BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  1
KAPITOLU 404
ATT DWAR BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI 
U INTERMEDJARJI OĦRA
Biex jirregola r-reġistrazzjoni ta’ brokers fl-assigurazzjoni u intermedjarji oħra u
attivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni.
1 ta’ Ottubru, 1998
L-ATT XVIII ta’ l-1998, kif emendat bl-Att XVII ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
Taqsima I. Preliminari 1-2
Taqsima II. Setgħat Regolatorji 3-4
Taqsima III. Reġistrazzjoni jew Iskrizzjoni għat-Tmexxija ta’
Kummerċ bħala Brokers fl-Assigurazzjoni
5-18
Taqsima IV. Obbligazzjonijiet ta’ Kumpanniji Iskritti 19-25
Taqsima V. Sena Finanzjarja u Udituri 26-28
Taqsima VI. Reġistrazzjoni u Iskrizzjoni ta’ Sotto-aġenti fl-
Assigurazzjoni
29-37
Taqsima VII. Disposizzjonijiet Ġenerali 38-51
SKEDA
Intermedjarji fl-Assigurazzjoni u Attivitajiet ta’ Intermedjarji fl-Assigurazzjoni
  2  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar Brokers fl-
Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra. 
Tifsir.
Emendat:
XVII. 2002.271.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"attivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni" u "attivitajiet"
ifissru kull waħda mill-attivitajiet imniżżlin fil-paragrafi (1) u (2)
tat-Tielet Kolonna ta’ l-Iskeda u jinkludu kull attivitajiet oħra li
jistgħu jiġu preskritti;
"attivitajiet ta’ sotto-aġenzija ta’ l-assigurazzjoni", dwar persuna
reġistrata bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni, tfisser l-attivitajiet
imniżżlin fil-paragrafu (2) tat-Tielet Kolonna ta’ l-Iskeda;
Kap. 403.
"awtorità  kompetenti" tfisser il-korp maħtur taħt l-artikolu 3(2)
ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni;
"broker fl-assigurazzjoni" tfisser persuna li tmexxi kummerċ ta’
broking fl-assigurazzjoni;
"ċertifikat ta’ iskrizzjoni" -
(a) dwar kumpannija li tmexxi kummerċ bħala broker fl-
assigurazzjoni, tfisser ċertifikat maħruġ mill-awtorità
kompetenti taħt l-artikolu 14 lill-kumpannija, li juri li
dik il-kumpannija tkun iskritta fil-lista tal-brokers; u
(b) dwar persuna reġistrata bħala sotto-aġent fl-
assigurazzjoni fir-reġistru ta’ sotto-aġenti ta’
kumpannija ta’ xi kumpannija, tfisser ċertifikat
maħruġ mill-awtorità  kompetenti taħt l-artikolu 33,
lill-kumpannija li tirreġistra lil dik il-persuna, li juri li
dik il-persuna tkun iskritta fil-lista ta’ sotto-aġenti;
"ċertifikat ta’ reġistrazzjoni", dwar persuna reġistrata bħala
broker fl-assigurazzjoni, tfisser ċertifikat maħruġ mill-awtorità
kompetenti taħt l-artikolu 14 ta’ dan l-Att lil dik il-persuna, li juri li
dik il-persuna tkun reġistrata fir-reġistru tal-brokers;
"direttiva dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni" tfisser direttiva
dwar attivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni maħruġa mill-
awtorità  kompetenti bis-saħħa ta’ l-artikolu 4(2);
"direttur", dwar kumpannija, tinkludi individwu li jokkupa l-
kariga ta’ direttur tal-kumpannija, b’isem ikun li jkun imsejjaħ, li
jkollu setgħa li jmexxi sostanzjalment l-istess funzjonijiet relattivi
għad-direzzjoni tal-kumpannija bħal dawk magħmula minn direttur
u, relattivament għal kumpannija barranija, tinkludi membru ta’
bord lokali kif ukoll aġent u l-persuna msemmija bħala
rrappreżentant ta’ dik il-kumpannija għall-fini ta’ l-artikolu
10(1)(b)(ii);
"fergħa" tfisser il-fond tal-kumpannija, barra mill-uffiċċju
prinċipali tagħha, minn fejn jitmexxa l-kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni jew attivitajiet oħra ta’ intermedjarji fl-
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  3
assigurazzjoni kif jistgħu jiġu preskritti li jistgħu jitmexxew;
"fondi tal-kumpannija stess" għandha tiftiehem skond direttiva
dwar l-intermedjarji fl-assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ dan
l-Att biex tistabbilixxi l-ammonti u l-elementi li jikkostitwixxu l-
fondi tal-kumpannija stess;
"funzjonijiet" tinkludi responsabbiltajiet, setgħat u dmirijiet;
Kap. 403.
"grupp" u "gruppi ta’ klassijiet", dwar kummerċ ġenerali, tfisser
xi grupp ta’ klassijiet jew partijiet minn klassijiet speċifikati fit-
Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni;
"holding kwalifikattiv ta’ azzjonijiet" tfisser holding dirett jew
indirett f’kumpannija li jirrappreżenta għaxra fil-mija jew iżjed tal-
kapital azzjonarju maħruġ minn dik il-kumpannija jew tal-jeddijiet
ta’ votazzjoni marbuta ma’ dak il-kapital azzjonarju jew li
jagħmilha possibbli li tkun eżerċitata influwenza sinjifikanti fl-
amministrazzjoni tal-kumpannija, u "azzjonist kwalifikanti"
għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"intermedjarju fl-assigurazzjoni" tfisser persuna li, bħala
kummerċ, jew bħala parti mill-impieg tagħha, taqa’ taħt xi waħda
mill-kategoriji mniżżlin fl-Ewwel jew fit-Tieni Kolonna ta’ l-
Iskeda u tinkludi persuna li tipprovdi servizzi anċillari għal
attivitajiet oħra ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni kif jista’ jiġi
preskritt;
"iskritt" -
(a) dwar kumpannija li tmexxi kummerċ bħala broker fl-
assigurazzjoni, tfisser iskritt fil-lista tal-brokers taħt l-
artikolu 13; u
(b) dwar persuna reġistrata bħala sotto-aġent fl-
assigurazzjoni, tfisser iskritta fil-lista ta’ sotto-aġenti
taħt l-artikolu 33,
u, f’kull każ, "iskrizzjoni" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"klassi" -
Kap. 403.
(a) dwar kummerċ fit-tul, tfisser xi waħda mill-klassijiet
speċifikati fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni; u
(b) dwar kummerċ ġenerali, tfisser xi waħda mill-
klassijiet speċifikati fit-Taqsima I tat-Tielet Skeda li
tinsab ma’ dak l-Att;
"klijent", dwar kumpannija iskritta, tfisser persuna li tikkuntattja,
jew li tiġi kuntattjata minn, kumpannija iskritta bil-għan li tikseb
jew li tagħti parir dwar il-ħtiġiet ta’ assigurazzjoni tagħha jew l-
egħmil ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni ma’ kumpannija ta’ l-
assigurazzjoni jew li għaliha l-kumpannija iskritta tkun irranġat
kuntratt ta’ assigurazzjoni ma’ kumpannija ta’ assigurazzjoni;
"kundizzjonijiet" tinkludi obbligazzjonijiet u restrizzjonijiet;
"kontroll", dwar korp ġuridiku, tfisser is-setgħa biex jiġu
stabbiliti l-policies finanzjarji u operattivi tal-korp ġuridiku;
  4  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
"kontrollur", dwar korp ġuridiku, hija persuna li, waħedha jew
flimkien ma’ oħrajn, teżerċita kontroll relattivament għall-korp
ġuridiku;
"korp ġuridiku" tfisser kull entità  li għandha l-personalità  legali
distinta minn dik tal-membri tagħha;
Kap. 403.
"korp ta’ l-assigurazzjoni rikonoxxut" għandha l-istess tifsira
mogħtija lilha bl-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni;
"kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni", dwar broker fl-
assigurazzjoni reġistrat jew kumpannija iskritta, tfisser l-attivitajiet
imniżżlin fil-paragrafu (1) tat-Tielet Kolonna ta’ l-Iskeda;
Kap. 403.
"kummerċ ta’ l-assigurazzjoni" għandha l-istess tifsir kif mogħti
lilha bl-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni;
"kumpannija" tinkludi kumpannija lokali u kumpannija
barranija;
Kap. 403.
"kumpannija awtorizzata" tfisser kumpannija li hi awtorizzata,
jew persuna li titqies li tkun awtorizzata, taħt l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, biex tmexxi kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni, u tinkludi persuna awtorizzata taħt l-imsemmi Att
biex taġixxi bħala aġent fl-assigurazzjoni ta’ dik il-kumpannija jew
persuna;
"kumpannija barranija" tfisser kumpannija jew soċjetà  in
akkomandita, li l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet,
reġistrata, inkorporata jew kostitwita barra minn Malta taħt il-
liġijiet ta’ xi pajjiż, kemm-il darba dik il-kumpannija jew is-soċjetà
in akkomandita tkun ħarset id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi li minn
żmien għal żmien tkun isseħħ f’Malta u li tkun tirreferi għaliha;
Kap. 386.
"kumpannija lokali" tfisser kumpannija b’responsabbiltà  limitata
ffurmata u reġistrata skond l-Att dwar il-Kumpanniji, u tinkludi,
bla ħsara għas-subartikolu (2), soċjetà  in akkomandita, li l-kapital
tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, iffurmata u reġistrata skond l-
imsemmi Att; 
"kumpannija ta’ l-assigurazzjoni", dwar kumpannija iskritta,
tfisser u tinkludi kumpannija, membru ta’ korp ta’ l-assigurazzjoni
rikonoxxut jew ta’ kull impriża oħra li leġittimament tmexxi
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni;
Kap. 403.
"kuntratt ta’ assigurazzjoni" u "kuntratt" għandhom l-istess
tifsiriet kif mogħti lilhom bl-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni;
"lista tal-brokers" tfisser il-lista ta’ kumpanniji li jmexxu
kummerċ bħala brokers fl-assigurazzjoni stabbilita u miżmuma taħt
l-artikolu 7;
"lista ta’ sotto-aġenti" tfisser il-lista ta’ sotto-aġenti fl-
assigurazzjoni reġistrati minn kumpanniji awtorizzati stabbilita u
miżmuma taħt l-artikolu 31(1);
Kap. 403.
"manager fl-assigurazzjoni" għandha l-istess tifsira kif inhi
mogħtija lilha bl-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  5
Assigurazzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
Kap. 373.
kontra Money Laundering;
Kap. 403.
"obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta" għandha l-istess
tifsira kif inhi mogħtija lilha bl-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni;
"preskritt" tfisser preskritt b’regoli jew b’regolamenti magħmula
taħt dan l-Att;
Kap. 403.
"rabta" u "pajjiż tar-rabta" għandhom l-istess tifsiriet kif mogħti
lilhom bl-artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni;
"rappreżentant" -
Kap. 403.
(a) dwar kumpannija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun
f’pajjiż barra minn Malta, li ma tkunx Lloyd’s jew xi
wieħed mill-membri tagħha jew korp ta’ l-
assigurazzjoni rikonoxxut jew xi wieħed mill-membri
tiegħu, għandha tiftiehem skond l-artikolu 12 ta’ l-Att
dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni;
(b) dwar Lloyd’s jew xi wieħed mill-membri tagħha jew
korp ta’ l-assigurazzjoni rikonoxxut jew xi wieħed
mill-membri tiegħu, għandha tiftiehem skond il-
paragrafi 4.1, 4.2 u 4.3 ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dak l-Att;
"reġistrat" -
(a) dwar persuna reġistrata bħala broker fl-assigurazzjoni
taħt l-artikolu 13, tfisser irreġistrat fir-reġistru tal-
brokers; u
(b) dwar persuna reġistrata bħala sotto-aġent fl-
assigurazzjoni taħt l-artikolu 33, tfisser reġistrata fir-
reġistru ta’ kumpannija ta’ sotto-aġenti ta’ kumpannija
waħda jew iżjed,
u, f’kull każ, "reġistrazzjoni" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"reġistru tal-brokers" tfisser ir-reġistru tal-brokers fl-
assigurazzjoni stabbilit u miżmum taħt l-artikolu 5;
"reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti", dwar kumpannija
awtorizzata, tfisser ir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti fl-
assigurazzjoni stabbilit u miżmum mill-kumpannija taħt l-artikolu
29(1);
"reklam", dwar attivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni,
tfisser kull xorta ta’ reklamar, sew bil-fomm jew bil-miktub, u, bla
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, tinkludi reklamar
f’pubblikazzjoni, il-wiri ta’ avviżi, tabelli, tikketti jew kartelluni,
bil-mezz ta’ ittri, ċirkolarijiet, prospetti, katalgi, listi tal-prezzijiet
jew dokumenti oħra, bil-wiri ta’ stampi jew filmati fotografiċi jew
ċinematografi, bil-mezz ta’ xandir bis-smigħ jew bit-televiżjoni,
bit-tqassim ta’ reġistrazzjonijiet jew b’xi mod ieħor, u riferenzi
  6  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
għall-ħruġ ta’ reklam għandhom jiftiehmu f’dan is-sens;
Kap. 403.
"riskju sitwat f’Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 2(1) ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni;
"sena finanzjarja" għandha tiftiehem skond l-artikolu 26(4);
"Skeda" tfisser l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"sotto-aġent fl-assigurazzjoni" tfisser persuna li tmexxi
attivitajiet ta’ sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni;
"uditur approvat" u "uditur" għandhom it-tifsir mogħti lilhom bl-
artikolu 27(10);
"uffiċjal", dwar kumpannija, tinkludi direttur, soċju, manager,
jew segretarju tal-kumpannija jew xi persuna li effettivament
taġixxi f’kariga bħal dik sew jekk maħtura formalment u sew jekk
le.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għal
soċjetà  in akkomandita bla ħsara għal dawk il-modifikazzjonijiet li
l-awtorità  kompetenti tista’, minn żmien għal żmien, tagħmel f’xi
disposizzjoni tiegħu, liema modifikazzjonijiet ma għandhomx
materjalment inaqqsu mill-għan prinċipali tad-disposizzjoni hekk
modifikata.
(3) F’dan l-Att u f’kull regoli jew regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u t-test
Malti, għandu jipprevali t-test Ingliż.
TAQSIMA II
SETGĦAT REGOLATORJI
Setgħat u dmirijiet 
tal-Ministru.
Emendat:
XVII. 2002.272.
3. (1) Għandu jkun id-dmir tal-Ministru li jeżerċita s-setgħat
mogħtija lilu b’dan l-Att sabiex jiżgura t-tħaris, minn persuni
reġistrati bħala brokers fl-assigurazzjoni, kumpanniji iskritti biex
imexxu kummerċ bħala brokers fl-assigurazzjoni u persuni li
jmexxu attivitajiet oħra ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni, tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regoli u regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu u ta’ dawk il-kundizzjonijiet li minn
żmien għal żmien ikunu speċifikati fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni
jew ta’ iskrizzjoni rispettiv.
Kap. 403. (2) L-awtorità  kompetenti maħtura taħt l-artikolu 3(2) ta’ l-Att
dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni għandha taqdi l-funzjonijiet
ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan l-Att u dawk il-funzjonijiet l-oħra
li l-Ministru jidhirlu xierqa dwar it-tħaddim ta’ dan l-Att.
(3) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità
kompetenti, jagħmel ir-regoli jew ir-regolamenti li jistgħu jkunu
meħtieġa sabiex titwettaq kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att u sabiex jemenda jew jirrevoka l-Iskeda u jista’ jemenda jew
jirrevoka dawk ir-regoli jew regolamenti; u, bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, il-Ministru jista’, b’dawk ir-regoli
jew regolamenti, b’mod partikolari, jipprovdi għal xi ħaġa jew kull
ħaġa minn dan li ġej -
(a) id-drittijiet u l-ħlasijiet li għandhom jinġabru dwar
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  7
kull ħaġa provduta għaliha b’dan l-Att jew taħtu u kull
regoli jew regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu;
(b) ir-reġistrazzjoni u l-iskrizzjoni ta’ persuni, barra minn
persuni reġistrati u iskritti bis-saħħa ta’ dan l-Att, li
jmexxu attivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni
jew li jipprovdu għal servizzi anċillari għall-kummerċ
ta’ l-assigurazzjoni kif jista’ jiġi preskritt;
(ċ) kull ħaġa li għandha x’taqsam jew li hi konnessa ma’
xi disposizzjoni li tinsab fl-Iskeda;
(d) il-penalitajiet amministrattivi li jistgħu jiġu mposti u
miġbura mill-awtorità  kompetenti dwar infrazzjonijiet
li jistgħu jiġu preskritti mingħajr ma jinstemgħu
quddiem qorti; penali amministrattiva tkun dovuta lil-
awtorità  kompetenti bħala dejn ċivili:
Iżda l-penali amministrattiva ma tistax tkun akbar
minn penali finanzjarja ta’ ħamest elf lira dwar xi
infrazzjoni u, meta l-infrazzjoni tkompli, penali oħra
ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira għal kull jum li
matulu l-infrazzjoni tkompli;
(e) il-penalitajiet jew pieni oħra li persuni li jiksru jew li
jonqsu li jħarsu xi disposizzjoni ta’ xi regolament
magħmul skond dan l-Att jistgħu jeħlu, liema
penalitajiet ma jkunux inqas minn mitt lira u mhux
iżjed minn ħamest elef lira, dwar kull reat u dwar reat
kontinwat penali oħra ta’ mhux iżjed minn mitt lira
għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
(4) Il-Ministru jista’ wkoll b’regolamenti taħt dan l-artikolu,
wara konsultazzjoni ma’ l-awtorità  kompetenti, jestendi u jagħmel
applikabbli kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għal xi
attività  ta’ intermedjarju fl-assigurazzjoni li tista’ tiġi preskritta li
fil-fehma tiegħu għandha, fl-interess pubbliku, tkun regolata
b’dawk id-disposizzjonijiet.
(5) Regoli jew regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu
jistgħu jagħmlu dawk l-eżenzjonijiet, kondizzjonijiet jew modifiki
kif jista’ jiġi speċifikat fihom dwar każijiet, ċirkostanzi jew
għanijiet differenti u jistgħu jagħtu lill-awtorità  kompetenti dik is-
setgħa għal adattament tar-regoli u r-regolamenti kif jista’ jiġi
speċifikat fihom.
(6) L-eżerċizzju ta’ poteri mogħtija taħt dan l-artikolu
għandhom ikunu bla ħsara għal kull obbligazzjoni jew restrizzjoni
li toriġina mill-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta.
(7) Regoli u regolamenti magħmula taħt dan l-Att u kull
emenda jew revoka ta’ dawk ir-regoli u regolamenti, jistgħu jkunu
pubblikati bl-ilsien Ingliż biss.
Setgħat u dmirijiet 
ta’ l-awtorità  
kompetenti.
4. (1) Għandu jkun id-dmir ta’ l-awtorità  kompetenti li taqdi
l-funzjonijiet mogħtija lilha b’dan l-Att jew taħtu u li tiżgura li
persuni, kumpanniji jew intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni reġistrati
jew iskritti skond dan l-Att u regoli jew regolamenti magħmula
taħtu jħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regoli jew
  8  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
regolamenti magħmula taħtu, id-direttivi dwar intermedjarji ta’ l-
assigurazzjoni magħmula mill-awtorità  kompetenti bis-saħħa ta’
dan l-Att u ta’ kull regoli u regolamenti magħmula taħtu, u mal-
kundizzjonijiet speċifikati f’ċertifikati ta’ reġistrazzjoni jew
iskrizzjoni.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel direttivi dwar
intermedjarji fl-assigurazzjoni kif ikun meħtieġ sabiex jingħata
effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu. L-awtorità
kompetenti tista’ temenda jew tirrevoka dawk id-direttivi dwar
intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni.
(3) Direttivi dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni u kull emenda
għalihom jew revoka tagħhom għandhom ikunu komunikati lill-
persuni jew kumpanniji li għandhom x’jaqsmu u l-pubbliku jkun
jista’ jarahom fl-uffiċċji ta’ l-awtorità  kompetenti f’kull ħin matul
il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ l-awtorità .
(4) Direttivi dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni magħmula
mill-awtorità  kompetenti bis-saħħa ta’ dan l-Att jistgħu jipprovdu li
ħtiġiet regolatorji differenti jkunu applikabbli għal kategoriji
differenti ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni; u bla ħsara għad-
direttivi dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni li huma maħruġa li
jsiru taħt dan l-Att u għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, l-
awtorità  kompetenti tista’, b’dawk id-direttivi dwar intermedjarji
ta’ l-assigurazzjoni, b’mod partikolari -
(a) tistabbilixxi x’jikkostitwixxi x’inhu xieraq u idoneu
dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni;
(b) tistabbilixxi, dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni, il-
kriterji ta’ direzzjoni tajba u prudenti;
(ċ) tistabbilixxi t-tagħrif li kumpanniji iskritti li jmexxu
kummerċ bħala brokers fl-assigurazzjoni u persuni li
jmexxu attivitajiet oħra ta’ intermedjarji fl-
assigurazzjoni għandhom jagħtu lil persuni li jkunu
qed jitolbu jew jagħmlu użu minn servizzi ta’
intermedjarji fl-assigurazzjoni;
(d) tistabbilixxi l-kodiċijiet ta’ mġieba li jistgħu
jirregolaw kull aspett ta’ negozju bejn l-intermedjarji
fl-assigurazzjoni u kumpanniji fl-assigurazzjoni jew
bejn dawk l-intermedjarji u persuni li jitolbu jew
jagħmlu użu minn servizzi ta’ intermedjarji fl-
assigurazzjoni;
(e) tistabbilixxi, dwar kummerċ ta’ attivitajiet
intermedjarji fl-assigurazzjoni, il-ħruġ ta’ reklami, u l-
egħmil ta’ xi attivitajiet oħra promozzjonali.
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  9
TAQSIMA III
REĠISTRAZZJONI JEW ISKRIZZJONI GHAT-TMEXXIJA 
TA’ KUMMERĊ BĦALA BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI
Ir-reġistru ta’ 
brokers fl-
assigurazzjoni.
5. L-awtorità  kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm
reġistru ta’ persuni li jmexxu kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni, f’dan l-Att imsejjaħ "ir-reġistru tal-brokers", li jkun
fih l-ismijiet, l-indirizzi, il-kwalifiki, u dawk il-partikolaritajiet l-
oħra li l-awtorità  kompetenti tista’, minn żmien għal żmien,
b’direttiva dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni magħmula għall-
fini ta’ dan l-artikolu, tistabbilixxi, tal-persuni kollha li taħt dan l-
Att għandhom il jedd li jkunu reġistrati fih u li japplikaw bil-mod
stabbilit f’dik id-direttiva biex ikunu hekk reġistrati.
Kwalifiki għal 
reġistrazzjoni.
6. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2), persuna għandha jedd li
tkun reġistrata fir-reġistru tal-brokers jekk tissodisfa lill-awtorità
kompetenti li -
(a) tkun individwu;
(b) tkun persuna xierqa u idonea, li tkun hekk reġistrata u
li tiżgura d-direzzjoni tajba u prudenti tal-kumpannija;
(ċ) ikollha l-kwalifiki u tissodisfa jew tħares il-ħtiġiet
stabbiliti b’direttiva dwar intermedjarji fl-
assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu.
(2) Persuna ma jkollhiex jedd li tmexxi xi kummerċ ta’ broking
fl-assigurazzjoni bis-saħħa tar-reġistrazzjoni tagħha taħt dan l-
artikolu kemm-il darba ma tkunx direttur jew impjegat ta’
kumpannija li tkun iskritta taħt l-artikolu 9 jew 10.
Lista ta’ 
kumpanniji li 
jmexxu kummerċ 
ta’ brokers fl-
assigurazzjoni.
7. L-awtorità  kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm lista
ta’ kumpanniji li jkunu qed imexxu kummerċ bħala brokers fl-
assigurazzjoni, f’dan l-Att imsejħa "il-lista tal-brokers", li jkun
fiha l-ismijiet, il-postijiet prinċipali tan-negozju u dawk il-
partikolaritajiet l-oħra li l-awtorità  kompetenti tista’, minn żmien
għal żmien, b’direttiva dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni
magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu, tistabbilixxi, tal-kumpanniji
kollha li taħt dan l-Att għandhom il-jedd li jkunu iskritti fiha u li
japplikaw bil-mod stabbilit f’dik id-direttiva biex ikunu hekk
iskritti.
Ħtiġiet ġenerali 
dwar iskrizzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.273.
8. (1) Bla ħsara għall-artikolu 9 jew 10, skond il-każ,
kumpannija jkollha l-jedd li tkun iskritta fil-lista tal-brokers jekk
tissodisfa lill-awtorità  kompetenti li -
(a) l-għanijiet tal-kumpannija jkunu limitati għall-
kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni u għal ħwejjeġ
jew funzjonijiet konnessi miegħu jew anċillari għalih,
bl-esklużjoni ta’ kull kummerċ ta’ negozju ieħor, barra
minn kummerċ stabbilit b’direttiva dwar intermedjarji
fl-assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu;
(b) il-fondi tal-kumpannija stess, sew jekk f’liri Maltin
jew f’xi munita oħra aċċettabbli għall-awtorità
  10  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
kompetenti huma f’kull ħin mhux inqas minn dak l-
ammont xieraq għax-xorta ta’ kummerċ li ser jitmexxa
mill-kumpannija, skond kif jista’ jiġi determinat
b’direttiva dwar intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni
magħmula għall-finijiet ta’ dan l-Att; u dawk il-fondi
tal-kumpannija stess huma f’kull ħin ħielsa minn kull
irbit;
(ċ) l-azzjonisti kwalifikanti kollha, il-kontrulluri u l-
persuni kollha li effettivament jidderiġu l-funzjonijiet
jew imexxu l-attivitajiet tal-kumpannija huma xierqa u
idonei biex jiżguraw id-direzzjoni tajba u prudenti
tagħha;
(d) il-kumpannija tikxef għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità
kompetenti dak it-tagħrif li l-awtorità  kompetenti tkun
talbet minn għandha dwar il-persuni li, ma’ l-
iskrizzjoni tal-kumpannija, jkollhom xi interess
proprjetarju, finanzjarju jew xi interess ieħor, f’dik,
jew in konnessjoni ma’, dik il-kumpannija;
(e) il-kumpannija tissottometti għas-sodisfazzjon ta’ l-
awtorità  kompetenti skema ta’ operazzjonijiet li
għandha tinkludi partikolaritajiet jew provi kif jista’
jiġi stabbilit bid-direttiva dwar intermedjarji fl-
assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu;
(f) il-kumpannija jkollha fiż-żminijiet kollha favur tagħha
polza ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali
aċċettabbli mill-awtorità  kompetenti, li jindennizza
lilha, jew lil kull persuna impjegata minnha, jew li
xort’oħra taġixxi għan-nom tagħha, f’dak l-ammont,
b’dak il-mod u dwar dawk il-ħwejjeġ li l-awtorità
kompetenti tista’ tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
(2) Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn kumpannija li
tapplika biex tkun iskritta fil-lista tal-brokers u xi persuna oħra, l-
awtorità  kompetenti għandha:
(a) tagħti biss l-iskrizzjoni jekk tikkunsidra li dawk ir-
rabtiet mill-qrib ma jfixkluhiex milli teżerċita
effettivament il-funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha; u
(b) tirrifjuta li tagħti dik l-iskrizzjoni jekk tikkunsidra illi
l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet
amministrattivi ta’ xi pajjiż barra minn Malta li
jirregolaw lil xi persuna li magħha l-kumpannija
jkollha rabtiet mill-qrib, ifixkluha milli teżerċita
effettivament il-funzjonijiet ta’ sorveljanza tagħha.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ minn żmien għal żmien bil-
mezz ta’ direttivi dwar intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni maħruġa
taħt dan l-Att tfisser iċ-ċirkostanzi fejn rabtiet mill-qrib ikunu
meqjusa li jeżistu bejn kumpannija u xi persuna oħra.
Ħtiġiet speċifiċi 
għal iskrizzjoni fil-
każ ta’ kumpanniji 
lokali.
9. Kumpannija lokali jkollha l-jedd li tkun iskritta fil-lista tal-
brokers jekk, b’żieda mal-ħtiġiet ta’ l-artikolu 8, l-awtorità
kompetenti tkun sodisfatta li wieħed jew iżjed mid-diretturi tal-
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  11
kumpannija jkunu brokers fl-assigurazzjoni reġistrati u l-kummerċ
tal-broking fl-assigurazzjoni jkun qed jitmexxa taħt id-direzzjoni
ta’ broker fl-assigurazzjoni reġistrat.
Ħtiġiet speċifiċi 
għal iskrizzjoni fil-
każ ta’ kumpanniji 
barranin.
Emendat:
XVII. 2002.274.
10. (1) Kumpannija barranija jkollha l-jedd li tkun iskritta fil-
lista tal-brokers jekk, b’żieda mal-ħtiġiet ta’ l-artikolu 8, l-awtorità
kompetenti tkun sodisfatta li -
(a) il-kumpannija tkun reġistrata jew ikollha l-permess fil-
pajjiż fejn l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun qiegħed
sitwat biex tmexxi kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni;
(b) il-kumpannija jkollha f’Malta f’kull ħin -
(i) fergħa; u
(ii) rappreżentant:
Kap. 403.
Iżda kumpannija li tkun qed tmexxi kummerċ
bħala broker fl-assigurazzjoni ristrett għal kuntratti ta’
l-assigurazzjoni li jirrigwardaw riskji sitwati barra
minn Malta tista’, jew minflok jew b’żieda mal-ftuħ
ta’ fergħa f’Malta, taħtar manager fl-assigurazzjoni
awtorizzat taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni biex imexxi dak il-kummerċ; u
sakemm dak il-manager fl-assigurazzjoni jibqa’
jżomm dik il-ħatra, il-kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni għandu jkun taħt it-tmexxija ta’ broker
fl-assigurazzjoni reġistrat.
(2) Dwar fergħa ta’ kumpannija barranija li tkun qed tmexxi
kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni jew li tkun qed tmexxi xi
attivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni li jistgħu jkunu
preskritti, l-kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni jew l-attivitajiet
ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni għandhom jiġi mmexxija min dik
il-fergħa minn persuna li tkun tissodisfa dawn il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) fil-każ ta’ kumpannija li tkun qed tmexxi kummerċ
bħala broker fl-assigurazzjoni -
(i) il-persuna tkun broker fl-assigurazzjoni
reġistrat;
(ii) il-persuna tkun direttur tal-kumpannija jew
ikollha l-awtorità  li taġixxi għan-nom ta’ dik il-
kumpannija; u l-kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni jkun qed jitmexxa taħt id-
direzzjoni tagħha;
(iii) il-persuna ma tkunx uditur approvat, jew soċju
jew impjegat ta’ uditur approvat tal-kumpannija;
(b) fil-każ ta’ kumpannija li tkun qed tmexxi attivitajiet
oħra ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni li jistgħu jkunu
preskritti, id-disposizzjonijiet li jkunu preskritti.
Reġistrazzjoni ta’ 
persuni għat-
tmexxija ta’ 
kummerċ bħala 
brokers fl-
assigurazzjoni.
11. Ebda persuna ma għandha taġixxi bħala broker fl-
assigurazzjoni u tmexxi, jew tipprova tmexxi, f’Malta jew minn
Malta, kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni kemm-il darba dik
il-persuna ma tkunx reġistrata taħt l-artikolu 13.
  12  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
Iskrizzjoni ta’ 
kumpanniji għat-
tmexxija ta’ 
kummerċ bħala 
brokers fl-
assigurazzjoni.
12. (1) Ebda kumpannija li tkun kumpannija lokali ma
għandha tmexxi, jew tipprova tmexxi, f’Malta jew minn Malta, jew
f’pajjiż jew minn pajjiż barra minn Malta, kummerċ bħala broker
fl-assigurazzjoni kemm-il darba dik il-kumpannija ma tkunx
iskritta taħt l-artikolu 13.
(2) Ebda kumpannija li tkun kumpannija barranija ma għandha
tmexxi, jew tipprova tmexxi, f’Malta jew minn Malta, kummerċ
bħala broker fl-assigurazzjoni kemm-il darba dik il-kumpannija ma
tkunx iskritta taħt l-artikolu 13.
Għoti ta’ 
reġistrazzjoni jew 
iskrizzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.275.
13. (1) Applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew iskrizzjoni taħt
dan l-artikolu għandha ssir f’dik il-forma u b’dak il-mod li l-
awtorità  kompetenti tista’ tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
(2) L-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa li teħtieġ lil
applikant jipprovdi dak it-tagħrif li jidhrilha meħtieġ sabiex
tiddeċiedi dwar applikazzjoni jew iskrizzjoni taħt dan l-artikolu.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħti reġistrazzjoni jew
iskrizzjoni taħt dan l-artikolu biss jekk tkun sodisfatta, fuq il-bażi
tat-tagħrif meħtieġ li jingħata taħt dan l-Att u kull tagħrif li hi
tirċievi, li r-reġistrazzjoni jew l-iskrizzjoni għandha tingħata.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-awtorità
kompetenti tista’ tissuġġetta reġistrazzjoni jew iskrizzjoni
magħmula taħt dan l-artikolu għal dawk il-kundizzjonijiet li minn
żmien għal żmien jidhrilha xierqa li timponi.
(5) L-awtorità  kompetenti għandha tiddeċiedi applikazzjoni
għal reġistrazzjoni jew iskrizzjoni taħt dan l-artikolu fi żmien tliet
xhur minn meta tirċievi t-tagħrif li hu meħtieġ li jingħata taħt dan l-
Att; u jekk tirrifjuta li tagħti r-reġistrazzjoni jew l-iskrizzjoni
għandha tgħarraf lill-applikant bil-miktub ir-raġunijiet għar-rifjut:
Iżda f’kull kaz l-awtorità  kompetenti tista’ tieħu dawk il-
miżuri li jidhirlha meħtieġa biex jitħares l-interess tal-pubbliku.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni jew 
iskrizzjoni.
14. (1) Ma’ l-għoti ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew
iskrizzjoni taħt l-artikolu 13, l-awtorità  kompetenti għandha toħroġ
lill-applikant konċernat ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew iskrizzjoni
fil-forma u bil-mod li jidhrilha xieraq u li juri -
(a) fil-każ ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ir-
reġistrazzjoni ta’ l-applikant konċernat fir-reġistru tal-
brokers;
(b) fil-każ ta’ applikazzjoni għal iskrizzjoni, iskrizzjoni
ta’ l-applikant konċernat fil-lista tal-brokers.
(2) Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew iskrizzjoni maħruġ taħt dan
l-artikolu jew kopja uffiċjali tiegħu, għandha titqiegħed għall-wiri
f’post prominenti mid-detentur konċernat fil-post jew fil-postijiet
tan-negozju tiegħu, jew f’parti minnhom fejn il-pubbliku jkollu
aċċess.
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  13
Ftuħ ta’ fergħat u 
ħatra ta’ manager 
fl-assigurazzjoni 
minn kumpanniji 
lokali iskritti.
Emendat:
XVII. 2002.276.
15. (1) Kull kumpannija lokali iskritta taħt l-artikolu 13 ta’
dan l-Att għandha tapplika għand l-awtorità  kompetenti bil-miktub
qabel ma tiftaħ fergħa f’Malta.
(2) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħti permess lil kumpannija
lokali iskritta kif intqal qabel li tiftaħ fergħa f’Malta jekk tkun
sodisfatta li l-kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni li jitmexxa
minnha minn dik il-fergħa jkun taħt id-direzzjoni ta’ broker fl-
assigurazzjoni reġistrat.
(3) Ħlief bil-kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti, ebda
kumpannija lokali iskritta kif intqal qabel ma tista’ tiftaħ fergħa
jew uffiċċju jew tistabbilixxi jew takkwista xi sussidjarja f’xi pajjiż
barra minn Malta.
Kap. 403.
(4) Kumpannija lokali iskritta kif hawn qabel imsemmi u li
tkun qed tmexxi kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni risrett
għal kuntratti ta’ l-assigurazzjoni li jirrigwardaw riskji sitwati
barra minn Malta tista’ taħtar manager fl-assigurazzjoni awtorizzat
taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni biex imexxi dak il-
kummerċ; u sakemm il-manager fl-assigurazzjoni jibqa’ f’dik il-
ħatra, il-kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni għandu jkun taħt it-
tmexxija ta’ brokers fl-assigurazzjoni reġistrati.
Tħassir ta’ isem 
mir-reġistru tal-
brokers jew mill-
lista tal-brokers.
Emendat:
XVII. 2002.277.
16. Bla ħsara għal kull ħaġa li tinsab f’xi disposizzjoni oħra ta’
dan l-Att, l-awtorità  kompetenti tista’ f’kull żmien tħassar mir-
reġistru tal-brokers jew mil-lista tal-brokers l-isem ta’ kull persuna
reġistrata jew kumpannija iskritta jekk -
(a) xi dokument jew tagħrif li jingħata ma’ applikazzjoni
għar-reġistrazzjoni jew iskrizzjoni, jew xi tagħrif li
jingħata dwarha, ikun falz, mhux korrett jew qarrieqi
f’xi partikolar materjali, jew jekk il-persuna reġistrata
jew il-kumpannija iskritta tkun ħbiet, jew ħbiet minn,
jew tonqos li tgħarraf lil, l-awtorità  kompetenti xi
dokument jew tagħrif jew tibdil fih li kienet fid-dmir li
tikxef jew li tgħarraf taħt dan l-Att jew xi regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew xi
direttiva dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni; jew
(b) tikkunsidra li l-persuna reġistrata jew l-kumpannija
iskritta ma tkunx tissodisfa il-ħtiġiet ta’, jew tkun
kisret, xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew
ta’ xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu, jew ta’ xi direttiva dwar intermedjarji fl-
assigurazzjoni, jew tkun naqset li tissodisfa jew tħares
xi kundizzjoni li hu jew hi, jew ir-reġistrazzjoni jew l-
iskrizzjoni, ikunu suġġetti għaliha bis-saħħa ta’ dan l-
Att jew taħtu; jew
(ċ) tikkunsidra li l-persuna reġistrata ma tkunx tajba biex
isimha jibqa’ fuq ir-reġistru tal-brokers jew il-
kumpannija iskritta ma tkunx immexxija b’mod tajjeb
u prudenti biex isimha jibqa’ fuq il-lista tal-brokers;
jew
(d) tirċievi talba bil-miktub biex tagħmel hekk mingħand
il-persuna reġistrata jew il-kumpannija iskritta; jew
  14  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
(e) il-kumpannija iskritta ma jkunx baqgħalha il-fondi tal-
kumpannija stess biżżejjed kemm meħtieġ; jew
(f) il-persuna reġistrata jew il-kumpannija iskritta tonqos
li tħallas id-dritt meta jkun dovut biex tibqa’ reġistrata
jew tibqa’ iskritta; jew
(g) il-persuna reġistrata jew il-kumpannija iskritta ma
jibdewx imexxu l-kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni fi żmien tnax-il xahar mir-
reġistrazzjoni jew mill-iskrizzjoni, jew f’dak iż-żmien
l-ieħor li jista’ jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tar-
reġistrazzjoni jew iskrizzjoni, jew li jista’ jingħata
mill-awtorità  kompetenti; jew
(h) il-kumpannija iskritta tkun ġiet dikjarata falluta jew
tmur f’likwidazzjoni jew tagħmel kompożizzjoni mal-
kredituri tagħha jew xort’oħra tkun xolta; jew
(i) jekk il-kumpannija iskritta ma jibqax ikollha fuq il-
bord tad-diretturi tagħha xi persuna li tkun broker fl-
assigurazzjoni reġistrat; jew
(j) tikkunsidra li, minħabba l-mod li bih il-persuna
reġistrata jew il-kumpannija iskritta tkun qed tmexxi l-
kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni, jew għal xi
raġuni valida oħra, l-interess ta’ l-industrija ta’ l-
assigurazzjoni jew tal-pubbliku ikun mhedded; jew
(k) il-persuna reġistrata jew il-kumpannija iskritta tkun
miżapproprjat jew ikkonvertiet għall-użu tagħha jew
żammet illegalment flus li jkunu miżmuma, jew
meħtieġa li jinżammu, minnha bħala fiduċjarja; jew
(l) il-persuna reġistrata tkun misjuba ħatja minn xi qorti
ta’ liġi ta’ xi reat kriminali, li ma jkunx reat li,
minħabba ċ-ċokon tiegħu jew iċ-ċirkostanzi li fih ikun
sar, ma jirrendihix mhux xierqa biex isimha jkun fuq
ir-reġistru tal-brokers; jew
(m) il-persuna reġistrata jew il-kumpannija iskritta tkun
meqjusa mill-awtorità  kompetenti li tkun mexxiet
kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni b’mod mhux
professjonali; jew
(n) l-awtorità  kompetenti ma tkunx tista’ teżerċita
effettivament il-funzjonijiet tagħha ta’ sorveljanza
minħabba li jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib kif jista’ jiġi
mfisser f’direttivi dwar intermedjarji ta’ l-
assigurazzjoni magħmula taħt dan l-Att.
Avviż ta’ ħsieb ta’ 
tħassir ta’ isem 
mir-reġistru tal-
brokers jew mil-
lista tal-brokers.
Emendat:
XVII. 2002.278.
17. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, meta l-awtorità  kompetenti jkun bi ħsiebha tħassar l-isem
ta’ persuna reġistrata jew ta’ kumpannija iskritta mir-reġistru tal-
brokers jew mil-lista tal-brokers, din għandha tagħti avviż bil-
miktub lill-persuna jew lill-kumpannija fejn tagħti r-raġunijiet
għaliex bi ħsiebha tagħmel hekk.
(2) Kull avviż mogħti taħt is-subartikolu (1) għandu jgħid li l-
persuna jew il-kumpannija konċernata tista’, f’dak iż-żmien xieraq
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  15
min-notifika hekk kif jingħad fl-avviż (li ma jkunx inqas minn
tmienja u erbgħin siegħa u mhux iktar minn ħmistax-il jum)
tagħmel rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-awtorità  kompetenti
fejn tagħti r-raġunijiet għaliex ir-reġistrazzjoni jew l-iskrizzjoni ma
għandhiex titħassar mir-reġistru tal-brokers jew mil-lista tal-
brokers u l-awtorità  kompetenti tista’ tikkunsidra kull
rappreżentazzjonijiet hekk magħmula qabel tasal għal deċiżjoni
finali.
(3) L-awtorità  kompetenti għandha tavża bil-miktub id-
deċiżjoni finali tagħha lill-persuna jew lill-kumpannija konċernata.
(4) Ma’ l-avviż mill-awtorità  kompetenti lil persuna jew
kumpannija li isimha jkun tħassar mir-reġistru tal-brokers jew mil-
lista tal-brokers, il-persuna jew il-kumpannija konċernata għandha
minnufih tikkonsenja lill-awtorità  kompetenti ċ-ċertifikat tar-
reġistrazzjoni jew iskrizzjoni, u kull kopji uffiċjali tiegħu; u f’kull
każ, l-awtorità  kompetenti tista’ tieħu dik il-miżura l-oħra li
jidhrilha meħtieġa biex tħares l-interessi ta’ l-assigurati, detenturi
ta’ polza, kredituri jew persuni interessati oħra.
Restituzzjoni ta’ 
isem li jkun tħassar 
mir-reġistru tal-
brokers jew mil-
lista tal-brokers.
18. (1) Meta l-isem ta’ persuna jew ta’ kumpannija jkun
tħassar mir-reġistru tal-brokers jew mil-lista tal-brokers skond
deċiżjoni li tittieħed taħt l-artikolu 16, l-isem ta’ dik il-persuna jew
kumpannija ma jerġgħux jidħlu fir-reġistru jew fil-lista kemm-il
darba - 
(a) ma jkunx ordnat xort’oħra mit-Tribunal dwar Servizzi
Finanzjarji; jew
(b) fin-nuqqas ta’ dak l-ordni, l-awtorità  kompetenti, fuq
applikazzjoni magħmula lilha għal dan l-għan, ma
tiddeċidix xort’oħra.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tiddeċiedi fuq applikazzjoni
għar-restituzzjoni ta’ isem ta’ persuna jew ta’ kumpannija fir-
reġistru tal-brokers jew fil-lista tal-brokers taħt dan l-artikolu fi
żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li jingħata taħt
dan l-Att daqslikieku l-applikazzjoni kienet applikazzjoni
magħmula taħt l-artikolu 13; u jekk tirrifjuta li tirrestitwixxi isem
ta’ persuna jew ta’ kumpannija fir-reġistru tal-brokers jew fil-lista
tal-brokers, din għandha tgħarraf lill-applikant bil-miktub ir-
raġunijiet għar-rifjut.
(3) Is-subartikolu (2) ma japplikax meta r-restituzzjoni ta’ isem
ta’ persuna jew ta’ kumpannija fir-reġistru tal-brokers jew fil-lista
tal-brokers issir b’ordni tat-Tribunal.
(4) Meta l-isem ta’ persuna jew kumpannija jitħassar mir-
reġistru tal-brokers jew mil-lista tal-brokers għal xi waħda mir-
ragunijiet speċifikati fl-artikolu 16, jekk l-awtorità  kompetenti
tagħżel li tagħti pubbliċità  għat-tħassir ta’ dak l-isem mir-reġistru
tal-brokers jew mil-lista tal-brokers, l-awtorità  kompetenti
għandha tippubblika avviż li jagħti pubbliċità  lil dak it-tħassir ta’
isem b’mod li jidhirlha xieraq għall-inqas f’żewġ gazzetti lokali li
joħorġu kuljum li minnhom waħda tiġi pubblikata bil-Malti u l-oħra
bl-Ingliż; u t-test ta’ l-avviż għandu jkun bil-Malti fil-gazzetta bil-
Malti u bl-Ingliż fil-gazzetta bl-Ingliż.
  16  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
(5) L-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa tordna li l-ispejjeż
kollha ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż li ssir bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu, jew parti minnhom kif jidhirlha xierqa, għandhom
jitħallsu mill-persuna jew kumpannija konċernata; u kull ammont
hekk dovut għandu jinġabar mill-awtorità  kompetenti bl-istess mod
bħalma tinġabar penali amministrattiva imposta skond dan l-Att.
TAQSIMA IV
OBBLIGAZZJONIJIET TA’ KUMPANNIJI ISKRITTI
Setgħa ta’ l-
awtorità  
kompetenti li 
tħares l-interess 
pubbliku.
Miżjud:
XVII. 2002.279.
18A. (1) F’dawk il-każijiet li fihom l-awtorità  kompetenti
tista’ tħassar mil-lista tal-brokers l-isem ta’ kumpannija iskritta
taħt l-artikolu 16, l-awtorità  kompetenti tista’ jew minflok, jew
b’żieda ma’ dak it-tħassir, u mingħajr pregudizzju għal dak it-
tħassir tipproċedi b’xi mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) billi teħtieġ lill-kumpannija minnufih tieħu dawk il-
passi skond ma l-awtorità  kompetenti tista’ tqis li
jkunu meħtieġa biex il-kwistjoni tiġi rettifikata jew
rimedjata;
(b) billi taħtar persuna biex tagħti pariri lill-kumpannija
dwar kif għandha tmexxi l-kummerċ tagħha sew;
(ċ) billi taħtar persuna biex tieħu ħsieb ta’ l-attiv kollu tal-
kumpannija, jew ta’ xi sehem minnhom, sabiex jiġu
mħarsa l-interessi ta’ l-assigurati, id-detenturi ta’
polza, kredituri u azzjonisti tal-kumpannija;
(d) billi taħtar persuna li tassumi kontroll tal-kummerc tal-
kumpannija jew li tmexxi dak il-kummerċ jew li
twettaq dik il-funzjoni jew funzjonijiet oħra dwar tali
kummerċ, jew parti minnu, hekk kif tista’ tordna l-
awtorità  kompetenti;
(e) billi teħtieġ lill-kumpannija xxolji u tagħmel stralċ tal-
kummerċ tagħha jew, fil-każ ta’ kumpannija li jkollha
l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż barra minn Malta,
li tagħmel stralċ tal-kummerċ tagħha f’Malta;
(f) billi taħtar persuna kompetenti biex tagħmilha ta’
stralċjarju għall-fini ta’ l-istralċ tal-kummerċ tal-
kumpannija;
(g) billi tistabbilixxi r-rimunerazzjoni li għandha titħallas
mill-kumpannija lil xi persuna maħtura taħt dan l-
artikolu;
(h) billi tagħmel kull att ieħor jew teħtieġ li jsir kull att
ieħor bhal ma jitqies li jkun adatt fiċ-ċirkostanzi,
u wara li tkun imxiet f’xi mod wieħed jew iktar modi minn dawk
hawn qabel imsemmija, l-awtorità  kompetenti tista’ iktar minn
hekk tgħaddi għal xi mod wieħed jew iktar modi minn dawk hawn
qabel imsemmija, kemm b’żieda ma’ dan kollu, jew f’sostituzzjoni
għalih.
(2) Meta tinħatar persuna mill-awtorità  kompetenti -
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  17
(a) taħt is-subartikolu (1)(b), ikun id-dmir tal-kumpannija
li taġixxi skond il-parir mogħti minn dik il-persuna
kemm-il darba u sakemm l-awtorità  kompetenti, fuq
rappreżentazzjoni li ssirilha, ma tordnax xort’oħra;
(b) taħt is-subartikolu (1)(ċ), il-kumpannija għandha
tikkonsennja lil dik il-persuna l-attiv kollu li tkun
responsabbli għalih, u l-poteri, funzjonijiet u dmirijiet
kollha tal-kumpannija fir-rigward ta’ dak l-attiv kollu,
sew jekk dawn ikunu eżerċitati mill-kumpannija waqt
laqgħa ġenerali, jew mid-diretturi, jew minn xi
persuna oħra, inkluża r-rappreżentanza legali u
gudizzjarja tal-kumpannija, għandhom jiġu eżerċitati
minn u jvestu fil-persuna maħtura taħt dak il-paragrafu
b’esklużjoni ta’ kull persuna oħra;
(ċ) taħt is-subartikolu (1)(d), il-kumpannija tqiegħed il-
kummerċ tagħha taħt il-kontroll ta’ dik il-persuna u
għandha tipprovdilu dawk il-faċilitajiet li jista’ jkun
jeħtieġ li l-kumpannija tipprovdih bihom biex tmexxi
dak il-kummerċ jew biex taqdi l-funzjonijiet lilha
mogħtija taħt dak il-paragrafu; u l-poteri, funzjonijiet
u dmirijiet kollha tal-kumpannija, sew jekk dawn
ikunu eżerċitati mill-kumpannija waqt laqgħa ġenerali,
jew mid-diretturi, jew minn xi persuna oħra, inkluza r-
rappreżentanza legali u ġudizzjarja tal-kumpannija,
ghandhom jigu eżerċitati minn u jvestu fil-persuna
maħtura taħt dak il-paragrafu b’esklużjoni ta’ kull
persuna oħra;
(d) taħt is-subartikolu (1)(f), dik il-persuna tkun l-
istralċjarju tal-kumpannija għall-finijiet kollha tal-liġi
b’esklużjoni ta’ kull persuna oħra.
 (3) Fil-każ ta’ kumpannija barranija, il-fergħat u l-uffiċċji
f’Malta ta’ dik il-kumpannija għandhom, jekk l-awtorità
kompetenti hekk tordna u sal-limitu li hekk tordna, jitqiesu li
jikkostitwixxu kumpannija separata.
Flejjes miżmuma 
f’kapaċità  
fiduċjarja.
19. (1) Kull kumpannija iskritta għandha żżomm il-flejjes
kollha li jkunu għandha f’kapaċità  fiduċjarja separati mill-flejjes
tagħha stess u għandha, dwar dawk il-flejjes, iżżomm kontijiet
separati skond ħtiġiet stabbiliti minn direttiva dwar intermedjarji
fl-assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Ebda persuna m’għandu jkollha jew tikseb xi rimedju jew
dritt dwar flejjes li jkunu bi kreditu tal-kont imsemmi fis-
subartikolu (1) dwar xi talba jew dritt kontra kumpannija iskritta
sakemm kull talba proprja għal dawk il-flejjes tkun ġiet sodisfatta.
Garanzija ta’ 
fedeltà  meħtieġa 
minn kumpanniji 
iskritti.
20. (1) Bla ħsara għall-artikolu 19, kull kumpannija iskritta
għandha tagħmel garanzija ta’ fedeltà  f’forma speċifikata, dwar il-
kummerċ tagħha ta’ broking fl-assigurazzjoni, f’dawk iċ-
ċirkustanzi, ta’ dak il-valur, b’dak il-mod u taħt dawk il-
kundizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti b’direttiva dwar
intermedjarji fl-assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu.
  18  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
(2) Il-garanzija msemmija fis-subartikolu (1) għandha
tipprovdi li fil-każ li kumpannija iskritta ma tkunx tista’ jew tonqos
milli tissodisfa l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha dwar xi
somom ta’ flus riċevuti minnha mingħand, jew għan-nom ta’, il-
klijenti tagħha, somma ta’ flus titqiegħed għad-disposizzjoni ta’
persuna nominata jew approvata mill-awtorità  kompetenti biex
tintuża għall-benefiċċju ta’ xi klijent tal-kumpannija li jkun sofra
telf jew dannu minħabba li l-kumpannija ma tkunx setgħat jew
naqset milli tissodisfa dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha.
Kuntratti ta’ 
assigurazzjoni 
dwar riskji sitwati 
f’Malta jew rabtiet 
meta Malta tkun il-
pajjiż tar-rabta.
Emendat:
XVII. 2002.280.
21. (1) Bla ħsara għas-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija b’mod ġenerali
b’ordni fil-Gazzetta, jew bl-approvazzjoni ta’ l-awtorità
kompetenti mogħtija speċifikament bil-miktub, kuntratt ta’
assigurazzjoni dwar riskju sitwat f’Malta jew dwar rabta meta
Malta tkun il-pajjiż tar-rabta, negozjat, irranġat jew miksub minn
kumpannija iskritta f’isem persuna assigurata jew persuna li tkun se
tiġi assigurata għandu jsir ma’ kumpannija awtorizzata.
Kap. 403. 
(2) Meta kuntratt ta’ assigurazzjoni jkun kuntratt ta’ klassi ta’
kummerċ ġenerali jew ta’ parti minn klassi li jaqa’ taħt il-grupp 3
tal-Parti II tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’
l-Assigurazzjoni u dak il-kuntratt ikun kuntratt dwar riskju sitwat
f’Malta u jittieħed ma’ mutual association, dak l-association
għandu jkun association taħt it-tifsira ta’ "mutual association" kif
miftiehem skond l-artikolu 6(3) ta’ l-imsemmi Att; u l-association
għandu jissodisfa jew iħares il-ħtiġiet ta’ direttiva dwar l-
assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ l-imsemmi artikolu jew
mad-data jew qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dak il-kuntratt jew
mhux iktar tard minn tletin jum mid-data ta’ dak il-bidu fis-seħħ.
(3) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (2), id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu ma japplikawx għal -
(a) kummerċ ta’ assigurazzjoni ta’ xi klassi, jew ta’ parti
minn klassi, skond it-tifsir mogħti fil-gruppi 3 u 4, li
ma jkunux kuntratti dwar riskji marittimu li l-Ministru
jista’, b’ordni fil-Gazzetta, minn żmien għal żmien
jistabbilixxi;
(b) kummerċ ta’ rijassigurazzjoni.
Avviż dwar 
persuni reġistrati 
fir-reġistru tal-
brokers.
22. Kull kumpannija iskritta għandha, mhux iktar tard mill-
aħħar ta’ Jannar ta’ kull sena, tagħti avviż bil-miktub lill-awtorità
kompetenti b’dak il-mod li l-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ, l-
isem u l-partikolaritajiet l-oħra li wkoll tista’ teħtieġ, ta’ kull
direttur u impjegat tal-kumpannija li jkunu reġistrati fir-reġistru
tal-brokers; u matul it-tnax-il xahar ta’ wara, il-kumpannija
għandha tagħti avviż bil-miktub lill-awtorità  kompetenti b’kull
tibdil li, minn żmien għal żmien, jista’ jkun hemm fost dawk id-
diretturi u impjegati, u dak l-avviż għandu jingħata mhux iktar tard
minn għoxrin jum mid-data li jiġri dan ittibdil.
Għoti ta’ 
dikjarazzjonijiet 
finanzjarji 
verifikati.
23. Kull kumpannija iskritta għandha, mhux iktar tard minn
erba’ xhur mid-data ta’ l-egħluq tas-sena finanzjarja tagħha, jew
f’xi żmien ieħor li eċċezzjonalment ikun awtorizzat bil-miktub
mill-awtorità  kompetenti, tibgħat lill-awtorità  kompetenti kopja
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  19
tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati tagħha li jkunu saru -
Kap. 386.
(a) fil-każ ta’ kumpannija lokali, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji; u
(b) fil-każ ta’ kumpannija barranija, skond id-
disposizzjonijiet tal-liġijiet tal-pajjiż fejn l-uffiċċju
prinċipali tal-kumpannija jkun sitwat li jirregolaw id-
dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ dawn il-kumpanniji.
Għoti ta’ 
dikjarazzjonijiet 
dwar kummerċ ta’ 
broking fl-
assigurazzjoni.
24. (1) Bla ħsara għas-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
kumpannija iskritta li f’xi sena kalendarja tmexxi kummerċ ta’
broking fl-assigurazzjoni għandha, dwar il-kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni li hekk tkun mexxiet, tibgħat lill-awtorità
kompetenti dikjarazzjoni dwar dak il-kummerċ magħmula f’dik il-
forma, f’dak il-mod u b’dak il-kontenut li l-awtorità  kompetenti
tista’ tistabbilixxi b’direttiva dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni
magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu; u d-data sa meta dik id-
dikjarazzjoni għandha tintbagħat tkun ukoll stabbilita b’dik id-
direttiva.
(2) Id-dikjarazzjoni li għandha tingħata taħt dan l-artikolu
għandha tkun verifikata bil-mod meħtieġ bid-direttiva dwar
intermedjarji fl-assigurazzjoni.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ f’kull żmien tordna lil
kumpannija iskritta biex tagħtiha dik id-dikjarazzjoni kull tant
żmien u għal dak il-perijodu li tista’ tispeċifika f’dak l-ordni.
Kumpanniji li 
jieqfu mit-tmexxija 
ta’ kummerċ bħala 
broker fl-
assigurazzjoni.
25. Kumpannija iskritta ma għandhiex tieqaf milli tmexxi,
f’Malta jew minn Malta, kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni
ħlief bil-permess ta’ l-awtorità  kompetenti mogħti bil-miktub fuq
applikazzjoni li ssirilha għal hekk b’dak il-mod li tista’ teħtieġ, u
bit-tħaris ta’ dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlha xierqa li timponi.
TAQSIMA V
SENA FINANZJARJA U UDITURI
Sena finanzjarja ta’ 
kumpanniji iskritti.
26. (1) Kull kumpannija iskritta li tkun kumpannija lokali
għandha mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data ta’ l-iskrizzjoni
tal-kumpannija, tavża bil-miktub lill-awtorità  kompetenti meta tkun
is-sena finanzjarja tagħha; u, fin-nuqqas ta’ dak l-avviż, is-sena
finanzjarja tal-kumpannija għandha tintemm fil-wieħed u tletin ta’
Diċembru ta’ kull sena.
(2) Ebda kumpannija iskritta kif intqal qabel ma għandha tibdel
is-sena finanzjarja tagħha kemm-il darba u sakemm l-awtorità
kompetenti ma tkunx tat l-approvazzjoni tagħha bil-miktub fuq
applikazzjoni li ssirilha għal hekk.
(3) Kull kumpannija barranija li tapplika għal iskrizzjoni taħt l-
artikolu 13 ta’ dan l-Att għandha, ma’ l-applikazzjoni, tavża bil-
miktub lill-awtorità  kompetenti meta tkun is-sena finanzjarja
tagħha; u wara l-iskrizzjoni taħt dak l-artikolu, meta kumpannija
barranija tibdel is-sena finanzjarja tagħha, għandha minnufih tavża
bil-miktub lill-awtorità  kompetenti b’dak it-tibdil.
  20  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att sena finanzjarja -
Kap. 386.
(a) dwar kumpannija iskritta li tkun kumpannija lokali,
tfisser perijodu ta’ kontijiet kif jiftiehem skond l-
artikoli minn 164 sa 166 ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji;
(b) dwar kumpannija iskritta li tkun kumpannija barranija,
tfisser perijodu ta’ kontijiet kif jiftiehem skond id-
disposizzjonijiet tal-liġijiet tal-pajjiż fejn ikun qiegħed
l-uffiċċju prinċipali tal-kumpannija li jkunu jirregolaw
il-perijodu ta’ kontijiet ta’ dawk il-kumpanniji.
Ħatra, dmirijiet u 
terminazzjoni ta’ 
ħatra ta’ udituri.
Emendat:
XVII. 2002.281.
27. (1) Kull kumpannija iskritta għandha kull sena taħtar
uditur approvat bħala uditur tal-kumpannija li d-dmir tiegħu jkun li
jirrapporta dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpannija
eżaminati minnu u dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija
mill-kumpannija.
(2) Jekk kumpannija iskritta tonqos li taħtar uditur skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jew, f’xi żmien tonqos li timla
vakanza fil-kariga ta’ uditur, l-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa
li taħtar uditur għal dik il-kumpannija u għandha tistabbilixxi r-
remunerazzjoni li għandha titħallas minn dik il-kumpannija lil dak
l-uditur.
(3) Ir-rapport ta’ l-uditur għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar
jekk id-diversi ħtiġiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regoli jew regolamenti
magħmula taħtu u ta’ kull direttiva dwar intermedjarji fl-
assigurazzjoni dwar il-kumpannija ikunux tħarsu u ġew osservati.
(4) Kull uditur ta’ kumpannija iskritta jkollu l-jedd li jitlob dak
it-tagħrif jew spjegazzjoni li jidhirlu meħtieġa fil-qadi tad-dmirijiet
tiegħu mingħand kull uffiċjal jew impjegat ta’, jew kull persuna li
jkollha ħatra minn, dik il-kumpannija.
(5) Uditur għandu minnufih javża bil-miktub lill-awtorità
kompetenti jekk -
(a) jirriżenja;
(b) ma jkunx bi ħsiebu jieħu dik il-kariga mill-gdid; jew
(ċ) jiddeċiedi li jikkwalifika r-rapport ta’ verifika,
u, fil-każ ta’ riżenja, l-uditur għandu jispeċifika r-raġunijiet għaliex
għamel hekk.
(6) Kumpannija iskritta għandha tagħti avviż bil-miktub lill-
awtorità  kompetenti minnufih malli tirċievi avviż ta’ riżoluzzjoni
maħsub biex jitqiegħed quddiem il-laqgħa ġenerali annwali tal-
kumpannija biex tinħatar bħala uditur persuna li ma tkunx l-uditur
li se jirtira jew li xort’oħra jipprovdi espressament li l-uditur li jkun
se jirtira ma jerġax jiġi maħtur.
(7) Meta, għal xi raġuni tkun li tkun, il-ħatra ta’ uditur
tintemm, il-kumpannija iskritta għandha, mhux iktar tard minn
erbatax-il jum mit-tmiem ta’ dik il-ħatra, tagħti avviż bil-miktub
lill-awtorità  kompetenti fejn tgħid ir-raġunijiet għal dak it-tmiem.
(8) L-awtorità  kompetenti tista’ teħtieġ lil kumpannija iskritta
biex tibdel lill-uditur maħtur minnha meta, fil-fehma ta’ l-awtorità
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  21
kompetenti, dak l-uditur jitqies li ma jkunx adatt għal din il-kariga,
f’xi żmien matul il-perijodu tal-ħatra tiegħu.
(9) Qabel ma teħtieġ lil kumpannija iskritta biex tbiddel lill-
uditur tagħha fiċ-ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu (8), l-
awtorità  kompetenti għandha tavża bil-miktub l-intenzjoni tagħha
lill-kumpannija u lill-uditur konċernat fejn tagħti r-raġunijiet li
teħtieġ dak it-tibdil u tagħti lill-uditur l-opportunità  li jissottometti
fi żmien erbatax-il jum mid-data tan-notifika ta’ dak l-avviż, ir-
raġuni għaliex il-ħatra tiegħu ma’ dik il-kumpannija ma għandhiex
tintemm.
Kap. 386.
Kap. 403.
(10) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, uditur approvat għandu jkun
persuna li tkun kwalifikata biex tkun uditur skond l-Att dwar il-
Kumpanniji u li jkollha l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
biex taġixxi bħala uditur maħruġa lilha taħt l-Att dwar il-Kummerċ
ta’ l-Assigurazzjoni.
(11) Minkejja kull ħaġa li tinsab fis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu, l-awtorità  kompetenti tista’, fil-każ ta’ kumpannija
barranija, tapprova dawk l-arranġamenti alternattivi li jidhrilha
raġonevoli u li ma jkunux jiddevjaw materjalment mill-għanijiet
ewlenin ta’ dan l-artikolu, u meta dawk l-arranġamenti jkunu
twettqu, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw safejn ikunu sostitwiti b’dawk l-arranġamenti.
(12) Jekk, fil-kariga tiegħu bħala uditur ta’ kumpannija iskritta
jew bħala riżultat ta’ talba diretta mill-awtorità  kompetenti taħt dan
l-Att, uditur isir jaf b’xi materja li jkollha x’taqsam ma’ u li jista’
jkollha effett avvers serju fuq l-istabbilità  u s-saħħa tal-kumpannija
jew l-integrità  tal-kummerċ tal-broking fl-assigurazzjoni f’Malta,
huwa għandu minnufih jgħarraf lill-awtorità  kompetenti permezz
tad-direzzjoni tal-kumpannija jew, jekk iċ-ċirkostanzi hekk
jiġġustifikaw, direttament lill-awtorità  kompetenti.
(13) Għall-finijiet tas-subartikolu (12), kull materja li jista’
jkollha x’taqsam ma’ u li jista’ jkollha effett avvers serju tinkludi
kull materja li -
(a) x’aktarx twassal għal kwalifika serja, jew rifjut tar-
rapport ta’ l-uditur fuq il-kontijiet tal-kumpannija; jew
(b) b’mod serju tfixkel il-ħila tal-kumpannija li tkompli
fil-kummerċ; jew
(ċ) kif jista’ jiġi preskritt mill-Ministru.
(14) Uditur ta’ kumpannija iskritta ikollu bl-istess mod id-dmir
li jirrapporta lill-awtorità  kompetenti kull fatti u deċiżjonijiet li
jkollhom x’jaqsmu ma’ jew li jista’ jkollhom effett avvers serju fuq
l-istabbilità  u s-saħħa tal-kumpannija jew l-integrità  tal-kummerċ
ta’ broking fl-assigurazzjoni f’Malta, u li jsir jaf bihom fil-kariga
tiegħu bħala uditur ta’ kumpannija li jkollha rabtiet mill-qrib,
skond kif imfisser fl-artikolu 8.
Kap. 386.
(15) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (10), sa
fejn id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji, id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu għandhom jipprevalu u d-disposizzjonijiet ta’ l-
  22  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
imsemmi Att ma għandhomx, sa fejn ikunu inkonsistenti, japplikaw
għal kumpannija iskritta.
Komunikazzjoni 
mill-udituri, eċċ., 
ma’ l-awtorità  
kompetenti.
28. Ebda dmir (inkluż id-dmir tas-sigriet professjonali) li
għalih - 
(a) uditur ta’ kumpannija iskritta jista’ jkun suġġett, ma
għandu jitqies li jkun inkiser minħabba li dan ikun
b’bona fide ikkomunika lill-awtorità  kompetenti, sew
jekk wara talba li din tkun għamlet u sew jekk le, xi
informazzjoni jew opinjoni dwar materja li l-uditur
ikun sar jaf biha minħabba l-kariga tiegħu bħala uditur
ta’ dik il-kumpannija u li tkun rilevanti għal xi
funzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew li tkun meħtieġa li
tkun komunikata bis-saħħa ta’ dan l-Att;
(b) persuna maħtura biex tagħmel rapport taħt xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att tista’ tkun suġġetta, ma
għandu jitqies li jkun inkiser minħabba li dan ikun
ikkomunika in bona fide lill-awtorità  kompetenti, sew
jekk wara talba li din tkun għamlet u sew jekk le, fuq
xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-kummerċ jew l-
affarijiet ta’ kumpannija iskritta li dwarha jsir rapport.
TAQSIMA VI
REĠISTRAZZJONI U ISKRIZZJONI TA’ SOTTO-AĠENTI 
FL-ASSIGURAZZJONI
Ir-reġistri ta’ 
kumpanniji għal 
sotto-aġenti fl-
assigurazzjoni.
29. (1) Kull kumpannija awtorizzata li tkun tixtieq taħtar
persuna biex taġixxi f’isimha bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni
għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta’ persuni li jaħdmu bħala
sotto-aġenti fl-assigurazzjoni, f’dan l-Att imsejjaħ "ir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti", li jkun fih l-ismijiet, l-indirizzi, il-
klassi jew klassijiet ta’ kummerċ fit-tul jew il-grupp jew gruppi ta’
klassijiet ta’ kummerċ ġenerali li jkun se jitmexxa minn dawk il-
persuni skond il-ħatra rispettiva ta’ sotto-aġenzija u dawk il-
partikolaritajiet l-oħra li l-awtorità  kompetenti tista’ tistabbilixxi,
minn żmien għal żmien, b’direttiva dwar intermedjarji fl-
assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, tal-
persuni kollha li għandhom jedd li jkunu reġistrati fih taħt dan l-
Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), kull
kumpannija awtorizzata għandha tistabbilixxi l-proċeduri tagħha
stess dwar il-ħatra u r-reġistrazzjoni ta’ persuna bħala sotto-aġent
fl-assigurazzjoni fir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti ta’
dik il-kumpannija.
Kwalifiki għal 
reġistrazzjoni.
30. (1) Persuna jkollha l-jedd li tkun reġistrata minn
kumpannija awtorizzata fir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-
aġenti tal-kumpannija jekk il-kumpannija tkun sodisfatta li dik il-
persuna tkun xierqa u idonea li tmexxi attivitajiet ta’ sotto-aġenzija
fl-assigurazzjoni.
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  23
(2) Persuna ma jkollhiex jedd tmexxi attivitajiet ta’ sotto-
aġenzija fl-assigurazzjoni bis-saħħa tar-reġistrazzjoni tagħha taħt
dan l-artikolu sakemm u mhux qabel ma tkun iskritta mill-awtorità
kompetenti fil-lista ta’ sotto-aġenti taħt l-artikolu 33.
Lista ta’ persuni li 
jmexxu attivitajiet 
ta’ sotto-aġenziji 
ta’ l-
assigurazzjoni.
31. (1) L-awtorità  kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm
lista ta’ persuni li jmexxu attivitajiet ta’ sotto-aġenzija fl-
assigurazzjoni, f’dan l-Att imsejħa "il-lista ta’ sotto-aġenti", li jkun
fiha l-ismijiet ta’ dawk il-persuni, l-ismijiet ta’ kumpanniji
awtorizzati li jaħtru u jirreġistraw lil dawk il-persuni bħala sotto-
aġenti fl-assigurazzjoni, il-klassi jew klassijiet ta’ kummerċ fit-tul
jew il-grupp jew gruppi ta’ klassijiet ta’ kummerċ ġenerali li jkunu
se jitmexxew minn dawk il-persuni taħt il-ħatra rispettiva tagħhom
ta’ sotto-aġenzija u dawk il-partikolaritajiet l-oħra li l-awtorità
kompetenti tista’ tistabbilixxi, minn żmien għal żmien, b’direttiva
dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan
l-artikolu, tal-persuni kollha li għandhom il-jedd li jkunu iskritti
fiha taħt dan l-artikolu.
(2) Ikun id-dmir ta’ kumpannija awtorizzata li tagħmel l-
iskrizzjoni ma’ l-awtorità  kompetenti fil-lista ta’ sotto-aġenti ta’
kull persuna reġistrata minnha bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni
fir-reġistru ta’ kumpanniji għal sotto-aġenti taħt l-artikolu 33.
(3) Mal-kisba mill-awtorità  kompetenti ta’ xi ċertifikat ta’
iskrizzjoni taħt l-artikolu 33, kumpannija awtorizzata għandha
tagħti lill-persuna li f’isimha jinħareġ iċ-ċertifikat ta’ iskrizzjoni ċ-
ċertifkat mogħti lill-kumpannija mill-awtorità  kompetenti jew
kopja uffiċjali tiegħu.
(4) Meta persuna iskritta kif intqal qabel tmexxi attivitajiet ta’
sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni minn post ta’ negozju jew minn xi
post ieħor, il-persuna għandha tqiegħed għall-wiri f’pożizzjoni
prominenti f’dak il-post, f’parti minnu fejn il-pubbliku jkollu
aċċess, iċ-ċertifikat ta’ iskrizzjoni maħruġ mill-awtorità  kompetenti
taħt dan l-artikolu jew kopja uffiċjali tiegħu.
Restrizzjoni ta’ 
persuni biex 
imexxu attivitajiet 
ta’ sotto-aġenti fl-
assigurazzjoni.
32. Ebda persuna ma għandha taġixxi bħala sotto-aġent fl-
assigurazzjoni u tmexxi, jew tipprova tmexxi, f’Malta attivitajiet
ta’ sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni kemm-il darba dik il-persuna
ma tkunx maħtura, reġistrata u iskritta skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att.
Ħatra, 
reġistrazzjoni u 
iskrizzjoni ta’ 
sotto-aġenti fl-
assigurazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.282.
33. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull
kumpannija awtorizzata li tkun tixtieq taħtar persuna biex taġixxi
f’isimha bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni għandha, taħt dan l-
artikolu, taħtar u tirreġistra fir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-
aġenti tal-kumpannija u tagħmel l-iskrizzjoni ma’ l-awtorità
kompetenti fil-lista ta’ sotto-aġenti, ta’ persuna jew persuni biex
jaġixxu f’isimha bħala sotto-aġenti fl-assigurazzjoni u biex imexxu
f’Malta attivitajiet ta’ sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni f’dik il-
klassi jew f’dawk il-klassijiet ta’ kummerċ fit-tul jew f’dik il-klassi
jew f’dawk il-klassijiet, jew il-grupp jew gruppi ta’ klassijiet ta’
kummerċ ġenerali speċifikati fil-ħatriet tas-sotto-aġenzija
rispettivi; u, meta persuna ma tkunx individwu, dik il-persuna
għandha hi nnifisha jkollha individwu li jissodisfa l-ħtiġiet ta’
  24  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
artikolu 30(1):
Iżda kumpannija hija projbita milli taħtar u tirreġistra fir-
reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija persuna li
tkun -
(a) persuna reġistrata fir-reġistru tal-brokers taħt l-
artikolu 13;
(b) kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers taħt dak l-
artikolu;
Kap. 403. (ċ) kumpannija awtorizzata taħt l-Att dwar il-Kummerċ
ta’ l-Assigurazzjoni -
(i) biex tmexxi kummerċ ta’ l-assigurazzjoni;
(ii) biex taġixxi bħala aġent fl-assigurazzjoni;
(iii) biex taġixxi ta’ manager fl-assigurazzjoni:
Iżda wkoll kumpannija hi projbita milli taħtar xi persuna li
taġixxi f’isimha bħala sotto-aġent fl-assigurazzjoni biex tmexxi xi
attività  ta’ sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni li taqa’ f’xi klassi jew
grupp ta’ klassijiet ta’ kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li l-awtorità
kompetenti tista’ minn żmien għal żmien b’direttiva dwar
intermedjarji fl-assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu tistabbilixxi li hi klassi jew grupp ta’ klassijiet ta’
kummerċ li fihom ebda attività  ta’ sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni
ma tista’ titmexxa.
(2) Meta kumpannija awtorizzata taħtar u tirreġistra fir-reġistru
ta’ kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija persuna li ma
tkunx individwu, u dik il-persuna tmexxi attivitajiet ta’ sotto-
aġenzija fl-assigurazzjoni minn post ta’ negozju wieħed, jew iktar,
dik il-persuna għandha tiżgura li l-attivitajiet ta’ sotto-aġenzija fl-
assigurazzjoni li hekk jitmexxew minnha minn kull post bħal dak
tan-negozju jitmexxew biss minn individwu li jissodisfa l-ħtiġiet
ta’ l-artikolu 30(1).
(3) Bla ħsara għas-subartikoli (4) sa (6), persuna, barra minn
persuna msemmija fl-ewwel proviso għa-subartikolu (1), tista’
tipprova u tikseb taħt dan l-artikolu ħatra u reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti ta’ xi kumpannija
awtorizzata, biex tmexxi f’isem dik il-kumpannija attivitajiet ta’
sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni.
(4) Persuna li tkun tixtieq tikseb ħatra u reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti ta’ kumpannija
awtorizzata biex tmexxi attivitajiet ta’ sotto-aġenzija fl-
assigurazzjoni -
(a) dwar kummerċ fit-tul, tista’ tikseb ħatra u
reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-
aġenti ta’ mhux iżjed minn żewġ kumpanniji
awtorizzati li jmexxu kummerċ fit-tul;
(b) dwar kummerċ ġenerali, tista’ tikseb ħatra u
reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-
aġenti ta’ mhux iżjed minn żewġ kumpanniji
awtorizzati li jmexxu kummerċ ġenerali.
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  25
(5) Meta persuna tkun tixtieq tikseb ħatra u reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti ta’ iktar minn kumpannija
waħda awtorizzata li tmexxi kummerċ fit-tul, u meta xi klassi ta’
kummerċ fit-tul li jitmexxa mill-kumpanniji konċernati jkun ta’ l-
istess xorta, dik il-persuna għandha, dwar dik il-klassi ta’
kummerċ, tipprova u tikseb ħatra u reġistrazzjoni biex tmexxi
attivitajiet ta’ sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni dwar dik ix-xorta ta’
kummerċ biss fir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti ta’
waħda mill-kumpanniji konċernati.
(6) Meta persuna tkun tixtieq tikseb ħatra u reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti ta’ iktar minn kumpannija
waħda awtorizzata li tmexxi kummerċ ġenerali, u meta xi klassi,
jew grupp ta’ klassijiet, ta’ kummerċ ġenerali li jitmexxa mill-
kumpanniji konċernati jkun ta’ l-istess xorta, dik il-persuna
għandha, dwar dik il-klassi, jew grupp ta’ klassijiet, ta’ kummerċ,
tipprova u tikseb ħatra u reġistrazzjoni biex tmexxi attivitajiet ta’
sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni dwar dik il-klassi, jew grupp ta’
klassijiet, ta’ kummerċ biss fir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-
aġenti ta’ waħda mill-kumpanniji konċernati. 
(7) Ebda persuna li tkun impjegat ta’ kumpannija awtorizzata
ma għandha, minħabba biss il-fatt li tkun impjegat mal-
kumpannija, teħtieġ reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ kumpannija għal
sotto-aġenti taħt dan l-artikolu ħlief fejn dik il-persuna tmexxi
attivitajiet ta’ sotto-aġenzija fl-assigurazzjoni f’isem il-kumpannija
f’post jew f’postijiet li ma jkunux post jew postijiet tan-negozju
tal-kumpannija:
Iżda l-awtorità  kompetenti tista’ teżenta lil xi kategoriji ta’
impjegati f’xi ċirkostanzi kif stabbiliti skond direttiva dwar
intermedjarji ta’ l-asigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu.
(8) Meta l-awtorità  kompetenti tilqa’ applikazzjoni għall-
iskrizzjoni taħt dan l-artikolu, hija għandha toħroġ lill-applikant
konċernat ċertifikat ta’ iskrizzjoni fl-għamla u bil-mod li tqis li
jkun xieraq hekk li jkun prova tal-persuna reġistrata fir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti ta’ l-applikant fil-lista ta’ sotto-
aġenti.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-awtorità
kompetenti tista’ tissoġġetta l-iskrizzjoni li tkun saret taħt dan l-
artikolu għal dawk il-kundizzjonijiet li tista’ minn żmien għal
żmien tqis li jkunu xierqa li timponi. 
(10) Kumpannija awtorizzata tkun f’kull żmien responsabbli
għal kull egħmil jew nuqqas ta’ egħmil tas-sotto-aġenti fl-
assigurazzjoni reġistrati tagħha kemm-il darba dak l-egħmil jew
nuqqas ikun egħmil jew nuqqas li għandu x’jaqsam ma’ kuntratt ta’
assigurazzjoni maħruġ mill-kumpannija jew offrut f’isimha
permezz tas-servizzi ta’ dawk is-sotto-aġenti fl-assigurazzjoni.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, kull referenza għal sotto-aġenti
fl-assigurazzjoni reġistrati għandha tinkludi referenza għal sotto-
aġenti fl-assigurazzjoni reġistrati kemm passati kif ukoll preżenti.
(11) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, għall-finijiet
ta’ dan l-artikolu, "kumpannija awtorizzata" m’għandhiex tinkludi
  26  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
xi membru ta’ korp ta’ l-assigurazzjoni rikonoxxut li jmexxi
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni f’Malta biss ma’ kumpannija iskritta.
Tħassir ta’ ismijiet 
mir-reġistri ta’ 
kumpanniji għal 
sotto-aġenti.
34. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35 u għall-
pattijiet u kundizzjonijiet ta’ ħatra ta’ sotto-aġenzija fl-
assigurazzjoni relevanti, f’kull żmien u għal kull raguni tkun li
tkun- 
(a) kumpannija awtorizzata tista’ tħassar mir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija l-isem ta’
persuna li tkun reġistrata fir-reġistru tal-kumpannija;
(b) persuna reġistrata fir-reġistru ta’ kumpannija għal
sotto-aġent ta’ kumpannija awtorizzata tista’ tapplika
bil-miktub lill-kumpannija konċernata u titlob lill-
kumpannija li tħassarlu ismu mir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija.
Tħassir ta’ ismijiet 
mir-reġistri ta’ 
kumpanniji għal 
sotto-aġenti jew 
lista ta’ sotto-
aġenti. 
Emendat:
XVII. 2002.283.
35. (1) Meta kumpannija awtorizzata tagħżel li tħassar l-isem
ta’ persuna mir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti tal-
kumpannija, il-kumpannija għandha minnufih tavża bil-miktub lill-
persuna konċernata u lill-awtorità  kompetenti fejn tispeċifika d-
data li fiha tagħżel li tħassar l-isem ta’ dik il-persuna mir-reġistru.
(2) Meta kumpannija awtorizzata tħassar l-isem ta’ persuna
mir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija
minħabba li l-persuna ma tkunx xierqa jew idonea jew minħabba li
l-persuna tkun aġixxiet b’mod frodulenti, jew b’diżonestà , jew
b’dak il-mod li tintilef fiha l-fiduċja, il-kumpannija għandha tavża
bil-miktub lill-awtorità  kompetenti bir-raġunijiet għaliex għamlet
hekk.
(3) Malli tirċievi avviż mingħand kumpannija awtorizzata li
dik il-kumpannija tkun għażlet li tħassar l-isem ta’ persuna mir-
reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija, l-awtorità
kompetenti għandha -
(a) jekk it-tħassir ta’ dak l-isem mir-reġistru jkun
minħabba raġunijiet li ma jkunux dawk speċifikati fis-
subartikolu (2), kemm jista’ jkun malajr, tikkonferma
bil-miktub lill-kumpannija konċernata li isem dik il-
persuna, safejn jirreferi għal dik il-kumpannija,
għandu jitħassar mil-lista ta’ sotto-aġenti mid-data
speċifikata fl-avviż tal-kumpannija;
(b) jekk it-tħassir ta’ dak l-isem mir-reġistru jkun
minħabba raġunijiet speċifikati fis-subartikolu (2),
qabel ma tħassar isem dik il-persuna mil-lista ta’ sotto-
aġenti, minnufih, tagħti lill-persuna konċernata avviż
bil-miktub li jkun jagħti r-raġunijiet għal dak l-egħmil,
u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17(2) u (3)
għandhom ikunu mutatis mutandis japplikaw għal
avviż mogħti taħt dan l-artikolu.
(4) Bla ħsara għal kull azzjoni li l-awtorità  kompetenti
jidhrilha xierqa tieħu taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra, meta l-
awtorità  kompetenti tħassar l-isem ta’ persuna mil-lista ta’ sotto-
aġenti għal raġunijiet speċifikati fis-subartikolu (2), l-awtorità
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  27
kompetenti tista’ tagħti pubbliċità  għat-tħassir ta’ dak l-isem mil-
lista ta’ sotto-aġenti, u -
(a) jekk isem dik il-persuna ikun reġistrat fir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti ta’ xi kumpannija oħra,
l-awtorità  kompetenti għandha wkoll minnufih tavża
bil-miktub lil dik il-kumpannija l-oħra u tordnalha li
tħassar l-isem ta’ dik il-persuna mir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti ta’ dik il-kumpannija
minnufih u tagħti lill-kumpannija r-raġunijiet għal dik
l-ordni;
(b) jekk l-awtorità  kompetenti tagħżel li tagħti pubbliċità
għat-tħassir ta’ dak l-isem mil-lista ta’ sotto-aġenti, l-
awtorità  kompetenti għandha tippubblika avviż li
jagħti pubbliċità  għal dak it-tħassir b’mod li jidhirlha
xieraq għall-inqas f’żewġ gazzetti lokali li joħorġu
kuljum li minnhom waħda tiġi pubblikata bil-Malti u l-
oħra bl-Ingliż; u t-test ta’ l-avviż għandu jkun bil-
Malti fil-gazzetta bil-Malti u bl-Ingliż fil-gazzetta bl-
Ingliż.
(5) L-awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa tordna li 1-ispejjeż
kollha li jsiru bil-pubblikazzjoni ta’ avviż skond ma hemm f’dan l-
artikolu, jew ta’ parti minnhom hekk kif tista’ tqis li jkun xieraq,
għandhom jitħallsu mill-persuna konċernata; u kull ammont hekk
dovut għandu jinġabar mill-awtorità  kompetenti bl-istess mod
bħalma tinġabar penali amministrattiva li tiġi imposta taħt dan l-
Att.
(6) Meta kumpannija awtorizzata tirċievi applikazzjoni bil-
miktub mingħand persuna reġistrata fir-reġistru ta’ kumpannija
għal sotto-aġenti tal-kumpannija li tkun qiegħda teħtieġ lill-
kumpannija li tħassar isem dik il-persuna mir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija, il-kumpannija
għandha mingħajr ebda dewmien tħassar isem dik il-persuna mir-
reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija filwaqt li
tavża bil-miktub lill-persuna konċernata u lill-awtorità  kompetenti
billi wkoll tispeċifika d-data meta tagħżel li tħassar isem dik il-
persuna mir-reġistru.
(7) Meta, wara li ssir applikazzjoni lil kumpannija awtorizzata
taħt is-subartikolu (6), il-kumpannija tirrifjuta, jew indebitament
iġġebbed il-proċess, li tħassar isem il-persuna mir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija, il-persuna
konċernata tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità  kompetenti u l-
awtorità  kompetenti għandha toħroġ bil-miktub lill-kumpannija
konċernata dawk id-direttivi li tqis xierqa biex iġġiegħel lill-
kumpannija li tgħaġġel il-proċess ta’ tħassir ta’ l-isem ta’ dik il-
persuna mir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti tal-
kumpannija.
(8) Malli jingħata avviż mill-awtorità  kompetenti lil
kumpannija awtorizzata li isem persuna reġistrata fir-reġistru ta’
kumpannija għal sotto-aġenti tal-kumpannija jkun tħassar mil-lista
ta’ sotto-aġenti, il-kumpannija konċernata għandha minnufih tagħti
lura lill-awtorità  kompetenti ċ-ċertifikat ta’ iskrizzjoni dwar dik il-
  28  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
persuna, u kull kopja uffiċjali li jkollha ta’ dak iċ-ċertifikat.
Tħaris ta' l-interess 
pubbliku jew 
interess ieħor.
Emendat:
XVII. 2002.284.
36. (1) Minkejja kull disposizzjoni ta’ dan l-Att, l-awtorità
kompetenti tista’, f’kull żmien, minħabba f’nuqqas ta’ idoneità  jew
improprjetà  jew tat-tħaris ta’ l-interess pubbliku -
(a) tirrifjuta l-iskrizzjoni ta’ persuna fuq il-lista ta’ sotto-
aġenti;
(b) li tħassar l-isem ta’ persuna mil-lista ta’ sotto-aġenti:
Iżda f’kull każ, l-awtorità  kompetenti għandha tavża lill-
kumpannija konċernata bil-miktub bir-raġunijiet għaliex għamlet
hekk.
(2) F’kull każ l-awtorità  kompetenti tista’ tieħu kull miżura
oħra li jidhirlha meħtieġa biex tħares l-interessi ta’ l-assigurati,
detenturi ta’ polza, kredituri jew persuni interessati oħra.
Restituzzjoni ta’ 
isem imħassar mil-
lista ta’ sotto-
aġenti.
37. Meta skond l-artikolu 35 l-isem ta’ persuna jkun tħassar
mil-lista tas-sotto-aġenti -
(a) għal raġunijiet li jinsabu fis-subartikolu (2) ta’ dak l-
artikolu, l-isem ta’ dik il-persuna għandu, ma’ l-
applikazzjoni ta’ kumpannija awtorizzata, jerġa’ jkun
iskritt fil-lista tas-sotto-aġenti biss fuq ordni tat-
Tribunal jew liberazzjoni minn akkużi ta’ reat taħt dak
is-subartikolu minn xi qorti;
(b) għal raġunijiet li ma jkunux dawk li jinsabu fis-
subartikolu (2) ta’ dak l-artikolu, l-isem ta’ dik il-
persuna jista’, ma’ l-applikazzjoni minn kumpannija
awtorizzata, jerġa’ ikun iskritt fil-lista tas-sotto-aġenti.
TAQSIMA VII
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Koperazzjoni fi 
dmirijiet ta’ 
sorveljanza u 
skambju ta’ 
informazzjoni.
Sostitwit:
XVII. 2002.285.
38. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ teżerċita s-setgħat li
ġejjin fuq it-talba ta’ jew sabiex tassisti lil awtorità  regolatorja
barranija: 
(a) is-setgħa li timponi, tirrevoka jew tvarja
kondizzjonijiet ma’ l-għoti ta’ iskrizzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13(4);
(b) is-setgħa li tħassar l-isem ta’ kumpannija iskritta mir-
reġistru tal-brokers taħt l-artikolu 16;
Kap. 403.
(ċ) is-setgħa li tieħu kull azzjoni taħt l-artikoli 29, 30 u 31
ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, kif
applikabbli skond l-artikolu 49;
(d) is-setgħa li tikkomunika ma’ awtorità  regolatorja
barranija informazzjoni li tkun fil-pussess tagħha, sew
jekk dik l-informazzjoni tkun riżultat ta’ xi waħda mis-
setgħat ta’ hawn fuq jew xort’oħra.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha teżerċita l-poteri bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu:
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  29
(a) meta tintalab l-assistenza mill-awtorità  regolatorja
barranija għall-finijiet ta’ l-eżerċizzju ta’ xi waħda jew
aktar mill-funzjonijiet regolatorji tagħha; jew
(b) meta jkun hekk meħtieġ fil-parametri ta’ l-
obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta; jew
(ċ) meta jkun hekk meħtieġ skond it-termini ta’ l-
obbligazzjonijiet assunti fi trattati bilaterali jew
multilaterali għall-bdil ta’ informazzjoni u forom oħra
ta’ kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji
barranin inkluża talba taħt memorandum of
understanding konkluż ma’ l-awtorità  kompetenti.
(3) Għandu jkun hemm laqgħat bejn kumpannija awtorizzata u
l-awtorità  kompetenti jew bejn kumpannija iskritta, l-uditur
approvat tagħha u l-awtorità  kompetenti, fuq bażi bilaterali jew
multilaterali kif jeħtieġu ċ-ċirkostanzi. Dawk il-laqgħat jistgħu
jissejħu minn kull waħda mill-partijiet, u għandhom f’kull każ
ikunu preseduti mill-awtorità  kompetenti.
Konfidenzjalità .
Emendat:
XVII. 2002.286.
39. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tawtorizza lill-awtorità
kompetenti biex tinvestiga jew iġġiegħel li ssir investigazzjoni
f’kumpannija iskritta fl-affarijiet ta’ klijent individwali ta’
kumpannija iskritta ħlief sabiex jiġi assigurat li jkun hemm tħaris
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi Att ieħor.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3),
informazzjoni minn xi persuna għall-finijiet ta’, jew konformement
ma’, xi disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’ xi regoli jew
regolamenti magħmulin taħtu, jew ta’ xi direttiva dwar
intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni, jew fit-twettiq ta’ xi funzjonijiet
taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet imsemmija, jew minn xi
awtorità  regolatorja barranija għandha tiġi ttrattata bħala
kunfidenzjali u protetta mid-dmir ta’ segretezza professjonali, u
m’għandhiex tiġi żvelata lil xi persuna ohra, li ma tkunx persuna li
tkun tista’ tikseb dik l-informazzjoni skond il-liġi għall-finijiet ta’,
jew konformement ma’, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’ xi
regoli jew regolamenti magħmulin taħtu jew ta’ direttivi dwar
intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni ħlief bil-kunsens tal-persuna li
mingħandha tinkiseb l-informazzjoni, sakemm dik l-informazzjoni
tkun unikament tirrigwarda lil dik il-persuna.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma għandhomx
jipprekludu l-iżvelar ta’ informazzjoni -
(a) bil-għan li jinbdew, jew xort’oħra għall-finijiet ta’,
proċedimenti kriminali jew ta’ xi proċedimenti mill-
awtorità  kompetenti quddiem xi qorti taħt dan l-Att;
(b) bil-għan li l-awtorità  kompetenti tkun tista’ jew tigi
assistita fil-qadi jew fit-twettiq ta’ xi funzjonijiet
tagħha taht dan l-Att;
(ċ) li tkun saret disponibbli lill-pubbliku ghax tkun ġiet
żvelata f xi ċirkostanzi li fihom, jew ghal xi fini li
dwaru, l-iżvelar ma jkunx prekluż b’dan l-artikolu;
(d) f’sommarju jew ġabra ta’ informazzjoni kompilata
  30  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
b’dak il-mod li ma tkunx tista’ tiġi aċċertata l-identità
ta’ xi persuna li l-informazzjoni tkun tirrigwardaha;
(e) lil xi awditur meta l-awtorità  kompetenti tkun tqis li
dak l-iżvelar ikun jgħin lill-awditur fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tieghu taht l-artikolu 27;
Kap. 345.
(f) lill-Bank Ċentrali ta’ Malta jew lil-listing authority
taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, meta dik l-
informazzjoni tkun meħtieġa mill-Bank jew mil-listing
authority fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi
tagħhom skond il-liġi;
(g) b’risposta ghal xi talba mingħand jew ghall-fini ta’
assistenza li tingħata lil awtorità  regolatorja barranija
konformement ma’ l-artikolu 38;
(h) lil dawk l-awtoritajiet oħra regolatorji, ġudizzjarji jew
ta’ infurzar, kemm lokali kemm barranin, meta dak l-
iżvelar ikun meħtieġ jew jintalab għall-prosegwiment
ta’ kwistjonijiet regolatorji serji jew qerq, prevenzjoni
jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;
(i) fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali fir-rigward tal-
falliment jew stralċ obbligat ta’ kumpannija iskritta
sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx tirrigwarda terzi
involuti f’tentattivi li jilliberaw lil dik il-kumpannija,
u lil dawk il-korpi barranin responsabbli għal
likwidazzjoni u l-falliment ta’ xi persuna li tkun
iskritta jew li jkollha awtorizzazzjoni jew liċenza
ekwivalenti minn xi awtorità  regolatorja barranija jew
proċeduri simili oħra.
(4) Ebda persuna, inklużi uffiċjali jew aġenti ta’ l-imgħoddi
jew tal-preżent ta’ kumpannija iskritta, ma għandha tikxef xi
informazzjoni dwar l-affarijiet ta’ kumpannija iskritta jew ta’
klijent ta’ kumpannija iskritta li hija tkun kisbet fil-qadi tad-
dmirijiet tagħha jew fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skond dan
l-Att ħlief -
(a) meta tkun awtorizzata biex tagħmel hekk skond xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) għall-qadi tad-dmirijiet tagħha jew għall-eżerċizzju
tal-funzjonijiet tagħha;
(ċ) meta tkun meħtieġa biex tagħmel hekk minn xi qorti
jew skond xi disposizzjoni ta’ xi liġi.
(5) F’dan l-artikolu, l-espressjoni "aġenti", dwar kumpannija
iskritta, tfisser u tinkludi l-bankiera u l-uditur tal-kumpannija.
Kap. 373.
(6) Meta uffiċjal jew impjegat ta’ kumpannija iskritta, jew
persuna reġistrata jew iskritta, jew uffiċjal jew impjegat ta’ dik il-
persuna, ikollha għalfejn taħseb li xi attività  jew attività  proposta
tista’ tinvolvi money laundering, din tkun obbligata timxi skond ir-
regolamenti maħruġa taħt l-Att kontra Money Laundering u skond
linji ta’ gwida magħmula mill-awtorità  kompetenti. It-tħaris tad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma jikkostitwix ksur ta’
konfidenzjalità .
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  31
Spezzjoni tar-
reġistri u tal-listi.
40. (1) Ir-reġistru tal-brokers, il-lista tal-brokers u l-lista ta’
sotto-aġenti għandhom ikunu miftuħin biex jispezzjonahom il-
pubbliku, mingħajr ħlas, fl-uffiċċju ta’ l-awtorità  kompetenti fil-
ħinijiet kollha matul il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ l-awtorità .
(2) Kull persuna tista’, mal-ħlas ta’ dak id-dritt li jista’ jiġi
preskritt, tikseb mingħand l-awtorità  kompetenti estratti mir-
reġistru tal-brokers, mil-lista tal-brokers u mil-lista tas-sotto-aġenti
u kopji uffiċjali ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni jew iskrizzjoni.
(3) Ir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti ta’ kull
kumpannija għandu jkun miftuħ biex jispezzjonah il-pubbliku,
mingħajr ħlas, fl-uffiċċju prinċipali tal-kumpannija awtorizzata
konċernata matul il-ħinijiet normali tax-xogħol tal-kumpannija.
Użu tal-kelma 
"assigurazzjoni".
41. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, ħlief bil-permess bil-miktub ta’ l-awtorità  kompetenti,
ebda persuna barra minn -
(a) persuna reġistrata fir-reġistru tal-brokers taħt l-
artikolu 13; jew
(b) kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers taħt dak l-
artikolu; jew
Kap. 403.
ta’ l-Assigurazzjoni; jew
(d) persuna li jkollha kwalifiki ta’ assigurazzjoni minn
istitut ta’ reputazzjoni magħruf għal dak l-għan mill-
awtorità  kompetenti; jew
(e) istitut ta’ reputazzjoni illi jipprovdi tagħlim fl-istudji
dwar il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni u hu magħruf
għal dan il-għan mill-awtorità  kompetenti; jew
(f) persuna preskritta b’regolamenti magħmula taħt dan l-
Att,
ma għandha tuża l-kelma "assigurazzjoni" bħala parti minn isimha
jew bħala d-deskrizzjoni jew titolu tagħha jew tagħmel xi użu bħal
dak fuq xi ittra, karta, f’xi avviż jew reklam, jew b’xi mod ieħor
ikun li jkun.
(2) Kull kumpannija barranija iskritta jew awtorizzata kif
intqal qabel tista’ tuża l-isem użat fil-pajjiż fejn tkun reġistrata,
inkorporata jew kostitwita ħlief li, fejn ikun hemm riskju li l-użu
ta’ dak l-isem jista’ jqarraq, dik il-kumpannija għandha żżid ma’
isimha dawk il-partikolaritajiet spjegattivi li tordna l-awtorità
kompetenti.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’, b’direttiva dwar intermedjarji
fl-assigurazzjoni magħmula għall-fini ta’ dan l-artikolu,
tistabbilixxi l-kwalifiki u l-esperjenza fil-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni li persuni, barra mill-persuni msemmija fis-
subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, jeħtieġ li jkollhom biex,
b’applikazzjoni lill-awtorità  kompetenti, jkunu jistgħu jingħataw
permess taħt dan l-artikolu sabiex jużaw il-kelma "assigurazzjoni"
bħala parti minn isimhom jew bħala d-deskrizzjoni jew titolu
tagħhom.
  32  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-espressjoni
"assigurazzjoni" tinkludi rijassigurazzjoni, assurance u
reassurance u kull derivattivi tagħhom jew kliem ieħor li jistgħu
juru jew jimplikaw li juru t-tmexxija ta’ kummerċ ta’
assigurazzjoni jew kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni jew it-
tmexxija ta’ attivitajiet intermedjarji flassigurazzjoni jew it-
tmexxija ta’ dak il-kummerċ jew it-tmexxija ta’ dawk l-attivitajiet
b’xi lingwa fid-deskrizzjoni jew fit-titolu li taħtu persuna tkun qed
tmexxi dak il-kummerċ jew tmexxi dawk l-attivitajiet.
Notifika ta’ avviżi, 
eċċ.
42. Avviż jew dokument ieħor li għandu jingħata jew ikun
notifikat taħt dan l-Att jew xi regoli jew regolamenti magħmula
bis-saħħa tiegħu għandu jitqies li ngħata jew gie notifikat b’mod
xieraq lil persuna jekk -
(a) ikun konsenjat lilha; jew
(b) ikun tħalla fl-indirizz mogħti minnha lill-awtorità
kompetenti, jew fl-indirizz l-aħħar magħruf tagħha;
jew
(ċ) ikun intbagħtilha bil-posta jew bil-fax f’xi wieħed
mill-indirizzi hawn fuq imsemmija; jew
(d) fil-każ ta’ soċjetà  kummerċjali reġistrata f’Malta, ikun
konsenjat, intbagħat bil-posta jew bit-telefax, jew
tħalla fl-uffiċċju reġistrat, jew fl-uffiċċju reġistrat l-
aħħar magħruf, ta’ dik is-soċjetà  kummerċjali; jew
(e) fil-każ ta’ xi korp ieħor ta’ persuni, sew jekk korporat
jew mhux korporat, ikun ingħata jew ġie notifikat b’xi
mod hawn fuq imsemmi lil direttur, uffiċjal, skrivan
jew lir-rappreżentant ta’ dak il-korp.
Underwriting 
agreements.
Emendat:
XVII. 2002.287.
43. (1) Bla ħsara għas-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
kumpannija li tkun iskritta taħt l-artikolu 13 ta’ dan l-Att tista’
tagħmel jew tikkuntratta kull underwriting agreement dwar
klassijiet ta’ kummerċ ġenerali ma’ kull kumpannija awtorizzata.
(2) Ebda kumpannija iskritta kif imsemmi qabel ma għandha
tagħmel jew tikkuntratta xi underwriting agreement kemm-il darba,
dwar dak l-underwriting agreement, il-kumpannija ma’ tħarisx, jew
ma tissodisfax, dawk il-ħtiġiet li l-awtorità  kompetenti, tista’
permezz ta’ direttiva dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni
magħmula għall-finijiet ta’ dan l-artikolu tistabbilixxi.
(3) Kumpannija iskritta kif imsemmi qabel għandha tirreġistra
għand l-awtorità  kompetenti kull underwriting agreement magħmul
jew ikkuntrattat taħt dan l-artikolu fl-għamla u bil-mod li l-awtorità
kompetenti tista’, permezz tad-direttiva dwar intermedjarji fl-
assigurazzjoni, tistabbilixxi.
(4) Ebda kummerċ ta’ assigurazzjoni ma għandu jiġi aċċettat
taħt xi underwriting agreement kemm-il darba l-underwriting
agreement ma jkunx ġie debitament reġistrat kif imsemmi qabel.
(5) L-awtorità  kompetenti għandha tiddeċiedi dwar
applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ xi underwriting agreement taħt
dan l-artikolu fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  33
meħtieġa li tingħata skond id-direttiva dwar intermedjarji fl-
assigurazzjoni; u jekk l-awtorità  tirrifjuta li tirreġistra l-agreement
hija għandha tgħarraf lill-applikant bil-miktub ir-raġunijiet għar-
rifjut.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-awtorità
kompetenti tista’ tissoġġetta r-reġistrazzjoni ta’ kull underwriting
agreement magħmul taħt dan l-artikolu għal dawk il-
kundizzjonijiet li tista’ minn żmien għal żmien tqis xierqa li
timponi.
(7) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu "underwriting
agreement", dwar il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, tfisser ftehim
bejn kumpannija awtorizzata u kumpannija iskritta taħt l-artikolu
13 li bih il-kumpannija iskritta tista’, skond il-provvedimenti
tiegħu, taċċetta riskji f’isem il-kumpannija awtorizzata; u, f’dan il-
kuntest, kull ftehim ieħor, b’kull isem li jista’ jissejjaħ bih, li jkollu
għanijiet u finijiet simili għal underwriting agreement, għandu
jitqies għall-finijiet ta’ dan l-artikolu li jkun underwriting
agreement.
Tibdil fid-
dokumentazzjoni u 
informazzjoni.
Emendat:
XVII. 2002.288.
44. (1) Kull kumpannija iskritta għandha tavża bil-miktub lill-
awtorità  kompetenti b’kull tibdil materjali fid-dokumentazzjoni
provduta jew meħtieġa li tkun provduta b’dan l-Att jew taħtu jew
b’xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew b’xi
direttiva dwar intermedjarji fl-assigurazzjoni, malli ssir taf b’dak
it-tibdil.
Kap. 403.
(2) Bla ħsara għall-artikolu 49 safejn jirreferi għall-artikolu 38
ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, kull kumpannija
iskritta li tkun kumpannija lokali għandha, qabel ma tagħmel xi
żieda jew tibdil fil-memorandum jew fl-istatut ta’ assoċjazzjoni jew
f’xi att ieħor li jikkostitwixxi l-kumpannija tissottometti bil-miktub
lill-awtorità  kompetenti partikolaritajiet taż-żieda jew tibdil
propost għall-kunsens tagħha bil-quddiem; u ebda żieda jew tibdil
bħal dak ma għandu jsir jew jiġi reġistrat jew jibda jseħħ, sew jekk
ikun reġistrat jew le, kemm-il darba u sakemm l-awtorità
kompetenti ma tkunx tat il-kunsens tagħha bil-miktub.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
kull kumpannija iskritta għandha tavża lill-awtorità  kompetenti fuq
bażi kontinwa, b’kull tibdil jew ċirkostanza li tista’ toħloq l-
eżistenza ta’ rabtiet mill-qrib skond kif imfisser fl-artikolu 8.
Appelli.
Emendat:
XVII. 2002.289.
Kap. 330.
45. (1) (a) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, il-frażi "Tribunal għas-
Servizzi Finanzjarji" tfisser it-Tribunal imsemmi fl-artikolu 21 ta’
l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u l-frażi
"Tribunal" għandha tiftiehem skond hekk:
Kap. 403.
Iżda għall-finijiet ta’ xi appell magħmul lit-Tribunal taħt
dan l-Att id-disposizzjonijiet tal-proviso għall-artikolu 57(1) ta’ l-
Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, għandhom japplikaw.
Kap. 330.
(b) Għall-finijiet ta’ kull appell bħal dak, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-
Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għandhom, ħlief safejn xi waħda
minnhom ma tkunx kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
  34  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
japplikaw ukoll.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull
persuna jew kumpannija li, tħossha aggravata b’deċiżjoni ta’ l-
awtorità  kompetenti -
(a) li tirrifjuta li tirreġistra jew tiskrivi applikant taħt l-
artikolu 13 jew 36;
(b) li timponi xi kundizzjoni fuq, jew sussegwenti għal,
reġistrazzjoni u iskrizzjoni taħt l-artikolu 13;
(ċ) li tħassar l-isem ta’ persuna mir-reġistru tal-brokers
jew l-isem ta’ kumpannija mil-lista tal-brokers taħt l-
artikolu 16;
(d) li tirrifjuta li tirrestitwixxi l-isem ta’ persuna fir-
reġistru tal-brokers jew l-isem ta’ kumpannija fil-lista
tal-brokers taħt l-artikolu 18(2);
(e) li tħassar l-isem ta’ persuna mil-lista ta’ sotto-aġenti
skond l-artikolu 35(3)(b);
(f) li teħtieġ kumpannija awtorizzata li tħassar l-isem ta’
persuna mir-reġistru ta’ kumpannija għal sotto-aġenti
ta’ xi kumpannija taħt l-artikolu 36;
(g) li tirrifjuta li tirreġistra xi underwriting agreement taħt
l-artikolu 43;
(h) li timponi penali amministrattiva dwar infrazzjonijiet
kif jista’ jiġi preskritt taħt l-artikolu 3,
tista’ tappella kontra d-deċiżjoni lit-Tribunal għal Servizzi
Finanzjarji li jkollu l-kompetenza esklużiva li jisma’ appelli fuq il-
ħwejjeġ imniżżlin f’dan is-subartikolu.
(3) Appell taħt dan l-artikolu jista’ jsir biss fuq il-bażi ta’ xi
waħda minn dawn li ġejjin:
(a) l-awtorità  kompetenti tkun applikat ħażin xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(b) id-deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti tikkostitwixxi
abbuż ta’ diskrezzjoni jew li tkun manifestament
inġusta, iżda d-diskrezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
ma tistax, ladarba tkun ġiet eżerċitata b’mod xieraq,
tkun mistħarrġa mit-Tribunal.
(4) Appell magħmul taħt dan l-artikolu ma għandux jissospendi
l-eżekuzzjoni ta’ xi deċiżjoni li minnha jkun sar l-appell ħlief fil-
każ ta’ appell minn deċiżjoni msemmija fis-subartikolu (2)(h).
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà .
46. L-awtorità  kompetenti u kull membru, uffiċjal jew
impjegat ta’ l-awtorità  kompetenti, u kull persuna maħtura biex
taqdi funzjoni taħt dan l-Att jew xi regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu ma jkunux responsabbli għal xi danni
dwar xi ħaġa li tkun saret jew li naqset milli ssir fil-qadi jew f’dak
li jidher li jkun il-qadi ta’ xi funzjonijiet taħt dan l-Att, jew xi
regoli jew regolamenti kif intqal qabel, kemm-il darba l-egħmil jew
in-nuqqas ma jintwerix li jkun sar jew naqas milli jsir, skond il-każ,
b’mala fede.
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  35
Reati.
Kap. 403.
(a) li tikser jew tonqos li tħares xi disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, jew ta’ l-artikolu 29, 30 jew 38 ta’ l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni kif applikabbli skond l-
artikolu 49 ta’ dan l-Att;
(b) li tikser jew tonqos li tħares xi regoli jew regolamenti
magħmula taħt dan l-Att; barra minn regoli jew
regolamenti li dwarhom ikunu preskritti penalitajiet
amministrattivi taħt il-paragrafu fl-artikolu 3(3)(d);
(ċ) li tikser jew tonqos li tħares xi direttiva dwar
intermedjarji fl-assigurazzjoni jew xi kundizzjoni ta’
reġistrazzjoni jew iskrizzjoni;
(d) li tonqos li tħares xi ordni leġittimu jew ħtieġa
leġittima ta’ l-awtorità  kompetenti;
(e) li tonqos li tħares xi ordni jew ħtieġa tat-Tribunal tas-
Servizzi Finanzjarji;
(f) li tonqos li tħares xi ordni leġittimu jew ħtieġa
leġittima ta’ xi persuna oħra magħmula taħt dan l-Att u
taħt xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu;
(g) li mingħajr raġuni xierqa tibdel, iżżomm, taħbi,
tiddistruġġi jew tirrifjuta li tipproduċi xi dokument li
hu leġittimament meħtieġ li jiġi provdut minn xi
persuna taħt dan l-Att jew xi regoli jew regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu,
tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li xjentement tipparteċipa fi, jew tipprokura
jew tgħin jew tħajjar l-egħmil ta’ reat taħt is-subartikolu (1) tkun
ħatja ta’ reat u tista’ teħel l-istess pieni bħall-awtur tar-reat.
(3) Il-Ministru għandu jagħmel regolamenti taħt dan l-artikolu
li jippreskrivu penalitajiet għal reati kontra dan l-Att, u dawk ir-
regolamenti jistgħu -
(a) jippreskrivu penalitajiet li jistgħu jiġu nfurzati fil-qrati
ta’ Malta;
(b) jippreskrivu penalitajiet differenti għal kontrav-
venzjonijiet ta’ disposizzjonijiet differenti ta’ dan l-
Att;
(ċ) jippreskrivu penalitajiet kalkolati skond kemm idum l-
egħmil tar-reat,
kemm-il darba dawk il-penalitajiet ma jkunux xort’oħra imposti
taħt l-artikolu 3.
Pieni. 
l-artikolu 47 -
(a) fil-każ ta’ priġunerija, ma għandhomx jipprovdu għal
sentenza ta’ priġunerija li tkun iktar minn sentejn;
(b) fil-każ ta’ penali mposta wara prosekuzzjoni fil-qrati
ta’ Malta, ma għandhomx jipprovdu għal multa ta’
  36  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
inqas minn mitt lira u iktar minn ħamsin elf lira;
(ċ) fil-każ ta’ reat kontinwat, ma għandhomx jipprovdu
għal multa ta’ inqas minn ħamsin lira jew iktar minn
mitt lira għal kull jum li matulu r-reat ikompli.
(2) Ebda proċedimenti għal reat taħt dan l-Att jew xi
regolament magħmul taħtu, ħlief għal infrazzjonijiet li għalihom
japplika l-artikolu 3(3)(d), ma jistgħu jinbdew mingħajr il-kunsens
ta’ l-Avukat Ġenerali.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att m’għandhomx jolqtu xi
proċedimenti kriminali li jistgħu jittieħdu taħt xi liġi oħra.
Applikazzjoni ta’ 
xi artikoli ta’ l-Att 
dwar il-Kummerċ 
ta’ l-
Assigurazzjoni 
għal kumpanniji 
iskritti u għal 
persuni iskritti fil-
lista ta’ sotto-
aġenti.
Sostitwit:
XVII. 2002.290.
Kap. 403. 
49. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) -
(a) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 29 sa 31 u ta’ l-
artikolu 38 ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu msejjaħ "l-Att") għandhom japplikaw għal
kumpannija iskritta fil-lista tal-brokers, bħallikieku
riferenza f’dawk id-disposizzjonijiet -
(i) għal "awtorizzazzjoni" kienet riferenza għal
"iskrizzjoni fil-lista tal-brokers";
(ii) għal "kumpannija awtorizzata" kienet riferenza
għal "kumpannija iskritta";
(iii) għal "kummerċ ta’ l-assigurazzjoni" kienet
riferenza għal "kummerċ ta’ broking fl-
assigurazzjoni";
(iv) għal "kumpannija li jkollha l-uffiċċju prinċipali
tagħha f’pajjiż barra minn Malta" kienet
riferenza għal "kumpannija barranija"; u
(b) l-artikoli 29 sa 31 ta’ l-Att għandhom japplikaw ghal
persuna iskritta fil-lista ta’ sotto-aġenti bħallikieku
riferenza f’dawk id-disposizzjonijiet:
(i) għal "awtorizzazzjoni" kienet riferenza għal
"iskrizzjoni fil-lista ta’ sotto-aġenti";
(ii) għal "kumpannija awtorizzata" kienet riferenza
għal "sotto-aġent ta’ l-assigurazzjoni";
(iii) għal "kummerċ ta’ l-assigurazzjoni" kienet
riferenza għal "attivitajiet ta’ sotto-aġenzija ta’
l-assigurazzjoni".
(2) Is-subartikolu (1) għandu jkun japplika għal kumpannija
iskritta jew għal persuna iskritta fil-lista ta’ sotto-aġenti
bħallikieku riferenza fid-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-Att għal "l-
awtorità  kompetenti" kienet riferenza għal "l-awtorità  kompetenti"
taħt dan l-Att, u riferenzi għal "direttiva dwar l-assigurazzjoni"
kienu riferenzi għal "direttiva dwar intermedjarji ta’ l-
assigurazzjoni".
BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI  OĦRA ġ KAP. 404.  37
Applikazzjoni ta’ l-
Att dwar il-
Kontroll fuq il-
Kambju. 
Kap. 233.
50. L-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju ma għandux japplika
għal kummerċ ta’ broking fl-assigurazzjoni li jitmexxa minn
kumpannija iskritta ma’ klijent li hu persuna mhux residenti
f’Malta għall-finijiet ta’ l-imsemmi Att. 
Riżervi.
Kap. 290.
Kap. 403.
51. (1) Kull liċenza maħruġa jew imġedda jew azzjoni oħra
tkun li tkun li tkun ittieħdet jew inbdiet taħt l-Att dwar l-Impriża
ta’ l-Assigurazzjoni (f’dan l-artikolu msejjaħ "l-Att"), qabel ma
tħassar bl-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni safejn japplika
għal brokers fl-assigurazzjoni u bejjiegħa ta’ assigurazzjoni,
għandhom ikomplu japplikaw u jibqgħu validi, daqslikieku dik il-
liċenza kienet ċertifikat ta’ iskrizzjoni maħruġ jew daqslikieku dik
l-azzjoni l-oħra kienet meħuda jew mibdija taħt dan l-Att.
(2) Kull persuna jew kumpannija li jkollha liċenza taħt l-Att
biex taġixxi bħala sensal ta’ assigurazzjoni jew bejjiegħ ta’
assigurazzjoni għandha, mhux iktar tard mid-data stabbilita, tħares
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew inkella tieqaf milli taġixxi
bħala sensal ta’ assigurazzjoni jew bejjiegħ ta’ assigurazzjoni, u
għandha, sad-data stabbilita jew sakemm tħares id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, skond liema jiġi l-ewwel, tkompli tkun regolata mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Att. Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "id-data
stabbilita" tfisser jum li jiġi sitt xhur wara d-data tal-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att.
(3) Meta kumpannija tieqaf milli taġixxi bħala sensal ta’
assigurazzjoni minħabba li dik il-kumpannija ma tħarisx, fid-data
stabbilita, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dik il-kumpannija
għandha titqies li tkun għamlet applikazzjoni lill-awtorità
kompetenti taħt l-artikolu 25 fid-data stabbilita biex tieqaf milli
tkompli tmexxi l-kummerċ ta’ sensal ta’ assigurazzjoni minn dik
id-data u li jkun inħarġilha permess mill-awtorità  kompetenti taħt
dak l-artikolu fid-data stabbilita biex tieqaf milli tmexxi dak il-
kummerċ minn dik id-data u biex tagħmel servicing ta’ dak il-
kummerċ ukoll minn dik id-data. L-awtorità  kompetenti tista’
timponi dawk il-kundizzjonijiet dwar is-servicing ta' dak il-
kummerċ skond kif jidhrilha xieraq.
(4) Għall-fini ta’ dan l-artikolu, "liċenza" tinkludi awtorità ,
permess, approvazzjoni u ħatra.
Kap. 330.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu m’għandhomx
japplikaw għal kumpanniji offshore ta’ broking fl-assigurazzjoni
reġistrati taħt l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta, sa dak iż-żmien li l-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta
jistabbilixxi.
  38  KAP. 404. ħ   BROKERS FL-ASSIGURAZZJONI U INTERMEDJARJI 
SKEDA
(Artikolu 2)
INTERMEDJARJI FL-ASSIGURAZZJONI U ATTIVITAJIET TA’ 
INTERMEDJARJI FL-ASSIGURAZZJONI
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 fit-Tielet Kolonna li hemm f’din l-Iskeda, "riskju"
tfisser u tinkludi riskju sitwat f’Malta jew riskju sitwat barra minn Malta; u "riskju
sitwat barra minn Malta", dwar kuntratt ta’ assigurazzjoni, għandha l-istess tifsir kif
mogħti lilha bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni.
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna It-Tielet Kolonna
Intermedjarji fl-
Assigurazzjoni 
Indipendenti
Intermedjarji fl-
Assigurazzjoni 
Dipendenti
 Attivitajiet ta’ Intermedjarji fl-
Assigurazzjoni
Broker fl-
assigurazzjoni
1. Attivitajiet professjonali ta’
persuni mniżżlin fl-Ewwel Kolonna
ta’ din l-Iskeda li, b’libertà  assoluta
dwar l-għażla tagħhom ta’
kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni
leġittimi, ilaqqgħu flimkien, bil-
ħsieb ta’ assigurazzjoni jew
rijassigurazzjoni ta’ riskji jew irbijt,
persuni li jkunu qed ifittxu
assigurazzjoni jew rijassigurazzjoni
u kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni,
jagħmlu xogħol preparatorju biex
jikkonkludu kuntratti ta’
assigurazzjoni jew rijassigurazzjoni
u, meta jkun xieraq, jassistu fl-
amministrazzjoni u twettiq ta’ dawk
il-kuntratti, b’mod partikolari fil-każ
ta’ claim;
Sotto-aġent fl-
assigurazzjoni
2. Attivitajiet ta’ persuni mniżżlin
fit-Tieni Kolonna ta’ din l-Iskeda li
jaġixxu f’isem kumpanniji
awtorizzati, fost ħwejjeġ oħra
jagħmlu xogħol introduttorju,
jintroduċu kuntratti ta’
assigurazzjoni jew jiġbru premiums,
kemm-il darba ebda obbligazzjoni
dwar assigurazzjoni lejn jew min-
naħa tal-pubbliku ma tingħata bħala
parti minn dawk l-attivitajiet.
