KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        1
KAPITOLU 403
ATT DWAR IL-KUMMERĊ TA’
L-ASSIGURAZZJONI
Sabiex jirregola l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni.
1 ta’ Ottubru, 1998
L-ATT XVII ta’ l-1998, kif emendat bl-Att XVII ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ l-ATT
Artikoli
Taqsima I. Preliminari 1-2
Taqsima II. Sorveljanza tal-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni 3-4
Taqsima III. Awtorizzazzjoni għat-Tmexxija ta’ Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni
5-13
Taqsima IV. Kundizzjonijiet għat-Tmexxija ta’ Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni
14-18
Taqsima V. Kontijiet, Investigazzjonijiet minn Attwarji u
Dikjarazzjonijiet Finanzjarji 19-24
Taqsima VI. Setgħat ta’ Intervenzjoni 25-28
Taqsima VII. Superviżjoni ta’ Kumpanniji Awtorizzati 29-32
Taqsima
VIII.
Trasferiment ta’ Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni
33-37
Taqsima IX. Akkwist u Disponiment ta’ Azzjonijiet, Irtirar,
Xoljiment u Stralċ 38-42
Taqsima X. Tmexxija tal-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni 43-48
Taqsima XI. Fond għall-Protezzjoni u Kumpens 49-54
Taqsima XII. Disposizzjonijiet Ġenerali 55-69
SKEDI
L-Ewwel Skeda Disposizzjonijiet dwar Lloyd’s
It-Tieni Skeda Klassijiet ta’ kummerċ fit-tul
It-Tielet Skeda Klassijiet u gruppi ta’ klassijiet ta’ kummerċ ġenerali
Ir-Raba’ Skeda Disposizzjonijiet dwar aġenti u managers ta’ l-
assigurazzjoni
  2      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni.
Tifsir.
Emendat:
XVII. 2002.236.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"aġent fl-assigurazzjoni", dwar kumpannija, tfisser persuna hekk
awtorizzata taħt l-artikolu 13 maħtura mill-kumpannija biex tkun l-
aġent tagħha dwar il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni bl-awtorità  li
tagħmel kuntratti ta’ assigurazzjoni f’isem il-kumpannija skond il-
kundizzjonijiet tal-ħatra;
"l-assigurat" tfisser il-parti li lilha, jew li dwarha, jew li lil
benefiċjarji tagħha, għandha titħallas somma ta’ flus jew ħlas ieħor
taħt kuntratt ta’ assigurazzjoni ma’ ġrajja speċifikata;
"l-assiguratur" tfisser il-parti f’kuntratt ta’ assigurazzjoni li
tiftiehem li tħallas somma ta’ flus jew ħlas ieħor ma’ ġrajja
speċifikata;
"attwarju approvat" u "attwarju" għandhom it-tifsir mogħti
lilhom bl-artikolu 22(5);
"awtorità  kompetenti" tfisser il-korp stabbilit taħt l-artikolu 3(2);
"awtorità  regolatorja barranija" tfisser awtorità  li f’pajjiż barra
minn Malta tkun twettaq xi funzjoni li tikkorrispondi għal -
(a) funzjoni tal-Ministru taħt dan l-Att; jew
(b) funzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti taħt l-istess Att;
"awtorizzazzjoni", dwar il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, jew
dwar xi ħaġa li għandha x’taqsam miegħu jew anċillari għalih,
tfisser awtorizzazzjoni jew awtorizzazzjoni mitqiesa bħala hekk
taħt dan l-Att, u "awtorizzat" għandha tiftiehem skond hekk;
"detentur ta’ polza" tfisser il-persuna li għal dak iż-żmien tkun
id-detentur legali tal-polza li tassigura l-kuntratt ma’ l-assiguratur;
"direttiva dwar l-assigurazzjoni" tfisser direttiva dwar il-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni maħruġa mill-awtorità  kompetenti
bis-saħħa ta’ l-artikolu 4(3);
"direttur", dwar kumpannija, tinkludi individwu li jkun jokkupa
l-pożizzjoni ta’ direttur tal-kumpannija, imsejjaħ b’isem ikun li
jkun, li jkollu s-setgħa li jmexxi sostanzjalment l-istess funzjonijiet
relattivi għad-direzzjoni tal-kumpannija bħal dawk magħmula minn
direttur u, relattivament għal kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun qiegħed f’pajjiż barra minn Malta, tinkludi membru ta’
bord lokali, aġent u l-persuna msemmija bħala r-rappreżentant ta’
dik il-kumpannija għall-fini ta’ l-artikolu 11(1)(d)(i);
"fergħa" tfisser il-fond tal-kumpannija, barra mill-uffiċċju
prinċipali tagħha, minn fejn jitmexxa l-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni;
"fond ta’ garanzija" għandha tiftiehem skond l-artikolu 16(1);
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        3
"fondi tal-kumpannija stess" għandha tiftiehem skond direttiva
dwar l-assigurazzjoni magħmula mill-awtorità  kompetenti għall-
finijiet ta’ dan l-Att sabiex tistabbilixxi l-ammonti u l-elementi li
jikkostitwixxu l-fondi tal-kumpannija stess;
"funzjonijiet" tinkludi responsabbiltajiet, setgħat u dmirijiet;
Kap. 386.
"holding company" għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija lill-
kliem "parent company" fl-Att dwar il-Kumpanniji;
"holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet" tfisser holding ta’
azzjonijiet ta’ ekwità  dirett jew indirett f’kumpannija li
jirrappreżenta għaxra fil-mija jew iżjed tal-kapital azzjonarju
maħruġ minn dik il-kumpannija jew tal-jeddijiet ta’ votazzjoni
marbuta ma’ dak il-kapital azzjonarju jew li jagħmilha possibbli li
tkun eżerċitata influwenza sinifikattiva fit-tmexxija tal-
kumpannija, u "azzjonista kwalifikattiv" għandha tiftiehem skond
hekk;
"kundizzjonijiet" tinkludi obbligazzjonijiet u restrizzjonijiet;
"kontroll", dwar korp ġuridiku, huwa s-setgħa biex jiġu stabbiliti
l-policies finanzjarji u operattivi ta’ korp ġuridiku;
"kontrollur", dwar korp ġuridiku, huwa persuna li, waħedha jew
flimkien ma’ oħrajn, teżerċita kontroll tal-korp ġuridiku;
"korp ta’ l-assigurazzjoni rikonoxxut" tfisser kull soċjetà ,
korporazzjoni jew korp (ikun kostitwit kif ikun) stabbilit u
rikonoxxut taħt il-liġi ta’ pajjiż barra minn Malta li l-membri
tiegħu, bis-saħħa ta’ dik is-sħubija, ikollhom jedd imexxu l-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni f’dak il-pajjiż bla ħsara għal kull
regola u regolamenti u limitazzjoni minn żmien għal żmien
stabbiliti jew imposti minn dik is-soċjetà , korporazzjoni jew korp u
li tkun jew ikun rikonoxxut għall-finijiet ta’ dan l-Att b’ordni
magħmul mill-awtorità  kompetenti;
"korp ġuridiku" tfisser kull entità  li għandha l-personalità  legali
distinta minn dik tal-membri tagħha;
"kummerċ fit-tul" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 5(1);
"kummerċ ġenerali" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu
5(1);
"kummerċ ta’ l-assigurazzjoni" tfisser l-egħmil u t-twettiq ta’
kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta’ dik il-klassi jew dawk il-klassijiet
ta’ kummerċ fit-tul jew klassi jew klassijiet jew parti minn
klassijiet ta’ kummerċ ġenerali kif rispettivament speċifikati fit-
Tieni Skeda u fit-Taqsima I tat-Tielet Skeda, u, bla ħsara għal kull
ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, tinkludi -
(a) l-egħmil u t-twettiq, minn persuna li ma tkunx qed
tmexxi kummerċ bankarju, ta’ -
(i) kuntratti għal fidelity bonds, performance bonds,
administration bonds, bail bonds jew bonds tad-
dwana jew kuntratti ta’ garanzija bħal dawn, li
jkunu kuntratti li jsiru bħala kummerċ (u mhux
sempliċiment inċidentali għal xi kummerċ ieħor
li jitmexxa mill-persuna li twettaqhom) bil-ħlas
  4      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
ta’ premium wieħed jew iktar;
(ii) kuntratti għal fidi ta’ kapital;
(iii) kuntratti għall-amministrazzjoni ta’ l-investi-
menti tal-fondi ta’ pensjoni,
u, dwar kuntratti għall-amministrazzjoni ta’ l-
investimenti tal-fondi ta’ pensjoni, l-espressjoni
"persuna li ma tkunx qed tmexxi kummerċ bankarju"
tinkludi "persuna li ma tkunx qed tmexxi servizzi ta’
investiment";
(b) kull kummerċ li jitmexxa dwar, jew anċillari għal,
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni;
(ċ) sakemm ma jkunx speċifikat xort’oħra, kummerċ ta’
rijassigurazzjoni;
"kumpannija" tinkludi kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta jew f’pajjiż barra minn Malta;
Kap. 386.
"kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’Malta" tfisser
kumpannija ta’ responsabbiltà  limitata anonima ffurmata u
reġistrata f’Malta skond l-Att dwar il-Kumpanniji;
"kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż barra
minn Malta" tfisser kumpannija reġistrata, inkorporata jew
kostitwita barra minn Malta skond il-liġijiet ta’ kwalunkwe pajjiż
kemm-il darba dik il-kumpannija tkun ħarset id-disposizzjonijiet
ta’ kull liġi li tista’ minn żmien għal żmien tkun isseħħ f’Malta
relattivament għaliha, u tinkludi, bla ħsara għad-disposizzjonijiet li
hemm fl-Ewwel Skeda, lil Lloyd’s u lil kull korp ta’ l-
assigurazzjoni rikonoxxut ieħor li jkun rikonoxxut mill-awtorità
kompetenti għall-finijiet ta’ dan l-Att u lil kull membru ta’ Lloyd’s
u ta’ kull korp ta’ l-assigurazzjoni rikonoxxut ieħor;
"kuntratt ta’ assigurazzjoni" u "kuntratt", dwar kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni, ifissru ftehim fejn assiguratur jiftiehem,
b’korrispettiv, li jħallas lill-assigurat jew akkont tiegħu somma ta’
flus jew ħlas ieħor sew jekk bħala indenizz kontra telf, ħsara,
danni, xi responsabbiltà  jew xort’oħra, meta tiġri ġrajja speċifikata
li dwarha jkun hemm element ta’ inċertezza dwar meta ser tiġri jew
jekk tiġrix;
Kap. 370.
"liċenza għal servizzi ta’ investiment" għandha l-istess tifsir kif
mogħti lilha bl-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
"Lloyd’s" għandha l-istess tifsira mogħti lilha fl-Ewwel Skeda;
"manager fl-assigurazzjoni" tfisser persuna hekk awtorizzata
taħt l-artikolu 13, li l-attivitajiet tagħha jikkonsistu fl-aċċettazzjoni
ta’ ħatra minn:
(a) assiguratur biex tamministra xi parti mill-kummerċ
tiegħu, jew biex teżerċita funzjonijiet amministrattivi
relattivi, jew biex tkun responsabbli biex iżżomm il-
kontijiet jew records oħra ta’ l-assiguratur, u, f’dan il-
kuntest, "amministrazzjoni" tinkludi awtorità  li
tagħmel kuntratti ta’ assigurazzjoni f’isem l-
assiguratur skond il-kondizzjonijiet tal-ħatra; u
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        5
Kap. 404.
Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra, biex
tamministra xi parti mill-kummerċ tiegħu, jew biex
teżerċita funzjonijiet amministrattivi relattivi, jew biex
tkun responabbli biex iżżomm il-kontijiet jew records
oħra ta’ dak il-broker fl-assigurazzjoni;
"marġini ta’ solvibbiltà " u "marġini ta’ solvibbiltà  ta’ Malta"
għandhom jiftiehmu skond l-artikolu 14;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
Kap. 373.
kontra Money Laundering; 
"mutual association" għandha tiftiehem skond l-artikolu 6(3);
"pajjiż barra minn Malta" tfisser u tinkludi kull pajjiż, territorju
jew post barra minn Malta;
"il-pajjiż tar-rabta" tfisser kull pajjiż fejn id-detentur tal-polza
jkollu r-residenza abitwali tiegħu jew, jekk id-detentur tal-polza
jkun persuna ġuridika, il-pajjiż fejn ikun qiegħed l-istabbiliment ta’
dan ta’ l-aħħar, li għalih jirreferi l-kuntratt;
"polza", dwar kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, tfisser u tinkludi
polza jew dokument bħalha, ikun x’ikun l-isem li bih jissejjaħ, li
jipprova li jkun hemm kuntratt ta’ assigurazzjoni;
"premium" tfisser il-kumpens imħallas jew li għandu jitħallas
minn assigurat taħt kuntratt ta’ assigurazzjoni;
"preskritt" tfisser preskritt b’regoli jew b’regolamenti taħt dan l-
Att;
"proviżjonijiet tekniċi", dwar kummerċ ta’ l-assigurazzjoni,
għandha tiftiehem skond l-artikolu 17(1) sa (6);
"rabta" tfisser rabta rappreżentata minn xi waħda jew iżjed mix-
xorta ta’ klassijiet ta’ kummerċ fit-tul muri fit-Tieni Skeda;
"rabtiet internazzjonali ta’ Malta" tfisser ir-rabtiet,
responsabbiltajiet u obbligi li joħorġu minn sħubija jew
affiljazzjoni jew relazzjoni ma’ xi organizzazzjoni internazzjonali,
globali jew reġjonali jew grupp ta’ pajjiżi jew minn xi trattat,
konvenzjoni jew ftehim internazzjonali jkun kif ikun imsejjaħ, sew
jekk bilaterali jew multilaterali, li tagħhom Malta tkun parti;
"regolamenti dwar valutazzjoni" tfisser ir-regolamenti magħmula
taħt l-artikolu 63;
"reklam", dwar il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, tfisser kull xorta
ta’ riklamar, sew bil-fomm jew bil-miktub, u bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, tinkludi reklamar f’pubblikazzjoni,
il-wiri ta’ avviżi, tabelli, tikketti jew kartelluni, bil-mezz ta’ ittri,
ċirkolarijiet, prospetti, katalgi, listi ta’ prezzijiet jew dokumenti
oħra, bil-wiri ta’ stampi jew filmati fotografiċi jew ċinematografi,
bil-mezz ta’ xandir bis-smigħ jew bit-televiżjoni, bit-tqassim ta’
reġistrazzjonijiet jew b’xi mod ieħor, u riferenzi għall-ħruġ ta’
reklam għandhom jiftiehmu f’dan is-sens;
Kap. 386.
  6      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
dwar il-Kumpanniji;
"riskju sitwat barra minn Malta" tfisser riskju li ma jkunx sitwat
f’Malta;
"riskju sitwat f’Malta" tfisser u tinkludi -
(a) fil-każ li l-assigurazzjoni tirreferi jew għal bini jew
għal bini u l-kontenut tiegħu, safejn il-kontenut ikun
kopert bl-istess polza ta’ assigurazzjoni, kull riskju
relatat ma’ proprjetà  sitwata f’Malta;
(b) fil-każ li l-assigurazzjoni tirreferi għal vetturi ta’ xi
xorta, kull riskju relatat ma’ kull vettura registrata
f’Malta;
(ċ) fil-każ li l-assigurazzjoni tirreferi għal vjaġġar jew
riskji ta’ btajjel, tkun xi tkun il-klassi, kull riskju
relatat mal-vjaġġ jew mal-btala jekk il-polza li tkopri
r-riskju tkun għal żmien ta’ erba’ xhur jew inqas u l-
polza toħroġ f’Malta;
(d) fil-każ li l-assigurazzjoni tirreferi għal xi riskju ta’ xi
xorta, barra minn riskju speċifikat fil-paragrafu (a), (b)
jew (ċ), kull riskju ta’ kull xorta jekk id-detentur tal-
polza jkollu r-residenza abitwali f’Malta, jew meta d-
detentur tal-polza jkun persuna ġuridika, jekk l-
istabbiliment li għalih jirreferi l-kuntratt ikun sitwat
f’Malta;
"sena finanzjarja" għandha tiftiehem skond l-artikolu 19(4);
"spettur" tfisser persuna hekk maħtura mill-awtorità  kompetenti
taħt l-artikolu 30(1);
"stabbiliment" tfisser l-uffiċċju prinċipali ta’ l-aġenzija, jew
fergħa ta’ impriża u tinkludi kull preżenza permanenti f’Malta ta’
impriża, ukoll jekk dik il-preżenza ma tieħux is-sura ta’ fergħa jew
aġenzija iżda tikkonsisti biss minn uffiċċju mmexxi mill-impjegati
ta’ l-impriża stess jew minn persuna indipendenti li jkollha, l-
awtorità  espressa jew mifhuma biex taġixxi għal dik l-impriża;
Kap. 386.
"sussidjarju" għandha l-istess tifsira mogħtija lill-kliem "ażjenda
sussidjarja" fl-Att dwar il-Kumpanniji;
"uditur approvat" u "uditur" għandhom it-tifsir mogħti lilhom bl-
artikolu 21(10);
"uffiċjal", dwar kumpannija, tinkludi direttur, soċju, manager
jew segretarju ta’ kumpannija jew xi persuna li effettivament
taġixxi f’xi kariga bħal dik sew jekk maħtura formalment jew le;
Kap. 104.
"vettura" għandha l-istess tifsira kif mogħti lil vettura bil-mutur
bl-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-
Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        7
Kap. 404.
(2) (a) L-awtorità  kompetenti tista’ b’ordni tirrikonoxxi lil
Lloyds bħala korp ta’ l-assigurazzjoni rikonoxxut
għall-finijiet ta’ dan l-Att u, malli jsir dan ir-
rikonoxximent, kull membru ta’ Lloyds għandu jitqies
bħala awtorizzat, bla ħsara għal dawk ir-restrizzjonijiet
li jistgħu jiġu stipulati fl-ordni, sabiex imexxi f’Malta
jew minn Malta, sew permezz ta’ aġent fl-
assigurazzjoni awtorizzat li jaġixxi f’isem dak il-
membru, jew ma’ broker fl-assigurazzjoni (li jaġixxi
f’isem persuna assigurata jew persuna li se tiġi
assigurata) hekk awtorizzat taħt l-Att dwar Brokers fl-
Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra, dak il-kummerċ
ta’ l-assigurazzjoni hekk kif skond ir-regoli u r-
regolamenti ta’ Lloyd’s u ta’ kull liġi applikabbli
għalihom dak il-membru jkollu permess li jmexxi.
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel Skeda għandhom
japplikaw għal Lloyd’s u għal kull membru tagħha u
dan l-Att għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
l-istess Skeda, japplika għal Lloyd’s u għal kull
membru tagħha bl-istess mod u sa l-istess limitu li
japplika għal kumpannija awtorizzata.
Kap. 12.
zazzjoni u Proċedura Ċivili, ikun biżżejjed f’att
ġudizzjarju (li ma jkunx rikors għall-ħruġ ta’ xi
mandat kawtelatorju jew eżekuttiv) ippreżentat minn
jew kontra membri ta’ Lloyd’s in konnessjoni ma’
polza maħruġa minnhom, li jiġi ppreżentat f’isem ir-
rappreżentant ta’ Lloyd’s f’Malta in rappreżentanza ta’
dawk il-membri kemm-il darba l-att ikun fih
dikjarazzjoni li jkun qed jiġi ppreżentat in konnessjoni
ma’ polza maħruġa minn membri ta’ Lloyd’s u jkun fih
in-numru u d-data tal-polza li dwarha jkun ġie
ppreżentat l-att, in-numru ta’ identifikazzjoni tas-
sindakati li jkunu qegħdin jissottoskrivu l-polza u, fejn
ikunu magħrufa, l-ismijiet tal-membri ta’ Lloyd’s
miġburin f’dawk is-sindakati.
Ir-rappreżentant ta’ Lloyd’s għandu fi żmien
ħamsa u erbgħin jum minn meta huwa jippreżenta l-att
ġudizzjarju, jew minn meta l-att jiġi lilu notifikat,
skond il-każ, jippreżenta nota fl-atti ta’ l-istess att
ġudizzjarju li jkun ġie ppreżentat kif intqal qabel li
jkun fiha l-ismijiet tal-membri miġburin fis-sindakati
li jkunu qed jissottoskrivu l-polza u kull nota bħal dik
għandha titqies bħala parti integrali mis-sentenza jew
digriet li l-qorti tagħti wara li jkun ġie ppreżentat dak
l-att ġudizzjarju u dik is-sentenza jew dak id-digriet
ikunu jorbtu lill-membri li jkunu ġew indikati fin-nota
bl-istess mod li kienu jintrabtu bih li kieku isimhom
kien ġie indikat fl-imsemmi att ġudizzjarju:
Iżda r-rappreżentant ta’ Lloyd’s ma jkunx
obbligat li jippreżenta nota bħal dik wara li jiġi
ppreżentat xi att ġudizzjarju meta l-partikularitajiet
  8      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
tal-membri ta’ Lloyd’s miġburin f’dawk is-sindakati
jkunu diġà  nklużi fl-att jew meta nota bħal dik tkun
diġà  ġiet ippreżentata fl-atti tal-proċedimenti.
(d) L-awtorità  kompetenti tista’ b’ordni testendi l-
paragrafi (a) u (ċ) u d-disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel
Skeda għal korp ta’ l-assigurazzjoni rikonoxxut, li ma
jkunx Lloyd’s, li jista’ minn żmien għal ieħor jiġi
rikonoxxut minnha, u għall-membri ta’ korp bħal dak,
bla ħsara għal dawk il-modifikazzjonijiet u żidiet li
jista’ jidhrilha meħtieġa.
(e) Kull ordni li jsir taħt dan l-artikolu jista’ jiġi revokat
jew emendat b’ordni sussegwenti ta’ l-awtorità
kompetenti u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 58
għandhom mutatis mutandis japplikaw għal revoka
jew emenda ta’ ordni bħal dak.
(3) F’dan l-Att, u f’kull regoli jew regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u t-test
Malti, għandu jipprevali t-test Ingliż.
TAQSIMA II
SORVELJANZA TAL-KUMMERĊ TA’ L-
ASSIGURAZZJONI
Setgħat u dmirijiet 
tal-Ministru.
Emendat:
XVII. 2002.237.
3. (1) Għandu jkun id-dmir tal-Ministru li jeżerċita s-setgħat
mogħtija lilu b’dan l-Att sabiex jiżgura t-tħaris minn persuni
awtorizzati li jmexxu kummerċ ta’ assigurazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu u ta’ dawk il-kundizzjonijiet li minn
żmien għal żmien ikunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni rispettiva.
(2) Il-Ministru għandu b’ordni fil-Gazzetta* jaħtar korp biex
ikun l-awtorità  kompetenti għall-finijiet ta’ dan l-Att sabiex jaqdi l-
funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan l-Att u sabiex jaqdi
dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jidhirlu xierqa dwar it-
tħaddim ta’ dan l-Att.
Setgħat u dmirijiet 
ta’ l-awtorità  
kompetenti.
Emendat:
XVII. 2002.238.
4. (1) Għandu jkun id-dmir ta’ l-awtorità  kompetenti li taqdi
l-funzjonijiet mogħtija lilha b’dan l-Att jew taħtu u li tiżgura li
persuni awtorizzati biex imexxu kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
f’Malta jew minn Malta jħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
kull regoli jew regolamenti magħmula taħtu, kull direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula mill-awtorità  kompetenti bis-saħħa ta’
dan l-Att u ta’ kull regoli jew regolamenti magħmula taħtha u mal-
kundizzjonijiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni rispettiva tagħhom.
(2) Meta tkun qed tikkunsidra jekk tagħtix jew tirrifjutax
awtorizzazzjoni taħt dan l-Att, l-awtorità  kompetenti għandha,
b’mod partikolari, tikkunsidra:
(a) il-ħarsien ta’ persuni assigurati, detenturi ta’ polza u l-
pubbliku ġenerali;
*Ara l-Avviż Legali 190 ta’ l-1998.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        9
(b) il-ħarsien tar-reputazzjoni ta’ Malta, meta tikkunsidra
r-rabtiet internazzjonali ta’ Malta; u
(ċ) il-promozzjoni tal-kompetizzjoni u għażla.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel direttivi dwar l-
assigurazzjoni kif ikun meħtieġ sabiex jingħata effett lil kull waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu. L-awtoritià  kompetenti tista’ temenda
jew tirrevoka dawk id-direttivi dwar l-assigurazzjoni.
(4) Direttivi dwar l-assigurazzjoni u kull emenda għalihom jew
revoka tagħhom għandhom ikunu komunikati lill-persuni li
għandhom x’jaqsmu u l-pubbliku jkun jista’ jarahom fl-uffiċċji ta’
l-awtorità  kompetenti f’kull ħin matul il-ħinijiet normali tax-
xogħol ta’ l-awtorità .
(5) Direttivi dwar l-assigurazzjoni li jimponu obbligu jew
ħtieġa fuq il-pubbliku għandhom isiru b’regolamenti skond l-
artikolu 64.
TAQSIMA III
AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TMEXXIJA TA’ KUMMERĊ 
TA’ L-ASSIGURAZZJONI
Klassifika ta’ 
kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.239.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u
(6), għall-finijiet ta’ dan l-Att, il-kummerċ ta’ l- assigurazzjoni
jkun maqsum f’kummerċ fit-tul u kummerċ ġenerali, u -
"kummerċ fit-tul" tfisser il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni taħt xi
waħda mill-klassijiet speċifikati fit-Tieni Skeda, u
"kummerċ ġenerali" tfisser il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni taħt
xi waħda mill-klassijiet speċifikati fit-Taqsima I tat-Tielet Skeda.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, l-egħmil u t-twettiq ta’ kuntratt
ta’ assigurazzjoni li l-għan ewlieni tiegħu jaqa’ taħt klassi waħda
tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, iżda li jkun fih disposizzjonijiet li
huma relatati ma’, jew sussidjarji għal, klassi jew klassijiet oħra,
għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu t-tmexxija tal-kummerċ tal-
klassi l-ewwel imsemmija, u ebda oħra, jekk id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (3) jew (4) japplikaw għall-kuntratt.
(3) Dan is-subartikolu japplika għal kuntratt li l-għan ewlieni
tiegħu jaqa’ taħt xi klassi ta’ kummerċ fit-tul iżda li jkollu
disposizzjonijiet sussidjarji li jaqgħu taħt il-klassi 1 jew 2 tal-
kummerċ ġenerali jekk il-kumpannija tkun awtorizzata taħt l-
artikolu 7 li tmexxi kummerċ fit-tul tal-klassi 1.
(4) Dan is-subartikolu japplika għal kuntratt li l-għan ewlieni
tiegħu jaqa’ taħt xi waħda mill-klassijiet ta’ kummerċ ġenerali iżda
li jkollu disposizzjonijiet sussidjarji li jaqgħu taħt xi oħra minn
dawk il-klassijiet, li ma jkunux il-klassijiet 14, 15 jew 17:
Iżda r-riskju inkluż fil-klassi 17 għandu jitqies li hu riskju
anċillari tal-klassi 18 jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet tas-
subartikolu (5) u meta r-riskju prinċipali jirrelata biss għall-
għajnuna provduta lil persuni f’diffikultà  fil-waqt li jkunu qed
  10      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
jivvjaġġaw jew il-bogħod mid-djar jew residenzi permanenti
tagħhom, u r-riskju inkluż fil-klassi 17 għandu wkoll jitqies bħala
riskju anċillari meta tikkonċerna kwistjonijiet jew riskji li jinħolqu
minn jew b’konnessjoni ma’ l-użu ta’ bastimenti li jbaħħru u l-
kondizzjonijiet ta’ l-imsemmi subartikolu jkunu sodisfatti.
(5) Il-kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (4) huma dawn
li ġejjin:
(a) li r-riskji li jkunu se jiġu assigurati huma konnessi
mar-riskju prinċipali;
(b) li dawk ir-riskji jikkonċernaw l-oġġett li jkun kopert
taħt ir-riskju prinċipali; u 
(ċ) li jkunu koperti bil-kuntratt li jassigura r-riskju
prinċipali.
(6) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità
kompetenti, jagħmel regoli jew regolamenti li jistabilixxu l-klassi
jew il-klassijiet ta’ kummerċ fit-tul u l-klassi jew klassijiet jew
parti minn klassijiet ta’ kummerċ ġenerali li jistgħu jsiru u
jitwettqu taħt dan l-Att.
(7) L-awtorità  kompetenti tista’, b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu, tistabbilixxi
li kuntratti ta’ assigurazzjoni dwar kummerċ fit-tul li jkunu
speċifikati, bħala ta’ xorta li tista’ tiġi speċifikata jew li jkunu
espressi bħala li qegħdin fis-seħħ għal perijodu li jista’ jiġi
speċifikat.
(8) L-awtorità  kompetenti tista’, permezz ta’ direttiva dwar l-
assigurazzjoni li ssir għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, tipprovdi li
kuntratti ta’ kummerċ ġenerali ta’ l-assigurazzjoni ta’ xorta
speċifikati fid-direttiva jkun fihom dawk il-kondizzjonijiet jew
ikunu jinkludu dawk il-ħtiġiet jew arranġamenti li jistgħu jiġu
stabbiliti bid-direttiva.
Restrizzjoni fuq it-
tmexxija ta’ 
kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.240.
6. (1) Ebda persuna ma għandha tmexxi, jew turi li qed
tmexxi, f’Malta jew minn Malta kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
kemm-il darba ma tkunx awtorizzata mill-awtorità  kompetenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), ebda
kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’Malta ma għandha
tmexxi, lanqas turi li qed tmexxi, kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
f’pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta, kemm-il darba ma tkunx
awtorizzata mill-awtorità  kompetenti.
(3) Is-subartikoli (1) u (2) ma japplikawx għal mutual
association jekk dik il-mutual association tissodisfa dawk il-ħtiġiet
li jistgħu jiġu stabbiliti f’direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula
għall-fini ta’ dan.
Kap. 370.
(4) Meta kummerċ ta’ l-assigurazzjoni jkun jikkonsisti, għal
kollox jew f’parti, minn kuntratti ta’ kummerċ fit-tul skond kif
imfisser fil-klassi III li hemm fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att, u l-persuna li tipprovdi dawk il-kuntratti jkollha liċenza valida
għal servizzi ta’ investiment taħt l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment, id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2), fil-każ ta’
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        11
dik il-persuna u safejn jirreferu għal dak il-kummerċ ma
japplikawx:
Kap. 370.
Investiment) li għalih jirriferi l-kummerċ ikun maħruġ minn
kumpannija illi l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’Malta jew ikun
maħruġ f’Malta jew minn Malta minn persuna li jkollha post tan-
negozju f’Malta, id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx japplikaw dwar il-persuna li toħroġ l-istrument.
(5) Il-Ministru, li jaġixxi fuq il-parir ta’ l-awtorità  kompetenti,
jista’ jagħmel regolamenti taħt dan l-artikolu -
(a) li jiddikjaraw ċerti servizzi u attivitajiet anċillari għal
jew konnessi ma’ kummerċ ta’ assigurazzjoni bħala li
ma jikkostitwux kummerċ ta’ assigurazzjoni għal xi
wieħed jew aktar mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
(b) jippreskrivi l-persuni li jistgħu jmexxu dawk is-
servizzi u attivitajiet u l-persuni li lilhom jew
għalihom jistgħu jingħataw dawk is-servizzi;
(ċ) jipprovdi dwar kull ħaġa inċidentali għal jew li
għandha x’taqsam ma’ li ntqal qabel, u għall-aħjar
twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu.
(6) Fil-każ ta’ dubju jekk attività  tkunx tikkostitwixxi
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, jew jekk il-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni tkun jew ma tkunx qed titmexxa f’Malta jew minn
Malta, il-każ ikun deċiż konklużivament mill-awtorità  kompetenti.
Awtorizzazzjoni 
mill-awtorità  
kompetenti għat-
tmexxija ta’ 
kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.241.
7. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ tawtorizza kumpannija
biex tmexxi taħt dan l-Att -
(a) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun qiegħed f’Malta, f’Malta jew minn Malta jew
f’pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta;
(b) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’pajjiż barra minn Malta, f’Malta jew minn
Malta,
dawk il-klassijiet ta’ kummerċ ta’ l-assigurazzjoni speċifikati fit-
Tieni jew fit-Tielet Skeda, jew dawk il-partijiet ta’ dawk il-
klassijiet, li jistgħu jkunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni.
(2) Awtorizzazzjoni taħt dan l-artikolu tista’ tkun ristretta għal
impriża ta’ rijassigurazzjoni; u kumpannija ma tistax tmexxi
kummerċ ta’ rijassigurazzjoni bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni taħt
dan l-artikolu kemm-il darba l-awtorizzazzjoni ma testendix
espressament għal dak il-kummerċ.
(3) L-awtorità  kompetenti għandu jkollha s-setgħa li teħtieġ
minn kull kumpannija li tipprovdi dak it-tagħrif li jidhrilha meħtieġ
sabiex tistabbilixxi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
(4) Awtorizzazzjoni taħt dan l-artikolu tkun maħruġa biss jekk
l-awtorità  kompetenti tkun sodisfatta, fuq il-bażi tat-tagħrif
meħtieġ li jingħata taħt dan l-Att u ta’ kull tagħrif riċevut minnha,
li l-awtorizzazzjoni għandha tingħata.
  12      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
(5) Awtorizzazzjoni maħruġa taħt dan l-artikolu tista’
tidentifika klassijiet jew parti ta’ klassijiet ta’ kummerċ ġenerali
billi tirreferi għall-gruppi speċifikati fit-Taqsima II tat-Tielet
Skeda.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-awtorità
kompetenti tista’ tissuġġetta awtorizzazzjoni maħruġa jew
miżmuma taħt dan l-artikolu għal dawk il-kundizzjonijiet li
jidhrilha xierqa li timponi minn żmien għal żmien.
(7) Bla ħsara għas-subartikolu (8), l-awtorità  kompetenti
għandha tiddeċiedi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni taħt dan l-
artikolu fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li
jingħata taħt dan l-Att; u jekk tirrifjuta li toħroġ l-awtorizzazzjoni
għandha tgħarraf lill-applikant bil-miktub ir-raġunijiet għar-rifjut.
(8) Meta l-awtorizzazzjoni li tkun qed tintalab tkun waħda
ristretta għal rijassigurazzjoni, iż-żmien preskritt bis-subartikolu
(7) għandu jkun ta’ tliet xhur.
(9) Mal-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni lil kumpannija taħt dan l-
artikolu, kull awtorizzazzjoni li tkun ingħatat qabel lil dik il-
kumpannija tiskadi.
Ħtiġiet dwar 
awtorizzazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.242.
8. (1) L-awtorità  kompetenti ma għandhix toħroġ
awtorizzazzjoni taħt l-artikolu 7 kemm-il darba ma tkunx sodisfatta
li -
(a) applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ssir bil-miktub
minn kumpannija f’dik il-forma u b’dak il-mod li l-
awtorità  kompetenti tista’ tistabbilixxi minn żmien
għal żmien;
(b) l-għanijiet tal-kumpannija jkunu limitati għall-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni u xogħol li jinqala’
direttament minnu, bl-esklużjoni ta’ kull negozju ieħor
kummerċjali;
(ċ) il-kumpannija tkun tat għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità
kompetenti dak it-tagħrif li l-awtorità  kompetenti tkun
talbet minn għandha dwar persuni li, ma’ l-
awtorizzazzjoni tal-kumpannija, jkollhom xi interess
ta’ proprjetà , finanzjarju jew xort’oħra f’dik il-
kumpannija jew in konnessjoni magħha;
(d) l-azzjonisti kwalifikattivi kollha u kontrolluri kollha u
l-persuni kollha li jkunu effettivament se jmexxu l-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni jkunu persuni xierqa u
idonei biex jiżguraw it-tmexxija tiegħu b’mod tajjeb u
prudenti;
(e) il-kumpannija tkun issottomettiet għas-sodisfazzjon
ta’ l-awtorità  kompetenti skema ta’ operazzjonijiet li
għandha tinkludi l-partikolaritajiet jew provi li jistgħu
jkunu stabbiliti b’direttiva dwar l-assigurazzjoni
magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu;
(f) il-fondi tal-kumpannija stess, sew jekk f’liri Maltin
jew f’xi munita oħra aċċettabbli għall-awtorità
kompetenti huma f’kull ħin mhux inqas minn dak l-
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        13
ammont xieraq għax-xorta ta’ kummerċ li se jitmexxa,
jew li qiegħed jitmexxa, mill-kumpannija, skond kif
jista’ jiġi determinat b’direttiva dwar l-assigurazzjoni
magħmula għall-finijiet ta’ dan l-Att; u dawk il-fondi
tal-kumpannija stess huma f’kull ħin ħielsa minn kull
irbit.
(2) Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn kumpannija li
tapplika għal awtorizzazzjoni u xi persuna oħra, l-awtorità
kompetenti għandha:
(a) toħroġ biss awtorizzazzjoni jekk tikkunsidra li dawk
ir-rabtiet mill-qrib ma jfixkluhix milli teżerċita
effettivament il-funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha; u
(b) tirrifjuta li toħroġ dik l-awtorizzazzjoni jekk
tikkunsidra illi l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-
disposizzjonijiet amministrattivi ta’ xi pajjiż barra
minn Malta li jirregolaw lil xi persuna li magħha l-
kumpannija jkollha rabtiet mill-qrib, jew l-infurzar
tagħhom, ifixkilha milli teżerċita effettivament il-
funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ minn żmien għal żmien, bil-
mezzi ta’ direttiva dwar l-assigurazzjoni maħruġa taħt dan l-Att
tfisser iċ-ċirkostanzi fejn rabtiet mill-qrib ikunu meqjusa li jeżistu
bejn kumpanija u xi persuna oħra.
Kombinazzjoni ta’ 
kummerċ fit-tul u 
kummerċ ġenerali.
Emendat:
XVII. 2002.243.
9. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2), l-awtorità  kompetenti
ma għandhix, taħt l-artikolu 7 ta’ dan l-Att, tawtorizza kumpannija
biex tmexxi kemm kummerċ fit-tul kif ukoll kummerċ ġenerali
kemm-il darba -
(a) il-kummerċ fit-tul ma jkunx ristrett għal rijassigu-
razzjoni; jew
(b) il-kummerċ ġenerali li jitmexxa mill-kumpannija ma
jkunx ristrett għall-klassijiet 1 u 2 tat-Taqsima I tat-
Tielet Skeda (aċċidenti u mard) jew għal xi klassi jew
parti ta’ klassi ta’ kummerċ f’dak il-grupp.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3), id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma
għandhomx japplikaw għal kumpannija li jkollha awtorizzazzjoni
tmexxi sew kummerċ fit-tul sew kummerċ ġenerali taħt dan l-Att
kif fis-seħħ minnufih qabel id-dħul fis-seħħ tas-subartikolu (1) sa
dak iż-żmien li l-Ministru jista’ b’Ordni fil-Gazzetta jistabbilixxi.
(3) Kumpannija awtorizzata kif intqal qabel għandha, dwar
kummerċ fit-tul u kummerċ ġenerali, tmexxihom separatament
b’mod li jista’ jiġi stabbilit b’direttiva dwar l-assigurazzjoni
magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu.
Applikanti bl-
uffiċċju prinċipali 
f’Malta.
Emendat:
XVII. 2002.244.
10. (1) L-awtorità  kompetenti ma għandhix toħroġ awtoriz-
zazzjoni taħt l-artikolu 7 lil kumpannija li jkollha l-uffiċċju
prinċipali tagħha f’Malta, lanqas l-awtorità  kompetenti ma għandha
tippermetti lil dik il-kumpannija li żżomm l-awtorizzazzjoni
maħruġa bis-saħħa tiegħu, kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li -
  14      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
(a) il-kumpannija tkun wettqet jew ħarset il-ħtiġiet ta’ l-
artikoli 8 u 14 u, meta xieraq, ta’ l-artikolu 9; u
(b) meta l-awtorizzazzjoni mitluba jew miżmuma tkun
waħda li mhux ristretta għal rijassigurazzjoni, il-
kumpannija tissottometti provi li l-inqas fond ta’
garanzija meħtieġ li jinżamm taħt l-artikolu 16 ikun
ġie depożitat ma’ u miżmum f’kustodja akkont tagħha
minn persuna kif jista’ jiġi preskritt taħt l-artikolu 18.
(2) Kumpannija awtorizzata kif intqal qabel tista’, bl-
approvazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti mogħtija bil-miktub -
(a) tiftaħ fergħa f’Malta;
(b) taħtar -
(i) manager ta’ l-assigurazzjoni; jew
(ii) aġent ta’ l-assigurazzjoni; jew
(iii) kemm manager ta’ l-assigurazzjoni u aġent ta’ l-
assigurazzjoni.
(3) Ħlief bil-kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti ebda
kumpannija awtorizzata kif intqal qabel ma tista’ tiftaħ fergħa,
aġenzija jew tistabbilixxi jew takkwista xi sussidjarja f’xi pajjiż
barra minn Malta.
Applikanti bl-
uffiċċju prinċipali 
barra minn Malta.
Emendat:
XVII. 2002.245.
11. (1) L-awtorità  kompetenti ma għandhix toħroġ awtoriz-
zazzjoni taħt l-artikolu 7 lil kumpannija li jkollha l-uffiċċju
prinċipali tagħha barra minn Malta, lanqas l-awtorità  kompetenti
ma għandha tippermetti lil dik il-kumpannija li żżomm l-
awtorizzazzjoni maħruġa bis-saħħa tiegħu, kemm-il darba ma
tkunx sodisfatta li -
(a) il-kumpannija tkun wettqet jew ħarset il-ħtiġiet ta’ l-
artikoli 8 u 14 u, meta xieraq, ta’ l-artikolu 9;
(b) il-kumpannija jkollha permess fil-pajjiż fejn ikun
qiegħed l-uffiċċju prinċipali tagħha li tmexxi l-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li jifforma l-għan ta’ l-
applikazzjoni;
(ċ) il-kumpannija żżomm f’Malta f’kull żmien attiv ta’
dawk ix-xorta u ammont li jista’ jiġi preskritt jew
stabbilit skond ir-regolamenti magħmula għall-finijiet
ta’ dan l-Att; u, meta l-awtorizzazzjoni mitluba jew
miżmuma tkun waħda mhux ristretta għal
rijassigurazzjoni, l-attiv kollu jew proporzjon
speċifikat tiegħu kif jista’ jiġi preskritt jew stabbilit
għandu jiġi depożitat ma’ u miżmum f’kustodja akkont
tagħha minn persuna kif jista’ jiġi preskritt taħt l-
artikolu 18;
(d) il-kumpannija jkollha f’Malta f’kull żmien -
(i) rappreżentant li jaqdi l-ħtiġiet ta’ l-artikolu 12; u
(ii) fergħa kif imfissra fis-subartikolu (2); jew
(iii) aġent ta’ l-assigurazzjoni awtorizzat; jew
(iv) kemm fergħa kif ukoll aġent ta’ l-assigurazzjoni
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        15
awtorizzat.
(2) Dwar fergħa ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’pajjiż barra minn Malta, il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
għandu jitmexxa minn dik il-fergħa minn persuna li tissodisfa il-
ħtiġiet li ġejjin ta’ dan is-subartikolu -
(a) il-persuna għandha tkun individwu residenti f’Malta
jew manager ta’ l-assigurazzjoni awtorizzat li jkun
nominat mill-kumpannija għall-fini ta’ dan l-artikolu;
(b) meta l-persuna tkun individwu -
(i) il-persuna ma għandhiex tkun l-uditur approvat,
jew soċju jew impjegat ta’ l-uditur approvat, tal-
kumpannija;
(ii) il-persuni li jkollhom il-kwalifiki u li jwettqu
jew iħarsu l-ħtiġiet stabbiliti b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ dan l-
artikolu; u
(iii) il-persuna tkun xierqa u idonea biex tiżgura t-
tmexxija tajjeb u prudenti tagħha.
Rappreżentanti 
ġenerali. 
12. Il-ħtiġiet imsemmija fl-artikolu 11(1)(d)(i) huma dawk
murija fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu:
(a) ir-rappreżentant għandu jkun persuna residenti f’Malta
li tkun nominata bħala r-rappreżentant tal-kumpannija
għall-fini ta’ dan l-artikolu;
(b) ir-rappreżentant ikun awtorizzat li jaġixxi b’mod
ġenerali, u li jaċċetta notifika ta’ kull dokument,
f’isem il-kumpannija;
(ċ) ir-rappreżentant ma għandux ikun l-uditur approvat
jew soċju jew impjegat ta’ l-uditur approvat, tal-
kumpannija;
(d) jekk ir-rappreżentant ma jkunx individwu, għandu
jkun hemm kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta u għandha hi stess ikollha rappreżentant
individwali residenti f’Malta li jkun awtorizzat li
jaġixxi b’mod ġenerali, u li jaċċetta notifika ta’ kull
dokument, f’isem il-kumpannija, fil-kwalità  tiegħu ta’
rappreżentant tal-kumpannija.
Aġenti u managers 
ta’ l-
assigurazzjoni.
13. (1) Ebda persuna ma tista’ taġixxi bħala aġent ta’ l-
assigurazzjoni ta’ kumpannija awtorizzata jew bħala manager ta’ l-
assigurazzjoni kemm-il darba ma tkunx awtorizzata mill-awtorità
kompetenti.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tawtorizza persuna biex taġixxi
bħala aġent ta’ l-assigurazzjoni ta’ kumpannija awtorizzata jew
bħala manager ta’ l-assigurazzjoni.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5), l-
awtorità  kompetenti ma għandhix toħroġ awtorizzazzjoni taħt dan
l-artikolu lil persuna, lanqas ma’ l-awtorità  kompetenti ma għandha
tippermetti li dik il-persuna żżomm awtorizzazzjoni maħruġa taħtu,
kemm-il darba l-awtorità  kompetenti ma tkunx sodisfatta li dik il-
  16      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
persuna twettaq jew tħares il-ħtiġiet murija fit-Taqsima I tar-Raba’
Skeda li huma xierqa għall-applikazzjoni.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw dwar
awtorizzazzjoni li għandha tinħareġ, jew maħruġa, jew miżmuma
taħt dan l-artikolu, u dwar id-detentur tagħha, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet murija fit-Taqsima II tar-Raba’ Skeda.
(5) Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni maħruġa jew miżmuma taħt
dan l-artikolu jkun suġġett għall-ħtiġiet murija fit-Taqsima III tar-
Raba’ Skeda.
(6) L-awtorità  kompetenti tista’, b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu,
tistabbilixxi ħwejjeġ li għandhom jiġu stabbiliti taħt xi
disposizzjoni li hemm fir-Raba’ Skeda.
TAQSIMA IV
KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TMEXXIJA TA’ KUMMERĊ 
TA’ L-ASSIGURAZZJONI
Marġini ta’ 
solvibbiltà .
14. (1) Kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’Malta
awtorizzata taħt dan l-Att għandha f’kull żmien iżżomm marġini ta’
solvibbiltà  f’dak l-ammont li jista’ jkun preskritt jew stabbilit
b’regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu (3), kumpannija li l-uffiċċju
prinċipali tagħha jkun f’pajjiż barra minn Malta awtorizzata taħt
dan l-Att għandha f’kull żmien iżżomm -
(a) marġini ta’ solvibbiltà , u
(b) marġini ta’ solvibbiltà  ta’ Malta,
f’dawk l-ammonti li jistgħu jkunu preskritti jew stabbiliti skond ir-
regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Is-subartikolu (2)(b) ma għandux japplika għal kumpannija
jekk il-kummerċ tagħha f’Malta jkun ristrett għal rijassigurazzjoni.
(4) Bla ħsara għall-artikolu 15, kumpannija awtorizzata kif
intqal qabel li tonqos li tħares is-subartikolu (1) jew (2) -
(a) għandha tissottometti lill-awtorità  kompetenti pjan ta’
ristorazzjoni għal qagħda finanzjarja b’saħħitha; u
(b) għandha tipproponi modifiki għall-pjan (jew għall-
pjan kif qabel modifikat) jekk l-awtorità  kompetenti
tikkunsidra li dan ma jkunx biżżejjed; u
(ċ) għandha tibda tħaddem pjan li jkun aċċettabbli għall-
awtorità  kompetenti.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-Att -
(a) il-marġini ta’ solvibbiltà  ta’ kumpannija awtorizzata
huwa l-eċċess tal-valur ta’ l-attiv tagħha, fuq l-
ammont tal-passiv tagħha, liema valur u ammont jiġu
stabbiliti skond kull regoli ta’ valutazzjoni
applikabbli;
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        17
(b) il-marġini ta’ solvibbiltà  ta’ Malta ta’ kumpannija
awtorizzata huwa l-valur ta’ l-attiv tal-kumpannija li
jirrappreżenta l-marġini ta’ solvibbiltà  meħtieġ li
jinżamm minnha taħt is-subartikolu (2).
(6) Fil-każ ta’ kumpannija awtorizzata li tmexxi kemm
kummerċ fit-tul kif ukoll kummerċ ġenerali, is-subartikoli (1) u (2)
għandhom ikollhom effett daqslikieku -
(a) il-ħtiġiet biex jinżamm marġini ta’ solvibbiltà ; u
(b) meta l-kumpannija tkun qed tmexxi ż-żewġ xorta ta’
kummerċ f’Malta jew minn Malta, il-ħtieġa li jinżamm
f’Malta marġini ta’ solvibbiltà ,
kienu ħtiġiet biex jinżammu marġini separati dwar iż-żewg xorta
ta’ kummerċ (u għalhekk daqslikieku r-riferenza fis-subartikolu
(5)(a) għal attiv u passiv kienet riferenza għal attiv u passiv li
jirreferu għax-xorta ta’ kummerċ li jkun).
(7) Fl-applikazzjoni tas-subartikolu (5), l-ammont tal-passiv
tal-kumpannija għandu jitqies li jiżdied bl-ammont ta’ kull riżerva
miżmuma taħt l-artikolu 17(7).
Nuqqas li jinżamm 
l-inqas marġini ta’ 
solvibbiltà .
15. (1) Jekk -
(a) il-marġini ta’ solvibbiltà  ta’ kumpannija awtorizzata li
għaliha japplika l-artikolu 14(1), jew
(b) il-marġini ta’ solvibbiltà  jew il-marġini ta’ solvibbiltà
ta’ Malta ta’ kumpannija awtorizzata li għaliha
japplika s-subartikolu (2),
jinżel taħt dak l-ammont li jista’ jiġi preskritt jew stabbilit
b’regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ dak l-artikolu, il-
kumpannija għandha tinnotifika lill-awtorità  kompetenti u tagħmel
tajjeb, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità , kull nuqqas bħal dak bla
dewmien, u f’ebda każ aktar tard minn ħmistax-il jum mill-jum ta’
dik in-notifika.
(2) Sakemm il-marġini ta’ solvibbiltà  jew il-marġini ta’
solvibbiltà  ta’ Malta ta’ kumpannija ikun inqas minn dak li għandu
jinżamm kif intqal qabel -
(a) il-kumpannija ma għandha tassumi ebda riskju ġdid
ikun ta’ liema xorta jkun;
(b) l-awtorità  kompetenti tista’ -
(i) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun qiegħed f’Malta, tirristrinġi jew
tipprojbixxi d-disponiment ta’ l-attiv tal-
kumpannija;
(ii) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun f’pajjiż barra minn Malta,
tirristrinġi jew tipprojbixxi d-disponiment ta’ l-
attiv tal-kumpannija f’Malta,
u f’kull każ, tieħu dawk il-miżuri li jidhrilha xierqa biex
tissalvagwarda l-interessi tad-detenturi tal-polza u tal-kredituri.
  18      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
(3) Meta kumpannija, skond l-artikolu 14(6), tkun meħtieġa li
żżomm marġini ta’ solvibbiltà  separati dwar kummerċ fit-tul u
kummerċ ġenerali, is-subartikolu (1) għandu jkollu effett
daqslikieku kull riferenza għall-marġini ta’ solvibbiltà  jew għall-
marġini ta’ solvibbiltà  ta’ Malta tal-kumpannija kienu riferenza
għall-marġini dwar xi waħda mix-xorta ta’ kummerċ.
Fond ta’ garanzija 
li għandu jinżamm 
minn kumpanniji 
awtorizzati.
Emendat:
XVII. 2002.246.
16. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (5), kumpannija
awtorizzata taħt dan l-Att għandha f’kull żmien iżżomm f’Malta
fond ta’ garanzija f’ammont ta’ attiv li jkun daqs l-ikbar ammont
bejn il-fond ta’ garanzija  minimu u l-valur ta’ terz ta’ -
(a) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta, il-marġini ta’ solvibbiltà  meħtieġ li
jinżamm mill-kumpannija taħt l-artikolu 14(1);
(b) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’pajjiż barra minn Malta, il-marġini ta’
solvibbiltà  ta’ Malta meħtieġ li jinżamm mill-
kumpannija taħt l-artikolu 14(2).
(2) L-ammont tal-fond ta’ garanzija meħtieġ li jinżamm taħt
dan l-artikolu ma għandux ikun inqas minn ammont ("il-fond ta’
garanzija minimu") li jista’ jiġi preskritt jew stabbilit skond
regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) F’każ ta’ kumpannija li tmexxi kemm kummerċ fit-tul kif
ukoll kummerċ ġenerali, is-subartikolu (1) għandu jkollu effett
daqslikieku l-ħtiġiet li jinżamm fond ta’ garanzija kienu ħtiġiet li
jinżammu fond ta’ garanzija separati dwar iż-żewġ xorta ta’
kummerċ (u għalhekk daqslikieku r-riferenzi f’dak is-subartikolu
għal attiv, marġini ta’ solvibbiltà  u marġini ta’ solvibbiltà  ta’ Malta
kienu riferenzi għal attiv, marġini ta’ solvibbiltà  u marġini ta’
solvibbiltà  ta’ Malta dwar ix-xorta ta’ kummerċ li jkun).
(4) L-attiv meħtieġ li jinżamm f’Malta b’dan l-Att jew taħtu ma
għandux jiġi trasferit, irtirat jew b’xi mod jitgħabba b’xi piż
mingħajr il-permess ta’ l-awtorità  kompetenti mogħti bil-miktub
jew sakemm il-kumpannija tkun waqfet milli tmexxi l-kummerċ li
hi kienet awtorizzata li tmexxi u tipprova għas-sodisfazzjon ta’ l-
awtorità  kompetenti li ma fadlilhiex passiv ieħor. Dawk l-assi ma
għandhom ikunu sekwestrabbli minn ebda qorti.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw għal -
(a) kumpannija li l-kummerċ tagħha jkun f’Malta jew
minn Malta u l-kummerċ ikun ristrett għal
rijassigurazzjoni;
(b) kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
f’Malta, jekk il-kummerċ tagħha jkun biss f’pajjiż jew
minn pajjiż barra minn Malta, u l-kummerċ ikun
ristrett għal rijassigurazzjoni.
Proviżjonijiet 
tekniċi. Kummerċ 
ġenerali: riżerva ta’ 
ekwalizzazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.247.
17. (1) Kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att għandha kull
sena tistabbilixxi u żżomm proviżjonijiet tekniċi adegwati, inklużi
proviżjonijiet matematiċi, dwar il-kummerċ li tkun awtorizzata
biex tmexxi f’ammont li jkun preskritt jew stabbilit skond
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        19
regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ l-artikolu 20.
(2) Kumpannija awtorizzata kif intqal qabel għandha f’kull
żmien iżżomm attiv mingħajr piż li jkun daqs il-valur tal-
proviżjonijiet tekniċi tagħha u wara li tipprovdi b’mod xieraq
għall-obbligazzjonijiet l-oħra kollha tagħha.
(3) L-attiv li jkopri l-proviżjonijiet tekniċi għandu jieħu kont
tal-kummerċ u tal-klassijiet jew parti minn klassijiet ta’ kummerċ li
jitmexxa minn kumpannija b’mod li jħares is-sigurtà , id-dħul u t-
tħaddim ta’ l-investimenti tagħha, li l-kumpannija għandha tiżgura
li jkunu diversifikati u mqassmin b’mod xieraq skond ir-
regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ l-artikolu 63.
(4) Il-proviżjonijiet tekniċi għandhom f’kull żmien ikunu
koperti b’attiv ekwivalenti u korrispondenti iżda, bl-approvazzjoni
ta’ l-awtorità  kompetenti mogħtija bil-miktub, kumpannija tista’
żżomm attiv li ma jkunx korrispondenti biex ikopri somma li ma
tkunx aktar minn ammont li jista’ jiġi preskritt jew stabbilit skond
ir-regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ l-artikolu 63.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "attiv korrispondenti"
tfisser ir-rappreżentazzjoni ta’ obbligazzjonijiet ta’ underwriting
espressi f’munita partikolari b’attiv espress jew li jista’ jinbiegħ fl-
istess munita.
(6) Is-subartikolu (4), safejn japplika għal "attiv
korrispondenti", ma għandux japplika għal kumpannija jekk il-
kummerċ tagħha f’Malta jew minn Malta jkun ristrett għal
rijassigurazzjoni.
(7) Bla ħsara għas-subartikolu (1) u suġġett għas-subartikolu
(8), kull kumpannija awtorizzata li tmexxi kummerċ ġenerali ta’
deskrizzjoni preskritta għandha żżomm, skond ir-regolamenti
magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, riżerva, hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa riżerva ta’ ekwalizzazzjoni, dwar il-kummerċ
ġenerali tagħha ta’ dik id-deskrizzjoni.
(8) Is-subartikolu (7) ma għandux japplika għal kumpannija
awtorizzata kif intqal qabel preskritta għall-finijiet ta’ dan is-
subartikolu.
(9) Regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu
jistgħu, dwar riżerva ta’ ekwalizzazzjoni, jipprovdu -
(a) dwar iċ-ċirkostanzi li fihom, u ż-żminijiet meta, l-
ammonti għandhom jitqiegħdu fi, jew jittieħdu minn,
riżerva ta’ ekwalizzazzjoni;
(b) dwar li jiġu stabbiliti l-ammonti li hekk jitqiegħdu jew
jittieħdu; u
(ċ) dwar dawk il-ħwejjeġ l-oħra li huma inċidentali biex
tinżamm riżerva ta’ ekwalizzazzjoni kif il-Ministru
jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità  kompetenti,
jidhirlu spedjenti.
Kustodja ta’ l-attiv 
li hu mehtieg li 
jinżamm f’Malta.
18. (1) L-awtorità  kompetenti tista’, dwar attiv li kumpannija,
barra minn kumpannija li l-kummerċ tagħha jkun ristrett għal
rijassigurazzjoni, jeħtieġilha b’dan l-Att jew taħtu li żżomm
  20      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
f’Malta, timponi ħtieġa addizzjonali li l-attiv kollu jew proporzjon
speċifikat tiegħu ikun depożitat u miżmum f’kustodja akkont tal-
kumpannija minn persuna kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti
magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kemm-il darba dik il-
ħtieġa ma tkunx xort’oħra imposta b’xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-
Att; u l-awtorità  kompetenti għandha f’kull żmien ikollha d-dritt li
titlob minn dik il-persuna dik l-informazzjoni li tista’ tinħtieġ biex
tiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu qed jiġu mħarsa.
(2) Kull ħtieġa b’dan l-Att jew taħtu li assi ta’ kull xorta jew
ammont għandhom jinżammu f’Malta tkun twettqet jekk dawk l-
assi jinżammu f’dak il-pajjiż barra minn Malta u f’dik il-forma u
b’dak il-mod għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  kompetenti bla ħsara
għal dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti għal dak il-fini
taħt dan l-Att.
(3) Kull disposizzjoni b’dan l-Att jew taħtu li teħtieġ li
kumpannija żżomm f’Malta assi ta’ kull xorta jew ammont tista’
tiġi mwettqa mill-kumpannija jekk il-kumpannija tagħmel pleġġ
f’forma u b’mod għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  kompetenti bla
ħsara għal dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu preskritti għal dak il-
fini taħt dan l-Att.
TAQSIMA V
KONTIJIET, INVESTIGAZZJONIJIET MINN ATTWARJI 
U DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI
Sena finanzjarja ta’ 
kumpanniji 
awtorizzati.
19. (1) Kull kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jinsab
f’Malta awtorizzata taħt dan l-Att għandha, mhux iktar tard minn
tliet xhur mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni tal-kumpannija, tavża bil-
miktub lill-awtorità  kompetenti bis-sena finanzjarja tagħha; u, fin-
nuqqas ta’ dak l-avviż, is-sena finanzjarja tal-kumpannija għandha
tintemm fil-wieħed u tletin ta’ Diċembru ta’ kull sena.
(2) Ebda kumpannija kif intqal qabel ma għandha tibdel is-sena
finanzjarja tagħha kemm-il darba u sakemm l-awtorità  kompetenti
ma tkunx tat l-approvazzjoni tagħha bil-miktub fuq applikazzjoni li
ssirilha għal hekk.
(3) Kull kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż
barra minn Malta li tapplika għal awtorizzazzjoni taħt l-artikolu 7
biex tmexxi kummerċ ta’ l-assigurazzjoni f’Malta jew minn Malta,
għandha tavża bil-miktub lill-awtorità  kompetenti bis-sena
finanzjarja tagħha, u meta l-kumpannija awtorizzata kif intqal
qabel tibdel is-sena finanzjarja tagħha din għandha minnufih tavża
lill-awtorità  kompetenti b’dak it-tibdil.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att sena finanzjarja -
Kap. 386.
(a) dwar kumpannija awtorizzata li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun f’Malta, tfisser perijodu ta’ kontijiet kif
miftiehem skond l-artikoli minn 164 sa 166 ta’ l-Att
dwar il-Kumpanniji;
(b) dwar kumpannija awtorizzata li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun f’pajjiż barra minn Malta, tfisser perijodu
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        21
ta’ kontijiet kif miftiehem skond id-disposizzjonijiet
tal-liġijiet tal-pajjiż fejn l-uffiċċju prinċipali tal-
kumpannija jkun sitwat li jirregolaw il-perijodu tal-
kontijiet ta’ dawk il-kumpanniji.
Egħmil u 
pubblikazzjoni ta’ 
dikjarazzjonijiet 
finanzjarji 
verifikati.
Emendat:
XVII. 2002.248.
20. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli li
ġejjin, kull kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att għandha, mhux
iktar tard minn sitt xhur mill-egħluq tas-sena finanzjarja tagħha,
jew f’xi żmien ieħor li jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità
kompetenti -
(a) tibgħat lill-awtorità  kompetenti;
(b) tippubblika f’forma mqassra f’żewġ gazzetti lokali li
joħorġu kuljum li minnhom waħda tiġi pubblikata bil-
Malti u l-oħra bl-Ingliż;
(ċ) tesponi f’pożizzjoni prominenti f’kull wieħed mill-
uffiċċji, aġenziji u fergħat tagħha f’Malta u barra minn
Malta u tħalli hekk esposta matul it-tnax-il xahar ta’
wara,
kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati tagħha magħmula -
(i) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun f’Malta, skond regolamenti għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu; u
(ii) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun f’pajjiż barra minn Malta, skond id-
disposizzjonijiet tal-liġijiet tal-pajjiż fejn l-
uffiċċju prinċipali tal-kumpannija jkun sitwat li
jirregolaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’
dawk il-kumpanniji.
(1A) F’kull wieħed mill-każijiet imsemmija fis-subartikolu (1)(i)
u (ii) il-kumpannija għandha tipprovdi kopja tad-dikjarazzjonijiet
finanzjarji verifikati tagħha lil kull persuna li tapplika għal dik il-
kopja:
Iżda l-kumpanija tista’ titlob dak il-ħlas raġonevoli li ma
jkunx iżjed mill-ispejjeż amministrattivi li jsiru fil-produzzjoni ta’
dik il-kopja.
(2) Il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet meħtieġa li jiġu
pubblikati taħt is-subartikolu (1)(b) għandhom ikunu dawk li
għandhom jiġu preskritti b’regolamenti.
(3) Fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
f’Malta, is-subartikolu (1)(ċ) għandu japplika dwar l-uffiċċji, l-
aġenziji u l-fergħat tal-kumpannija barra minn Malta bl-istess mod
u sa l-istess limitu kif japplika għall-uffiċċji, aġenziji u fergħat
tagħha f’Malta.
Kap. 386.
(4) Sal-limitu li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’ xi
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu jkunu inkonsistenti ma’ l-Att
dwar il-Kumpanniji, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’
xi regolament magħmul bis-saħħa tiegħu għandhom jipprevalu u d-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att għandhom, sal-limitu li huma
inkonsistenti, ma japplikawx għal kumpanniji awtorizzati kif intqal
  22      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
qabel.
Ħatra, dmirijiet u 
terminazzjoni ta’ 
ħatra ta’ udituri.
21. (1) Kull kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att għandha
kull sena taħtar uditur approvat bħala uditur tal-kumpannija li d-
dmir tiegħu jkun biex jirrapporta dwar id-dikjarazzjonijiet
finanzjarji tal-kumpannija eżaminata minnu u dwar id-
dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija mill-kumpannija.
(2) Jekk kumpannija awtorizzata tonqos li taħtar uditur skond
is-subartikolu (1), jew f’xi żmien tonqos li timla vakanza fil-kariga
ta’ uditur, l-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa li taħtar uditur
għal dik il-kumpannija u għandha tistabbilixxi l-kumpens li għandu
jitħallas minn dik il-kumpannija lil dak l-uditur.
(3) Ir-rapport ta’ l-uditur għandu jkollu dikjarazzjoni dwar jekk
id-diversi ħtiġiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, u ta’ kull direttiva dwar l-
assigurazzjoni dwar il-kumpannija jkunu tħarsu u ġew osservati u
dwar kull proviżjonijiet li jkunu saru għal dan l-għan.
(4) Kull uditur ta’ kumpannija awtorizzata jkollu l-jedd li jitlob
dik l-informazzjoni jew spjegazzjoni li jidhirlu meħtieġa għall-qadi
ta’ dmirijietu mingħand kull uffiċjal jew impjegat ta’, jew kull
persuna li jkollha ħatra minn, dik il-kumpannija.
(5) Uditur għandu minnufih javża bil-miktub lill-awtorità
kompetenti jekk -
(a) jirriżenja;
(b) ma jkunx bi ħsiebu jieħu dik il-kariga mill-ġdid; jew
(ċ) jiddeċiedi li jikkwalifika r-rapport ta’ verifika,
u, fil-każ ta’ riżenja, l-uditur għandu jispeċifika r-raġunijiet għaliex
għamel hekk.
(6) Kumpannija awtorizzata għandha tavża bil-miktub lill-
awtorità  kompetenti minnufih malli tirċievi avviż ta’ riżoluzzjoni
maħsub biex iressaq quddiem il-laqgħa ġenerali annwali tal-
kumpannija biex tinħatar bħala uditur persuna li ma tkunx l-uditur
li se jirtira jew li xort’oħra jipprovdi espressament li l-uditur li se
jirtira ma għandux jerġa’ jinħatar.
(7) Meta, għal xi raġuni tkun li tkun, tintemm ħatra ta’ uditur,
il-kumpannija awtorizzata għandha, mhux iktar tard minn erbatax-
il jum mit-tmiem ta’ dik il-ħatra, tavża bil-miktub lill-awtorità
kompetenti fejn tagħti r-raġunijiet għal dak it-tmiem.
(8) L-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ lil kumpannija
awtorizzata biex tibdel lill-uditur maħtur tagħha meta, fil-fehma ta’
l-awtorità  kompetenti, dak l-uditur jitqies li ma jkunx adatt għal din
il-kariga, f’kull żmien matul iż-żmien tal-ħatra tiegħu.
(9) Qabel ma teħtieġ lil kumpannija biex tibdel l-uditur maħtur
tagħha fiċ-ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu (8), l-awtorità
kompetenti għandha tavża bil-miktub il-ħsieb tagħha lill-
kumpannija u lill-uditur konċernat fejn tagħti r-raġunijiet għax
teħtieġ dak it-tibdil u tagħti lill-uditur l-opportunità  li jissottometti
bil-miktub fi żmien erbatax-il jum mid-data tan-notifika ta’ dak l-
avviż għaliex il-ħatra mal-kumpannija ma għandhiex tintemm.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        23
Kap. 386.
(10) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, uditur approvat għandu jkun
persuna li tkun kwalifikata biex tkun uditur skond l-Att dwar il-
Kumpanniji u li jkollha l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
maħruġa skond regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu.
(11) Minkejja kull disposizzjoni li tinsab fis-subartikoli ta’
qabel ta’ dan l-artikolu, l-awtorità  kompetenti tista’, fil-każ ta’
kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jinsab f’pajjiż barra minn
Malta awtorizzata kif intqal qabel, tapprova dawk l-arranġamenti
alternattivi li jidhirlha xierqa u li ma jnaqqsux sostanzjalment l-
iskopijiet prinċipali ta’ dan l-artikolu, u meta jkunu saru dawk l-
arranġamenti, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw sal-limitu li dawn ikunu sostitwiti b’dawk l-
arranġamenti.
Kap. 386.
(12) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (10), safejn
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji, id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu għandhom jipprevalu u d-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmi Att ma għandhomx, sa fejn ikunu inkonsistenti, japplikaw
għal kumpanniji awtorizzati kif intqal qabel.
Ħatra ta’ attwarju 
minn kumpannija li 
tmexxi kummerċ 
fit-tul.
22. (1) Kull kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att li tmexxi
kummerċ fit-tul għandha -
(a) fi żmien tletin jum minn meta tibda tmexxi dak il-
kummerċ, taħtar attwarju approvat bħala attwarju tal-
kumpannija;
(b) kull meta l-ħatra tintemm, fi żmien tletin jum minn dak
it-tmiem, tagħmel ħatra oħra.
(2) Kumpannija li tagħmel ħatra taħt is-subartikolu (1)
għandha, fi żmien erbatax-il jum, tavża bil-miktub lill-awtorità
kompetenti b’dan il-fatt, id-data ta’ dik il-ħatra u l-isem u l-
kwalifiki tal-persuna maħtura; u jekk tintemm ħatra taħt dak is-
subartikolu, il-kumpannija għandha, fi żmien erbatax-il jum, tavża
bil-miktub lill-awtorità  b’dak il-fatt, l-isem tal-persuna li tkun u r-
raġunijiet għal dak it-tmiem.
(3) Jekk, malli jgħaddi xi żmien speċifikat fis-subartikolu (1),
il-kumpannija tonqos li tagħmel il-ħatra meħtieġa, il-kumpannija
ma għandhiex twettaq u tmexxi xi kuntratti ġodda ta’
assigurazzjoni fit-tul sakemm issir dik il-ħatra.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), l-awtorità
kompetenti tista’, fi żmien erbatax-il jum minn meta tirċievi avviż
ta’ tmiem ta’ ħatra ta’ attwarju approvat, titlob bil-miktub l-
attwarju approvat li jkun biex jagħti r-raġunijiet għal dak it-tmiem;
u l-attwarju għandu, fi żmien erbatax-il jum, jagħti r-raġunijiet bil-
miktub.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, attwarju approvat huwa persuna
li -
(a) tkun fellow ta’ istitut ta’ attwarji, jew fellow ta’ fakoltà
ta’ attwarji, jew li jkollha kwalifiki ta’ attwarju ta’
livell simili minn istitut ta’ reputazzjoni rikonoxxut
  24      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
għal dan l-għan mill-awtorità  kompetenti; u
(b) ikollha l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
biex taġixxi bħala attwarju ta’ kumpannija awtorizzata
biex tmexxi kummerċ fit-tul.
Kumpannija li 
tmexxi kummerċ 
fit-tul ikollha 
investigazzjonijiet 
perijodiċi mill-
attwarju.
Emendat:
XVII. 2002.249.
23. (1) Kull kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att biex
tmexxi kummerċ fit-tul -
(a) għandha, ma’ l-egħluq tas-sena finanzjarja tagħha,
tieħu ħsieb li ssir investigazzjoni fil-qagħda
finanzjarja tagħha dwar dak il-kummerċ mill-persuna
li f’dak iż-żmien tkun l-attwarju tagħha skond l-
artikolu 22(1); u
(b) meta dik l-investigazzjoni tkun saret, jew meta f’xi
żmien ieħor tkun saret investigazzjoni tal-qagħda
finanzjarja tal-kumpannija dwar il-kummerċ fit-tul
tagħha bil-ħsieb li jitqassmu profitti, jew li r-riżultati
tagħha jkunu pubblikati, għandha tieħu ħsieb li jsir
astratt tar-rapport ta’ investigazzjoni ta’ l-attwarju u li
dak l-astratt ikunu jistgħu jarawh id-detenturi ta’ polza
fl-uffiċċji tal-kumpannija.
(2) Investigazzjoni li għaliha jirreferi s-subartikolu (1)(b)
għandha tinkludi -
(a) valutazzjoni ta’ obbligazzjonijiet tal-kumpannija li
joħorġu mill-kummerċ tagħha fit-tul; u
(b) li jiġi stabbilit kull eċċess ta’ l-attiv fuq dawk l-
obbligazzjonijiet li jkun jirrappreżenta l-fond jew il-
fondi miżmuma mill-kumpannija dwar dak il-kummerċ
u, meta xi jeddijiet ta’ detenturi ta’ polza f’xi kummerċ
fit-tul biex jipparteċipaw fi profitti jirreferu għal
partijiet partikolari ta’ dak il-fond, jiġi stabbilit l-
eċċess ta’ l-attiv fuq l-obbligazzjonijiet dwar kull
waħda minn dawk il-partijiet.
(3) Għall-finijiet ta’ kull investigazzjoni li għaliha japplika dan
l-artikolu, il-valur ta’ kull attiv u l-ammont ta’ kull obbligaz-
zjonijiet ikunu stabbiliti skond kull regolamenti ta’ valutazzjoni
applikabbli.
(4) Il-forma u l-kontenut ta’ kull astratt taħt dan l-artikolu
għandhom ikunu hekk kif jiġi stabbilit b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(5) Meta ssir investigazzjoni, ir-rapport ta’ l-investigazzjoni ta’
l-attwarju għandu jintbagħat mill-kumpannija li tkun lill-awtorità
kompetenti -
(a) dwar investigazzjoni magħmula fl-egħluq tas-sena
finanzjarja tal-kumpannija, flimkien mad-dikjaraz-
zjonijiet finanzjarji verifikati tal-kumpannija li huma
meħtieġa li jintbagħtu taħt l-artikolu 20;
(b) dwar investigazzjoni magħmula f’xi żmien ieħor,
mhux iktar tard minn tletin jum mit-tmiem ta’ l-
investigazzjoni.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        25
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), l-awtorità
kompetenti tista’ bil-miktub, f’kull żmien, tordna li kumpannija
awtorizzata kif intqal qabel tieħu ħsieb li tibgħatilha valutazzjoni
ta’ l-obbligazzjonijiet tal-kumpannija li jkunu pendenti fid-data
speċifikata fl-ordni dwar il-kummerċ tagħha fit-tul, flimkien ma’
dikjarazzjoni preparata mill-attwarju tal-kumpannija li tkun, f’dik
il-forma u b’dak il-kontenut li l-awtorità  kompetenti tista’
tistabbilixxi b’direttiva dwar l-assigurazzjoni.
(7) Is-subartikoli (1)(b), is-subartikoli (2) u (4), u s-subartikolu
(5)(b) ma għandhomx japplikaw għal kumpannija li l-kummerċ
tagħha jkun ristrett għal rijassigurazzjoni.
(8) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi wieħed mis-subartikoli ta’
qabel dan, fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
qiegħed f’pajjiż barra minn Malta awtorizzata biex tmexxi
kummerċ fit-tul, l-awtorità  kompetenti tista’ tapprova dawk l-
arranġamenti alternattivi li jidhrilha xierqa u li ma jnaqqsux
sostanzjalment l-iskopijiet prinċipali ta’ dan l-artikolu, u meta
jkunu saru dawk l-arranġamenti, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu ma għandhomx japplikaw sal-limitu li dawn ikunu
sostitwiti b’dawk l-arranġamenti.
Obbligazzjonijiet 
ta’ udituri u 
attwarji lejn l-
awtorità  
kompetenti.
Emendat:
XVII. 2002.250.
24. (1) Jekk, fil-kariga tiegħu bħala uditur jew ta’ attwarju
rispettivament ta’ kumpannija awtorizzata, jew bħala riżultat ta’
talba diretta mill-awtorità  kompetenti taħt dan l-Att, uditur jew
attwarju, skond il-każ, isir jaf b’xi materja li jkollha x’taqsam ma’
u li jista’ jkollha effett avvers serju fuq l-assigurat, id-detentur ta’
polza jew xi persuna oħra interessata tal-kumpannija, jew tal-
fergħa f’Malta ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
qiegħed f’pajjiż barra minn Malta huwa għandu minnufih jgħarraf
lill-awtorità  kompetenti permezz tad-direzzjoni tal-kumpannija
jew, jekk iċ-ċirkostanzi hekk jiġġustifikaw, direttament lill-
awtorità  kompetenti.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), kull materja li jista’
jkollha x’taqsam ma’ u li jista’ jkollha effett avvers serju tinkludi
kull materja li:
(a) x’aktarx twassal għal kwalifika serja, jew rifjut tar-
rapport ta’ l-uditur fuq il-kontijiet tal-kumpanija; jew
(b) b’mod serju tfixkel il-ħila tal-kumpanija li tkompli fil-
kummerċ; jew
(ċ) kif jista’ jiġi preskritt mill-Ministru.
(3) Uditur jew attwarju, skond il-każ, ta’ kumpannija
awtorizzata bl-istess mod ikollu d-dmir li jirrapporta lill-awtorità
kompetenti kull fatti u deċiżjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ jew li
jistgħu jkollhom effett avvers serju fuq l-assigurat, id-detenturi ta’
polza, jew xi persuna oħra interessata, dwar il-kumpannija, jew ta’
fergħa f’Malta ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
qiegħed f’pajjiż barra minn Malta, u li jsir jaf bihom fil-kariga
tiegħu bħala uditur jew attwarju ta’ kumpannija li jkollha rabtiet
mill-qrib, skond kif imfisser fl-artikolu 8.
  26      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
TAQSIMA VI
SETGĦAT TA’ INTERVENZJONI
Revoka 
awtomatika ta’ 
awtorizzazzjoni.
25. Awtorizzazzjoni maħruġa jew miżmuma taħt dan l-Att
għandha tkun awtomatikament revokata jekk il-kumpannija
awtorizzata -
(a) ma tibdix tmexxi l-kummerċ skond l-awtorizzazzjoni
fi żmien tnax-il xahar mill-ħruġ tagħha, jew f’dak iż-
żmien l-ieħor li jista’ jiġi speċifikat fl-
awtorizzazzjoni; jew
(b) tkun ġiet dikjarata falluta jew tmur f’likwidazzjoni jew
tagħmel kompożizzjoni mal-kredituri tagħha jew
xort’oħra tkun xolta; jew
(ċ) tkun waqfet milli topera b’riżultat ta’ merger ma’
kumpannija oħra li tmexxi kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni jew għal kull raġuni oħra tkun liema
tkun; jew
(d) tkun kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
f’pajjiż barra minn Malta, u l-awtorità  regolatorja
barranija fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni, inkorporazzjoni
jew kostituzzjoni tirtira l-awtorizzazzjoni tal-
kumpannija.
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li 
tissospendi jew 
tirrevoka 
awtorizzazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.251.
26. Bla ħsara għal kull ħaġa li tinsab f’xi disposizzjonijiet oħra
ta’ dan l-Att, l-awtorità  kompetenti tista’ f’kull żmien tissospendi
jew tirrevoka awtorizzazzjoni maħruġa jew miżmuma taħt dan l-Att
jekk - 
(a) xi dokument jew tagħrif li jingħata ma’ applikazzjoni
għal awtorizzazzjoni, jew xi tagħrif li jingħata dwarha,
ikun falz, mhux korrett jew qarrieqi f’xi partikolari
materjali, jew jekk il-kumpannija awtorizzata tkun
ħbiet, jew taħbi minn, jew tonqos li tgħarraf lil, l-
awtorità  kompetenti xi dokument jew tagħrif jew tibdil
fih li kienet fid-dmir li tikxef jew tgħarraf taħt dan l-
Att jew xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu jew xi direttiva dwar l-assigurazzjoni; jew
(b) il-kumpannija awtorizzata tieqaf milli tmexxi l-
kummerċ li għalih tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni; jew
(ċ) il-kumpannija awtorizzata tissospendi l-ħlasijiet jew
tkun se tissospendi l-ħlasijiet; jew
(d) tikkunsidra li l-kumpannija awtorizzata ma tkunx
tissodisfa jew tħares il-ħtiġiet ta’, jew tkun kisret, xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu,
jew ta’ direttiva dwar l-assigurazzjoni, jew tkun naqset
li tissodisfa jew tħares xi kundizzjoni li hi, jew l-
awtorizzazzjoni miżmuma minnha, tkun suġġetta
għaliha bis-saħħa ta’ dan l-Att jew taħtu; jew
(e) tikkonsidra li xi uffiċjal li effettivament jikkontrolla l-
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        27
kummerċ li l-kumpannija tkun awtorizzata tmexxi ma
jibqax persuna xierqa u idonea biex tiżgura t-tmexxija
tajba u prudenti tagħha; jew
(f) tirċievi talba bil-miktub biex hekk tagħmel mingħand
il-kumpannija awtorizzata; jew
(g) il-kumpannija awtorizzata ma jkunx baqgħalha l-fondi
tal-kumpannija stess biżżejjed kemm meħtieġ; jew
(h) il-kumpannija awtorizzata x’aktarx ser tiġi f’qagħda li
ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha
jew ma tkunx iktar ta’ min jorbot fuqha biex twettaq
jew tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha dwar persuni
assigurati, detenturi ta’ polza, kredituri jew persuni
nteressati oħra; jew
 (i) jeżistu bejn il-kumpannija awtorizzata u persuna oħra,
rabtiet mill-qrib kif imfisser fl-artikolu 8, u l-awtorità
kompetenti ma tkunx tista’ teżerċita effettivament il-
funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha jew minħabba xi
liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva ta’
pajjiż barra minn Malta li jirregolaw lil dik il-persuna
l-oħra, jew minħabba li jkun diffiċli biex tinfurzahom.
Avviż ta’ 
sospensjoni jew 
revoka ta’ 
awtorizzazzjoni.
27. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, meta l-awtorità  kompetenti jkun bi ħsiebha tissospendi
jew tirrevoka awtorizzazzjoni, din għandha tagħti avviż bil-miktub
lill-kumpannija konċernata fejn tagħti r-raġunijiet għaliex bi
ħsiebha tagħmel hekk.
(2) Kull avviż mogħti taħt is-subartikolu (1) għandu jgħid li l-
kumpannija konċernata tista’, f’dak iż-żmien xieraq wara n-notifika
tiegħu li jista’ jingħata fl-avviż (liema żmien ma jkunx inqas minn
tmienja u erbgħin siegħa u mhux iktar minn ħmistax-il jum)
tagħmel rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-awtorità  kompetenti
fejn tagħti r-raġunijiet għaliex l-awtorizzazzjoni m’għandhiex tiġi
sospiża jew revokata u l-awtorità  kompetenti tista’ tikkunsidra kull
rappreżentazzjonijiet hekk magħmula qabel tasal għal deċiżjoni
finali.
(3) L-awtorità  kompetenti għandha tavża bil-miktub id-
deċiżjoni finali tagħha lill-kumpannija konċernata.
(4) Awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpannija li l-uffiċċju
prinċipali tagħha jkun f’pajjiż barra minn Malta tista’ tiġi revokata
biss wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità  regolatorja barranija tal-
pajjiż ta’ reġistrazzjoni, inkorporazzjoni jew kostituzzjoni, kemm-
il darba l-awtorità  kompetenti ma tiddeċidix li l-kwistjoni tkun
urġenti jew li jkun hemm ċirkostanzi fejn il-konsultazzjoni bil-
quddiem ma tkunx xierqa.
(5) F’każ ta’ sospensjoni jew revoka ta’ awtorizzazzjoni ta’
kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’Malta, l-awtorità
kompetenti għandha tavża lill-awtorità  regolatorja barranija ta’ kull
stat fejn il-kumpannija jew is-sussidjarji tagħha jkunu qed imexxu
l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni.
  28      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li 
tħares l-interess 
pubbliku.
Emendat:
XVII. 2002.252.
28. (1) F’kull wieħed mill-każijiet fejn l-awtorità  kompetenti
tista’ tħassar jew tirrevoka awtorizzazzjoni taħt l-artikolu 26, l-
awtorità  kompetenti tista’, jew minflok jew b’żieda ma’ kull
sospensjoni jew revoka bħal dik, u bla ħsara għas-setgħat tagħha li
tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni, tipproċedi b’mod
wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin -
(a) teħtieġ lill-kumpannija biex minnufih tieħu dawk il-
passi li l-awtorità  kompetenti tqis meħtieġa biex
tirrettifika jew tirrimedja l-kwistjoni;
(b) taħtar persuna biex tagħti parir lill-kumpannija dwar
it-tmexxija xierqa tal-kummerċ tagħha;
(ċ) taħtar persuna biex tieħu f’idejha l-attiv tal-
kumpannija, jew parti minnu, sabiex jiġu mħarsa l-
interessi ta’ persuni assigurati detenturi ta’ polza,
kredituri u azzjonisti tal-kumpannija;
(d) taħtar persuna biex tieħu f’idejha kontroll tal-kummerċ
tal-kumpannija jew li tkompli tmexxi dak il-kummerċ
jew li tagħmel dik il-funzjoni oħra jew dawk il-
funzjonijiet dwar dak il-kummerċ, jew parti minnu, kif
tordna l-awtorità  kompetenti;
(e) teħtieġ lill-kumpannija li xxolji u tillikwida l-kummerċ
tagħha jew, fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju
prinċipali tagħha jkun f’pajjiż barra minn Malta, li
tillikwida l-kummerċ tagħha f’Malta;
(f) taħtar persuna kompetenti biex tagħmilha bħala
stralċjarju għall-fini tal-likwidazzjoni ta’ l-affarijiet
tal-kumpannija;
(g) tistabbilixxi kumpens li għandha titħallas mill-
kumpannija lil persuna maħtura taħt dan l-artikolu;
(h) tagħmel dak kollu jew teħtieġ li jsir dak kollu li
jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi,
u wara li tkun ipproċediet b’mod wieħed jew iktar kif intqal qabel,
l-awtorità  kompetenti tista’ tkompli tipproċedi b’mod wieħed jew
iktar minn dawk il-modi, jew b’żieda jew b’sostituzzjoni.
(2) Meta persuna tinħatar mill-awtorità  kompetenti -
(a) skond is-subartikolu (1)(b), ikun id-dmir tal-
kumpannija li taġixxi skond il-parir mogħti minn dik
il-persuna kemm-il darba u sakemm l-awtorità
kompetenti, fuq rappreżentazzjoni li ssirilha, ma
tordnax xort’oħra;
(b) skond is-subartikolu (1)(ċ), il-kumpannija għandha
tikkonsenja lil dik il-persuna l-attiv kollu li hi tkun
inkarigata minnu, u s-setgħat, il-funzjonijiet u d-
dmirijiet kollha tal-kumpannija dwar dak l-attiv sew
jekk eżerċitabbli mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali,
jew mid-diretturi, jew minn xi persuna oħra, inkluża r-
rappreżentanza legali u ġudizzjarja tal-kumpannija,
għandhom jiġu eżerċitati minn u vestiti fil-persuna
maħtura taħt l-imsemmi paragrafu bl-esklużjoni ta’
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        29
kull persuna oħra;
(ċ) skond is-subartikolu (1)(d), il-kumpannija għandha
tissottometti l-kummerċ tagħha għall-kontroll minn
dik il-persuna u għandha tipprovdiha b’dawk il-
faċilitajiet li hija tista’ teħtieġ biex tkompli tmexxi dak
il-kummerċ jew biex taqdi l-funzjonijiet mogħtija lilha
taħt dak il-paragrafu; u s-setgħat, il-funzjonijiet u d-
dmirijiet kollha tal-kumpannija, sew jekk eżerċitabbli
mill-kumpannija f’laqgħa ġenerali, jew mid-diretturi,
jew minn xi persuna oħra, inkluża r-rappreżentanza
legali u ġudizzjarja tal-kumpannija fil-kwistjonijiet
kollha, għandhom ikunu eżerċitati minnha u vestiti
fiha bl-esklużjoni ta’ kull persuna oħra;
(d) skond is-subartikolu (1)(f), dik il-persuna tkun l-
istralċjarju tal-kumpannija għall-finijiet kollha tal-liġi
bl-esklużjoni ta’ kull persuna oħra.
(3) Fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
f’pajjiż barra minn Malta, il-fergħat u l-uffiċċji f’Malta ta’ dik il-
kumpannija għandhom, jekk l-awtorità  kompetenti hekk tordna u
sal-limitu li hekk tordna, jitqiesu li jikkostitwixxu kumpannija
separata.
(4) L-awtorità  kompetenti tista’, meta jkun jidhirla li jkun fl-
aħjar interess tal-pubbliku li jsir hekk, tagħmel jew toħroġ
dikjarazzjonijiet jew avviżi pubbliċi fejn twissi jew tgħarraf dwar
xi ħaġa minn dan li ġej:
(a) is-sospensjoni, revoka jew restrizzjoni ta’ xi
awtorizzazzjoni;
(b) xi azzjoni li tittieħed skond dan l-artikolu;
(ċ) it-tmexxija ta’ kummerċ ta’ l-assigurazzjoni b’mod
mhux sodisfaċenti u l-persuni li jkunu qegħdin imexxu
dak il-kummerċ;
(d) kull prattika jew materja oħra li tista’ tkun ta’
detriment għall-interessi ta’ detenturi ta’ polza,
assigurati, kredituri jew persuni oħra interessati;
(e) l-għemil ta’ reat kontra dan l-Att;
(f) l-imposizzjoni mill-awtorità  kompetenti ta’ penali
amministrattiva.
(5) L-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ lill-kumpannija
involuta tħallas l-ispejjeż kollha tal-pubblikazzjoni jew tal-ħruġ ta’
dikjarazzjonijiet jew avviżi pubbliċi, u dawk inċidentali għalihom,
konformement ma’ dan l-artikolu, jew dik il-parti mill-ispejjeż li
tista’ tqis li tkun adatta, u kull ammont hekk dovut għandu jkun
jista’ jinġabar mill-awtorità  kompetenti bl-istess mod bħalma
tinġabar penali amministrattiva imposta taħt dan l-Att.
  30      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
TAQSIMA VII
SUPERVIŻJONI TA’ KUMPANNIJI AWTORIZZATI
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li 
teħtieġ tagħrif.
Emendat:
XVII. 2002.253.
29. (1) Bla ħsara għal kull ħaġa li tinsab f’xi disposizzjoni
oħra ta’ dan l-Att li teħtieġ kumpannija awtorizzata li tagħti lill-
awtorità  kompetenti xi tagħrif jew dokumentazzjoni, l-awtorità
kompetenti tista’, b’avviż bil-miktub, teħtieġ lil kull kumpannija
bħal dik biex -
(a) tagħtiha, f’dak iż-żmien u post u f’dik il-forma li tista’
tispeċifika, dak it-tagħrif u dokumentazzjoni li tista’
teħtieġ dwar il-kummerċ li dik il-kumpannija tkun
awtorizzata li tmexxi; jew dwar xi persuna li magħha
l-kumpannija jkollha rabtiet mill-qrib kif imfisser fl-
artikolu 8;
(b) tagħtiha kull tagħrif jew dokumentazzjoni kif
imsemmija verifikata b’dak il-mod li jista’ jkun
speċifikat;
(ċ) biex tidher quddiemha, jew quddiem persuna maħtura
minnha, f’dak il-post u ħin li tista’ tispeċifika biex
twieġeb mistoqsijiet u tagħti tagħrif u
dokumentazzjoni dwar kull kummerċ kif intqal qabel.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel kopji ta’ kull
dokumenti mogħtija jew provduti taħt dan l-artikolu jew ta’ estratti
minnhom.
(3) Meta l-kumpannija awtorizzata meħtieġa li tagħti tagħrif
jew dokumentazzjoni taħt dan l-artikolu ma jkollhiex it-tagħrif jew
id-dokumentazzjoni rilevanti, din għandha tgħid lill-awtorità
kompetenti fejn, skond l-aħjar tagħrif li jkollha, dak it-tagħrif jew
dik id-dokumentazzjoni tkun, u l-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ
lil kull persuna, sew jekk indikata kif intqal qabel sew jekk le, li fil-
fehma tagħha jkollha fil-pussess tagħha dak it-tagħrif jew dik id-
dokumentazzjoni, biex tagħtihilha.
(4) Dikjarazzjoni magħmula u dokument provdut skond xi
ħtieġa taħt dan l-artikolu jistgħu jintużaw bħala prova kontra l-
persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni jew li tipprovdi d-
dokumentazzjoni kif ukoll kontra kull persuna li għalihom
jirreferu.
Kap. 9.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw għal tagħrif jew dokumentazzjoni li huma privileġġati
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 642 tal-Kodiċi Kriminali.
(6) Is-setgħa li tinħtieġ li jinġiebu dokumenti bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandha tkun mingħajr
preġudizzju għal kull rahan jew privileġġ li xi ħadd jista’ jkollu
għar-rigward ta’ dawk id-dokumenti.
(7) Meta l-awtorità  kompetenti tkun ħatret persuna taħt is-
subartikolu (1)(ċ), dik il-persuna jkollha, sabiex taqdi l-funzjonijiet
tagħha skond il-ħatra tagħha, dawk is-setgħat kollha mogħtija lill-
awtorità  kompetenti b’dan l-artikolu u jekk dik il-persuna teħtieġ xi
ħaġa dik il-ħtieġa titqies li tkun saret u li jkollha l-istess saħħa u
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        31
effett bħala ħtieġa ta’ l-awtorità  kompetenti.
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li 
teżamina l-
affarijiet ta’ 
kumpanniji 
awtorizzati.
Kap. 386.
30. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji, safejn għandu x’jaqsam ma’ l-investigazzjoni ta’
kumpanniji, l-awtorità  kompetenti tista’, kull meta jidhrilha
meħtieġ jew xieraq, taħtar spettur jew spetturi biex jistħarrġu u
jirrapportaw dwar l-affarijiet ta’ kumpannija awtorizzata.
(2) Spettur maħtur taħt is-subartikolu (1) -
(a) ikollu u jkun jista’ jeżerċita s-setgħat mogħtija lill-
awtorità  kompetenti bl-artikolu 24, u kull ħaġa li
jeħtieġ titqies li tkun u jkollha l-istess saħħa u effett
bħal ħtieġa ta’ l-awtorità  kompetenti;
(b) jista’, u jekk hekk ordnat mill-awtorità  kompetenti
għandu, jagħmel rapporti interim u fuq il-konklużjoni
ta’ l-istħarriġ tiegħu jagħmel rapport finali lill-
imsemmija awtorità .
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tibgħat lill-kumpannija
konċernata kopja ta’ kull rapport magħmul minn spettur dwar l-
affarijiet tagħha.
(4) Meta l-affarijiet ta’ kumpannija awtorizzata jkunu qed jiġu
mistħarrġa, ikun id-dmir ta’ l-uffiċjali u l-aġenti kollha tal-
kumpannija li jipproduċu lil spettur il-kotba u d-dokumenti kollha
tal-kumpannija jew li jirreferu għaliha u xort’oħra jagħtu lil spettur
l-għajnuna kollha dwar l-istħarriġ li huma b’mod raġonevoli jkunu
jistgħu jagħtu; u jekk uffiċjal jew aġent tal-kumpannija jirrifjuta li
jipproduċi xi kotba jew dokumenti li jkun id-dmir tiegħu taħt dan l-
artikolu li jipproduċi, jew jirrifjuta li jwieġeb għal xi mistoqsija li
ssirlu minn spettur dwar l-affarijiet tal-kumpannija, spettur għandu
jirreferi l-kwistjoni lill-awtorità  kompetenti u malli jiġri dan l-
awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ dwar il-każ u tieħu l-passi
li jidhrilha xierqa.
(5) Spettur għandu wkoll jingħata aċċess għal kull kontijiet,
prospetti jew tagħrif ieħor dwar kumpannija awtorizzata li l-
affarijiet tagħha jkunu qed jiġu mistħarrġa li jkunu fil-pussess jew
taħt il-kontroll ta’ l-awtorità  kompetenti.
(6) L-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa tordna li l-ispejjeż
kollha ta’ investigazzjoni, u li għandhom x’jaqsmu magħha, li ssir
bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, jew parti minnhom kif jidhrilha xierqa,
għandhom jitħallsu mill-kumpannija konċernata; u kull ammont
hekk dovut għandu jinġabar mill-awtorità  kompetenti bl-istess mod
bħalma tinġabar penali amministrattiva imposta taħt dan l-Att.
Kap. 404.
(7) F’dan l-artikolu, kull riferenza għal uffiċjali jew aġenti
għandha tinkludi riferenza sew għal uffiċjali u aġenti preżenti kif
ukoll passati u l-espressjoni "aġenti", dwar kumpannija
awtorizzata, għandha tinkludi aġent fl-assigurazzjoni awtorizzat,
manager fl-assigurazzjoni awtorizzat, persuna, li ma tkunx aġent
ta’ l-assigurazzjoni jew manager ta’ l-assigurazzjoni, awtorizzata
biex taġixxi għan-nom tal-kumpannija bl-istess mod u sa l-istess
limitu bħal aġent fl-assigurazzjoni, sotto-aġent fl-assigurazzjoni
reġistrat taħt l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji
  32      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
oħra, il-bankiera, l-udituri u, fil-każ ta’ kumpannija awtorizzata
biex tmexxi kummerċ fit-tul, l-attwarju tal-kumpannija u persuna
kif jista’ jiġi preskritt b’regolamenti magħmula għall-finijiet ta’ l-
artikolu 18.
Setgħa għal dħul 
biex jinkisbu 
tagħrif u 
dokumenti.
Kap. 386.
31. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji, safejn għandu x’jaqsam mad-dħul u t-tfittxija f’post,
kull uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità  kompetenti, wara li
juri evidenza ta’ l-awtorità  tiegħu, jista’ jidħol f’post okkupat minn
persuna li lilha jkun notifikat avviż taħt l-artikolu 29 jew li l-
affarijiet tagħha jkunu qed jiġu mistħarrġa taħt l-artikolu 30, sabiex
minn hemm jikseb it-tagħrif jew id-dokumenti meħtieġa b’dak l-
avviż, jew xort’oħra għall-finijiet ta’ l-istħarriġ, u sabiex jeżerċita
s-setgħat mogħtija bl-imsemmija artikoli.
(2) Meta xi uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità
kompetenti jkollu raġuni biżżejjed li jaħseb li jekk dak l-avviż kif
imsemmi fis-subartikolu (1) kellu jkun notifikat ma jkunx se
jitħares jew li xi dokumenti li għalihom jista’ jirreferi jitneħħew,
ikunu mbagħbsa jew distrutti, l-imsemmija persuna tista’, wara li
turi l-evidenza ta’ l-awtorità  tagħha, tidħol f’kull post imsemmi fis-
subartikolu (1) sabiex minn hemm tikseb kull tagħrif jew
dokumenti speċifikati fl-awtorità , liema tagħrif jew dokumenti
setgħu kienu meħtieġa bis-saħħa ta’ dak l-avviż li hemm imsemmi
fis-subartikolu (1).
(3) Għall-finijiet ta’ kull azzjoni li tittieħed taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-awtorità  kompetenti tista’
titlob l-għajnuna tal-Kummissarju tal-Pulizija, li jista’ għal dan l-
għan jeżerċita dawk is-setgħat li huma vestiti fih sabiex iħares milli
jsiru reati u sabiex jinforza l-liġi u l-ordni:
Iżda meta dħul kif imsemmi f’dan l-artikolu jinvolvi post li
jkun okkupat għall-fini ta’ abitazzjoni, dak id-dħul għandu jsir fil-
preżenza ta’ uffiċjal tal-pulizija mhux taħt il-grad ta’ spettur u
barra minn hekk ma jsirx bejn id-disgħa ta’ fil-għaxija u l-ħamsa
ta’ fil-għodu.
Dikjarazzjonijiet 
kummerċjali.
32.  (1) Bla ħsara għas-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
kumpannija awtorizzata li f’xi sena kalendarja tmexxi kummerċ ta’
l-assigurazzjoni għandha, dwar il-kummerċ ta’ assigurazzjoni li
hekk jitmexxa minnha, tibgħat lill-awtorità  kompetenti
dikjarazzjoni dwar il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni tagħha
magħmula f’dik il-forma u b’dak il-mod kif l-awtorità  kompetenti
tista’ tiddeċiedi b’direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula għall-
fini ta’ dan l-artikolu; u d-data li fiha dik id-dikjarazzjoni trid
tintbagħat għandu ukoll tiġi hekk stabbilita b’dik id-direttiva.
(2) Id-dikjarazzjoni meħtieġa li tingħata taħt dan l-artikolu
għandha tkun verifikata bil-mod meħtieġ bid-direttiva dwar l-
assigurazzjoni.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ f’kull żmien tordna
kumpannija awtorizzata biex tibgħatilha dik id-dikjarazzjoni kull
tant żmien jew għal dak il-perijodu li jista’ jiġi speċifikat fid-
direttiva.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        33
TAQSIMA VIII 
TRASFERIMENT TA’ KUMMERĊ TA’ 
L-ASSIGURAZZJONI
Trasferiment ta’ 
kummerċ ġenerali. 
33. (1) Meta jkun hemm proposta biex issir skema li taħtha
kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att ("iċ-ċedent"), tkun se
tittrasferixxi lil kumpannija oħra, sew jekk awtorizzata taħt l-Att u
sew jekk le ("iċ-ċessjonarju") id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet
kollha tagħha taħt dawk il-poloz ta’ kummerċ ġenerali, jew poloz
ta’ kummerċ ġenerali ta’ dawk id-deskrizzjonijiet, li jistgħu jkunu
speċifikati fl-iskema, u -
(a) meta ċ-ċedent ikun kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun f’Malta, it-twettiq tagħha ta’ l-
obbligazzjonijiet proposti li jiġu trasferiti
jikkostitwixxu t-tmexxija ta’ kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni f’Malta jew minnha jew f’pajjiż jew
minn pajjiż barra minn Malta; jew
(b) meta ċ-ċedent ikun kumpannija li l-uffiċċju prinċipali
tagħha jkun f’pajjiż barra minn Malta, it-twettiq
tagħha ta’ l-obbligazzjonijiet proposti li jiġu trasferiti
jikkostitwixxu kummerċ ta’ assigurazzjoni f’Malta jew
minnha,
iċ-ċedent għandu japplika għand l-awtorità  kompetenti għall-
approvazzjoni tagħha taħt din l-iskema.
(2) L-awtorità  kompetenti ma tiddeċidix applikazzjoni
magħmula taħt is-subartikolu (1) kemm-il darba ma tkunx
sodisfatta li -
(a) ikun ġie pubblikat avviż approvat minnha għal dan l-
għan:
(i) f’għall-inqas żewġ gazzetti lokali li joħorġu
kuljum li minnhom waħda tiġi pubblikata bil-
Malti u l-oħra bl-Ingliż; u t-test ta’ l-avviż ikun
bil-Malti fil-gazzetta bil-Malti u bl-Ingliż fil-
gazzetta bl-Ingliż;
(ii) meta ċ-ċedent ikun kumpannija li tmexxi
kummerċ minn Malta jew f’pajjiż jew minn
pajjiż barra minn Malta u, dwar xi polza inkluża
fit-trasferiment propost li turi kuntratt ta’
assigurazzjoni, ir-riskju jkun riskju sitwat barra
minn Malta, f’żewġ gazzetti li joħorġu kuljum
fil-pajjiż fejn ir-riskju jkun sitwat;
(b) ħlief safejn l-awtorità  kompetenti tkun ordnat
xort’oħra, kopja ta’ l-avviż tkun intbagħtet miċ-ċedent
lil kull detentur ta’ polza milqut bl-iskema u lil kull
persuna oħra li tiddikjara li jkollha interess f’polza
inkluża fit-trasferiment propost u li tkun tat avviż tad-
dikjarazzjoni tagħha liċ-ċedent;
(ċ) kopji tad-dikjarazzjoni li turi l-partikolaritajiet tat-
trasferiment u ta’ l-approvazzjoni għal dan l-għan
  34      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
mill-awtorità  kompetenti jkunu tqiegħdu għal
spezzjoni:
(i) f’kull waħda mill-fergħat, aġenziji u uffiċċji taċ-
ċedent f’Malta;
(ii) meta ċ-ċedent ikun kumpannija li tmexxi
kummerċ minn Malta jew f’pajjiż jew minn
pajjiż barra minn Malta u, dwar xi polza inkluża
fit-trasferiment propost li turi kuntratt ta’
assigurazzjoni, ir-riskju jkun sitwat barra minn
Malta, f’post wieħed jew iżjed fil-pajjiż fejn ir-
riskju jkun sitwat,
għal żmien ta’ mhux inqas minn tletin jum li jibda
mid-data stabbilita mill-awtorità  kompetenti.
(3) L-avviż imsemmi fis-subartikolu (2) għandu jinkludi
dikjarazzjoni li rappreżentazzjonijiet bil-miktub dwar it-
trasferiment jistgħu jintbagħtu lill-awtorità  kompetenti fi żmien
speċifikat mill-awtorità  kompetenti; u l-awtorità  kompetenti ma
għandhiex tiddeċiedi l-applikazzjoni sakemm ma tkunx ikkunsidrat
kull rappreżentazzjonijiet li jkunu sarulha qabel id-data speċifikata.
(4) Bla ħsara għas-subartikolu (6), l-awtorità  kompetenti ma
għandhiex tapprova trasferiment fuq applikazzjoni magħmula taħt
is-subartikolu (1) kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li -
(a) iċ-ċessjonarju hu awtorizzat, jew immedjatament wara
l-approvazzjoni, jkun awtorizzat taħt l-artikolu 7 biex
imexxi kummerċ ġenerali ta’ l-assigurazzjoni tal-
klassi jew klassijiet jew parti mill-klassijiet li jkunu se
jiġu trasferiti taħt l-iskema;
(b) iċ-ċessjonarju jkollu, wara li jittieħed kont tat-
trasferiment propost, il-marġini jew il-marġinijiet ta’
solvibbiltà  meħtieġa lil jinżammu taħt dan l-Att; u
(ċ) ir-riżorsi finanzjarji taċ-ċessjonarju huma,
b’konsegwenza tat-trasferiment, biżżejjed biex iwettaq
l-obbligazzjonijiet l-oħra meħtieġa bl-Att jew taħtu.
(5) Meta tiddeċiedi applikazzjoni magħmula taħt is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu, l-awtorità  kompetenti għandha -
(a) tippubblika avviż tad-deċiżjoni tagħha fil-Gazzetta u
b’dak il-mod l-ieħor li jidhrilha xieraq; u
(b) tibgħat kopja ta’ dak l-avviż liċ-ċedent, liċ-ċessjonarju
u lil kull persuna li tkun għamlet rappreżentazzjonijiet
skond l-avviż imsemmi fis-subartikolu (2),
u jekk tirrifjuta l-applikazzjoni għandha tgħarraf bil-miktub liċ-
ċedent u liċ-ċessjonarju bir-raġunijiet tar-rifjut tagħha.
(6) Meta ċ-ċedent ikun kumpannija li tmexxi kummerċ minn
Malta jew f’pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta u, dwar xi
polza inkluża fit-trasferiment propost li turi kuntratt ta’
assigurazzjoni, ir-riskju jkun riskju sitwat barra minn Malta, l-
awtorità  kompetenti m’għandhiex tapprova t-trasferiment kemm-il
darba ma tkunx sodisfatta -
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        35
(a) li l-awtorità  regolatorja barranija fil-pajjiż fejn ir-
riskju jkun sitwat tkun ġiet notifikata bit-trasferiment
propost;
(b) jew li l-awtorità  regolatorja barranija tkun tat il-
kunsens għat-trasferiment jew li l-awtorità  regolatorja
barranija ma tkunx irrifjutat il-kunsens tagħha għat-
trasferiment fi żmien tliet xhur li jibda mid-data tan-
notifika.
Effett ta’ 
approvazzjoni taħt 
l-artikolu 33.
34. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2), skema li tagħti effett lil
trasferiment approvat mill-awtorità  kompetenti taħt l-artikolu 33
għandha l-effett legali -
(a) li tittrasferixxi liċ-ċessjonarju d-drittijiet u l-
obbligazzjonijiet kollha taċ-ċedent taħt il-poloz
inklużi fl-iskema tat-trasferiment, u
(b) jekk l-iskema hekk tipprovdi, li tiżgura l-
kontinwazzjoni minn jew kontra ċ-ċessjonarju ta’ kull
proċedimenti legali minn jew kontra ċ-ċedent li
jirreferu għal dawk id-drittijiet jew obbligazzjonijiet,
minkejja n-nuqqas ta’ kull ftehim jew kunsens li jkunu xort’ oħra
meħtieġa sabiex ikollha effett legali għal dawk l-għanijiet.
(2) Ħlief safejn l-awtorità  kompetenti tista’ tordna xort’ oħra,
detentur ta’ polza li l-polza tiegħu tkun inkluża fi skema bħal dik
ma jkunx marbut bl-iskema kemm-il darba ma jkunx ingħata avviż
bil-miktub li jsir dan miċ-ċessjonarju.
Trasferiment ta’ 
kummerċ fit-tul.
35. (1) Meta jkun propost li titmexxa skema li biha l-kummerċ
fit-tul kollu jew parti minnu li jitmexxa minn kumpannija
awtorizzata taħt dan l-Att ("il-kumpannija ċedenti"), ikun se jiġi
trasferit lil kumpannija oħra sew jekk hekk awtorizzata taħt l-Att
jew le, u - 
(a) meta l-kumpannija ċessjonarja tkun kumpannija li l-
uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’Malta, il-kummerċ
propost li jiġi trasferit ikun kummerċ li jitmexxa
f’Malta jew minn Malta jew f’pajjiż jew minn pajjiż
barra minn Malta;
(b) meta l-kumpannija ċessjonarja tkun kumpannija li l-
uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż barra minn
Malta, il-kummerċ propost li jiġi trasferit ikun
kummerċ li jitmexxa f’Malta jew minn Malta,
il-kumpannija ċessjonarja jew il-kumpannija ċedenti għandha,
b’applikazzjoni li ssir lit-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji, titlob
li l-iskema tkun approvata. L-approvazzjoni tat-Tribunal għandha
tkun skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) It-Tribunal ma għandux jiddeċiedi applikazzjoni
ppreżentata quddiemu taħt is-subartikolu (1) kemm-il darba -
(a) l-applikazzjoni ma jkollhiex magħha rapport fuq il-
kundizzjonijiet ta’ l-iskema minn attwarju
indipendenti; u
  36      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
(b)  it-Tribunal ikun sodisfatt li l-ħtiġiet tas-subartikolu
(3) ta’ dan l-artikolu jkunu tħarsu.
(3) Il-ħtiġiet imsemmija fis-subartikolu (2)(b) huma -
(a) avviż li jgħid li l-applikazzjoni tkun saret u li jagħti l-
indirizzi tal-fergħat, aġenziji u uffiċċji li fihom, u ż-
żmien meta, kopji tad-dokumenti msemmija fil-
paragrafu (d) ikunu jistgħu jinkisbu kif meħtieġ minn
dak il-paragrafu jkun ġie pubblikat -
(i) f’għall-inqas żewġ gazzetti lokali li joħorġu
kuljum li minnhom waħda tiġi pubblikata bil-
Malti u l-oħra bl-Ingliż; u t-test ta’ l-avviż ikun
bil-Malti fil-gazzetta bil-Malti u bl-Ingliż fil-
gazzetta bl-Ingliż;
(ii) meta l-kumpannija ċedenti tkun kumpannija li
tmexxi kummerċ minn Malta jew f’pajjiż jew
minn pajjiż barra minn Malta u, dwar xi polza
inkluża fit-trasferiment propost li turi kuntratt
ta’ assigurazzjoni, il-pajjiż tar-rabta jkun pajjiż
barra minn Malta, f’żewġ gazzetti li joħorġu
kuljum f’dak il-pajjiż;
(b) ħlief safejn it-Tribunal ma jordnax xort’oħra,
dikjarazzjoni -
(i) li turi l-kundizzjonijiet ta’ l-iskema, u
(ii) li jkun fiha sommarju tar-rapport imsemmi fis-
subartikolu (2)(a) biżżejjed biex juri l-fehma ta’
l-attwarju dwar x’aktarx ikunu l-effetti ta’ l-
iskema fuq detenturi ta’ polza ta’ kummerċ fit-
tul tal-kumpanniji konċernati,
tkun intbagħtet lil kull wieħed mid-detenturi ta’ polza u lil kull
persuna oħra li tiddikjara li għandha interess fil-polza inkluża fit-
trasferiment propost u tkun tat avviż bil-miktub tad-dikjarazzjoni
tagħha lill-kumpannija ċedenti;
(ċ) kopja ta’ l-applikazzjoni tar-rapport imsemmi fis-
subartikolu (2)(a) u kull dikjarazzjoni mibgħuta taħt
il-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu jkunu ġew
notifikati lill-awtorità  kompetenti u li jkun għadda
żmien ta’ mhux inqas minn tletin jum mid-data tan-
notifika; u
(d) kopji ta’ l-applikazzjoni u tar-rapport imsemmi fis-
subartikolu (2)(a) jkunu tħallew disponibbli biex
ikunu spezzjonati:
(i) f’kull waħda mill-fergħat, aġenziji u uffiċċji
f’Malta tal-kumpannija konċernata;
(ii) meta l-kumpannija ċedenti tkun -
(aa) kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta li tmexxi l-kummerċ minn
Malta jew minn pajjiż barra minn Malta,
jew
(bb) kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        37
jkun f’pajjiż barra minn Malta li tmexxi l-
kummerċ minn Malta,
u, dwar xi polza inkluża fit-trasferiment propost li juri kuntratt ta’
assigurazzjoni, pajjiż barra minn Malta jkun il-pajjiż tar-rabta,
f’dak il-post f’dak il-pajjiż li jkun ordna t-Tribunal; għal żmien ta’
mhux inqas minn tletin jum li jibda minn data li tkun stabbilita mit-
Tribunal; u li kopji tar-rapport ikunu tqiegħdu disponibbli għax-xiri
minn dawk l-uffiċċji u postijiet matul dak iż-żmien mal-ħlas ta’ dak
id-dritt li jkun stabbilit mit-Tribunal.
(4) Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni taħt is-subartikolu
(1)-
(a) l-awtorità  kompetenti; u
(b) kull detentur ta’ polza li jallega li jintlaqat ħażin jekk
issir l-iskema,
ikollhom jedd li jagħmlu rappreżentazzjonijiet bil-miktub.
(5) Bla ħsara għas-subartikolu (6), it-Tribunal ma għandux
japprova applikazzjoni ppreżentata taħt is-subartikolu (1) kemm-il
darba ma jkunx sodisfatt li -
(a) il-kumpannija ċessjonarja hi awtorizzata, jew
immedjatament wara l-approvazzjoni, tkun awtoriz-
zata taħt l-artikolu 7 biex tmexxi kummerċ fit-tul tal-
klassi jew klassijiet li jkunu se jiġu trasferiti taħt l-
iskema;
(b) il-kumpannija ċessjonarja tipprova illi -
(i) wara li jkun meqjus it-trasferiment, ikollha l-
margini ta’ solvibbiltà  meħtieġa li jinżammu
taħt dan l-Att; u
(ii) ir-riżorsi finanzjarji tagħha, konsegwentement
għat-trasferiment, huma biżżejjed biex jitwettqu
l-obbligazzjonijiet l-oħra tagħha meħtieġa b’dan
l-Att jew taħtu.
(6) Meta l-kumpannija ċedenti tkun kumpannija li tmexxi
kummerċ minn Malta jew f’pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta
u, dwar xi polza inkluża fit-trasferiment propost li turi kuntratt ta’
assigurazzjoni, il-pajjiż tar-rabta jkun pajjiż barra minn Malta, it-
Tribunal ma għandux japprova t-trasferiment kemm-il darba l-
awtorità  kompetenti ma tiċċertifikax -
(a) li l-awtorità  regolatorja barranija f’dak il-pajjiż tkun
ġiet notifikata; u
(b) jew li l-awtorità  tkun tat il-kunsens tagħha għall-
iskema jew li l-awtorità  ma tkunx irrifjutat il-kunsens
tagħha għall-iskema fi żmien tliet xhur mid-data tan-
notifika.
(7) Meta skema tkun approvata mit-Tribunal taħt dan l-
artikolu l-kumpannija ċessjonarja għandha, fi żmien għaxart ijiem
mid-data ta’ l-approvazzjoni jew f’dak iż-żmien itwal li jingħata
mill-awtorità  kompetenti, tiddepożita żewġ kopji uffiċjali ta’ l-
  38      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
approvazzjoni ma’ l-awtorità  kompetenti.
Disposizzjonijiet 
supplementari 
għall-attikolu 35. 
36. Meta t-Tribunal japprova skema taħt l-artikolu 35, il-
kummerċ fit-tul imsemmi fl-applikazzjoni jkun jista’ jiġi trasferit
liċ-ċessjonarju mingħajr ebda ħtieġa oħra ta’ xi dokument li jkun
juri l-kunsens tad-detentur ta’ polza u ta’ kull persuna oħra li tgħid
li jkollha interess f’polza inkluża fit-trasferiment propost u
minkejja kull oppożizzjoni mid-detentur ta’ polza u ta’ kull persuna
oħra li tgħid li jkollha interess f’polza inkluża fit-trasferiment
propost. It-Tribunal jista’ jipprovdi għall dawk il-ħwejjeġ
inċidentali, konsegwenzjali u supplementari li jkunu meħtieġa
sabiex jiżguraw li l-iskema titmexxa b’mod sħiħ u effettiv; u meta
jkun il-każ, sabiex jitkomplew minn jew kontra l-kumpannija
ċessjonarja kull proċedimenti legali li jkunu pendenti minn jew
kontra l-kumpannija ċedenti, li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-iskema.
Eżenzjoni taħt din 
it-Taqsima.
Emendat:
XVII. 2002.254.
37. Din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma tapplikax għal kummerċ ta’
rijassigurazzjoni.
TAQSIMA IX
AKKWIST U DISPONIMENT TA’ AZZJONIJIET, IRTIRAR, 
XOLJIMENT U STRALĊ
Parteċipazzjoni 
f’kumpannija 
awtorizzata.
Emendat:
XVII. 2002.255.
38. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, ikun
meħtieġ il-kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti qabel ma
xi persuna tkun tista’ leġittimament -
(a) takkwista, direttament jew indirettament, holding
kwalifikattiv ta’ azzjonijiet f’kumpannija awtorizzata;
(b) tkabbar, direttament jew indirettament, holding eżistenti
li ma jkunx holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet biex
b’hekk issir holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet
f’kumpannija awtorizzata;
(ċ) tkabbar, direttament jew indirettament, holding
kwalifikattiv ta’ azzjonijiet biex b’hekk isir ugwali
għal jew jeċċedi l-għoxrin fil-mija jew tlieta u tletin
fil-mija jew ħamsin fil-mija jew li ġġiegħel lill-
kumpannija awtorizzata ssir is-sussidjarja ta’ dik il-
persuna;
(d) tnaqqas, direttament jew indirettament, holding
kwalifikattiv ta’ azzjonijiet biex b’hekk iġġiegħlha
taqa’ taħt ħamsin fil-mija jew tlieta u tletin fil-mija
jew għoxrin fil-mija jew li ġġiegħel li l-kumpannija
awtorizzata ma tibqax tkun is-sussidjarja ta’ dik il-
persuna;
(e) tnaqqas, direttament jew indirettament, holding
kwalifikattiv ta’ azzjonijiet biex b’hekk ma jibqax
ikun holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet;
(f) tirrinunzja, direttament jew indirettament, għal
holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet.
(2) Imħassar bl-Att XVII. 2002.255.
(3) Is-subartikolu (1) għandu japplika kemm jekk l-azzjonijiet
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        39
relevanti jkunu jew ma jkunux imniżżla f’xi Borża.
(4) Ikun id-dmir ta’ kumpannija awtorizzata u tad-diretturi
tagħha li javżaw minnufih lill-awtorità  kompetenti malli jsiru jafu
li xi persuna tkun bi ħsiebha tieħu xi wieħed mill-passi msemmija
fis-subartikolu (1).
(5) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, ikun meħtieġ il-
kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti qabel ma xi
kumpannija awtorizzata tkun tista’ leġittimament -
(a) tingħaqad ma’ xi kumpannija oħra, kemm jekk tkun
awtorizzata taħt dan l-Att jew le;
(b) tagħmel xi rikostruzzjoni jew qasma;
(ċ) iżżid jew tnaqqas il-kapital azzjonarju tagħha nominali
jew maħruġ jew tagħmel xi bidla materjali fil-jeddijiet
tal-votazzjoni.
(6) Ikun id-dmir tad-diretturi kollha u ta’ azzjonisti
kwalifikattivi ta’ kumpannija awtorizzata li javżaw minnufih lill-
awtorità  kompetenti malli jsiru jafu li xi kumpannija tkun bi
ħsiebha tieħu xi wieħed mill-passi msemmija fis-subartikolu (5).
(7) Kull persuna li tkun bi ħsiebha tieħu xi wieħed mill-passi
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u kull kumpannija
awtorizzata li tkun bi ħsiebha tieħu xi wieħed mill-passi msemmija
fis-subartikolu (5) għandhom javżaw bil-miktub lill-awtorità
kompetenti u l-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ, għall-fini ta’ dan
l-artikolu, direttiva dwar l-assigurazzjoni li tistabbilixxi l-forma kif
għandu jingħata dak l-avviż u t-tagħrif meħtieġ li jingħata lill-
awtorità  kompetenti ma’ dak l-avviż; u l-awtorità  kompetenti ma’ l-
avviż minn persuna li jkun bi ħsiebha tieħu xi passi msemmija fis-
subartikolu (1)(a) sa (ċ), meta tkun qed tiddeċiedi liema passi
għandha tieħu skond dan l-artikolu ma’ dak l-avviż tiddeċiedi jekk
dik il-persuna tkunx persuna denja u xierqa.
(8) Fi żmien tliet xhur minn meta l-awtorità  kompetenti tirċievi
dak l-avviż jew minn meta tirċievi dak it-tagħrif li hija tista’
leġittimament teħtieġ, skond liema minnhom ikun l-aħħar, l-
awtorità  kompetenti għandha toħroġ avviż -
(a) li bih hija tagħti l-kunsens mingħajr ebda kundizzjoni
biex jittieħed dak il-pass; jew
(b) li bih hija tagħti l-kunsens biex jittieħed dak il-pass
suġġett għal dawk il-kundizzjonijiet li l-awtorità
kompetenti jidhirlha xierqa; jew
(ċ) li bih tirrifjuta l-kunsens biex jittieħed il-pass,
u jekk tirrifjuta li tagħti l-kunsens għandha tavża bil-miktub lill-
persuna jew lill-kumpannija awtorizzata konċernata r-raġuni għar-
rifjut tagħha.
(9) Jekk xi persuna jew xi kumpannija awtorizzata tieħu jew
tkun bi ħsiebha tieħu xi passi msemmija fis-subartikoli (1) u (5)
mingħajr ma tikseb il-kunsens ta’ l-awtorità  kompetenti, bla ħsara
għal kull piena oħra li tista’ tiġi imposta taħt dan l-Att, l-awtorità
kompetenti tkun tista’ tagħmel ordni -
  40      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
(a) li żżomm lill-persuna jew lill-kumpannija milli tieħu,
jew biex jitkompla, dak il-pass;
(b) li tiddikjara li dak il-pass ikun null u mingħajr effett;
(ċ) li teħtieġ lill-persuna jew lill-kumpannija li tieħu dawk
il-passi meħtieġa biex il-qagħda tinġieb lura għall-
qagħda li kienet minnufih qabel ittieħed dak il-pass;
(d) li żżomm lill-persuna jew lill-kumpannija milli
teżerċita xi drittijiet li dak il-pass, kieku skond il-liġi,
kien ikun jagħtiha, inkluż id-dritt li tirċievi xi ħlas jew
li teżerċita xi drittijiet għal vot marbuta ma’ l-
azzjonijiet akkwistati;
(e) li żżomm lill-persuna jew lill-kumpannija milli tieħu
xi pass simili jew xi pass ieħor tal-kategoriji li jidhru
fis-subartikoli (1) u (5).
(10) Fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
f’pajjiż barra minn Malta awtorizzata taħt dan l-Att biex tmexxi
f’Malta jew minn Malta l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw biss sal-
limitu li jeħtieġu lill-kumpannija li tagħti lill-awtorità  kompetenti,
mhux iktar tard minn tletin jum wara dik il-bidla jew ġrajja, skond
il-każ, it-tagħrif hemmhekk imsemmi.
(11) Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, meta l-
influwenza eżerċitata minn xi persuna li jkollha holding
kwalifikattiv ta’ azzjonijiet tkun taħdem, jew x’aktarx tkun ser
taħdem, kontra l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ kumpannija
awtorizzata, l-awtorità  kompetenti tista’ teżerċita kull waħda mis-
setgħat tagħha taħt dan l-Att, inkluża s-setgħa li toħroġ direttivi li
jidhirlha xierqa fiċ-ċirkostanzi.
Kumpanniji li ma 
jibqgħux imexxu l-
kummerċ.
Emendat:
XVII. 2002.256.
39. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, jekk kumpannija awtorizzata jkun bi ħsiebha tieqaf għal
kollox, jew f’parti, li tmexxi l-kummerċ li hi awtorizzata tmexxi,
dik il-kumpannija għandha, mhux iktar tard minn sitt xhur qabel id-
data li fiha tkun bi hsiebha tmexxi dak il-kummerċ, tagħti avviż bil-
miktub dwar dan lill-awtorità  kompetenti u l-kumpannija għandha
tħares kull disposizzjoni ta’ dan l-Att li hi tkun meħtieġa tħares
f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(2) Meta kumpannija awtorizzata tagħti avviż lill-awtorità
kompetenti taħt is-subartikolu (1), l-awtorità  kompetenti -
(a) għandha teħtieġ lill-kumpannija li -
(i) tagħti pubbliċità  tal-fatt fost id-detenturi ta’
polza tagħha u fl-istampa fil-forma u bil-mod li
jista’ jiġi stabbilit b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ dan l-
artikolu;
(ii) tonora l-obbligazzjonijiet kollha tagħha mad-
detenturi ta’ polza u mal-kredituri tagħha b’mod
aċċettabbli għall-awtorità  kompetenti;
(iii) taħtar persuna li għandha, skond il-każ, tagħmel
servicing jew run-off ta’ dak il-kummerċ; u
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        41
(b) tista’ teħtieġ lill-kumpannija li -
(i) tiżgura li l-proviżjonijiet tekniċi tagħha jkunu
koperti b’attiv ekwivalenti u korrispondenti;
(ii) tiżgura li dak l-attiv ikun tal-kategoriji stabbiliti
b’xi direttiva dwar l-assigurazzjoni applikabbli.
(3) Is-subartikolu (2)(b) ma għandux japplika għal kumpannija
jekk il-kummerċ tagħha jkun ristrett għal rijassigurazzjoni.
(4) L-awtorità  kompetenti għandha, mhux aktar tard minn tletin
jum qabel id-data proposta li fiha kumpannija kif intqal qabel tkun
bi ħsiebha tieqaf milli tmexxi l-kummerċ li hi awtorizzata li
tmexxi, toħroġ permess lill-kumpannija konċernata -
(a) li jawtorizzaha li tieqaf milli tmexxi dak il-kummerċ u
li tagħmel servicing jew run-off ta’ dak il-kummerċ,
minn data speċifikata;
(b) li jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom dak is-
servicing jew run-off għandu jitmexxa; u
(ċ) li tawtorizza persuna biex tmexxi dak is-servicing jew
run-off.
Kumpanniji li 
jagħmlu servicing 
jew run-off ta’ 
kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni.
40. Kull kumpannija li dwarha joħroġ permess taħt l-artikolu
39 li jawtorizzaha li tieqaf milli tmexxi l-kummerċ li hi awtorizzata
tmexxi ma għandhiex, mid-data speċifikata fil-permess ("id-data
speċifikata"), twettaq jew tmexxi xi kuntratti ġodda ta’
assigurazzjoni fil-kummerċ imsemmi fil-permess iżda għandha -
(a) fil-każ ta’ kummerċ fit-tul, tagħmel servicing jew
tinkariga lill-persuna msemmija fil-permess biex
tagħmel servicing għan-nom tagħha;
(b) fil-każ ta’ kummerċ ġenerali, tagħmel run-off jew
tinkariga lill-persuna msemmija fil-permess biex
tagħmel run-off għan-nom tagħha,
ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni li jkunu twettqu u tmexxew minnha
qabel id-data speċifikata.
Xoljiment u stralċ 
ta’ kumpanniji 
awtorizzati.
Emendat:
XVII. 2002.257.
41. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 42 u
suġġetta għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, kull
kumpannija awtorizzata li tmexxi l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
għandha -
Kap. 386.
(a) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta, ixxolji u konsegwenzjalment tistralċja
taħt u skond l-Att dwar il-Kumpanniji; u
(b) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’pajjiż barra minn Malta, ixxolji u tistralċja
skond id-disposizzjonijiet tal-liġijiet tal-pajjiż fejn
ikun sitwat l-uffiċċju prinċipali ta’ dik il-kumpannija li
jirregolaw ix-xoljiment u l-istralċ ta’ dawk il-
kumpanniji.
(2) Meta fil-fehma ta’ l-awtorità  kompetenti jkun jidher li
kumpannja awtorizzata tkun tidher, għal xi raġuni tkun li tkun, li se
xxolji u tistralċja, jew tkun tat avviż biex ixxolji u tistralċja, jew
  42      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
tkun qed tiġi xolta u stralċjata, l-awtorità  kompetenti għandha -
(a) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta, tipprojbixxi d-disponiment ħieles ta’ l-
attiv tal-kumpannija kemm jekk dak l-attiv ikun sitwat
f’Malta jew f’pajjiż barra minn Malta; u
(b) fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’pajjiż barra minn Malta, tipprojbixxi t-
trasferiment ħieles ta’ l-attiv tal-kumpannija sitwat
f’Malta jew f’xi pajjiż ieħor jekk dak l-attiv ikun
relatat mal-kummerċ tal-kumpannija f’Malta,
jekk dik il-projbizzjoni ma tkunx ġiet imposta fuq il-kumpannija
bis-saħħa jew taħt xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra l-attiv ta’
kumpannija li taħt is-subartikolu (2) jew bis-saħħa jew taħt xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att huwa projbit li jsir disponiment
ħieles dwaru jista’ jintuża biss biex ikunu sodisfatti l-
obbligazzjonijiet tal-kumpannija li joħorġu mill-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni tagħha f’Malta:
Iżda d-debiti u djun oħra li joħorġu minn kuntratti ta’
assigurazzjoni attribwibbli għall-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
f’Malta jitħallsu qabel kull dejn ieħor kontra dak l-attiv.
(4) Meta l-valur ta’ l-attiv imsemmi fis-subartikolu (3) ikun
iżjed mill-ammont ta’ l-obbligazzjonijiet imsemmija f’dak is-
subartikolu, ir-restrizzjoni mposta b’dak is-subartikolu ma
tapplikax għal dik il-parti ta’ l-attiv li tirrappreżenta l-eċċess.
(5) Safejn id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom jipprevalu, u d-
disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra ma għandhomx, safejn ikun
inkonsistenti, japplikaw għal dawk il-kumpanniji.
(6) Il-Ministru jista’, wara konsultazjzoni ma’ l-awtorità
kompetenti, jagħmel regolamenti dwar l-istralċ jew l-
organizzazzjoni mill-ġdid ta’ kumpanniji li jkollhom l-uffiċċju
prinċipali tagħhom f’Malta, inklużi l-fergħat tagħhom, jekk ikun
hemm, u ta’ fergħat ta’ kumpanniji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali
tagħhom barra minn Malta, u jistgħu jsiru disposizzjonijiet
differenti għal każijiet jew klassijiet ta’ każijiet differenti, filwaqt
li jitqiesu l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta f’dan ir-
rigward. Dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu dwar l-
implimentazzjoni ta’ miżuri u proċeduri dettaljati dwar l-
organizzazzjoni mill-ġdid, inklużi dawn l-affarijiet li ġejjin: il-
pubblikazzjoni u il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni f’dak l-ilsien
jew ilsna u f’dawk il-gazzetti jew pubblikazzjonijiet oħra li jistgħu
jiġu ordnati; l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-kredituri, u l-
mod u l-proċedura kif isir dan; in-notifikazzjoni lill-kredituri u l-
proċedura għall-preżentazzjoni ta’ talbiet jew ilmenti; miżuri għall-
protezzjoni tad-drittijiet ta’ kredituri u ta’ terzi oħra, inklużi
arranġamenti ta’ tpaċija; konsultazzjoni bejn l-awtorità  kompetenti
u awtoritajiet oħra regolatorji, amministrattivi jew ġudizzjarji
f’Malta u barra minn Malta li jkollhom kompetenza fuq l-istralċ
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        43
jew l-organizzazzjoni mill-ġdid ta’ dawk il-kumpanniji jew fergħat
ta’ kumpanniji; il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardaw
dawk il-proċeduri ta’ stralċ jew organizzazzjoni mill-ġdid; l-għemil
ta’ regoli li jirrigwardaw l-applikabilità  tal-liġi adatta jew dik
applikabbli u kwistjonijiet oħra ta’ konflitt ta’ liġijiet.
Xoljiment u stralċ 
ta’ kummpanniji 
awtorizzati 
f’kummerċ fit-tul.
42. (1) Ebda kumpannija li hi awtorizzata taħt dan l-Att li
tmexxi kummerċ fit-tul u li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha
f’Malta ma għandha tiġi xolta u konsegwenzjalment stralċjata
volontarjament. 
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikolu 41,
fil-każ li kumpannija kif intqal qabel tkun xolta u stralċjata -
(a) l-attiv li jirrappreżenta l-proviżjonijiet tekniċi
miżmuma mill-kumpannija dwar il-kummerċ fit-tul
tagħha għandu jintuża biss biex ikunu sodisfatti l-
obbligazzjonijiet tal-kumpannija li joħorġu minn dak
il-kummerċ;
(b) l-attiv l-ieħor tal-kumpannija jkun jista’ jintuża biss
biex ikunu sodisfatti l-obbligazzjonijiet tal-
kumpannija li joħorġu mill-kummerċ l-ieħor tagħha.
(3) Meta l-valur ta’ l-attiv imsemmi fis-subartikolu (2)(a) jew
(b) ikun iżjed mill-ammont ta’ l-obbligazzjonijiet imsemmija f’kull
wieħed mill-paragrafi, ir-restrizzjoni mposta b’dak is-subartikolu
ma tapplikax għal dik il-parti ta’ l-attiv li tirrappreżenta l-eċċess.
TAQSIMA X 
TMEXXIJA TAL- KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
Tibdil fid-
dokumentazzjoni 
jew informazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.258.
43. (1) Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni maħruġa taħt dan l-Att
biex imexxi l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni u d-detentur ta’
permess maħruġ taħtu biex jagħmel servicing jew run-off ta’ dak il-
kummerċ għandu jagħti avviż bil-miktub lill-awtorità  kompetenti
b’kull tibdil materjali fid-dokumentazzjoni provduta jew meħtieġa
li tiġi provduta b’dan jew taħt dan l-Att u ta’ kull regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew b’xi direttiva dwar l-
assigurazzjoni, malli d-detentur isir jaf b’dak it-tibdil.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 38, kumpannija li
jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Malta awtorizzat taħt dan l-Att
għandha Ð
(a) qabel ma tagħmel xi żieda jew tibdil fil-memorandum
jew fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni jew xi strument ieħor li
jikkostitwixxi l-kumpannija, tippreżenta bil-miktub
lill-awtorità  kompetenti partikolaritajiet taż-żieda jew
tibdil propost għall-kunsens tagħha minn qabel; u ebda
żieda jew tibdil bħal dawk ma għandhom isiru jew
ikunu reġistrati, jew jibdew iseħħu, sew jekk tkun
reġistrata sew jekk ma tkunx, kemm-il darba u
sakemm l-awtorità  kompetenti ma tkunx uriet il-
kunsens tagħha bil-miktub; u
(b) tgħarraf lill-awotrità  kompetenti bl-ismijiet tal-persuni
  44      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
li jkollhom holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet fil-
kumpannija u l-perċentwali ta’ dak il-holding; u l-
awtorità  kompetenti tista’, b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu, tistabbilixxi l-forma, l-mod u l-kontenut ta’ l-
informazzjoni li għandha tingħatalha u d-data sa meta
għandha tintbagħat dik l-informazzjoni għandha wkoll
tiġi stabbilita b’dik id-direttiva.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
kumpannija awtorizzata għandha tavża lill-awtorità  kompetenti fuq
bażi kontinwa, b’kull tibdil jew ċirkostanza li tista’ toħloq l-
eżistenza ta’ rabtiet mill-qrib kif imfisser fl-artikolu 8.
Avviż statutorju 
minn kumpanniji 
awtorizzati dwar 
kummerċ fit-tul.
44. (1) Ebda kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att biex
tmexxi kummerċ fit-tul ma għandha tidħol f’kuntratt ta’
assigurazzjoni li l-effett tiegħu jikkostitwixxi tmexxija ta’
kummerċ fit-tul, ħlief kuntratt li jaqa’ taħt il-klassi III tat-Tieni
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att , kemm-il darba dik il-kumpannija
jew-
(a) tkun notifikat lill-parti l-oħra fil-kuntratt bil-mezz li
jista’ jiġi preskritt avviż statutorju dwar dak il-
kuntratt; jew
(b) tagħmel dan meta jsir il-kuntratt.
(2)  Regolamenti taħt dan l-artikolu jistgħu jsiru dwar kull ħaġa
li għandha x’taqsam ma’ avviż statutorju; u r-regolamenti jistgħu
jeżentaw minn kull ħtieġa kuntratti li jistgħu jkunu preskritti fihom.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu avviż statutorju huwa avviż
li -
(a) ikun fih dawk l-affarijiet (u xejn aktar) u li jkun f’dik
il-forma kif jista’ jiġi preskritt u jkun iħares il-ħtiġiet
li jistgħu jiġu preskritti sabiex jiġi żgurat li l-avviż
ikun jiftiehem tajjeb; u
(b) ikollu mehmuż miegħu formula ta’ avviż ta’
kanċellament ta’ deskrizzjoni li tista’ tiġi preskritta
għan-notifika bil-mezz kif jista’ jiġi preskritt ta’ avviż
ta’ kanċellament lill-kumpannija awtorizzata.
Poloz linked long 
term.
45. Jistgħu jsiru regolamenti, dwar dak li jista’ jiġi preskritt
fihom, dwar kuntratti ta’ assigurazzjoni li l-effett tagħhom
jikkostitwixxi t-tmexxija ta’ kummerċ fit-tul u li -
(a) isiru minn kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta awtorizzata taħt dan l-Att biex tmexxi
kummerċ fit-tul; u
(b) huma kuntratti li taħthom il-benefiċċji li jitħallsu lil
detentur ta’ polza huma għal kollox jew f’parti
b’riferenza għall-valur ta’, jew id-dħul minn, proprjetà
ta’ xi deskrizzjoni (sew jekk speċifikati fil-kuntratt
sew jekk le) jew b’riferenza għal tibdil fi, jew f’indiċi
ta’, il-valur tal-proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni (sew
jekk hekk speċifikata sew jekk le).
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        45
Kuntratti ta’ 
assigurazzjoni ma 
jistgħux jiġu 
nvalidati minn 
assiguratur 
minkejja ksur ta’ 
dan l-Att jew ta’ l-
Att dwar Brokers 
fl-Assigurazzjoni u 
Intermedjarji oħra. 
Kap. 404.
46. Ebda kuntratt ta’ assigurazzjoni ma jkun jista’ jiġi meqjus
null jew ma jista’ jiġi annullat minn assiguratur minħabba biss il-
fatt li, fiż-żmien li jkun sar il-kuntratt, kien hemm ksur ta’ xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ l-Att dwar Brokers fl-
Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra (f’dan l-artikolu msejjaħ "l-
Att") jew ta’ xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ dan
l-Att jew ta’ l-Att jew ta’ xi direttiva dwar l-assigurazzjoni
maħruġa taħt dan l-Att jew xi direttiva dwar l-intermedjarji fl-
assigurazzjoni maħruġa taħt l-Att.
Il-kuntratti jkunu 
espressi f’lingwa 
speċifikata.
Emendat:
XVII. 2002.259.
47. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu tistabbilixxi
l-lingwa li biha kuntratt ta’ assigurazzjoni dwar riskju sitwat
f’Malta jew rabta fejn Malta tkun il-pajjiż tar-rabta ta’ klassi jew
klassijiet jew parti ta’ klassijiet li jkunu speċifikati fiha għandhom
ikunu espressi.
(2) Fin-nuqqas ta’ xi direttiva dwar l-assigurazzjoni bħal dik,
il-kuntratt għandu jkun espress fil-lingwa Ingliża.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw għal kumpannija li l-kummerċ tagħha f’Malta jew minn
Malta jkun ristrett għal rijassigurazzjoni.
Reklami dwar l-
assigurazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.256.
48. (1) Ebda kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att ma
għandha toħroġ jew iġġiegħel li jinħareġ f’Malta, xi reklam jew
tmexxi jew iġġiegħel li titmexxa f’Malta xi attività  promozzjonali
li għandha x’taqsam mal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li tqarraq,
jew li x’aktarx direttament jew b’implikazzjoni x’aktarx tqarraq,
jew tinganna lil xi detentur ta’ polza prospettiv, jew lis-settur ta’ l-
assigurazzjoni b’mod ġenerali, jew lill-pubbliku b’mod ġenerali
dwar l-attiv tagħha jew dwar l-istruttura korporata tagħha jew dwar
il-qagħda finanzjarja tagħha jew dwar awtorizzazzjoni jew dwar xi
ħaġa oħra materjali:
Iżda fil-każ ta’ kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha
jkun f’Malta, id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom
japplikaw ukoll dwar -
(a) reklam maħruġ jew imġiegħel li jinħareġ; u
(b) attività  promozzjonali kif intqal qabel li titmexxa jew
imġiegħla li titmexxa,
minn Malta jew f’pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ b’direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu
tistabbilixxi l-forma u l-kontenut ta’ reklami dwar l-assigurazzjoni
u tagħmel disposizzjoni differenti dwar reklami ta’ l-assigurazzjoni
relattivament għal reklami ta’ l-assigurazzjoni ta’ klassijiet
differenti jew partijiet ta’ klassijiet jew ta’ deskrizzjonijiet; u l-mod
li bih dik l-attività  promozzjonali kif intqal qabel titmexxa jew tkun
imġiegħla titmexxa.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma
għandhomx japplikaw għal kumpannija jekk il-kummerċ tagħha
jkun ristrett għal rijassigurazzjoni.
(4) Meta kumpannija toħroġ jew iġġiegħel li jinħareġ reklam
  46      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
jew tmexxi jew iġġiegħel li titmexxa xi attività  promozzjonali bi
ksur ta’, jew li ma tkunx tħares, xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) jew (2), l-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ ordni
lill-kumpannija -
(a) biex tirtira, għal kollox jew f’parti, ir-reklam jew l-
attività  promozzjonali; jew
(b) biex temenda xi partikolar tar-reklam jew ta’ l-attività
promozzjonali; jew
(ċ) biex tagħmel kull ħaġ’oħra li jidhrilha xieraq fiċ-
ċirkostanzi.
(5) Jekk kumpannija tirrifjuta jew tonqos li tħares xi ordni
maħruġ mill-awtorità  kompetenti taħt is-subartikolu (4) jew li
tirrifjuta jew tonqos li tħares dak l-ordni fiż-żmien speċifikat fih,
bla ħsara għal kull penali li l-kumpannija tista’ teħel taħt dan l-Att,
l-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa li tinforza, għas-spejjeż tal-
kumpannija konċernata, l-ordni maħruġ minnha taħt dak is-
subartikolu.
TAQSIMA XI 
FOND GHALL-PROTEZZJONI U KUMPENS
Twaqqif ta’ Fond 
għall-Protezzjoni u 
Kumpens.
Emendat:
XVII. 2002.260.
49. Għandu jitwaqqaf fond, b’dik il-personalità  ġuridika jew
xort’oħra, kif jista’ jiġi preskritt, li jkun magħruf u f’dan l-Att
jissejjaħ "Fond għall-Protezzjoni u Kumpens" - 
(a) għall-ħlas ta’ kull talbiet dwar riskji sitwati f’Malta u
rabtiet f’Malta fejn Malta tkun il-pajjiż tar-rabta, hekk
kif jiġi preskritt, kontra kumpannija awtorizzata li
tmexxi l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni f’Malta, li
jibqgħu ma jitħallsux minħabba insolvibbiltà  ta’ dik il-
kumpannija, skond dawk il-limitazzjonijiet, restriz-
zjonijiet u esklużjonijiet li jistgħu jiġu preskritti; u
(b) sabiex jitħallas kumpens lil vittmi ta’ inċidenti tat-
traffiku fit-toroq, hekk kif jiġi preskritt, skond dawk
il-limitazzjonijiet u restrizzjonijiet li jistgħu jiġu
preskritti.
Kontribuzzjonijiet 
għall-Fond.
50. (1) Il-Fond ikun magħmul mill-kontribuzzjonijiet kollha li
jsiru fih taħt dan l-Att jew xi regoli jew regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, u mill-attiv u d-dħul l-ieħor kollu rispettivament
tiegħu. 
(2) Il-kumpanniji kollha li huma awtorizzati taħt dan l-Att li
jmexxu kummerċ ta’ l-assigurazzjoni f’Malta għandhom
jikkontribwixxu fil-Fond f’dawk l-ammonti u b’dawk il-
limitazzjonijiet hekk kif jistgħu jiġu preskritti u jistgħu jiġu
preskritti ammonti u limitazzjonijiet differenti dwar kull xorta ta’
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni differenti jew kull klassi jew parti
minn klassi differenti relattiva għalihom, jew dwar kull xorta ta’
kumpanniji awtorizzati, jew minħabba f’ċirkustanzi oħra differenti.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        47
Amministrazzjoni 
tal-Fond.
51. Il-Fond għall-Protezzjoni u Kumpens għandu jkun
amminstrat u xort’oħra trattat skond regolamenti magħmulin għall-
finijiet ta’ dan l-Att:
Iżda dawk ir-regolamenti għandhom jiżguraw li ħlasijiet li
jsiru fil-Fond minn kumpanniji awtorizzati li jmexxu kummerċ fit-
tul għandhom jiġu trattati separatament u għandhom ikunu wżati
esklussivament għal kumpens dwar kummerċ fit-tul, u ħlasijiet li
jsiru fil-Fond minn kumpanniji awtorizzati li jmexxu kummerċ
ġenerali għandhom ukoll jiġu trattati separatament u jiġu wżati
esklussivament għal kumpens dwar kummerċ ġenerali:
Iżda wkoll li ebda ħlas ma għandu jsir mill-Fond lil xi
persuna li tkun azzjonist fil-kumpannija insolventi u li jkollha
għoxrin fil-mija jew iżjed ta’ l-ishma maħruġa ta’ dik il-
kumpannija.
Preskrizzjoni dwar 
talbiet għall-ħlas 
ta’ kumpens mill-
Fond.
52. Ebda talba għall-ħlas ta’ kumpens mill-Fond ma tiġi
milqugħa kemm-il darba dik it-talba ma ssirx - 
(a) dwar talba taħt l-artikolu 49(a), fi żmien sentejn mid-
data li fiha l-isem tal-kumpannija jiġi mħassar minn
fuq ir-reġistru jew dik il-kumpannija tiġi
definittivament stralċjata;
(b) dwar talba taħt l-artikolu 49(b), fi żmien sentejn mid-
data meta jiġri l-inċident relattiv għat-talba.
Eżenzjonijiet mit-
taxxa fuq l-income.
Emendat:
XVII. 2002.261.
53. Kull kontribuzzjoni li ssir lill-Fond għall-Protezzjoni u
Kumpens u kull income ta’ flejjes li jappartjenu lill-Fond tkun
eżentata minn kull responsabbiltà  għall-ħlas ta’ taxxa fuq l-income
taħt xi liġi li f’dak iż-żmien tkun fis-seħħ.
Eżenzjoni taħt din 
it-Taqsima. 
Emendat:
XVII. 2002.262.
54.  Din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma tapplikax għal -
(a) kummerċ ta’ rijassigurazzjoni;
(b) dwar l-għanijiet tal-Fond taħt l-artikolu 49(a) -
(i) kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li jitmexxa minn
membru ta’ Lloyd’s jew ta’ korp ta’ l-
assigurazzjoni rikonoxxut jekk il-korp
regolatorju ta’ Lloyd’s jew ta’ dak il-korp ta’ l-
assigurazzjoni rikonoxxut, skond il-każ jintrabat
bil-miktub jew taħt xi forma ta’ garanzija li jiġi
aċċettat mill-awtorità  kompetenti li jagħmel
tajjeb għal kull talba li ssirlu kontra xi wieħed
mill-membri tiegħu, b’mod li ma jkun xejn inqas
favorevoli minn dak li jista’ jiġi preskritt taħt l-
artikolu 49(a) fil-każ ta’ l-insolvibbiltà  ta’ xi
wieħed mill-membri tiegħu;
(ii) kummerċ ta’ l-assigurazzjoni ristrett għal xi
klassi waħda jew parti minn klassi waħda li
titmexxa minn kumpannija u li dwarha, fil-każ
ta’ l-insolvibbiltà  tal-kumpannija, il-ħlas mill-
Fond biex jagħmel tajjeb għal talbiet kontra l-
kumpannija jkun jaqa’ taħt dawk l-esklużjonijiet
li jistgħu jiġu hekk preskritti.
  48      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
TAQSIMA XII
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Koperazzjoni fi 
dmirijiet ta’ 
sorveljanza u 
skambju ta’ 
informazzjoni.
Sostitwit:
XVII. 2002.263.
55. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ teżerċita s-setgħat li
ġejjin fuq it-talba ta’ jew sabiex tassisti lill-awtorità  ta’ sorveljanza
barranija:
(a) is-setgħa li timponi, tirrevoka jew tvarja
kondizzjonijiet ma’ l-għoti ta’ awtorizzazzjoni skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(6);
(b) is-setgħa li tirrevoka jew tissospendi awtorizzazzjoni
taħt l-artikolu 26;
(ċ) is-setgħa li tieħu kull azzjoni taħt l-artikolu 28,
minflok jew b’żieda ma’ kull sospensjoni jew revoka
ta’ awtorizzazzjoni;
(d) is-setgħa li teħtieġ informazzjoni u dokumentazzjoni
taħt l-artikolu 29;
(e) is-setgħa li taħtar spetturi taħt l-artikolu 30;
(f) is-setgħa għad-dħul biex tikseb informazzjoni u
dokumentazzjoni taħt l-artikolu 31;
(g) is-setgħa li tikkomunika ma’ awtorità  regolatorja
barranija informazzjoni li tkun fil-pussess tagħha, sew
jekk dik l-informazzjoni tkun riżultat ta’ xi waħda mis-
setgħat ta’ hawn fuq jew xort’oħra.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha teżerċita l-poteri tagħha
bis-saħħa ta’ dan l-artikolu -
(a) meta l-assistenza tenħtieġ minn awtorità  regolatorja
barranija għall-finijiet ta’ l-eżerċizzju ta’ xi waħda jew
aktar mill-funzjonijiet regolatorji tagħha;
(b) meta hekk tenħtieġ li tagħmel fil-parametri ta’ l-
obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta; jew
(ċ) meta hekk tenħtieġ li tagħmel fil-parametri ta’ kull
qbil f’pattijiet ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali
għall-iskambju ta’ informazzjoni u forom oħra ta’
kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji barranin
inkluża talba taħt memorandum of understanding li jsir
ma’ awtorità  kompetenti.
(3) Għandu jkun hemm laqgħat bejn kumpannija awtorizzata, l-
udituri approvati tagħha u, fil-każ ta’ kumpannija awtorizzata biex
tmexxi kummerċ fit-tul, l-attwarju approvat tagħha, u l-awtorità
kompetenti, fuq bażi bilaterali jew multilaterali kif jeħtieġu ċ-
ċirkostanzi. Dawk il-laqgħat jistgħu jissejħu minn kull waħda mill-
partijiet, u għandhom f’kull każ ikunu preseduti mill-awtorità
kompetenti.
Komunikazzjoni 
mill-udituri, eċċ., 
ma’ l-awtorità  
kompetenti.
56. (1) Ebda dmir (inkluż id-dmir tas-sigriet professjonali) li
għalih - 
(a) uditur jew attwarju ta’ kumpannija; jew
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        49
(b) persuna maħtura biex tagħmel rapport taħt l-artikolu
30(1),
jistgħu jkunu suġġetti, ma għandu jitqies li jkun inkiser minħabba
f’li huma jkunu b’bona fede ikkomunikaw lill-awtorità  kompetenti,
kemm jekk b’risposta għal talba magħmula minnha jew le, xi
informazzjoni jew opinjoni dwar materja li għaliha japplika dan l-
artikolu u li tkun rilevanti għal xi funzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
taħt dan l-Att.
(2) Relattivament għal uditur jew attwarju ta’ kumpannija
awtorizzata, dan l-artikolu japplika għal kull materja li taqa’ taħt l-
artikolu 24.
(3) Relattivament għal persuna maħtura biex tagħmel rapport
skond l-artikolu 30(1), dan l-artikolu japplika għal kull materja li
hija ssir taf biha fil-kapaċità  tagħha bħala l-persuna li tkun qed
tagħmel ir-rapport u li jkollha x’taqsam mal-kummerċ jew l-
affarijiet tal-kumpannija li dwarha dik il-persuna tagħmel ir-rapport
tagħha.
(4) Jekk l-awtorità  kompetenti jkun jidhrilha li xi accountants
jew klassi ta’ accountants li jkunu persuni li għalihom japplika s-
subartikolu (1) ma jkunux suġġetti għar-regoli sodisfaċenti
magħmula jew gwida maħruġa minn korp professjonali li
jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jiġu komunikati
materji lill-awtorità  kompetenti kif imsemmi f’dak is-subartikolu,
l-awtorità  kompetenti tista’, wara konsultazzjoni ma’ dawk il-korpi
li fil-fehma ta’ l-awtorità  kompetenti jkunu jirrappreżentaw l-
interessi ta’ l-accountants u tal-kumpanniji awtorizzati, tagħmel
regoli għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, li japplikaw għal dawk l-
accountants u li jispeċifikaw dawk iċ-ċirkostanzi; u jkun id-dmir
ta’ accountant li għalih ikunu japplikaw ir-regoli li jikkomunika
kull materja lill-awtorità  kompetenti fiċ-ċirkostanzi speċifikati
b’dawk ir-regolamenti.
It-Tribunal għal 
Servizzi 
Finanzjarji.
Emendat:
XVII. 2002.264.
Kap. 330.
57. (1) Għall-fini ta’ dan l-Att, il-frażi "Tribunal għal Servizzi
Finanzjarji" tfisser it-tribunal imsemmi fl-artikolu 21 ta’ l-Att dwar
l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u l-frażi "Tribunal"
għandha tiftiehem skond hekk:
Iżda għall-fini ta’ proċedimenti li joriġinaw taħt dan l-Att
il-membri maħtura taħt l-artikolu 21(4) ta’ l-Att dwar l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għandhom ikunu sostitwiti
b’persuni li jinħatru mill-Ministru taħt dan l-Att u li, fil-fehma
tiegħu, ikollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa fil-kummerċ ta’
l-assigurazzjoni, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21(5) sa (7) ta’
l-imsemmi Att għandhom japplikaw għall-persuni maħtura
konformement ma’ dan il-proviso bl-istess mod u daqstant
daqskemm dawn japplikaw għall-membri msemmija fl-artikolu
21(2) ta’ l-imsemmi Att.
(2) It-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji għandu, b’żieda mal-
funzjonijiet u setgħat mogħtija lilu bl-artikolu 58, ikollu il-funzjoni
u s-setgħa li jiddeċiedi applikazzjonijiet għal trasferiment ta’
kummerċ fit-tul ippreżentati quddiemu taħt dan l-Att.
(3) Mad-deċiżjoni ta’ applikazzjoni għal trasferiment ta’
  50      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
kummerċ fit-tul, it-tribunal ikollu s-setgħa li jordna l-ħlas ta’ l-
ispejjeż minn kull parti fl-applikazzjoni.
Kap. 330. (4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 ta’ l-Att dwar l-
Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, għandhom, ħlief safejn xi waħda
minnhom tkun inkompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jew ta’ l-artikolu 35 jew 58, japplikaw għal
applikazzjonijiet għal trasferiment ta’ kummerċ fit-tul u għal
appelli magħmula lit-Tribunal għal Servizzi Finanzjarji taħt dan l-
Att:
Kap. 330.
Iżda r-regolamenti magħmula taħt l-imsemmi artikolu
21(13) jistgħu jiddistingwu bejn proċeduri magħmula għall-finijiet
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u proċeduri magħmula għall-
finijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta.
(5) Il-Ministru jista’, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, suġġett
għall-artikolu 35, jagħmel regolamenti biex jirregolaw il-proċeduri
biex tiġi deċiża applikazzjoni għal trasferiment fit-tul ippreżentata
taħt dak l-artikolu, kemm-il darba li fin-nuqqas ta’ dawk ir-
regolamenti t-Tribunal għandu jirregola l-proċeduri tiegħu stess.
Appelli. 58. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull
persuna li tħossha aggravata b’deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti - 
(a) li tirrifjuta li toħroġ awtorizzazzjoni taħt l-artikoli 7,
13 jew 21;
(b) li timponi xi kundizzjoni f’awtorizzazzjoni maħruġa
jew miżmuma taħt l-artikoli 7, 13 jew 21;
(ċ) li tirrevoka xi awtorizzazzjoni taħt l-artikolu 26, jew
taħt xi regolament magħmul bis-saħħa ta’ dan l-Att;
(d) li tirrifjuta applikazzjoni għal trasferiment ta’
kummerċ ġenerali taħt l-artikolu 33;
(e) li toħroġ xi avviż jew tagħmel xi ordni taħt l-artikolu
38 ta’ dan l-Att;
(f) li timponi penali amministrattiva dwar infrazzjonijiet
kif jista’ jiġi preskritt taħt l-artikolu 67,
tista’ tappella kontra d-deċiżjoni lit-Tribunal għal Servizzi
Finanzjarji li jkollu kompetenza esklużiva biex jisma’ appelli dwar
il-ħwejjeġ imsemmija f’dan is-subartikolu.
(2) Appell taħt dan l-artikolu jista’ jsir biss għar-raġunijiet li
ġejjin -
(a) li l-awtorità  kompetenti tkun applikat ħażin xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(b) li d-deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti tikkostitwixxi
abbuż ta’ diskrezzjoni jew li tkun manifestament
inġusta, iżda d-diskrezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
ma tistax, la darba tkun ġiet eżerċitata b’mod xieraq,
tiġi mistħarrġa mit-Tribunal.
(3) Appell magħmul taħt dan l-artikolu ma għandux jissospendi
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        51
l-eżekuzzjoni ta’ xi deċiżjoni li minnha jkun sar l-appell ħlief il-każ
ta’ appell minn deċiżjoni msemmija fis-subartikolu (1)(f).
Konfidenzjalità . 
Emendat:
XVII. 2002.265.
59. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tawtorizza lill-awtorità
kompetenti biex tinvestiga jew iġġiegħel li ssir investigazzjoni ta’
kumpannija awtorizzata fl-affarijiet ta’ xi detentur ta’ polza
individwali tal-kumpannija awtorizzata ħlief -
(a) sabiex jiġi assigurat li jkun hemm tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi Att ieħor; jew
(b) fejn ir-riskju ta’ detenturi ta’ polza ikun kbir skond ir-
regolamenti dwar riskji kbar preskritti taħt l-artikolu
64 ta’ dan l-Att u tkun tal-fehma li dak ir-riskju jista’
jkun ta’ theddid għal dik il-kumpannija jew għas-settur
ta’ l-assigurazzjoni b’mod ġenerali.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3),
informazzjoni miksuba minn xi persuna għall-finijiet ta’ xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att, jew konformement magħha, jew ta’ xi
regoli jew regolamenti magħmulin taħtu, jew ta’ xi direttiva dwar l-
assigurazzjoni, jew fil-qadi ta’ xi funzjoni taħt xi disposizzjoni
minn dawk imsemmija, jew minn awtorità  regolatorja barranija, tiġi
ttrattata bħala kunfidenzjali u protetta mid-dmir ta’ segretezza
professjonali, u ma għandha tiġi żvelata lil ebda persuna oħra, jekk
din ma tkunx persuna li tista’, tikseb b’mod leġittimu dik l-
informazzjoni għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew
konformement miegħu, jew ta’ xi regoli u regolamenti magħmulin
taħtu jew ta’ xi direttiva dwar l-assigurazzjoni ħlief bil-kunsens tal-
persuna li mingħandha tkun inkisbet l-informazzjoni, sakemm l-
informazzjoni tkun unikament tirrigwarda lil dik il-persuna.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma għandhomx
jipprekludu l-iżvelar ta’ informazzjoni -
(a) bil-għan li jinbdew proċedimenti kriminali, jew
xort’oħra għall-finijiet ta’ dan, jew proċedimenti mill-
awtorità  kompetenti quddiem xi qorti taħt dan l-Att;
(b) bil-għan li l-awtorità  kompetenti jkollha l-kapaċità  jew
tiġi assistita fil-qadi jew fit-twettiq tal-funzjonijiet
tagħha taħt dan l-Att;
(ċ) li tkun saret disponibbli għall-pubbliku bis-saħħa tal-
fatt li tiġi żvelata dwar xi ċirkostanza li fiha, jew għal
xi fini li dwarha, l-iżvelar ma jkunx prekluż b’dan l-
artikolu;
(d) f’sommarju jew ġabra ta’ informazzjoni li ssir b’mod
li ma tkunx tista’ tiġi aċċertata l-identità  tal-persuna
msemmija f’dik l-informazzjoni;
(e) lil awditur meta dak l-iżvelar ikun jgħin lill-awditur fl-
eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt l-artikoli 21 u
24;
(f) lil attwarju meta dak l-iżvelar ikun jgħin lill-attwarju
fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt l-artikolu 23;
Kap. 345.
(g) lill-Bank Ċentrali ta’ Malta jew lill-Awtorità  dwar l-
  52      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
Elenku taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, meta dik
l-informazjzoni tkun meħtieġa mill-Bank jew mill-
Awtorità  dwar l-Elenku fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet
rispettivi tagħhom skond il-liġi;
(h) b’risposta għal talba mingħand awtorità  regolatorja
barranija, jew għall-fini li din tiġi assistita,
konformement ma’ l-artikolu 55;
(i) lil dawk l-awtoritajiet oħra regolatorji, ġudizzjarji jew
li jenforzaw, kemm lokali kemm barranin, meta dak l-
iżvelar ikun meħtieġ jew mitlub sabiex jiġu segwiti
kwistjonijiet regolatorji serji jew qerq jew prevenzjoni
ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;
(j) fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali dwar il-
falliment jew l-istralċ obbligat ta’ kumpannija
awtorizzata sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx
tinvolvi lil terzi li jkunu involuti f’attentati biex
isalvaw dik il-kumpannija, u li dawk il-korpi barranin
li jkunu responsabbli għal-likwidazzjoni u l-falliment
ta’ persuna li jkollha awtorizzazzjoni jew liċenza
ekwivalenti minn awtorità  regolatorja barranija jew
għal proċeduri oħra simili.
(4) Ebda persuna, inklużi uffiċjali jew aġenti ta’ l-imgħoddi
jew tal-preżent ta’ kumpannija awtorizzata, ma għandha tikxef xi
informazzjoni dwar l-affarijiet ta’ kumpannija jew ta’ detentur ta’
polza tal-kumpannija li hija tkun kisbet fil-qadi tad-dmirijiet
tagħha jew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att
ħlief -
(a) meta tkun awtorizzata biex tagħmel hekk skond xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) għall-qadi tad-dmirijiet tagħha jew għall-eżerċizzju
tal-funzjonijiet tagħha;
(ċ) meta meħtieġa legalment biex tagħmel hekk minn xi
qorti jew skond xi disposizzjoni ta’ xi liġi.
(5) F’dan l-artikolu, kull riferenza għal uffiċjali jew għal
aġenti għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 30(7).
Kap. 373.
(6) Meta uffiċjal jew impjegat ta’ kumpannija awtorizzata
jkollu għalfejn jaħseb li transazzjoni jew transazzjoni proposta
tista’ tinvolvi money laundering, dan ikun obbligat jimxi skond ir-
regolamenti maħruġa taħt l-Att kontra Money Laundering u skond
linji ta’ gwida magħmula mill-awtorità  kompetenti. It-tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma jikkostitwix ksur ta’
konfidenzjalità .
Komunikazzjoni 
ta’ informazzjoni 
kunfidenzjali.
Kap. 377.
Kap. 9.
60. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Segretezza
Professjonali, l-artikolu 257 tal-Kodiċi Kriminali ma għandux
jolqot jew itellef l-iskambju ta’ informazzjoni dwar poloz, detenturi
ta’ polza jew detenturi prospettivi ta’ polza -
(a) bejn kumpanniji awtorizzati biex imexxu l-kummerċ
ta’ l-assigurazzjoni ("assiguraturi");
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        53
Kap. 404.
(b) bejn kumpanniji jew persuni registrati jew iskritti taħt
l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji
oħra ("intermedjarji");
(ċ) bejn assiguraturi u intermedjarji;
(d) bejn assiguraturi, jew intermedjarji, jew assiguraturi u
intermedjarji, u l-Kummissarju tal-Pulizija;
kemm-il darba dak l-iskambju jkun kumpatibbli ma’ jew
raġonevolment meħtieġ sabiex ikun evitat, identifikat jew imrażżan
il-frodi ta’ l-assigurazzjoni.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "assiguraturi" tinkludi l-
aġenti ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata u l-managers ta’ l-
assigurazzjoni ta’ l-assiguraturi.
Notifika ta’ avviżi, 
eċċ.
61. Avviż jew dokument ieħor li għandu jingħata jew ikun
notifikat taħt dan l-Att jew xi regoli jew regolamenti magħmula
bis-saħħa tiegħu għandu jitqies li ngħata jew ġie notifikat b’mod
xieraq lil persuna jekk -
(a) ikun konsenjat lilha; jew
(b) ikun tħalla fl-indirizz mogħti minnha lill-awtorità
kompetenti, jew fl-indirizz l-aħħar magħruf tagħha;
jew
(ċ) ikun intbagħtilha bil-posta jew bit-telefax f’wieħed
mill-imsemmija indirizzi; jew
(d) fil-każ ta’ soċjetà  kummerċjali reġistrata f’Malta, jkun
konsenjat, intbagħat bil-posta jew bit-telefax, jew
tħalla fl-uffiċċju reġistrat, jew fl-uffiċċju reġistrat l-
aħħar magħruf, ta’ dik is-soċjetà  kummerċjali; jew
(e) fil-każ ta’ xi korp ieħor ta’ persuni, sew jekk korporat
jew mhux korporat, ikun ingħata jew ġie notifikat b’xi
mod hawn fuq imsemmi lil uffiċjal, jew lil skrivan ta’
dak il-korp jew lil persuna msemmija minn dak il-korp
taħt l-artikolu 11(1)(d)(i) jew il-paragrafu 4.1 ta’ l-
Ewwel Skeda, skond kif ikun il-każ; u l-espressjoni
"uffiċjal", dwar korp ta’ persuni, tinkludi aġent ta’ l-
assigurazzjoni awtorizzat, manager ta’ l-
assigurazzjoni awtorizzat, jew persuna, barra minn
aġent ta’ l-assigurazzjoni jew manager ta’ l-
assigurazzjoni, li tkun awtorizzata li taġixxi għal dak
il-korp ta’ persuni bl-istess mod u sa l-istess limitu
bħal aġent ta’ l-assigurazzjoni.
  54      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
Tkomplija ta’ 
kumpanniji li 
jmexxu kummerċ 
ta’ assigurazzjoni, 
manager fl-
assigurazzjoni jew 
broker fl-
assigurazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.266.
Kap. 386.
Kap. 386.
62. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji, jistgħu jsiru regolamenti taħt dan l-Att li jipprovdu
għal - 
(a) korp ġuridiku, reġistrat, inkorporat jew kostitwit
f’pajjiż barra minn Malta, li jkun jixbah fl-għamla
tiegħu lil kumpannija kif magħrufa taħt il-liġijiet ta’
Malta u li, kieku kien kumpannija bħal dik, kien
jikkwalifika li jiġi awtorizzat taħt dan l-Att bħala
kumpannija li tmexxi kummerċ ta’ assigurazzjoni,
jista’ jitkompla bħala kumpannija li tmexxi kummerċ
ta’ assigurazzjoni, taħt l-Att dwar il-Kumpanniji u taħt
dan l-Att; u
(b) kumpannija li tmexxi kummerċ ta’ assigurazzjoni
awtorizzata taħt dan l-Att tista’ titkompla bħala korp
ġuridiku reġistrat, inkorporat jew kostitwit taħt il-
liġijiet ta’ pajjiż barra minn Malta, f’kull każ billi
timxi skond ir-regolamenti;
Kap. 386. u l-Att dwar il-Kumpanniji għandu, dwar dawk il-korpi ġuridiċi
jew kumpanniji li jmexxu kummerċ ta’ assigurazzjoni, ikollu jseħħ
skond hekk.
(2) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu li l-imsemmija tkomplija sseħħ biss jekk -
(a) l-imsemmija korp jew kumpannija ikollhom is-setgħa
li hekk ikomplu;
(b) it-tkomplija tkun, f’kull każ, approvata b’dak il-mod li
jista’ jiġi preskritt,
u r-regolamenti jistgħu wkoll jipprovdu li t-tkomplija ta’
kumpannija li tmexxi kummerċ ta’ assigurazzjoni bħala korp
ġuridiku taħt ġurisdizzjoni barranija ma jkollhiex seħħ jekk -
(i) dik it-tkomplija (jew proċess simili, magħduda
konverzjoni) tkun permessa bil-liġi ta’ dik il-
ġurisdizzjoni barranija u skond dawk id-
disposizzjonijiet tagħha li jistgħu joħolqu dik it-
tkomplija (jew proċess simili); u
(ii) dik it-tkomplija (jew proċess simili) tħaddem it-
tkomplija ta’ l-eżistenza korporata tal-
kumpannija bħala, jew il-konverżjoni tagħha fi,
korp ġuridiku li jkompli jżomm jew li jiret l-
attiv, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha tal-
kumpannija.
(3) (a) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel għandhom
japplikaw, mutatis mutandis għal -
(i) kumpanniji awtorizzati biex jaġixxu bħala
manager fl-assigurazzjoni; u 
Kap. 404.
(ii) kumpanniji iskritti biex imexxu kummerċ ta’
broking fl-assigurazzjoni taħt l-Att dwar Brokers
fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji Oħra, u skond
hekk riferenzi f’dan l-artikolu għal "awtorizzat"
u għal "kummerċ ta’ l-assigurazzjoni" għandhom
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        55
jinkludu riferenzi għal "iskritti" u "kummerċ ta’
broker fl-assigurazzjoni" rispettivament;
(b) F’dan is-subartikolu riferenza għal "kumpannija"
għandha tinkludi riferenza għal "soċjetà   en
commandite jew għal korp ġuridiku simili jew
ekwivalenti li l-kapital tiegħu jkun maqsum
f’azzjonijiet.
Regolamenti dwar 
valutazzjoni.
63. (1) Jistgħu jsiru regolamenti dwar kif jiġu stabbiliti l-valur
ta’ attiv u l-ammont ta’ obbligazzjonijiet f’kull każ fejn il-valur jew
l-ammont huwa meħtieġ b’xi disposizzjoni ta’ dan l-Att li dawn
jiġu stabbiliti skond regolamenti dwar valutazzjoni.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1), regolamenti
taħt dan l-artikolu jistgħu jipprovdu li, għal xi għan speċifikat, attiv
jew obbligazzjonijiet ta’ xi klassi speċifikata jew deskrizzjoni ma
għandhomx ikunu kalkolati jew għandhom ikunu kalkolati biss sa
limitu speċifikat.
(3) Regolamenti taħt dan l-artikolu jistgħu jipprovdu b’mod
differenti dwar każijiet jew ċirkostanzi differenti.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti.
Emendat:
XVII. 2002.267.
64. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità
kompetenti, jagħmel regoli jew regolamenti biex jagħtu seħħ lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u biex jemendaw jew jirrevokaw kull
skeda li tinsab ma’ l-Att u jista’ jemenda jew jirrevoka dawk ir-
regoli jew regolamenti; u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, il-Ministru jista’, b’dawk ir-regoli jew regolamenti, b’mod
partikolari, jipprovdi dwar kull waħda jew iżjed mill-ħwejjeġ li
ġejjin -
(a) kull ħaġa li għandha x’taqsam jew konnessa mal-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni jew kuntratti ta’ l-
assigurazzjoni;
(b) il-ħtiġiet, dmirijiet jew kundizzjonijiet li għandhom
jitħarsu minn kull kumpannija awtorizzata taħt dan l-
Att għat-tmexxija tajba u prudenti ta’ l-attivitajiet
tagħha;
(ċ) id-drittijiet u ħlasijiet li għandhom jinġabru dwar kull
ħaġa provduta b’dan l-Att jew taħtu jew b’xi regoli
jew regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu;
(d) il-kategoriji ta’ attiv meħtieġa li jinżamm taħt dan l-
Att;
(e) kif jiġu stabbiliti u regolati riskji kbar;
(f) kull ħaġa li għandha x’taqsam jew konnessa ma’ xi
disposizzjoni li hemm fl-Iskedi li jinsabu ma’ dan l-
Att;
(g) kull ħaġa li tista’ jew li għandha tkun preskritta taħt xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att;
(h) kull ħaġa inċidentali għal jew konnessa ma’ xi ħaġa
hawn fuq imsemmija;
(i) il-penalitajiet jew pieni oħra li persuni li jiksru jew li
  56      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
jonqsu li jħarsu xi disposizzjoni ta’ xi regolament
magħmul kif intqal qabel jistgħu jeħlu, liema
penalitajiet ma jkunux iżjed minn ħamest elef lira,
dwar kull reat u dwar reat kontinwat penali oħra ta’
mhux iżjed minn mitt lira għal kull jum li matulu
jkompli r-reat.
(2) Ħlief meta xi regolament magħmul taħt l-Att ma jipprovdix
għal penalità  inqas, kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares jew
xort’oħra tosserva xi regolament bħal dak tista’ teħel penali ta’
mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn ħamest elef lira, dwar
kull reat u fil-każ ta’ reat kontinwat penali oħra ta’ mhux iżjed
minn mitt lira għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
(3) Il-Ministru jista’ wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità
kompetenti, jagħmel regolamenti biex jeżenta lil xi persuna jew xi
klassi jew klassisjiet jew parti minn klassijiet ta’ kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni, mid-disposizzjonijiet kollha jew uħud mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet
jew ħtiġiet inkluża l-ħtieġa ta’ forom oħra ta’ proċeduri ta’
awtorizzazzjoni u notifika kif jista’ jiġi preskritt.
(4)  Regoli jew regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu jagħmlu dawk l-eżenzjonijiet, kondizzjonijiet jew modifiki
kif jista’ jiġi speċifikat fihom dwar każijiet, ċirkostanzi jew
għanijiet differenti u jistgħu jagħtu lill-awtorità  kompetenti dik is-
setgħa għal adattament tar-regoli u r-regolamenti kif jista’ jiġi
speċifikat fihom.
(5) L-eżerċizzju tal-poteri mogħtija taħt dan l-artikolu għandu
jkun bla ħsara għal kull obbligazzjoni jew restrizzjoni li toriġina
mill-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta.
(6) Regoli u regolamenti magħmula taħt dan l-Att u kull
emenda jew revoka ta’ dawk ir-regoli u regolamenti, jistgħu jkunu
pubblikati bil-lingwa Ingliża biss.
Applikazzjoni ta’ l-
Att dwar il-
Kontroll fuq il-
Kambju u 
eżenzjoni taħt l-Att 
dwar it-Taxxa fuq 
Dokumenti.
Kap. 233.
65. (1) L-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju ma għandux
japplika għall-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li jitmexxa minn
kumpannija awtorizzata ma’ assigurat li hi persuna li ma tkunx
residenti f’Malta għall-finijiet ta’ l-imsemmi Att.
Kap. 364. (2) Ebda taxxa ma għandha titħallas taħt l-Att dwar it-Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti, jew taħt xi liġi oħra li
tissostitwixxi dik il-liġi, fuq xi kuntratt ta’ assigurazzjoni dwar
riskju sitwat barra minn Malta.
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà .
66. L-awtorità  kompetenti u kull membru, uffiċjal jew
impjegat ta’ l-awtorità  kompetenti, u kull korp imwaqqaf b’dan l-
Att, u kull membru, uffiċjal jew impjegat ta’ dak il-korp, u kull
persuna oħra maħtura biex taqdi funzjoni taħt dan l-Att, jew xi
regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, ma jkunux
responsabbli għal xi danni dwar xi ħaġa li tkun saret jew li naqset
milli ssir fil-qadi jew f’dak li jidher li jkun il-qadi ta’ xi
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        57
funzjonijiet taħt dan l-Att, jew xi regoli jew regolamenti kif intqal
qabel, kemm-il darba l-egħmil jew in-nuqqas ma jintwerix li jkun
sar jew naqas milli jsir b’mala fede.
Reati u pieni.
mid-disposizzjonijiet tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna -
(a) li sabiex tikseb il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni taħt dan l-
Att jew xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu tagħti xi informazzjoni jew tagħmel stqarrija
jew dikjarazzjoni li tkun taf li tkun mhux preċiża, falza
jew qarrieqa f’xi partikular materjali, jew li bi
traskuraġni tagħti informazzjoni jew tagħmel stqarrija
jew dikjarazzjoni li tkun mhux preċiża, falza jew
qarrieqa f’xi partikular materjali; jew
(b) li xjentement tipparteċipa fi, jew tipprokura jew tgħin
jew tħajjar il-ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew
ta’ xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu jew ta’ xi direttiva dwar l-assigurazzjoni; jew
(ċ) li bir-rieda tfixkel persuna li tkun qed teżerċita d-
drittijiet mogħtija b’dan l-Att jew b’xi regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu; jew
(d) li tikser jew tonqos li tħares xi kundizzjoni,
limitazzjoni, ħtieġa, direttiva jew ordni magħmul jew
mogħti taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew ta’ xi regoli jew regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu jew ta’ xi direttiva dwar l-Assigurazzjoni;
jew 
(e) li tkun direttur, kontrollur, uffiċjal jew impjegat ta’
kumpannija -
(i) li tonqos li tieħu l-passi kollha xierqa biex
tassigura tħaris mill-kumpannija ta’ kull
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew ta’
awtorizzazzjoni jew permess maħruġ taħtu, jew
ta’ xi direttiva dwar l-assigurazzjoni; jew
(ii) li tonqos li tieħu l-passi kollha xierqa biex
tassigura l-korrettezza tad-dikjarazzjoni
magħmula jew informazzjoni oħra mogħtija taħt
xi waħda mill-imsemmija disposizzjonijiet; jew
(iii) li tneħħi, tiddistruġġi, taħbi jew bi frodi tibdel xi
ktieb, dokument jew karta oħra bil-ħsieb li ma
jinkixifx l-egħmil ta’ reat taħt xi waħda mill-
imsemmija disposizzjonijiet,
tkun ħatja ta’ reat.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2)(e), l-espressjoni "uffiċjal",
dwar kumpannija, tinkludi aġent ta’ l-assigurazzjoni awtorizzat,
manager ta’ l-assigurazzjoni awtorizzat, jew persuna, barra minn
aġent ta’ l-assigurazzjoni jew manager ta’ l-assigurazzjoni, li tkun
awtorizzata li taġixxi għall-kumpannija bl-istess mod u sal-limitu
  58      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
bħal aġent ta’ l-assigurazzjoni.
(4) Il-Ministru għandu jagħmel regolamenti taħt dan l-artikolu
li jippreskrivu penalitajiet għal reati kontra dan l-Att, u dawk ir-
regolamenti jistgħu -
(a) jippreskrivu penalitajiet li jistgħu jiġu infurzati fil-
qrati ta’ Malta;
(b) jippreskrivu penalitajiet differenti għal kontrav-
venzjonijiet ta’ disposizzjonijiet differenti ta’ dan l-
Att;
(ċ) jippreskrivu penalitajiet kalkolati skond kemm idum l-
egħmil tar-reat,
kemm-il darba dawk il-penalijiet ma jkunux xort’oħra imposti taħt
l-artikolu 64.
(5) Il-penalitajiet preskritti b’regolamenti magħmula taħt is-
subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu -
(a) fil-każ ta’ priġunerija, ma għandhomx jipprovdu għal
sentenza ta’ priġunerija li tkun iktar minn sentejn;
(b) fil-każ ta’ penali mposta wara prosekuzzjoni fil-qrati
ta’ Malta, ma għandhomx jipprovdu għal multa ta’
inqas minn mitt lira jew iktar minn ħamsin elf lira.
(6) Il-Ministru jista’ b’regolamenti magħmula taħt dan l-
artikolu jipprovdi għal penalitajiet amministrattivi dwar reati kif
jiġi preskritt li jistgħu jiġu imposti u miġbura mill-awtorità
kompetenti mingħajr rikors għal smigħ fil-qorti; penalitajiet
amministrattivi jkunu dovuti lill-awtorità  kompetenti bħala dejn
ċivili:
Iżda l-penali amministrattiva ma tistax tkun aktar minn
penali finanzjarja ta’ ħamest elef lira dwar xi infrazzjoni u, meta l-
infrazzjoni tkompli, penali oħra ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira
għall kull jum li matulu l-infrazzjoni tkompli.
Proċedimenti għal 
reat kontra dan l-
Att.
68. (1) Ebda proċedimenti għal reat taħt dan l-Att jew xi
regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, ħlief dwar
infrazzjoni li għalih japplika l-artikolu 67(6), ma jistgħu jinbdew
mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu ma għandhomx jolqtu xi
proċedimenti kriminali li jistgħu jittieħdu taħt xi liġi oħra.
Riżervi. 
Kap. 290.
69. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (4), kull liċenza maħruġa
jew azzjoni oħra tkun li tkun meħuda jew mibdija taħt l-Att dwar l-
Impriża ta’ l-Assigurazzjoni* (f’dan l-artikolu msejjaħ ''l-Att'')
għandha tibqa’ fis-seħħ u tibqa’ valida daqslikieku dik il-liċenza
ġiet maħruġa jew azzjoni oħra meħuda jew mibdija taħt dan l-Att.
(2) Kull kumpannija li jkollha liċenza taħt l-Att biex tmexxi l-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni sew bħala prinċipal kif ukoll bħala
aġent għandha, mhux iktar tard mid-data stabbilita, tħares id-
*Imħassar b’dan l-Att.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        59
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att inkella tieqaf milli tmexxi l-kummerċ
li kienet liċenzjata li tmexxi, u għandha sad-data stabbilita jew
sakemm tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, skond liema jiġi l-
ewwel, tkompli tkun regolata mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att. Għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu "id-data stabbilita" tfisser jum li jkun sitt
xhur wara d-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
(3) Meta kumpannija tieqaf milli tmexxi l-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni sew bħala prinċipal kif ukoll bħala aġent minħabba
li dik il-kumpannija ma tħarisx, fid-data stabbilita, id-disposiz-
zjonijiet ta’ dan l-Att, dik il-kumpannija għandha titqies 1i tkun tat
avviż lill-awtorità  kompetenti taħt l-artikolu 39 fid-data stabbilita
biex tieqaf milli tkompli tmexxi l-kummerc li kienet liċenzjata 1i
tmexxi mid-data stabbilita u 1i jkun inħarġilha permess mill-
awtorità  kompetenti taħt dak l-artikolu fid-data stabbilita biex
tieqaf milli tmexxi dak il-kummerċ mid-data stabbilita u biex
tagħmel servicing ta’ dak il-kummerċ minn dik id-data. L-awtorità
kompetenti tista’ timponi dawk il-kundizzjonijiet dwar is-servicing
ta’ dak ii-kummerċ skond kif jidhrilha xieraq.
Kap. 404.
(4) Kull liċenza maħruġa jew imġedda jaw azzjoni oħra tkun 1i
tkun meħuda jew mibdija taħt l-Att, safejn tapplika għal brokers fl-
assigurazzjoni jew bejjiegħa ta’ l-assigurazzjoni, għandha tkompli
fis-seħħ u tibqa’ valida daqslikieku dik il-liċenza kienet ċertifikat
ta’ iskrizzjoni maħruġ jew daqslikieku dik l-azzjoni oħra kienet
azzjoni meħuda jew mibdija taħt l-Att dwar Brokers fl-
Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "liċenza" tinkludi awtorità ,
permess, approvazzjoni u ħatra.
Kap. 249.
dwar l-Interpretazzjoni, kull regolamenti, ordnijiet u strumenti oħra
li nżammew fis-seħħ bl-Att u kull regolamenti, ordnijiet u
strumenti oħra magħmula taħt l-Att, u kull ftehim u arranġament 1i
jkunu saru bis-saħħa ta’ l-Att, u kull regolament, ordni jew
strument ieħor għandhom, jekk u safejn ikunu jseħħu minnufih
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, jitqiesu 1i saru taħt jew
bis-saħħa ta’ dan l-Att u għandhom jibqgħu fis-seħħ u jistgħu jiġu
emendati, mibdula, imħassra jew xort’oħra trattati skond hekk.
(7) Ir-riferenzi kollha f’xi liġi u f’xi strument jew dokument
ieħor għall-Att, jew xi disposizzjoni tiegħu, għandhom, safejn
applikabbli, jibqgħu jinqraw u jiftiehmu bħala riferenza għal dan l-
Att jew għad-disposizzjoni korrisopondenti tiegħu.
(8) L-attiv u l-passiv tal-Fond ta’ Assigurazzjoni mwaqqaf bl-
Att għandhom mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jiġu trasferiti għall-
Fond għall-Protezzjoni u Kumpens imwaqqaf bl-artikolu 49
mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda formalità  ħlief dan l-Att. 
Kap. 330.
(9) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw għal kumpanniji offshore ta’ l-assigurazzzjoni, reġistrati
taħt l-Att dwar l-Awtorità  għal Servizzi Finanzjarji ta’ Malta sa dak
iż-żmiem li l-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jistabbilixxi.
  60      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
DISPOSIZZJONIJIET DWAR LLOYD’S
1.  F’din l-Iskeda -
"artikolu" tfisser artikolu ta’ dan l-Att;
"Lloyd’s" tfisser is-soċjetà  u korporazzjoni mwaqqfa mil-Lloyd’s Act, 1871, tar-
Renju Unit, u regolata bi jew taħt il-Lloyd’s Acts, 1871 sa 1982 tar-Renju Unit, jew
xi liġi oħra li minn żmien għal żmien temenda jew tissostitwixxi l-istess;
"sindakat" tfisser membru jew grupp ta’ membri ta’ Lloyd’s li jissottoskrivu
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni f’Lloyd’s permezz ta’ managing agent, lil liema
sindakat jingħata syndicate number minn jew taħt l-awtorità  tal-Kunsill ta’ Lloyd’s.
2. It-tifsira ta’ "aġent ta’ l-assigurazzjoni" mogħtija iktar ’l isfel għandha
tapplika minflok it-tifsira ta’ dik il-frażi kif mogħtija lilha bl-artikolu 2 (1) ta’ -
"aġent ta’ l-assigurazzjoni", dwar Lloyd’s, tfisser persuna hekk awtorizzata taħt l-
artikolu 13 maħtura minn jew f’isem membru ta’ Lloyd’s biex tkun coverholder
tiegħu f’Malta dwar kummerċ ta’ l-assigurazzjoni bl-awtorità  li tidħol f’kuntratti ta’
assigurazzjoni f’isem dak il-membru taħt il-kundizzjonijiet ta’ binding authority
agreement.
2.1 Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu -
"binding authority agreement" tfisser ftehim bejn membru ta’ Lloyd’s jew persuna
li taġixxi f’ismu u coverholder li bih il-coverholder jista’, skond il-kundizzjonijiet
tal-ftehim, jaċċetta riskji jew irbit f’isem dak il-membru ta’ Lloyd’s;
"coverholder" tfisser persuna awtorizzata taħt binding authority agreement biex
taċċetta jew toħroġ dokumenti dwar kuntratti ta’ assigurazzjoni li juru l-
aċċettazzjoni ta’ riskji jew irbit f’isem xi membru ta’ Lloyd’s li jagħti dik l-awtorità
bis-saħħa ta’ dak il-ftehim.
3. Il-paragrafi (ċ), (d) u (f) ta’ l-artikolu 8(1) ma għandhomx japplikaw għal
Lloyd’s; il-ħtiġiet tal-paragrafi (ċ) u (d), sa fejn japplikaw, jistgħu, jekk l-awtorità
kompetenti hekk tordna, japplikaw għal membru ta’ Lloyd’s li jkun jixtieq imexxi,
jew li jkun qed imexxi, kummerċ ta’ l-assigurazzjoni f’Malta jew minn Malta.
4. L-artikolu 11(1)(a) għandu -
(a) relattivament għall-artikolu 8(1), japplika bla ħsara għall-paragrafu 3
ta’ din l-Iskeda; u
(b) relattivament għall-artikolu l4, jiftiehem skond il-paragrafu 5 ta’ din l-
Iskeda.
4.1 Lloyd’s għandha f’kull hin ikollha rappreżentant f’Malta li jkun residenti
f’Malta u li jkun ir-rappreżentant f’Malta ta’ Lloyd’s u ta’ kull wieħed mill-membri
ta’ Lloyd’s.
4.2 Ir-rappreżentant għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, ikun awtorizzat biex
jaġixxi b’mod ġenerali bħala rappreżentant ġudizzjarju ta’, u jaċċetta n-notifika ta’
kull dokument f’isem, Lloyd’s u ta’ kull wieħed mill-membri tagħha u li jippreżenta
atti ġudizzjarji fir-reġistru ta’ kull qorti jew awtorità  simili f’Malta f’isem Lloyd’s
Emendata:
XVII. 2002.268. L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 2)
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        61
jew xi wieħed mill-membri ta’ Lloyd’s; l-artikolu 11(1)(d)(i), (ii) u (iv) u l-artikolu
12(a), (b) u (ċ) ma għandhomx xort’oħra japplikaw għal Lloyd’s jew għal xi wieħed
mill-membri ta’ Lloyd’s; l-artikolu 11(1)(d)(iii) ma għandux japplika għal Lloyd’s
iżda għandu japplika biss għall-underwriting members ta’ Lloyd’s.
4.3 Ir-rappreżentant għandu jinħatar b’ittra indirizzata lill-awtorità  kompetenti
miċ-Chairman ta’ Lloyd’s.
5. Il-membri ta’ Lloyd’s meħudin kollha flimkien jitqiesu li jissodisfaw jew li
jħarsu il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 14 jekk, meta jibagħtu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji
tagħhom taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jibagħtu lill-awtorità  kompetenti -
(a) kopja ċertifikata tal-prospetti globali dwar il-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni mmexxi mill-membri ta’ Lloyd’s preparati u mogħtija
minnhom lill-awtorità  regolatorja barranija, skond il-liġi tal-pajjiż fejn
ikunu regolati; u
(b) ċertifikat iffirmat miċ-Chairman ta’ Lloyd’s u mill-awtorità  msemmija
fis-sub-paragrafu (a), li l-membri ta’ Lloyd’s ikunu, dwar is-sena ta’
qabel, ħarsu d-disposizzjonijiet tal-liġi relattiva għal riżorsi finanzjarji
applikabbli għalihom fl-imsemmi pajjiż.
6. Għall-fini ta’ l-artikolu 16(1)(b), sabiex ikun kostitwit il-fond ta’ garanzija
meħtieġ, il-marġini ta’ solvibbiltà  ta’ Malta għandu japplika għall-membri ta’
Lloyd’s meħudin flimkien u għandu jiġi stabbilit skond regolamenti magħmula
għall-fini ta’ l-artikolu 14 b’riferenza għall-kummerċ kollu li jitmexxa f’Malta jew
minn Malta minn dawk il-membri daqslikieku huma kienu meħtieġa taħt is-
subartikolu (2) ta’ dak l-artikolu li jżommu l-marġini ta’ solvibbiltà  ta’ Malta.
7. L-artikolu 20(1)(ċ) ma għandux japplika għal Lloyd’s u l-membri ta’
Lloyd’s; madankollu, kopja tal-kontijiet globali tal-membri ta’ Lloyd’s trid titħalla
għall-wiri pubbliku fl-uffiċċju tar-rappreżentant tagħha u kopji ta’ dawk il-kontijiet
ikunu jistgħu jinxtraw minn hemm.
8. L-artikoli minn 33 sa 36 għandhom japplikaw dwar trasferimenti lil u minn
membri ta’ Lloyd’s jekk, u biss jekk, il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 8.1
ta’ din l-Iskeda jkunu ġew sodisfatti.
8.1 Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 ta’ din l-Iskeda huma -
(a) li t-trasferiment ma jkunx wieħed fejn kemm iċ-ċedent kif ukoll il-
konċessjonarju jkunu membri ta’ Lloyd’s;
(b) li l-Kunsill ta’ Lloyd’s b’riżoluzzjoni jkun awtorizza persuna waħda
biex taġixxi dwar it-trasferiment għall-membri ta’ Lloyd’s konċernati
bħala ċedent jew konċessjonarju;
(ċ) li kopja tar-riżoluzzjoni tkun ingħatat lill-awtorità  kompetenti.
8.2 Meta l-artikoli 33 u 34 jew l-artikoli 35 u 36 japplikaw dwar trasferiment lil
jew minn membri ta’ Lloyd’s, dawn għandhom japplikaw daqslikieku kull ħaġa
magħmula dwar it-trasferiment mill-persuna awtorizzata skond il-paragrafu 8.1(b)
ta’ din l-Iskeda kienet magħmula mill-membri li għalihom tkun aġixxiet.
9. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 38 ma għandhomx japplikaw għal Lloyd’s.
10. Minkejja li l-poloz ta’ assigurazzjoni sottoskritti minn membri ta’ Lloyd’s
ma jkunux sottoskritti b’responsabbiltà  solidali u minkejja d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra, l-assi li jenħtieġ li jinżammu f’Malta mill-membri ta’
Lloyd’s taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jiggarantixxu kull passiv ta-
membri kollha ta’ Lloyd’s li jkun attribwibbli għall-kummerċ tagħhom ta’ l-
  62      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
assigurazzjoni f’Malta.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 5)
KUMMERĊ FIT-TUL
l. F’din l-Iskeda, "direttiva dwar l-assigurazzjoni" tfisser direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula taħt u għall-finijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att.
2. Klassijiet ta’ Kummerċ fit-Tul
Numru Klassi Deskrizzjoni
I Ħajja u vitalizju Egħmil u twettiq ta’ kuntratti ta’
assigurazzjoni tal-ħajja umana jew kuntratti
li jitħallas vitalizju fuq ħajja umana, iżda
esklużi (f’kull każ) kuntratti taħt il-klassi III
ta’ din l-Iskeda.
II Żwieġ u twelid Egħmil u twettiq ta’ kuntratti ta’
assigurazzjoni li jipprovdu somma maż-
żwieġ jew mat-twelid ta’ tarbija, liema
kuntratti jkunu espressi għal perijodu li
jista’ jiġi speċifikat bid-direttiva dwar l-
assigurazzjoni, iżda esklużi (f’kull każ)
kuntratti taħt il-klassi III ta’ din l-Iskeda.
III Linked Long term Egħmil u twettiq ta’ kuntratti ta’
assigurazzjoni fuq ħajja umana jew kuntratti
li jitħallas vitalizju fuq ħajja umana jew
kuntratti li jipprovdu somma maż-żwieġ jew
mat-twelid ta’ tarbija meta l-benefiċċji
jkunu stabbiliti għal kollox jew f’parti
b’riferenza għall-valur ta’, jew id-dħul
minn, proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni (kemm
jekk tkun speċifikata fil-kuntratt kemm jekk
le) jew b’riferenza għal kambjamenti fi, jew
f’indiċi ta’, il-valur tal-proprjetà  ta’ kull
deskrizzjoni (kemm jekk hekk speċifikati
kemm jekk le).
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        63
IV Saħħa permanenti  Egħmil u twettiq ta’ kuntratti ta’
assigurazzjoni li jipprovdu għal benefiċċji
speċifikati kontra riskji ta’ persuni li jsiru
inkapaċitati minħabba li jġarrbu korriment
bħala riżultat ta’ aċċident jew ta’ aċċident
ta’ klassi speċifikata jew ta’ mard jew
diżabilità  oħra, liema kuntratti -
(a) huma espressi li jkunu jseħħu
għal żmien li jista’ jkun
speċifikat bid-direttiva dwar l-
assigurazzjoni, jew sa l-età
normali ta’ l-irtirar tal-persuni
konċernati jew mingħajr limitu
ta’ żmien, u
(b) jew li ma jkunux espressi bħala
terminabbli minn assiguratur,
jew huma espressi bħala hekk
terminabbli biss f’ċirkostanzi
speċjali msemmija fil-kuntratt.
V Tontines Egħmil u twettiq ta’ tontines.
VI Fidi ta’ kapital Egħmil u twettiq ta’ kuntratti ta’ fidi ta’
kapital.
VII Amministrazzjoni ta’ fond
ta’ pensjonijiet
Egħmil u twettiq ta’ -
(a) kuntratti għall-amministraz-
zjoni ta’ investiment ta’ fondi
ta’ pensjonijiet, jew
(b) kuntratti tax-xorta msemmija
fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq li
jkunu kombinati ma’ kuntratti
ta’ assigurazzjoni li jkopru jew
konservazzjoni ta’ kapital jew
ħlas ta’ imgħax minimu.
VIII Assigurazzjoni kollettiva Egħmil u twettiq ta’ kuntratti ta’ xorta li
tista’ tkun speċifikata bid-direttiva dwar l-
assigurazzjoni.
IX Assigurazzjoni soċjali Egħmil u twettiq ta’ kuntratti ta’ xorta li
tista’ tkun speċifikata bid-direttiva dwar l-
Assigurazzjoni.
  64      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
IT-TIELET SKEDA
(Artikoli 5 u 7)
KUMMERĊ ĠENERALI
TAQSIMA I - KLASSIJIET
Numru Klassi
1 Aċċident (inkluż korriment industrijali u mard tax-xogħol)
(a) benefiċċji stabbiliti fi flus;
(b) benefiċċji bħala indennizz;
(ċ) kombinazzjoni tat-tnejn;
(d) korriment ta’ passiġġieri.
2 Mard
(a) benefiċċji pekunjarji stabbiliti fi flus;
(b) benefiċċji bħala indennizz;
(ċ) kombinazzjoni tat-tnejn.
3 Vetturi ta’ l-art (barra minn railway rolling stock)
Kull ħsara jew telf ta’:
(a) vetturi bil-mutur ta’ l-art;
(b) vetturi ta’ l-art li ma jkunux vetturi bil-mutur.
4 Railway rolling stock
Kull ħsara jew telf ta’ railway rolling stock.
5 Inġenji ta’ l-ajru
Kull ħsara jew telf ta’ inġenji ta’ l-ajru.
6 Vapuri (bastimenti tal-baħar, lagi u xmajjar u kanali)
Kull ħsara jew telf ta’:
(a) bastimenti tax-xmara u kanal;
(b) bastimenti tal-lagi; 
(ċ) bastimenti tal-baħar.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        65
Numru Klassi
7 Oġġetti fi traġitt (inklużi merkanzija, bagalji u l-oġġetti l-oħra
kollha)
Kull ħsara jew telf ta’ oġġett li jkunu fi traġitt, jew bagalji,
irrispettivament mix-xorta ta’ trasport.
8 Nar u forzi naturali
Kull ħsara jew telf ta’ proprjetà  (barra minn proprjetà  inkluża
fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba:
(a) nar;
(b) esplużjoni; 
(ċ) maltempata;
(d) forzi naturali barra minn maltempata; 
(e) enerġija nukleari;
(f) inżul ta’ art.
9 Ħsara oħra lil proprjetà
Kull ħsara lil jew telf ta’ proprjetà  (barra minn proprjetà  inkluża
fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba silġ jew ġlata, u kull ġrajja
ta’ serq, barra minn dak li jaqa’ taħt il-klassi 8.
10 Responsabbiltà  għal vetturi bil-mutur
Kull responsabbiltà  li tinqala’ mill-użu ta’ vetturi bil-mutur li
jaħdmu fuq l-art (inkluża responsabbiltà  tal-ġarr).
11 Responsabbiltà  għal inġenji ta’ l-ajru
Kull responsabbiltà  li tinqala’ mill-użu ta’ inġenji ta’ l-ajru
(inkluża responsabbiltà  tal-ġarr).
12 Responsabbiltà  għal vapuri (bastimenti tal-baħar, lagi u xmajjar
u kanali)
Ir-responsabbiltà  kollha li tinqala’ mill-użu ta’ vapuri,
bastimenti jew dgħajjes fuq il-baħar, lagi, xmajjar jew kanali
(inkluża responsabbiltà  tal-ġarr).
13 Responsabbiltà  ġenerali
Ir-responsabbiltà  kollha barra minn dik li taqa’ taħt il-klassijiet
10, 11 u 12.
  66      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
Numru Klassi
14 Kreditu
(a) insolvibbiltà  (ġenerali);
(b) kreditu għall-esportazzjoni;
(ċ) kreditu ta’ ħlas bin-nifs; 
(d) mortgages;
(e) kreditu agrikolu.
15 Garanziji
(a) garanziji (diretti); 
(b) garanziji (indiretti).
16 Telf finanzjarji mixxellanju
(a) riskji ta’ impieg;
(b) nuqqas ta’ dħul (ġenerali);
(ċ) temp ħażin;
(d) telf ta’ benefiċċji;
(e) spejjeż ġenerali kontinwi;
(f) spejjeż tal-kummerċ imprevedibbli;
(g) telf ta’ valur tas-suq;
(h) telf ta’ kera jew dħul;
(i) telf fil-kummerċ indirett barra minn dawk speċifikati
hawn fuq;
(j) telf finanzjarju ieħor (li ma jkunx tal-kummerċ);
(k) telf finanzjarju ieħor (mhux speċifikat fil-(j) ta’ hawn
fuq).
17 Spejjeż legali
Spejjez legali (inklużi spejjeż ta’ litigazzjoni).
18 Assistenza
(a) assistenza ta’ persuni li jsibu ruħhom f’diffikultà
waqt l-ivvjaġġar, waqt li jkunu barra mid-dar jew
waqt li jkunu barra mir-residenza permanenti;
(b) assistenza f’ċirkostanzi oħra.
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        67
TAQSIMA II - GRUPPI TA’ KLASSIJIET
Numru Deskrizzjoni Kompożizzjoni
1 Aċċidenti u Saħħa Klassijiet 1 u 2
2 Vetturi bil-Mutur Klassijiet 1(d), 3, 7 u 10
3 Marritimu u Trasport Klassijiet 1(d), 4, 6, 7 u 12
4 Avjazzjoni Klassijiet 1(d), 5, 7 u 11
5 Nar u Ħsara oħra lil
Proprjetà
Klassijiet 8 u 9
6 Responsabbiltà Klassijiet 10, 11, 12 u 13
7 Kreditu u Garanziji Klassijiet 14 u 15
8 Ġenerali Il-Klassijiet kollha
  68      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
DISPOSIZZJONIJIET DWAR AĠENTI U MANAGERS 
TA’ L-ASSIGURAZZJONI
1. F’din l-Iskeda, "artikolu" tfisser artikolu ta’ dan l-Att.
TAQSIMA I - ĦTIĠIET GĦAL AWTORIZZAZZJONI
2. Id-disposizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 13 huma
dawk murija fil-paragrafi li ġejjin ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Iskeda.
3. Persuna li tkun tixtieq taġixxi bħala aġent ta’ l-assigurazzjoni ta’
kumpannija awtorizzata jew bħala manager ta’ l-assigurazzjoni għandha tagħmel
applikazzjoni bil-miktub għal hekk f’dik il-forma u b’dak il-mod li l-awtorità
kompetenti tista’ tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
3.1 L-applikant huwa kumpannija b’responsabbiltà  limitata jew soċjetà  in
akkomandita, li l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, iffurmata u reġistrata
f’Malta taħt l-Att dwar il-Kumpanniji:
Iżda, dwar applikant li hu soċjetà  in akkomandita, id-disposizzjonijiet ta’
din l-Iskeda għandhom japplikaw bla ħsara għal dawk il-modifikazzjonijiet li l-
awtorità  kompetenti tista’ minn żmien għal żmien tiddetermina, liema
modifikazzjonijiet ma għandhomx materjalment inaqqsu mill-għanijiet prinċipali
tad-disposizzjonijiet hekk modifikati.
3.2 L-għanijiet tal-kumpannija huma limitati għal operazzjonijiet li jinqalgħu
direttament mill-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni u funzjonijiet konnessi magħhom jew
anċillari għalihom, bl-esklużjoni ta’ kull kummerċ ieħor barra minn, fil-każ ta’ aġent
ta’ l-assigurazzjoni, kummerċ stabbilit b’direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula
għall-finijiet ta’ l-artikolu 13.
3.3 L-applikant jagħti, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  kompetenti, dak it-
tagħrif li l-awtorità  kompetenti tkun talbitu dwar persuni li, ma’ l-awtorizzazzjoni
tal-kumpannija, ikollhom xi interess ta’ proprjetà , finanzjarju jew interess f’dik il-
kumpannija jew in konnessjoni magħha.
3.4 L-azzjonisti kwalifikanti u l-kontrolluri kollha u kull persuna li jkunu
effettivament se jamministraw l-affarijiet jew imexxu l-operazzjonijiet relatati ma’ l-
applikazzjoni jkunu persuni xierqa biex jiżguraw l-amministrazzjoni tajba u prudenti
tagħha.
3.5 Il-fondi tal-kumpannija stess, sew jekk f’liri Maltin jew f’xi munita oħra
aċċettabbli għall-awtorità  kompetenti huma f’kull ħin mhux inqas minn dak l-
ammont xieraq għax-xorta ta’ kummerċ li se jitmexxa, mill-kumpannija skond kif
jista’ jiġi determinat b’direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’
dan l-Att; u dawk il-fondi tal-kumpannija stess huma f’kull ħin ħielsa minn kull
irbit.
3.6 L-applikant ikollu favur tiegħu f’kull żmien polza ta’ assigurazzjoni ta’
indennizz professjonali aċċettabbli għall-awtorità  kompetenti, li tindennizzah, jew
lil xi persuna impjegata miegħu, jew li xort’oħra taġixxi għan-nom tiegħu, għal dak
l-ammont, b’dak il-mod u dwar dawk il-ħwejjeġ li l-awtorità  kompetenti tista’
tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
Emendata:
XVII. 2002.269. Ir-RABA’ SKEDA
(Artikolu 13)
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        69
3.7 L-applikant jissottometti lill-awtorità  kompetenti skema ta’ operazzjonijiet
xierqa għall-applikazzjoni li għandha tinkludi partikolaritajiet jew provi kif jista’
jiġi stabbilit b’direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ l-artikolu 13.
3.8 Bla ħsara għall-paragrafu 3.9 ta’ din l-Iskeda, l-applikant jipproduċi provi
għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  kompetenti li jkollu ħatra bil-miktub iffirmata minn
uffiċjal anzjan tal-kumpannija li l-applikant ikun qed jitlob biex jaġixxi għaliha fejn
l-applikant ikun nominat biex jaġixxi f’isem u għan-nom tal-kumpannija, jew
unikament għan-nom tal-kumpannija, fil-kariga speċifikata fil-ħatra u dwar ħwejjeġ
u taħt kundizzjonijiet speċifikati f’dik il-ħatra.
3.9 Meta applikazzjoni tkun għal awtorizzazzjoni bħala manager ta’ l-
assigurazzjoni, il-ħatra msemmija fil-paragrafu 3.8 ta’ din l-Iskeda ma tikkostitwix
kundizzjoni bil-quddiem għall-ħruġ ta’ dik l-awtorizzazzjoni kemm-il darba l-
persuna awtorizzata ma taġixxix għal xi kumpannija jekk u sakemm ma tipproduċix
prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  kompetenti li jkollha ħatra bil-miktub
mingħand il-kumpannija konċernata biex taġixxi f’isimha.
TAQSIMA II - APPLIKAZZJONI TA’ ĊERTI ARTIKOLI
4.  L-artikolu 7 għandu japplika bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan il-paragrafu:
(a) is-subartikoli (1), (2), (5) u (8) tiegħu ma japplikawx;
(b) is-subartikolu (7) għandu japplika daqslikieku r-riferenza għas-
subartikolu (8) tiegħu ma saritx u l-perijodu fih preskritt kien perijodu
ta’ tliet xhur.
4.1 L-artikolu 8(1) u l-artikoli 9 sa 12 u minn 14 sa 18 ma japplikawx.
4.2 L-artikolu 19 u s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 43 għandhom japplikaw
daqslikieku r-riferenza għal "kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’Malta"
kienet riferenza għal "kumpannija b’responsabbiltà  limitata jew soċjetà  in
akkomandita li l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, kostitwita f’Malta skond
l-Att dwar il-Kumpanniji".
4.3 L-artikolu 20 ma japplikax u minfloku għandha tapplika din id-disposizzjoni
li ġejja:
"Kull kumpannija awtorizzata taħt dan l-Att li taġixxi ta’ aġent ta’
l-assigurazzjoni jew ta’ manager ta’ l-assigurazzjoni għandha, mhux
iktar tard minn erba’ xhur mid-data tas-sena finanzjarja tagħha, jew f’xi
żmien ieħor li jista’ jiġi eċċezzjonalment awtorizzat bil-miktub mill-
awtorità  kompetenti, tibgħat lill-awtorità  kompetenti kopja tad-
dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati tagħha magħmula skond l-Att
dwar il-Kumpanniji.".
4.4 L-artikoli 22 u 23 ma japplikawx.
4.5 L-artikolu 24 għandu japplika safejn jirreferi biss għal uditur.
4.6 Il-paragrafu (d) ta’ l-artikolu 25 ma japplikax.
4.7 Is-subartikoli (4) u (5) ta’ l-artikolu 27 ma japplikawx.
4.8 L-artikoli minn 33 sa 37 ma japplikawx.
4.9 Is-subartikolu (10) ta’ l-artikolu 38 ma japplikax. 
4.10 L-artikolu 39 għandu japplika bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan il-paragrafu:
  70      KAP. 403. ħ       KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI
(a) is-subartikolu (1) għandu japplika daqslikieku detentur ta’
awtorizzazzjoni li kien bi ħsiebu ma jkomplix jaġixxi bħala aġent ta’ l-
assigurazzjoni jew manager ta’ l-assigurazzjoni ta’ kumpannija
awtorizzata kien meħtieġ li jagħti, mhux iktar tard minn tliet xhur qabel
id-data li fiha jkun maħsub li ma jkomplix jaġixxi fil-kariga li kien
awtorizzat li jaġixxi, avviż bil-miktub tal-ħsieb tiegħu lill-awtorità
kompetenti, u d-detentur kien meħtieġ li jħares xi direttiva maħruġa lilu
mill-awtorità  kompetenti;
(b) is-subartikoli (2), (3) u (4) tiegħu ma japplikawx.
4.11 L-artikolu 41 għandu japplika daqslikieku detentur ta’ awtorizzazzjoni kien
meħtieġ biss li jxolji u sussegwentement jistralċja taħt u skond l-Att dwar il-
Kumpanniji.
4.12 L-artikoli 42 u 45, is-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 48 u l-artikoli minn 49 sa
54 ma japplikawx.
4.13 Is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 58 għandu japplika bla ħsara għad-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan il-paragrafu:
(a) il-paragrafi (a) u (b) tiegħu għandhom japplikaw safejn jirreferu biss
għall-artikolu 13;
(b) il-paragrafu (d) tiegħu ma japplikax.
4.14  L-artikoli 62 u 63 ma japplikawx.
TAQSIMA III - ĦTIĠIET SUPPLEMENTARI
5. Kull aġent ta’ l-assigurazzjoni awtorizzat jew manager ta’ l-assigurazzjoni
awtorizzat għandu jżomm il-flejjes kollha li jkunu f’idu f’kapaċità  fiduċjarja
separati mill-flejjes tiegħu stess u għandu, dwar dawk il-flejjes, iżomm kontijiet
separati skond il-ħtiġiet stabbiliti bid-direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula
għall-finijiet ta’ l-artikolu 13.
5.1 Ebda persuna m’għandu jkollha jew tikseb xi rimedju jew dritt dwar flejjes
li jkunu bi kreditu tal-kont imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ din it-Taqsima ta’ din l-
Iskeda dwar xi talba jew dritt kontra aġent ta’ l-assigurazzjoni jew manager ta’ l-
assigurazzjoni sakemm kull talba proprja għal dawk il-flejjes tkun ġiet sodisfatta.
5.2 Aġent ta’ l-assigurazzjoni jew manager ta’ l-assigurazzjoni għandu jagħmel
garanzija ta’ fedeltà  f’forma speċifikata, dwar il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
tiegħu, f’dawk iċ-ċirkustanzi, f’dak il-valur, b’dak il-mod u taħt dawk il-
kundizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti bid-direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula
għall-finijiet ta’ l-artikolu 13.
5.3 Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 5.1 ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Iskeda
għandha tipprovdi li f’każ li aġent ta’ l-assigurazzjoni jew manager ta’ l-
assigurazzjoni ma jkunx jista’ jew jonqos milli jissodisfa l-obbligazzjonijiet
finanzjarji tiegħu dwar xi somom ta’ flus riċevuti minnu mingħand, jew f’isem, il-
klijenti tiegħu, somma ta’ flus titqiegħed għad-disposizzjoni ta’ persuna nominata
jew approvata mill-awtorità  kompetenti, sabiex tintuża għall-benefiċċju ta’ xi klijent
ta’ l-aġent jew tal-manager li jkun sofra telf jew dannu minħabba li l-aġent jew il-
manager ma jkunx jista’ jissodisfa jew jonqos li jissodisfa dawk l-obbligazzjonijiet
finanzjarji.
5.4 Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Iskeda ma għandhomx
japplikaw għal kumpannija awtorizzata biex taġixxi bħala manager ta’ l-
assigurazzjoni matul dak iż-żmien kollu li l-kumpannija ma jkollha ebda ħatra minn
KUMMERĊ TA’ L-ASSIGURAZZJONI ġ KAP. 403.        71
xi kumpannija biex taġixxi ta’ hekk.
5.5 Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Iskeda, "klijent" -
(a) dwar aġent ta’ l-assigurazzjoni, tfisser persuna li tikkuntattja, jew li tiġi
kuntattjata mill-aġent ta’ l-assigurazzjoni bil-għan li jirranġa kuntratt
ta’ assigurazzjoni ma’ kumpannija awtorizzata, li tmexxi l-kummerċ ta’
l-assigurazzjoni bis-saħħa ta’ l-aġent, jew li tfittex l-għajnuna ta’, jew li
tingħata l-għajnuna mill-aġent fl-amministrazzjoni u twettiq ta’ dak il-
kuntratt, b’mod partikolari f’każ ta’ claim;
(b) dwar manager ta’ l-assigurazzjoni -
(i) tfisser kumpannija li tikkuntattja, jew li tiġi kuntattjata mill-
manager ta’ l-assigurazzjoni bil-għan ta’ l-aċċettazzjoni ta’ ħatra
mill-kumpannija biex tamministra xi parti mill-kummerċ tagħha,
jew biex teżerċita funzjonijiet amministrattivi fiha, jew biex tkun
responsabbli biex iżżomm il-kontijiet jew records oħra ta’ dik il-
kumpannija, jew biex tidħol f’kuntratti ta’ assigurazzjoni f’isem
dik il-kumpannija skond il-kundizzjonijiet tal-ħatra; jew
(ii) tfisser persuna li tikkuntattja, jew li tiġi kuntattjata mill-manager
ta’ l-assigurazzjoni bil-għan li jirranġa kuntratt ta’ assigurazzjoni
ma’ kumpannija awtorizzata li tmexxi l-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni bis-saħħa tal-manager, jew li tfittex l-għajnuna ta’,
jew li tingħata l-għajnuna mill-manager fl-amministrazzjoni u
twettiq ta’ dak il-kuntratt, b’mod partikolari f’każ ta’ claim.
