TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI ġKAP. 402.       1
KAPITOLU 402
ATT DWAR TAXXA SPEĊJALI 
FUQ BANEK KUMMERĊJALI
Biex ikompli jagħmel taxxa li tinġabar darba ta’ 15% fuq il-profitti ta’
Banek Kummerċjali.
(26 ta’ Ġunju, 1998)*
Sar liġi bl-ATT XV ta’ 1-1998.
Titolu fil-qosor.
Banek Kummerċjali.
Tifsir.
teħtieġ xort’oħra - 
Kap. 123.
Kap. 372.
"Atti dwar it-Taxxa" tfisser 1-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa; 
Kap. 371.
"bank kummerċjali" tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha
liċenza taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, iżda ma tinkludix
istituzzjoni bħal dik li jkollha l-liċenza limitata għal negozju biss
f’munita li ma tkunx il-lira Maltija u ma tinkludix il-bank magħruf
bħala Lohombus Bank Limited;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
"profitti" tfisser income taxxabbli kif stabbilit skond l-Atti dwar
it-Taxxa iżda ma tinkludix profitti minn self magħmul minn bank
kummerċjali lil individwi biex jgħinhom fl-akkwist jew il-
kostruzzjoni ta’ dar sabiex tintuża bħala residenza persunali
tagħhom;
Kap. 123.
"sena ta’ taxxa" tfisser iż-żmien ta’ kontijiet tal-bank
kummerċjali li jtemm fi żmien matul is-sena kalendarja 1997 u kif
stabbilit taħt l-artikolu 11 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq 1-Income;
"taxxa speċjali" tfisser it-taxxa magħmula taħt dan 1-Att.
Imposizzjoni ta’ 
taxxa speċjali.
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandha
titħallas taxxa speċjali bir-rata ta’ ħmistax fil-mija fuq il-profitti ta’
bank kummerċjali li jinġabru jew jiġu minn Malta jew minn
band’oħra u sew jekk dawn ikunu ġew riċevuti f’Malta jew
band’oħra dwar is-sena ta’ taxxa:
Iżda meta bank kummerċjali jkun jopera f’Malta biss bħala
fergħa ta’ bank barrani, għaldaqshekk għall-għanijiet ta’ dan l-
artikolu, il-profitti għandhom jitqiesu li jkunu l-profitti tal-bank
kummerċjali hekk kif partikolarment attribwibbli għall-operat ta’
dik il-fergħa jew dawk il-fergħat ġewwa Malta.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 499 tas-26 ta’ Ġunju, 1998.
 2      KAP. 402.ħ    TAXXA SPEĊJALI FUQ BANEK KUMMERĊJALI
Japplikaw id-
disposizzjonijiet 
ta’ 1-Atti dwar it-
Taxxa.
4. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ 1-Atti dwar it-Taxxa għar-
rigward ta’ prospetti, stimi, appelli, ġbir u penali għandhom
japplikaw għat-taxxa speċjali magħmula taħt dan l-Att, u l-
Kummissarju jkollu kull setgħa dwar it-taxxa speċjali kif provdut
fl-Atti dwar it-Taxxa għar-rigward tat-taxxa fuq 1-income, bla
ħsara madankollu għad-disposizzjonijiet ta’ dawn is-subartikoli li
ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxa għar-rigward
tat-tpaċija jew għoti lura ta’ flus ma għandhomx ikunu japplikaw
għat-taxxa speċjali.
(3) Il-prospett li għandu jiġi preżentat għall-għanijiet ta’ dan 1-
Att għandu jkun jikkonsisti fil-kontijiet verifikati tal-bank
kummerċjali għas-sena ta’ taxxa flimkien mal-komputazzjoni tat-
taxxa fuq l-income relattiv.
(4) Il-prospett għandu jintbagħat lill-Kummissarju sat-30 ta’
Ġunju, 1998, u għandu jkun imsieħeb bil-ħlas tat-taxxa speċjali
dovuta.
It-taxxa speċjali 
ma għandhiex 
titnaqqas għall-
għanijiet ta’ 1-Att 
dwar it-Taxxa fuq 
l-Income.
Kap. 123.
5. It-taxxa speċjali li titħallas taħt dan l-Att ma għandhiex
għall-għanijiet ta’ l-artikolu 14 ta’ 1-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income titqies bħala nefqa li b’mod għall-kollox u esklussiv issir
fil-produzzjoni ta’ income għas-sena ta’ stima li tikkorrispondi
għas-sena ta’ taxxa jew għal xi sena ta’ stima oħra.
