SELF LOKALI ġKAP. 401.       1
KAPITOLU 401
ATT DWAR SELF LOKALI
Biex jawtorizza li somma ta’ mhux iżjed minn mija u għaxar miljun lira
Maltija tinġabar b’self f’Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul is-sena 1997 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-
sena 1998.
(29 ta’ Mejju, 1998)*
Sar liġi bl-Att XIII ta’ 1-1998.
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
Kap. 174.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Att, "dħul" għandha l-istess tifsir
bħalma għandha fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u l-Verifika, iżda ma tinkludix dħul minn self lokali.
Awtorità li 
jinġabar self.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ jiġbor b’self f’Malta somma flus li ma tkunx iżjed
minn mija u għaxar miljun lira Maltija.
Kap. 161.
(2) Sabiex jinġabar is-self imsemmi, il-Ministru responsabbli
għall-finanzi huwa b’dan awtorizzat li joħrog stock f’Malta taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli
Reġistrati) b’dawk il-patti u kundizzjonijiet hekk kif l-imsemmi
Ministru jista’ japprova.
Skop.
tiġi approprjata u wżata biex tkopri nefqa ikbar mid-dħul li seħħet
fil-Fond Konsolidat matul is-sena 1997, u n-nefqa li hemm
maħsuba li sseħħ matul is-sena 1998:
Iżda kull ammont imsellef bis-saħħa ta’ dan l-artikolu iktar
mill-ammont attwalment meħtieġ għal dawk l-għanijiet u li jifdal
bħala bilanċ fil-Fond Konsolidat fi tmiem is-sena 1998, għandu
jintuża biex jagħmel tajjeb għan-nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul l-ewwel sena li tiġi minnufih wara, u li fiha ssir
dik in-nefqa akbar.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 427 tad-29 ta’ Mejju, 1998.
