LOGĦOB ġ KAP. 400.        1
KAPITOLU 400
ATT DWAR IL-LOGĦOB
Sabiex jipprovdi minflok l-Ordinanza dwar il-Kursal għal-liċenzjar ta’ Każinò , sabiex jiġi
regolat kull każinò  u l-logħob li jsir fihom mill-Awtorità  dwar il-Lotteriji u l-Logħob u għal
għanijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan u li huma anċillari għalih.
30 ta’ April, 1998
7 ta’ Awissu, 1998
L-ATT X ta’ l-1998, kif emendat bl-Att XXIV ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
Taqsima I Preliminari 1-2
Taqsima II Konċessjonijiet 3-4
Taqsima III L-Awtorità  u Spetturi 5-13
Taqsima IV Għoti ta’ Liċenza ta’ Każinò 14-20
Taqsima V Tħaddim ta’ Każinò 21-32
Taqsima VI Flus għal-Logħob 33-36
Taqsima VII Disposizzjonijiet Finanzjarji 37-41
Taqsima VIII Reati 42-48
Taqsima IX Mixxellanji 49-52
SKEDA 
  2      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Logħob.
Tifsir.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
Kap. 438.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  dwar il-Lotteriji u l-Logħob
mwaqqfa taħt l-artikolu 9 ta’ l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor;
"ċippa" tfisser kull token li jintuża jew li jista’ jintuża ġewwa
każinò  waqt il-logħob minflok il-flus u li jiġi għaldaqstant approvat
mill-Awtorità ;
"impjegat ta’ każinò " tfisser kull receptionist, dealer, chef de
table, kaxxier, sorveljant, osservatur, inġinier mekkaniku, manager,
jew kull persuna oħra li, skond il-fehma ta’ l-Awtorità , tkun
involuta fil-logħob li jsir fil-każinò ;
"junket" tfisser arranġament li l-għan tiegħu jkun li jħajjar
persuna, li tintgħażel jew tiġi approvata biex hemm tipparteċipa
minħabba fil-ħila tagħha li tissodisfa obbligazzjoni kwalifikattiva
finanzjarja relatata mal-kapaċità  jew ir-rieda tagħha li tilgħab
ażżard, jew minħabba f’xi raġuni oħra relatata mal-ġibda tagħha
lejn il-logħob ta’ l-ażżard, li tattendi ġewwa każinò  liċenzjat bil-
għan li tilgħab ażżard u li b’konsegwenza ta’ dan, u
b’konsiderazzjoni għal dan, xi jew kull nefqa għat-trasport, ikel,
residenza u divertiment għal dik il-persuna jitħallsu b’mod dirett
jew indirett mid-detentur ta’ liċenza ta’ każinò;
"każinò " tfisser dak il-lokal li dwaru l-Ministru jkun ħareġ
konċessjoni taħt l-artikolu 3;
"logħob" tfisser li persuna tieħu sehem f’logħba ta’ sogru għal
flus jew valur ta’ flus;
"logħba awtorizzata" tfisser logħba speċifikata mill-Awtorità  taħt
l-artikolu 29 bħala logħba awtorizzata għall-għanijiet ta’ dan l-Att;
"liċenza ta’ każinò " tfisser liċenza mogħtija taħt l-artikolu 15;
"makna awtorizzata" tfisser makna użata bil-għan ta’ logħob kif
speċifikat fl-artikolu 31(1);
"makna tal-logħob" tfisser kull makna li tkun magħmula jew
adattata għal logħob ta’ sogru jew ta’ sogru u ħila magħqudin kif
jista’ jiġi preskritt mill-Ministru;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
Kap. 438.
"spettur" għandu jkollha l-istess tifsira bħalma hu mogħti lilha fl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor;
"tagħmir tal-logħob" tfisser kull apparat elettriku, elettroniku
jew mekkaniku, karti tal-logħob jew kull ħaġa oħra, li ma jkunux
ċippi, li jintużaw, jew li jistgħu jintużaw, f’dak li għandu x’jaqsam
mal-logħob.
LOGĦOB ġ KAP. 400.        3
TAQSIMA II 
KONĊESSJONIJIET
Konċessjoni li 
tiftaħ u tħaddem 
każinò .
Emendat:
XXIV. 2001.80.
3. (1) Il-Ministru jista’ skond il-liġi joħroġ konċessjonijiet lil
persuni sabiex jiftħu u jħaddmu każinò .
(2) Konċessjoni taħt dan l-artikolu għandha tinħareġ għal dik
il-konsiderazzjoni inkluż il-ħlas ta’ kull ammont ta’ flus fil-fondi
ta’ dħul ġenerali, għal dak iż-żmien u b’dawk il-patti u
kundizzjonijiet hekk kif jidhirlu l-Ministru.
(3) Il-ħruġ ta’ konċessjoni taħt dan l-artikolu m’għandux jeħles
lil xi persuna li tiftaħ jew tħaddem każinò  mill-ħtieġa ta’ xi liċenza
mill-Awtorità  taħt dan l-Att.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, il-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jaħtar kumpannija li tkun
proprjetà  assoluta direttament jew indirettament tal-Gvern bħala l-
Operatriċi Governattiva tal-Każinò  u dik il-kumpannija għandha,
kull meta l-Ministru hekk jordna, tassumi l-kontroll ta’ l-operat ta’
każinò  li jkun proprjetà  diretta jew indiretta tal-Gvern meta jiġri li
l-persuna li tkun inħarġitilha konċessjoni biex tiġġestixxi dak il-
każinò  tabbanduna dik il-konċessjoni jew ikollha l-liċenza tagħha
revokata jew sospiża taħt dan l-Att.
Logħob fil-każinò .
jew ta’ kull liġi oħra u għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att,
meta tinħareġ konċessjoni mill-Ministru taħt l-artikolu 3, jew meta
l-Ministru jkun ordna kumpannija kif tinsab hemm imsemmija biex
tħaddem każinò , għaldaqshekk minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull
liġi oħra jkun skond il-liġi matul iż-żmien ta’ dik il-konċessjoni:
(a) li l-persuna li tkun inħarġitilha l-konċessjoni jew li l-
persuna li lilha tkun ġiet assenjata dik il-konċessjoni
skond il-patti u l-kundizzjonijiet ta’ l-istess
konċessjoni, jew li l-kumpannija li tkun ġiet hekk
ordnata, li tippermetti l-użu tal-lokal speċifikat fil-
konċessjoni bħala każinò  sabiex isir logħob ġewwa l-
lokal ta’ dawk il-logħbiet ta’ sogru għal flus jew valur
ta’ flus u għal dawk il-ġugati hekk kif jistgħu jiġu
speċifikati fil-liċenza tal-każinò  u li tinkoraġġixxi li
jsir logħob ġo fihom minn dawk il-persuni ta’ dawk il-
logħbiet għal xi ġugati bħal dawk; u
(b) li persuna tieħu sehem go każinò  f’xi logħba bħal dik
għal xi ġugata bħal dawk.
TAQSIMA III
Sostitwit:
XXIV. 2001.80.
L-AWTORITÀ  U SPETTURI
Awtorità  dwar il-
Lotteriji u l-
Logħob.
Sostitwit:
XXIV. 2001.80.
5. L-Awtorità  għandha taqdi dawk il-funzjonijiet mogħtijin
lilha bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra jew
regolamenti magħmulin taħtu u għandha taqdi dawk il-funzjonijiet
l-oħra li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jassenja lill-
  4      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
Awtorità  b’ordni bil-miktub u li jkunu jitqiesu bħala adatti mill-
Ministru dwar l-operat ta’ dan l-Att jew ta’ kull liġi oħra.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Emendat:
XXIV. 2001.80.
6. Il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  jkunu li -
(a) tissorvelja l-operat ta’ kull każinò ;
(b) toħroġ liċenzi għall-proprjetà  u/jew għat-tħaddim ta’
każinò  taħt l-artikolu 15 ta’ dan l-Att;
(ċ) toħroġ liċenzi għall-impjegati ta’ kull każinò , inklużi
l-managers tagħhom, junket leaders, li jkunu qegħdin
jiġu proposti bħala li jiġu impjegati minn detentur ta’
liċenza ta’ każinò  biex jaħdmu fil-logħob;
(d) tistħarreġ dwar l-idoneità  ta’-
 (i) proprjetarji u operaturi ta’ każinò , kif ukoll ta’
detenturi ta’ liċenzi ta’ każinò , sew attwali sew
jekk nominati bħala detenturi proposti; u
 (ii) impjegati, inkluż dawk tal-management u junket
leaders, li jkunu qegħdin jiġu proposti li jiġu
impjegati mid-detentur ta’ liċenza tal-każinò ;
(e) tirregola permezz ta’ liċenza l-importazzjoni, il-
provvista u l-manutenzjoni ta’ makni tal-logħob u
tagħmir tal-logħob għal kull każinò ;
(f) tagħti parir lill-Ministru dwar egħmil ta’ regolamenti,
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 50, dwar kull
ma jkollu x’jaqsam mal-kontroll ta’ każinò  jew ma’ l-
operat ta’ każinò , jew b’mod ġenerali mal-logħob li
jsir f’każinò ;
(g) twettaq dawk il-funzjonijiet li jiġu, jew li jistgħu jiġu,
assenjati lill-Awtorità  b’din il-liġi jew b’xi liġi oħra.
Proċedimenti. 7. Imħassar bl-Att XXIV. 2001.80.
Spetturi. 8. Imħassar bl-Att XXIV. 2001.80.
Dokumenti ta’ l-
identità .
9. Imħassar bl-Att XXIV. 2001.80.
Jeddijiet ta’ l-
ispetturi.
10. Spettur jista’ f’kull waqt wara li juri d-dokument ta’ l-
identità  tiegħu, jidħol u jibqa’ ġewwa każinò  bil-għan li -
(a) joqgħod jara l-logħob isir;
(b) josserva xi parti mill-operat tal-każinò  jew, b’mod
ġenerali, tal-logħob;
(ċ) jaċċerta jekk l-operat tal-każinò  jew, b’mod ġenerali
tal-logħob, ikunux qegħdin jitmexxew, jiġu sorveljati
jew immaniġġati sew;
(d) jaċċerta jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunux
qegħdin jitħarsu; u
(e) f’kull rigward ieħor, iħaddem is-setgħat tiegħu jew
iwettaq dmirijietu.
Setgħat ta’ l-
ispetturi.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
11. (1) Spettur jista’ bil-għan li jaċċerta ruħu li d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu qegħdin jitħarsu u li l-ammont
kollu ta’ taxxa dovut taħt dan l-Att ikun qiegħed jitħallas -
LOGĦOB ġ KAP. 400.        5
(a) jeħtieġ lil kull min l-ispettur ikun jissuspetta, fuq bażi
raġonevoli, li jkollu għandu jew taħt il-kontroll tiegħu
xi tagħmir tal-logħob jew ċippi:
(i) li jgħaddi lill-ispettur dak it-tagħmir jew ċippi
sabiex dawn jiġu spezzjonati jew eżaminati
minnu; jew
(ii) li jidher quddiem l-ispettur f’ħin u lok
raġonevoli hekk kif speċifikati mill-ispettur u
jwieġeb għal dawk il-mistoqsijiet, jew jagħti dak
it-tagħrif, dwar it-tagħmir jew iċ-ċippi hekk kif
l-ispettur jista’ jispeċifika;
(b) jeħtieġ lil detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jew lil min
ikun qed jagħmilha minflok dak id-detentur -
(i) li jgħaddi għall-ispezzjon ta’ l-ispettur kull ktieb
jew dokument fil-kustodja jew kontroll tiegħu
dwar l-operat tal-każinò  hekk kif l-ispettur jista’
jispeċifika; jew
(ii) li jidher quddiem l-ispettur f’ħin u lok
raġonevoli hekk kif speċifikati mill-ispettur u
jwieġeb għal dawk il-mistoqsijiet, jagħti dak it-
tagħrif, jew iġib miegħu dak il-ktieb jew
dokument, li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-operat tal-
każinò  hekk kif l-ispettur jista’ jispeċifika;
(ċ) jispezzjona jew jeżamina kull tagħmir tal-logħob jew
ċippa jew jispezzjona dak il-ktieb jew dokument, u
jagħmel kopji ta’ dak il-ktieb jew dokument, jew jikteb
noti dwarhom, għar-rigward ta’ l-operat tal-każinò
hekk kif l-ispettur jista’ jqis li jkun meħtieġ;
(d) jordna lil detentur ta’ liċenza ta’ każinò  sabiex ma
jużax xi tagħmir tal-logħob jew xi ċippa li l-ispettur
iqis bħala li ma jkunux tajbin għall-użu;
(e) jirċievi u, jekk l-ispettur ikun hekk jidhirlu, jinvestiga
lment dwar xi aspett ta’ l-operat ta’ każinò  u jagħmel
rapport dwar ir-riżultanzi ta’ dik l-investigazzjoni lill-
Awtorità ;
(f) isejjaħ sabiex jgħinu -
(i) lil xi spettur ieħor; jew
(ii) lil xi impjegat tal-każinò  li, hekk kif ikun
jidhirlu l-ispettur, ikun kompetenti biex jassisti
lill-ispettur fit-tħaddim tas-setgħat tiegħu jew
fit-twettiq ta’ dmirijietu; u
(g) jeħtieġ lil kull min ikun dieħel jew jinsab ġewwa
każinò  biex juri d-dokumenti ta’ identifikazzjoni li
jkollu.
(2) Ħtieġa taħt is-subartikolu (1)(a) jew (b) u jew ordni taħt il-
paragrafu (d) ta’ l-istess subartikolu għandhom isiru permezz ta’
avviż mogħti bil-miktub jew bil-fomm hekk kif ikun jidhirlu li
għandu jagħmel l-ispettur fiċ-ċirkostanzi.
(3) Spettur għandu jkun preżenti f’każinò  fil-waqt tal-ftuħ u l-
  6      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
għeluq ta’ mejda tal-logħob, meta jkun qed isir xi aġġustament fuq
table float, meta jkun qed isir l-għadd ta’ flus u ta’ tokens, u fil-ftuħ
u l-għeluq ta’ xi makna tal-logħob u sabiex jivverifika rebħiet fil-
jackpot.
(4) Kull min, mingħajr ma jkollu skuża raġonevoli, jimpedixxi
jew jonqos milli jassisti spettur fil-waqt li jkun qed jaqdi dmirijietu
taħt is-subartikolu (1), ikun ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
(5) Spettur għandu jagħmel rapport dwar it-tħaddim tal-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att lill-Awtorità .
Setgħat ta’ l-
Awtorità .
Emendat:
XXIV. 2001.80.
12. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull setgħa li titħaddem
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att, l-Awtorità
tista’ f’kull żmien tinnotifika lid-detentur ta’ liċenza ta’ każinò
b’avviż li fih teħtieġ, b’dak il-mod u f’dak iż-żmien raġonevoli li
jiġi hekk speċifikat fl-avviż -
(a) li jġib għall-ispezzjon ta’ jew f’isem l-Awtorità , kotba
jew dokumenti li jkollhom x’jaqsmu mal-każinò , kif
speċifikat fl-avviż, li l-Awtorità  tkun raġonevolment
teħtieġ li tispezzjona għall-għan speċifikat fis-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att, u
(b) li jagħti tagħrif lill-Awtorità  dwar il-fond, kif
speċifikat fl-avviż, li l-Awtorità  tkun raġonevolment
teħtieġ għal dak l-għan.
(2) Jekk mingħajr ma jkollu skuża raġonevoli detentur ta’
liċenza ta’ każinò  jonqos milli jħares xi ħtieġa imposta dwar każinò
b’avviż notifikat bis-saħħa tas-subartikolu (1), dak id-detentur jkun
ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
Segretezza 
professjonali.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
Kap. 377.
13. Bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-
Segretezza Professjonali, kull tagħrif mogħti lil spettur, lill-
Awtorità  jew lil membru, uffiċjal jew impjegat ta’ l-Awtorità , u kull
dokument miġjub skond ma hemm fl-artikoli 11 u 12, għandhom
ikunu sigrieti u kunfidenzjali u m’għandhomx jiġu mgħarrfa jew
jinġiebu ħlief għall-għanijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi prosekuzzjoni
għal reat kontra dan l-Att jew reat magħmul kontra jew ġewwa
każinò .
TAQSIMA IV
GĦOTI TA’ LIĊENZA TA’ KAŻINÒ
Ħtieġa ta’ liċenza.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
14. Ħadd ma jista’ jiftaħ jew iħaddem każinò  kemm-il darba
ma jkollux liċenza maħruġa mill-Awtorità .
Għoti ta’ liċenza 
ta’ każinò .
Emendat:
XXIV. 2001.80.
15. (1) L-Awtorità  għandha s-setgħa toħrog liċenza li
tawtorizza persuna tiftaħ u tħaddem każinò  f’Malta.
(2) L-Awtorità  m’għandhiex toħroġ dik il-liċenza lil persuna
kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx kumpannija reġistrata
f’Malta u sakemm ma jkunx jidher lill-Awtorità  li -
(a) l-kapital relevanti ta’ ishma b’jedd għall-vot tad-
LOGĦOB ġ KAP. 400.        7
detentur tal-liċenza tal-każinò  li jkun qiegħed jiġi
propost ikun, direttament jew indirettament, f’idejn
persuna jew persuni ta’ integrità ;
(b) d-direttur jew diretturi tal-kumpannija jew ta’ xi
affiljati tagħha jkunu persuni ta’ integrità;
(ċ) d-detentur tal-liċenza ta’ każinò  li jkun qiegħed jiġi
propost ikollu l-mezzi u l-għarfien finanzjarji biex
iħaddem każinò  u biex iwettaq kull dmir li dan iġib
miegħu skond dan l-Att.
(3) Liċenza ta’ każinò  tibqa’ sseħħ għal għaxar snin u tkun
suġġetta għal ħlas annwali tad-dritt għal-liċenza. Bla ħsara għal
kull tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-liċenza sakemm ma
tiġix rinunzjata jew kanċellata fi żmien qabel tista’ tiġġedded mill-
Awtorità . Liċenza ta’ każinò  għandha, f’kull każ, tkun marbuta
mal-kundizzjoni li jkun hemm konċessjoni mill-Ministru favur id-
detentur tal-liċenza skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima II ta’
dan l-Att.
(4) Il-liċenza ta’ każinò  għandha tkun f’dik l-għamla li tiġi
hekk approvata mill-Awtorità  u -
(a) tkun fost affarijiet oħra tispeċifika:
(i) id-data tal-ħruġ tagħha;
(ii) id-data tat-tmiem tagħha;
(iii) isem id-detentur tal-liċenza;
(iv) l-indirizz f’Malta speċifikat mid-detentur tal-
liċenza fejn issir in-notifika ta’ dokumenti li
jintbagħtu lil dak id-detentur;
(v) l-indirizz tal-każinò ;
(vi) l-ogħla għadd ta’ mwejjed li jkunu jistgħu
jitħaddmu skond dik il-liċenza;
(vii) l-ogħla għadd ta’ makni permessi li jintużaw
skond dik il-liċenza;
(viii) l-inqas ħin ta’ siegħat tal-ftuħ;
(ix) dawk il-partikolaritajiet l-oħra li jkollhom
x’jaqsmu mal-każinò  hekk kif ikunu jidhru
meħtieġa lill-Awtorità ; u
(x) dawk il-partikolaritajiet l-oħra li jistgħu jiġu
preskritti;
(b) tidentifika dik l-area jew arei, billi ssir referenza għal
pjanti, stabbiliti bħala l-każinò .
(5) (a) Fi żmien erbatax-il ġurnata minn kull bdil fil-proprjetà
ta’ xi kapital ta’ ishma tal-kumpannija jew ta’ l-affiljati
tagħha u ta’ kull bidla fil-management jew fil-Bord
tad-Diretturi tal-kumpannija jew ta’ l-affiljati tagħha,
id-detentur ta’ liċenza għandu jgħarraf lill-Awtorità
b’dan it-tibdil.
(b) Jekk, b’konsegwenza ta’ xi tibdil bħal dak imsemmi
fil-paragrafu (a), tinħoloq sitwazzjoni illi li kieku din
  8      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
kienet teżisti fil-waqt ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza,
kienet tiskwalifika lill-kumpannija milli tikseb liċenza
skond is-subartikolu (2), l-Awtorità  għandha skond
dan tgħarraf b’avviż lid-detentur tal-liċenza u jekk is-
sitwazzjoni ma tkunx ġiet rimedjata fi żmien xahar
kalendarju mill-avviż imsemmi mogħti mill-Awtorità ,
l-Awtorità  għandha tirrevoka l-liċenza:
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex tagħti dak l-
imsemmi avviż iktar tard minn tliet xhur kalendarji
wara li tiġi mgħarrfa mid-detentur tal-liċenza bit-tibdil
skond il-paragrafu (a).
(6) In-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5)
iġib miegħu reat kontra dan l-Att.
(7) Liċenza taħt dan l-artikolu ma tistax tiġi assenjata.
Dritt għal-liċenza 
ta’ każinò .
Emendat:
XXIV. 2001.80.
16. (1) Filwaqt li jqis kull nefqa li ssir mill-Awtorità  fit-
twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, l-Awtorità  għandha
tistabbilixxi d-dritt għal-liċenza ta’ każinò , fil-liċenza li tinħareġ
lill-każinò , għall-għanijiet ta’ dan l-Att.
(2) Id-dritt ta’ liċenza ta’ każinò  jitħallas bil-quddiem mid-
detentur tal-liċenza tal-każinò  lill-Awtorità  f’isem il-Gvern f’kull
anniversarju tal-liċenza.
(3) Id-dritt m’għandux jiġi stabbilit skond is-subartikolu (1)
f’intervalli ta’ anqas minn tnax-il xahar u f’kull każ jista’ biss
jinbidel ma’ l-għoti jew it-tiġdid ta’ liċenza ta’ każinò .
Rinunzja ta’ 
liċenza ta’ każinò .
Emendat:
XXIV. 2001.80.
17. (1) Id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jista’ jirrinunzja l-
liċenza ta’ każinò  f’kull waqt billi jagħti avviż bil-miktub lill-
Awtorità  mhux inqas minn sena qabel id-data tar-rinunzja tal-
liċenza.
(2) Ir-rinunzja ta’ liċenza ta’ każinò  ma teħlisx lil min ikun qed
jirrinunzja dik il-liċenza minn xi obbligu li jkollu taħt l-artikoli 16
u 37.
(3) Jekk id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jirnnunzja l-liċenza
ta’ każinò  mingħajr ma jagħti l-avviż speċifikat fis-subartikolu (1),
it-tagħmir tal-logħob u l-makni li jkunu sitwati ġewwa l-każinò  jiġu
konfiskati favur l-Awtorità  f’isem il-Gvern.
Tħassir tal-liċenza 
ta’ każinò  - 
raġunijiet.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
18. L-Awtorità  tista’ tordna t-tħassir ta’ liċenza ta’ każinò  għal
xi waħda minn dawn ir-ragunijiet: 
(a) jekk direttur jew manager tad-detentur ta’ liċenza ta’
każinò  jinsab ħati ta’ reat kontra dan l-Att jew ta’ serq,
riċettazzjoni, frodi jew xi reat kontra l-fiduċja
pubblika;
(b) jekk id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jikser
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew xi kundizzjoni tal-
liċenza;
(ċ) jekk id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  xjentement jew
bi traskuraġni jipprovdi lill-Awtorità  tagħrif li jkun
falz jew qarrieqi f’xi dettall partikolari;
LOGĦOB ġ KAP. 400.        9
(d) jekk id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jonqos milli
jwettaq l-obbligi finanzjarji tad-detentur tal-liċenza
meta dawn ikunu dovuti li jitħallsu;
(e) jekk id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jżomm ir-
riserva għal-logħob formali skond ma hemm speċifikat
fl-artikolu 39;
(f) jekk id-detentur tal-liċenza jkun għaddej minn stralċ;
jew
(g) jekk l-Awtorità t kun sodisfatta li d-detentur ta’ liċenza
ta’ każinò  ma jkunx, jew ikun temm milli jkun,
persuna idonea biex tkun detentur ta’ liċenza ta’
każinò .
Tħassir tal-liċenza 
ta’ każinò  - 
proċeduri.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
19. (1) Meta jkun il-każ li tinħoloq raġuni għat-tħassir ta’
liċenza ta’ każinò  taħt l-artikolu 18, l-Awtorità  għandha permezz
ta’ avviż bil-miktub titlob lid-detentur tal-liċenza, u tista’ titlob lil
kull persuna oħra li fil-fehma tagħha jkollha interess fil-liċenza, li
tiddikjara fi żmien li jiġi indikat fl-avviż u li ma jkunx inqas minn
wieħed u għoxrin jum wara l-ħruġ ta’ dak l-avviż, għaliex il-liċenza
tal-każinò  m’għandhiex tiġi mħassra għal dik ir-raguni kif
imsemmija fl-avviż.
(2) L-Awtorità  għandha tikkonsidra kull risposta li ssir taħt is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u -
(a) meta l-kwistjoni tiġi solvuta b’sodisfazzjon tagħha, ma
tieħu ebda azzjoni ulterjuri;
(b) meta għalkemm il-kwistjoni ma tkunx ġiet solvuta
b’sodisfazzjon tagħha, tkun tqis li ma tkunx meħtieġa
azzjoni ulterjuri, għandha twissi bil-miktub lid-
detentur tal-liċenza tal-każinò ; jew
(ċ) meta l-kwistjoni ma tkunx ġiet solvuta b’sodisfazzjon
tagħha u tkun sodisfatta li tkun meħtieġa li tittieħed
azzjoni ulterjuri, tista’-
(i) b’avviż bil-miktub, tagħti dik l-ordni li tqis li
tkun xierqa; jew
(ii) tissospendi għal dak il-perijodu li jidhrilha li
jkun xieraq, jew tħassar, il-liċenza tal-każinò .
(3) Meta ordni mogħtija mill-Awtorità  taħt is-subartikolu
(2)(ċ)(i) ma titħarisx fiż-żmien speċifikat fl-avviż, l-Awtorità
għandha tħassar il-liċenza tal-każinò .
Liċenza għall-
impjegati.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
20. (1) Ħadd ma jista’ jimpjega jew jaħdem bħala - 
(i) impjegat ta’ każinò ;
(ii) manager ta’ każinò ; jew
(iii) junket leader,
mingħajr ma jkollu liċenza maħruġa mill-Awtorità , kull meta dik il-
liċenza tkun meħtieġa b’xi regolamenti taħt dan l-Att.
(2) Kull min jagħmel xi ħaġa bħalma hemm imsemmi fis-
subartikolu (1) kull meta tkun meħtieġa liċenza għaldaqshekk taħt
  10      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
is-subartikolu (1), mingħajr ma jkollu l-liċenza relattiva jew mhux
skond ma jingħad f’dik il-liċenza, ikun ħati ta’ reat kontra dan l-
Att.
TAQSIMA V 
TĦADDIM TA’ KAŻINÒ
Dritt tad-dħul.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
21. (1) Ikun skond il-liġi li detentur ta’ liċenza ta’ każinò
jista’ jeħtieġ lil min jidħol ġewwa l-fond ta’ każinò  li jħallas dritt
talli jagħmel dan. Dak id-dritt jiġi stabbilit mill-istess detentur bl-
approvazzjoni ta’ l-Awtorità .
(2) Dak id-dritt approvat għandu jintwera b’mod ċar fl-
entratura għall-fond. Kull dritt li jitħallas għandu jiġi reġistrat.
Manutenzjoni ta’ 
faċilitajiet.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
22. (1) Detentur ta’ liċenza ta’ każinò  għandu - 
(a) iżomm il-faċilitajiet u l-amenitajiet tal-każinò
f’kundizzjoni għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità ;
(b) jiżgura li l-każinò  jkun f’kull waqt immexxi sew u
b’mod kompetenti;
(ċ) jiżgura li jkun hemm l-istallazzjonijiet, tagħmir u
proċeduri għas-sigurtà  kollha fil-każinò  u li dawn jiġu
ittestjati, użati, mħaddma u applikati b’mod effettiv; u
(d) jiżgura li dak it-tagħmir għal-logħob u dawk iċ-ċippi
approvati mill-Awtorità  sabiex jintużaw fil-każinò
jinżammu jaħdmu u f’kundizzjoni tajba.
(2) Id-detentur tal-liċenza ta’ każinò  m’għandux iħaddem il-
każinò  kemm-il darba l-firxa tal-każinò  ma tkunx skond il-pjanijiet
u tifsiliet approvati mill-Awtorità .
Sigurtà.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
23. Id-detentur tal-liċenza ta’ każinò  għandu, bil-għan li
jiżgura li jkun hemm sigurtà  fi ħdan il-fond tal-każinò , jinstalla u
jżomm tiffunzjona sew sistema ta’ għadd ta’ cameras u strumenti
ta’ smigħ li jkunu mifruxin mal-post kollu u sorveljati minn dak l-
għadd ta’ persuni li jkunu ġew imħarġin sew biex jiġu impjegati
bħala persunal professjonali tas-sigurtà , hekk kif jista’ jiġi
approvat mill-Awtorità .
Ħinijiet tal-logħob.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
24. L-Awtorità  għandha tistabbilixxi fil-liċenza ta’ każinò
skeda ta’ l-inqas ħinijiet tal-logħob għall-każinò  billi tistipula l-
ġranet meta, u l-ħinijiet li matulhom, id-detentur tal-liċenza għandu
jħaddem il-każinò . L-Awtorità  tista’ wkoll tistabbilixxi dawk il-
ġranet li matulhom kull każinò  jibqa’ magħluq.
Identifikazzjoni. 25. (1) Ikun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  li
jiżgura li kull min jidħol ġewwa l-fond tal-każinò  għandu jiġi
identifikat u jista’ f’kull waqt jitlob lil dawk il-persuni li juru xi
dokument ta’ identifikazzjoni jew passaport li jkollhom fuqhom
sabiex dan jiġi spezzjonat.
(2) Id-detentur ta’ liċenza tal-każinò  għandu jara li l-
partikolaritajiet ta’ dawk il-persuni li jidħlu ġewwa l-każinò
LOGĦOB ġ KAP. 400.        11
flimkien ma’ kull dettal ieħor dwar id-dokumenti ta’
identifikazzjoni jew passaport tagħhom jiġu reġistrati f’reġistru li
jinżammu għaldaqshekk fil-fond tal-każinò .
Esklużjoni ta’ ċerti 
persuni mill-
każinò .
26. (1) Persuna m’għandhiex tidħol ġewwa każinò  matul il-
ħinijiet tal-logħob tal-każinò  jekk dik il-persuna -
(a) tintalab minn impjegat ta’ każinò  li jkollu liċenza biex
ma tidħolx ġewwa l-każinò  jew xi fond ieħor fejn isir
il-logħob, skond il-każ, minħabba f’li dik il-persuna
tkun qabel kisret ir-regoli approvati ta’ xi logħba
awtorizzata jew ir-regoli dwar l-imġieba waqt il-
logħob li jkunu f’dak il-waqt fis-seħħ;
(b) tkun persuna li dwarha jkun hemm fis-seħħ ordni tal-
qorti taħt l-artikolu 27(1);
(ċ) fil-każ li tkun ċittadin ta’ Malta, ikollha inqas minn
ħamsa u għoxrin sena;
(d) fil-każ li ma tkunx ċittadin ta’ Malta, ikollha inqas
minn tmintax-il sena;
(e) tkun talbet għal waqfien jew restrizzjoni dwar id-dħul
tagħha nnifisha;
(f) wara li ssirilha talba minn impjegat ta’ każinò  li jkollu
liċenza, tonqos milli tipproduċi d-dokument ta’
identifikazzjoni jew il-passaport tagħha; jew
(g) tkun tidher li hi taħt l-influwenza ta’ l-alkohol jew ta’
xi droga jew tkun qed iġġib ruħha b’mod diżordinat:
Iżda, kull waqfien jew restrizzjoni ta’ dħul għandhom, taħt
il-paragrafu (e), jibdew iseħħu matul il-perijodu mitlub mill-
persuna involuta, liema perijodu ma jkunx ta’ inqas minn sitt xhur
u ta’ iktar minn sena. Kull waqfien jew restrizzjoni bħal dawk ma
jistgħux jitħassru qabel l-iskadenza relattiva tagħhom.
(2) M’għandhiex persuna tibqa’ ġewwa każinò  waqt il-ħinijiet
tal-logħob fil-każinò  jekk dik il-persuna -
(a) wara li ssirilha talba minn impjegat ta’ każinò  li jkollu
liċenza, tirrifjuta jew tonqos milli ġġib prova dwar l-
età  tagħha;
(b) tintalab minn impjegat ta’ każinò  li jkollu liċenza biex
titlaq mill-każinò  minħabba li dik il-persuna -
(i) tidher li ma tkunx qiegħda tifhem għalkollox ix-
xorta jew il-konsegwenzi tal-logħob kif dan
jirrelata ma’ l-applikazzjoni tar-regoli approvati
ta’ logħbiet awtorizzati u l-possibbilità  li jsir telf
finanzjarju;
(ii) tidher li tkun taħt l-influwenza ta’ l-alkohol jew
ta’ xi droga;
(iii) tkun qiegħda teffettwa il-funzjonament ordinat
ta’ l-operat tal-każinò  jew, b’mod ġenerali, tal-
logħob sew minħabba l-influwenza ta’ l-alkohol
jew drogi sew għal xi raguni oħra;
  12      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
(iv) tidher li tkun qiegħda ttellef il-paċi pubblika jew
teffettwa il-funzjonament ordinat ta’ l-operat tal-
każinò ;
(v) tidher li tkun qiegħda tqarraq, jew tittanta
tqarraq, fil-każinò ; jew
(vi) tkun qabel kisret ir-regoli approvati ta’ xi logħba
awtorizzata jew ir-regoli ta’ l-imġieba li jkun
hemm fis-seħħ ġewwa każinò ;
(ċ) tkun persuna li dwarha jkun hemm fis-seħħ ordni tal-
qorti taħt l-artikolu 27.
(3) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
l-Att, id-dħul ġewwa każinò  jkun fid-diskrezzjoni tad-detentur tal-
liċenza li għandu jiżgura li dawk il-persuni li jista’ jkollhom xi
problema ta’ logħob ta’ l-ażżard patoloġika ma jitħallewx jidħlu
ġewwa ż-żona fejn isir dak il-logħob:
Iżda ħadd ma jista’ jiċċaħad milli jidħol ġewwa każinò
minħabba fir-razza, post ta’ origini, fehmiet politiċi, kulur,
twemmin, sess jew inkapaċità  fiżika tiegħu.
Setgħa tal-qorti li 
tipprojbixxi 
persuni milli jidħlu 
ġol-każinò.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
27. (1) Meta persuna tinsab ħatja minn qorti ta’ xi reat li fil-
fehma tal-qorti jkun ta’ xorta, jew meta ċ-ċirkostanzi li taħthom isir
kienu tali, li ma tkunx ħaġa mixtieqa li l-persuna li tkun hekk
insabet ħatja għandha titħalla tidħol ġewwa każinò , il-qorti tista’
b’żieda ma’ kull setgħa oħra taħt kull liġi oħra tagħti ordni li tkun
tipprojbixxi lill-persuna misjuba ħatja milli tidħol ġewwa każinò
kif jiġi speċifikat f’dik l-ordni, għal dak iż-żmien li jista’ jiġi
speċifikat fl-ordni.
(2) L-Awtorità  kif ukoll kull detentur ta’ liċenza ta’ każinò
għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jiġu notifikati b’ordni bħal dik
mir-Reġistratur tal-Qrati.
(3) Id-detentur tal-liċenza ta’ każinò  għandu jżomm lista ta’
ismijiet, flimkien ma’ kull dettal ieħor disponibbli dwar l-
identifikazzjoni ta’ dawk il-persuni, li dwarhom tkun saret ordni
tal-qorti kif provdut fis-subartikolu (1).
(4) Detentur ta’ liċenza ta’ każinò  għandu jara li dik il-lista
tkun disponibbli sabiex tiġi spezzjonata mill-Awtorità  u minn
spetturi.
Esekuzzjoni. 28. (1) Persuna li tkun -
(a) uffiċjal tal-pulizija; jew
(b) f’dak il-waqt responsabbli mill-każinò ; jew
(ċ) aġent jew impjegat tad-detentur tal-liċenza tal-każinò ,
tista’, b’dik l-għajnuna li tista’ tkun meħtieġa u raġonevoli u billi
tuża dik il-forza li tkun meħtieġa u raġonevoli, ġġiegħel persuna li,
taħt l-artikolu 26, ma tistax tidħol, jew tibqa’, ġewwa każinò ,
sabiex din il-persuna -
(i) ma titħalliex tidħol fil-każinò ; jew
(ii) titneħħa mingħajr dewmien minn ġol-każinò ,
LOGĦOB ġ KAP. 400.        13
skond il-każ.
(2) Persuna li, mingħajr skuża raġonevoli, twaqqaf jew ittellef
lil xi ħadd milli jwettaq setgħa lilha mogħtija taħt is-subartikolu
(1), tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att.
(3) Detentur ta’ liċenza ta’ każinò  li, xjentement jew bi
traskuraġni, iħalli tidħol ġo, jew jonqos milli joħroġ ’il barra minn,
każinò  lil xi persuna li ma jkollhiex dritt li tkun f’dak il-fond bis-
saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26, ikun ħati ta’ reat taħt
dan l-Att.
Logħbiet 
awtorizzati.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
29. (1) Fil-liċenza ta’ każinò  li tkun inħarġet jew li tkun se
tinħareġ taħt dan l-Att, l-Awtorità  għandha tispeċifika dik il-logħba
jew dawk il-logħbiet li għandhom jissemmew bħala logħbiet
awtorizzati għall-għanijiet ta’ l-Att.
(2) L-Awtorità t ista’ f’kull żmien tibdel il-lista tal-logħbiet
awtorizzati msemmija u r-regoli ta’ logħba approvati kif speċifikat
fil-liċenza tal-każinò .
(3) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt is-subartikoli (1) u
(2), l-Awtorità  għandha tara li jkollha l-ftehim tad-detentur tal-
liċenza tal-każinò  dwar dan.
Logħob fil-każinò .
Emendat:
XXIV. 2001.80.
30. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
b’mod ġenerali jagħmel regolamenti li bihom jispeċifika l-patti u l-
kondizzjonijiet skond liema regolamenti għandu jsir il-logħob
f’każinò . L-Awtorità t ista’ b’mod partikolari f’liċenza ta’ każinò
tispeċifika patti u kundizzjonijiet li ma jkunux patti u
kundizzjonijiet projbiti bir-regolamenti, skond liema regolamenti
għandu jsir il-logħob f’każinò .
Użu ta’ makni bis-
saħħa tal-liċenza.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
31. (1) F’liċenza ta’ każinò , l-Awtorità  għandha tispeċifika l-
għadd ta’ makni awtorizzati li jistgħu jiġu installati u miżmuma
għall-użu fil-fond tal-każinò , u tista’ f’dik il-liċenza tagħmel iż-
żamma ta’ dawk il-makni suġġetta għal dawk il-kundizzjonijiet li
jistgħu jiġu speċifikati mill-Awtorità  fil-liċenza.
(2) Bla ħsara għal kull limitazzjoni fil-konċessjoni mogħtija
mill-Ministru taħt l-artikolu 3, l-Awtorità  tista’, sew b’inizjattiva
tagħha nnifisha jew fuq talba tad-detentur ta’ liċenza ta’ każinò ,
meta jasal it-tiġdid tal-liċenza, tvarja l-għadd, kif ukoll il-patti u l-
kondizzjonijiet li jirregolaw makni awtorizzati permessi li jiġu
installati fil-każinò :
Iżda l-Awtorità  m’għandhiex tirrifjuta t-talba li ssir mid-
detentur tal-liċenza tal-każinò  taħt dan is-subartikolu sakemm ma
jkunx hemm raġunijiet serji għal dak ir-rifjut. L-aċċettazzjoni jew
ir-rifjut ta’ talba bħal dik għandha f kull każ issir bil-miktub.
 Reati konnessi 
ma’ makni tal-
logħob.
32. (1) M’għandha tinżamm ebda makna tal-logħob tkun li
tkun għall-użu ġewwa każinò -
(a) kuntrarju għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-liċenza
tal-każinò ; jew
(b) mingħajr ma tiġi reġistrata l-makna skond kull
regolament li jinħareġ taħt dan l-Att u li jkun iseħħ
  14      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
minn żmien għal żmien.
(2) Jekk xi makna tal-logħob tinżamm għall-użu ġewwa każinò
bi ksur tas-subartikolu (1), id-detentur tal-liċenza tal-każinò  ikun
ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
(3) Kull min jimmanifattura, jimporta, iżomm jew jipprovdi
makna tal-logħob għall-użu ġewwa xi fond li ma jkollux liċenza
bħala każinò  taħt dan l-Att għandu, mingħajr preġudizzju għal kull
responsabbiltà  oħra taħt xi liġi oħra, jkun ħati ta’ reat taħt dan l-
Att:
Iżda l-Ministru jista’ taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu
xierqa, jagħti permess għal manifattura ta’ makni tal-logħob għall-
esportazzjoni u kull makna manifatturata skond permess bħal dak
ma titqiesx li tkun ġiet manifatturata kontra d-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu.
(4) Jekk, waqt proċedimenti għal reat kontra s-subartikoli (2) u
(3), jiġi ppruvat li kien hemm xi makna tal-logħob fil-fond ta’
każinò , għandu jitqies sakemm ma tinġiebx prova kuntrarja, li dik
il-makna kienet qed tinżamm f’dak il-fond tal-każinò  sabiex tintuża
hemmhekk.
TAQSIMA VI 
FLUS GĦAL-LOGĦOB
Restrizzjoni fuq il-
kreditu.
33. Ikun kontra l-liġi li d-detentur ta’ liċenza jew xi ħadd li
jaġixxi f’ismu jew b’xi arranġament miegħu, jagħmel xi self jew
xort’oħra jipprovdi jew jippermetti lil xi persuna xi kreditu, jew
jirrilaxxa jew iħallas f’isem persuna oħra, xi dejn sħiħ jew parti
minnu -
(a) sabiex persuna tkun tista’ tieħu parti fil-logħob ġewwa
każinò , jew
(b) dwar kull telf li persuna tista’ ġġarrab waqt il-logħob
ġewwa każinò .
Applikabiltà  ta’ 
l-artikoli 1713 u 
1716 tal-Kodiċi 
Ċivili.
Kap. 16.
34. (1) L-artikolu 1716 tal-Kodiċi Ċivili m’għandux japplika
dwar xi logħba li tintlagħab skond il-liġi ġewwa każinò  li jkollu
liċenza. 
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1713 tal-Kodiċi Ċivili
m’għandhomx jippreġudikaw id-dritt li jkollu d-detentur ta’ liċenza
ta’ każinò  li jintraddlu dejn li joħroġ mill-aċċettazzjoni ta’ cheque
skond l-artikolu 35 u li ma jiġix sussegwentement onorat.
Cheques.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
35. (1) Bla ħsara għal kull regolament magħmul mill-Ministru
jew għal kull direttiva li l-Awtorità  tista’ toħroġ, id-detentur ta’
liċenza ta’ każinò  jew kull min ikun qed jaġixxi f’ismu jew skond
xi arranġament miegħu jista’, jekk ikollu tassew għaliex jaħseb li
cheque ikun ser jiġi onorat meta dan jiġi preżentat, jaċċetta cheque
u jagħti minfloku flus likwidi jew tokens sabiex dik il-persuna tkun
tista’ tieħu sehem fil-logħob sakemm -
LOGĦOB ġ KAP. 400.        15
(a) iċ-cheque ma jkunx wieħed datat wara d-data attwali;
u
(b) iċ-cheque ikun imsarraf jew fi flus likwidi f’ammont li
jkun daqs l-ammont li għalih jinħareġ, jew ikun
imsarraf għal tokens bl-istess rata bħalma kienet
tapplika li kieku kellhom jingħataw flus likwidi, fl-
ammont ekwivalenti li għalih jinħareġ iċ-cheque, biex
jinxtraw dawk it-tokens.
(2) Meta jitwettqu l-kundizzjonijiet stipulati fis-subartikolu
(1), l-għoti ta’ flus likwidi jew tokens fit-tisrif ta’ xi cheque
m’għandux jitqies li jmur kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
33.
(3) Meta d-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jew min ikun qed
jaġixxi f’ismu jew skond xi arranġament mad-detentur, jaċċetta
cheque biex jissarraf fi flus likwidi jew tokens sabiex jintuża minn
persuna waqt il-logħob, huwa għandu, mhux iktar tard minn jumejn
tax-xogħol tal-bank wara, jara li ċ-cheque jintbagħat f’bank għall-
ħlas jew ġbir.
Fidwa ta’ cheques.
każinò , u mhux aktar tard minn tletin minuta minn tmiem sessjoni
ta’ logħob, tifdi cheque li jkun aċċettat minn dik il-persuna mid-
detentur tal-liċenza tal-każinò  matul dik is-sessjoni ta’ logħob, billi
tippreżenta fuq il-cash desk tal-każinò -
(a) f’ammont ta’ flus, jew
(b) f’ċippi ta’ valur nominali, jew
(ċ) f’kombinazzjoni ta’ flus likwidi u ta’ ċippi, jew
(d) meta jkun qed jinfeda iktar minn cheque wieħed,
f’cheque wieħed li jikkonsolida ammont,
li jkunu ekwivalenti għal ammont li jinħareġ għalih iċ-cheque jew
cheques, jew għas-somma ta’ l-ammont taċ-cheques, li jkunu se
jinfdew.
TAQSIMA VII 
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Taxxa. 
Emendat:
XXIV. 2001.80.
37. (1) Id-detentur tal-liċenza għandu jħallas lill-Awtorità
f’isem il-Gvern ir-rata ta’ taxxa bażata fuq id-dħul gross totali tal-
logħob kollu li jsir fil-każinò  speċifikat fl-Iskeda mingħajr it-
tnaqqis ta’ ebda nefqa ta’ liema xorta tkun, iżda dejjem skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu. Id-detentur tal-liċenza
għandu, mhux aktar tard mis-seba’ jum ta’ kull xahar, jagħmel lis-
Segretarju tal-Bord il-ħlas tat-taxxa dovuta għar-rigward ix-xahar
preċedenti.
(2) Bil-għan li jiġu stabbiliti l-ammonti dovuti lill-Awtorità
taħt is-subartikolu (1), id-dħul gross jew telf gross, skond il-każ,
fuq kull logħba ta’ sogru għandu jkun dak li jirriżulta ma’ l-għeluq
tal-każinò  fi tmiem il-jum, iżda d-detentur tal-liċenza tal-każinò
  16      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
jkollu d-dritt li jpaċi kull telf gross fuq dawk il-logħbiet li jsiru
matul perijodu ta’ xahrejn mad-dħul gross fuq dawk il-logħbiet
magħmul matul dawk l-istess xhur:
Iżda meta każinò  jibqa’ miftuħ għal erbgħa u għoxrin
siegħa f’ġurnata, l-għeluq tal-każinò  għall-għanijiet ta’ dan is-
subartikolu jitqies li jkun it-tmienja ta’ filgħodu.
(3) Id-dħul jew telf gross fuq kull logħba ta’ sogru għandu jiġi
kalkolat ma’ l-għeluq tal-każinò  ta’ kull jum u rappreżentanti ta’ l-
Awtorità  hekk debitament maħturin ikollhom id-dritt li jattendu
filwaqt li jkun qed isir dak il-kalkolu ta’ kuljum bil-għan li
jivverifikawh u, iktar minn hekk, li jattendu filwaqt li tkun qiegħda
tintlagħab kull logħba ġewwa l-każinò .
(4) Id-detentur tal-liċenza għandu iktar iħallas ukoll lill-
Awtorità  għan-nom tal-Gvern dik ir-rata ta’ taxxa fuq id-dritt tad-
dħul ġewwa l-każinò  hekk kif tista’ tiġi speċifikata fil-liċenza tal-
każinò .
(5) Għall-għanijiet tas-subartikolu (2), il-frażi "xahrejn" tfisser
perijodi ta’ xahrejn, li jagħlqu ma’ għeluq il-każinò  fl-aħħtar jum
ta’ Frar, April, Ġunju, Awissu, Ottubru u Diċembru ta’ kull sena
kalendarja u ma tinkludix iż-żmien wara l-għeluq tal-każinò  li
matulu jitkompla jew jiġi konkluż l-operat tal-każinò  mibdi fl-
aħħar jum tax-xahrejn relevanti.
Garanzija 
bankarja.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
38. (1) Ma’ l-għoti ta’ liċenza ta’ każinò , l-Awtorità  tista’
teħtieġ lid-detentur tal-liċenza tal-każinò  li jkollu garanzija
bankarja li tinħariġlu minn xi bank jew istituzzjoni finanzjarja jew
ta’ kreditu b’liċenza biex taħdem f’Malta favur l-Awtorità  f’isem
il-Gvern f’ammont ta’ mhux iżjed mir-riserva għal-logħob u bla
ħsara ta’ kull patt u kundizzjoni li jistgħu jiġu speċifikati fil-
liċenza. Dik il-garanzija bankarja għandha tibqa’ valida sakemm
tgħaddi sena wara li tkun intemmet il-liċenza.
(2) Id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jista’ jitlef dik il-garanzija
bankarja favur l-Awtorità  f’xi wieħed minn dawn il-każijiet li
ġejjin:
(a) mar-rinunzja tal-liċenza tal-każinò  taħt l-artikolu 17;
(b) mat-tħassir tal-liċenza tal-każinò  mill-Awtorità  taħt l-
artikolu 18;
(ċ) ma’ l-ksur ta’ xi waħda mill-kundizzjonijiet dwar
faċilitajiet ta’ manutenzjoni skond l-artikolu 22;
(d) b’arranġament finali ta’ kull ħlas dovut dwar xi multa
imposta taħt it-Taqsima VIII ta’ dan l-Att.
Riserva għal-
logħob.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
39. (1) Ma’ l-għoti ta’ liċenza ta’ każinò , id-detentur tal-
liċenza ta’ każinò  għandu jistabbilixxi riserva formali f’dak l-
ammont li jiġi stabbilit mill-Awtorità , u li tkun tħares lill-każinò
kontra għadd kbir ta’ telfiet fil-logħob u għaldaqshekk tkun tiżgura
li jsiru l-ħlasijiet dovuti wara xi rebħa kbira, u li tkun tagħti
assigurazzjoni li d-detentur tal-liċenza tal-każinò  ikollu riżorsi
finanzjarji biż-żejjed biex imexxi n-negozju ta’ logħob fil-każinò
f’livelli aċċettabbli u xierqa u mingħajr ebda riskju imminenti ta’
LOGĦOB ġ KAP. 400.        17
egħluq jew likwidazzjoni.
(2) Ir-riserva għal-logħob tkun fil-għamla ta’ depożitu li jsir
f’bank stabbilit f’Malta u/jew kull titolu ieħor li dak il-bank iżomm
f’isem id-detentur tal-liċenza b’mod li jkun aċċettabbli għall-
Awtorità . Id-detentur tal-liċenza tal-każinò  għandu jara li l-bank
jikkonferma l-eżistenza ta’ dik ir-riserva lill-Bord, kif u meta jkun
meħtieġ mill-Awtorità , u f’kull każ ta’ kull sena ma’ kull
anniversarju tal-liċenza.
(3) Jekk tinqala’ l-ħtieġa li jittieħdu flus mir-riserva, id-
detentur tal-liċenza ta’ każinò  għandu minnufih jgħarraf lill-
Awtorità  u jirristawra dik ir-riserva fi żmien xahrejn u malli
jagħmel dan iġiegħel lill-bank jikkonferma dak ir-ristawr lill-
Awtorità .
Prevenzjoni ta’ 
money laundering.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
Kap. 373.
40. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att kontra
Money Laundering, u ta’ l-artikolu 50, il-Ministru bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’ordni jipprovdi linji
gwida dwar l-imġieba ta’ detentur ta’ liċenza, spetturi jew l-
Awtorità  għar-rigward ta’ ċertu transazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok
għal xi suspett ta’ money laundering, u jista’ b’mod partikolari
jipprovdi li d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(1) ta’ l-Att kontra
Money Laundering, ikunu japplikaw għal każinò  b’dawk il-
modifiki u addattamenti li jistgħu jiġu speċifikati fl-Ordni.
Kap. 373.
(2) Meta spettur, jew impjegat ta’ każinò  jkollu għalxiex jaħseb
illi xi negozju jew negozju propost f’każinò  jkun jista’ jinvolvi
ħasil ta’ flus, hu għandu jimxi skond ir-regolamenti maħruġa taħt l-
Att kontra l-Money Laundering, u kull regolament maħruġ taħt dan
l-Att applikabbli dwar l-istess.
Kontroll dwar 
kambju ta’ flus.
41. Ikun skond il-liġi li detentur ta’ liċenza ta’ każinò , malli
jingħata awtorizzazzjoni mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u bla ħsara
għal dawk il-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu hekk speċifikati f’dik l-
awtorizzazzjoni, jipprovdi faċilitajiet għall-kambju ta’ munita
barranija fil-fond tal-każinò .
TAQSIMA VIII 
REATI
Piena għal reati 
kontra dan l-Att.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
42. (1) Kull min jagħmel reat kontra dan l-Att, jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn tlett elef lira u mhux iżjed
minn mitt elf lira, jew priġunerija ta’ mhux iżjed minn sentejn, jew
dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda meta dik il-persuna li hekk tinsab ħatja tkun id-
direttur, manager, segretarju jew uffiċjal simili ieħor ta’
kumpannija jew ta’ impriża oħra, dik il-persuna għandha, għall-
għanijiet ta’ dan l-artikolu, titqies li tkun vestita bir-rappreżentanza
ġuridika ta’ dik il-kumpannija jew impriża oħra li skond hekk tkun
responsabbli in solidum mal-persuna misjuba ħatja għall-ħlas ta’
dik il-multa:
Iżda wkoll li meta l-Avukat Ġenerali fil-permess maħruġ
  18      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
skond l-artikolu 48, jiċċertifika li r-reat ikun adegwatament punit
b’multa ta’ mhux anqas minn mitt lira u mhux iżjed minn tlett elef
lira, il-piena applikabbli għandha tkun multa ta’ mhux anqas minn
mitt lira u mhux iżjed minn tlett elef lira.
(2) Il-multa msemmija fis-subartikolu (1) għandha tinġabar
bħala dejn ċivili favur il-Gvern miċ-Chief Executive ta’ l-Awtorità .
Kap. 446.
Kap. 9.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation u ta’ l-
artikolu 21 u ta’ l-artikoli 28A sa 28I tal-Kodiċi Kriminali
m’għandhomx ikunu japplikaw dwar reati msemmija fis-
subartikolu (1).
Użu ta’ ċippi foloz. 43. (1) Persuna ma għandhiex tuża, jew ikollha fil-pussess
tagħha, ġewwa jew barra minn każinò -
(a) ċippi li dik il-persuna tkun taf li huma ċippi foloz; jew
(b) karti, dadi jew muniti li dik il-persuna tkun taf li ġew
markati, mtaqqla jew imbagħbsa.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ikun
ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Falsifikazzjoni. 44. (1) Ħadd ma jista -
(a) jiffalsifika ċippi jew tokens oħra li jintużaw f’każinò  li
jkollu liċenza taħt dan l-Att, jew liċenza użata għall-
għanijiet ta’ dan l-Att; jew
(b) xjentement imexxi ċippi foloz jew xjentement imexxi
liċenza falza.
(2) Kull min jikser is-subartikolu (1) ikun ħati ta’ reat kontra
dan l-Att.
Min jkun qed 
jilgħab irid ikun 
preżenti fil-każinò .
45. (1) Ħadd ma jista’ jieħu sehem fil-logħob f’każinò -
(a) jekk ma jkunx preżenti fil-fond tal-każinò  filwaqt li
jkun qiegħed isir il-logħob hemmhekk;
(b) f’isem persuna oħra li ma tkunx preżenti fil-fond f’dak
il-waqt.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jew
li jgħin jew jippermetti lil xi persuna oħra li tikser dawk id-
disposizzjonijiet ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
Logħob illegali.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
Kap. 348.
46. (1) Kull min ġewwa xi fond li ma jkollux liċenza taħt dan
l-Att jew taħt l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor jew bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ kull regolament magħmul taħt
dan l-Att jew bi ksur ta’ xi kundizzjoni imposta f’xi liċenza
maħruġa taħt dan l-Att, jieħu sehem f’xi logħba ta’ sogru li
tintlagħab għall-flus jew valur ta’ flus; jew jippermetti l-użu ta’ xi
post għal, jew jinkoraġġixxi, dik il-logħba; jew xjentement iżomm
lil xi uffiċjal tal-pulizija, li jkun awtorizzat skond il-liġi li jidħol
ġewwa xi post suspettat li jkun qed jiġi użat bħala dar tal-logħob,
milli jidħol f’dak il-post jew xi parti minnu, jew jimpedixxi jew
idewwem lil xi uffiċjal milli hekk jidħol, jew, permezz ta’ xi
stanga, żbarra, jew xi mezz ieħor jagħlaq għal kollox b’mod sigur
LOGĦOB ġ KAP. 400.        19
xi bieb ta’ barra jew ta’ ġewwa jew mezz ta’ dħul għal dak il-post;
jew inkella juża xi mezz jew invenzjoni li tkun, bil-għan li jżomm,
jimpedixxi jew idewwem id-dħul ta’ dak l-uffiċjal ġewwa xi post
bħal dak jew f’xi parti minnu; jew għalkemm ma jkunx qiegħed
jieħu sehem f’xi logħba illegali, ikun sieħeb ta’ xi ġugatur f’xi
logħba bħal dik; jew li jkun preżenti fil-waqt li tkun qiegħda ssir xi
logħba bħal dik, ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) B’żieda ma’ kull piena taħt xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-
Att, il-flus u l-oġġetti kollha li jkunu jirrappreżentaw il-ġugati kif
ukoll l-istrumenti u l-oġġetti li jkunu qed jiġu użati fil-logħob bi
ksur tas-subartikolu (1), u kull flus misjuba fuq xi persuna li tkun
qiegħda tagħmel reat taħt dak is-subartikolu, għandhom jiġu
konfiskati favur il-Gvern.
Kap. 348.
(3) Is-subartikoli (1) u (2) m’għandhomx japplikaw għar-
rigward ta’ xi logħba li tintlagħab skond il-liġi u l-Att dwar
Lotteriji u Logħob Ieħor, jew kull liġi oħra.
Il-Qorti tal-
Maġistrati tieħu 
konjizzjoni ta’ reati 
kontra dan l-Att.
47. Il-Qorti tal-Maġistrati tkun il-qorti b’kompetenza li tieħu
konjizzjoni ta’ reati kontra dan l-Att.
Permess li jingħata 
mill-Avukat 
Ġenerali.
48. Ebda proċediment għal reat kontra dan l-Att ma għandu
jinbeda ħlief bil-permess ta’ l-Avukat Ġenerali.
TAQSIMA IX 
MIXXELLANJI
Reklamar.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
49. (1) Ħadd ma għandu jagħmel jew iġiegħel li jsir xi reklam - 
(a) li jkun jgħarraf lill-pubbliku li xi fond f’Malta jkun
fond li fih ikun isir jew ikun se jsir il-logħob bħala
każinò ; jew
(b) li jkun jistieden lill-pubbliku li jieħu sehem bħala
ġugatur f’xi logħob li jsir, jew li jkun se jsir, f’xi fond
bħal dak, jew li japplika għal tagħrif dwar faċilitajiet
biex jieħu sehem, bħala ġugatur, f’xi logħob li jsir, jew
li jkun se jsir, f’xi fond bħal dak; jew
(ċ) li jkun jistieden lill-pubbliku jissottoskrivi xi flus jew
valur ta’ flus biex jintużaw għal-logħob f’xi fond bħal
dak jew li japplika għal tagħrif dwar faċilitajiet sabiex
jissottoskrivi xi flus jew valur ta’ flus biex hekk
jintużaw; jew
(d) li jkun jistieden lill-pubbliku li jieħu sehem bħala
ġugatur f’xi logħob li jsir, jew li jkun se jsir, f’xi
każinò  barra minn Malta jew li japplika għal tagħrif
dwar faċilitajiet biex jieħu sehem bħala ġugatur f’xi
logħob li jsir, jew li jkun se jsir, barra minn Malta:
Iżda dik ir-restrizzjoni fuq ir-reklamar m’għandhiex tkun
tapplika għal dawk ir-reklami li jiġu pubblikati, murijin jew
imxandra barra minn Malta għad-distribuzzjoni jew ċirkolazzjoni
  20      KAP. 400. ħ       LOGĦOB
tagħhom barra minn Malta jew għal dawk ir-reklami bħalma huma
deskritti fis-subartikolu (1) li jintwerew f’imkejjen li jkunu
prinċipalment frekwentati minn turisti u li jinkludu ajruporti,
portijiet tal-baħar, lukandi u holiday complexes iżda ma tinkludix
bars u ristoranti.
(2) Is-subartikolu (1) ma japplikax għal -
(a) it-turija ġewwa każinò  li dwaru tkun ingħatat
konċessjoni mill-Ministru, u tkun inħarġet liċenza ta’
każinò  mill-Awtorità , taħt dan l-Att, ta’ sinjal jew
avviż li jkun jindika li qed isir, jew li jkun se jsir, il-
logħob fil-każinò , sew jekk is-sinjal jew l-avviż
jintwera ġewwa jew barra l-fond; jew
(b) il-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern meta
dak l-avviż ikun meħtieġ li jiġi pubblikat taħt dan l-
Att, jew
(ċ) reklam awtorizzat mill-Awtorità  dwar attivitajiet li ma
jkollhomx x’jaqsmu mal-logħob iżda li jsiru f’każinò .
(3) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ikun
ħati ta’ reat taħt dan l-Att.
Setgħa biex isiru 
regolamenti.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
50. Il-Ministru jista’, fuq il-parir ta’ l-Awtorità , jagħmel
regolamenti sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’
qabel dan, jista’ b’dawk ir-regolamenti -
(a) jirregola l-ħruġ, is-sospensjoni u t-tħassir ta’ liċenza;
(b) jirregola l-logħob, u l-ġugati f’każinò ;
(ċ) jirregola junkets;
(d) jirregola l-użu ta’ makni f’każinò ;
(e) jippreskrivi dawk ir-reġistrazzjonijiet u kontijiet li
għandhom jinżammu minn detentur ta’ liċenza ta’
każinò;
(f) jippreskrivi dwar ir-riżerva għal logħob imsemmija fl-
artikolu 39; u
(g) jippreskrivi kull ma għandu jiġi preskritt taħt kull
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att.
Użu ta’ lukandi 
għal-logħob.
Kap. 356.
51. L-użu ta’ xi parti ta’ lukanda għall-ġestjoni ta’ każinò  li
jkollu liċenza taħt dan l-Att m’għandux għall-fini ta’ l-Att dwar l-
Ippjanar ta’ l- Iżvilupp jitqies bħala tibdil fl-użu.
Riserva.
Miżjud:
XXIV. 2001.80.
Kap. 438.
52. Ebda ħaġa f’dan l-Att m’għandha tippreġudika t-tħaddim
ta’, jew titqies li tkun tissotitwixxi jew tidderoga mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor
Emendata:
XXIV. 2001.80.
SKEDA
(Artikolu 37)
TASSAZZJONI
LOGĦOB ġ KAP. 400.        21
(1) Id-detentur ta’ liċenza ta’ każinò  jħallas lill-Awtorità
f’isem il-Gvern dawn ir-rati ta’ tassazzjoni:
(a) Logħob ta’ Fuq il-Mejda: 
(i) Fuq id-dħul gross totali tal-logħob kollu ta’ fuq
il-mejda li jsir fil-każinò  somma ekwivalenti
għal sitta u tletin fil-mija (36%).
(ii) Fuq id-dħul gross ġenerali minn junkets
approvati mill-Awtorità  u skond ir-regolamenti
kollha li japplikaw għalihom, fuq il-logħob kollu
ta’ fuq il-mejda mogħtijin lill-junkets somma
ekwivalenti għal ħmistax fil-mija (15%).
(b) Makni tal-Logħob: 
(i) Fuq id-dħul gross totali ta’ kull makna tal-
logħob imħaddma fil-każinò  somma ekwivalenti
għal erbgħin fil-mija (40%).
(ii) Fuq id-dħul gross ġenerat minn junkets
approvati mill-Awtorità  u skond ir-regolamenti
kollha li japplikaw għalihom, fuq il-makni tal-
logħob kollha mogħtijin lill-junkets somma
ekwivalenti għal ħamsa u għoxrin fil-mija
(25%).
(2) It-taxxa kalkulata taħt il-partita (1) ta’ din l-Iskeda
għandha tiġi stmata separatament u ebda tpaċija għal xi taxxa jew
għal xi telf taħt xi paragrafu wieħed ma għandha tiġi permessa.
