzi.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu (1), l-Awtorità  jkollha dmir li
teżerċita l-funzjonijiet lilha assenjati jew trasferiti taħt dan l-Att
b’mod li hija tqis li l-aħjar iwassal -
(a) biex iġib ’il quddiem l-interessi tal-komsumaturi,
xerrejja u utenti oħra f’Malta (inklużi b’mod
partikolari dawk li huma disabilitati jew ta’ età
pensjonabbli) għar-rigward tal-prezzijiet mitluba għal,
u l-kwalità  u l-varjetà  ta’ servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet ipprovduti u servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet forniti;
(b) biex iġib ’il quddiem open  networks u kompetizzjoni
effettiva bejn persuni involuti f’xogħol ta’ attivitajiet
kummerċjali konnessi mat-telekomunikazzjonijiet
f’Malta;
(ċ) biex iġib ’il quddiem effiċjenza u ekonomija minn
dawk il-persuni;
(d) biex iġib ’il quddiem ir-riċerka dwar, u l-iżvilupp u l-
użu ta’ teknikalitajiet ġodda minn dawk il-persuni;
(e) biex jinkoraġġixxi utenti kbar tas-servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet li jkollhom il-postijiet tan-
negozju tagħhom barra minn Malta biex jistabbilixxu
postijiet tan-negozju f’Malta;
(f) biex iġib ’il quddiem il-provdiment ta’ servizzi ta’
transitu internazzjonali minn persuni li jkunu
jipprovdu servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet f’Malta;
(g) biex jagħmilha possibbli għal persuni li jkunu qed
jipprovdu servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet f’Malta
li jikkompetu effettivament fil-provdiment ta’ dawk is-
servizzi barra minn Malta;
(h) biex jinkoraġġixxi persuni li jipproduċu apparat tat-
telekomunikazzjonijiet li jistabbilixxu faċilitajiet ta’
produzzjoni f’Malta u lbiex jagħmilha possibbli għal
dawk il-persuni li jikkompetu effettivament fil-
forniment ta’ dak l-apparat sew f’Malta sew barra
minn Malta.
(3) Ikun id-dmir ta’ l-Awtorità  li twettaq il-funzjonijiet
preskritti f’dan l-Att u li tiżgura konformità  mad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn
aktar qabel imsemmi, biex jiżgura li persuni li jħaddmu sistemi ta’
telekomunikazzjonijiet jew li jipprovdu servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet f’Malta jikkonformaw ruħhom ma’ dan l-
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        7
Att, mar-regolamenti u d-direttivi li jinħarġu taħt dan l-Att u mal-
kondizzjonijiet tal-liċenza tagħhom. 
(4) L-Awtorità  tista’ tagħmel dawk id-direttivi li jistgħu jkunu
meħtieġa għat-twettiq ta’ xi wieħed mill-provvedimenti ta’ dan l-
Att u tista’ wkoll temenda jew tirrevoka dawk id-direttivi.
(5) Direttivi li jinħarġu mill-Awtorità  skond dan l-artikolu u
kull emenda jew revoka tagħhom għandhom jiġu komunikati mill-
Awtorità  lill-persuni li jkunu qed iħaddmu sistemi ta’
telekomunikazzjonijiet jew jipprovdu servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet f’Malta u għandhom ukoll jintagħmlu
pubbliċi billi jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
(6) L-Awtorità  għandu jkollha wkoll dawk il-funzjonijiet,
responsabbiltajiet u setgħat oħra bħalma jinsabu stipulati f’dan l-
Att jew hekk kif il-Ministru responsabbli għat-
telekomunikazzjonijiet jista’ b’ordni jippreskrivi jew hekk kif jista’
jiġi lilha assenjat minn jew taħt xi liġi oħra.
2. Awtorizzazzjoni għal sistemi jew servizzi ta’ 
telekomunikazzjonijiet
Ħtieġa ta’ 
awtorizzazzjoni.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
5. (1) Ħadd ma jista’ jinstalla jew iħaddem sistema ta’
telekomunikazzjonijiet jew jipprovdi servizz ta’ telekomunikaz-
zjonijiet f’Malta kemm-il darba ma jkunx provditur awtorizzat.
(2) M’għandhiex awtorizzazzjoni mogħtija lil xi ħadd taħt dan
l-Att, teħles lil dik il-persuna mill-ħtieġa ta’ xi liċenza oħra,
permess ieħor jew awtorizzazzjoni oħra, jew minn kull obbligu li
joħroġ minn kull liġi oħra:
Kap. 49.
Iżda, sal-limitu li tkun meħtieġa bil-għan ta’ xi installaz-
zjoni, tħaddim jew provvediment kif imsemmi qabel minn
provditur awtorizzat, awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Att tista’
tinkludi liċenza maħruġa taħt l-artikolu 3 ta’ l-Ordinanza dwar it-
Telegrafija mingħajr Fili, u dik il-liċenza għandha titqies bħala li
tkun inħarġet taħt dan l-Att u għandha tiġi regolata skond hekk.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jinkisrux bil-
ġestjoni ta’ xi sistema ta’ telekomunikazzjonijiet elenkata bħal
waħda eżenti minn dawk id-disposizzjonijiet f’regolamenti li l-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jipprekrivi.
Liċenzi u 
awtorizzazzjonijiet 
ġenerali.
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
6. (1) Tista’ tingħata liċenza għat-tħaddim ta’ sistema ta’
telekomunikazzjonijiet jew biex jiġi pprovdut servizz ta’
telekomunikazzjonijiet -
(i) mill-Awtorità ; jew
(ii) skond awtorizzazzjoni ġenerali maħruġa mill-
Awtorità  u suġġett għall-verifika da parti ta’ l-
Awtorità  li l-kondizzjonijiet ta’ dik l-
awtorizzazzjoni ġenerali jkunu sodisfatti,
għat-tħaddim ta’ xi sistema ta’ telekomunikazzjonijiet hekk kif
ikun hemm speċifikat fil-liċenza jew li tkun ta’ deskrizzjoni hekk
speċifikata.
(2) Liċenza mogħtija taħt dan l-artikolu għandha tkun bil-
  8      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
miktub u, sakemm din ma tkunx ġiet qabel revokata skond kull patt
kontenut fiha, din għandha tibqa’ sseħħ għal dak il-perjodu li jista’
jiġi speċifikat fi, jew stabbilit minn jew taħt il-liċenza.
(3) Liċenza mogħtija taħt dan l-Att tista’ tingħata sew fil-
forma ta’ awtorizzazzjoni ġenerali lil kulħadd jew lil persuni ta’ xi
klassi jew fil-forma ta’ liċenza individwali lil xi persuna
partikolari.
(4) Liċenza mogħtija taħt dan l-artikolu tista’ tawtorizza -
(a) il-konnessjoni ma’ xi sistema ta’
telekomunikazzjonijiet li dwarha tkun il-liċenza-
(i) ta’ xi sistema ta’ telekomunikazzjonijiet oħra
speċifikata fil-liċenza jew ta’ deskrizzjoni hekk
speċifikata; u
(ii) ta’ xi apparat hekk speċifikat jew ta’
deskrizzjoni hekk speċifikata; u
(b) il-provdiment permezz ta’ xi sistema ta’
telekomunikazzjonijiet li dwarha tkun il-liċenza ta’ xi
servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet speċifikati fil-
liċenza jew ta’ deskrizzjoni hekk speċifikata.
(5) Liċenza mogħtija taħt dan l-Att tista’ tinkludi -
(a) dawk il-kondizzjonijiet (sew jekk jirrigwardaw is-
sistema ta’ telekomunikazzjonijiet li dwarha tkun il-
liċenza sew xort’oħra) bħalma jidhru lill-Awtorità  li
jkunu meħtieġa jew spedjenti fil-qies tad-dmirijiet ta’
l-Awtorità  u ta’ l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’
Malta;
(b) kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġ l-ħlas lill-Awtorità  ta’
dritt ma’ l-għoti tal-liċenza jew ta’ ħlasijiet matul il-
validità  tal-liċenza jew it-tnejn flimkien, liema dritt
jew ħlasijiet għandhom ikunu f’dak l-ammont jew
ammonti (li jistgħu wkoll ikunu stabbiliti b’riferenza
għad-dħul, bejgħ jew profitti tad-detentur tal-liċenza)
kif jista’ jiġi stabbilit fil-liċenza;
(ċ) fil-każ ta’ liċenza mogħtija lil kulħadd jew lil persuni
ta’ xi klassi, il-kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġu lil xi
persuna jew lil xi persuna li tinkwadra fil-klassi ta’
persuni li dwarhom tkun il-liċenza, li tavża lill-
Awtorità  bil-ħsieb tagħha li tiġġestixxi sistema ta’
telekomunikazzjonijiet taħt dik il-liċenza;
(d) kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġu lid-detentur tal-
liċenza li jħares kull ordni mogħtija mill-Awtorità
dwar affarijiet li jissemmew fil-liċenza;
(e) kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġu lid-detentur tal-
liċenza li jagħmel jew ma jagħmilx dawk l-affarijiet li
jkun hemm speċifikati fil-liċenza;
(f) kondizzjonijiet li jobbligaw lid-detentur tal-liċenza li
jirriferixxi għad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  dawk il-
kwistjonijiet naxxenti taħt il-liċenza li jkun hemm
speċifikati fil-liċenza;
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        9
(ġ) dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu preskritti.
Liċenzi 
Temporanji.
Miżjud:
XVIII.2000.31.
7.  (1) Meta l-Awtorità  tirċievi applikazzjoni għal liċenza biex
tħaddem sistema ta’ telekomunikazzjonijiet li ma tistax titħaddem
taħt il-pattijiet ta’ liċenza korrenti li tkun ingħatat lil persuni ta’ xi
klassi din għandha, bla ħsara għal kull terminu speċifikat għall-
għoti ta’ liċenzi taħt l-artikolu 14 -
(a) jew tagħti liċenza temporanja li jkun fiha dawk il-
kondizzjonijiet li l-Awtorità  tqis li jkunu adattati biex
tagħmilha possibbli għall-applikant biex jibda
jħaddem dik is-sistema; jew
(b) ma tilqax l-applikazzjoni.
(2) Meta l-Awtorità  tagħti liċenza temporanja taħt is-
subartikolu (1), din għandha kemm jista’ jkun malajr jew
tissostitwixxi dik il-liċenza b’liċenza oħra mogħtija taħt dan l-
artikolu li jkun fiha dawk il-kondizzjonijiet li tkun tqis bħala
adattati jew tirrevokaha.
Proċeduri għal 
awtorizzazzjonijiet 
ġenerali.
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
8. (1) Persuna li tħares il-kondizzjonijiet applikabbli taħt
awtorizzazzjoni ġenerali tista’ tħaddem is-sistemi ta’
telekomunikazzjonijiet u tipprovdi s-servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet koperti bl-awtorizzazzjoni ġenerali.
(2) Qabel ma tipprovdi s-servizz ta’ telekomunikazzjonijiet
jew tħaddem is-sistema ta’ telekomunikazzjonijiet koperta
b’awtorizzazzjoni ġenerali, persuna li tkun tgawdi awtorizzazzjoni
ġenerali għandha tavża lill-Awtorità  bl-intenzjoni tagħha li tagħmel
dan u għandha tikkomunika lill-Awtorità  l-informazzjoni preskritta
dwar is-sistema jew is-servizz involuti li tkun meħtieġa għall-għan
li tiġi żgurata konformità  mal-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni
ġenerali.
(3) L-Awtorità  tista’ teħtieġ persuna bħalma hi msemmija fis-
subartikolu (1) li tistenna sa erba’ ġimgħat wara li l-Awtorità
formalment tirċievi l-informazzjoni preskritta kollha li tkun
meħtieġa qabel ma tibda tipprovdi s-servizzi jew tħaddem is-
sistemi koperti bl-awtorizzazzjoni ġenerali.
(4) Drittijiet imposti fuq persuni bħala parti mill-proċeduri ta’
awtorizzazzjoni taħt awtorizzazzjoni ġenerali għandhom ifittxu
biss li jkopru l-ispejjeż amministrattivi li jsiru fil-ħruġ, il-maniġġ,
il-kontroll u l-infurzar ta’ l-iskema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali li
tkun tapplika:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha titqies
bħala li teżonera lil xi persuna li jkollha awtorizzazzjoni ġenerali
milli tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-provvdiment ta’
servizzi universali skond mekkaniżmi ta’ finanzjament għal
servizzi universali hekk kif jistgħu jiġu preskritti.
Liċenzi 
individwali.
Miżjud:
XVIII.2000.31.
9. (1) Jistgħu jinħarġu liċenzi individwali għal dawn l-
iskopijiet biss: 
(a) sabiex id-detentur tal-liċenza ikollu permess jidħol fi
frekwenzi tar-radju u numri;
  10      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
(b) sabiex id-detentur tal-liċenza jingħata drittijiet
partikolari dwar xi art pubblika jew privata;
(ċ) sabiex jiġu imposti obbligazzjonijiet u ħtiġiet fuq id-
detentur tal-liċenza dwar il-provdiment mandatorju ta’
servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet jew sistemi ta’
telekomunikazzjonijiet pubblikament disponibbli,
inklużi obbligazzjonijiet li jkunu jeħtieġu lid-detentur
tal-liċenza li jipprovdi servizzi universali u
obbligazzjonijiet oħra li jirriżultaw minn
provvedimenti ta’ open network preskritti f’xi liġi jew
regolament;
(d) sabiex jiġu imposti obbligazzjonijiet speċifiċi skond
ir-regoli ta’ kompetizzjoni jew obbligazzjonijiet
internazzjonali meta d-detentur tal-liċenza jkollu
pożizzjoni dominanti fis-suq għar-rigward tal-
provdiment ta’ sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet jew
ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet pubblikament
disponibbli.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-
provdiment ta’ servizzi tat-telefonija bil-vuċi pubblikament
disponibbli, it-twaqqif u l-provdiment ta’ sistemi ta’
telekomunikazzjonijiet pubbliċi kif ukoll ta’ sistemi oħra li
jinvolvu l-użu ta’ frekwenzi tar-radju, jistgħu jsiru bla ħsara għal
liċenzi individwali li jistgħu jiġu preskritti.
(3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti li jsiru wara konsultazzjoni
ma’ l-Awtorità  jillimita l-għadd ta’ liċenzi individwali għal xi
kategorija ta’ servizzi jew sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet sal-
limitu li huwa jista’ jqis li jkun meħtieġ sabiex jiżgura l-użu
effiċjenti ta’ frekwenzi tar-radju jew għal dak iż-żmien li huwa
jista’ jqis li jkun meħtieġ sabiex jagħmel disponibbli numri
suffiċjenti.
Meta ma jitħarsux 
il-kondizzjonijiet 
ta’ liċenzi 
individwali.
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
10. (1) Meta persuna li tkun tgawdi awtorizzazzjoni ġenerali
ma tkunx konformi ma’ xi kondizzjoni marbuta ma’
awtorizzazzjoni ġenerali, l-Awtorità  tista’ tgħarraf lil dik il-persuna
li ma tkunx intitolata li tivvantaġġa ruħha mill-awtorizzazzjoni
ġenerali u tista’ timponi b’mod proporzjonat fuq dik il-persuna
miżuri speċifiċi maħsubin biex jiżguraw li hija tħares il-
kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali.
(2) L-Awtorità  għandha fl-istess ħin tagħti lil persuna bħal dik
imsemmija fis-subartikolu (1) opportunità  raġonevoli biex tagħti l-
veduti tagħha dwar l-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet u biex
tirrimedja kull ksur fi żmien xahar li jibda għaddej mid-data ta’ l-
intervent ta’ l-Awtorità .
(3) Jekk il-persuna bħal dik imsemmija fis-subartikolu (1)
tirrimedja dak il-ksur, l-Awtorità  għandha, fi żmien xahrejn mill-
intervent inizjali tagħha, tirrevoka jew timmodifika d-deċiżjoni
tagħha hekk kif tista’ tqis li jkun adattat u hija għandha tagħti r-
raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
(4) Jekk il-persuna bħal dik imsemmija fis-subartikolu (1) ma
tirrimedjax dak il-ksur, l-Awtorità  għandha, fi żmien xahrejn mill-
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        11
intervent inizjali tagħha, tikkonferma d-deċiżjoni tagħha u tagħti r-
raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità
għandha tiġi komunikata fi żmien ġimgħa minn meta tiġi adottata
lill-persuna involuta.
(5) Jista’ jsir appell mid-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità  li jittieħdu
skond is-subartikoli (3) jew (4) quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar
Telekomunikazzjonijiet.
Meta ma jitħarsux 
il-Kondizzjonijiet 
ta’ Liċenzi 
Individwali.
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
11.  (1) Meta l-benefiċjarju ta’ liċenza individwali ma
jikkonformax ruħu ma’ xi kondizzjoni li tkun tinsab fil-liċenza, l-
Awtorità  tista’ tirtira, temenda jew tissospendi l-liċenza
individwali jew timponi b’mod proporzjonat, miżuri speċifiċi
maħsubin biex jiżguraw konformità .
(2) L-Awtorità  għandha fl-istess ħin tagħti lill-benefiċjarju
involut opportunità  raġonevoli li jagħti l-veduti tiegħu dwar l-
applikazzjoni tal-kondizzjoni u, ħlief fil-każ ta’ ksur ripetut minn
dak il-benefiċjarju (f’liema każ l-Awtorità  tista’ minnufih tieħu l-
miżuri xierqa), li jirrimedja kull ksur fi żmien xahar li jibda
għaddej mid-data ta’ l-intervent ta’ l-Awtorità .
(3)  Jekk il-benefiċjarju involut jirrimedja dak il-ksur l-
Awtorità  għandha, fi żmien xahrejn mill-intervent inizjali tagħha,
tirrevoka jew timmodifika d-deċiżjoni tagħha hekk kif tqis li jkun
xieraq u għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għad-deċiżjoni tagħha. 
(4) Jekk il-benefiċjarju involut ma jirrimedjax dak il-ksur l-
Awtorità  għandha, fi żmien xahrejn mill-intervent inizjali tagħha,
tikkonferma d-deċiżjoni tagħha u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni
tagħha. Id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien ġimgħa
mill-adozzjoni tagħha lill-benefiċjarju involut.
(5) Jekk jiġri li jkun hemm interferenza li tagħmel il-ħsara
bejn sistema ta’ telekomunikazzjonijiet li tuża frekwenzi ta’ radju u
sistemi tekniċi oħra, l-Awtorità  tista’ tieħu azzjoni immedjata,
inkluż iżda mhux limitat għall-għoti ta’ direttivi, sabiex tiġi
rimedjata l-problema. F’dak il-każ id-detentur tal-liċenza involut
għandu wara dan jingħata opportunità  raġonevoli jagħti l-veduti
tiegħu u jipproponi rimedji għal dik l-interferenza li tagħmel il-
ħsara.
(6) Jista’ jsir appell mid-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità  li jittieħdu
skond is-subartikoli (3) jew (4) quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar
Telekomunikazzjonijiet.
Kif tingħata l-
awtorizzazzjoni 
minn persuna 
għall-oħra.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
12. (1) Ebda liċenza, awtorizzazzjoni jew awtorizzazzjoni
oħra sew jekk tkun liċenza individwali sew jedd li wieħed jaġixxi
taħt awtorizzazzjoni ġenerali ma jistgħu jiġu trasferiti jew mogħtija
mill-provditur awtorizzat lill persuna oħra mingħajr il-kunsens li
jingħata bil-quddiem u bil-miktub mill-Awtorità .
(2) L-Awtorità  tista’ tiċħad il-kunsens tagħha taħt dan l-
artikolu għal raġuni tajba biss, liema ċaħda tal-kunsens għandha
tingħata bil-miktub.
(3) Meta l-provditur awtorizzat ikun korp ġuridiku jew għaqda
ta’ persuni oħra, bidla fil-kontroll tal-proprjetà  jew fit-tmexxija ta’
  12      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
dak il-korp tkun ekwivalenti għat-trasferiment ta’ l-
awtorizzazzjoni, u tkun suġġetta għall-kunsens bil-quddiem ta’ l-
Awtorità  kif imsemmi qabel.
Applikazzjoni 
għall-
awtorizzazzjoni.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
13. (1) Kull min ikun irid li tinħariġlu awtorizzazzjoni
permezz ta’ awtorizzazzjoni individwali, għandu japplika lill-
Awtorità  fuq dik il-formola u b’dak il-mod hekk kif jista’ jiġi
preskritt, jew hekk kif jista’ jiġi provdut jew meħtieġ mill-
Awtorità , u għandu jipprovdi lill-Awtorità  dak it-tagħrif kollu li
jista’ jiġi hekk preskritt u hekk kif l-Awtorità tista’  raġonevolment
teħtieġ sabiex tkun tista’ tikkunsidra dik l-applikazzjoni.
(2) L-applikazzjoni għandha b’mod partikolari tispeċifika s-
sistema tat-telekomunikazzjonijiet jew is-servizz jew servizzi li
dwarhom issir l-applikazzjoni u għandha tinkludi dik l-
informazzjoni li tista’ tiġi preskritta jew, fin-nuqqas ta’ tali
preskrizzjoni, dik l-informazzjoni li tklun suffiċjenti biex turi li l-
applikant jkun qed iwettaq il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-
awtorizzazzjoni.
(3) Malli l-Awtorità  taslilha  applikazzjoni hekk kif imsemmija
qabel, hija għandha tara li tiġi pubblikata fil-Gazzetta t-tagħrifa li
tkun saret applikazzjoni, billi tagħti dawk id-dettalji li jistgħu
jkunu xierqa sabiex kull min ikun irid jikkontestaha jkun jista’
joġġezzjona dwarha jew inkella jagħmel xi sottomissjoni oħra.
(4) L-Awtorità  għandha tikkunsidra l-applikazzjoni wara li
tkun għamlet kull investigazzjoni meħtieġa u qieset kull
kontestazzjoni jew sottomissjoni li setgħet saret dwarha, u tista’
għal dak il-għan teħtieġ minn kull persuna kull informazzjoni
ulterjuri li tista’ tqis li tkun meħtieġa.
(5) Kull m’għandu jsir taħt dan l-artikolu għandu jsir b’dik l-
għamla u b’dak il-mod u f’dak iż-żmien li jista’ jiġi hekk preskritt.
Għoti jew rifjut ta’ 
awtorizzazzjoni.
Emendat:
XVIII. 2000.31;
XXVII. 2002.58.
14. (1) L-Awtorità  għandha ttemm l-investigazzjonijiet fi
żmien raġonevoli jew f’dak iż-żmien li jista’ jiġi preskritt u
għandha malli jsir dan tagħmel rapport u tippreżentah quddiem il-
Ministru, u fih għandu jkun hemm ukoll rakkommandazzjoni dwar
jekk ikollhiex tingħata jew le l-awtorizzazzjoni li dwarha tkun saret
applikazzjoni.
(2) Jekk jiġi rakkomandat li l-awtorizzazzjoni għandha
tingħata, u l-Ministru jkun jaqbel mar-rakkomandazzjoni, l-
Awtorità  għandha tapprova l-applikazzjoni u tagħti l-liċenza jew il-
permess bil-firma tagħha.
(3) Jekk l-Awtorità  tkun tal-fehma li l-applikazzjoni għandha
tiġi miċħuda għal xi waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-artikolu 15,
hija għandha tgħarraf lill-Ministru b’dan u tiċħad l-
awtorizzazzjoni.
(4) Jekk l-Awtorità  tirrikmanda li l-applikazzjoni għandha tkun
approvata iżda l-Ministru ma jkunx jaqbel ma’ dik ir-
rakkomandazzjoni għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-
artikolu 15, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda.
(5) Id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità  u tal-Ministru li jsiru skond
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        13
dan l-artikolu għandhom jinkludu r-raġunijiet għad-deċiżjoni u
għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
(6) L-Awtorità  għandha tgħarraf lill-applikant bid-deċiżjoni
tagħha li tagħti jew tiċħad awtorizzazzjoni fi żmien sitt ġimgħat
mid-data meta tirċievi l-applikazzjoni fi stat komploet u formulata
b’mod li jkun konformi mal-provvedimenti ta’ dan l-Att:
Iżda dak il-perjodu jista’ jittawwal sa massimu ta’ erba’
xhur f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(i) meta ma jkunx hemm qbil bejn id-deċiżjoni ta’ l-
Awtorità  u dik tal-Ministru dwar jekk ikollhiex
tinħareġ awtorizzazzjoni; jew
(ii) meta applikazzjoni tkun teħtieġ konsultazzjoni
bejn l-Awtorità  u xi dipartiment tal-Gvern jew
Awtorità  oħra għar-rigward ta’ l-użu ta’
frekwenzi jew tal-possibiltà  ta’ interferenza ma’
servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet oħra.
(7)  Meta l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni tkun suġġetta għal
proċedura ta’ offerti komparattivi, l-perjodu imsemmi fis-
subartikolu (6) għandu japplika wkoll:
Iżda f’każijiet bħal dawn l-imsemmi perijodu ta’ erba’ xhur
jista’ jittawwal b’erba’ xhur oħra.
(8) It-termini li hemm provdut dwarhom f’dan l-artikolu
għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull ftehim
internazzjonali li jkun japplika dwar frekwenzi internazzjonali u
ko-ordinazzjoni satellitarja.
Raġunijiet għar-
rifjut.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
15. (1) L-Awtorità  tista’ tiċħad li tawtorizza lil xi persuna
tinstalla jew tħaddem sistema ta’ telekomunikazzjonijiet jew
tipprovdi servizz ta’ telekomunikazzjonijiet jekk tkun tal-fehma li
l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni tkun wahda li -
(a) tmur kontra l-interess pubbliku, jew li ma tkunx
konsistenti mal-policy tal-Gvern, u l-Ministru jkun
jaqbel ma’ dan;
(b) tkun inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ kull liġi oħra, jew ma’ kull obbligu
internazzjonali sottoskritt jew li jkun se jiġi sottoskritt
minn Malta;
(ċ) tipperikola jew iddejjaq lill-pubbliku jew li tagħmel
ħsara lil xi proprjetà , jew li tostruwixxi jew
tinterferixxi ma’ xi sistema jew network tat-
telekomunikazzjonijiet li jkunu qed jitħaddmu skond
il-liġi;
(d) tawtorizza applikant li jkun qed japplika għal liċenza
individwali, meta dan ma jurix lill-Awtorità  li huwa
jkun qed iwettaq il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dik
il-liċenza.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll tiċħad l-għoti ta’ awtorizzazzjoni li
tkun saret applikazzjoni dwarha jekk ikollha għaliex taħseb li l-
applikant ma jkunx persuna sewwa u idonea sabiex ikollha dik l-
  14      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
awtorizzazzjoni li tkun applikat għaliha, jew li ma tkunx
f’pożizzjoni, minħabba fiċ-ċirkostanzi finanzjarji, u dawk oħra
speċifiċi ta’ l-applikant, li tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ kull regolament magħmul taħtu jew il-kondizzjonijiet tal-
liċenza jew tal-permess jekk dan jingħata.
(3) L-Awtorità  għandha tgħarraf bil-miktub lill-applikant bid-
deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni u hija għandha fil-qosor tfisser
bil-miktub ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.
Appelli dwar l-
għoti jew iċ-ċaħda.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
16. (1) Hemm id-dritt ta’ appell fil-Bord ta’ l-Appelli dwar
Telekomunikazzjonijiet, kif provdut fl-artikolu 34, minn kull
deċiżjoni dwar l-għoti jew iċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att.
(2) Meta tkun ġiet rifjutata awtorizzazzjoni bħal dik
imsemmija, min japplika jkollu l-jedd ta’ appell; u meta l-
awtorizzazzjoni tkun ingħatat, ikollu l-jedd ta’ appell kull min ikun
ressaq xi kontestazzjoni bil-miktub quddiem l-Awtorità  kif provdut
fl-artikolu 13.
(3) Id-deċiżjoni li tiġi inkluża xi kondizzjoni f’liċenza għandha
tkun ukoll suġġetta għal appell quddiem il-Bord.
Għanijiet speċjali 
ta’ provdituri 
awtorizzati tas-
sistema tat-
telekomunikaz-
zjonijiet pubbliċi.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
17. Min ikun awtorizzat bis-saħħa ta’ l-artikolu 6 li jħaddem
sistema ta’ telekomunikazzjonijiet pubblika għandu jħares,
flimkien mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolament
magħmul bis-saħħa tiegħu, kif ukoll mal-patti u l-kondizzjonijiet
tal-liċenza, kull direttiva li tinħareġ mill-Awtorità  bil-għan illi -
(a) jiġi żgurat li l-kapaċità , kwantità  u fattizzi tas-sistema
tkun biżżejjed biex jipprovdu u jimmantjenu sistema
ta’ telekomunikazzjonijiet effiċjenti;
(b) jiġi żgurat li s-sistema tkun biżżejjed għal u
kompatibbli ma’ dawk is-servizzi ta’ telekomunikaz-
zjonijiet internazzjonali hekk kif jista’ jiġi speċifikat
mill-Awtorità ;
(ċ) jsir provvediment dwar is-sigurtà  ta’ s-sistema u ta’
kull estensjoni tagħha;
(d) tiġi żgurata l-implementazzjoni ta’ provvedimenti ta’
open network.
Għanijiet speċjali 
ta’ provdituri 
awtorizzati tas-
servizz tat-
telekomunikaz-
zjonijiet pubbliċi.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
18. Min ikun awtorizzat bis-saħħa ta’ l-artikolu 8 li jipprovdi
servizz ta’ telekomunikazzjonijiet pubbliċi għandu -
(a) jagħmel disponibbli lil dawk is-servizzi kollha hekk
kif jistgħu jiġu raġonevolment provduti lil kull min
ikun jixtieq jabbona f’dawk is-servizzi;
(b) jiżgura li kull rata, ħlas, prattika u klassifika jkunu
ġusti u raġonevoli;
(ċ) jipprovdi dawk is-servizzi b’mod effiċjenti, billi
jitħarsu l-livelli tal-kwalità  ġeneralment adottati fl-
industrija;
(d) javża lill-Awtorità  jippubblika permezz ta’ avviż fil-
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        15
media meta s-servizzi jkunu ser jiġu mwaqqfin
temporanjament minħabba fl-installazzjoni jew it-
tiswija jew it-tibdil ta’ xi tagħmir;
(e) jistabbilixxi mekkaniżmu effiċjenti sabiex jidħlu l-
ilmenti u jiġu msewwija l-ħsarat fin-network tiegħu u
fis-servizzi provduti;
(f) iħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolament li jsir bis-saħħa tiegħu kif ukoll il-patti u l-
kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni; u jimxi skond
kull direttiva ta’ l-Awtorità  hekk kif tista’ tkun
awtorizzata li toħroġ b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu.
Kontrolli dwar 
tariffi u 
mekkaniżmi għal 
rati.
Emendat:
XIX. 1998.3;
XVIII. 2000.31;
VI. 2001.29.
19. (1) It-tariffi dwar is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet
għandhom jiġu regolati kif ġej:
(i) fis-swieq jew partijiet minn swieq fejn, fil-
fehma ta’ l-Awtorità , ikun hemm kompetizzjoni
effettiva, it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti bil-
ħidma tas-suq;
(ii) fis-swieq jew partijiet minn swieq fejn, fil-
fehma ta’ l-Awtorità , il-kompetizzjoni effettiva
tkun nieqsa, it-tariffi għandhom ikunu soġġetti
b’mod proporzjonat għal kontrolli u għal
regolamenti, li jistgħu wkoll jagħtu l-poter lill-
Awtorità  sabiex toħroġ dawk id-direttivi
proporzjonati u li ma jiddiskriminawx kif
jidhrilha xieraq, kif jista’ jiġi preskritt;
(iii) meta ma jkunu nħarġu jew ma jkunu fis-seħħ
ebda regolamenti magħmula skond is-
subparagrafu (ii) u meta ma tkun ġiet pubblikata
ebda ordni fil-Gazzetta tal-Gvern mill-Awtorità
li tkun tgħid illi t-tariffi f’suq partikolari jew
f’parti minn suq għandhom ikunu regolati skond
is-subparagrafu (i) aktar ’il fuq jew meta ebda
tali ordni ma jkun fis-seħħ, it-tariffi għandhom
ikunu regolati skond il-mekkaniżmi għal rati
skond is-subartikoli (2) sa (7);
(iv) meta tkun ġiet pubblikata ordni mill-Awtorità
skond is-subparagrafi (i) u (iii) aktar ’il fuq, kull
mekkaniżmu għal rati li jkun fis-seħħ fil-ħin tal-
pubblikazzjoni ta’ l-imsemmija ordni jew ta’ l-
imsemmija regolamenti ma jibqax fis-seħħ, bla
ħsara għall-validità  tiegħu dwar kull perijodu ta’
qabel, dwar dak is-suq jew dik il-parti mis-suq li
għalih ikunu jirriferu dik l-ordni jew dawk ir-
regolamenti.
(2) Bla ħsara għal dak provdut fis-subartikolu (1), ikun hemm
mekkaniżmi għal rati li jkunu jippermettu għal bidliet fil-ħlasijiet li
jkollhom isiru għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni u dawk il-
mekkaniżmi għal rati għandhom ikunu tali hekk kif jistgħu jiġu
stabbiliti mill-Awtorità  u pubblikati fil-Gazzetta. Il-mekkaniżmi
għal rati jistgħu jiġu stabbiliti għal dak iż-żmien li jista’ jiġi hekk
  16      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
deċiż lill-Awtorità . 
(3) Meta ma tkunx għadha ġiet stabbilita rata, jew meta
provditur awtorizzat ikun jixtieq jagħmel bidla f’rata eżistenti li ma
jkunx hemm provdut dwarha f’mekkaniżmu għal rati eżistenti,
provditur awtorizat għandu jissottometti r-rati li jkun qed
jipproponi li jitlob dwar kull servizz li jkun awtorizzat jipprovdi,
lill-Awtorità  għall-approvazzjoni tagħha.
(4) Jekk l-Awtorità  tapprova dawk ir-rati proposti, hija
għandha tikkomunika dik l-approvazzjoni lill-provditur awtorizzat,
u dawk ir-rati jkunu r-rati li l-provditur awtorizzat ikun jista’ jitlob.
(5) Jekk l-Awtorità  ma tapprovax ir-rati proposti hija għandha
tavża b’dan lill-provditur awtorizzat billi telenka r-raġunijiet għal
dik iċ-caħda; u l-provditur awtorizzat jista’ jew jappella minn dik
id-deċiżjoni lill-Bord ta’ l-Appelli dwar Telekomunikazzjonijiet,
taħt l-artikolu 34, jew inkella jipproponi rati oħra li jkunu
aċċettabbli għall-Awtorità :
Iżda jekk avviż ta’ ċaħda ma jkunx ġie notifikat fi żmien
sittin jum wara s-sottomissjoni tagħhom, ir-rati sottomessi
għandhom jitqiesu li jkunu ġew approvati.
(6) Provditur awtorizzat ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet
għandu jibgħat lill-Awtorità , u l-Awtorità  għandha tirreġistra,
kemm-il darba ma tirrifjutax xi waħda minnhom, il-patti u l-
kondizzjonijiet, inklużi tariffi approvati, għall-provvediment ta’
dawk is-servizzi; u malli ssir ir-reġistrazzjoni, dawk il-patti u
kondizzjonijiet li jkunu ġew hekk reġistrati għandhom ikunu
vinkolanti fuq il-provditur awtorizzat u fuq kull min jaċċetta l-
provvediment ta’ dak is-servizz:
Iżda dawk il-patti u kondizzjonijiet, inklużi tariffi
approvati, jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien, bla ħsara għal
kull approvazzjoni li ssir mill-Awtorità  u li tkun meħtieġa b’dan l-
artikolu u għar-reġistrazzjoni tagħhom mill-Awtorità :
Iżda wkoll, kull rifjut ta’ patt jew kondizzjoni mill-
Awtorità  kif provdut f’dan is-subartikolu tkun suġġetta wkoll għal
appell.
(7) Il-patti u l-kondizzjonijiet reġistrati mill-Awtorità  skond
dan l-artikolu għandhom ikunu aċċessibbli għal spezzjon pubbliku
waqt il-ħinijiet tax-xogħol normali.
(8) Min ikun awtorizzat li jipprovdi servizz ta’ telekomunikaz-
zjonijiet ma jistax jieħu sehem f’xi sussidjar reċiproku dwar dawk
is-servizzi li jkun qed jipprovdi b’kompetizzjoni ma’ provdituri
awtorizzati oħra, jew lil ażjendi sussidjarji jew affiljati.
Kap. 379.
(9) Meta tinkiser xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (8), dik il-kontravenzjoni għandha tiġi esklusivament
trattata mill-Awtorità  irrispettivament jekk tikkostitwixxix
kompetizzjoni inġusta għall-għanijiet ta’ l-Att dwar il-
Kompetizzjoni. L-Awtorità  tista’ tikkonsulta ruħha mal-
Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust dwar il-miżuri li jkollhom jiġu
adottati fiċ-ċirkostanzi; u l-provditur awtorizzat għandu
jikkonforma ruħu ma’ kull direttiva li l-Awtorità  tista’ toħroġ dwar
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        17
dan.
(10) L-obbligi u d-dmirijiet tal-provdituri awtorizzati kif
stipulati f’dan l-Att ikunu bla ebda preġudizzju għal kull patt jew
kondizzjoni li tinsab fl-awtorizzazzjoni li żżid xi obbligu jew dmir
fuq il-provditur awtorizzat, u kull obbligu jew dmir addizzjonali
bħal dawk għandhom ikunu jseħħu bħallikieku dawn ikun ġew
imqegħda b’dan l-Att.
Modifika ta’ 
liċenzi. 
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
20. (1) Il-kondizzjonijiet marbutin ma’ xi awtorizzazzjoni
mogħtija taħt dan l-Att jistgħu jiġu modifikati mill-awtorità
kompetenti kif ġej:
(a) meta l-awtorità  kompetenti tkun tixtieq tagħmel xi
modifika fil-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni
ġenerali, din għandha tippubblika avviż fil-Gazzetta li
fih tindika l-modifiki li jkunu qegħdin jiġu proposti u
fejn jingħata żmien raġonevoli lill-partijiet interessati
li fih ikunu jistgħu jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom
għall-bidliet proposti;
(b) meta ssir xi oġġezzjoni għal xi modifiki skond il-
paragrafu (a), l-awtorità  kompetenti għandha
tiddeċiedi jekk għandhiex tagħmel il-modifiki proposti
wara li tkun debitament ikkunsidrat dawk l-
oġġezzjonijiet u għandha tagħti raġunijiet għad-
deċiżjoni tagħha;
(ċ) meta l-awtorità  kompetenti tkun tixtieq tagħmel xi
modifika fil-kondizzjonijiet ta’ xi liċenza individwali
din għandha:
(i) jew tagħti avviż lid-detentur tal-liċenza
individwali fejn tgħid xi jkunu l-modifiki li tkun
qed tipproponi li tagħmel, billi tistipula l-effetti
tagħhom, tgħid xi jkunu r-raġunijiet għaliex
tkun qegħda tipproponi li tagħmel dawk il-
modifiki u tispeċifika iż-żmien, li ma jkunx ta’
inqas minn 28 jum mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ l-avviż li fih jistgħu jsiru ilmenti jew
oġġezzjonijiet mid-detentur tal-liċenza, u tfittex
li tikseb il-kunsens tad-detentur tal-liċenza; u,
jew
(ii) tagħmel referenza lill-Uffiċċju tal-
Kompetizzjoni Ġusta fejn teħtieġu jinvestiga u
jirrapporta dwar jekk xi affarijiet speċifikati fir-
referenza joperawx jew le, jew jekk dawn
għandhomx ikun mistennija li joperaw kontra l-
interess pubbliku jew le, u, jekk dan ikun il-każ,
jekk l-effetti li jmorru kuntrarju għall-interess
pubbliku jkunux jistgħu jiġu prevenuti bil-
modifika tal-kondizzjonijiet tal-liċenza;
(d) Meta d-detentur tal-liċenza individwali ma jagħtix il-
kunsens tiegħu meħtieġ skond il-paragrafu (ċ)(i) l-
Awtorità  ma tkun tista’ tagħmel ebda modifika fil-
liċenza individwali ħlief wara li tkun saret referenza
  18      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
lill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta skond il-
paragrafu (ċ)(ii);
(e) meta l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jirrapporta
dwar xi ħaġa lilu riferita taħt il-paragrafu (ċ)(ii) l-
konklużjonijiet tiegħu għandhom ikunu definittivi u
vinkolanti u meta l-imsemmi uffiċċju jaqtagħha li
jkollha ssir modifika f’liċenza individwali, dik il-
modifika għandha tiġi implimentata minn dik id-data li
tista’ tiġi stabbilita mill-Awtorità .
(2) Il-Ministru għandu jkun mgħarraf dwar kull modifika li
tkun qed tiġi proposta li ssir skond dan l-artikolu u huwa jista’,
jekk ikun jidhirlu li jkun meħtieġ jew spedjenti li hekk jagħmel fl-
interessi tas-sigurtà  nazzjonali jew tal-affarijiet barranin ta’ Malta,
jordna li dawk il-modifiki ma jsirux.
Tmiem ta’ l-
awtorizzazzjoni.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
21. Awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Att għandha ttemm, u
tieqaf milli tibqa’ valida, kollha kemm hi jew f’parti minnha skond
il-ħtieġa tal-każ, meta -
(a) jintemm iż-żmien speċifikat fl-awtorizzazzjoni;
(b) jiġri avveniment jew ċirkostanza li skond l-
awtorizzazzjoni jkunu kaġun tat-tmiem tagħha;
(ċ) issir rinunzja għaliha mid-detentur ta’ l-
awtorizzazzjoni;
(d) issir ir-revoka tagħha mill-Awtorità ;
(e) jkun hemm insolvenza, likwidazzjoni jew falliment
tal-provditur awtorizzat, jew kompożizzjoni mal-
kredituri ta’ dak il-provditur.
Revoka ta’ 
awtorizzazzjoni.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
22. (1) Awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Att tista’ tiġi
revokata mill-Awtorità  bl-approvazzjoni tal-Ministru, sew kollha
kemm hi jew f’parti minnha, għal xi waħda minn dawn ir-
raġunijiet:
(a) jekk l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat minħabba
f’tagħrif mhux komplet, li jqarraq jew mhux korrett
f’xi dettal partikolari;
(b) jekk il-provditur awtorizzat jonqos milli jaġixxi dwar
l-awtorizzazzjoni billi jonqos mill jipprovdi servizz ta’
telekomunikazzjonijiet awtorizzat għal żmien ta’ iżjed
minn mija u tmenin jum mid-data tal-ħruġ ta’ l-
awtorizzazzjoni, jew inkella jissospendi dik l-attività
għal perijodu ta’ iżjed minn mija u tmenin jum:
Iżda l-Awtorità  tista’ ttawwal iż-żmien imsemmi
qabel għal raġuni tajba u valida;
(ċ) jekk il-provditur awtorizzat jikser xi obbligu impost
minn jew taħt dan l-Att jew li jkun jinsab fl-
awtorizzazzjoni li fil-fehma tar-Regolatur li għandha
tingħata bil-miktub u tkun tinkludi raġunjiet u tkun
tirrispetta l-prinċipji ta’ proporzjonalità  tkun daqstant
importanti li tkun tiġġustifika r-revoka ta’ l-
awtorizzazzjoni, u, meta l-ksur ikun jista’ jitranġa, il-
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        19
provditur awtorizzat ikun naqas milli jirranġa l-ksur
f’dak iż-żmien raġonevoli li r-Regolatur seta’ kien tah
għal dak il-għan;
(d) il-ġrajja ta’ xi avveniment jew ċirkostanza li, skond l-
awtorizzazzjoni jew skond regolamenti magħmulin
taħt dan l-Att, tkun tawtorizza lill-Awtorità  li
tirrevokaha,
u mar-revoka, sħiħa jew parzjali, l-awtorizzazzjoni ttemm milli
tibqa’ awtorizzazzjoni valida.
(2) Ir-revoka ta’ awtorizzazzjoni m’għandhiex teħles lill-
provditur awtorizzat minn kull responsabbiltà  li jkun daħal fiha
qabel ir-revoka u li titnissel minn xi avveniment li jkun ġara qabel
ir-revoka.
3. Disposizzjonijiet Ġenerali li Japplikaw għal Provdituri 
Awtorizzati
Frekwenzi.
Emendat:
XVIII.2000.31.
Kap. 49.
23. (1) Kull provditur awtorizzat li jkun jeħtieġ l-allokazzjoni
ta’ xi frekwenza għandu japplika għal dik il-liċenza jew
awtorizzazzjoni oħra hekk kif jista’ jkun meħtieġ għal dak l-għan
taħt l-Ordinanza dwar it-Telegrafija mingħajr Fili.
(2) Kull obbligu, kondizzjoni jew limitazzjoni mposti minn jew
taħt l-Ordinanza msemmija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-
allokazzjoni jew mat-tmexxija ta’ xi frekwenza għall-provvediment
ta’ servizz ta’ telekomunikazzjonijiet skond dan l-Att għandha
titqies, bla preġudizzju għal xi ħaġa li tinsab f’dik l-Ordinanza,
bħala obbligu, kondizzjoni u limitazzjoni mposti b’dan l-Att.
Pjan numeriku. 
Emendat:
XVIII. 2000.31.
24. (1) L-Awtorità  għandha tistabbilixxi pjan numeriku għal
servizzi ta’ telekomunikazzjoni kif ukoll talloka numri u kull serje
ta’ enumerazzjoni lil provdituri awtorizzati skond proċeduri li
jkunu trasparenti, ġusti, mhux diskriminatorji u f’waqthom.
(2) Il-pjan numeriku jista’ jinbidel jew jiġi modifikat mill-
Awtorità  hekk kif hija tista’ minn żmien għal żmien tqis li jkun
meħtieġ jew xieraq u n-numri hekk allokati jistgħu jiġu rtirati u
allokati mill-ġdid sabiex iwettqu kull bidla jew modifika bħal dik:
Iżda l-Awtorità  għandha tiżgura li kemm jista’ jkun
m’għandu jiġi kaġunat ebda preġudizzju mhux dovut b’dan kollu
għal provdituri awtorizzati.
(3) L-elementi prinċipali tal-pjan ta’ enumerazzjoni nazzjonali
u ta’ kull emenda sussegwenti għandhom, bla ħsara biss għal-
limitazzjonijiet minħabba fis-sigurtà  nazzjonali, jiġu ppubblikati
mill-Awtorità .
(4) Ebda provditur mhux awtorizzat m’għandu juża xi sistema
numerika għall-provvediment ta’ servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet b’xi xort’oħra li ma tkunx skond l-
allokazzjoni magħmula taħt dan l-artikolu.
  20      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
Interkomunikaz-
zjoni.
Emendat:
XIX. 1998.3.
Sostitwit:
XVIII.2000.31.
25. (1) L-awtorità  kompetenti għandha tinkoraġġixxi u
tassigura interkonnessjoni adegwata f’kull interess ta’ l-utenti
kollha u għandha teżerċita r-responsabbiltà  tagħha b’mod li jkun
jipprovdi effiċjenza ekonomika massima u li jagħti benefiċċju
massimu lill-utenti. B’mod partikolari, l-awtorità  kompetenti
għandha tqis-
(i) il-ħtieġa li tiġi żgurata komunikazzjoni
sodisfaċenti minn tarf sa tarf għall-utenti;
(ii) il-ħtieġa li jiġi stimolat suq kompetittiv;
(iii) il-ħtieġa li tinġieb ’il quddiem il-ko-operazzjoni
ma’ kontropartijiet fi Stati oħra;
(iv) il-prinċipji ta’ ebda diskriminazzjoni (inkluż id-
dħul b’aċċess indaqs) u l-proporzjonalità ;
(v) il-ħtieġa li jinżamm u jiġi żviluppat servizz
universali.
Għal dan l-għan l-awtorità  kompetenti għandha toħroġ
regolamenti li jkunu jipprovdu dwar:
(a) iċ-ċirkostanzi li fihom id-dritt għall-interkonnessjoni
jista’ jiġi eżerċitat u l-għan, il-kondizzjonijiet u
limitazzjonijiet trasparenti u non-diskriminatorji meta
jiġi eżerċitat dak id-dritt;
(b) il-kondizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-
interkonnessjoni u x-xorta legali ta’ kull ftehim ta’
interkonnessjoni;
(ċ) l-obbligazzjoni li jiġi avżat kull ftehim ta’
interkonnessjoni lill-Awtorità  u l-kondizzjonijiet li
taħthom dik in-notifikazzjoni għandha ssir, inkluża
kull ħaġa li jkollha x’taqsam mal-pubbliċità  jew mal-
konfidenzjalità  ta’ kull ftehim bħal dak jew ta’ partijiet
relattivi;
(d) l-eżerċizzju ta’ setgħa mill-Awtorità  biex tibdel kull
ftehim ta’ interkonnessjoni fl-interess pubbliku;
(e) il-prinċipji li fuqhom għandhom ikunu msejsa l-
ħlasijiet għall-interkonnessjoni u l-metodu ta’ kontijiet
li għandu jintuża;
(f) l-obbligazzjoni ta’ provdituri awtorizzati jew ta’
klassijiet partikolari tagħhom li jippubblikaw offerta
ta’ interkonnessjoni u l-prinċipji li fuqhom għandhom
ikunu msejsa l-kondizzjonijiet ta’ dik l-offerta;
(ġ) il-mod li bih għandhom jiġu solvuti tilwimiet relatati
ma’ l-interkonnessjoni.
Spezzjon u 
sorveljar.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
26. (1) Kull provditur awtorizzat għandu jippermetti lill-
Awtorità , u lil kull persuna minnu awtorizzata għal dak l-għan, dak
id-dħul ġewwa xi fond, installazzjoni, inkartamenti, records tal-
kontijiet u kull tagħrif ieħor li jkun taħt il-kontroll tal-provditur
hekk kif jista’ jkun raġonevolment meħtieġ mill-Awtorità  u kif
jista’ jkun, li jkun meħtieġ li jsir matul il-ħinijiet tax-xogħol
normali bil-għan li tiġi investigata kull ħaġa li jkollha x’taqsam
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        21
mat-tħaris ta’ dan l-Att, ta’ kull regolament li jsir bis-saħħa tiegħu
u ta’ kull patt u kondizzjoni tal-liċenza jew ta’ kull direttiva
maħruġa jew mogħtija mill-Awtorità  jew sabiex tiġi żgurata dik il-
konformità .
(2) L-Awtorità  għandha tagħti avviż ta’ ħmistax-il jum lill-
provditur awtorizzat dwar kull intenzjoni li taġixxi skond is-
subartikolu (1), billi tagħti r-raġunijiet tagħha għal dik it-talba:
Iżda dan is-subartikolu ma jkunx japplika meta d-dħul għal
ġo installazzjoni jkun meħtieġ b’mod urġenti sabiex ma titħalliex li
ssir jew titneħħa xi interferenza ma’ servizz ta’ telekomunikaz-
zjonijiet jew xi ħsara lil persuni jew lill-proprjetà .
(3) Meta provditur awtorizzat ikun jixtieq li xi tagħrif mgħoddi
minnu għandu jiġi trattat b’mod kunfidenzjali mill-Awtorità
minħabba f’li jkun fih informazzjoni li tkun tiżvela l-istrateġija
kummerċjali tal-provditur awtorizzat jew informazzjoni oħra li l-
iżvelar tagħha jkun debitament jinterferixxi mad-dritt għall-
privatezza ta’ terzi, huwa għandu jissottometti dik l-informazzjoni
magħluqa u ssiġillata u jitlob lill-Awtorità  li tittrattaha bħala tali.
L-Awtorità  għandha tħares din it-talba kemm-il darba hija ma tqisx
li l-kunfidenzjalità  meħtieġa ma tkunx waħda prattika fil-qies tal-
ħtiġiet u tal-prinċipji fondamentali ta’ dan l-Att jew ta’ kull
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu jew ta’ kull liġi oħra.
Risolviment ta’ 
tilwim mill-
Awtorità .
Emendat:
XVIII. 2000.31.
27. (1) Meta tqum tilwima bejn provditur awtorizzat u
provditur ieħor awtorizzat jew kull persuna oħra dwar xi sistema
jew servizz ta’ telekomunikazzjonijet, dik il-kwistjoni tista tiġi
riferita lill-Awtorità  minn min ikun minn dawk il-persuni.
(2) Malli tiġi riċevuta xi referenza bħal dik imsemmija, jew
malli xort’oħra ssir taf b’xi tilwima bħal dik li hija tħoss li għandha
tiġi investigata, l-Awtorità  għandha tavża lill-partijiet involuti li l-
kwistjoni tkun qiegħda tiġi investigata u tippermettilhom żmien
raġonevoli li fih huma jipprovdu t-tagħrif relevanti u jagħmlu s-
sottomissjonijiet tagħhom.
(3) Wara li tkun debitament eżaminat u qieset il-fatti miġjuba
quddiemha u kull tagħrif ieħor hekk kif hija tista’ teħtieġ, l-
Awtorità  tista’ toħroġ dawk id-direttivi li jista’ jkollha s-setgħa li
tagħmel u hekk kif jista’ jidhrilha li jkun xieraq.
4. Interessi ta’ l-Utenti u l-Abbonati
Referenza ta’ 
ilmenti lill-
Awtorità .
XVIII. 2000.31.
28. (1) Ikun dmir ta’ l-Awtorità  li tħares l-interessi ta’ l-
abbonati u l-utenti ta’ servizz tat-telekomunikazzjonijiet.
(2) Kull min jabbona, jew ikun jixtieq jabbona jew ikun utent
ta’ servizz ta’ telekomunikazzjonijiet provdut minn provditur
awtorizzat jista’ jitlob, permezz ta’ applikazzjoni bil-miktub, l-
Awtorità  sabiex tinvestiga kull ilment li jsir minn u li jkun jinsab
f’dik l-applikazzjoni, dwar il-kwalità  tas-servizz provdut mill-
provvditur awtorizzat, jew dwar il-patti u l-kondizzjonijiet li
taħthom dak is-servizz ikun provdut jew dwar kull apparat lilu
provdut jew imqiegħed għad-disponibbiltà  tiegħu jew akkwistat
minnu f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizz imsemmi.
  22      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
(3) L-ilment għandu jiġi indirizzat lill-Awtorità  u jkun fih
dikjarazzjoni qasira li tkun tiġbor il-fatti kollha relevanti.
(4) L-ilment għandu jitwassal lill-provditur awtorizzat li jkun
sar l-ilment dwaru, li jingħata opportunità  li jagħmel il-
kontestazzjonijiet tiegħu fi żmien raġonevoli hekk kif jista’ jkun
xieraq fiċ-ċirkostanzi.
(5) L-Awtorità  mbagħad teżamina l-ilment, u dawk il-fatti l-
oħra li tista’ tqis meħtieġa bil-għan li tasal għal konklużjoni u tista’
tieħu dawk il-passi u toħroġ dawk id-direttivi li jkunu jaqgħu taħt
is-setgħat tagħha hekk kif tqis xieraq.
Sospensjoni tas-
servizz lill-
abbonati.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
29. (1) Ħlief kif provdut bi jew taħt dan l-Att, abbonat jew
utent ieħor ta’ servizz ta’ telekomunikazzjonijiet ma jistax
jiċċaħħad minn servizz provdut minn provditur awtorizzat, jew
ikollu xi servizz bħal dak imwaqqaf.
(2) Dak is-servizz kif imsemmi jista’ jiġi miċħud jew imwaqqaf
għal xi raġuni permessa skond regolamenti magħmulin taħt dan l-
Att jew li jkunu jinsabu fil-patti u l-kondizzjonijiet ta’ servizz
sottomessi u approvati mill-Awtorità  u d-dritt ta’ provditur
awtorizzat li ma jkomplix is-servizz għandu f’kull każ ikun
eżerċitat b’mod proporzjonat.
Nullità  ta’ ċerti 
kondizzjonijiet.
Emendat:
XVIII.2000.31.
30. Patt jew kondizzjoni għall-provvediment ta’ servizz ta’
telekomunikazzjonijiet, ukoll jekk abbonat jew utent ikun jaqbel
magħhom, ikunu nulli u bla ebda effett jekk dawn ikunu
inkonsistenti ma’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmulin taħtu jew mal-patti u kondizzjonijiet ta’ l-
awtorizzazzjoni li permezz tagħha ikun qed jiġi provdut is-servizz.
5. Aktar Funzjonijiet ta’ l-Awtorità
Standardi u ttestjar 
ta’ apparat.
Emendat:
XVIII.2000.31.
31. (1) Ma jista’ jiġi offrut għall-bejgħ, ipprovdut, installat
jew użat ebda apparat minn xi persuna kemm-il darba dan ma jkunx
konformi ma’ xi standardi u speċifikazzjonijiet tekniċi hekk kif
jistgħu jiġu preskritti.
(2) L-Awtorità  tista’ f’kull waqt teħtieġ li apparat jiġi ttestjat
f’dak il-lok u ħin u b’dak il-mod hekk kif hija tista’ tordna.
Kwalifiki.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
32. (1) Ħadd ma jista’ jagħmel xogħlijiet jew iwettaq xi att
ieħor, jew jiġi fdat li jagħmel dawk ix-xogħlijiet jew iwettaq dak l-
att, għall-kostruzzjoni, tiswija, manutenzjoni, tibdil jew kontroll ta’
xi sistema ta’ telekomunikazzjonijiet jew apparat simili kemm-il
darba ma jkollux dawk il-kwalifiki biex iwettaq dawk ix-xogħlijiet
jew jagħmel dak l-att li jista’ jiġi preskritt.
(2) Regolamenti li jkunu jippreskrivu l-kwalifiki msemmija
qabel jistgħu wkoll jispeċifikaw it-testijiet li għandhom isiru sabiex
jiġi żgurat jekk persuna ikollhiex il-kwalifiki meħtieġa.
Sorveljar ta’ 
żviluppi fit-
telekomunikaz-
zjonijiet.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
33. (1) L-Awtorità  tagħmel kull riċerka, studju u
konsultazzjoni meħtieġa dwar xi għan wieħed jew iktar minn dawn
li ġejjin:
(a) is-sorveljar ta’ żviluppi lokali u internazzjonali fil-
qasam tat-telekomunikazzjonijiet;
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        23
(b) l-identifikar ta’ mezzi sabiex titjieb l-effiċjenza, l-
istandards u l-kompetizzjoni tas-suq fit-
telekomunikazzjonijiet;
(ċ) il-ko-operazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ telekomunikaz-
zjonijiet barranin;
(d) li tagħti pariri lill-Ministru fil-egħmil ta’ policies fil-
qasam tat-telekomunikazzjonijiet u dwar it-taħriġ fit-
telekomunikazzjonijiet.
(2) Bi ftehim mal-Ministru, l-Awtorità  tista’ tagħmel dak kollu
li tista’ tqis li jkun meħtieġ jew xieraq biex tiżgura servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet adegwati u effiċjenti f’Malta.
6. Appelli
Bord ta’ Appelli 
dwar 
Telekomunikaz-
zjonijiet.
Emendat:
XVIII. 2000.31;
XXVII. 2002.58.
34. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ l-Appelli dwar
Telekomu-nikazzjonijiet, li jkun magħmul minn tliet membri, li
minnhom wieħed, li jkun chairperson, ikun persuna li eżerċitat il-
professjoni ta’ avukat għal mhux inqas minn seba’ snin.
(2) Il-membri tal-Bord jinħatru mill-Ministru għal perijodu li
jiġi indikat fl-ittra tal-ħatra tagħhom, u jistgħu jiġu hekk maħturin
għal perijodi oħra hekk kif il-Ministru jista’ jqis li jkun xieraq.
Kap. 12.
(3) Membru tal-Bord jista’ jiġi rikużat jew jastjeni għal xi
waħda mir-raġunijiet li għalihom imħallef jista’ jiġi rikużat jew
jastjeni skond l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili. F’kull każ bħal dak il-Ministru għandu jaħtar
persuna, li jkollha l-kwalifiki ta’ dak il-membru rikużat jew li jkun
qed jastjeni, biex joqgħod bħala membru sostitut fuq il-Bord
minflok dak il-membru.
(4) Membru tal-Kamra tad-Deputati jew ta’ Kunsill Lokali jiġi
skwalifikat milli jinħatar jew ikompli jkun membru tal-Bord għal
daqstant żmien daqskemm huwa jdum f’dik il-kariga.
(5) Membru tal-Bord ta’ l-Appelli jista’ jitneħħa biss mill-
kariga mill-Ministru minħabba f’negliġenza gravi, interessi
konfliġġenti, inkompetenza, jew attijiet jew ommissjonijiet li ma
jkunux jixirqu lil membru tal-Bord ta’ l-Appelli.
(6) Membru tal-Bord ma għandu jagħmel ebda attività  għal
perjodu ta’ sena minn meta tintemm il-ħatra tiegħu illi li kieku kien
membru tal-Bord kienet tkun inkompatibbli ma’ l-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tiegħu.
(7) Il-Ministru għandu jsemmi wkoll persuna sabiex dan iservi
bħala Segretarju tal-Bord u dik il-persuna għandha taqdi dmirha
f’dik il-kariga skond il-livelli ta’ etika li huma parti mill-valuri ta’
servizz pubbliku.
Appelli.
Emendat:
XIX. 1998.3.
XVIII. 2000.31;
XXVII. 2002.58.
35. (1) Appell jista’ jsir quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar
Telekomunikazzjonijiet -
(a) skond l-artikolu 16;
(b) kontra kull twarrib jew tiċħid ta’ applikazzjoni għal
awtorizzazzjoni; 
  24      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
(ċ) kontra kull deċiżjoni li tirrevoka awtorizzazzjoni taħt
l-artikolu 22;
(d) kontra kull deċiżjoni mogħtija mill-Awtorità  f’xi
tilwima bejn provdituri awtorizzati taħt l-artikolu 25;
(e) kontra deċiżjoni mogħtija mill-Awtorità  minħabba
f’tilwima ta’ abbonat taħt l-artikolu 28;
(f) f’dawk il-każijiet li jistgħu jiġu hekk preskritti.
(2) Kull min ikun aggravat bid-deċiżjoni, jew skond ma hemm
fl-artikolu 16, ikollu l-jedd ta’ appell:
Iżda f'kull każ, persuna li tagħmel appell quddiem il-Bord ta’
l-Appelli għandha tispjega x’ikun l-interess ġuridiku tagħha biex
tikkontesta d-deċiżjoni appellata.
(3) Jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-bord għal kull
waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(a) li jkun sar żball materjali dwar il-fatti;
(b) li kien hemm żball proċedurali materjali;
(ċ) li jkun sar żball fil-liġi;
(d) li kien hemm xi illegalità  materjali, inkluża nuqqas ta’
raġonevolezza jew ta’ proporzjonalità .
(4) Il-Bord għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u
għandu jara li dawk id-deċiżjonijiet ikunu magħrufin fil-pubbliku u
jista’ jħalli barra, jekk jidhirlu li jkun hekk xieraq għal raġunijiet
ta’ konfidenzjalità  kummerċjali, l-ismijiet tal-persuni involuti.
(5) Meta jkun qed jiddeċiedi xi appell taħt dan l-artikolu l-bord
jista’:
(a) jiċħad l-appell;
(b) jannulla d-deċiżjoni,
u meta l-Bord jannulla d-deċiżjoni dan jista’ jirriferixxi l-kwistjoni
lill-Awtorità  jew lill-Ministru (skond il-każ) flimkien ma’
direzzjoni biex din tiġi kkunsidrata mill-ġdid u tingħata deċiżjoni
skond ir-riżultanzi tal-Bord.
(6) L-effett ta’ deċiżjoni li jkun hemm appell dwarha ma
għandux, ħlief meta l-Bord jew il-Qorti ta’ l-Apell, skond il-każ,
hekk jordnaw, ikun sospiż minħabba f’li jkun sar l-appell.
Setgħat u 
proċedura tal-
Bord.
Emendat:
XVIII.2000.31.
36. (1) Il-Bord ikun kompetenti li jisma’ u jiddeċiedi kull
appell li jsir quddiemu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
kull regolament magħmul taħtu; u bla ħsara għall-artikolu 37, id-
deċiżjonijiet tal-Bord ikunu konklusivi u vinkolanti.
(2) Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Bord jista’ jħarrek
lil kull persuna sabiex din tidher u tixhed quddiemu kif ukoll iġġib
magħha dokumenti; iċ-chairperson ikollu dritt li jagħti l-ġurament.
Il-Bord jista’ wkoll jaħtar esperti biex jagħtu parir lill-Bord dwar
kull punt tekniku li jista’ jkollu rilevanza fid-deċiżjoni li jkun irid
jagħmel.
(3) Għall-għanijiet imsemmija qabel, il-Bord għandu jkollu l-
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        25
istess setgħat bħalma jappartjenu lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
skond il-liġi.
(4) Il-proċedura li għandha tiġi segwita quddiem il-Bord, iż-
żmien li fih u l-mod kif appell quddiem il-Bord għandu jsir,
għandhom ikunu dawk hekk kif jistgħu jiġu preskritti; u bla ħsara
għal dak imsemmi, u għal kull disposizzjoni applikabbli oħra ta’
dan l-Att, il-Bord jista’ jistabilixxi l-proċedura tiegħu nnifsu.
Appell quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell.
Emendat:
XVIII. 2000.31;
VI. 2001.29.
Kap. 12.
37. (1) Parti f’appell quddiem il-Bord li tħoss ruħha aggravata
b’deċiżjoni tal-Bord, jew l-Awtorità  jekk din tħoss ruħha mhux
sodisfatta b’xi deċiżjoni bħal dik, tista’ dwar kull punt ta’ liġi
tagħmel appell quddiem il-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza
Inferjuri_ kif magħmula skond l-artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili permezz ta’ rikors li jiġi
preżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti, fil-każ ta’ appell mill-
Awtorità  fi żmien tletin jum mid-data tad-deċiżjoni tal-Bord, u fil-
każ ta’ xi persuna oħra fi żmien tletin jum mid-data meta dik id-
deċiżjoni tkun ġiet lilu notifikata.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-rigward tal-preżentata
ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ appell taħt dan l-artikolu:
Kap. 12.
Iżda sakemm jiġu stabbiliti dawk id-drittijiet, għandhom
japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li tinsab mal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel Regoli tal-Qrati
li jirregolaw l-appelli lill-Qorti ta’ l-Appell taħt dan l-artikolu.
7. Regolamenti
Setgħa ta’ egħmil 
ta’ regolatnenti.
Emendat:
XIX. 1998.3;
XVIII. 2000.31;
XXVII. 2002.58.
38. (1) Il-Ministru jista’, sew bir-rakkomandazzjoni ta’ l-
Awtorità  sew b’inizjattiva tiegħu nnifsu wara konsultazzjoni ma’ l-
Awtorità , jew, jekk l-Awtorità  ma tkunx kostitwita, b’inizjattiva
tiegħu nnifsu, jagħmel regolamenti sabiex jagħti seħħ aħjar lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod partikolari, iżda bla ebda
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel lill-prinċipji
tal-kompetizzjoni ġusta u lill-provvedimenti ta’ open network u,
sabiex jipprovdi dwar -
(a) il-mod kif infrastruttura jew apparat tat-
telekomunikazzjonijiet għandu jiġi installat,
imħaddem, mantnut, protett jew kontrollat;
(b) l-istandardi tekniċi jew speċifikazzjonijiet li jkollhom
jiġu osservati dwar l-infrastruttura jew apparat ta’
telekomunikazzjonijiet;
(ċ) il-miżuri li jkollhom jittieħdu sabiex tiġi żgurata
konformità  ma’ standardi jew tagħmir internazzjonali
jew ta’ xort’oħra wżati fl-industrija tat-
telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari dawk
stabbiliti minn korpi ta’ għemil ta’ standards Ewropej
inkluż l-Istitut Ewropew għal Standards tat-
  26      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
Telekomunikazzjonijiet (ETSI), il-Kumitat Ewropew
għall-għemil ta’ standards, kumitat ewropew għall-
Għemil ta’ Standards fl-Elettroteknika (CEN,
CENELEC) u bi standards u rakkomandazzjonijiet
internazzjonali adottati mill-Unjoni Internazzjonali
għat-Telekomunikazzjoni (ITU), mill-Organizzazzjoni
Internazzjonali għall-Għemil ta’ Standards (ISO) jew
mill-Kumitat Internazzjonali Elettrotekniku (IEC);
(d) il-mezzi li għandhom jintużaw u l-miżuri li jiġu
adottati, sew bi projbizzjoni jew xort’oħra, sabiex tiġi
żgurata s-sigurezza pubblika u privata u sabiex jiġi
evitat kull periklu, ħsara jew ingombru;
(e) il-kwalità  u standard ta’ servizzi tat-telekomu-
nikazzjonijiet li għandhom jiġu provduti minn
provditur awtorizzat u targets ta’ kwalità  fis-servizz;
(f) it-twaqqif u manutenzjoni ta’ servizz ta’ għajnuna
effiċjenti għall-abbonati u l-utenti;
(g) il-proċedura ta’ ipproċessar ta’ ilmenti li għandha tiġi
adottata u mwettqa minn provdituri awtorizzati ta’
servizz ta’ telekomunikazzjonijiet;
(h) kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ l-interkonnessjoni ta’
sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet, jew mat-tqegħid fl-
istess post ta’ faċilitajiet bejn u qsim ta’ użu ta’
faċilitajiet jew apparat bejn provdituri awtorizzati,
għal preselezzjoni ta’ trasportatur, għal dħul b’aċċess
ta’ networks minn utenti, abbonati jew minn operaturi
ta’ networks oħra, għal linji mikrija, għal dħul
b’aċċess għal data  networks internazzjonali, u għal
drittijiet ta’ passaġġ u kull ħaġa li jkollha x’taqsam
mal-kumpens li jkollu jitħallas għar-rigward ta’ dan;
(i) kull ħaġa li tirrigwarda jew ikollha x’taqsam mal-
portabilità  tan-numri, pjanijiet dwar in-numri,
allokazzjoni ta’ numri, regoli ta’ kompetizzjoni fil-
kamp tat-telekomunikazzjonijiet, proċeduri ta’ ħruġ ta’
kontijiet u l-eżattezza tagħhom, servizzi ta’
emerġenza, servizzi ta’ direttorju, kontrolli ta’ tariffi,
użu ta’ spektrum ta’ frekwenzi, proprjetà  ta’ provdituri
awtorizzati, obbligazzjonijiet ta’ servizz universali,
drittijiet għal-liċenza li jitħallsu lill-awtorità
kompetenti, it-trasferiment, it-tiġdid u t-terminazzjoni
ta’ liċenzi, il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom
jinħarġu l-liċenzi, u l-prospetti u r-rapporti li
għandhom isiru lill-awtorità  kompetenti; 
(j) ir-regolament ta’ sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet
għat-trasmissjoni jew ir-reċezzjoni ta’ sinjali
satellitari;
(k) l-obbligazzjonijiet ta’ provditur awtorizzat li jkollu
pożizzjoni dominanti fis-suq;
(l) l-obbligazzjonijiet ta’ provdituri ta’ servizz ta’ bla
sistema;
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        27
(m) ir-regolament tal-cable  television u ta’ servizzi bil-
cable inkluża l-introduzzjoni ta’ regoli dwar x’għandu
jiġi trasportat, l-obbligazzjoni li tintgħamel
disponibbli kapaċità  ta’ kanali għall-użu tal-pubbliku,
tal-Gvern jew skopijiet edukattivi, l-għemil ta’ rati
għal aċċess mikri għal cable  networks,
regolamentazzjoni ta’ rati, il-proprjetà  trasversali ta’
cable  networks u ta’ networks jew servizzi oħra u l-
implementazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva fil-kamp
ta’ servizzi bil-cable;
(n) kull ħaġa li tista’ tenħtieġ bil-għan li jitħarsu l-
obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta;
(o) kull ħaġa li jkollha x’taqsam mar-risolviment ta’
tilwimiet li jitnisslu f’dak li għandu x’jaqsam mat-
tħaddim ta’ sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet jew il-
provdiment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet
inklużi appelli minn deċiżjonijiet..
(2) Regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu jistgħu wkoll -
(a) jeħtieġu lil provdituri awtorizzati li jaddottaw sistemi
ta’ kontijiet ta’ spejjeż hekk kif jista’ jiġi prekritt u li
jżommu dawk ir-records operattivi, ta’ ikkontjar,
finanzjarji, statistiċi u tekniċi hekk kif jistgħu jiġu
speċifikati fir-regolamenti, u li jibgħatu lill-Awtorità
dawk id-dikjarazzjonijiet, prospetti u tagħrif ieħor,
inkluż tagħrif dwar kull kumpannija li fiha l-provditur
awtorizzat ikollu sehem ta’ kontroll hekk kif l-
Awtorità  tista’ teħtieġ għat-twettieq tal-funzjonijiet
tagħha taħt dan l-Att jew hekk kif jista’ jiġi speċifikat
fir-regolamenti;
(b) jippreskrivi miżuri li jkollhom jittieħdu minn
provdituri awtorizzati bil-għan li tiġi żgurata l-
integrità  invjolabbli tat-telekomunikazzjonijiet
trasmessi u l-konfidenzjalità  tagħhom u l-protezzjoni
tal-privatezza dwar kull servizz ta’ telekomunikaz-
zjonijiet inklużi miżuri ta’ protezzjoni ta’ data u
ħwejjeġ relatati ma’ l-użu ta’ informazzjoni li tinkiseb
mis-settur tat-telekomunikazzjonijiet għall-iskop ta’
suq dirett;
(ċ) jippreskrivi dawk il-miżuri li għandhom jittieħdu minn
provdituri awtorizzati hekk kif jista’ jkun meħtieġ li
jittieħdu, jew ikunu maħsuba li jittieħdu, b’xi
obbligazzjoni internazzjonali li jkollu l-Gvern;
(d) jippreskrivi d-drittijiet li għandhom jitħallsu minn
provditur awtorizzat għal jew dwar xi awtorizzazzjoni
taħt dan l-Att u d-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-
Awtorità  għal servizzi mogħtijin minnha;
(e) jeħtieġu provditur awtorizzat jippubblika jew
jikkaġuna li jiġi pubblikat direttorju u jipprovdi dwar
kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ dawk id-direttorju;
(f) jipprovdi dwar kull ħaġa li għandha jew li tista’ tiġi
  28      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
preskritta, jew li dwarha għandhom jew jistgħu jsiru
regolamenti, taħt xi disposizzjoni ta’ dan l-Att;
Kap. 12.
(g) jawtorizzaw lill-Awtorità  li timponi penalitajiet jew
sanzjonijiet amministrattivi fuq kull provditur
awtorizzat li jkun qiegħed jaġixxi bi ksur ta’ kull
provvediment ta’ dan l-Att jew ta’ kull regolament
magħmul taħtu u jipprovdu għall-impożizzjoni u l-
infurzar ta’ multi bħal dawn, liema proċedura għall-
infurzar tista’ tinkludi disposizzjonijiet li penalitajiet
bħal dawn jikkostitwixxu titolu eżekuttiv għal finijiet u
effetti tat-Titolu VII tat-Taqsima I fit-Tieni Ktieb tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili:
Iżda l-penalitajiet amministrattivi li jiġi pprovdut
dwarhom b’regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu
ma għandhomx ikunu jeċċedu l-ammont ta’ għaxart
elef lira għal kull reat u ta’ elf lira għal kull ġurnata li
matulha jibqa’ jkun hemm in-nuqqas ta’ osservanza
tal-provvedimenti ta’ dan l-Att jew tar-regolamenti
magħmulin taħtu jew ta’ kull awtorizzazzjoni:
Iżda wkoll, il-penalitajiet amministrattivi
stipulati f’dan il-paragrafu jistgħu permezz ta’
regolamenti jiżdiedu sa massimu ta’ ħamsin elf lira u
ta’ ħamest elef lira għal kull ġurnata li matulha jibqa’
jseħħ il-ksur, rispettivament.
(3) Regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu jistgħu
jawtorizzaw lill-Awtorità  li jsemmi dawk is-servizzi li għandhom
jiġu provduti bħala obbligazzjonijiet ta’ servizz universali, u
jeħtieġu lil xi provditur awtorizzat wieħed jew iktar li jipprovdi
dawk is-servizzi.
(4) Meta jsiru regolamenti taħt is-subartikolu (3), l-Awtorità
jkollha s-setgħa li toħroġ direttivi li jkunu jsemmu l-
obbligazzjonijiet ta’ servizz universali u jeħtieġu lil xi provditur
awtorizzat wieħed jew aktar li jipprovdi dawk is-servizzi, jew xi
wieħed jew iktar minnhom, skond dawk il-patti u kondizzjonijiet li
jistgħu jiġu hekk speċifikati fihom, inklużi patti u kundizzjonijiet li
taħthom xi wieħed jew iktar minn dawk is-servizzi għandhom jiġu
provduti mingħajr profitt jew b’telf raġonevoli lill-provditur
awtorizzat.
(5) Meta l-Awtorità  toħroġ direttiva taħt is-subartikolu (4), hija
għandha fid-diskrezzjoni tagħha jew fl-istess direttiva jew permezz
ta’ direttiva ulterjuri, tipprovdi dwar dak il-mekkaniżmu għal rati
hekk kif tista’ tqis li jkun meħtieġ u xieraq sabiex tiżgura li, meta
n-nefqa addizzjonali għall-provvediment ta’ obbligazzjonijiet ta’
servizz universali minn xi provditur awtorizzat wieħed jew iktar
tkun ogħla mid-dħul addizzjonali li jinkiseb minnhom minn dak il-
provditur jew provdituri, il-piżijiet li jirriżultaw mill-
obbligazzjonijiet hawn aktar qabel imsemmija għandhom jinqasmu
b’mod ġust bejn il-provdituri awtorizzati kollha li jiġu speċifikati
bħala kontributuri fir-regolamenti.
(6) (a) Regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu jistgħu
wkoll jiddelegaw lill-Awtorità  s-setgħa li toħroġ
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        29
direttivi kif jidhrilha xieraq bil-għan li tiġi
implimentata kull ħaġa li dwarha jkun provdut fl-istess
regolamenti.
(b) Kull direttiva maħruġa mill-Awtorità  bis-saħħa ta’
delega magħmula lilha kif deskritt fil-paragrafu (a)
għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
8. Reati u Pieni
Reati u pieni. 
Emendat:
XVIII. 2000.31;
XXVII. 2002.58.
39. (1) Kull min -
(a) jipprovdi servizz ta’ telekomunikazzjonijiet jew
jinstalla jew iħaddem sistema ta’ installazzjoni jew
apparat tat-telekomunikazzjonijiet mingħajr
awtorizzazzjoni taħt u skond xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att jew bi vjolazzjoni jew ksur ta’ xi patt, kondizzjoni,
restrizzjoni jew limitazzjoni imposti minn jew taħt dan
l-Att jew fl-istrument li jkun fih l-awtorizzazzjoni; jew
(b) ibiegħ jew joffri għall-bejgħ jew jipprovdi jew
jinstalla jew juża xi installazzjoni jew apparat li ma
jkunx konformi ma’ dawk l-istandards tekniċi jew
speċifikazzjonijiet hekk meħtieġa jew stabbiliti minn
jew taħt dan l-Att, jew li jkun jaf, jew ikollu raġuni
valida għaliex jobsor, li jkunu difettużi jew
inkompatibbli mas-servizzi li jkunu inbiegħu, ġew
provduti, installati jew użati għalihom; jew
(ċ) jikkostitwixxi, iservi, jimmantjeni, jibdel jew
jikkontrolla xi apparat jew installazzjoni mingħajr ma
jkollu l-kwalifiki meħtieġa għal dak l-għan minn jew
taħt dan l-Att; jew
(d) juża xi sistema jew apparat ta’ telekomunikaz-zjonijiet
provduti minn provditur awtorizzat għal xi għan li ma
jkunx dak li għalih ikun ġie provdut, jew jonqos milli
josserva dawk l-istruzzjonijiet li jinħarġu minn
provditur awtorizzat għall-użu sew tas-sistema tat-
telekomunikazzjonijiet jew tagħmir jew jagħmel użu
minnu mhux sew, 
ikun ħati ta’ reat taħt dan l-Att u jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed
minn ħamest elef lira u fil-każ ta’ reat kontinwat multa ulterjuri ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira għal kull jum li matulu jkompli r-
reat.
(2) Kull min jagħti informazzjoni lill-Awtorità  jew lill-
Ministru li huwa jkun jaf, jew ikollu raġuni valida li jobsor, li tkun
falza jew qarrieqa, jew iwaqqaf jew jostruwixxi lill-Awtorità  jew
lill-Ministru, fit-twettiq ta’ xi funzjoni taħt dan l-Att, ikun ħati ta’
reat taħt dan l-Att, u jista’ jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
iżjed minn għaxart elef lira jew priġunerija għal żmien mhux iżjed
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Kull min, għax ikun impjegat jew assenjat dmirijiet ma’,
jew imqabbad minn, xi provditur awtorizzat -
(a) jagħti xi informazzjoni dwar xi messaġġ li huwa jsir
  30      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
midħla tiegħu minħabba fil-kariga tiegħu lil xi persuna
li ma jkollhiex jedd li tirċievi dik l-informazzjoni; jew
(b) xjentement jibdel jew iżomm xi messaġġ jew it-tismija
tal-persuna li lilha jiġi trasmess jew indirizzat,
mingħajr ebda raġuni valida; jew
(ċ) xjentement iħalli barra, idewwem jew jostruwixxi t-
trasmissjoni jew il-kunsinna ta’ xi messaġġ jew iħassar
jew jeqred xi messaġġ jew applikazzjoni għat-
trasmissjoni ta’ xi messaġġ mingħajr raġuni valida;
jew
(d) xjentement juri messaġġ bħallikieku intbagħat minn
persuna li ma tkunx dik li bagħtitu jew bħallikieku
jkun indirizzat lil persuna li ma tkunx dik indirizzata,
jew applikazzjoni għat-trasmissjoni ta’ messaġġ
bħallikieku dik tkun saret minn persuna li ma tkunx il-
persuna li tkun applikat, mingħajr raġuni valida; jew
(e) xjentement iħassar jew jeqred xi messaġġ li ma jkunx
lilu indirizzat jew applikazzjoni għat-trasmissjoni ta’
xi messaġġ, mingħajr raġuni valida; jew
(f) kontra l-liġi jirtira mill-kontroll ta’ provditur
awtorizzat , jew ta’ individwu impjegat jew assenjat
dmirijiet ma’, jew imqabbad minn, provditur
awtorizzat, messaġġ li jkun indirizzat lil xi persuna
oħra, 
ikun ħati ta’ reat taħt dan l-Att u jista’ jeħel, meta jinsab ħati, multa
ta’ mhux iżjed minn għaxart elef lira jew priġunerija għal żmien
mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(4) Kull minn jaggredixxi jew jostruwixxi jew jimpedixxi lil xi
uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ provditur awtorizzat fit-twettiq ta’
dmirijietu ma’ dak il-provditur awtorizzat ikun ħati ta’ reat taħt dan
l-Att u jista’ jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elf
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar, jew dik
il-multa u priġunerija flimkien.
(5) Mingħajr ebda preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu, kull min jikser jew jonqos milli jħares xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmulin jew
ordni mogħtija permezz tagħhom, ikun ħati ta’ reat kontra dan l-
Att, u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira u
fil-każ ta’ reat kontinwat multa ulterjuri ta’ mhux iżjed minn mitejn
lira għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
Proċedimenti dwar 
reat.
Emendat:
XVIII. 2000.31;
XXVII. 2002.58.
Kap. 9.
40. (1) Ma għandu jinbeda ebda proċediment taħt dan l-Att, ħlief
għal reati taħt l-artikolu 39(1)(d), mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ l-
Awtorità  jew fuq talba tagħha.
(2) Minkejja kull ħaġa li jista’ jkun hemm fil-Kodiċi Kriminali,
il-prosekuzzjoni tista’ tagħmel appell quddiem qorti ta’
ġurisdizzjoni kompetenti kontra kull sentenza mogħtija fi
proċedimenti dwar reat taħt dan l-Att.
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        31
TAQSIMA III
Riservi u Disposizzjonijiet Transitorji
Riservi.
Emendat:
XIX. 1998.3;
XVIII.2000.31.
Kap. 250.
41. (1) Ir-regolamenti kollha u kull leġislazzjoni sussidjarja
oħra magħmula taħt l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta*
għandhom jibqgħu fis-seħħ daqslikieku kienu magħmula taħt dan l-
Att u għandhom għal finijiet u għanijiet kollha jitqiesu bħala tali.
Kap. 250.
Telemalta#, Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 29 sa 34 (iż-żewġ
artikoli inklużi) ta’ dak l-Att għandhom jibqgħu iseħħu u jkomplu
jkollhom effett, u għandhom jitqiesu bħala li dejjem baqgħu fis-
seħħ u komplew ikollhom effett, għar-rigward ta’ l-uffiċjali
pubbliċi msemmija f’dawk l-artikoli; u mid-data tat-tħassir ta’ dak
1-Att, id-disposizzjonijiet imsemmija qabel għandhom iseħħu
bħallikieku kull referenza li hemm fihom għal Telemalta huma
referenza għall-kumpannija msemmija.
Projbizzjoni ta’ 
servizz ta’ call-
back. 
Miżjud: 
XIX. 1998.3.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
42. (1) Ħadd ma għandu juża jew iħalli lil min juża jew
jippermetti li tintuża xi sistema ta’ telekomunikazzjoni pubblika
jew xi apparat li jkunu jagħtu servizz ta’ call-back jew li jagħmlu xi
ħaġa sabiex tiffaċilita jew iġġib ’il quddiem 1-użu ta’ xi sistema ta’
telekomunikazzjoni pubblika jew xi apparat li jkollhom x’jaqsmu
ma’ 1-għoti, it-tħaddim jew l-użu ta’ xi servizz ta’ call-back.
(2) Għall-fini ta’ dan l-artikolu, "servizz ta’ call-back" tfisser
servizz offrut minn xi ħadd li ma jkunx provditur awtorizzat u li
jkun jiżgura għal persuna f’Malta dħul f’dak is-servizz permezz ta’
mogħdija minn ġo sistema ta’ telekomunikazzjoni pubblika, lejn
sistema ta’ telekomunikazzjoni pubblika jew servizz ta’
telekomunikazzjoni pubbliku li jkunu ekwivalenti f’xi pajjiż jew
territorju ieħor, b’kull mezz tekniku li jkun, u li jkun jirrendi
possibbli għal dik il-persuna li tkun tista’ tuża dik is-sistema jew
dak is-servizz bħallikieku dak is-servizz kien stabbilit f’dak il-
pajjiż jew territorju, u tinkludi kull servizz sew jekk awtomatizzat
sew jekk le, li bih jinkiseb id-dħul imsemmi hawn aktar qabel.
(3) Is-subartikolu (1) m’għandux ikun japplika għal kull ħaġa li
tista’ tintgħamel minn provditur awtorizzat għax din tkun permessa
minn, jew skond awtorizzazzjoni jew regolament taħt dan l-Att. 
(4) Il-provvedimenti ta’ dan l-artikolu għandhom itemmu milli
jibqa’ jkollhom effett kollha kemm huma jew f’parti minnhom jew
għar-rigward ta’ xi tip speċifikat ta’ servizz ta’ call-back minn dik
il-ġurnata li l-Ministru jistqa’ jistabbilixxi b’ordni fil-Gazzetta.
Liċenzi maħruġa 
taħt l-Att dwar il-
Korporazzjoni 
Telemalta.
Emendat:
XVIII. 2000.31.
Kap. 250.
43. (1) Kull liċenza jew awtorizzazzjoni legalment maħruġa
jew mogħtija qabel it-2 ta’ Jannar, 1998, taħt l-Att dwar il-
Korporazzjoni Telemalta# u fis-seħħ f’dik id-data, għandha sa dik
id-data tkompli fis-seħħ kif provdut bi jew taħt dak l-Att u, wara,
għandhom ikomplu fis-seħħ u jkollhom effett dwar kull ħaġa li
tenħtieġ awtorizzazzjoni taħt dan l-Att, bħallikieku dawn kienu
inħarġu jew ingħataw taħt dan l-Att, b’dawk il-modifiki,
addattamenti u limitazzjonijiet kif jista’ jkun meħtieġ jew xieraq
*Imħassar b’dan l-Att.
  32      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
għal dak il-għan, u għandhom ikunu bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att daqslikieku kienu hekk maħruġa jew
mogħtija.
(2) Mingħajr ebda preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu b’effett mit-2 ta’ Jannar, 1998, -
(a) l-Awtorità , bħala suċċessura tal-Korporazzjoni
Telemalta, għandu jkollha l-jeddijiet kollha, inklużi
jeddijiet ta’ azzjoni, u tassumi l-obbligi u d-djun
kollha ta’ l-imsemmija Korporazzjoni naxxenti minn
jew relatati ma’ xi liċenza jew awtorizzazzjoni u kull
ftehim relatat, miżmuma fis-seħħ taħt dan l-artikolu; u
(b) id-drittijiiet kollha dovuti taħt jew dwar xi liċenza jew
awtorizzazzjoni bħal dik, u li tkun dovuta fi jew wara
t-2 ta’ Jannar, 1998, għandhom ikunu dovuti u
pagabbli lill-Awtorità .
(3) Kull liċenza jew awtorizzazzjoni legalment maħruġa jew
mogħtija jew miżmuma fis-seħħ bejn it-2 ta’ Jannar 1998 u t-30 ta’
Ġunju 2000 taħt dan l-Att għandha wara t-30 ta’ Ġunju 2000
tkompli fis-seħħ kif provdut bi jew taħt dan l-Att soġġetta għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kif emendat minn żmien għal żmien u
b’dawk il-modifiki, adattamenti u limitazzjonijiet kif jista’ jkun
meħtieġ jew xieraq għal dak l-għan.
Privilieġġ esklużiv 
ma għandux jibqa’ 
permissibbli.
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
44. (1) Awtorizzazzjoni għall-istallazzjoni jew it-tħaddim ta’
sistema ta’ telekomunikazzjonijiet jew sabiex jiġi pprovdut servizz
ta’ telekomunikazzjonijiet jista’, biss sal-31 ta’ Diċembru, 2002 u
bla ħsara għal dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
jingħataw bi privileġġ esklużiv.
(2) Ma jista’ jingħata jew ikollu effett ebda privileġġ esklużiv
wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena 2002.
(3) Mill-ġurnata li l-Ministru jista’ b’ordni jistabbilixxi, il-
privileġġ esklużiv dwar it-tħaddim ta’ xi sistema ta’
telekomunikazzjonijiet jew il-provdiment ta’ xi servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet bħal ma seta’ kien mogħti fi jew taħt xi liġi,
liċenza, awtorizzazzjoni, kuntratt jew istrument ieħor sew qabel
sew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu ma għandux jibqa’ jseħħ
u jistgħu jiġu stabbiliti dati differenti għar-rigward ta’ kategoriji
differenti ta’ servizzi jew sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet.
(4) Il-provvedimenti ta’ dan l-artikolu għandu jkollhom effett
minkejja l-provvedimenti ta’ xi liġi, liċenza, awtorizzazzjoni,
kuntratt, ftehim jew istrument ieħor u fil-każ ta’ konflitt bejn id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u xi liġi oħra, jew ta’ kull ħaġa li
ssir taħtha, għandhom jipprevalixxu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu.
(5) Il-bidu fis-seħħ tal-provvedimenti tas-subartikolu (3) jew
ta’ kull ħaġa li ssir skond dak is-subartikolu taħt dan l-artikolu u l-
varjazzjoni ta’ xi liċenza jew kuntratt skond l-artikolu 38 -
(i) ma għandux jiftiehem bħala li jikkostitwixxi it-
teħid ta’, jew il-privazzjoni minn, proprjetà  jew
beni jew indħil fil-paċifiku pussess ta’ beni
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        33
għall-finijiet ta’ kull liġi mgħoddija qabel dan l-
Att;
(ii) ma għandux jiftiehem bħala li jikkostitwixxi t-
terminazzjoni ta’ liċenza;
(iii) ma għandux jiġi interpretat bħala li
jikkostitwixxi delitt, ksur ta’ kuntratt jew li
jagħti lok għal xi azzjoni għal danni jew ħlas
ieħor lill-persuna li ttemm milli jkollha privileġġ
esklużiv:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem
bħala li timplika illi li kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu kull persuna kien ikollha jedd għal azzjoni
imsejsa fuq it-teħid ta’, jew il-privazzjoni minn, proprjetà  jew beni
jew fuq l-interferenza mal-paċifiku pussess tal-beni, jew fuq delitt
jew ksur ta’ kuntratt jew kien ikollha jedd għal azzjoni għal kull
ħlas dwar it-terminazzjoni ta’ xi privileġġ esklużiv jew li dik it-
terminazzjoni kienet tkun tammonta għat-terminazzjoni ta’ liċenza.
(6) F’kull każ, kull min jitlef xi privileġġ esklużiv skond dan l-
artikolu għandu jitqies, ukoll għall-għanijiet tal-proviso li hemm
ma’ l-artikolu 37(1) tal-Kostituzzjoni jekk l-imsemmi artikolu 37
ikun japplika, bħala li jkun ġie kompensat adegwatament għal kull
telf bħal dak bl-akkwist ta’ l-opportunità  li jipprovdi servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet u li jħaddem sistemi ta’
telekomunikazzjonijiet taħt il-kondizzjonijiet bħalma huma dawk li
hemm ipprovdut dwarhom f’dan l-Att u kif jinsabu deskritti fl-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att u li l-parlament ikun qies dan bħala
każ speċjali fejn ikun xieraq fl-interess nazzjonali li jiġu stabbiliti
l-kriterji hawn aktar qabel imsemmija fid-deċiżjoni dwar il-
kumpens, jekk ikun il-każ, li jkollu jitħallas li kieku l-imsemmi
artikolu 37 tal-Kostituzzjoni kien applikabbli għall-każ.
Dmir ta’ l-awtorità  
kompetenti li 
tagħmel tibdiliet 
fil-liċenzi u l-
kuntratti.
Miżjud:
XVIII.2000.31.
45.  (1) Minkejja l-provvedimenti ta’ kull liġi oħra, ikun id-
dmir ta’ l-awtorità  kompetenti li tagħmel b’mod proporzjonat u,
wara li tikkonsulta lill-provditur jew provdituri awtorizzati involuti
dawk it-tibdiliet ta’ kull liċenza lil provditur awtorizzat maħruġa
qabel l-1 ta’ Marzu 2000 u f’kull kuntratt bejnha u provditur
awtorizzat jew bejn provdituri awtorizzati li jkun sar qabel l-1 ta’
Marzu 2000 hekk kif ikun jidher lill-awtorità  kompetenti li jkun
meħtieġ u adattat bil-għan li jiġu implementati l-prinċipji ta’
kompetizzjoni u l-provvedimenti ta’ open  network fit-
telekomunikazzjonijiet u bil-għan li tiġi żgurata konformità  ma’ l-
iskopijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolament li jsir taħtu. 
(2) Meta l-awtorità  kompetenti tagħmel bidliet għal xi kuntratt
jew liċenza skond is-subartikolu (1), din tista’ wkoll tagħmel dawk
il-bidliet l-oħra f’dak il-kuntratt jew f’dik il-liċenza ta’ xorta
supplementali, inċidentali, konsegwenzjali jew transitorja hekk kif
tqis li jkun adattat.
(3) Kull tibdila f’xi liċenza jew kuntratt li ssir taħt is-
subartikolu (1) tista’ ssir b’effett retrospettiv sa mid-data tal-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-artikolu.
(4) Kull tibdila f’xi liċenza jew kuntratt li ssir taħt dan l-
  34      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
artikolu għandha ssir permezz ta’ avviż li jiġi notifikat lill-
provditur jew provdituri awtorizzati involuti u għandu jiġi
ppubblikat b’dak il-mod li l-awtorità  kompetenti tista’ tqis li jkun
adattat.
(5) Id-deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti li tagħmel tibdila f’xi
liċenza jew kuntratt skond dan l-artikolu għandu jkun fiha r-
raġunijiet li fuqhom tkun imsejsa l-istess deċiżjoni.
Setgħa temporanja 
tal-Ministru li 
jeżerċita 
funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Miżjud:
XVIII.2000.31.
46.  (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, hekk kif
jidħol fis-seħħ dan l-artikolu u għal perijodu tas-sitt xhur ta’ wara,
il-Ministru jista’ joħroġ favur kumpannija msemmija,
awtorizzazzjoni taħt it-Taqsima II ta’ dan l-Att li tkun tinkludi
dwar il-patti u kondizzjonijiet li jkunu konformi mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jimmodifika kull awtorizzazzjoni,
kuntratt jew strument ieħor dwar it-tħaddim ta’ sistema ta’
telekomunikazzjonijiet jew dwar il-provvista ta’ servizz ta’
telekomunikazzjonijiet, sew jekk bejn il-Gvern jew xi Awtorità
pubblika u kumpannija msemmija jew bejn kumpanniji msemmija,
li jkunu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, għall-
iskop li jimplimenta l-provvedimenti ta’ dan l-Att, u jipprovdi dwar
dawk il-ħwejjeġ kollha kif hu jista’ jqis xierqa għall-iskop li
jipprovdi għall-implimentazzjoni tad-disposizzjoni ta’ dan l-Att; u
kull strument li jkun fih dik l-awtorizzazzjoni, dik il-modifika u
dawk il-ħwejjeġ l-oħra fuq imsemmija għandu jkollhom seħħ, effett
u validità  sħaħ.
(2) F’dan l-artikolu "kumpannija msemmija" tfisser
kumpannija jew kumpanniji li jkollhom awtorizzazzjoni biex
jipprovdu servizz ta’ telekomunikazzjonijiet jew biex iħaddmu
sistema ta’ telekomunikazzjonijiet imsemmija bħala tali mill-
Ministru għall-finijiet ta’ dan l-artikolu b’avviż pubblikat fil-
Gazzetta.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem bħala li
ċċaħħad lill-Awtorità  milli teżerċita s-setgħat u l-funzjonijiet lilha
mogħtijin b’dan l-Att matul il-perjodu meta l-istess setgħat u
funzjonijiet jistgħu wkoll jiġu eżerċitati mill-Ministru.
(4) Kull awtorizzazzjoni, modifika jew strument ieħor
magħmul mill-Ministru skond is-subartikolu (1) hawn aktar ’il fuq
għandu, kemm jista’ jkun malajr jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Disposizzjoni 
transitorji.
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
47. It-tħassir ta’ l-artikoli 39, 40, 41 u 42 għandu jkun mingħajr
preġudizzju għall-validità  u l-infurzar ta’ xi trasferiment ta’
drittijiet, dmirijiet, obbligazzjonijiet, attiv, proprjetà  ta’ kull
deskrizzjoni kif ukoll kull dritt anċillari, inkluża kull ipoteka,
privileġġ, rahan, titolu assikurativ u dritt ieħor li jassigura kull dritt
ieħor jew obbligazzjoni oħra li ġew trasferiti jew akkwistati qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu.
Eżenzjoni mid-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
Miżjud:
XVIII. 2000.31.
48. (1) Huma eżenti mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att l-
installazzjonijiet u s-sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet ta’ l-Istat
stabbiliti għall-ħtiġijiet tad-difiża jew tas-sikurezza pubblika.
(2) Il-prim Ministru jista’ b’ordni pubblikat fil-Gazzetta
jeżenta mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kull installazzjoni jew
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        35
sistema ta’ telekomunikazzjonijiet li tkun proprjetà  ta’ Dipartiment
tal-Gvern jew ta’ korp imwaqqaf b’liġi u tkun użata għall-iskopijiet
tiegħu u meta joħroġ tali eżenzjoni l-Prim Ministru jista’ wkoll
jimponi kondizzjonijiet għal dik l-eżenzjoni kif jidhirlu xieraq.
Miżjuda:
XVIII.2000.31.
SKEDA
(Artikolu 44(6))
Pjan nazzjonali għal Riforma fis-Settur tat-
Telekomunikazzjonijiet
I.  Sfond
Fl-ewwel parti tas-sena 2000 il-Gvern kellu diskussjonijiet u
skambji ta’ korrispondenza mat-tliet operaturi ewlenin fis-settur
tat-telekomunikazzjonijiet dwar il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-
telekomunikazzjonijiet f’Malta.
Il-Gvern bi ħsiebu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li
jitneħħew monopolji eżistenti tul medda żmien realistika. Huwa
konsapevoli tal-fatt li f’ċerti istanzi kienu intużaw il-monopolji
sabiex jinħolqu ostakoli għal dawk l-investituri li riedu jiżviluppaw
servizzi ġodda. Il-Gvern iqis li dan kien ta’ detriment kbir għall-
ekonomija ta’ Malta u taffa r-rata ta’ żvilupp f’qasam li f’pajjiżi
oħra ra tkabbir esponenzjali fi snin reċenti.
F’istanzi oħra irriżultaw monopolji fit-trattament inġust ta’ l-
utent mhux biss bil-limitazzjoni ta’ servizzi u l-provdiment ta’
servizzi ta’ kwalità  inferjuri, iżda wkoll permezz ta’ reġim ta’
prezzijiet li ġġenera profitti għoljin ħafna b’detriment tal-
konsumatur u ta’ l-iżvilupp ta’ l-ekonomija in ġenerali.
Profitti bħal dawk u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq tat-
telekomunikazzjonijiet iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni f’Malta,
jikkaġunaw telf ta’ opportunità  u jnaqqsu l-kompetittività  fis-suq
internazzjonali.
Il-Gvern bi ħsiebu joħloq ambjent li mhux biss jirrimedja dan
kollu iżda li jkun ukoll iwassal għall-investiment. L-
amministrazzjoni tħoss li dan huwa meħtieġ sabiex jibni l-istruttura
ta’ komunikazzjonijiet li llum hija element vitali għat-tkabbir
ekonomiku. 
Wara li qies sew dan kollu, il-Gvern għaldaqshekk iddeċieda li
jipproċedi b’miżuri legislattivi intiżi biex jirriformaw is-suq tat-
telekomunikazzjonijiet b’mod imsejjes fuq bilanċ bejn il-
liberalizzazzjoni, l-effiċjenza u s-servizz lill-pubbliku.
Il-Gvern iqis li l-pakkett ta’ riforma huwa vantaġġuż sew għall-
pubbliku u għat-tliet operaturi korrenti li se jgawdu diversi
opportunitajiet li jidħlu fi swieq ġodda b’riżultat tal-
liberalizzazzjoni. 
II.  Il-pakkett ta’ riforma
Il-Gvern bi ħsiebu jgħaddi mill-Parlament qafas leġislattiv
sabiex jagħmel ir-riforma proposta possibbli u biex jagħti lok għal
  36      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
reġim regolatorju effettiv li jkollu l-kapaċità  u s-saħħa li jiżgura ż-
żamma ta’ ambjent san u kompetittiv fis-suq tat-
telekomunikazzjonijiet.
Il-Gvern ikkonsidra kif dovut il-proposti kollha lilu komunikati
mit-tliet operaturi ta’ networks u servizzi fis-settur u issa jinsab fil-
pożizzjoni li jistabbilixxi din il-medda żmien ta’ liberalizzazzjoni
kif ġej:
1. Is-servizzi kollha tat-telekomunikazzjonijiet, minbarra t-
telefonija fissa, it-telefonija mobbli, gateway internazzjonali u
cable television, għandhom jiġu liberalizzati mid-data li fiha din l-
iskeda tiġi fis-seħħ.
2. Il-monopolju preżenti fit-telefonija mobbli għandu
jintemm immedjatament meta Maltacom tingħata liċenza biex
tidħol fis-suq tat-telefonija mobbli. Ebda liċenza mobbli
addizzjonali ma għandha tinħareġ matul il-perjodu li jtemm 31 ta’
Diċembru, 2002. Il-Gvern jikkonsidra l-ħruġ ta’ tielet operatur fl-
2003 u t-tielet detentur ta’ liċenza għalhekk ma jkunx mistenni li
jiġi kollokat qabel l-1 ta’ Jannar, 2005. 
3. Is-suq tal-cable  television jiġi liberalizzat fl-1 ta’ Ġunju,
2001.
4. Servizzi ta’ gateway internazzjonali, inklużi dawk għal
servizzi ta’ data, jiġu liberalizzati fl-1 ta’ Jannar, 2003.
5. Servizzi ta’ telefonija fissa jiġu liberalizzati fl-1 ta’ Jannar,
2003.
III. Miżuri li jirrigwardaw Maltacom p.l.c.
Kif previst meta l-Att dwar il-Kompetizzjoni sar liġi xi ftit tas-
snin ilu, il-Gvern bi ħsiebu jneħħi l-miżuri transitorji temporanji li
bihom Maltacom kienet eżenti mill-provvedimenti ta’ l-Att dwar il-
Kompetizzjoni.
Bejn id-data li fiha din l-iskeda tiġi fis-seħħ u l-31 ta’ Diċembru,
2002, u bla ħsara għall-medda żmien dwar il-liberalizzazzjoni
hawn aktar qabel imsemmija, Maltacom jew kull waħda mis-
sussidjarji tagħha jkollha liċenza biex tipprovdi, fuq bażi mhux-
esklużiva, is-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet kollha li Maltacom
korrentement tipprovdi u li jinsabu koperti bil-liċenza li Maltacom
għandha bħalissa, sakemm dawn ma jkunux limitati b’xi liċenza
jew ftehim oħra korrenti.
Maltacom jew is-sussidjarji tagħha għandhom minnufih jiġu
garantiti liċenza biex jipprovdu dawn is-servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet li ġejjin:
- Sistemi u servizzi ta’ telekomu-nikazzjonijiet fissi
pubbliċi;
- Sistemi u servizzi ta’ telekomuni-kazzjonijiet fissi bla
fili;
- Sistemi u servizzi ta’ telekomuni-kazzjonijiet mobbli
pubbliċi;
- Sistemi u servizzi ta’ radio paging.
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        37
Minħabba fil-bidla fix-xenarju ta’ operazzjonijiet mobbli
pubbliċi, Maltacom se tenħtieġ li tiddisponi mill-ishma tagħha fil-
kumpannija Vodafone Malta Limited fi żmien sitt xhur mid-data
meta s-sussidjarja tagħha tipprovdi għall-ewwel darba servizzi ta’
telefonija mobbli.
Meta wieħed jikkonsidra li f’dan ix-xenarju kompetittiv,
Maltacom se tenħtieġ li topera bil-mod l-iktar effiċjenti, il-Gvern
se jiddiskuti ma’ Maltacom bil-għan li jipprovdi għaliha u jgħinha
fit-twettiq, tħarriġ mill-ġdid, impieg mill-ġdid jew irtir kmieni ta’
kull żieda meħtieġa fil-persunal iktar minn dik prevista fid-
dokument IPO tat-8 ta’Ġunju, 1998.
Il-Gvern jikkonsidra li għalkemm xi aspetti mill-introduzzjoni
ta’ xenarju ta’ telekomunikazzjonijiet liberalizzat ma jkunux
jibbenefikaw lil Maltacom, f’oqsma oħra l-kumpannija għandha
tkun benfiċjarju evidenti filwaqt li s-sitwazzjoni ma għandhiex
tinbidel b’mod sinjifikanti f’xi oqsma oħra. Il-Gvern huwa konvint
li Maltacom se tkun benefiċjarju finali mil-liberalizzazzjoni.
L-oqsma li fihom il-Gvern jikkonsidra li Maltacom se titlef huma
dawn li ġejjin:
a. Il-monopolju fuq is-servizzi ta’ telefonija fissa li s’issa
jwassal sal-2010 se jidħol minfloku wieħed li jwassal
sal-31 ta’ Diċembru, 2002;
b. Is-servizzi ta’ gateway internazzjonali, fejn jerġa
monopolju sal-2010 jidħol minfloku wieħed li jwassal
sal-31 ta’ Diċembru, 2002;
ċ. L-introduzzjoni tal-possibilità  li jkun hemm iktar mit-
tliet kumpanniji preżenti li jkunu jipprovdu servizzi ta’
data.
F’dan ir-rigward għandu wkoll jitqies li kieku Malta kompliet
bix-xenarju preżenti, il-Gvern kien ikollu jiżgura li ma jintużawx
pożizzjonijiet monopolistiċi biex jinżammu livelli ta’ prezzijiet
għal servizzi li m’humiex komparabbli internazzjonalment.
Il-Gvern jikkonsidra li Maltacom għandha għaliex tmur tajjeb
mir-reġim il-ġdid b’dawn il-modi li ġejjin:
a. L-akkwist immedjat ta’ liċenza ta’ telefonija mobbli
effettiva minflok dik mhux effettiva li tgawdi bħalissa,
b’mod li jniedi l-kumpannija f’dan is-settur ta’
telekomunikazzjonijiet, li jipprovdi wisq iktar
opportunitajiet ta’ tkabbir, wisq qabel it-terminazzjoni
tal-monopolju eżistenti ta’ Vodafone fl-2009;
b. Il-possibilità  li tipprovdi servizzi ta’ cable  television
qabel it-terminazzjoni tal-monopolju eżistenti ta’
Melita Cable fl-2006;
ċ. Suq imkabbar bħala reġim liberalizzat jiġġenera
servizzi ġodda u utenti ġodda;
d. Is-sostituzzjoni ta’ reġim regolatorju xejn ċar b’qafas
regolatorju msaħħaħ.
Jitqies li minn dan kollu, id-dħul immedjat fis-suq tat-telefonija
  38      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
mobbli u l-possibilità  ta’ dħul fis-suq tal-cable television fil-
ġejjieni qarib sew huma vantaġġi kbar ħafna li se jkunu ta’
benefiċċju kemm fi żmien viċin kemm fi żmien iktar fit-tul u
Maltacom se jkollha l-kapaċità  li ssir għalkollox kumpannija tat-
telekomunikazzjonijiet minflok ma tkun ristretta għal teknoloġija
ta’ telefonija fissa li t-tkabbir tagħha hu mistenni li jkun limitat. 
F’kull każ ma għandux ukoll jintesa l-fatt li l-bidliet fir-reġim ta’
liċenzjar tat-telekomunikazzjonijiet f’Malta kienu previsti fid-
dokument ta’ Initial Public Offering (IPO) maħruġ biex iniedi l-
privatizzazzjoni parzjali ta’ Maltacom fl-1998. B’mod partikolari,
kien ġie ddikjarat f’dak id-dokument li:
"Ir-Regolatur u Matacom għamlu ftehim ta’ liċenza fit-2
ta’ Jannar, 1998 ("il-Liċenza") li jagħti lil Maltacom id-dritt
esklużiv li tipprovdi, fost affarijiet oħra, telefonija bil-vuċi b’linja
fissa sew nazzjonali sew internazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2010"
(p 49 para 1, IPO)
"Taħt il-Liċenza, Maltacom għandha d-dritt esklużiv sal-31
ta’ Diċembru, 2010 li tipprovdi telefonija bil-vuċi nazzjonali u
internazzjonali u servizzi b’valur miżjud relatati; servizzi mhux bil-
vuċi nazzjonali u internazzjonali; bejgħ mill-ġdid ta’ servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet; servizzi bil-phone card pubbliċi u privati;
ISDN; servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fuq firxa wiesgħa fuq
network pubbliku; u servizzi mogħtijin permezz ta’ kull tip ta’
teknoloġija ta’ mobbiltà  terminali cordless pubblika u teknoloġija
local loop bla fili inkluż DECT. Dawk is-servizzi jistgħu jiġu
provduti fuq linji fissi jew b’kull mezz ieħor mhux mobbli" (p 51
para 4, IPO)
"Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ
Fil-15 ta’ Frar, 1997, 69 pajjiz membru tal-World Trade
Organisation ("il-firmatarji") qablu li jiftħu s-swieq tagħhom għar-
rigward ta’ kull firmatarju. Minn dak iż-żmien ’l hawn l-għadd
totali ta’ firmatarji żdied sat-total preżenti ta’ 72. Il-ftehim li l-
firmatarji kienu meħtieġa li jirratifikaw sat-30 ta’ Novembru, 1997
u li beda jseħħ fil-5 ta’ Frar, 1998 jeħtieġ li l-firmatarji jippermettu
lil provdituri ta’ servizz ta’ telekomunikazzjonijiet barranin li
joffru s-servizzi tagħhom fil-pajjiżi tal-firmatarji, kif ukoll li jixtru
ishma f’kumpanniji tat-telekomunikazzjonijiet li jkunu qed joperaw
f’dak il-pajjiż, skond rabtiet speċifiċi li jiġu implementati fil-
medda żmien miftehma. Għalkemm Malta mhix firmatarja għal dan
il-ftehim, bħala membru tal-WTO għandha dritt li tipparteċipa
f’laqgħat ta’ negozjati li jsiru fil-ġejjieni dwar il-liberalizzazzjoni
tal-kummerċ f’dan is-settur, liema negozjati huma stipulati fil-
ftehim tal-WTO li jibdew sa l-1 ta’ Jannar, 2000" (p 52 para 7,
IPO)
"Unjoni Ewropea
Fl-1 ta’ Jannar, 1998 is-suq tat-telekomunikazzjonijiet Ewropew
infetaħ fil-wisa’ għall-kompetizzjoni b’riżultat ta’ l-adozzjoni
suċċessiva mill-Unjoni Ewropea ("UE") ta’ miżuri legali li jeħtieġu
lill-15 il-pajjiż membru Ewropew li progressivament jiftħu s-swieq
tagħhom nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet għall-
kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni tkopri s-setturi kollha tas-suq tat-
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        39
telekomunikazzjonijiet, b’miżuri speċifiċi li jiġu adottati għal
servizzi b’valur miżjud, servizzi satellitarji, servizzi mobbli u
servizzi ta’ cable television, li jilħqu l-quċċata tagħhom bil-ħtieġa
li l-pajjizi membri Ewropej ineħħu kull dritt esklużiv mogħti għal
servizzi ta’ telefonija bil-vuċi sa l-1 ta’ Jannar, 1998. B’żieda ma’
dan, ġew adottati wkoll regoli li jirregolaw oqsma bħalma huma l-
interkonnessjoni, il-liċenzar u affarijiet konsumistiċi bħal kuntratti
u ħruġ ta’ kontijiet. Ċerti pajjiżi tħallew japplikaw lill-
Kummissjoni Ewropeja għal deroga għal żmien speċifikat għal
x’uħud mill-ħtiġiet dwar il-ftuħ tas-suq.
Id-dħul formali fl-UE jeħtieġ lil pajjiżi applikanti li jadottaw ir-
regoli kollha ta’ l-UE, inklużi dawk dwar it-telekomunikazzjonijiet,
qabel jew fi żmien speċifikat mill-inkorporazzjoni legali fl-UE.
B’żieda ma’ dan, jistgħu jinkisbu relazzjonijiet eqreb li ma jkunux
jikkostitwixxu dħul formali. Malta tista’ tagħżel li tinnegozja dħul
formali jew ftehim bilaterali ieħor ma’ l-UE li taħtu tista’ tkun
meħtieġa li tadotta ċerti regoli ta’ l-UE bħalma huma dawk għar-
rigward tat-telekomunikazzjonijiet. F’kull każ iż-żamma ta’ l-
esklużività  ta’ Maltacom tista’ tiġi dubitata. Ara business-
competition" (p 53 para 2 u 3, IPO)
"B’żieda ma’ dan, kull ħtieġa imposta fuq Malta biex tneħħi l-
perjodu ta’ esklużività  mogħti lill-kumpannija b’riżultat ta’ l-
adozzjoni minn Malta ta’ provvedimenti speċifiċi tal-liġi ta’ l-
unjoni ewropea dwar telekomunikazzjonijiet skond kull ftehim ta’
dħul formali jew ftehim ieħor bilaterali qabel l-2010 jista’ jolqot
ħażin il-pożizzjoni kompetittiva tal-kumpannija. Ara "Regulation -
International Regulation - European Union" u l-Anness A - "Ir-
Repubblika ta’ Malta". Għalkemm il-Kumpannija tħoss li kull
tqassir simili tal-perjodu ta’ esklużività  tiegħu ikun jeħtieġ
kumpens mill-Gvern l-effett ta’ kull azzjoni simili jista’ jolqot
ħażin ir-riżultati ta’ operazzjonijiet u prospetti ulterjuri tal-
Kumpannija" (p 33 para 5, IPO)
IV. Miżuri li jirrigwardaw Melita Cable p.l.c.
Melita jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha għandha minnufih
tkun garantita liċenza biex tipprovdi dawn is-servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet li ġejjin:
-  Servizzi ta’ cable television;
-  Trasport fit-telekomunikazzjonijiet għar-rigward ta’
servizzi ta’ data;
-  Servizzi ta’ data b’linja mikrija;
-  Servizzi ta’ data fuq sistema ta’ cable television.
Iktar minn hekk, Melita jew waħda mis-sussidjarji tagħha se tkun
ukoll minnufih awtorizzata li tipprovdi sistemi u servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet fissi pubbliċi (inklużi servizzi ta’ gateway
internazzjonali) mill-1 ta’ Jannar, 2003.
Ir-Regolamenti ta’ l-1999 dwar Provdituri ta’ Servizzi għal
Internet u Data Networks oħra, għandhom jiġu modifikati sabiex
ikunu jipprovdu li l-obbligazzjonijiet ta’ aċċess miftuħ ikunu
japplikaw biss għal kumpanniji li jkollhom pożizzjoni dominanti
  40      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
fis-suq fil-provdiment ta’ trasport ta’ telekomunikazzjonijiet relatat
ma’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet.
Il-Gvern jikkonsidra li għalkemm Melita Cable p.l.c. se titlef il-
privileġġ ta’ esklużività  fis-servizzi tal-cable television fl-1 ta’
Ġunju, 2001, hija se tkun benefiċjarja mil-liberalizzazzjoni għal
dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
a. Il-liċenza preżenti ta’ Melita tiskadi fit-2 ta’ Lulju,
2006 filwaqt li taħt il-qafas regolatorju ġdid Melita se
tiġi garantita liċenza ta’ 10 snin li tista’ tiġġedded; 
b. Il-liċenza tal-kumpannija bħalissa speċifikament
tipprojbixxi l-użu tas-sistema bil-fil għall-provdiment
ta’ servizzi ta’ telefonija. Taħt ix-xenarju ġdid il-
kumpannija se tingħata liċenza biex tipprovdi servizzi
ta’ telekomunikazzjonijiet fissi pubbliċi fuq l-
infrastruttura tagħha mill-1 ta’ Jannar, 2003;
ċ. Id-dritt tal-kumpannija li tipprovdi servizzi ta’ data,
kif distinti mit-trasmissjoni ta’ sinjali ta’ data, fuq in-
network tagħha qiegħed bħalissa jiġi kkontestat. Fix-
xenarju l-ġdid din il-kwistjoni se tkun riżolta;
d. Id-dritt tal-kumpannija li tuża tubi li jgħaddu taħt
toroq pubbliċi huwa wkoll suġġett għal deċiżjoni
ġudizzjarja. Taħt reġim ġdid liberalizzat din il-
kwistjoni se tkun ukoll riżolta;
e. Taħt l-arranġamenti transitorji għall-introduzzjoni tar-
reġim legali ġdid il-kumpannija tkun permessa li
żżomm il-monopolju tagħha fil-qasam tal-cable
television sa l-1 ta’Ġunju, 2001;
f. Melita ma tistax fil-preżent topera gateway
internazzjonali. Melita madankollu se tingħata liċenza
biex tipprovdi dawn is-servizzi mill-1 ta’ Jannar,
2003;
g. Ix-xenarju monopolistiku preżenti fis-settur tat-
telekomunikazzjonijiet jirrestrinġi l-libertà
kummerċjali ta’ nies fis-suq li jagħżlu l-kampi ta’
operazzjoni tagħhom. Ir-reġim liberalizzat jiftaħ
opportunitajiet biex jiġu pprovduti servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet ġodda;
h. Taħt liċenzi korrenti ma jistgħux jiġu introdotti
servizzi ġodda kemm-il darba ma jkunx ġie
speċifikament provdut dwarhom fil-liċenza filwaqt li
l-liċenzi proposti jkunu biżżejjed newtri mill-aspett
teknoloġiku li d-detenturi tal-liċenzi jkunu jistgħu
jimplementaw servizzi kompatibbli ma’ livelli tal-
ġenerazzjoni li jmiss; 
i. Ir-reġim regolatorju xejn ċar korrenti għandu jiġi
sostitwit bi struttura regolatorja msaħħa li jkollha
riżorsi adegwati biex tiżgura kompetizzjoni ġusta
f’kamp ekwu ta’ negozjar bejn in-nies kollha fis-suq;
j. Taħt ir-regolamenti korrenti fuq l-aċċess għall-Internet
il-Provdituri kollha tas-Servizz tal-Internet qegħdin
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        41
jingħataw dritt ta’ aċċess miftuħ għan-network ta’
Melita. Ir-regolament ġdid tas-suq għandu jipprovdi li
drittijiet ta’ aċċess miftuħ se jsiru operattivi biss meta
kumpannija tikseb forza sinjifikanti fis-suq fil-kamp
tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet relatat għall-
aċċess għall-Internet;
k. Maltacom hija preżentement eżenti mill-Att dwar il-
Kompetizzjoni. Din l-eżenzjoni għandha tieqaf fid-
data li fiha din l-iskeda tiġi fis-seħħ u n-nies kollha fis-
suq isiru suġġetti għar-regoli tal-liġi dwar il-
kompetizzjoni;
l. Taħt ir-reġim regolatorju korrenti l-liċenzi x’aktarx
jitqiesu bħala dokumenti kummerċjali sensittivi li
oħrajn ma jistax ikollhom aċċess għalihom. Il-mudell
propost jintroduċi trasparenza regolatorja u tagħmel il-
liċenzi kollha pubbliċi fl-interess ta’ ċertezza
regolatorja u xejn diskriminazzjoni. 
V. Miżuri li jirrigwardaw Vodafone (Malta) Limited
Vodafone jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha għandha minnufih
tkun garantita liċenza biex tipprovdi dawn is-servizzi ta’
telekomunikazzjonijiet li ġejjin:
- Sistemi u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli
pubbliċi;
-  Servizzi ta’ data fuq network ta’ telefonija mobbli.
Vodafone jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha għandha wkoll
minnufih tkun awtorizzata li tipprovdi servizzi ta’ gateway
internazzjonali mill-1 ta’ Jannar, 2003.
Minħabba fil-bidla fix-xenarju ta’ operazzjonijiet mobbli
pubbliċi, Maltacom se tkun meħtieġa li tiddisponi mill-ishma
tagħha f’Vodafone Malta Limited fi żmien sitt xhur mid-data meta
s-sussidjarja tagħha tipprovdi għall-ewwel darba servizzi ta’
telefonija mobbli.
Il-Gvern jikkonsidra li l-introduzzjoni ta’ xenarju ta’
telekomunikazzjonijiet liberalizzat se jirriżulta f’li Vodafone
(Malta) Limited se titlef il-monopolju li hija tgawdi fil-provdiment
ta’ servizzi mobbli TACS u ETACS. Il-monopolju f’oqsma oħra ta’
servizzi ta’ telefonija ċellulari qegħda korrentement tiġi kontestata
minn Maltacom quddiem il-Bord ta’ l-appelli dwar
telekomunikazzjonijiet u għalkemm ir-Regolatur tat-
Telekomunikazzjonijiet irritjena li l-liċenza ta’ Vodafone tagħtiha
d-dritt li teskludi lil oħrajn mis-suq tat-telefonija mobbli ċellulari,
din hi xi ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar se jiddeċiedi dwarha l-Bord ta’
l-appelli.
Il-Gvern jikkonsidra wkoll li Vodafone (Malta) Limited għandha
tagħmel akkwist bir-reġim regolatorju ġdid b’dawn il-modi li
ġejjin:
a.  Maltacom tkun meħtieġa li tbiegħ l-ishma tagħha fil-
Vodafone fi żmien sitt xhur mid-data meta s-
  42      KAP. 399. ħ       TELEKOMUNIKAZZJONI
sussidjarja tagħha tipprovdi għall-ewwel darba
servizzi ta’ telefonija mobbli. Dan għandu jtemm id-
dritt tassew importanti li Maltacom tgawdi bħalissa li
takkwista l-maġġoranza ta’ l-azzjonijiet fil-
kumpannija. Dan itemm ukoll id-drittijiet estensivi li
Maltacom bħala azzjonista minoritarja għandha għar-
rigward tal-policies ta’ Vodafone dwar il-prezzijiet u
dwar it-treġija ta’ aspetti importanti tal-kummerċ tal-
kumpannija;
b. Filwaqt li l-liċenza korrenti ta’ Vodafone tiskadi fl-10
ta’ Awissu, 2009 u l-kumpannija ma tistax tipprovdi
servizzi wara dik id-data, taħt il-qafas il-ġdid il-
kumpannija se tingħata liċenza ġdida għal għaxar snin
li tkun tista’ tiġġedded għal perjodi oħra ta’ 10 snin;
ċ. Preżentement Vodafone għandha l-obbligu li tuża l-
infrastruttura ta’ Maltacom għal servizzi ta’ gateway
internazzjonali. Il-kumpannija se jkollha liċenza biex
tipprovdi servizzi ta’ gateway internazzjonali mill-1
ta’ Jannar, 2003;
d. Vodafone Malta Limited xorta tibqa’ tibbenefika minn
sitwazzjoni ta’ duopolju fis-suq tat-telefonija mobbli
sal 31 ta’ Diċembru, 2002 b’possibilità  ta’ estensjoni
ta’ din is-sitwazzjoni wara dik id-data;
e. Il-liċenza preżenti ta’ Vodafone Malta Limited
tawtorizza biss l-użu ta’ standards TACS, ETACS u
GSM filwaqt li l-liċenza l-ġdida tkun tapplika għal
kull standard Ewropew. Dan ikun jagħti permess lil
Vodafone li timplementa servizzi kompatibbli ma’
standards tal-ġenerazzjoni li jmiss, inklużi UMTS;
f. Ix-xenarju monopolistiku preżenti fis-settur tat-
telekomunikazzjonijiet jirrestrinġi l-libertà
kummerċjali ta’ nies fis-suq li jagħżlu l-oqsma ta’
operazzjoni tagħhom. Ir-reġim liberalizzat jiftaħ
opportunitajiet għall-provdiment ta’ servizzi tat-
telekomunikazzjonijiet ġodda;
g. Ir-reġim regolatorju xejn ċar preżenti se jiġi sostitwit
bi struttura regolatorja msaħħa li jkollha riżorsi
adegwati li jkunu jiżguraw kompetizzjoni ġusta
f’kamp ekwu ta’ negozjar bejn in-nies kollha fis-suq;
h. Maltacom tinsab bħalissa eżenti mill-Att dwar il-
Kompetizzjoni. Din l-eżenzjoni ttemm fid-data li fiha
din l-iskeda tiġi fis-seħħ u n-nies kollha fis-suq isiru
suġġetti għar-regoli tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;
i. Taħt ir-reġim regolatorju korrenti l-liċenzi x’aktarx
jitqiesu bħala dokumenti kummerċjali sensittivi li
oħrajn ma jistax ikollhom aċċess għalihom. Il-mudell
propost jintroduċi trasparenza regolatorja u tagħmel il-
liċenzi kollha pubbliċi fl-interess ta’ ċertezza
regolatorja u xejn diskriminazzjoni. 
TELEKOMUNIKAZZJONI ġ KAP. 399.        43
VI. Iż-żmien li ġej
Il-Gvern jafda li l-operaturi kollha jħarsu lejn il-programm ta’
bidla hawn aktar qabel delineat bħala wieħed pożittiv. Huwa żgur li
f’dan ix-xenarju l-operaturi kollha se jirrikonoxxu opportunitajiet
ġodda biex jespandu l-operazzjonijiet tagħhom u jkomplu
jagħmluha ta’ nies ewlenin fis-suq f’dan is-settur ekonomiku.
