SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  1
KAPITOLU 405
ATT DWAR SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET 
U FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
Biex jagħti seħħ lil ċerti liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà  fl-avjazzjoni.
(21 ta’ Lulju, 1998)*
Sar liġi bl-ATT XX ta’ l-1998.
TAQSIM TA’ L-ATT
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 560 tal-21 ta’ Lulju, 1998.
Artikoli
Taqsima I. Preliminari 1-2
Taqsima II. Kontroll tas-Sigurtà  fl-Avjazzjoni 3-6
Taqsima III. Ħarsien ta’ Ajruplani, Ajruporti u Stallazzjonijiet
ta’ Navigazzjoni fl-Ajru minn Atti ta’ Vjolenza 7-24
Taqsima IV. Reati kontra s-Sigurtà  ta’ Ajruplani, eċċ. 25-27
Taqsima V. Sorveljar ta’ Ajruporti 28-29
  2  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar is-Sigurtà  fl-
Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili. 
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom rispettivament it-
tifsir li ġej, jiġifieri -
"ajruplan" tfisser kull inġenji ta’ l-ajru, sew jekk ikunu inġenji
ta’ l-ajru taħt kontroll Malti sew jekk le, li ma jkunx -
(a) ajruplan militari; jew
(b) ajruplan, li ma jkunx ajruplan militari, li jkun
jappartjeni lill-Gvern ta’ Malta jew li jkun
esklussivament imħaddem fis-servizz tal-Gvern ta’
Malta għal skopijiet ta’ dwana jew Pulizija,
iżda l-Ministru jista’ b’ordni, li jista’ jinbidel jew jiġi revokat
b’ordni sussegwenti, jipprovdi li kull disposizzjoni ta’ dan l-Att
tkun tapplika b’modifikazzjonijiet jew mingħajrhom għal ajruplani
bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu (b) ta’ din it-tifsira;
"ajruport" tfisser kull area ta’ art jew medda ilma magħmula,
mgħammra, riservata jew soltu użata sabiex tipprovdi faċilitajiet
għat-tlugħ jew għall-inżul ta’ ajruplani, u tinkludi terminal tal-
passiġġieri ta’ l-ajru, terminal tat-tagħbija li tinġarr fl-ajru u
maħżen għat-tagħbija li tinġarr fl-ajru kif ukoll kull art u faċilità
pertinenti għal ajruport;
"stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru" tfisser kull bini, xogħlijiet,
apparat jew tagħmir li jintuża kollu kemm hu jew prinċipalment
bil-għan li jagħti għajnuna fil-kontroll tat-traffiku fl-ajru jew bħala
għajnuna għan-navigazzjoni fl-ajru, flimkien ma’ kull medda art li
tkun kontigwa jew biswit dawk il-bini, xogħlijiet, apparat jew
tagħmir u li tintuża kollha kemm hi jew prinċipalment għal
għanijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan;
"oġġett" tinkludi kull sustanza, sew f’għamla solida jew likwida
jew fl-għamla ta’ gass jew fwar;
"uffiċjal awtorizzat" tfisser kull persuna li tkun awtorizzata mill-
Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport, jew li tkun awtorizzata mill-
Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport bil-parir tal-Kummissarju tal-
Pulizija, jew tal-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, jew tad-
Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili, jew taċ-Chairman ta’ l-
Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li jwettaq id-dmirijiet ta’
gwardja tas-sigurtà  f’żona ristretta;
"kmandant" b’riferenza għal ajruplan tfisser il-membru ta’ l-
ekwipaġġ maħtur bħala kmandant ta’ dak l-ajruplan mill-operatur
tiegħu, jew, jekk ma tkunx dik il-persuna, il-persuna li dak il-ħin
tkun il-pilota fi kmand ta’ l-ajruplan;
Kap. 9.
"esplożiv" għandha l-istess tifsira bħalma tinsab fl-artikolu 314
tal-Kodiċi Kriminali;
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  3
Kap. 66.
"armi tan-nar" għandha l-istess tifsira bħalma għandha fl-
Ordinanza dwar l-Armi;
Kap. 217.
"uffiċjal ta’ l-immigrazzjoni" tfisser l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-
Immigrazzjoni kif imfisser fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-
Immigrazzjoni;
Kap. 232.
"telf jew ħsara", dwar persuni, għandha l-istess tifsira bħalma
għandha fl-Att dwar l-Avjazzjoni Civili; 
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"manager", b’riferenza għal ajruport, tfisser dawk il-persuni li
jkunu legalment responsabbli għall-organizzazzjonijiet li jkunu qed
imexxu l-operazzjonijiet ta’ passiġġieri fl-ajruport u tat-terminal,
tat-tagħbija, u ta’ l-operazzjonijiet fuq l-airside;
"Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport" tfisser dak l-uffiċjal pubbliku
li jinħatar mill-Ministru biex ikun responsabbli għat-tmexxija
b’mod ġenerali u għall-kontroll tas-sigurtà  fl-avjazzjoni f’ajruporti
speċifiċi u tinkludi kull uffiċjal pubbliku fid-dipartiment tiegħu li
hekk jinħatar minnu għall-għanijiet ta’ dan l-Att;
"ajruplan militari" tfisser ajruplan tal-forzi navali, militari jew
ta’ l-ajru ta’ kull pajjiż;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-sigurtà  fl-
avjazzjoni u, fil-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna li tiġi
awtorizzata għaldaqshekk minn dak il-Ministru;
Kap.232.
"operatur" b’riferenza għal ajruplan f’kull waqt għandha l-istess
tifsira bħalma għandha fl-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili;
"vettura bil-mutur" tfisser kull għamla ta’ vettura mħaddma
b’qawwa mekkanika jew elettrika; 
"pilota fi kmand" b’riferenza għal ajruplan tfisser persuna li dak
il-ħin tkun inkarigata biex tippilota l-ajruplan mingħajr ma tkun
taħt ordni ta’ xi pilota ieħor fuq l-ajruplan;
Kap. 164. 
"uffiċjal tal-Pulizija" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-
Ordinanza dwar il-Pulizija ta’ Malta; 
"proprjetà " tinkludi kull medda art, bini jew xogħlijiet, kull
ajruplan jew vettura u kull valiġġa, tagħbija jew oġġett ieħor ta’
liema għamla jkun;
"żona ristretta" tfisser area li d-dħul għaliha jista’ biss isir jekk
ikun hemm l-awtorizzazzjoni tal-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport
kif jista’ jiġi hekk preskritt b’regolamenti li jsiru bis-saħħa ta’ dan
l-Att.
TAQSIMA II
KONTROLL TAS-SIGURTÀ   FL-AVJAZZJONI
Regolamenti u 
ordnijiet.
3. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jew b’ordni jipprovdi
kif jidhirlu meħtieġ jew spedjenti -
  4  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI
(a) biex jippreskrivi jew jipprovdi dwar kull ħaġa li tolqot
is-sigurtà  fl-avjazzjoni li għandha jew tista’ tiġi
preskritta bis-saħħa ta’ dan l-Att;
(b) b’mod ġenerali biex jiżgura l-ħarsien ta’ l-ajruplani u
tal-persuni u l-proprjetà  li jinġarru fihom, u għad-
detenzjoni ta’ ajruplani għal xi għan minn dawk
speċifikati f’dan il-paragrafu;
(ċ) biex inaqqas jew jevita interferenza ma’ l-użu jew l-
effettività  ta’ apparat li jiġi użat f’dak li għandu
x’jaqsam man-navigazzjoni bl-ajru;
(d) b’mod ġenerali sabiex jikkontrolla s-sigurtà  f’kull
ajruport li jinsab Malta;
(e) biex jistabbilixxi x’ikunu d-drittijiet li jitħallsu minn
managers ta’ ajruporti, operaturi ta’ l-ajruplani, aġenti
ta’ tagħbija li tinġarr bl-ajru u passiġġieri dwar l-għoti
ta’ servizzi tas-sigurtà  f’kull ajruport li jinsab Malta;
(f) biex jaħtar lill-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport
b’responsabbiltà  sħiħa għat-tmexxija u kontroll tas-
sigurtà  fl-avjazzjoni u għall-kmand, ko-ordinament u
sorveljar tar-riżorsi kollha ta’ sigurtà  li jkunu provduti
fl-Ajruport ta’ Ħal-Luqa jew ta’ kull ajruport ieħor
stabbilit li jkun jinsab Malta.
(2) Dawk ir-regolamenti li jsiru taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jista’ jkun fihom dawk id-
disposizzjonijiet inċidentali u supplimentari li l-Ministru jkunu
jidhrulu li jkunu meħtieġa jew spedjenti għall-għanijiet tar-
regolamenti.
Setgħa tal-Ministru 
li jitlob 
informazzjoni.
4. (1) Il-Ministru jista’, b’avviż bil-miktub li jiġi notifikat lil
min ikun -
(a) operatur ta’ xi ajruplan jew ajruplani reġistrati jew li
jitħaddmu f’Malta; jew
(b) aġent ta’ tagħbija li tinġarr bl-ajru li jaħdem f’Malta;
jew
(ċ) manager ta’ ajruport li jinsab Malta,
jitlob lil dik il-persuna tgħarraf lill-Ministru bil-miżuri, li jkunu ta’
dik l-għamla li tiġi hekk speċifikata fl-avviż, li jkunu qegħdin
jittieħdu dwar ajruplani reġistrati jew li jitħaddmu f’Malta li huwa
jkun l-operatur tagħhom jew dwar dak l-ajruport, skond il-każ,
għall-għanijiet li dwarhom tapplika din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Avviż li jingħata taħt is-subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu
għandu jispeċifika data (li ma tkunx aktar kmieni minn erba’
ġimgħat mid-data tan-notifika ta’ l-avviż) sa meta l-informazzjoni
meħtieġa bl-avviż skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandha tingħata lill-Ministru.
(3) Kull avviż bħal dak għandu wkoll jeħtieġ li min jiġi
notifikat bih, wara li jkun wassal lill-Ministru l-informazzjoni
meħtieġa bl-avviż skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
għandu jgħarraf lill-Ministru jekk jiġri li -
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  5
(a) jittieħdu xi miżuri ulterjuri dwar ajruplani reġistrati
jew li jitħaddmu f’Malta li f’dak il-waqt huwa jkun l-
operatur tagħhom, jew dwar l-ajruport li dwaru jkun
wassal dik 1-informazzjoni, skond il-każ, għall-
għanijiet li dwarhom tapplika din it-Taqsima ta’ dan l-
Att, sew -
(i) b’tibdil, jew b’żieda, mal-miżuri speċifikati
f’kull informazzjoni li huwa qabel ikun wassal
skond dan l-artikolu, jew
(ii) bl-applikazzjoni ta’ xi miżuri li jiġu hekk
speċifikati għal ajruplani, jew għal xi parti mill-
ajruport, li ma jkunux ġew inklużi fl-
informazzjoni mwassla qabel;
  jew
(b) jitwaqqfu xi miżuri li jkunu ttieħdu bil-mod kif
imsemmi f’dak is-subartikolu jew fil-paragrafu (a) ta’
dan is-subartikolu.
(4) Fil-qies li dak l-avviż ikun jeħtieġ li tingħata iktar
informazzjoni lill-Ministru skond ma hemm fis-subartikolu (3) ta’
dan l-artikolu, dan għandu jeħtieġ li dik l-informazzjoni titwassallu
qabel it-tmiem ta’ dak iż-żmien, li ma jkunx anqas minn sebat ijiem
mid-data minn meta jittieħdu dawk il-miżuri ulterjuri, hekk kif jiġi
speċifikat fl-avviż għall-għanijiet ta’ dan is-subartikolu, u meta
dawk il-miżuri jkunu ser jitwaqqfu, qabel ma dawn jitwaqqfu.
(5) Kull min -
(a) jirrifjuta jew, mingħajr kawża raġonevoli, jonqos milli
jħares ma’ xi ħtieġa li tiġi mposta fuqu permezz ta’
avviż mogħti taħt dan l-artikolu; jew
(b) fl-għoti ta’ xi informazzjoni hekk meħtieġa, jagħmel
dikjarazzjoni li jkun jaf li tkun sostanzjalment falza,
jew b’nuqqas ta’ kont jagħmel dikjarazzjoni li tkun
sostanzjalment falza,
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(6) Avviż li jkun ġie notifikat lil persuna skond is-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu jista’ f’kull żmien jiġi revokat b’avviż ieħor li
jiġi lilu notifikat mill-Ministru.
Kumitat dwar is-
Sigurtà  fl-
Avjazzjoni. 
5. (1) Għandu jitwaqqaf kumitat li jkun magħruf bħala l-
Kumitat dwar is-Sigurtà  fl-Avjazzjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem
f’dan l-artikolu msejjaħ "il-Kumitat") li jkun kompost minn dawk
il-membri li jiġu maħtura mill-Prim Ministru u li jintagħżlu minn
fost uffiċjali pubbliċi li jkollhom kariga għolja u li jkunu qegħdin
jaqdu dmirijiet fil-ministeri responsabbli mill-materji li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-avjazzjoni u ajruportijiet kif ukoll minn fost
impjegati li jkunu jokkupaw kariga għolja fl-organizzazzjonijiet l-
oħra li jkollhom sehem ewlieni fl-immaniġġjar, tmexxija u kontroll
ta’ l-avjazzjoni u ajruportijiet f’Malta:
  6  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI
Iżda l-Prim Ministru jista’ jaħtar persuni oħra bħala membri
tal-Kumitat li fil-fehma tiegħu ikollhom l-esperjenza u jkunu wrew
ħila fi ħwejjeġ relatati mas-sigurtà  fl-avjazzjoni u fl-ajruportijiet.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun id-dmir
tal-Kumitat b’mod ġenerali li jikkonsidra u jagħti pariri lill-Gvern
u lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-materji kollha relatati mas-
sigurtà  fl-ajruportijiet u fuq l-ajruplani, u b’mod partikolari biex
jagħti parir lill-Ministru -
(a) dwar l-iżvilupp, żamma u promozzjoni ta’ sistemi
effiċjenti ta’ sigurtà  fl-ajruportijiet u fuq l-ajruplani; u
(b) dwar l-iżvilupp u deċiżjoni ta’ strateġiji u policies
meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-oġġettivi.
(3) Il-Ministru responsabbli mis-Sigurtà  fl-Avjazzjoni jkun iċ-
Chairman tal-Kumitat, u s-Segretarju Permanenti responsabbli
għall-Affarijiet Interni ikun id-Deputy Chairman; il-Kummissarju
tal-Pulizija, il-Kmandant tal-Forzi Armati u l-Manager tas-Sigurtà
fl-Ajruport ikunu membri ex officio.
(4) Il-membri maħtura jibqgħu f’dik il-kariga għal dak iż-
żmien, li ma jkunx ta’ iktar minn tliet snin, hekk kif jista’ jiġi
speċifikat fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
(5) Meta tinqala xi vakanza fil-Kumitat matul il-perijodu ta’
ħatra minħabba f’xi mewt, riżenja jew għal xi raġuni oħra, il-Prim
Ministru għandu, kemm jista’ jkun malajr, jaħtar persuna oħra biex
timla’ l-vakanza:
Iżda l-Kumitat u l-membri li jagħmlu parti minnu jistgħu
jaġixxu minkejja li jkun hemm dik il-vakanza.
(6) Id-Deputy Chairman għandu jaġixxi minflok iċ-Chairman
kull meta ċ-Chairman ikun assenti minn laqgħa tal-Kumitat jew
inkella ma jkunx jista’ jaġixxi ta’ Chairman għal kull raġuni li
tkun.
(7) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-artikolu il-Prim
Ministru jista’ f’kull żmien itemm il-ħatra ta’ xi membru maħtur,
jekk, fil-fehma tiegħu, dak il-membru ma jibqax idoneu biex
ikompli f’dik il-kariga jew ikun sar inkapaċi milli jwettaq
dmirijietu sew.
(8) Il-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport għandu jagħmilha ta’
segretarju tal-Kumitat.
(9) Il-Kumitat għandu jiltaqa’ għal kemm-il darba jkun
meħtieġ, iżda f’ebda każ inqas minn darba f’kull tliet xhur
kalendarji.
(10) Il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni jew it-
termini ta’ referenza tas-sotto-kumitati jew gruppi ta’ esperti li
lilhom jista’ jagħti inkariġi speċjali.
(11) Il-Kumitat għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu. 
Detenzjoni ta’ 
ajruplani.
6. Dawk ir-regolamenti u l-ordnijiet li jsiru taħt xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistgħu jipprovdu għad-
detenzjoni ta’ ajruplani sabiex jiġi żgurat it-tħaris ta’ xi
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  7
disposizzjoni ta’ dan 1-Att jew ta’ xi regolamenti jew ordni li jsir
bis-saħħa tiegħu, u jistgħu hekk jipprovdu aktar kif il-Ministru
jidhirlu meħtieġ jew spedjenti sabiex tiġi żgurata dik id-detenzjoni.
TAQSIMA III
ĦARSIEN TA’ AJRUPLANI, AJRUPORTI U 
STALLAZZJONIJIET TA’ NAVIGAZZJONI FL-AJRU MINN 
ATTI TA’ VJOLENZA
Għanijiet li 
dwarhom tapplika 
t-Taqsima III.
7. (1) Din it-Taqsima ta’ l-Att għandha l-għan li tipprovdi
dwar il-ħarsien minn atti ta’ vjolenza -
(a) fuq ajruplani, u fuq persuni jew proprjetà  li tkun tinsab
abbord xi ajruplan;
(b) fuq ajruporti, u fuq dawk il-persuni jew proprjetà  li
(fil-każ ta’ persuni) jistgħu f’kull waqt ikunu f’xi parti
ta’ ajruport jew li f’kull waqt tkun (sew b’mod
permanenti sew għal xi żmien) f’xi parti ta’ ajruport; u
(ċ) fuq stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru li ma jagħmlux
parti minn ajruport.
(2) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att "att ta’ vjolenza" tfisser kull
att (sew attwali sew potenzjali, u jekk magħmul jew għad irid isir
sew f’Malta sew band’oħra) li jew -
(a) jekk ikun att magħmul f’Malta, jikkostitwixxi; jew
(b) jekk ikun għad irid isir f’Malta jkun jikkostitwixxi,
Kap. 9.
ir-reati taħt l-artikoli 211, 212, 214, 216, 217, 218, 220 u 222A tal-
Kodiċi Kriminali; jew xi att li bih splużjoni ta’ xorta li x’aktarx
tipperikola l-ħajja, jew li takkaġuna ħsara gravi fuq il-proprjetà ,
tiġi kawżata permezz ta’ xi sustanza esplużiva, sew jekk fil-fatt tiġi
jew ma tiġix kaġunata ħsara lil persuni jew lil proprjetà .
Meta s-sigurtà  tiġi 
perikolata fl-
ajruporti.
8. (1) Huwa reat li persuna permezz ta’ xi strument, sustanza
jew arma xjentement twettaq f’ajruport li jintuża għall-avjazzjoni
ċivili xi att ta’ vjolenza li -
(a) jikkaġuna jew x’aktarx jikkaġuna l-mewt jew il-
feriment gravi tal-persuna, u
(b) jipperikola jew x’aktarx jipperikola t-tħaddim
b’sigurezza ta’ l-ajruport jew il-ħarsien ta’ persuni fl-
ajruport.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, huwa
wkoll reat li persuna permezz ta’ xi strument, sustanza jew arma
kontra l-liġi u xjentement -
(a) teqred jew tikkaġuna danni gravi -
(i) fi proprjetà  użata għall-għoti ta’ faċilitajiet
f’ajruport li jintuża għall-avjazzjoni ċivili
(inkluż kull apparat jew tagħmir illi hekk
jintuża); jew
(ii) f’xi ajruplan li jkun qiegħed f’ajruport ċivili iżda
li ma jkunx qiegħed jintuża b’servizz; jew
  8  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI
(b) li tfixkel is-servizz mogħti f’ajruport ċivili, b’tali mod
li jipperikola jew x’aktarx jipperikola it-tħaddim
b’sigurezza ta’ l-ajruport jew il-ħarsien ta’ persuni li
jkunu jinsabu fl-ajruport.
(3) Ħlief kif hemm provdut fis-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu, is-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
japplikaw sew jekk att bħal dawk msemmija f’dawk is-subartikoli
isir f’Malta jew band’oħra u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza ta’ min
jagħmel l-att.
(4) Is-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu ma japplikax għal xi att li jitwettaq b’konnessjoni
ma’ xi ajruplan użat f’xi servizz militari, tad-dwana jew tal-Pulizija
kemm-il darba -
(a) l-att isir f’Malta; jew
(b) meta l-att isir barra minn Malta, min jagħmlu jkun
ċittadin Malti.
(5) Min jagħmel reat taħt dan l-artikolu jeħel, meta jinsab ħati,
priġunerija għal għomru.
(6) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att -
(a) iż-żmien li matulu ajruplan ikun qed itir għandu jitqies
li jinkludi kull żmien mill-waqt meta l-bibien kollha
tiegħu ta’ barra jiġu magħluqa wara l-imbarkazzjoni
sal-waqt meta xi wieħed minn dawk il-bibien jinfetaħ
għall-iżbark, u, fil-każ ta’ nżul furzat, kull żmien
sakemm l-awtoritajiet kompetenti jassumu r-
responsabbiltà  għall-ajruplan u għall-persuni u l-
proprjetà  li jkunu jinsabu abbord; u
(b) ajruplan għandu jinftiehem bħala li jkun qiegħed
jintuża b’servizz matul dak iż-żmien kollu li jibda bit-
tħejjija ta’ l-ajruplan għal titjira li ssir qabel it-titjira u
li jtemm erbgħa w għoxrin siegħa wara l-inżul ta’ dak
l-ajruplan wara li jkun temm dik it-titjira, kif ukoll
f’kull żmien (li ma jaħbatx matul dak iż-żmien) li
matulu, skond il-paragrafu ta’ qabel dan, l-ajruplan
ikun qed iwettaq it-titjira,
u kull ħaġa li ssir abbord ajruplan filwaqt li jkun qed itir fuq xi
parti minn Malta għandha titqies bħala li tkun saret f’dik il-parti ta’
Malta.
(7) Il-proċedimenti għal reat taħt dan l-artikolu m’għandhomx
jinbdew f’Malta ħlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
Dikjarazzjonijiet 
foloz dwar valiġġi, 
tagħbija, eċċ.
9. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu,
persuna tagħmel reat jekk, bi tweġiba għal mistoqsija li -
(a) tkun dwar xi valiġġi, tagħbija jew ħażniet (sew jekk
dawn ikunu tiegħu sew ta’ xi persuna oħra) li jkun jew
ikunu maħsuba li jinġarru minn ajruplan li jkun
reġistrat jew jitħaddem f’Malta, u
(b) isirilha għall-għanijiet li għalihom tapplika din it-
Taqsima ta’ dan l-Att -
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  9
(i) minn xi persuna minn dawk imsemmija fis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu;
(ii) minn xi impjegat jew aġent ta’ dik il-persuna fil-
kariga tiegħu ta’ impjegat jew aġent; jew
(iii) minn uffiċjal awtorizzat,
hija tagħmel dikjarazzjoni li tkun taf li tkun sostanzjalment falza,
jew bi traskuraġni tagħmel dikjararazzjoni li tkun sostanzjalment
falza.
(2) Il-persuni msemmija fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu huma -
(a) manager ta’ ajruport li jkun jinsab Malta;
(b) l-operatur ta’ xi ajruplan jew iktar minn ajruplan
wieħed reġistrati jew li jitħaddmu f’Malta; u
(ċ) kull min ikollu -
(i) permess li jidħol ġewwa żona ristretta ta’
ajruport għall-għanijiet ta’ l-attivitajiet ta’ xi
ħidma mwettqa minnu, u
(ii) kontroll f’dik iż-żona ristretta fuq il-valiġġi, t-
tagħbija jew il-ħażniet li l-mistoqsija jkollha
x’taqsam magħhom.
(3) Kull min jinsab ħati ta’ reat taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elfejn
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew dik
il-multa u priġunerija flimkien.
(4) F’dan l-artikolu -
"tagħbija" tinkludi ħażniet u posta; u
"ħażniet" tfisser oġġetti maħsuba għall-bejgħ jew għall-użu
abbord ta’ ajruplan, inklużi oġġetti li fuqhom ma jitħallasx dazju,
spare parts u oġġetti oħra ta’ tagħmir, sew jekk biex jitwaħħlu
minnufih sew jekk le.
Dikjarazzjonijiet 
foloz dwar 
dokumenti ta’ 
identità .
10. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu,
persuna tagħmel reat jekk -
(a) għall-għan ta’ applikazzjoni, jew f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ applikazzjoni, li tkun għamlet bi jew xi
persuna oħra għall-ħruġ ta’ dokument ta’ identità  li
dwaru japplika dan is-subartikolu; jew
(b) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ jekk għandhiex bi jew
persuna oħra tibqa’ żżomm dak id-dokument li jkun
diġà  inħareġ,
tagħmel lil xi persuna msemmija fis-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu, lil xi impjegat jew aġent ta’ dik il-persuna jew lil uffiċjal
awtorizzat, dikjarazzjoni li tkun taf li tkun sostanzjalment falza,
jew bi traskuraġni tagħmel lil xi waħda minn dawk il-persuni, lil xi
impjegat jew aġent bħal dawk jew lil uffiċjal awtorizzat,
dikjarazzjoni li tkun sostanzjalment falza.
  10  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI 
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu japplika għal kull
dokument ta’ identità  li jkollu jinħareġ jew li jkun inħareġ minn xi
waħda mill-persuni speċifikati fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu
skond dawk l-arranġamenti li jsiru bis-saħħa ta’ ordni li tingħata
mill-Ministru.
(3) Il-persuni msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu
huma -
(a) il-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport;
(b) il-manager ta’ ajruport li jinsab f’Malta;
(ċ) l-awtorità  responsabbli għal stallazzjoni ta’
navigazzjoni fl-ajru li tinsab f’Malta;
(d) l-operatur ta’ xi ajruplan wieħed jew iktar minn
ajruplan wieħed reġistrat u li jitħaddem f’Malta; u
(e) kull min ikollu permess li jidħol ġewwa żona ristretta
ta’ ajruport jew ta’ stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru
għall-għanijiet ta’ l-attivitajiet ta’ xi ħidma li huwa
jagħmel.
(4) Kull min jinsab ħati ta’ reat taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elfejn
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew dik
il-multa u priġunerija flimkien.
Preżenza mhux 
awtorizzata f’żona 
ristretta.
11. (1) Ħadd ma jista’ -
(a) jidħol, sew b’vettura sew mingħajrha, ġo xi parti ta’
żona ristretta ta’ -
(i) ajruport; jew
(ii) stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru li ma jkunx
jagħmel parti minn ajruport,
ħlief bil-permess tal-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport,
u ta’ l-awtorità  responsabbli għal stallazzjoni ta’
navigazzjoni fl-ajru, jew ta’ persuna li taġixxi f’isem
dak il-manager jew dik l-awtorità , u skond kull
kondizzjoni li bis-saħħa tagħha ikun għal dak iż-żmien
inħareġ dak il-permess; jew
(b) jibqa’ fuq xi parti ta’ żona ristretta bħal dik wara li
jkun intalab jitlaq minn hemm mill-Manager tas-
Sigurtà  fl-Ajruport, jew mill-awtorità  responsabbli
għall-istallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru, jew minn
persuna li taġixxi f’isem dak il-Manager jew dik l-
awtorità :
Iżda l-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport jista’ f’kull waqt
jidħol f’xi parti minn dik iż-żona ristretta jew jibqa’ hemmhekk
ġewwa fiha minkejja l-oppożizzjoni ta’ l-awtorità  responsabbli
għall-istallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru.
(2) Il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
m’għandux ikun japplika sakemm ma jiġix ippruvat li, fil-waqt
attwali, kien hemm avviżi li jiddikjaraw li dik l-area kienet żona
ristretta b’mod li jidhru u jinqraw sew minn persuni li jkunu deħlin
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  11
ġewwa ż-żona ristretta.
Dħul ġewwa żoni 
ristretti.
12. (1) Ħadd ma jista’ jidħol f’żona ristretta jekk ma jkollux
security pass jew awtorizzazzjoni temporanja bil-miktub maħruġa
mill-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport:
Iżda meta l-esiġenzi tal-mument ikunu hekk jeħtieġu,
membru tal-Korp tal-Pulizija jew tal-Forzi Armati ta’ Malta jista’,
fil-qadi tad-dmir tiegħu, jidħol f’żona ristretta mingħajr security
pass imsemmija hawn aktar qabel, iżda għandu f’dawn il-każijiet
juri il-karta ta’ l-identità  tiegħu tas-servizz meta hekk jintalab biex
juriha mill-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport:
Iżda wkoll il-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport jista’
jippermetti lil xi persuna li tidħol f’żona ristretta mingħajr security
pass jew awtorizzazzjoni temporanja bil-miktub meta jkun jidhirlu
li hu spedjenti li jagħmel hekk.
(2) Security pass jew awtorizzazzjoni temporanja bil-miktub
għandhom jinħarġu f’dak il-format, għal dak iż-żmien u taħt dawk
il-kundizzjonijiet skond kif il-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport ikun
jidhirlu li jkun spedjenti. Security pass jew awtorizzazzjoni
temporanja bħal dawk għandhom jingħataw lura lill-Manager tas-
Sigurtà  fl-Ajruport meta dawn jiskadu.
(3) Is-security pass għandu jintwera f’pożizzjoni prominenti
fuq il-persuna li f’isimha jkun inħareġ, hekk kif jista’ jiġi
speċifikati mill-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport. L-awtorizzazzjoni
temporanja bil-miktub u l-karta ta’ identità  għandhom jiġu
ppreżentati lill-uffiċjal awtorizzat fuq talba tiegħu.
(4) Min ikollu security pass li jkun inħariġlu taħt dan l-
artikolu għandu jagħtih lura lill-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport
meta dan jiskadi jew meta min ikun inħariġlu s-security pass ikun
temm l-impieg tiegħu li dwaru jkun inħariġlu dak is-security pass,
jew biss għax il-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport ikun talbu
jagħmel dan, u dik il-persuna li tkun qed timpjega lil dak l-impjegat
għandha minnufih tgħarraf lill-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport bit-
tmiem, għal-liema raġuni tkun, ta’ dak l-impieg.
Ħtieġa ta’ 
awtorizzazzjoni 
għal vetturi bil-
mutur f’żoni 
ristretti.
13. (1) Ebda vettura bil-mutur ma għandha tidħol jew tinsaq
f’żona ristretta mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Manager
tas-Sigurtà  fl-Ajruport, u skond dawk il-kundizzjonijiet li jistgħu
jiġu speċifikati fiha: 
Iżda l-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport jista’ jippermetti
vettura bil-mutur li tidħol jew li tinsaq f’żona ristretta mingħajr l-
awtorizzazzjoni bil-miktub tiegħu meta jkun jidhirlu li hu spedjenti
li jagħmel hekk, kif suġġett għal dawk il-kundizzjonijiet li jista’
jagħmel.
(2) Min ikun qiegħed isuq jew ikollu fiż-żamma tiegħu vettura
bil-mutur li tkun hekk inħarġilha awtorizzazzjoni bil-miktub,
għandu jipproduċi dik l-awtorizzazzjoni meta din tintalablu minn
uffiċjal awtorizzat.
A.L. 176 ta’ l-
1990.
(3) Vetturi bil-mutur misjuqin f’żona ristretta għandhom ta’
jikkonformaw ruħhom ma’ The Air Navigation Order, 1990, jew
kull ordni li tkun temendaha jew li tidħol minflokha.
  12  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI 
Persuni u vetturi 
bil-mutur 
għandhom ikunu 
konformi mal-
kundizzjonijiet tas-
security pass.
14. (1) Kull persuna awtorizzata taħt dan l-Att li tidħol f’żona
ristretta jew li ssuq vettura bil-mutur ġewwa fiha għandha
tikkonforma ruħha mal-kundizzjonijiet hekk speċifikati fis-security
pass jew fl-awtorizzazzjoni, kif ikun il-każ, u dawk id-direttivi
kollha li uffiċjal awtorizzat jista’ jagħti.
(2) Uffiċjal awtorizzat jista’ jarresta u jfittex lil kull persuna
jew vettura bil-mutur li jkunu f’żona ristretta jew filwaqt li jkunu
deħlin jew ħerġin minn dik iż-żona.
(3) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu jista’ jitneħħa minn żona ristretta minn uffiċjal
awtorizzat mingħajr preġudizzju għal kull proċediment kriminali li
jista’ jsir kontrih.
Armi u esplożivi 
projbiti f’żona 
ristretta.
15. Ebda arma jew materjal esplożiv ma jistgħu jiddaħħlu,
jinżammu jew jinħarġu minn żona ristretta minn xi persuna jew f’xi
vettura mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Manager tas-
Sigurtà  fl-Ajruport:
Iżda dan ma japplikax għal uffiċjali awtorizzati li jkunu
membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jew tal-Korp tal-Pulizija ta’
Malta u għal vetturi bil-mutur użati minnhom filwaqt li jkunu
qegħdin jaqdu d-dmirijiet leġittimi tagħhom.
Setgħat speċjali 
tal-Manager tas-
Sigurtà  fl-Ajruport.
16. Il-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport jista’, b’avviż fil-
Gazzetta, jiddikjara xi parti ta’ żona ristretta bħala eżenti mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew minn xi waħda minnhom, għal
dak iż-żmien u skond dawk il-kundizzjonijiet kif jistgħu jiġu
speċifikati f’dak l-avviż.
Reati 1i joħorġu 
mill-artikoli 11 sa 
14. 
17. (1) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 11, tas-subartikolu (1) jew (4) ta’ l-artikolu 12, tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 13 jew tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 14 ta’ dan l-Att ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux inqas minn elf lira iżda mhux iżjed minn tlett elef
lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew
dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 12 jew tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 13 ta’ dan l-Att
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira.
(3) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15 ta’ dan
l-Att ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
inqas minn erbat elef lira, iżda mhux iżjed minn tmint elef lira, jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn tliet xhur iżda mhux
iżjed minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu li jistabbilixxu reati u
pieni dwaru ma għandhomx jolqtu it-tħaddim ta’ xi liġi oħra li
tistabbilixxi reati u pieni dwar l-istess atti jew ommissjonijiet, u ma
għandhomx, b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi piena
ogħla taħt xi liġi oħra.
Preżenza mhux 
awtorizzata abbord 
ajruplan.
18. (1) Ħadd ma jista’ ħlief jekk ikollu awtorità  leġittima jew
skuża raġonevoli -
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  13
(a) jidħol ġewwa jew fuq ajruplan f’ajruport li jinsab
Malta ħlief bil-permess ta’ l-operatur ta’ l-ajruplan jew
ta’ persuna li taġixxi f’ismu; jew
(b) jibqa’ abbord ajruplan f’dak l-ajruport wara li jintalab
li jitlaq minn fuqu minn operatur ta’ ajruplan jew minn
persuna li taġixxi f’ismu.
(2) Kull min jikser is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jkun ħati
ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira,
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Ostruzzjoni ta’ 
persuni 
awtorizzati.
19. (1) Ikun ħati ta’ reat kull min -
(a) xjentement jostruwixxi uffiċjal awtorizzat li jkun qed
iwettaq xi setgħa mogħtija lilu bi jew taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att; jew
(b) jagħmilha ta’ persuna awtorizzata.
(2) Min jinsab ħati ta’ reat taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu jista’ meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn elf u ħames mitt lira, jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Min jinsab ħati ta’ reat taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn elf lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Agenti ta’ tagħbija 
li tinġarr bl-arju.
20. (1) Il-Ministru jista’, permezz ta’ regolamenti, jipprovdi,
għall-għanijiet li għalihom tapplika din it-Taqsima ta’ l-Att, dwar
persuni (f’dan l-artikolu msejħa "aġenti ta’ tagħbija li tinġarr bl-
ajru") li joperaw fil-kummerċ ta’ maniġġ ta’ tagħbija li jkollha tiġi
kunsinnata (sew minnhom jew minn persuni oħra) lill-operatur ta’
ajruplan sabiex din tinġarr minn ajruport li jinsab Malta permezz
ta’ ajruplan.
(2) Regolamenti li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jistgħu,
b’mod partikolari -
(a) jagħtu setgħa lill-Ministru li jżomm lista ta’ aġenti ta’
tagħbija li tinġarr bl-ajru li jiġu approvati minnu għal
għanijiet li jkollhom x’jaqsmu mas-sigurtà  fl-
avjazzjoni, li jinkludi l-isem ta’ aġent ta’ tagħbija li
tinġarr bl-ajru fuq dik il-lista, wara li ssir
applikazzjoni lill-Ministru skond dawk ir-regolamenti,
jekk huwa jkun sodisfatt dwar dawk il-ħwejjeġ li
jistgħu jiġu speċifikati fir-regolamenti, u li jħassar l-
isem ta’ xi persuna minn fuq dik il-lista f’dawk iċ-
ċirkostanzi li jistgħu jiġu hekk speċifikati;
(b) jipprovdu li għandha tapplika wkoll kull disposizzjoni
ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att li tkun tapplika dwar
persuni li jkollhom permess li jidħlu ġewwa żona
ristretta ta’ ajruport għall-għanijiet ta’ l-attivitajiet ta’
xi ħidma (inkluża kull disposizzjoni li toħloq reat
kriminali), b’dawk il-bidliet li jistgħu jiġu speċifikati
  14  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI 
fir-regolamenti, dwar aġenti ta’ tagħbija li tinġarr bl-
ajru li jkunu inklużi fuq dik il-lista;
(ċ) jipprovdi (ukoll b’kull provvediment kif hemm
imsemmi fil-paragrafi (a) u (b) ta’ dan is-subartikolu)
dwar xi klassi ta’ aġenti ta’ tagħbija li tinġarr bl-ajru li
jistgħu jiġu speċifikati fir-regolamenti b-esklużjoni ta’
aġenti oħra ta’ tagħbija li tinġarr bl-ajru;
(d) jipprovdi b’mod differenti għal każijiet differenti; u
(e) jipprovdi b’dak il-mod inċidentali, supplimentari jew
transitorju hekk kif il-Ministru iqis li jkun meħtieġ jew
spedjenti b’konsegwenza ta’ kull provvediment li jsir
bir-regolamenti.
(3) F’dan l-artikolu -
"tagħbija" tinkludi ħażniet u posta; u
"ħażniet" tfisser oġġetti maħsuba għall-bejgħ jew għall-użu
abbord ta’ ajruplan, inklużi oġġetti li fuqhom ma jitħallasx dazju,
spare parts u oġġetti oħra ta’ tagħmir, sew jekk biex jitwaħħlu
minnufih sew jekk le.
Setgħa li jsiru 
restrizzjonijiet fuq 
ajruplani.
21. (1) Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’ jagħti ordni bil-miktub lill-operatur ta’ xi ajruplan
wieħed jew iktar minn ajruplan wieħed reġistrat jew li jitħaddem
f’Malta, lill-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport, jew lill-manager ta’
ajruport li jinsab Malta fejn jitolbu -
(a) biex ma jġiegħelx jew jippermetti persuni jew
proprjetà  li jitilgħu jew jitgħabbew abbord ajruplan li
dwaru toħroġ l-ordni, jew li jersqu jew jinġiebu viċin
ta’ dak l-ajruplan, kemm-il darba ma jkunux saru dawk
it-tfittxijiet fuq il-persuni jew proprjetà  li jkunu ġew
speċifikati li jsiru fl-ordni mill-uffiċjali awtorizzati
jew minn dawk il-persuni oħra li jiġu hekk speċifikati
fl-ordni; jew
(b) biex ma jġiegħelx jew jippermetti ajruplan bħal dak
itir kemm-il darba ma jkunux saru dawk it-tfittxijiet li
jkunu ġew speċifikati li jsiru fl-ordni minn uffiċjali
awtorizzati jew minn dawk il-persuni oħra hekk
speċifikati.
(2) Bla ħsara għal dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, ordni li tingħata lill-Manager tas-Sigurtà  fl-
Ajruport jew lill-manager ta’ ajruport taħt is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu għandha tingħata b’mod li tkun tirreferi -
(a) jew għall-ajruplani kollha li fil-waqt li tingħata l-ordni
jew f’kull waqt ieħor li jiġi wara jkunu f’xi parti ta’ l-
ajruport, jew għal klassi ta’ dawk l-ajruplani li jiġu
speċifikati fl-ordni;
(b) jew għall-persuni kollha jew inkella għal persuna
waħda jew aktar, jew għal dawk il-persuni ta’ liema
deskrizzjoni jkunu hekk kif jiġu speċifikati fl-ordni; u
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  15
(ċ) jew għall-proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni jew għal
proprjetà  partikolari biss, jew għal proprjetà  ta’ liema
deskrizzjoni tkun hekk kif tiġi speċifikata fl-ordni.
(3) Kull min jirrifjuta jew jonqos milli jħares ordni li tingħatalu
taħt dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa
ta’ mhux iżjed minn elf lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Setgħa li managers 
f’ajruporti 
jinħtieġu jagħmlu 
tfittxijiet 
f’ajruporti.
22. (1) Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’ jordna bil-miktub lill-Manager tas-Sigurtà  fl-
Ajruport jew lill-manager ta’ xi ajruport li jinsab Malta u jeħtieġ
minnu li jiżgura li dawk it-tfittxijiet li għalihom japplika dan l-
artikolu kif ikun hemm speċifikati fl-ordni jitwettqu minn persuni
oħra hekk deskritti kif jistgħu jiġu speċifikati fl-ordni.
(2) It-tfittxijiet li għalihom japplika dan l-artikolu, dwar
ajruport, huma tfittxijiet -
(a) ta’ ajruport jew ta’ xi parti minnu;
(b) ta’ xi ajruplan li fil-waqt li tingħata ordni jew f’xi ħin
ieħor li jiġi wara ikun f’xi parti ta’ l-ajruport; u
(ċ) ta’ persuni jew ta’ proprjetà  (minbarra ajruplan) li
tista’ f’xi waqt bħal dak tkun tinsab f’xi parti ta’ l-
ajruport.
(3) Meta ordni mogħtija bis-saħħa ta’ dan l-artikolu lill-
manager ta’ ajruport tkun għadha fis-seħħ, jekk membru tal-Forzi
Armati ta’ Malta jew tal-Korp tal-Pulizija, jew persuna oħra li tiġi
hekk speċifikata fl-ordni skond dan l-artikolu, ikollu kawża
raġonevoli li jissuspetta li oġġett li għalih japplika l-artikolu 28 ta’
dan l-Att ikun qiegħed, jew jista’ jiddaħħal, f’xi parti ta’ l-ajruport,
huwa jista’, bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu u mingħajr ebda
warrant, jagħmel tfittxija f’xi parti ta’ l-ajruport jew ta’ xi
ajruplan, vettura, oġġetti jew proprjetà  mobbli oħra tkun liema
tkun, jew ta’ kull persuna, li f’dak il-ħin ikunu jinsabu f’xi parti ta’
l-ajruport, u għal dak l-għan -
(a) jidħol f’kull bini jew xogħlijiet fl-ajruport, jew jidħol
f’kull medda art fl-ajruport, jekk jeħtieġ bi żgass, u
(b) jwaqqaf kull ajruplan, vettura, oġġetti, proprjetà  jew
persuna u jżommhom għal tul dak il-ħin kollu kemm
jista’ jkun meħtieġ għal dak l-għan.
(4) Kull min -
(a) jirrifjuta jew jonqos milli jħares ordni mogħtija lilu
taħt dan l-artikolu; jew
(b) xjentement jostakola jew jimpedixxi lil xi persuna
filwaqt li tkun qiegħda twettaq xi setgħa mogħtija lilha
bis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu ikun ħati ta’ reat u
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elf
lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
  16  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI 
Spezzjon ta’ 
ajruplani u 
ajruporti.
23. (1) Kull min jiġi hekk awtorizzat bil-miktub mill-
Ministru (f’dan l-artikolu msejjaħ "uffiċjal awtorizzat") ikollu s-
setgħa, wara li jipproduċi l-kredenzjali tiegħu (jekk ikun meħtieġ),
li jispezzjona -
(a) ajruplan reġistrat jew li jitħaddem f’Malta fil-waqt li
dan ikun jinsab Malta; jew
(b) xi parti minn ajruport li jinsab Malta.
(2) Uffiċjal awtorizzat li jkun qiegħed jispezzjona xi ajruplan
jew xi parti minn ajruport taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
jkullu s-setgħa -
(a) li jqiegħed xi proprjetà  li tinstab minnu fl-ajruplan
(iżda mhux l-ajruplan kollu kemm hu jew xi apparat
jew tagħmir li jkun stallat fih) jew, skond il-każ, li
jqiegħed dik il-parti ta’ l-ajruport jew xi proprjetà  li
huwa jsib fuqu, għal dawk l-eżamijiet; jew
(b) li jeħtieġ lill-operatur ta’ l-ajruplan, jew lill-manager
ta’ l-ajruport, li jagħtih dik l-informazzjoni,
li l-uffiċjal awtorizzat jista’ jqis li jkunu meħtieġa għal dak l-għan
li għalih issir l-ispezzjoni.
(3) Bla ħsara għas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, uffiċjal
awtorizzat, bil-għan li jwettaq xi setgħa mogħtija lilu bid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu dwar ajruplan jew dwar
ajruport, ikollu s-setgħa - 
(a) bil-għan li jispezzjona ajruplan, li jidħol ġo fih u li
jieħu dawk il-passi kollha li jkunu meħtieġa biex
iżommu milli jitlaq; jew
(b) bil-għan li jispezzjona xi parti ta’ ajruport, li jidħol ġo
kull bini jew xogħolijiet fl-ajruport jew li jidħol f’xi
medda art li tkun fl-ajruport.
(4) Is-setgħat mogħtija bis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu
m’għandhomx jinkludu s-setgħa li uffiċjal awtorizzat jista’ juża l-
forza biex jidħol ġo xi ajruplan, bini jew xogħolijiet jew biex jidħol
f’xi medda art.
(5) Kull min -
(a) xjentement jostakola jew jimpedixxi lil xi persuna
milli taġixxi fit-twettiq ta’ xi setgħa mogħtija lilu
b’dan l-artikolu jew taħtu; jew
(b) jirrifjuta jew, mingħajr skuża raġonevoli, jonqos milli
jħares xi ħtieġa li tiġi imposta fuqu taħt il-paragrafu
(b) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu; jew
(ċ) fil-għoti ta’ kull informazzjoni li tkun hekk meħtieġa,
jagħmel dikjarazzjoni li jkun jaf li tkun waħda
sostanzjalment falza, jew bi traskuraġni jagħmel
dikjarazzjoni li tkun sostanzjalment falza,
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  17
Kif japplikaw id-
disposizzjonijiet 
tat-Taqsimiet II u 
III għal 
stallazzjonijiet ta’ 
navigazzjoni fl-
arju.
24. (1) L-artikoli 4, 22 u 23 ta’ dan l-Att għandhom iseħħu
dwar stallazzjonijiet ta’ navigazzjoni fl-ajru li jinsabu Malta skond
id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Dwar kull stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru li ma tkunx
tagħmel parti minn ajruport, dawk l-artikoli għandu jkollhom seħħ,
bla ħsara għas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, bħallikieku kull
referenza fihom għal xi ajruport kienet referenza għal stallazzjoni
ta’ navigazzjoni fl-ajru bħal dik u kull referenza għall-manager ta’
ajruport kienet referenza għall-awtorità  responsabbli għal dik l-
istallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru.
(3) Meta stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru tkun tagħmel parti
minn ajruport li jinsab Malta, dawk l-artikoli għandu jkollhom
seħħ, bla ħsara għas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, bħallikieku
fihom kull referenza għal ajruport kienet referenza jew -
(a) għal ajruport; jew
(b) għal stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru li tagħmel
parti minn ajruport; jew
(ċ) għal daqstant minn ajruport daqs kemm ma jkunx
jikkonsisti fi stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru,
u skond hekk avviż taħt l-artikolu 4 ta’ dan l-Att jew ordni taħt l-
artikolu 22 jew 23 ta’ dan l-Att jista’ jiġi notifikat jew mogħti sew
dwar ajruport kollu kemm hu, sew dwar daqstant mill-ajruport daqs
kemm ma jkunx jikkonsisti fi stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru.
(4) Għall-għanijiet tan-notifika ta’ avviż jew l-għoti ta’ xi
ordni taħt l-artikolu 4 jew 22 ta’ dan l-Att kif modifikat bis-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, meta l-avviż ikollu jiġi notifikat
jew l-ordni tingħata dwar stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru
b’mod separat, kull referenza f’xi wieħed minn dawk l-artikoli
għall-manager ta’ l-ajruport għandha tinftiehem bħala referenza
għall kull min jew ikun il-manager ta’ l-ajruport jew l-awtorità
responsabbli għall-istallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru.
(5) Is-subartikoli (2) u (3) ta’ dan l-artikolu m’għandhomx
ikunu japplikaw għas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 22 ta’ dan l-Att;
iżda meta ordni mogħtija taħt l-artikolu 22 ta’ dan l-Att, kif
applikat jew modifikat bid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, tkun qiegħda f’dak il-waqt isseħħ - 
(a) jekk din tkun ordni mogħtija dwar stallazzjoni ta’
navigazzjoni fl-ajru b’mod separat (sew jekk dik l-
istallazzjoni tkun tagħmel parti minn ajruport sew jekk
le), dak l-artikolu 22 għandu jkollu seħħ dwar dik l-
ordni bħallikieku l-istallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-
ajru kienet ajruport, u jekk l-ordni tkun ingħatat lill-
awtorità  responsabbli għall-istallazzjoni ta’
navigazzjoni fl-ajru, bħallikieku din ingħatat lill-
manager ta’ dak l-ajruport;
(b) jekk din tkun ordni mogħtija dwar daqstant minn
ajruport daqs kemm ma jkunx jikkonsisti fi
stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru, dak is-subartikolu
(3) ta’ l-artikolu 22 għandu jkollu seħħ dwar dik l-
ordni bħallikieku xi stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-
  18  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI 
ajru inkluża fl-ajruport ma kienetx tagħmel parti mill-
ajruport.
TAQSIMA IV
REATI KONTRA S-SIGURTÀ  TA’ AJRUPLANI, EĊĊ.
Reati dwar ċerti 
oġġetti perikolużi.
25. (1) Huwa reat li persuna mingħajr awtorità  leġittima jew
skuża raġonevoli (il-prova dwar dan trid tinġieb minnha) li jkollha
fil-pussess tagħha xi oġġett li għalih japplika dan l-artikolu -
(a) fuq xi ajruplan reġistrat f’Malta, sew meta 1-ajruplan
ikun ġewwa Malta sew le; jew
(b) fuq xi ajruplan ieħor meta dan ikun ġewwa Malta jew
ikun qed itir fuq Malta; jew
(ċ) f’xi parti ta’ ajruport f’Malta; jew
(d) f’xi stallazzjoni ta’ navigazzjoni fl-ajru f’Malta li ma
tagħmilx parti minn ajruport.
(2) Dan l-artikolu japplika għal dawn l-oġġetti, jiġifieri -
(a) kull arma tan-nar, jew kull oġġett li jkollu x-xeħta ta’
arma tan-nar, sew jekk din tkun tista’ tiġi sparata sew
jekk le;
(b) kull esplożiv, kull oġġett manifatturat jew adattat (sew
fl-għamla ta’ xi bomba, granata jew xort’oħra) b’mod
li jkollha x-xeħta ta’ esplożiv, sew jekk dan ikun jista’
jipproduċi effett prattiku bi splużjoni sew jekk le, jew
kull oġġett li jkollu marka jew tikketta li tindika li
jkun, jew li jkun fih, esplożiv; u
(ċ) kull oġġett (li mhuwiex inkluż f’xi wieħed mill-
paragrafi ta’ qabel) li jkun magħmul jew adattat bil-
għan li jintuża biex jikkaġuna ħsara jew inkapaċità  fil-
persuna jew biex jeqred jew jagħmel ħsara fil-
proprjetà , jew li jkun maħsub minn min ikollu l-
pussess tiegħu biex jużah għal dak l-għan, sew jekk
jużah għal dak l-għan, sew jekk jużah hu nnifsu jew
persuna oħra.
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu meta persuna tkun qiegħda
fuq xi ajruplan, jew f’parti minn ajruport, din għandha titqies bħala
li għandha fil-pussess tagħha fuq xi ajruplan, jew f’dik il-parti ta’
ajruport, skond il-każ, oġġett li għalih japplika dan l-artikolu jekk -
(a) meta tkun fuq xi ajruplan, l-oġġett, jew oġġett li fih l-
oġġett, ikun jinsab, ikun fuq l-ajruplan u jkun tqiegħed
hemmhekk (sew minnha sew minn xi persuna oħra)
bħala l-valiġġa tagħha, jew bħala li jagħmel parti mill-
valiġġa tagħha, f’titjira fuq dak l-ajruplan jew li jkun
tqiegħed hemmhekk bħala xi proprjetà  oħra, jew bħala
li jagħmel parti minn xi proprjetà  oħra, li għandha
tinġarr fuq dik it-titjira; jew
(b) meta tkun f’xi parti ta’ ajruport (minbarra meta tkun
fuq ajruplan), l-oġġett, jew oġġett li fih l-oġġett ikun
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  19
jinsab, ikun f’dik il-parti jew f’xi parti ta’ l-ajruport u
jkun iddaħħal fl-ajruport (sew minnha sew minn xi
persuna oħra) bħala l-valiġġa tagħha, jew bħala li
jagħmel parti mill-valiġġa tagħha, f’titjira minn dak l-
ajruport jew xort’oħra jew li jkun iddaħħal hemmhekk
bħala xi proprjetà  oħra, jew bħala li jagħmel parti
minn xi proprjetà  oħra, li għandha tinġarr fuq dik it-
titjira li fuqha għandha tinġarr dik il-persuna nnifisha
jew xort’oħra,
minkejja li ċ-ċirkostanzi jistgħu ikunu tali li (minbarra dan is-
subartikolu) dik il-persuna ma titqiesx bħala li għandha fil-pussess
tagħha dak l-oġġett fuq ajruplan jew f’parti minn ajruport, skond il-
każ.
Kap. 9.
(4) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu tkun hatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’
mhux iżjed minn elfejn lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn ħames snin jew dik il-multa u priġunerija flimkien, ħlief
meta r-reat isir kontra d-disposizzjoni li tinsab f’paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu f’liema każ il-persuna li tinstab
hekk ħatja tista’ teħel il-pieni preskritti f’artikolu 313 tal-Kodiċi
Kriminali .
(5) Ebda ħaġa li tinsab fis-subartikolu (3) ta’ dan 1-artikolu
m’għandha tinftiehem bħala li tagħmel limitu għaċ-ċirkonstanzi li
fihom persuna titqies, minbarra għal dak is-subartikolu, bħala li
għandha fil-pussess tagħha oġġett bħalma hemm imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
Setgħat li 
jitħaddmu meta 
jkun hemm suspett 
ta’ ħsieb ta’ reat 
taħt it-Taqsima IV.
26. (1) Meta l-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport ikollu kawża
raġonevoli biex jissuspetta li persuna li tkun se timbarka fuq
ajruplan f’Malta, jew li persuna abbord ajruplan f’Malta, ikollha
ħsieb li tagħmel reati, fir-rigward ta’ dak l-ajruplan, taħt xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, l-
imsemmi Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport jista’ jipprobixxi lil dik
il-persuna milli tivvjaġġa fuq dak l-ajruplan, u bil-għan li jġib fis-
seħħ dik il-projbizzjoni l-Manager tas-Sigurtà  fl-Ajruport - 
(a) jista’ ma jħallihiex timbarka fuq l-ajruplan jew, skond
il-każ, jista’ jniżżilha minn fuq l-ajruplan; u
(b) jista’ jarrestaha mingħajr ebda warrant u jżommha
għal daqstant żmien daqskemm ikun meħtieġ għal dak
il-għan.
(2) Kull min xjentement jostruwixxi jew iwaqqaf lil min ikun
qed iwettaq xi setgħa mogħtija lilu bis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
iżjed minn elf u ħames mitt lira, jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Prosekuzzjoni ta’ 
reati u 
proċedimenti.
27. Proċedimenti dwar reat li jsir taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima m’ għandhomx
jinbdew f’Malta, ħlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali. 
  20  KAP. 405. ħ     SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI 
TAQSIMA V
SORVELJAR TA’ AJRUPORTI
Ajruporti 
msemmija.
28. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jsemmi ajruport li jkun użat
għall-għanijiet ta’ l-avjazzjoni ċivili għall-għanijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att jekk huwa jqis li s-sorveljar ta’ dak l-ajruport
għandu jkun f’idejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija jew il-membri
tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt id-direzzjoni u l-Kontroll tal-
Kummissarju tal-Pulizija jew tal-Kmandant tal-Forzi Armati ta’
Malta rispettivament fl-interess taż-żamma ta’ l-ordni u t-tħaris
mill-kriminalità .
(2) Qabel ma tinħareġ ordni bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu dwar xi ajruport, il-Ministru gnandu jikkonsulta lill-
Ministru responsabbli għall-avjazzjoni ċivili, lill-Manager tas-
Sigurtà  fl-Ajruport u lill-membri tal-Kumitat għas-Sigurtà  fl-
Ajruport.
(3) Is-setgħa li ssir ordni taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għandha titwettaq permezz ta’ avviż legali:
Iżda ordni li ma jkunx ingħatalha l-kunsens mill-
awtoritajiet imsemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu
għandha tinġieb quddiem il-Parlament fl-għamla ta’ abbozz u ma
tkunx tista’ ssir ħlief biss sakemm dak l-abbozz jiġi hekk approvat
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
Ħarsien kontra s-
serq f’ajruporti 
msemmija.
29. (1) Kull uffiċjal awtorizzat jista’, f’ajruport li jkun
ajruport imsemmi -
(a) iwaqqaf, u mingħajr warrant iffittex, impjegat fl-
ajruport sabiex jaċċerta li dak l-impjegat ma jkollux
fil-pussess tiegħu jew li ma jkunx qed iġorr b’kull mod
li jkun xi oġġett misruq jew miksub kontra l-liġi fl-
ajruport; u
(b) sabiex jaċċerta li kwalunkwe oġġett misruq jew
miksub kontra l-liġi fl-ajruport ma jkunx jinsab ġewwa
jew fuq xi vettura li tkun qiegħda ġewwa, jew tinsab
ħierġa minn, l-ajruport jew ġewwa jew fuq xi ajruplan,
iwaqqaf u mingħajr warrant ifittex u jżomm il-vettura
jew, skond il-każ, jitla’ fuq l-ajruplan u mingħajr
warrant jagħmel tfittxija fih.
(2) Uffiċjal awtorizzat jista’ -
(a) jwaqqaf lil kull min ikun ħiereġ minn ġo żona fejn
tinżamm it-tagħbija f’ajruport li jkun ajruport
imsemmi u jispezzjona kull oġġett li jkun qiegħed
jinġarr minn jew fuqu;
(b) jwaqqaf u jfittex kull vettura jew ajruplan li jkun
ħiereġ minn dik iż-żona u jispezzjona dik il-vettura
jew ajruplan kif wkoll kull oġġett li jkun qed jinġarr
fuqhom jew fihom; u
(ċ) jżomm f’dik iż-żona - 
SIGURTÀ  FL-AJRUPORTIJIET U FL-AVJAZZJONI  ĊIVILI ġ KAP. 405.  21
(i) kull oġġett bħal dawk imsemmija qabel li ma
jiġix prodott dokument dwarhom li jkun
jawtorizza t-tneħħija tagħhom minn dik iż-żona
li jkun iffirmat minn persuna awtorizzata għal
daqstant mill-operatur ta’ l-ajruplan; u
(ii) kull vettura jew ajruplan bħal dawk imsemmija
qabel sakemm ikun hemm fuqhom jew fihom
oġġetti bla dokumenti skond dan il-paragrafu.
(3) F’żona fejn tinżamm it-tagħbija f’ajruport li jkun ajruport
imsemmi, is-setgħat ta’ uffiċjal awtorizzat taħt il-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandha tkun -
(a) testendi għal kull vettura sew jekk fiha jkun qed
jinġarr impjegat ta’ l-ajruport sew jekk le; u
(b) tinkludi s-setgħa, mhux biss ta’ tlugħ fuq ajruplan u
tfittxija ġo fih, iżda wkoll ta’ twaqqif u tiżmim tiegħu.
(4) F’dan l-artikolu "impjegat ta’ l-ajruport", dwar kull
ajruport, tfisser kull min ikollu impieg mal-manager ta’ l-ajruport u
kull min ikun impjegat minn ħaddieħor li ma jkunx il-manager biex
jaħdem fl-ajruport.
(5) F’dan l-artikolu "żona fejn tinżamm it-tagħbija" tfisser
żona li skond il-Ministru tkun tintuża għal kollox jew li tkun
prinċipalment maħsuba li tintuża għall-ħażna u l-maniġġ ta’
tagħbija f’ajruport u li tiġi hekk imsemmija f’ordni li huwa jagħmel
għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu.
