TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   1
KAPITOLU 406
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Biex jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud minflok is-sistema ta’ taxxa
tas-sisa fuq importazzjonijiet, prodotti u servizzi.
1 ta’ Jannar, 1999
L-ATT XXIII ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 17, 21, 22, 28, 29, 30, 60, 89, 116,
142, 198, 199, 200, 201, 217, 223 ta’ l-1999, 11, 271, 272, 273 u 274 ta’ l-2000, u 23, 24, 25,
93 u 94 ta’ l-2001; bl-Att VI ta’ l-2001; bl-Avviżi Legali 149, 171, 233, 234 u 235 ta’ l-2001,
180, 205, 387, 388 u 389 ta’ l-2002, u 39, 375 u 384 ta’ l-2003; u bl-Att X ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
Taqsima I. Preliminari 1-3
Taqsima II. Għan tat-Taxxa 4-9
Taqsima III. Persuni Reġistrati u Persuni Eżentati 10-17
Taqsima IV. Kif Tiġi Stabbilita u Titħallas it-Taxxa 18-26
Taqsima V. Denunzi, Stimi, Penalitajiet u Appelli 27-47
Taqsima VI. Dokumentazzjoni u Tagħrif 48-56
Taqsima VII. Każijiet Speċjali 57
Taqsima VIII. Ġbir, Garanziji u Ħlas Lura 58-71
Taqsima IX. Mixxellanji 72-75
Taqsima X. Reati u Pieni 76-84
Taqsima XI.  Disposizzjonijiet Transitorji 85-90
SKEDI
L-EWWEL SKEDA Attivitajiet minn Awtoritajiet Pubbliċi
IT-TIENI SKEDA Provvista ta’ Oġġetti u Servizzi
IT-TIELET SKEDA Lok ta’ Provvista ta’ Servizzi
IR-RABA’ SKEDA Provvisti Eżentati
IL-ĦAMES SKEDA Importazzjonijiet Eżentati
IS-SITT SKEDA Negozji Żgħar
IS-SEBA’ SKEDA Valur Taxxabbli ta’ Provvisti u Importazzjoni
IT-TMIEN SKEDA Rata ta’ Taxxa
L-GĦAXAR SKEDA Appelli quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Taxxa
fuq il-Valur Miżjud
IL-ĦDAX-IL SKEDA Tnaqqis
IT-TNAX-IL SKEDA Records ta’ Taxxa
IT-TLETTAX-IL SKEDA Fattura ta’ Taxxa
L-ERBATAX-IL SKEDA Riċevuti Fiskali
IL-ĦMISTAX-IL SKEDA Każijiet Speċjali
  2  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Taxxa fuq il-
Valur Miżjud.
Tifsir.  2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 197.
Kap.240.
"akkomodazzjoni" tfisser akkomodazzjoni f’xi fond li għall-għan
ta’ dik il-provvista ta’ dik l-akkomodazzjoni jkun jenħtieġ li
jkollha liċenza bis-saħħa ta’ l-Att dwar il-Lukandi u l-
Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel jew ta’ l-Att dwar il-Guest Houses
u Postijiet Furnished għall-Btala, jew bis-saħħa ta’ xi Att li
jissostitwihom, u għandha tinkludi bed and breakfast, half board
jew full board, skond il-każ, li jkunu inklużi fil-prezz ta’ dik l-
akkomodazzjoni;
"attiv ta’ attività  ekonomika" tinkludi ħażniet u attiv fiss
tanġibbli akkwistat jew użat għall-għan ta’ dik l-attività
ekonomika;
"attività  ekonomika" għandha t-tifsira lilha mogħtija fl-artikolu 5
u dwar persuna li twettaq aktar minn attività  ekonomika waħda
tfisser dawk l-attivitajiet ekonomiċi kollha hekk ġestiti;
Kap. 363.
"awtorità  pubblika" tfisser il-Gvern, dipartiment tal-Gvern,
kunsill lokali mwaqqaf skond l-Att dwar Kunsilli Lokali, awtorità
vestita b’personalità  distinta mwaqqfa b’Att tal-Parlament jew
korporazzjoni mwaqqfa b’Att tal-Parlament;
"Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud imwaqqaf skond l-artikolu 45;
"data effettiva" tfisser l-ewwel ta’ Jannar, 1999;
"denunzja ta’ taxxa" tfisser id-denunzja meħtieġa li tingħata
skond l-artikolu 27;
Kap. 337. "depożt tad-dwana" tfisser depożt kif imfisser fl-artikolu 2 ta’ l-
Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni; 
"fattura ta’ taxxa" tfisser il-fattura meħtieġa li tingħata skond l-
artikolu 50;
"impjegat" tfisser individwu marbut ma’ prinċipal li jimpjegah
permezz ta’ kuntratt ta’ impieg jew permezz ta’ rabtiet oħra legali li
joħolqu r-relazzjoni ta’ bejn prinċipal u impjegat dwar
kundizzjonijiet tax-xogħol, ħlas u r-responsabbiltà  ta’ l-impjegat u
tinkludi wkoll id-diretturi ta’ kumpannija jew ta’ korporazzjoni
mwaqqfa b’Att tal-Parlament;
"importatur" dwar oġġetti li dwarhom kellha jew għandha
titħallas taxxa tfisser kull min ikollu dawk l-oġġetti reġistrati
f’ismu fid-dipartiment tad-dwana fiż-żmien meta kellha jew ikollha
titħallas dik it-taxxa, skond il-każ;
"importazzjoni eżentata" għandha it-tifsira lilha mogħtija fl-
artikolu 9(2);
"importazzjoni taxxabbli" tfisser importazzjoni li fuqha għandha
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   3
titħallas it-taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4;
"input tax" tfisser l-ammont stabbilit skond l-artikolu 23;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud maħtur skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(1) ta’ dan
l-Att u kull uffiċjal pubbliku jew persuna oħra li jkun ingħata
delega skond is-subartikolu (2) jew (3) ta’ dak l-artikolu meta jkun
qiegħed jaġixxi skond dik id-delega;
"Malta" għandha t-tifsira lilha mogħtija bil-Kostituzzjoni u
tinkludi l-blata kontinentali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"negozju żgħir" tfisser attività  ekonomika li tikkwalifika bħala
hekk skond is-Sitt Skeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"output tax" tfisser it-taxxa msemmija fl-artikolu 22(1);
"penali amministrattiva" tfisser penali mposta skond id-
disposizzjonijiet tat-Taqsima V ta’ dan l-Att;
"persuna" tinkludi individwu, korp ta’ persuni, awtorità  pubblika
u kull enti li tista’ tiġġestixxi attività  ekonomika;
"persuna eżentata" tfisser persuna klassifikata bħala hekk skond
l-artikolu 13;
"persuna reġistrata" tfisser persuna li tkun ġiet reġistrata skond l-
artikolu 11 u li r-reġistrazzjoni tagħha ma tkunx ġiet kanċellata
skond l-artikolu 12;
"provvista eżentata" għandha t-tifsira lilha mogħtija skond l-
artikolu 9(1);
"provvista eżenti bil-kreditu" hija provvista li għaliha tapplika it-
Taqsima Wieħed (Eżenzjonijiet bil-Kreditu) tar-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att;
"provvista taxxabbli" tfisser provvista li fuqha għandha tintalab
taxxa skond l-artikolu 4;
"stabbilit f’Malta" għandha t-tifsira lilha mogħtija fis-subartikolu
(2);
"stima" tfisser stima li tista’ issir skond id-disposizzjonijiet tat-
Taqsima V ta’ dan l-Att iżda ma tinkludix stima proviżorja;
"stima proviżorja" tfisser stima proviżorja magħmula skond l-
artikolu 32;
"taxxa" tfisser it-taxxa fuq il-valur miżjud li tinġabar bis-saħħa
ta’ dan l-Att;
"valur taxxabbli" tfisser il-valur ta’ provvista taxxabbli jew ta’
importazzjoni taxxabbli stabbilit skond l-artikolu 18;
"żmien ta’ taxxa" għandha t-tifsira lilha mogħtija bl-artikolu 15.
(2) Persuna li twettaq attività  ekonomika tkun meqjusa li hija
stabbilita f’Malta jekk -
(a) twettaq dik l-attività  kollha kemm hi jew parti minnha
ġewwa post fiss, jew minn jew permezz ta’ post fiss li
  4  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
jinsab f’Malta; jew
(b) tkun korp ta’ persuni li jkun imwaqqaf taħt il-liġi
Maltija;
(ċ) tkun persuna fiżika li jkollha indirizz permanenti jew
tkun soltu toqgħod f’Malta:
Iżda f’każ ta’ kumpannija reġistrata Malta li ma twettaq
ebda attività  ekonomika f’Malta u li ma tkunx kumpannija li l-
kapital jew jeddijiet ta’ votazzjoni tagħha jkunu jappartjenu,
direttament jew indirettament, f’qies ta’ ħamsin fil-mija jew iktar,
lil individwi li jkollhom indirizz permanenti jew ikunu soltu
joqogħdu f’Malta, dik il-kumpannija ma tkunx meqjusa li tkun
stabbilita f’Malta.
Amministrazzjoni. 3. (1) L-amministrazzjoni ta’ dan l-Att hija vestita fil-
Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan l-Att imsejjaħ "il-Kummissarju", li jkun uffiċjal
pubbliku maħtur għaldaqshekk mill-Prim Ministru.
(2) Il-Kummissarju jista’ jiddelega lil kull uffiċjal pubbliku
kull dritt, dmir, setgħa u funzjoni oħra li tkun fih vestita, lilu
mogħtija jew imqiegħda fuqu b’dan l-Att.
(3) Il-Kummissarju jista’ jiddelega lil kull persuna oħra kull
dritt, dmir, setgħa u funzjoni oħra li tkun fih vestita, lilu mogħtija
jew imqiegħda fuqu b’dan l-Att hekk kif il-Ministru jista’ bil-
miktub jordna:
B’dan li l-Kummissarju ma jistax jiddelega dawk id-drittijiet,
dmirijiet, setgħat u funzjonijiet oħra li jkunu vestiti fih lil xi
persuna jekk dik il-persuna ma tkunx meqjusa mill-Kummissarju
bħala persuna addattata u xierqa biex teżerċita dawk id-drittijiet,
dmirijiet, setgħat u funzjonijiet u li jkun marbut bl-obbliġi mposti
mill-artikolu 56.
TAQSIMA II
Għan tat-Taxxa
Ġbir ta’ taxxa. 4. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att
għandha tintalab, tiġi mposta u tinġabar f’isem il-Gvern taxxa fuq
il-valur miżjud -
(a) fuq kull provvista ta’ oġġetti jew servizzi magħmula
f’Malta fi jew wara d-data effettiva b’korrispettiv fit-
twettiq jew tkomplija ta’ attività  ekonomika ħlief -
(i) provvista eżentata;
(ii) provvista magħmula minn persuna eżentata;
(b) fuq kull importazzjoni li ma tkunx importazzjoni
eżentata li ssir fi jew wara d-data effettiva.
Attività  
ekonomika. 
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)
attività  ekonomika tfisser attività  ġestita minn persuna, li ma tkunx
impjegat li qed jaġixxi bħala tali, u li tkun tikkonsisti f’wieħed jew
iżjed minn dan li ġej:
(a) xi negozju jew kummerċ;
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   5
(b) xi professjoni jew vokazzjoni jew il-provvista ta’ kull
servizz persunali ieħor;
(ċ) l-esplojtazzjoni ta’ proprjetà  tanġibbli jew li mhix
tanġibbli bil-għan li jinkiseb qligħ minnha tul medda
ta’ żmien kontinwu;
(d) l-għoti minn club, assoċjazzjoni jew organizzazzjoni
(għax titħallas xi miżata jew jingħata xi korrispettiv
ieħor) tal-faċilitajiet jew vantaġġi disponibbli għall-
membri relattivi;
(e) id-dħul, b’korrispettiv, ta’ persuni f’kull fond.
(2) L-attivitajiet ta’ awtorità  pubblika li tkun qiegħda taġixxi
fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet lilha assenjati bil-liġi ma għandhomx
jitqiesu li jkunu attivitajiet ekonomiċi ħlief meta u sa dak il-limitu
kif hemm provdut fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Provvista ta’ 
oġġetti u provvista 
ta’ servizzi.
6. Id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att
għandhom japplikaw għall-għan biex tiġi determinata xi kwistjoni
dwar jekk transazzjoni -
(a) għandhiex titqies bħala provvista ta’ oġġetti jew
provvista ta’ servizzi jew la bħala provvista ta’ oġġetti
u lanqas bħala provvista ta’ servizzi;
(b) għandhiex titqies bħala provvista magħmula
b’korrispettiv;
(ċ) għandhiex titqies bħala provvista magħmula fit-twettiq
jew tkomplija ta’ attività  ekonomika.
Lok ta’ provvista.
artikolu, provvista ta’ oġġetti titqies li ssir fil-pajjiż fejn ikunu
jinsabu l-oġġetti fil-waqt meta ssir il-provvista.
(2) Oġġetti importati ġewwa Malta għandhom jitqiesu li jkunu
ġew provduti lill-importatur barra minn Malta.
(3) Oġġetti esportati minn Malta għandhom jitqiesu li jkunu
ġew provduti mill-esportatur f’Malta.
(4) Il-post fejn jiġu provduti servizzi għandu jiġi stabbilit
skond id-disposizzjonijiet tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Żmien ta’ 
provvista.
8. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
artikolu -
(a) provvista ta’ oġġetti għandha titqies li sseħħ fil-waqt li
l-oġġetti jiġu kunsinnati jew mod ieħor isiru
disponibbli lil min issir il-provvista;
(b) provvista ta’ servizzi għandha titqies li sseħħ fid-data
meta jitwettqu s-servizzi.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) meta
jiġi riċevut ħlas għal provvista taxxabbli mill-persuna li tagħmel il-
provvista qabel iż-żmien stabbilit skond is-subartikolu (1), il-
provvista għandha titqies, sal-limitu tal-ħlas hekk magħmul, li
sseħħ f’dak iż-żmien li jkun ġie qabel.
(3) Meta tinħareġ fattura ta’ taxxa għal provvista taxxabbli
  6  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
qabel iż-żmien stabbilit skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) jew qabel it-tmiem ta’ wieħed u tletin jum li jiġu wara ż-żmien
stabbilit kif imsemmi qabel, il-provvista għandha titqies, sal-limitu
tal-valur hekk magħmul, li sseħħ f’dak iż-żmien meta tinħareġ il-
fattura.
(4) Meta jiġu provduti servizzi għal xi żmien b’korrispettiv li
jiġi stabbilit sew kollu kemm hu jew parti minnu jew li jitħallas
perjodikament jew minn żmien għal żmien, dawk is-servizzi
għandhom jiġu trattati bħala li jkunu qegħdin jiġu provduti
separatament u b’mod konsekuttiv f’dak iż-żmien li jiġi l-aktar
kmieni minn dawn iż-żminijiet li ġejjin:
(a) kull meta jiġi riċevut ħlas għal dawk il-provvisti, sal-
limitu inkluż f’dak il-ħlas; jew
(b) kull meta tinħareġ fattura ta’ taxxa dwar dawk il-
provvisti, sal-limitu inkluż f’dik il-fattura.
Eżenzjonijiet.  9. (1) Il-provvisti li tapplika għalihom ir-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att huma provvisti eżentati.
(2) L-importazzjonijiet li tapplika għalihom il-Ħames Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att huma importazzjonijiet eżentati.
Kap. 337.
(3) Kull disposizzjoni li tinsab f’xi liġi jew bis-saħħa ta’ xi liġi
li tagħti setgħa lill-Ministru li jagħti eżenzjoni fuq l-importazzjoni
ta’ oġġetti mid-dazji ta’ importazzjoni li jitħallsu bis-saħħa ta’ l-
Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni għandha titqies bħala li tagħti
setgħa lill-Ministru li jagħti, fiċ-ċirkostanzi, bl-istess mod, u
suġġett għall-istess kundizzjonijiet u limitazzjonijiet li dwarhom
ikun hemm provdut f’xi disposizzjoni bħal dik, eżenzjoni mit-taxxa
li tinġabar bis-saħħa ta’ dan l-Att ma’ l-importazzjoni ta’ l-oġġetti
msemmija.
TAQSIMA III
Persuni Reġistrati u Persuni Eżentati
Applikazzjoni għal 
reġistrazzjoni.
10. (1) Kull persuna li tiġġestixxi attività  ekonomika f’Malta
għandha, jekk tkun stabbilta f’Malta, tapplika għand il-
Kummissarju sabiex tiġi reġistrata taħt dan l-Att fi żmien mhux
aktar tard minn tletin jum mid-data meta tagħmel xi provvista
taxxabbli jew provvista eżenti bil-kreditu.
(2) Kull persuna li tiġġestixxi attività  ekonomika u li ma tkunx
stabbilita f’Malta għandha, jekk ma tkunx persuna reġistrata,
tapplika għand il-Kummissarju sabiex tiġi reġistrata taħt dan l-Att
fi żmien tletin jum mid-data meta tagħmel provvista taxxabbli li ma
tkunx provvista ta’ servizzi lil persuna reġistrata stabbilita f’Malta
li ma tkunx persuna eżentata.
(3) Persuna li ma tkunx persuna reġistrata għandha, jekk hekk
tenħtieġ li tagħmel mill-Kummissarju, tapplika sabiex tiġi
reġistrata taħt dan l-Att fi żmien tletin jum mid-data meta hija tiġi
notifikata b’avviż li jkun fih dik il-ħtieġa.
(4) Persuna li ma tkunx persuna reġistrata u li tiġġestixxi jew
tkun bi ħsiebha tiġġestixxi attività  ekonomika tista’ tapplika sabiex
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   7
tiġi reġistrata taħt dan l-Att.
(5) Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni taħt dan l-Att għandha
ssir fuq dik il-formula kif jista’ joħroġ il-Kummissarju jew kif
jista’ jiġi preskritt u b’dak il-mod u għandu jkun fiha dawk il-
partikolaritajiet kif jista’ jeħtieġ il-Kummissarju jew li jistgħu jiġu
preskritti.
(6) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jeżentaw lil xi
persuna jew klassi ta’ persuni mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu u jista’ b’dawk ir-regolamenti jagħmel eżenzjoni bħal dik
kif suġġetta għal dawk il-kundizzjonijiet u limitazzjonijiet li
jistgħu jiġu preskritti.
Reġistrazzjoni.
tkun magħrufa bħala li hi suġġetta biex tiġi reġistrata skond l-
artikolu 10(1) jew (2).
(2) Il-Kummissarju għandu jirreġistra lil kull persuna li tkun
għamlet applikazzjoni skond l-artikolu 10(4) jekk ikun sodisfatt li
dik il-persuna tkun qiegħda tiġġestixxi jew ikollha il-ħsieb li
tiġġestixxi attività  ekonomika u li x’aktarx tkun ser tipprovdi
provvisti taxxabbli jew provvisti eżenti bil-kreditu fit-twettiq jew
fit-tkomplija ta’ l-attività  ekonomika tagħha.
(3) Il-Kummissarju għandu jagħti numru ta’ reġistrazzjoni lil
kull persuna li tiġi reġistrata bis-saħħa ta’ dan l-Att u għandu
jikkonsenja lil dik il-persuna ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jkun fih
dawk il-partikolaritajiet li l-Kummissarju jista’ jidhirlu xierqa.
(4) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jagħmel disposizzjonijiet
dwar ir-reġistrazzjoni ta’ għadd ta’ persuni bħala persuna waħda
jew sabiex persuna tiġi reġistrata separatament għar-rigward ta’
fergħat jew taqsimiet differenti ta’ l-attività  ekonomika tagħha
f’dawk iċ-ċirkostanzi, u għar-rigward ta’ dawk il-provvisti u
suġġett għal dawk il-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati fir-
regolamenti msemmija.
(5) Kull persuna reġistrata għandha fi żmien ħmistax-il jum
mill-ġrajja ta’ xi wieħed minn dawn l-avvenimenti li ġejjin tavża
bil-miktub lill-Kummissarju:
(a) kull bidla fiċ-ċirkostanzi li jista’ jkollha effett fuq il-
partikolaritajiet li jidhru fl-applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni tagħha jew li jiġu b’mod ieħor mogħtija
lill-Kummissarju fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħha
jew li jidhru fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni;
(b) il-waqfien jew it-trasferiment ta’ l-attività  ekonomika
tagħha jew parti minnha;
(ċ) kull ġrajja oħra kif jista’ jiġi preskritt.
Tħassir ta’ 
reġistrazzjoni.
12. (1) Il-Kummissarju jista’ f’kull żmien iħassar ir-
reġistrazzjoni ta’ persuna jekk ikun tal-fehma li dik il-persuna ma
tkunx qiegħda jew tkun temmet milli tiġġestixxi xi attività
ekonomika jew li dik il-persuna x’aktarx ma tagħtix provvisti
taxxabbli jew provvisti eżenti bil-kreditu.
(2) Il-Kummissarju għandu jinnotifika b’avviż lil kull persuna
  8  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
li jkollha r-reġistrazzjoni tagħha mħassra, fejn isemmi d-data meta
dik il-persuna tkun temmet milli tibqa’ persuna reġistrata.
(3) Meta r-reġistrazzjoni ta’ persuna li ma tkunx persuna
eżentata tiġi mħassra dik il-persuna għandha titqies li tkun għamlet,
minnufih qabel dak it-tħassir, provvista ta’ l-attiv kollu ta’ l-attività
ekonomika tagħha f’dak iż-żmien bla ħsara għad-disposizzjonijiet
relattivi li hemm fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att u għandha
tagħti kont għal dik il-provvista fid-denunzja tagħha għall-aħħar
żmien ta’ taxxa:
Iżda il-Kummissarju jista’, jekk ikun tal-fehma li l-valur
taxxabbli ta’ dik il-provvista hekk meqjusa ikun inqas minn mitt
lira, jew kull ammont ieħor kif jista’ jiġi preskritt, jeżenta lil dik il-
persuna milli tagħti kont għal dik il-provvista kif imsemmi hawn
aktar qabel.
(4) It-tħassir ta’ reġistrazzjoni ta’ persuna ma għandhiex teħles
lil dik il-persuna minn kull responsabbiltà  li jkollha qabel id-data
tat-tħassir jew bis-saħħa ta’ kull ħaġa li tkun saret jew naqset li ssir
qabel dik id-data, jew mill-obbligu li tagħmel applikazzjoni għal
reġistrazzjoni mill-ġdid jekk ikun hemm xi waħda miċ-ċirkostanzi
msemmija fl-artikolu 11.
Klassifikazzjoni 
bħala persuna 
eżentata.
13.  (1) Meta persuna reġistrata jew persuna li tapplika għar-
reġistrazzjoni tkun tiġġestixxi attività  ekonomika li tikkwalifika
bħala negozju żgħir dik il-persuna tista’ tapplika għand il-
Kummissarju biex titqies bħala persuna eżentata.
(2) Meta l-Kummissarju jkun sodisfatt li persuna li tkun
għamlet applikazzjoni kif imsemmi hawn aktar qabel tkun
tikkwalifika li hekk titqies il-Kummissarju għandu jikklassifika lil
dik il-persuna bħala persuna eżentata u għandu jagħti avviż lil dik
il-persuna fejn jindika d-data minn meta kienet hekk klassifikata.
(3) Meta persuna tkun klassifikata bħala persuna eżentata minn
xi data oħra li ma tkunx id-data tar-reġistrazzjoni tagħha dik il-
persuna għandha titqies li tkun, minnufih qabel id-data ta’ dik il-
klassifikazzjoni, għamlet provvista ta’ l-attiv ta’ l-attività
ekonomika tagħha f’dak iż-żmien bla ħsara għad-disposizzjonijiet
relattivi li hemm fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att u għandha
tagħti kont għal dik il-provvista fid-denunzja tagħha għall-aħħar
żmien ta’ taxxa:
Iżda l-Kummissarju jista’, jekk ikun tal-fehma li l-valur
taxxabbli ta’ dik il-provvista hekk meqjusa ikun inqas minn mitt
lira, jew kull ammont ieħor kif jista’ jiġi preskritt, jeżenta lil dik il-
persuna milli tagħti kont għal dik il-provvista kif imsemmi hawn
aktar qabel.
Tħassir ta’ 
klassifikazzjoni ta’ 
persuna eżentata.
14. (1) Persuna eżentata għandha fi żmien tletin jum mid-data
li fiha ma tkunx iktar eliġibbli li tkun klassifikata bħala persuna
eżentata tapplika għand il-Kummissarju biex tiġi mħassra dik il-
klassifika.
(2) Persuna eżentata tista’ tapplika għand il-Kummissarju biex
tiġi mħassra dik il-klassifika f’kull żmien li tista’ hekk tkun
intitolata.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   9
(3) Meta l-Kummissarju ikun sodisfatt li persuna eżentata li
tkun għamlet applikazzjoni għat-tħassir tal-klassifikazzjoni tagħha
tkun meħtieġa bis-subartikolu (1) jew tkun intitolata skond is-
subartikolu (2) li tagħmel dik l-applikazzjoni jew b’mod ieħor ikun
tal-fehma li dik il-persuna eżentata ma tkunx intitolata li tibqa’
klassifikata bħala persuna eżentata hu għandu jħassar il-klassifika
ta’ dik il-persuna bħala persuna eżentata u għandu jagħti avviż lil
dik il-persuna b’dan.
Żmien ta’ taxxa. 
persuna reġistrata li ma tkunx klassifikata bħala persuna eżentata.
(2) Ħlief kif hemm provdut mod ieħor f’dan l-artikolu żmien
ta’ taxxa jfisser żmien ta’ tlett xhur kalendarji li jibda fl-ewwel jum
li jiġi minnufih wara t-tmiem ta’ żmien ta’ taxxa li jkun ġie qabel.
(3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi dwar dik il-
klassi jew klassijiet ta’ persuni hekk kif jista’ jiġi speċifikat f’dawk
ir-regolamenti żmien ta’ taxxa ta’ iktar jew inqas minn tlett xhur.
(4) L-ewwel żmien ta’ taxxa għal persuna għandu jibda fid-data
meta persuna tiġi reġistrata u jintemm f’dik id-data li tista’ tiġi
stabbilita mill-Kummissarju.
(5) Meta, matul żmien ta’ taxxa ta’ persuna, ir-reġistrazzjoni
tagħha tiġi mħassra jew tiġi klassifikata bħala persuna eżentata, dak
iż-żmien għandu jintemm fid-data ta’ dak it-tħassir jew ta’ dik il-
klassifika u għandu jkun l-aħħar żmien ta’ taxxa ta’ dik il-persuna,
bla ħsara għall-allokazzjoni ta’ żmien ġdid ta’ taxxa lil dik il-
persuna jekk hi terġa’ tirreġistra jew inkella jekk il-klassifika
tagħha tiġi mħassra.
(6) Il-Kummissarju jista’ permezz ta’ avviż li jiġi notifikat lil
persuna reġistrata f’xi każ partikolari jibdel kull żmien ta’ taxxa
għal dik il-persuna b’dak il-mod li jista’ jiġi speċifikat f’dak l-
avviż.
Kif tapplika s-Sitt 
Skeda.
16. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom
japplikaw bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-Sitt Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att.
Klassifikazzjonijiet 
oħra ta’ persuni 
reġistrati.
17. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima
il-Kummissarju jista’ jikklassifika persuni reġistrati billi ssir
referenza għad-deskrizzjoni jew settur ta’ l-attività  ekonomika
tagħhom u skond dawk il-kriterji l-oħra kif hu jista’ jidhirlu
meħtieġa jew xierqa u dik il-klassifikazzjoni hekk magħmula
għandha, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, titqies li tkun il-
klassifikazzjoni korretta għall-għan li tiġi stabbilita l-applikabiltà
jew le ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att li għaliha l-klassifikazzjoni
tista’ tkun relevanti.
TAQSIMA IV
Kif Tiġi Stabbilita u Titllallas it-Taxx a
Valur taxxabli.
stabbilit bil-mod stipulat fis-Seba’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att u
fid-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-valur taxxabbli ta’
  10  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
provvisti li jinsabu fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att bla ħsara
għal kull disposizzjoni oħra applikabbli skond dan l-Att f’xi każ
speċifiku.
Rata ta' taxxa. 19. It-taxxa li titħallas bis-saħħa ta’ dan l-Att tkun -
(a) bir-rata ta’ ħmistax fil-mija tal-valur taxxabbli ta’ kull
provvista taxxabbli li ma tkunx provvista msemmija
fil-paragrafu (ċ);
(b) bir-rata ta’ ħmistax fil-mija tal-valur taxxabbli ta’ kull
importazzjoni taxxabbli;
(ċ) b’dawk ir-rati l-oħra kif jista’ jiġi speċifikat fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, li ma jkunux iktar minn
ħmistax fil-mija tal-valur taxxabbli tal-provvisti
taxxabbli jew importazzjonijiet taxxabbli speċifikati
fl-imsemmija Skeda.
Persuni 
responsabbli għall-
ħlas tat-taxxa.
20. (1) Tkun responsabbli għat-taxxa dovuta fuq provvista
taxxabbli dik il-persuna li tagħmel il-provvista.
(2) Ikun responsabbli għat-taxxa dovuta fuq importazzjoni
taxxabbli ta’ oġġetti l-importatur ta’ dawk l-oġġetti.
Żmien meta t-taxxa 
tkun dovuta u meta 
għandha tiħallas.
21. (1) It-taxxa li titħallas fuq provvista taxxabbli ssir dovuta
fil-waqt meta sseħħ il-provvista u għandha titħallas fiż-żmien u bil-
mod provdut fl-artikolu 22.
(2) It-taxxa li titħallas fuq importazzjoni taxxabbli ssir dovuta
meta sseħħ l-importazzjoni u għandha titħallas lill-Kontrullur tad-
Dwana f’isem il-Kummissarju qabel ma l-oġġetti mportati jiġu
kunsinnati għall-użu jew għall-konsum f’Malta.
Ħlas ta’ taxxa fuq 
provvisti taxxabli.
22. (1) It-taxxa dovuta minn persuna fuq provvisti taxxabbli
minnu magħmula matul żmien ta’ taxxa tkun l-output tax ta’ dik il-
persuna għal dak iż-żmien ta’ taxxa u għandha titħallas, sal-limitu
li tkun teċċedi it-tnaqqis permess skond dan l-Att lil dik il-persuna
għal dak iż-żmien, u ma tkunx saret tpaċija ma’ xi kreditu eċċessiv
dovut lilha, lill-Kummissarju mhux aktar tard mid-data u l-ħin meta
dik il-persuna tkun meħtieġa li tagħmel denunzja għaż-żmien ta’
taxxa relattiv.
(2) Ikun dovut imgħax fuq kull taxxa li ma titħallasx sad-data
meta jkollha titħallas skond dan l-artikolu bir-rata ta’ wieħed fil-
mija għal kull xahar jew parti minnu li matulu l-imsemmija taxxa
tibqa’ ma titħallasx jew b’kull rata oħra li tista’ tiġi preskritta.
(3) Il-mod kif għandu jsir il-ħlas tat-taxxa u l-irċevuta li
għandha tingħata mill-Kummissarju għandhom ikunu dawk kif il-
Kummissarju jista’ jidderieġi. Il-formoli li għandhom jiġu
preżentati mal-ħlas tat-taxxa għandhom ikunu dawk murija fl-
għaxar Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Input tax . 23. L-input tax ta’ persuna jkun it-total tat-taxxa li titħallas fuq
provvisti lilha magħmula u t-taxxa mħallsa fuq importazzjonijiet
taxxabbli minnha magħmula sal-limitu li l-provvisti hekk mogħtija
jew l-oġġetti hekk importati jkunu ġew jew ser jiġu wżati għal
kollox minnha fit-twettiq jew bit-tkomplija ta’ l-attività  ekonomika
tagħha.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   11
Kreditu għal input 
tax.  
24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
artikolu, ikun permess għal kull żmien ta’ taxxa ta’ persuna kreditu
li jkun daqsinsew l-input tax ta’ dik il-persuna għal dak iż-żmien li
huwa attribwibbli għall-provvisti magħmula jew li għandhom isiru
minn dik il-persuna li jkunu provvisti li għalihom japplika is-
subartikolu (3).
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu,
ikun permess għall-aħħar żmien ta’ taxxa ta’ persuna li jkollha ir-
reġistrazzjoni tagħha imħassra jew għall-aħħar żmien ta’ taxxa ta’
persuna li tkun ġiet klassifikata bħala persuna eżentata kreditu li
jkun daqsinsew l-input tax ta’ dik il-persuna għal dak iż-żmien li
huwa attribwibbli għall-provvisti magħmula minn dik il-persuna sa
l-aħħar ta’ dak iż-żmien ta’ taxxa li jkunu provvisti li għalihom
japplika is-subartikolu (3).
(3) Dan is-subartikolu japplika għal:
(a) provvisti taxxabbli;
(b) provvisti eżenti bil-kreditu;
(ċ) provvisti magħmula jew li għandhom isiru minn dik il-
persuna barra minn Malta sal-limitu li dawk l-
imsemmija provvisti barra nunn Malta ikunu, kieku
ġew magħmula f’Malta, jitqiesu bħala provvisti
taxxabbli jew provvisti eżenti bil-kreditu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
iżda ma japplikax għall-provvisti li jitqiesu li jkunu saru minn
persuna lilha innifisha skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
65.
(4) Meta l-input tax ta’ persuna reġistrata għal żmien ta’ taxxa
tkun tinkludi taxxa fuq oġġetti jew servizzi magħmula lil dik il-
persuna jew fuq importazzjonijiet magħmula minn dik il-persuna li
kienu ġew jew li kienu ser jiġu wżati minn dik il-persuna sew bil-
għan li jintgħamlu l-provvisti msemmija fis-subartikolu (3) kif
ukoll għal għanijiet oħra, għandu jitqies li jkun attribwibbli għall-
provvisti msemmija f’dak is-subartikolu dak il-porzjon ta’ taxxa
fuq l-imsemmija provvisti ta’ oġġetti jew servizzi hekk kif jista’
jiġi preskritt.
(5) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jagħmel disposizzjonijiet
sabiex tiġi stabbilita l-input tax u l-attribuzzjoni ta’ input tax u
jista’ b’dawk ir-regolamenti jippreskrivi -
(a) li l-input tax ta’ persuna reġistrata ma għandhiex
titqies bħala kreditu kemm-il darba ma tkunx
dokumentata b’fatturi ta’ taxxa jew b’kull prova oħra
li tista’ tiġi speċifikata;
(b) li l-kreditu għall-input tax ma għandux jinkludi taxxa
li għandha titħallas fuq dawk il-provvisti jew
importazzjonijiet kif jista’ jiġi speċifikat;
(ċ) li t-taxxa li għandha titħallas fuq dawk il-provvisti jew
importazzjonijiet u f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġu
speċifikati magħmula lil persuna jew minn persuna
għandhom jitqiesu bħala input tax ta’ persuna oħra;
  12  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(d) li l-attribuzzjoni ta’ input tax ta’ persuna għall-
provvisti għandha tiġi stabbilita billi ssir referenza
għal għadd ta’ żminijiet ta’ taxxa u li kull attribuzzjoni
li tista’ tkun saret qabel għaż-żminijiet ta’ taxxa
msemmija skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
artikolu għandha tissewwa b’ dak il-mod li jista’ jiġi
speċifikat fir-regolamenti msemmija;
(e) dawk id-disposizzjonijiet l-oħra li jistgħu jitqiesu
meħtieġa bil-għan li tiġi żgurata attribuzzjoni ġusta u
raġonevoli ta’ input tax għall-provvisti.
(6) Sa dak iż-żmien li l-Ministru jippreskrivi regolamenti
skond is-subartikolu (5) r-regoli msemmija fil-Ħdax-il Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att għandhom japplikaw.
Tnaqqis. 25. (1) Persuna li tibgħat denunzja għal żmien ta’ taxxa
jkollha id-dritt li titlob bħala tnaqqis għal dak iż-żmien:
(a) l-ammont ta’ kreditu għall-input tax lilha permess għal
dak iż-żmien;
(b) kull tnaqqis ieħor kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Meta l-output tax ta’ persuna għal żmien ta’ taxxa jkun
jeċċedi t-tnaqqis li jista’ jintalab skond is-subartikolu (1) dik il-
persuna tista’ tpaċi dak l-eċċess ma xi kreditu eċċessiv li jirriżulta
minn xi żmien ta’ taxxa u li jkun għadu ma tħallasx lilha skond l-
artikolu 26.
Ħlas lura ta’ 
kreditu eċċessiv.
26. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att,
meta t-tnaqqis li huwa permess lil persuna għal żmien ta’ taxxa
ikun jeċċedi l-output tax ta’ dik il-persuna għal dak iż-żmien, l-
eċċess għandu jkun kreditu eċċessiv ta’ dik il-persuna għal dak iż-
żmien.
(2) L-ammont ta’ kreditu eċċessiv ta’ persuna għal żmien ta’
taxxa għandu, sal-limitu li ma tkunx saret tpaċija ma’ xi ammont
dovut minn dik il-persuna lill-Kummissarju skond id-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, jkun ħlas lura li għandu
jitħallas lil dik il-persuna sa mhux iktar tard minn ħames xhur mit-
tmiem taż-żmien li fih għandha tinbagħat id-denunzja ta’ dak iż-
żmien ta’ taxxa jew mill-jum li l-imsemmija denunzja tkun
intbagħtet lill-Kummissarju, skond liema tkun l-aktar tardiva.
(3) Ikun dovut lil persuna li jkollu jingħatalha ħlas lura skond
dan l-artikolu imgħax bir-rata speċifikata fi jew preskritta skond l-
artikolu 22(2) mid-data meta l-ħlas lura għandu jitħallas skond dan
l-artikolu sad-data meta jitħallas jew meta cheque jew draft għall-
ħlas tiegħu jingħata jew jiġi impustat lil dik il-persuna mill-
Kummissarju.
(4) Il-Kummissarju jista’ bil-għan ta’ kull verifika li tista’ tkun
meħtieġa sabiex jiġi aċċertat l-ammont li jrid jitħallas lura, itawwal
it-terminu ta’ żmien imsemmi fis-subartikolu (2) b’mhux iktar
minn tnax-il xahar: iżda saddattant ma għandux jiġi sospiż milli
jibqa’ għaddej l-imgħax fuq dak il-ħlas lura.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   13
TAQSIMA V
Denunzi, Stimi, Penalitajiet u Appelli
Denunzi. 
għandha tagħmel denunzja lill-Kummissarju għal kull żmien ta’
taxxa sa mhux aktar tard mill-ħmistax-il jum tat-tieni xahar li jiġi
wara x-xahar li matulu jintemm iż-żmien ta’ taxxa relattiv.
(2) Kull persuna li jkollha r-reġistrazzjoni tagħha mħassra u
kull persuna li tiġi klassifikata bħala persuna eżentata għandha
tagħmel denunzja lill-Kummissarju dwar l-aħħar żmien ta’ taxxa fi
żmien tletin jum mid-data meta tiġi notifikata b’avviż imsemmi fl-
artikolu 12(2) jew fl-artikolu 13(2) skond il-każ, jew f’dak iż-
żmien itwal li jista’ jiġi speċifikat fl-imsemmi avviż.
(3) Denunzja għandu jkun fiha dikjarazzjoni ta’ l-output tax u
t-tnaqqis għal dak iż-żmien u għandu jkun fiha dawk id-
dikjarazzjonijiet u partikolaritajiet oħra u għandha ssir fuq dik il-
formula kif preskritta fil-għaxar Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(4) Ma titqiesx li tkun saret denunzja kemm-il darba din ma
tkunx sħiħa u dettaljata f’kull aspett materjali tagħha u jekk u
sakemm it-taxxa li tirriżulta li għandha titħallas skond id-
dikjarazzjonijiet fiha magħmula tkun tħallset lill-Kummissarju:
iżda meta isir ħlas lill-Kummissarju f’ċirkostanzi li juri li dik il-
persuna kellha il-ħsieb li dak il-ħlas jirrelata għal żmien ta’ taxxa,
dak il-ħlas għandu jitqies li jirrelata għal dak iż-żmien ta’ taxxa
għall-għanijiet ta’ dan is-subartikolu bla ħsara għas-setgħa tal-
Kummissarju skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att li jqassam
dak il-ħlas b’xi mod ieħor.
Aġġustament tad-
denunzi.
28. Persuna li tkun għamlet dikjarazzjoni mhux korretta
f’denunzja magħmula lill-Kummissarju għal żmien ta’ taxxa tista’
titlob bil-mezz ta’ avviż lill-Kummissarju biex tagħmel tiswija
f’dik id-denunzja fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-Tnax-il Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att u tiswija bħal dik għandha ssir sal-limitu
permess u għandhom japplikaw il-konsegwenzi speċifikati fl-
imsemmija Skeda.
Preżunzjoni 
kwantu għal 
dikjarazzjoni fid-
denunzi.
29. Meta persuna tagħmel denunzja lill-Kummissarju għal
żmien ta’ taxxa, l-output tax u t-tnaqqis ta’ dik il-persuna għal dak
iż-żmien għandhom jitqiesu, hlief kif hemm provdut fl-artikolu 36
bħala l-output tax u t-tnaqqis li jiġi dikjarat f’dik id-denunzja kif
imsewwija b’kull tiswija magħmula skond l-artikolu 28.
Dikjarazzjonijiet 
minn persuni 
eżentati u 
dikjarazzjonijiet 
oħra, eċċ.
30. (1) Kull persuna eżentata għandha tagħmel dawk id-
dikjarazzjonijiet ta’ kull tant żmien li jistgħu jiġu preskritti.
(2) Kull persuna li tiġġestixxi jew li għandha il-ħsieb li
tiġġestixxi jew li tkun waqfet milli tiġġestixxi attività  ekonomika
għandha tagħti dawk l-istqarrijiet u informazzjoni u għandha
tipproduċi dawk id-dokumenti kif il-Kummissarju jista’
raġonevolment jeħtieġ għal xi għan ta’ dan l-Att jew hekk kif jista’
jiġi preskritt.
  14  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Segħat li jsiru stimi 
meta ma tkunx 
intbagħtet 
denunzja.
31. (1) Meta persuna li għandha l-obbligu li tibgħat denunzja
għal żmien ta’ taxxa tonqos milli tagħmel dik id-denunzja il-
Kummissarju jista’ jagħmel stima ta’ l-output tax u l-input tax għal
dak iż-żmien u tal-penali amministrattiva li għaliha tkun ġiet
suġġetta dik il-persuna u jinnotifika dik l-istima lil dik il-persuna
f’kull żmien wara li jgħaddi ż-żmien li fih kellha tintgħamel dik id-
denunzja skond dan l-Att u mhux iktar tard minn sitt snin mit-
tmiem ta’ l-imsemmi żmien ta’ taxxa.
(2) Stima magħmula għal żmien ta’ taxxa ta’ persuna skond
dan l-artikolu ma għandhiex teħles lil dik il-persuna mill-obbligu li
tagħmel denunzja għal dak iż-żmien u mir-responsabbiltà  għall-
ħlas ta’ kull penali amministrattiva jew penali amministrattivi oħra
skond id-disposizzjonijiet relevanti ta’ dan l-Att.
(3) Meta tintgħamel denunzja għal żmien ta’ taxxa wara li tkun
saret stima skond is-subartikolu (1) il-Kummissarju jista’ jħassar
dik l-istima mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jagħmel stima
oħra skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att.
(4) It-tħassir ta’ stima kif imsemmi qabel ma għandux jeħles lil
dik il-persuna li tkun għamlet dak in-nuqqas milli tkun suġġetta
għal penali amministrattiva skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan l-Att.
Setgħat li jsiru 
stimi meta tkun 
intbagħtet 
denunzja.
32. (1) Meta l-Kummissarju jkollu għaliex jaħseb li denunzja
tat-taxxa magħmula minn persuna għal żmien ta’ taxxa ma jkunx
fiha dikjarazzjoni sħiħa u korretta ta’ l-informazzjoni meħtieġa li
tkun dikjarata f’dik id-denunzja hu jista’ jagħmel stima proviżorja
ta’ l-output tax u ta’ l-input tax ta’ dik il-persuna għal dak iż-żmien
u tal-penali amministrattiva li għaliha dik il-persuna tkun ġiet
suġġetta u għandu jinnotifika dik l-istima proviżorja lil dik il-
persuna mhux iktar tard minn sitt snin mit-tmiem ta’ l-imsemmi
żmien ta’ taxxa.
(2) Meta tinħareġ stima proviżorja għandu jkun indikat b’mod
ċar fuqha li dik tkun stima proviżorja u li wara tista’ tinħareġ stima
fil-limitu ta’ żmien speċifikat fis-subartikolu (3). Ħlief kif
imsemmi qabel stima proviżorja għandu jkun fiha dawk il-
partikolaritajiet li huma meħtieġa li jingħataw fi stimi u dawk il-
partikolaritajiet l-oħra li l-Kummissarju jista’ jidhirlu xierqa tista’
ssir fuq dik il-formula u jista’ jkun fiha dawk il-partikolaritajiet l-
oħra kif jista’ jiġi preskritt.
(3) Wara li jgħaddi żmien ta’ mhux inqas minn tletin jum u
mhux iktar minn sitt xhur minn notifika ta’ stima proviżorja lil
persuna dwar żmien ta’ taxxa, il-Kummissarju jista’ jagħmel stima
ta’ l-output tax u ta’ l-input tax ta’ dik il-persuna għal dak iż-żmien
u tal-penali amministrattiva li għaliha dik il-persuna tkun ġiet
suġġetta u għandu jinnotifika dik l-istima proviżorja lil dik il-
persuna.
(4) L-istima magħmula skond is-subartikolu (3) ma għandux
ikun fiha xi differenzi fl-ammonti speċifikati fl-istima proviżorja
relattiva ħlief għal -
(a) varjazzjonijiet mitluba minn jew bi ftehim ma’ l-
imsemmija persuna;
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   15
(b) varjazzjonijiet li jikkonsistu fis-sostituzzjoni ta’ l-
ammonti murija fl-istima proviżorja b’ammonti li
jkunu daqsinsew jew eqreb ta’ dawk dikjarati fid-
denunzja relattiva.
Setgħat li jsiru 
stimi lill-persuna 
eżentata.
33. Meta l-Kummissarju jkollu għaliex jaħseb li persuna tkun
ġiet suġġetta għal penali amministrattiva dwar xi ħaġa li tkun saret
minnha matul xi żmien li kienet klassifikata bħala persuna eżentata
hu jista’ jagħmel stima ta’ dik il-penali u jinnotifika dik l-istima lil
dik il-persuna fi żmien sitt snin mit-tmiem ta’ dak iż-żmien.
Stimi.
għandha ssir fuq dik il-formula u għandu jkun fiha dawk il-
partikolaritajiet l-oħra li l-Kummissarju jista’ jidhirlu xierqa jew
kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Tista’ ssir stima b’riferenza għal dak it-tagħrif, kull estimi
jew kriterju li l-Kummissarju jista’, skond kif jiddeċiedi, iqis li
jkun xieraq.
Stimi addizzjonali 
u stimi riveduti.
35. Is-setgħa li issir stima għandha tinkludi is-setgħa li ssir
stima addizzjonali jew reviżjoni ta’ stima fl-istess limiti ta’ żmien u
skond l-istess disposizzjonijiet li japplikaw għal stima oriġinali:
iżda l-Kummissarju ma għandux jerġa’ jiftah xi ħaġa li dwarha ikun
hemm deċiżjoni ta’ l-appell.
Preżeunzjoni 
kwantu għall-
ammonti murija fi 
stimi.
36. Meta ssir stima għal żmien ta’ taxxa kull ammont ta’ taxxa
u tnaqqis kalkolat f’dik l-istima jkun meqjus, ħlief jekk u sal-limitu
li l-istima tkun imħassra jew riveduta, li jkun u li dejjem kien it-
taxxa u t-tnaqqis fil-fatt dovuti u permessi, għal dak iż-żmien għal
xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att.
Penali 
amministrattivi 
għal denunzja li ma 
tkunx korretta.
Emendat:
X. 2003.20.
37. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
meta d-denunzja magħmula minn persuna reġistrata taħt l-artikolu
10 għal żmien ta’ taxxa ikun fiha dikjarazzjoni bin-nieqes ta’ l-
output tax jew dikjarazzjoni biż-żejjed tat-tnaqqis għal dak iż-
żmien dik il-persuna tkun suġġetta għal penali amministrattiva
f’ammont ekwivalenti għal għoxrin fil-mija mit-total ta’ -
(a) l-eċċess, jekk ikun hemm, ta’ l-ammont korrett ta’
output tax fuq l-ammont ta’ output tax kif dikjarat fid-
denunzja; u
(b) l-eċċess, jekk ikun hemm, tat-tnaqqis kif dikjarat fid-
denunzja fuq l-ammont korrett tat-tnaqqis.
(2) Meta persuna tagħmel korrezzjoni ta’ dikjarazzjoni bin-
nieqes jew dikjarazzjoni biż-żejjed kif hemm imsemmi fis-
subartikolu (1) skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 28(1) qabel
ma tkun ġiet notifikata bi stima proviżorja għal dak iż-żmien, dik
il-persuna tkun suġġetta għal penali amministrattiva f’ammont
ekwivalenti għal għaxra fil-mija mit-total ta’ -
(a) l-eċċess, jekk ikun hemm, ta’ l-ammont korrett ta’
output tax fuq l-ammont ta’ output tax kif dikjarat fid-
denunzja; u
(b) l-eċċess, jekk ikun hemm, tat-tnaqqis kif dikjarat fid-
denunzja fuq l-ammont korrett tat-tnaqqis.
  16  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(3) Meta issir denunzja ta’ taxxa lill-Kummissarju minn
persuna reġistrata taħt l-artikolu 10 għal żmien ta’ taxxa li ma
jkunx fiha stqarrija sħiħa u korretta ta’ dak li hu meħtieġ li jiġi
dikjarat minn dik il-persuna f’dik id-denunzja u sal-limitu li dik il-
persuna ma tagħmilx korrezzjoni ta’ dik id-dikjarazzjoni bin-nieqes
jew dikjarazzjoni biż-żejjed skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
28 qabel ma tiġi notifikata bi stima għal dak iż-żmien hija għandha,
kemm-il darba hija ma tkunx minħabba dak in-nuqqas saret
suġġetta għall-penali amministrattiva ogħla taħt id-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu tkun suġġetta għall-penali
amministrattiva ta’ mitejn lira.
Penali 
amministrattiva 
fin-nuqqas li 
tintbagħat 
denunzja.
38. Kull persuna li, meta tkun meħtieġa tagħmel denunzja għal
żmien ta’ taxxa, tibqa’ ma tagħmilx dik id-denunzja fiż-żmien
stipulat fid-disposizzjonijiet relevanti ta’ dan l-Att tkun dovuta
tħallas penali amministrattiva f’ammont ekwivalenti għal dak li
jkun ogħla minn -
(a) wieħed fil-mija ta’ l-eċċess, jekk ikun hemm, ta’ l-
output tax fuq it-tnaqqis, mingħajr ma jingħata kont ta’
xi kreditu eċċessiv miġjub ’il quddiem minn żmien ta’
taxxa ta’ qabel, kif dikjarat f’dik id-denunzja; u
(b) għaxar liri,
għal kull xahar jew parti minn xahar li jiskadi mid-data meta kellha
ssir id-denunzja skond dan l-Att u d-data meta din tingħata lill-
Kummissarju.
Penali 
amministrattiva 
fin-nuqqas ta’ 
applikazzjoni
għar-
reġistrazzjoni.
39. Kull persuna li, meta tkun meħtieġa tapplika għal
reġistrazzjoni taħt dan l-Att, tibqa’ ma tagħmilx dik l-applikazzjoni
fiż-żmien imsemmi fid-disposizzjonijiet relevanti ta’ dan l-Att tkun
dovuta tħallas penali amministrattiva f’ammont ekwivalenti għal
dak li jkun ogħla minn -
(a) wieħed fil-mija ta’ l-eċċess, jekk ikun hemm, ta’ l-
output tax fuq it-tnaqqis għall-ewwel żmien ta’ taxxa li
jiġi wara r-reġistrazzjoni; u
(b) għaxar liri,
għal kull xahar jew parti minn xahar li jiskadi mid-data meta kellha
ssir l-applikazzjoni skond l-imsemmija disposizzjonijiet u dik id-
data li tiġi l-aktar kmieni mid-data meta tingħata r-reġistrazzjoni
lill-Kummissarju u d-data meta dik il-persuna tiġi reġistrata mill-
Kummissarju.
Penali 
amministrattiva 
għal nuqqas minn 
persuna eżentata.
40. Persuna eżentata li ma jkollhiex iktar id-dritt li tibqa’
klassifikata bħala persuna eżentata u li ma tapplikax għat-tħassir ta’
dik il-klassifika fil-limitu ta’ żmien imsemmi fid-disposizzjonijiet
relevanti ta’ dan l-Att tkun suġġetta għall-penali amministrattiva
f’ammont ekwivalenti għal dak li jkun ogħla minn -
(a) għaxra fil-mija ta’ l-eċċess, jekk ikun hemm, ta’ l-
output tax fuq it-tnaqqis għall-ewwel żmien ta’ taxxa li
jiġi wara t-tħassir tal-klassifika tagħha;u
(b) mitt lira,
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   17
għal kull xahar jew parti minn xahar li jiskadi mid-data meta kellha
ssir l-applikazzjoni skond l-imsemmija disposizzjonijiet u dik id-
data li tiġi l-aktar kmieni mid-data meta tingħata l-applikazzjoni
lill-Kummissarju u d-data meta il-klassifika ta’ dik il-persuna tiġi
mħassra mill-Kummissarju.
Penalitajiet 
amministrattivi 
għandhom 
jitħallsu.
41. Kull penali amministrattiva li għaliha tkun suġġetta xi
persuna skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandha tkun
dovuta u għandha titħallas minn dik il-persuna mingħajr il-ħtieġa li
tinħareġ xi stima dwarha u kull ammont ta’ xi penali
amministrattiva dovut minn persuna ma għandux jeħles lil dik il-
persuna minn xi penali ogħla jew minn xi penali oħra li għaliha
setgħat kienet jew setgħat issir suġġetta skond id-disposizzjonijiet
relevanti ta’ dan l-Att.
Skuża raġonevoli.
ta’ dan l-Att ebda penali amministrattiva ma tkun dovuta minn
persuna għal xi nuqqas jekk dik il-persuna turi li jkun hemm
skużanti raġonevoli għal dak in-nuqqas:
Iżda:
(a) li ma jkunx hemm fondi biżżejjed mnejn titħallas xi
taxxa dovuta; jew
(b) meta titqiegħed fiduċja fuq xi persuna oħra sabiex din
twettaq xi biċċa xogħol, il-fatt li jkun hemm dik il-
fiduċja jew xi dewmien jew ineżattezzi mill-persuna li
jkollha l-fiduċja,
ma jitqisqux li huma skużanti raġonevoli għall-għanijiet ta’ dan l-
artikolu.
Appell kontra 
stima. 
43. Kull persuna li tħoss ruħha aġġravata bi stima li tiġi
notifikata lilha tista’ tagħmel appell kontra dik l-istima lill-Bord ta’
l-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.
Ħwejjeġ oħra li 
jistgħu jinġiebu fl-
Appell.
44. Jekk tqum xi kwistjoni, li ma tkunx stima, dwar -
(a) ir-reġistrazzjoni ta’ persuna taħt dan l-Att jew it-
tħassir ta’ dik ir-reġistrazzjoni;
(b) il-klassifika ta’ xi persuna reġistrata bħala persuna
eżentata u t-tħassir ta’ dik il-klassifika;
(ċ) jekk transazzjoni li ssir jew kellha ssir minn persuna
tkunx provvista taxxabbli jew le jew jekk
importazzjoni ta’ oġġetti magħmula jew li jkollha
tintgħamel minn persuna tkunx importazzjoni
taxxabbli jew le;
(d) kull taxxa li għandha titħallas fuq l-importazzjoni ta’
oġġetti;
(e) il-lok, il-ħin u l-valur taxxabbli ta’ provvista
taxxabbli;
(f) l-ammont ta’ tnaqqis permess lil persuna reġistrata
għal xi żmien ta’ taxxa;
(g) kull garanzija meħtieġa mill-Kummissarju taħt dan l-
Att;
  18  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(h) jekk xi ħlas lura ta’ taxxa mitlub minn xi persuna
jkunx dovut jew għandux jitħallas lil dik il-persuna
jew le;
(i) kull punt ta’ liġi li m’huwiex inkluż fid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu;
(j) kull ħaġa li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
jew ta’ kull regolament li jsir bis-saħħa ta’ dan l-Att,
tista’ tinġieb fl-appell;
(k) l-impożizzjoni ta’ kull penali amministrattiva,
dik il-kwistjoni tista’ tiġi riferita lill-Bord ta’ l-Appelli dwar it-
Taxxa fuq il-Valur Miżjud minn kull persuna li turi għas-
sodisfazzjon tal-Bord li għandha interess dirett f’dik il-kwistjoni
jew mill-Kummissarju.
Bord ta' l-Appelli 
dwar it-Taxxa fuq 
il-Valur Miżjud.
45. Għandu jitwaqqaf Bord ta’ l-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-
Valur Miżjud bil-għan li jisma’ u jaqta’ appelli u riferenzi li jsiru
skond l-artikoli 43 u 44.
Ħwejjeġ regolati 
bid-Disa' Skeda.
46. Id-Disa’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att għandha tapplika
għar-rigward ta’ kull appell magħmul jew ta’ kwistjoni riferita lill-
Bord, l-għamla u l-kompetenza tal-Bord, u r-regolamenti tal-
proċeduri tal-Bord.
Appell quddiem il-
Qorti ta l-Appell.
Emendat:
VI. 2001. 30.
47. (1) Kull waħda mill-partijiet ta’ appell jew ta’ referenza
lill-Bord, li tħoss ruħha aggravata b’deċiżjoni ta’ dak il-Bord, tista’
tagħmel appell minn dik id-deċiżjoni għal quddiem il-Qorti ta’ l-
Appell (Kompetenza Inferjuri) fuq kull punt ta’ liġi biss b’rikors li
għandu jiġi preżentat fi żmien tletin jum mid-data meta d-deċiżjoni
appellata tkun ġiet lilha notifikata.
Kap. 12. (2) Il-bord imwaqqaf bis-saħħa ta’ l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regolamenti li
jirregolaw l-appelli li jsiru taħt dan l-artikolu.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-rigward tal-preżentata
ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ appelli lill-Qorti ta’ l-Appell
(Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-Att:
Kap. 12.
Iżda sakemm jiġu stabbiliti dawk id-drittijiet mill-Ministru,
għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li tinsab mal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
TAQSIMA VI
Dokumentazzjoni u Tagħrif
Dokumentazzjoni 
li għandha 
tinżamm.
48. (1) Kull persuna reġistrata għandha żżomm
dokumentazzjoni xierqa u suffiċjenti tat-transazzjonijiet kollha li
tagħmel fit-twettiq u fit-tkomplija ta’ l-attività  ekonomika tagħha
sabiex tiffaċilita l-verifika bla diffikultà  tad-data, tal-valur u x-
xorta ta’ dawk it-transazzjonijiet, it-taxxa li għandha titħallas
fuqhom u kull tnaqqis permess dwar dan, u kull tagħrif ieħor kif
muri fit-Tnax-il Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   19
(2) Id-dokumentazzjoni msemmija fis-subartikolu (1) għandha
tinżamm u tinħażen bil-mod, ikollha d-dettalji u tkun dokumentata
aktar bid-dokumenti u kontijiet murija fl-imsemmija Skeda u
għandha tinżamm sew jekk dik il-persuna tibqa’ persuna reġistrata
sew jekk le, għal żmien ta’ mill-inqas sitt snin minn tmiem is-sena
li jkollhom x’jaqsmu magħha.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jeħtieġu persuni
reġistrati li jaħżnu, jipproċessaw u jipproduċu tagħrif u dokumenti
fuq jew b’dawk il-mezzi u makni li jistgħu jiġu speċifikati f’dawk
ir-regolamenti.
(4) Il-Kummissarju jista’ f’kull żmien matul iż-żmien
speċifikat fis-subartikolu (2) jeħtieġ lil persuna reġistrata li
tipproduċi d-dokumentazzjoni, dokumenti u kontijiet meħtieġa li
jinżammu minnha bis-saħħa ta’ dan l-artikolu.
Wiri ta’ prezzijiet. 
għal bejgħ bl-imnut, dak il-prezz għandu jiġi ndikat b’ mod li jkun
jinkludi t-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att, jekk ikun hemm,
dwar il-provvista ta’ l-oġġetti msemmija.
Fattura ta’ taxxa.
li tagħmel provvista li ma tkunx provvista li tirreferi għaliha t-
Taqsima Tnejn tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att
(eżenzjonijiet bla kreditu) lil persuna reġistrata oħra għandha tagħti
lil dik il-persuna l-oħra fattura ta’ taxxa fi żmien wieħed u tletin
jum mid-data msemmija fl-artikolu 8(1).
(2) Persuna reġistrata li tkun bejjiegħ bl-imnut u li tagħmel
provvista taxxabbli lil persuna reġistrata oħra għandha, fuq talba
ta’ dik il-persuna l-oħra, tagħtiha fattura ta’ taxxa fi żmien wieħed
u tletin jum mid-data msemmija fl-artikolu 8(1).
(3) Meta persuna reġistrata tipprovdi lilha nnifisha b’dokument
li jkun maħsub bħala fattura ta’ taxxa dwar provvista taxxabbli
lilha magħmula minn persuna reġistrata oħra, dak id-dokument
jista’, bl-approvazzjoni tal-Kummissarju, jitqies bħala l-fattura ta’
taxxa meħtieġa li tiġi provduta mill-fornitur skond dan l-artikolu.
(4) Il-formula ta’ fattura ta’ taxxa, il-formula ta’ fattura li
għandha tinħareġ minn persuna eżentata, kull partikolar li għandu
jidher fiha u l-mod kif din għandha tinħareġ, għandu jkun fihom
dak it-tagħrif kif jidher fit-Tlettax-il Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Dokumenti li 
għandhom 
jingħataw f’każijiet 
oħra.
51. Kull persuna reġistrata li tagħmel provvista, minbarra
provvista li għaliha japplika l-artikolu 50 għandha tagħti lill-
persuna li lilha tkun għamlet il-provvista, dik il-fattura, riċevuta
jew dokument ieħor kif muri fl-Erbatax-il Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att u għandu jkollha l-forma u għandha turi dawk il-
partikolaritajiet u tinħareġ b’dak il-mod kif muri fl-imsemmija
Skeda.
Produzzjoni ta’ 
fatturi minn 
persuni li jkunu 
ingħataw 
provvista.
52. Persuna li tkun ingħatat fattura ta’ taxxa jew fattura oħra
jew xi dokument ieħor kif meħtieġ bl-artikolu 50 jew 51 għandha
tipproduċi, jekk hekk tenħtieġ li tagħmel hekk skond id-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, dik il-fattura ta’ taxxa, fattura
  20  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
oħra jew dokument ieħor lill-Kummissarju jew lil kull uffiċjal ieħor
hekk awtorizzat mill-Kummissarju.
Spezzjonijiet.  53. Il-Kummissarju għandu bil-għan li jiġi żgurat twettiq
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikollu is-setgħa -
(a) li jidħol u jispezzjona kull fond fejn tiġi ġestita jew
tkun suspettata li qed tiġi ġestita xi attività  ekonomika
jew fejn oġġetti, proprjetà , kotba, kull record jew
dokument li jirrigwardaw dik l-attività  jkunu qed
jinżammu jew ikunu suspettati li qed jinżammu;
(b) li jispezzjona u jeħtieġ il-produzzjoni ta’ kotba, kull
record jew dokument, inkluż tagħrif li jinqara permezz
tal-makni, jew kopja jew estratt tagħhom li
jirrigwardaw l-attività  ekonomika ta’ xi persuna;
(ċ) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55, jitlob
lil persuna li tagħti dak it-tagħrif li jista’ jeħtieġ bil-
għan li jiġi stabbilit jekk ikunux saru xi provvisti
taxxabbli jew xi provvisti eżenti bil-kreditu minn jew
lil dik il-persuna jew il-valur ta’ kull tali provvista u li
jeħtieġu lil xi persuna li tattendi fl-uffiċċju tal-
Kummissarju bil-għan li tagħti dak it-tagħrif;
(d) jitlob il-partikolaritajiet kollha inklużi l-isem, il-
kunjom, l-indirizz u li tintwera il-Karta ta’ l-Identità
ta’ kull persuna li tkun suspettata li qed tikser xi
wieħed mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula taħt dan l-Att.
Dħul f’postijiet ta' 
abitazzjoni. 
54. Jekk ikun meħtieġ li jsir xi dħul bis-saħħa ta’ l-artikolu
53(a) ġewwa xi fond li jkun kollu kemm hu jew f’parti minnu
okkupat bħala fond residenzjali, dak id-dħul ikun meħtieġ li jiġi
awtorizzat minn qabel b’mandat iffirmat minn Maġistrat u ma
għandux isir bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u s-sebgħa ta’ filgħodu.
Tagħrif li jkollhom 
ċertu detenturi ta’ 
liċenza.
55. (1) Bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet li għandhom
x’jaqsmu mad-dmir ta’ segretezza professjonali, ma għandu
jenħtieġ ebda tagħrif mill-Kummissarju bis-saħħa ta’ dan l-Att
mingħand persuni li s-subartikolu (2) jkun jirreferi għalihom ħlief
biss bil-għan li tiġi stabbilita x’inhi t-taxxa li għandha titħallas u
x’ikun kull tnaqqis permess lil dik il-persuna taħt dan l-Att jew
sabiex jiġi żgurat li dik il-persuna tkun miexja b’mod konformi
mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Dan is-subartikolu jirreferi għal -
Kap. 371. (a) bank liċenzjat taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju;
Kap. 403.
(b) kumpannija ta’ assigurazzjoni dwar kummerċ ta’
assigurazzjoni fit-tul li jitmexxa bis-saħħa ta’ liċenza
mogħtija taħt l-Att dwar l-Impriża ta’ l-
Assigurazzjoni;
Kap. 370.
(ċ) kull persuna li jkollha liċenza li tmexxi negozju ta’
investiment taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
Kap. 370.
(d) skema ta’ investiment kollettiv li jkollha liċenza taħt l-
Att dwar Servizzi ta’ Investimenti;
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   21
Kap. 345.
ta’ Malta.
Segretezza 
uffiċjali. 
56. (1) Ħlief hekk kif jista’ jenħtieġ għall-għanijiet ta’ dan l-
Att, jew meta l-Prim Ministru jordna mod ieħor, kull persuna li
jkollha xi dmir uffiċċjali jew li tkun impjegata fl-amministrazzjoni
ta’ dan l-Att għandha tqis u tittratta kull dokument u tagħrif li
għandu x’jaqsam ma’ dan l-Att bħala sigriet u kunfidenzjali.
(2) Ebda persuna li tkun maħtura taħt dan l-Att jew impjegata
sabiex twettaq id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandha
tenħtieġ li ġġib quddiem xi qorti, tribunal, bord jew kumitat ta’
inkjesta xi dokument jew li tikxef xi ħaġa li tkun taf biha fit-twettiq
ta’ dmirijietha taħt dan l-Att ħlief b’dak il-mod li jista’ jkun
legalment meħtieġ bil-għan li jitwettqu fis-seħħ id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, jew bil-għan jew fil-waqt ta’ xi appell magħmul
skond dan l-Att jew prosekuzzjoni għal xi reat kontra xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, il-
Kummissarju jista’ jippermetti lill-Awditur Ġenerali jew lil kull
uffiċjal awtorizzat mill-Awditur Ġenerali li jkollu aċċess għal kull
dokumentazzjoni jew dokument hekk kif jista’ jkun meħtieġ għat-
twettiq tad-dmirijiet uffiċċjali tiegħu u għal dan il-għan l-Awditur
Ġenerali u kull uffiċċjal awtorizzat bħal dak għandhom jitqiesu
bħala persuna li tkun impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-Att.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli l-oħra ta’ dan l-
artikolu jew ta’ kull liġi oħra, l-Kummissarju għandu jagħti lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni dak it-tagħrif, li jkun tagħrif miksub
mill-Kummissarju għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att, hekk
kif jista’ jiġi ordnat mill-Ministru.
TAQSIMA VII
Każi jiet Speċjali
Każijiet speċjali. 
zjonijiet speċjali dwar il-provvisti li s-subartikolu (2) jirreferi
għalihom, u jista’, b’dawk ir-regolamenti jagħmel disposizzjonijiet
-
(a) li provvista titqies bħala żewġ provvisti separati jew
aktar jew li għadd ta’ provvisti għandhom jitqiesu
bħala provvista waħda;
(b) dwar il-ħin u l-lok li fihom għandhom jitqiesu li jkunu
seħħew il-provvisti;
(ċ) dwar li il-valur taxxabbli ta’ provvisti għandu jiġi
stabbilit b’dak il-metodu jew wieħed minn dawk il-
metodi li l-Kummissarju jista’ jistabbilixxi;
(d) dwar kif tiġi stabbilita l-input tax li għandha tkun
tgħodd għall-provvisti;
(e) dwar kull dokumentazzjoni u dokument addizzjonali li
għandhom jinżammu u jiġu prodotti għar-rigward ta’ l-
imsemmija provvisti;
  22  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
u kull regolamenti bħal dawk għandhom ikunu japplikaw minkejja
kull ħaġa kuntrarja li tinsab f’dan l-Att.
(2) Dan is-subartikolu japplika għal:
(a) provvisti magħmula minn operaturi ta’ vjaġġi u aġenti
ta’ l-ivvjaġġar u minn persuni oħra li jagħmluha ta’
prinċipali u li jagħmlu provvisti li s-soltu jiġu provduti
minn operaturi ta’ vjaġġi u aġenti ta’ l-ivvjaġġar;
(b) provvisti ta’ oġġetti sekondaman;
(ċ) provvisti minn bejjiegħa bl-imnut;
(d) provvisti ta’ servizzi professjonali;
(e) provvisti skond kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
inġinerija ċivili, elettrika u mekkanika;
(f) dawk il-provvisti l-oħra li jistgħu jiġu msemmija
għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu b’ordni magħmul
mill-Ministru u pubblikat fil-Gazzetta.
(3) Sa dak iż-żmien li l-Ministru jippreskrivi regolamenti
skond dan l-artikolu, ir-regolamenti msemmija fil-Ħmistax-il
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, għandhom japplikaw.
TAQSIMA VIII
Ġbir, Garanzija u Ħlas Lura
Kawża mill-
Kummissarju.
58. (1) Tista’ ssir kawża għal kull taxxa u għall-penali
a ministrattiva taħt dan l-Att sabiex dawn jinġabru, skond ma
jeħtieġ il-każ fil-qorti kompetenti ta’ kompetenza ċivili.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), il-
Kummissarju jista’ jibda azzjoni għall-ħlas ta’ kull taxxa u ta’
penali amministrattiva f’kull żmien matul sitt snin mid-data meta
dik it-taxxa jew penali amministrattiva kellhom jitħallsu.
(3) Iż-żmien imsemmi fis-subartikolu (2) jitwaqqaf b’att
ġudizzjarju li jiġi preżentat mill-Kummissarju qabel ma jiskadi dak
iż-żmien li fih jintalab il-ħlas ta’ l-ammont dovut.
Titolu eżekuttiv.
Kap. 12.
59. (1) Avviż maħruġ mill-Kummissarju li juri ammont ta’
taxxa u penali amministrattiva dovuti minn persuna għandu jkun
xiehda biżżejjed, kemm-il darba ma tinġiebx prova kuntrarja, li l-
ammont ikun dovut lill-Kummissarju minn dik il-persuna u għandu
jikkostitwixxi titolu eżekuttiv fil-kuntest u għall-għanijiet tat-
Titolu VII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Il-Kummissarju jista’ jitlob il-ħlas ta’ kull taxxa u penali
amministrattiva li għandha titħallas minn persuna skond dan l-Att
bil-mezz ta’ nota ta’ talba għall-ħlas, u jekk il-ħlas mitlub ma jsirx
fi żmien tletin jum mid-data meta dik in-nota ta’ talba għall-ħlas
tkun ġiet notifikata lil dik il-persuna, il-Kummissarju jista’ jgħaddi
biex jiġbor dak il-ħlas bis-saħħa tat-titolu eżekuttiv imsemmi fis-
subartikolu (1) wara jumejn minn notifika lil dik il-persuna ta’
talba għall-ħlas li ssir permezz ta’ att ġudizzjarju.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   23
Kap.12.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 468 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom japplikaw dwar kull
mandat maħruġ bis-saħħa tat-titolu eżekuttiv imsemmi f’dan l-
artikolu u għall-iżbank ta’ kull flus li jinġabru mill-bejgħ fl-irkant
tal-proprjetà  maqbuda, u ebda oppożizzjoni jew riżerva fiċ-ċedola
ta’ depożitu ma għandha twaqqaf il-ħlas ta’ xi somma li tkun
depożitata fil-qorti wara li jkun sar dak il-mandat kif imsemmi
qabel.
Restrizzjonijiet fuq 
il-ħelsien ta’ 
oġġetti mportati.
60. (1) Ebda oġġett importat ġewwa Malta ma għandu jiġi
kunsinnat għall-użu f’Malta jew jittieħed minn, jinħeles jew
jinġabar minn xi depożt tad-dwana ħlief -
(a) meta l-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti tkun
importazzjoni eżentata; jew
(b) meta it-taxxa fuq dik l-importazzjoni tkun tħallset
skond dan l-Att; jew
(ċ) bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissarju.
(2) Awtorizzazzjoni għall-għanijiet tal-paragrafu (ċ) tas-
subartikolu (1) tista’ tingħata taħt dawk il-kundizzjonijiet u ma’ l-
għoti ta’ dik il-garanzija li l-Kummissarju jista’ jistabbilixxi.
Setgħat li 
għandhom 
x’jaqsmu ma’ 
oġġetti mportati.
61. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana għandu jkollu, bil-għan li
jiżgura, jiġbor u jħares f’isem il-Kummissarju it-taxxa li titħallas
taħt dan l-Att fuq importazzjonijiet taxxabbli, l-istess setgħat u
jimxi skond l-istess proċeduri li jkunu skond kull liġi oħra mwettqa
u segwiti minnu bil-għan li jiżgura, jiġbor u jħares id-dazji ta’ l-
importazzjoni.
Kap. 37. 
Kap. 337.
(2) Kull disposizzjoni ta’ l-Ordinanza tad-Dwana jew ta’ l-Att
dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni jew f’kull regolament magħmul
bis-saħħa tagħhom dwar kif jiġu applikati l-ħlasijiet minn bejgħ ta’
oġġetti importati għall-ħlas ta’ dazji ta’ importazzjoni dovuti fuq
dawk l-oġġetti għandha tiftiehem bħala disposizzjoni dwar kif jiġu
applikati l-imsemmija ħlasijiet għall-ħlas ta’ dazji ta’
importazzjoni u ta’ kull taxxa dovuta taħt dan l-Att fuq l-
importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti.
Privileġġ speċjali.
Kap. 16. 
62. Il-Kummissarju ikollu privileġġ speċjali fuq l-attiv li
jagħmel sehem mill-attività  ekonomika ta’ persuna dwar kull taxxa
dovuta minn dik il-persuna taħt dan l-Att u t-taxxa msemmija
għandha titħallas, minkejja kull ma jista’ jinsab f’xi liġi oħra, bi
preferenza fuq dejn li jkollu xi privileġġ ieħor, ħlief dejn li jkollu
privileġġ ġenerali u dejn imsemmi fl-artikolu 2009(a) jew(b) tal-
Kodiċi Ċivili.
63. (1) Jekk, f’xi każ partikolari, il-Kummissarju jkollu
għaliex jaħseb li t-taxxa dovuta minn xi persuna reġistrata ma
tkunx tista’ tinġabar fil-waqt meta dik it-taxxa ikollha titħallas
skond dan l-Att, huwa jista’ bil-mezz ta’ avviż li jiġi notifikat lil
dik il-persuna, jitlob li jsir il-ħlas tat-taxxa f’dak iż-żmien li jista’
jiġi speċifikat f’dak l-avviż u t-taxxa, malli dan, ikollha titħallas
f’dak iż-żmien minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att.
(2) Meta jintalab ħlas mingħand persuna skond is-subartikolu
  24  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(1), dik il-persuna tista’, minflok ma tagħmel il-ħlas imsemmi,
tagħti dik il-garanzija għat-taxxa li għandha titħallas skond kif il-
Kummissarju jista’ jaċċetta li jsir.
Żmien iqsar għall-
egħmil ta’ 
denunzja.
64. Jekk, f’xi każ partikolari, il-Kummissarju jkollu għaliex
jaħseb li t-taxxa dovuta minn persuna reġistrata tista’ mod ieħor
tkun preġudikata, huwa jista’, bil-mezz ta’ avviż bil-miktub, jeħtieġ
lil dik il-persuna li tagħmel denunzja għal żmien ta’ taxxa qabel iż-
żmien permess skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, u
għar-rigward ta’ dik id-denunzja ta’ taxxa kull referenza f’dan l-Att
għaż-żmien mogħti skond xi disposizzjonijiet taħt dan l-Att
għandha għalhekk tiftiehem bħala referenza għaż-żmien speċifikat
b’dak l-avviż.
Reverse charge. 65. Meta ssir provvista taxxabbli ta’ servizzi minn persuna li
ma tkunx stabbilita f’Malta lil persuna reġistrata stabbilita f’Malta
li ma tkunx persuna eżentata, il-persuna msemmija stabbilita
f’Malta għandha titqies li tkun hi stess ipprovdiet dawk is-servizzi
fit-twettiq jew fit-tkomplija ta’ l-attività  ekonomika tagħha u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, inkluż l-obbligu li persuna tagħti
rendikont u tħallas it-taxxa, ħlief meta, fejn ikun mod ieħor provdut
espressament, dawn għandhom hekk jinqraw u jiftiehmu.
Rappreżentanti. 66. (1) Kull segretarju, manager, direttur, stralċjarju jew
uffiċjal prinċipali ieħor ta’ enti jew korp ta’ persuni, kull werriet u
eżekutur testamentarju u kull kuratur ta’ l-eredità  vakanti ta’
persuna mejta, u kull min ikun tutur, kuratur, amministratur jew
trustee ta’ xi persuna oħra jew ta’ xi trust, fund, jew enti ieħor
għandu jkun rappreżentant, għall-għanijiet ta’ dan l-Att, ta’ dak il-
korp ta’ persuni, persuna mejta, persuna oħra, trust, fund jew enti
ieħor, skond il-każ.
(2) Meta persuna li ma tkunx stabbilita f’Malta tkun jew
tenħtieġ li tiġi reġistrata taħt dan l-Att kull persuna residenti
f’Malta li lilha tiġi provduta dik il-provvista taxxabbli jew li tkun
aġent jew b’mod ieħor ikollha relazzjoni tan-negozju magħha
għandha, jekk tiġi hekk maħtura mill-Kummissarju permezz ta’
avviż bil-miktub, u sakemm xi persuna oħra residenti f’Malta li
tkun aċċettabbli għall-Kummissarju tkun ġiet hekk maħtura mill-
persuna imsemmija l-ewwel, tkun rappreżentanti ta’ l-imsemmija
persuna.
(3) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5)
rappreżentant ta’ persuna ikun responsabbli bl-istess
mod u sa l-istess limitu bħal dik il-persuna li jkun
qiegħed jirrappreżenta għall-obbligazzjonijiet kollha
imposti b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu.
(b) Kull ħaġa li ssir jew tonqos milli ssir minn
rappreżentant li jaġixxi f’dik il-kariga għandha titqies
għall-għanijiet ta’ dan l-Att li tkun saret jew naqset
milli ssir mill-persuna li huwa jkun qiegħed
jirrappreżenta.
(ċ) Avviż li jiġi notifikat lil rappreżentant jew ħlas lura li
jsir lil rappreżentant fil-kariga tiegħu ta’ rappreżentant
taħt kull disposizzjoni ta’ dan l-Att għandhom jitqiesu
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   25
bħala notifikat jew magħmul lill-persuna li huwa jkun
rappreżentant tagħha.
(d) Li persuna tkun jew tinħatar rappreżentant ta’ persuna
oħra ma jeħlisx lit-tieni persuna minn kull obbligu jew
responsabbiltà  taħt dan l-Att.
(4) Rappreżentant li jkollu taħt it-tmexxija jew kontroll tiegħu
xi flus jew proprjetà  ta’ persuna jew dovuti lil persuna li huwa jkun
rappreżentant tagħha ma għandux jiddisponi minn dawk il-flus jew
proprjetà  kemm-il darba ma jkunx ħaseb biżżejjed għal kull taxxa
dovuta taħt dan l-Att.
(5) Rappreżentant ikollu responsabbiltà  solidali mal-persuna li
jkun qiegħed jirrappreżenta għat-taxxa dovuta minn dik il-persuna:
iżda meta ir-rappreżentant ikun aġixxa in bona fede u ma jkunx
qiegħed xjentement jikkontravjeni is-subartikolu (4) jew kull
obbligazzjoni oħra taħt dan l-Att, ir-responsabbiltà  tiegħu taħt dan
is-subartikolu għandha tkun limitata għall-flus jew għall-valur tal-
proprjetà  li huwa jkun qiegħed jamministra jew jikkontrolla li tkun
ta’ persuna jew dovuta lil persuna li huwa jkun ir-rapprezantant
tagħha.
Tqassim ta’ ħlas.
ħlief taxxa li tista’ tinżamm riżervata skond id-disposizzjonijiet
tad-Disa’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, kull ħlas li dik il-persuna
tagħmel lill-Kummissarju għandu jitqassam, minkejja kull
dikjarazzjoni ta’ dik il-persuna, fuq dak l-imgħax qabel ma
jitqassam fuq xi taxxa.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) meta
tkun dovuta xi penali amministrattiva minn persuna, ħlief għall-
penali li tista’ tinżamm riżervata skond id-disposizzjonijiet tad-
Disa’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, kull ħlas li jsir minn dik il-
persuna lill-Kummissarju għandu jitqassam, minkejja kull
dikjarazzjoni ta’ dik il-persuna għall-kuntrarju, fuq dik il-penali
amministrattiva qabel ma jitqassam fuq xi taxxa oħra.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu,
ħlief taxxa li tista’ tinżamm riżervata skond id-disposizzjonijiet
tad-Disa’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, tkun dovuta għal iktar minn
darba kull ħlas li jsir minn dik il-persuna lill-Kummissarju għandu
jitqassam, minkejja kull dikjarazzjoni ta’ dik il-persuna għall-
kuntrarju, fuq dik it-taxxa li tkun dovuta l-ewwel qabel ma
jitqassam fuq it-taxxa li tkun saret dovuta wara.
Ħlas lura.
ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 26, 69, 70, 71 jew fl-artikolu
7(h)5.
(2) Meta l-Kummissarju ikollu jħallas lura xi ammont lil xi
persuna li jkun dovut minnha xi imgħax, penali amministrattiva jew
xi taxxa oħra, il-Kummissarju jista’ jnaqqas dik it-taxxa, imgħax
jew penali amministrattiva minn dak l-ammont sa l-istess limitu li
għalih dak l-ammont, kieku kien ħlas magħmul minn dik il-
persuna, kien jista’ jitqassam għal dak l-imgħax, penali jew taxxa
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 67 u fl-istess ordni: tnaqqis
  26  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
taħt dan is-subartikolu jista’ ukoll isir dwar taxxa li tista’ tinżamm
riżervata skond id-disposizzjonijiet tad-Disa’ Skeda li tinsab ma’
dan l-Att.
(3) Kull ħlas lura li jkun dovut skond xi disposizzjoni ta’ dan l-
Att għandu jsir mingħajr ebda tqassim ieħor ħlief dak li joħroġ
minn dan l-Att bil-mezz ta’ ordni miktub mill-Ministru.
Ħlas lura ta’ taxxa 
imħallsa żejda u li 
ma kellhiex 
titħallas.
69. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)
meta jirriżulta li xi taxxa mħallsa minn persuna ma kinetx titħallas
jew kienet iżjed mit-taxxa dovuta taħt dan l-Att, il-Kummissarju
għandu jħallas lura, meta tinġieblu dik il-prova li huwa jista’ jqis
xieraq li jeħtieġ, dik it-taxxa jew dak is-sehem minnha li ma kinetx
dovuta lil dik il-persuna jew lil xi persuna oħra li jista’ jkollha jedd
għal dak il-ħlas lura: iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma
għandha titqies li tmur ’1 hemm jew tieħu post id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 43.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi l-mod u ż-
żmien li fih tista’ ssir talba għal ħlas lura taħt is-subartikolu (1), kif
ukoll dawk il-kundizzjonijiet u limitazzjonijiet, inkluż l-inqas
ammont li dwaru jista’ jintalab ħlas lura, kif jidhirlu xieraq.
(3) Meta jirriżulta minn xi sentenza finali mogħtija f’appell
magħmul skond dan l-Att, li xi ammont ta’ taxxa imħallas minn
persuna ma kienx dovut, il-Kummissarju għandu jħallas lura dak l-
ammont lil dik il-persuna fi żmien tletin jum mid-data meta dik is-
sentenza tgħaddi b’ġudikat.
(4) Imgħax bir-rata speċifikata fi jew prekritta skond l-artikolu
22(2) ikun dovut fuq ħlas lura li għalih jirreferi is-subartikolu (3)
għaż-żmien li jintemm fid-data meta dak il-ħlas lura isir jew jiġi
impostat cheque jew ċedola mill-Kummissarju lill-persuna li
għandu jsirilha l-ħlas lura, liema imgħax jibda għaddej -
(a) jekk u sal-limitu li l-ammont li għandu jitħallas lura
kien mitlub bħala kreditu eċċessiv f’denunzja
magħmula lill-Kummissarju mill-appellant, mid-data
stabbilita skond l-artikolu 26;
(b) jekk u sal-limitu li l-ammont li għandu jitħallas lura
kien imħallas mill-appellant bħala kundizzjoni għall-
validità  ta’ l-appell tiegħu skond id-disposizzjonijiet
tad-Disa’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, mid-data meta
dak l-ammont tħallas lill-Kummissarju;
(ċ) f’kull każ ieħor, mid-data meta l-ħlas lura isir dovut
skond is-subartikolu (3).
Arranġamenti 
internazzjonali.
70. (1) Jekk il-Ministru b’ordni pubblikat fil-Gazzetta
jiddikjara li jkunu saru xi arranġamenti mal-gvern ta’ xi territorju
barra minn Malta bil-għan li jingħata ħelsien minn taxxa doppja
dwar taxxa li titħallas taħt dan l-Att u xi taxxa bħal dik li titħallas
bis-saħħa tal-liġijiet ta’ dak it-territorju, u li jkun jaqbel li dawk l-
arranġamenti għandu jkollhom seħħ, dawk l-arranġamenti
għandhom iseħħu minkejja kull ħaġ’oħra f’dan l-Att.
(2) Jekk il-Ministru b’ordni pubblikat fil-Gazzetta jiddikjara li
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   27
jkunu saru xi arranġamenti mal-gvern ta’ xi territorju barra minn
Malta bil-għan li jagħti ħlas lura, fuq bażi reċiproka, fuq taxxa
imħallsa taħt dan l-Att lil persuni stabbiliti barra minn Malta u li
jkun jaqbel li dawk l-arranġamenti għandu jkollhom seħħ, dawk l-
arranġamenti għandhom iseħħu minkejja kull ħaġ’oħra f’dan l-Att.
(3) Meta jirriżulta li tkun tħallset xi taxxa għall-importazzjoni
ta’ oġġetti li tkun eżenti mid-dazji ta’ importazzjoni skond
arranġamenti diplomatiċi u konsulari li jkollhom seħħ bis-saħħa ta’
xi liġi jew li tkun tħallset xi taxxa fuq provvisti jew
importazzjonijiet minn persuna li tikkwalifika għal eżenzjoni minn
taxxa skond dawk l-arranġamenti internazzjonali li l-Ministru
jista’, b’ordni fil-Gazzetta, jispeċifika, il-Kummissarju għandu
jħallas lura, fuq talba li ssir f’dak iż-żmien u b’dak il-mod li jista’
jiġi preskritt, u meta tinġieb dik il-prova li jista’ jeħtieġ, it-taxxa
hekk imħallsa lil dik il-persuna.
(4) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għat-twettiq tad-
disposizzjonijiet ta’ kull arranġament li jkollu seħħ taħt dan l-
artikolu.
Ħlas lura lill-
persuni mhux 
residenti.
71. Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għall-ħlas lura
mill-Gvern lill-persuni li ma jkunux residenti ammont li ma’ jkunx
iktar mit-taxxa imħallsa fuq provvisti magħmula lil dawk il-persuni
ta’ oġġetti esportati minn dawk il-persuni barra minn Malta, u jista’
f’dawk ir-regolamenti jippreskrivi limitazzjonijiet għal dak il-ħlas
lura u għall-persuni li jistgħu jitolbu dak il-ħlas lura, u iċ-
ċirkostanzi li fihom u l-kundizzjonijiet li taħthom dak il-ħlas lura
jista’ jintalab u l-proċeduri ta’ dak il-ħlas lura.
TAQSIMA IX
Mixx ellanji
Validità  ta’ avviżi, 
eċċ.
72. (1) Kull avviż, mandat jew proċediment ieħor li jsir
b’għan skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandux jitqies
li jkun null jew li jista’ jiġi annullat minħabba f’nuqqas materjali
jew li jkun difettuż minħabba f’xi żball, difett jew ommissjoni li
jkollu, jekk dan ikun materjalment u effettivament jaqbel mal-ħsieb
u skond it-tifsir ta’ dan l-Att.
(2) Fil-każ ta’ korp ta’ persuni jkun biżżejjed jekk jidher biss
l-isem ta’ dak il-korp ta’ persuni fuq kull avviż, mandat jew
proċediment, inkluż kull proċediment quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
maħruġ jew magħmul taħt jew għall-għanijiet ta’ dan l-Att.
Tqassim u notifika 
ta’ avviżi, eċċ.
73. (1) Kull avviż li jingħata mill-Kummissarju taħt dan l-Att
ta’ avviż, eċċ., għandu jiġi ffirmat mill-Kummissarju nnifsu jew
minn persuna jew persuni minnu awtorizzati u kull avviż bħal dak
ikun validu jekk il-firma tkun stampata, ittimbrata jew miktuba fuq
dak l-avviż.
(2) Kull avviż li huwa meħtieġ li jingħata mill-Kummissarju
jew minn xi persuna oħra taħt dan l-Att jista’ jiġi notifikat lil
persuna sew personalment sew billi jintbagħat bil-posta. Kemm-il
darba ma tinġiebx prova kuntrarja, notifika ta’ avviż mibgħut bil-
posta tkun ippruvata permezz ta’ evidenza li dak l-avviż kien ġie
  28  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
indirizzat u impostat sew u għandu jitqies li jkun ġie notifikat, fil-
każ ta’ indirizz f’Malta mhux iktar tard mit-tielet jum li jiġi wara l-
jum meta dan ikun ġie impostat, u fil-każ ta’ indirizz barra minn
Malta fil-jum li jiġi wara dak il-jum meta l-avviż kien jiġi riċevut
fil-kors ordinarju tal-posta: iżda cheque jew ċedola impostati mill-
Kummissarju għandu jitqies li jkun ħlas ta’ dak l-ammont magħmul
fid-data meta jkun ġie impostat.
(3) Għall-għanijiet tas-subartikolu (2) avviż jitqies li jkun ġie
indirizzat sew jekk dan ikun ġie indirizzat fin-negozju jew fl-
indirizz privat ta’ persuna, u indirizz mogħti minn persuna lill-
Kummissarju għandu jitqies bħala l-indirizz ta’ dik il-persuna
kemm-il darba u sakemm ma jingħatax avviż ta’ bdil ta’ indirizz
minn dik il-persuna lill-Kummissarju.
(4) Il-Ministru jista’ permezz ta’ avviż fil-Gazzetta
jistabbilixxi l-ħinijiet ta’ l-egħluq ta’ l-uffiċċju tal-Kummissarju u
kull żmien indikat fi jew taħt dan l-Att għall-egħmil, tqassim jew
notifika ta’ denunzja, avviż jew dokument ieħor lil jew fuq il-
Kummissarju jew għal kull ħlas lill-Kummissarju għandu jitqies li
jintemm fil-ħin ta’ l-egħluq ta’ l-aħħar jum ta’ dak iż-żmien.
Kap. 252.
(5) Meta d-data li fiha ssir xi denunzja, avviż jew dokument
ieħor ikollhom jintgħamlu, jintbagħtu jew jiġu notifikati jew
jitqiesu li ġew notifikati jew li fiha jsir dovut ħlas li jkollu jsir
skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att taħbat, li ma kienx għad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, is-Sibt jew il-Ħadd, jew
f’jum nazzjonali jew btala pubblika skond kif stabbilit fl-Att dwar
il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi Oħra, dik id-data għandha
titqies li taħbat fl-ewwel jum tax-xogħol li ma jkunx is-Sibt, li jiġi
wara dak is-Sibt, Ħadd, festa nazzjonali jew btala pubblika.
Imgħax.
Kap. 123.
Kap. 372.
74. Għall-għanijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u l-Att
dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa -
(a) l-imgħax li jitħallas jew li għandu jitħallas taħt dan l-
Att mill-Kummissarju lil persuna għandu jitqies bħala
income ta’ dik il-persuna;
(b) l-imgħax li jitħallas jew li għandu jitħallas taħt dan l-
Att minn persuna lill-Kummissarju għandu jitqies
bħala spiża mġarrba fil-produzzjoni ta’ l-income ta’
dik il-persuna;
(ċ) penalitajiet amministrattivi li jitħallsu jew li
għandhom jitħallsu taħt dan l-Att minn persuna lill-
Kummissarju ma għandhomx jitqiesu bħala spejjeż
imġarrba fil-produzzjoni ta’ l-income ta’ dik il-
persuna.
Setgħa ta’ egħmil 
ta’ regolamenti.
75. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li bihom - 
(a) jemenda, iħassar jew jissostitwixxi kull Skeda
minbarra id-Disa’ Skeda, li tinsab ma’ dan l-Att;
(b) jippreskrivi kull ħaġa li f’xi każ partikolari titqies
meħtieġa bil-għan li jiġi evitat kull tgħawwiġ
konsiderevoli fil-kompetizzjoni li jista’ mod ieħor
jirriżulta mill-mod kif jiġu applikati d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   29
(ċ) jipprovdi għal rounding up jew rounding down ta’ kull
ammont f’xi kalkolu magħmul għal xi wieħed mill-
għanijiet ta’ dan l-Att, jew sabiex ma jingħatax każ ta’
kull ammont żgħir li joħroġ minn dak il-kalkolu;
(d) jippreskrivi kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta bis-saħħa
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(e) jippreskrivi dwar kull kundizzjoni li tista’ tiġi mposta
fuq, u kull deċiżjoni li tista’ tintgħamel mill-
Kummissarju skond dan l-Att;
(f) jippreskrivi kull ħaġ’oħra sabiex jiżgura l-ħlas tat-
taxxa u b’mod ġenerali sabiex jagħti seħħ lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(g) jemenda, jirrevoka jew jissostitwixxi kull regolament
magħmul bis-saħħa ta’ dan l-Att;
(h) jippreskrivi dak il-ħlas lura ta’ taxxa mħallsa taħt dan
l-Att lil dawk il-persuni jew klassijiet ta’ persuni li
jkun suġġett għal dawk l-iskemi u dawk il-
kundizzjonijiet u limitazzjonijiet hekk kif jista’ jiġi
preskritt f’dawk ir-regolamenti.
TAQSIMA X
Reati u Pieni
Meta wieħed 
jonqos milli 
japplika għal 
reġistrazzjoni, jew 
li jżomm jew jagħti 
kull 
dokumentazzjoni u 
denunzja.
76. Kull persuna li -
(a) tonqos milli japplika għal reġistrazzjoni fiż-żmien u
bil-mod meħtieġa bl-artikolu 10;
(b) tonqos milli żżomm jew tagħti kull dokumentazzjoni,
dokument u kontijiet għaż-żmien u bil-mod meħtieġ
b’dan l-Att jew b’kull regolament magħmul bis-saħħa
tiegħu;
(ċ) tonqos milli tagħmel denunzja ta’ taxxa jew kull
denunzja addizzjonali, dikjarazzjoni jew tagħti tagħrif
jew li ġġib kotba, dokumentazzjoni, dokumenti u
kontijiet, jew tonqos milli tħallas xi taxxa jew penali
amministrattiva meta tkun meħtieġ tagħmel dan bis-
saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ kull regolament magħmul
bis-saħħa ta’ dan l-Att,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira u mhux iżjed minn tliet mitt lira u, fuq talba tal-
prosekuzzjoni, il-qorti għandha tordnalha biex tikkonforma ruħha
mal-liġi fi żmien biżżejjed biex tkun tista’ tagħmel dan, iżda f’kull
każ mhux iktar minn tliet xhur, u fin-nuqqas min jagħmel ir-reat
ikollu iħallas multa oħra ta’ mhux inqas minn żewġ liri u mhux
iktar minn għaxar liri għal kull żmien li matulu jkompli n-nuqqas
wara li jgħaddi ż-żmien mogħti mill-qorti.
77. Kull persuna li - 
Nuqqasijiet f’kull 
dokumentazzjoni, 
eċċ., u stqarrijiet 
qarrieqa.
(a) xjentement tonqos li tagħti kont għal xi attività
taxxabbli mwettqa minnha fir-records, dokumenti u
kontijiet meħtieġa b’dan l-Att jew b’xi regolamenti
  30  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
magħmula bis-saħħa tiegħu;
(b) tagħmel xi denunzja, dikjarazzjoni jew tagħti tagħrif
meħtieġ għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att li
tkun taf li jkun mhux korrett jew qarrieqi f’xi rigward
materjali;
(ċ) tiffalsifika xi records, dokumenti jew kontijiet
meħtieġa li jinżammu taħt dan l-Att jew tħejji jew
tagħmel jew tgħin fit-tħejjija jew fl-egħmil jew
tagħmel użu minn, xi records, dokumenti jew kontijiet
foloz;
(d) bil-għan li taħbi xi prova li tkun taf jew li tkun
mistennija li raġonevolment tkun taf li tkun rilevanti
għal xi għan ta’ dan l-Att, tiddistruġġi, tħassar,
tagħmel ħsara jew taħbi xi tagħrif maħżun jew xi
records, dokumenti jew kontijiet;
(e) tonqos milli tagħti jew tipproduċi fattura ta’ taxxa jew
fattura oħra jew dokument kif u meta meħtieġ bl-
artikolu 50, 51 jew 52 jew tagħti fattura ta’ taxxa jew
fattura oħra jew dokument li jkunu mhux korretti jew
qarrieqa f’xi rigward materjali;
(f) tagħti fattura jew dokument ieħor dwar provvista li
juru li għandha titħallas taxxa fuq dik il-provvista
meta tkun taf li ma għandha titħallas ebda taxxa jew li
t-taxxa li għandha titħallas tkun inqas minn dik murija,
jew mod ieħor iżżid ma’ prezz jew tinkludi fi prezz
għal provvista xi ammont li juri li jirrappreżenta xi
taxxa li fil-fatt ma tkunx dovuta jew li tkun ogħla mit-
taxxa dovuta;
(g) tapplika biex tkun klassifikata bħala persuna eżentata
għall-għanijiet ta’ dan l-Att f’ċirkostanzi li juru li
kienet taf jew setgħat b’diliġenza tkun taf li ma kinetx
intitolata li tkun hekk klassifikata;
(h) tkun klassifikata bħala persuna eżentata għall-għanijiet
ta’ dan l-Att u ma tibqax iktar eliġibbli biex tkun hekk
klassifikata, tonqos milli tapplika biex tħassar dik il-
klassifika bil-mod meħtieġ u fil-limitu ta’ żmien
imsemmi f’dan l-Att;
(i) tkun klassifikata bħala persuna eżentata għall-għanijiet
ta’ dan l-Att turi b’konnessjoni ma’ xi transazzjoni li
ma tkunx hekk klassifikata bil-għan li tagħmel qligħ
finanzjarju;
(j) ma tkunx klassifikata bħala persuna eżentata għall-
għanijiet ta’ dan l-Att turi b’konnessjoni ma’ xi
transazzjoni li tkun hekk klassifikata bil-għan li
tagħmel qligħ finanzjarju;
(k) wara li tkun għaddiet jew inkludiet ma’ prezz ta’
prodotti jew servizzi minnha mogħtija lil persuna oħra
xi ammont li jkun maħsub li juri li jirrappreżenta xi
taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att xjentement
tonqos milli tagħti kont għal dak l-ammont fir-records
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   31
tagħha jew li tħallas dak l-ammont lill-Kummissarju;
(l) tikseb pussess jew ikollha x’taqsam ma’ xi prodotti,
jew taċċetta l-provvista ta’ xi servizzi meta jkollha
għaliex taħseb li t-taxxa fuq il-provvista ta’ dawk l-
oġġetti jew servizzi tkun ġiet jew tkun se tiġi skartata;
(m) tipprovdi jew toffri li tipprovdi lil persuna oħra oġġetti
jew servizzi li l-kisba tagħhom jew is-sehem fihom
jew l-aċċettazzjoni tagħhom tirrendi lil dik il-persuna
l-oħra ħatja ta’ reat bis-saħħa tal-paragrafu (l),
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn mija u ħamsin lira u mhux iżjed minn elf lira u, fuq talba tal-
prosekuzzjoni, multa oħra li tkun daqs għaxar darbiet it-taxxa
perikolata, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt
xhur, jew dawk il-multi u priġunerija flimkien.
Ħtija regolari. 
76 jew taħt l-artikolu 77 u terġa’ tinstab ħatja ta’ reat taħt xi wieħed
mill-artikoli msemmija qabel fi żmien sitt xhur mid-data li fiha dik
il-persuna tkun instabet ħatja tar-reat ta’ qabel, il-multa ma
għandha fl-ebda każ tkun inqas minn tlett mitt lira.
(2) Meta persuna tkun instabet ħatja ta’ erba’ reati taħt xi
wieħed mill-artikoli msemmija qabel li jsiru fi żmien erbgħa u
għoxrin xahar, il-qorti għandha fuq dik l-aħħar sejba ta’ ħtija u
b’żieda mal-piena għal dik is-sejba ta’ ħtija tordna is-sospensjoni
għal żmien determinat ta’ mhux inqas minn ġimgħa u mhux iżjed
minn xahar ta’ kull liċenza, permess, warrant jew awtorizzazzjoni
oħra maħruġa mill-Pulizija jew minn xi awtorità  oħra sabiex tmexxi
l-attività  ekonomika jew attivitajiet ekonomiċi li dwaru jkun relatat
ir-reat.
79. Kull persuna li - 
Tfixkil ta’ uffiċjali.
li tfixkel, ittellef jew ixxekkel, jew iddejjaq jew
tattakka lill-Kummissarju jew lil xi persuna li tkun qed
twettaq kif imiss xi setgħa jew dmir lilha mogħti jew
impost fuqha b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu;
(b) tkun inkarigata minn xi fond li l-Kummissarju jew
persuna awtorizzata mill-Kummissarju jkollha s-
setgħa li tidħol fih skond l-artikolu 53(a), tonqos li
tippermetti dak id-dħul mill-Kummissarju jew mill-
persuna awtorizzata jew tonqos milli tieħu dawk il-
miżuri li jistgħu jkunu raġonevolment meħtieġa għal-
għan ta’ xi dħul bħal dak, jew ta’ xi spezzjon ta’ dak
il-fond jew ta’ xi oġġetti, attiv, kotba, records jew
dokumenti li jkunu qegħdin jinżammu hemm ġew,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn mitejn lira u mhux iżjed minn elf lira, jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u prigunerija
flimkien.
  32  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Reati li għandhom 
x’jaqsmu ma’ l-
importazzjoni.
Kap. 37.
Kap. 9.
80. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18 u 62 ta’ l-
Ordinanza tad-Dwana għandhom japplikaw għal dan l-Att
bħallikieku kull riferenza għal dazji li tinsab f’dawk l-artikoli
kienet riferenza għal taxxa dovuta taħt dan l-Att, u kull persuna li
tikser id-disposizzjonijiet ta’ dawk l-artikoli li jiftiehmu kif
imsemmi qabel dwar xi oġġetti li l-importazzjoni tagħhom hi
suġġetta għal taxxa taħt dan l-Att tkun ħatja, mingħajr preġudizzju
għal kull responsabbiltà  li jkollha taħt l-Ordinanza msemmija, ta’
reat taħt dan l-Att u tista’ għal kull reat bħal dak, teħel multa li tkun
ekwivalenti għat-total meta tgħodd flimkien it-taxxa li jkollha
titħallas fuq l-oġġetti u id-doppju tal-valur ta’ l-oġġetti, jew multa
ta’ ħamsa u għoxrin lira, skond liema tkun l-akbar, jew priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, jew għal dawk il-multi u
priġunerija flimkien, u min jagħmel ir-reat jista’ jew jinżamm jew
jittieħdu proċedimenti kontrih b’taħrika, bl-istess mod u għamla, u
skond id-disposizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-Kodiċi
Kriminali. 
Kap. 37. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77 ta’ l-Ordinanza tad-
Dwana għandhom japplikaw dwar dawk l-oġġetti li l-importazzjoni
tagħhom tkun suġġetta għat-taxxa taħt dan l-Att bħallikieku kull
riferenza li tinsab f’dik l-Ordinanza għad-dazju msemmi f’dik l-
Ordinanza kienet ukoll riferenza għat-taxxa li għandha titħallas taħt
dan l-Att.
(3) L-importazzjoni ta’ oġġetti suġġetti għat-taxxa taħt dan l-
Att għandha titqies, għall-finijiet kollha ta’ kull liġi, bħala
importazzjoni projbita kemm-il darba ma titħallasx it-taxxa
imsemmija jew, meta il-ħlas tat-taxxa jkun ġie pospost skond xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att, il-kundizzjonijiet imposti dwar dak il-
posponiment ma jkunux tħarsu kif imiss.
Reati ġenerali. 81. Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja teħel, kemm-il
darba ir-reat ma jkunx suġġett għal piena ogħla taħt xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra, multa ta’ mhux
inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn ħames mitt liri, jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tlett xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Reati minn uffiċjali 
prinċipali ta’ korpi 
ta’ persuni u minn 
prinċipali.
82. (1) Meta xi ħaġa ssir jew tonqos milli ssir minn korp ta’
persuni, id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom
japplikaw bħallikieku dik il-ħaġa tkun saret jew naqset milli ssir
minn kull direttur, manager jew uffiċjal prinċipali ieħor ta’ dak il-
korp ta’ persuni: iżda direttur, manager jew uffiċjal prinċipali ieħor
ta’ korp ta’ persuni ma jkunx ħati ta’ reat bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu jekk huwa jġib prova li huwa ma kienx jaf u ma setax
b’diliġenza raġonevoli jsir jaf b’dak l-egħmil jew nuqqas u li huwa
għamel kull ma seta’ jagħmel sabiex iżomm milli jsir dak l-egħmil
jew nuqqas.
(2) Meta xi ħaġa ssir jew tonqos milli ssir minn impjegat fit-
twettiq ta’ l-impieg tiegħu, jew minn persuna li tkun qed taġixxi
għan-nom ta’ dik il-persuna reġistrata, sew jekk dik il-persuna l-
oħra tkun impjegata sew jekk ma tkunx, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima bħallikieku dik il-ħaġa tkun
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   33
saret jew naqset milli ssir sew minn dak l-impjegat jew persuna
oħra innifisha kif ukoll mill-prinċipal tagħhom jew persuna
reġistrata: iżda dak il-prinċipal jew persuna reġistrata ma jkunx ħati
ta’ reat taħt dan is-subartikolu jekk iġib prova li ma kienx jaf u li
ma setax b’diliġenza raġonevoli jkun jaf b’dak l-egħmil jew nuqqas
u li huwa għamel kull ma seta’ jagħmel sabiex iżomm milli jsir dak
l-egħmil jew nuqqas.
Prosekuzzjoni. 
Taqsima ħlief minn jew bil-permess tal-Kummissarju, u dawk il-
proċedimenti hekk mibdija jistgħu f’kull żmien qabel is-sentenza
finali jiġu rtirati fuq talba tal-Kummissarju.
Kap. 9.
Avukat Ġenerali jkollu l-jedd ta’ appell quddiem il-Qorti ta’ l-
Appell Kriminali minn kull sentenza mogħtija mill-Qorti tal-
Maġistrati dwar proċedimenti kriminali taħt din it-Taqsima.
(3) Il-bidu ta’ proċedimenti jew l-impożizzjoni ta’ piena għal
xi reat taħt din it-Taqsima ma għandhomx jeħilsu lil xi persuna
minn prosekuzzjoni taħt xi liġi oħra jew mill-obbligu ta’ ħlas ta’ xi
taxxa jew penali amministrattiva li għandha jew li jista’ jkollha taħt
dan l-Att u l-bidu ta’ proċedimenti jew l-impożizzjoni ta’ xi piena
għal xi reat taħt xi liġi oħra jew il-ħlas ta’ xi taxxa jew penali
amministrattiva taħt dan l-Att ma għandhomx jeħilsu lil xi persuna
minn xi prosekuzzjoni jew piena taħt din it-Taqsima.
Kap. 9.
Kap. 446.
(4) L-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali u ta’ l-Att dwar il-
Probation ma għandhomx japplikaw dwar xi sejbien ta’ ħtija taħt
dan l-Att.
(5) Fi proċedimenti kriminali taħt din it-Taqsima jew taħt xi
regolamenti magħmula taħt dan l-Att, il-Kummissarju
personalment jew kull uffiċjal ieħor li jissemma’ minnu jista’,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, iġib il-provi, jittratta
u b’kull mod ieħor imexxi il-prosekuzzjoni minflok il-Pulizija jew
flimkien magħhom.
(6) Jekk tkun tenħtieġ bħala parti mill-każ tal-prosekuzzjoni
ix-xiehda tal-Kummissarju jew ta’ xi uffiċjal kif imsemmi qabel
huwa għandu jinstama’ qabel ma jibda’ iwettaq id-dmirijiet ta’
uffiċjal prosekutur kemm-il darba il-ħtieġa li jagħti xiehda ma
tqumx fi stadju ulterjuri tal-proċedimenti: iżda l-Kummissarju jew
uffiċjal ieħor kif imsemmi qabel jista’ isemmi l-fatti li
jikkostitwixxu r-reat qabel ma jagħti xiehda.
Penali f’każ ta’ 
kompromess.
84. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, il-
Kummissarju jista’ f’każ ta’ xi reat li jsir taħt dan l-Att, jidħol fi
ftehim bil-miktub ma’ min jagħmel ir-reat li bis-saħħa tiegħu min
jagħmel ir-reat iħallas somma ekwivalenti għall-multa li tista’ tiġi
imposta bħala piena skond dan l-Att meta dik il-persuna tinstab
ħatja ta’ dak ir-reat, iżda b’dan illi meta l-liġi tipprovdi l-inqas u l-
ogħla ammont ta’ multa li tista’ tiġi hekk imposta is-somma li
għandha titħallas b’riżultat ta’ dak il-ftehim għandha tkun somma
ekwivalenti għall-imsemmi l-inqas ammont miżjud b’nofs id-
differenza bejn l-imsemmija l-inqas u l-ogħla ammonti, u malli jiġi
iffirmat xi ftehim bħal dak mill-Kummissarju u minn min jagħmel
  34  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
ir-reat, għandha tintemm kull responsabbiltà  kriminali ta’ min
jagħmel ir-reat taħt dan l-Att għar-rigward ta’ dawk ir-reati li
dwarhom ikun sar il-ftehim.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw ukoll f’kull każ meta min jagħmel ir-reat ikun akkużat
quddiem qorti dwar ir-reat iżda qabel ma tingħata sentenza finali
dwar dak il-każ:
Iżda meta ma jkunux inbdew proċeduri quddiem il-qorti is-
somma li għandha titħallas dwar xi ftehim kif kontemplat fis-
subartikolu (1) għandha titnaqqas b’għaxra fil-mija.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) u tas-
subartikolu (2) il-Kummissarju jista’ f’każ ta’ reat minn xi persuna
kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77(e), jidħol fi ftehim ma’
min jagħmel ir-reat, li bis-saħħa tiegħu min jagħmel ir-reat iħallas
multa ta’ ħamsin lira fil-każ ta’ ewwel reat, mitt lira fil-każ tat-tieni
reat u mitejn lira fil-każ tat-tielet reat fi żmien sebat ijiem mid-data
li jirċievi avviż mill-Kummissarju f’dan ir-rigward, u mal-ħlas ta’
dik il-multa, għandha tintemm kull responsabbiltà  kriminali taħt
dan l-Att għar-riward ta’ dawk ir-reati li dwarhom ikun sar il-
ftehim.
(4) Kull somma dovuta bis-saħħa ta’ xi ftehim li jsir skond is-
subartikolu (1) jew is-subartikolu (3) għandha tkun dovuta lill-
Gvern bħala dejn ċivili. Il-Kummissarju ma għandux jagħmel
ftehim bħal dak imsemmi fis-subartikolu (1) jew (3) kemm-il darba
dak il-ftehim ma jkunx imsieħeb bil-ħlas tas-somma dovuta jew bl-
għoti ta’ garanzija biżżejjed għall-ħlas tagħha.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu bla
ħsara għal kull proċedimenti jew konfiska mibdija jew li jkollhom
effett bis-saħħa ta’ xi liġi oħra.
(6) L-imsemmi ftehim u l-ħlas ta’ dik il-multa hekk imposta
ikun bla ħsara għal xi taxxa, imgħax jew penali amministrattiva
dovuta taħt dan l-Att.
TAQSIMA XI
Disposizzjonijiet Transitorji
Riżerva.
Kap. 395.
85.* (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana
u tas-Sisa#, għandhom jibqgħu japplikaw dwar kull importazzjoni u
kull provvista ta’ servizzi u bejgħ ta’ prodotti magħmula qabel id-
data effettiva u dwar kull ħaġa li għandha ssir jew li ma għandhix
issir taħt dak l-Att qabel id-data effettiva u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima.
Kap. 341. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Taxxa fuq l-Infiq, u ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, 1994,+ għandhom ikomplu
japplikaw sal-limitu li kienu japplikaw minnufih qabel id-data
*Is-subartikolu (1) oriġinali ta’ dan l-artikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980
dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
#Imħassar b’dan l-Att.
+Imħassar bl-Att XII ta’ l-1997 (Kap. 395).
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   35
effettiva.
Kap. 395.
Kap. 337.
Kap. 336.
(3) Minkejja t-tħassir ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-
Sisa#, l-emendi magħmulin fl-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni
bl-artikolu 77(1)(a) ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa#,
għandhom jibqgħu japplikaw minkejja li l-oġġetti msemmija fl-Att
ma jibqgħux suġġetti għal taxxa tas-sisa taħt dak l-Att u l-inqas rata
ta’ 8.1 fil-mija għandha tibqa’ tapplika għar-rigward ta’ oġġetti li
fl-1 ta’ Lulju, 1997 ma kienux suġġetti għal imposta taħt l-Att dwar
il-Promozzjoni ta’ Prodotti Lokali. 
Denunzji u ħlas ta’ 
taxxa skond l-Att 
dwar it-Taxxa tad-
Dwana u tas-Sisa.
Kap. 395.
86. (1) Għall-għanijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u
tas-Sisa# l-aħħar żmien ta’ taxxa ta’ kull persuna li għaliha kien
japplika l-artikolu 31 ta’ dak l-Att minnufih qabel id-data effettiva
għandu jitqies li jintemm minnufih qabel id-data effettiva. 
Kap. 395.
(2) Sakemm il-Kummissarju ma jiddeċidix mod ieħor f’xi każ
jew każi denunzja li tikkonforma mad-disposizzjonijiet relevanti
ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa#, għandha tintgħamel
minn kull persuna li għaliha jirreferi s-subartikolu (1) dwar l-aħħar
denunzja tagħha u l-ħlas tat-taxxa li għandha titħallas taħt dak l-Att
u kalkolat skond id-disposizzjonijiet relevanti ta’ dak l-Att dwar
dak iż-żmien ta’ taxxa għandu jsir minn dik il-persuna lid-Direttur
tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa# maħtur skond dak l-Att mhux
iżjed tard mid-data li fiha kien ikollha tintgħamel id-denunzja
skond dak l-Att li kieku mhux għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1).
(3) Id-denunzja u l-ħlas għandhom jintgħamlu minkejja kull
eżenzjoni taħt dan l-Att u b’żieda ma’ kull obbligu li jintgħamlu
denunzi u li jsir ħlas tat-taxxa taħt dan l-Att.
Reġistrazzjoni, 
klassifika u żmien 
ta’ taxxa ta’ 
persuni reġistrati 
skond l-Att dwar 
it-Taxxa tad-
Dwana u tas-Sisa.
Kap. 395.
87. Minkejja id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att -
(a) Kull persuna li fid-data li tiġi minnufih qabel id-data
effettiva kienet persuna reġistrata għall-għanijiet ta’ l-
Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa#, għandha
titqies li tkun applikat għal reġistrazzjoni fid-data
effettiva għall-għanijiet ta’ u skond dan l-Att.
(b) Sakemm il-Kummissarju ma jiddeċidix mod ieħor f’xi
każ jew każijiet partikolari, iż-żmien ta’ taxxa li kien
japplika għall-għanijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-
Dwana u tas-Sisa*, minnufih qabel id-data effettiva
dwar xi persuna li għaliha jirreferi il-paragrafu (a)
għandu jitqies li jkun iż-żmien ta’ taxxa mogħti lilu
mill-Kummissarju għall-għanijiet ta’ u skond dan l-
Att: iżda l-ewwel żmien ta’ taxxa taħt dan l-Att ta’ kull
tali persuna għandu jibda fid-data effettiva.
Żmien u va lur 
taxxabbli ta’ ċerti 
provvisti.
Kap. 395.
88. (1) Meta xi waħda mid-dati li tkun relevanti biex jiġi
stabbilit iż-żmien ta’ provvista ta’ oġġetti jew servizzi, ħlief għal
servizzi li għalihom jirreferi l-artikolu 8(4), skond is-subartikoli
(1), (2) u (3) ta’ l-imsemmi artikolu tkun data li tiġi qabel id-data
effettiva, id-data ta’ dik il-provvista għandha, għall-għanijiet ta’
dan l-Att u ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa*, tiġi
stabbilita skond is-subartikolu (1) u mingħajr xi referenza għas-
  36  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
subartikoli (2) u (3) ta’ dak l-artikolu.
(2) Meta jiġi riċevut ħlas jew tinħareġ fattura għal servizzi li
għalihom jirreferi l-artikolu (8)(4), u dak il-ħlas jew dik il-fattura
jirreferi għal żmien li jibda qabel id-data effettiva u jintemm fi jew
wara dik id-data għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet li
ġejjin -
(a) għall-għanijiet ta’ dan is-subartikolu, dak iż-żmien
għandu jinqasam f’żewġ żminijiet l-ewwel wieħed li
jintemm fid-data li tiġi minnufih qabel id-data
effettiva u it-tieni wieħed li jibda fid-data effettiva u l-
valur ta’ dak il-ħlas jew ta’ dik il-fattura għandu
jitqassam skond hekk;
Kap. 395.
(b) jekk is-servizz in kwistjoni jkun servizz taxxabbli
skond it-tifsira mogħtija fid-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa*, il-valur
attribwibbli għall-ewwel żmien għandu jitqies għall-
għanijiet ta’ dak l-Att u ta’ dan l-Att li jkun il-valur
taxxabbli ta’ provvista taxxabbli ta’ servizzi
magħmula qabel id-data effettiva;
Kap. 395.
(ċ) jekk is-servizz in kwistjoni jkun servizz taxxabbli
skond it-tifsira mogħtija f’dan l-Att il-valur
attribwibbli għat-tieni żmien għandu jitqies għall-
għanijiet ta’ dan l-Att u ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-
Dwana u tas-Sisa*, li jkun il-valur taxxabbli ta’
provvista taxxabbli ta’ servizzi magħmula fi jew wara
id-data effettiva.
Kap. 337.
Kap. 395.
(3) Meta xi oġġetti jiġu mportati ġewwa Malta qabel l-ewwel
ta’ Jannar, 1999 u ż-żmien meta d-dazju ta’ importazzjoni għandu
jinħadem skond l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni jew, meta ma
jkollux jitħallas dak id-dazju ta’ importazzjoni, iż-żmien meta kien
hekk jinħadem li kieku kellu jitħallas, jaħbat f’dik id-data jew
warajha, dik l-importazzjoni għandha titqies, kemm għall-fini ta’
dan l-Att kif ukoll għall-fini ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dazju u
tas-Sisa*, li tkun seħħet f’dik id-data.
Tifsir ta’ ċerti 
kuntratti.
89. Meta, fl-esekuzzjoni ta’ kuntratt magħmul qabel id-data
effettiva, jiġu provduti oġġetti jew servizzi f’dik id-data jew wara
dik id-data, u dik il-provvista tkun provvista taxxabbli, dak il-
kuntratt għandu jitfisser, għall-għanijiet kollha ta’ kull liġi,
daqslikieku l-partijiet ta’ dak il-kuntratt kienu ftehmu tibdil fil-
kumpens fih stipulat biex jirrifletti d-differenza, jekk ikun hemm,
bejn is-sistema tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa* u dik applikabbli
taħt dan l-Att:
Iżda dan l-artikolu ma jkunx jgħodd -
(a) meta joħroġ mill-kuntratt u miċ-ċirkostanzi kollha
relevanti li l-kumpens stabbilit skond dak il-kuntratt
kien qabel ipprovda għal dak it-tibdil jew li l-partijiet
kienu eskludew kull tibdil fil-kumpens minħabba l-
imsemmija differenza;
*Imħassar b’dan l-Att.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   37
(b) meta jew sal-limitu li l-provvista msemmija kienet
dovuta li ssir, skond l-istess kuntratt, qabel id-data
effettiva u d-dewmien kien dovut għal xi nuqqas mill-
persuna li tagħmel dik il-provvista.
Ħlas lura ta’ taxxa 
tas-sisa fuq 
importazzjonijiet 
ta’ ħażniet 
kummerċjali.
Kap. 395.
90. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi li għandu
jsir ħlas lil persuni reġistrati li jkun jaqbel mal-valur jew ta’ stima
tal-valur jew parti minnu ta’ taxxa tas-sisa li kellha titħallas u
tħallset u ma tħallsitx lura jew ma għandhiex mod ieħor titħallas
lura fuq oġġetti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa
tad-Dwana u tas-Sisa*.
(2) Dak il-ħlas ma għandux isir lil persuni reġistrati li huma
klassifikati bħala persuni eżentati jew li jkunu hekk ġew
klassifikati fi żmien sitt xhur mid-data effettiva u lil persuni li ma
jissodisfawx u ma jimxux mal-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu
preskritti fl-imsemmija regolamenti.
(3) Il-ħlas għandu isir matul dak iż-żmien u b’dak il-mod kif
jista’ jiġi preskritt.
  38  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
L-attivitajiet imniżżla fit-tieni kolonna ta’ l-awtoritajiet pubbliċi mniżżla fl-ewwel
kolonna ta’ din l-Iskeda għandhom jitqiesu li huma attivitajiet ġestiti fit-twettiq jew
fit-tkomplija ta’ attività   ekonomika.
Emendata:
A.L. 198 ta’ l-1999;
A.L. 387 ta’ l-2002.
L-EWWEL SKEDA
ġ Artikolu 5(2)ħ
Attivitajiet ta’ Awtoritajiet Pubbliċi
L-ewwel kolonna
Awtorità  pubblika
It-tieni kolonna
Attivitajiet
Bank Ċentrali ta’ Malta Manifattura u bejgħ ta’ muniti numismatiċi
u midalji
Ċentru tal-Mediterran għall-
Konferenzi
L-attivitajiet kollha 
Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni
Ċivili
Provvista ta’ servizzi meteorologiċi
Dipartiment tad-Dwana Bejgħ ta’ vetturi bil-mutur maqbuda mid-
dwana
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni Akkomodazzjoni għal żgħażagħ u studenti li
jkunu għal żjara f’Malta
Dipartiment ta’ l-Industrija  Analiżi fil-laboratorju
Eżamijiet għall-kwalità  u ħruġ ta’ ċertifikati
għall-oġġetti esportati
Għoti ta’ pariri tekniċi li għandhom
x’jaqsmu ma’ diffikultajiet tekniċi lill-
industriji privati
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni  Servizz ta’ stampar lid-dipartimenti tal-
gvern u korpi parastatali
Bejgħ tal-Gazzetta u pubblikazzjoni oħra lil
dipartimenti tal-gvern, korpi parastatali u
lill-pubbliku
Dipartiment tas-Saħħa Dħul u kura fl-isptar lill-pazjenti barranin
Investigazzjonijiet patoloġiċi u radjoloġiċi
Bejgħ ta’ mediċini u tilqim
Kiri ta’ ambulanzi
Bejgħ u tindif ta’ siti ta’ oqbra
Dipartiment tas-Servizzi
Korrettivi
Legar ta’ kotba u bejgħ ta’ ħobż 
Forzi Armati ta’ Malta Kiri ta’ patrol boats lill-privat
Kiri ta’ helicopters lill-privat
Spezzjonijiet ta’ qxur ta’ bastimenti minn
bugħaddasa
Dmirijiet ta’ sigurtà  mal-banek u attivitajiet
simili
It-Tarzna ta’ Malta Attivitajiet kollha
Korporazzjoni Enemalta Bejgħ ta’ petrol biċ-ċomb, petrol bla ċomb,
diesel (gas) oil, gass fiċ-ċilindri u provvista
ta’ elettriku
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   39
Ministeru għall-Ikel, Agrikoltura
u Sajd
Ħlas ta’ kwarantina
Bejgħ ta’ trab tal-ħalib, bajd u prodotti
magħmula mill-ħalib
Bejgħ ta’ ħaxix
Bejgħ ta’ bhejjem
Bejgħ ta’ pjanti dekorattivi, siġar tal-frott,
żraġen, xtieli tal-frott, pjanti u fjuri
Bejgħ ta’ qamħ, tiben u demel
Bejgħ ta’ ħut u tagħmir għas-sajd
Servizzi ta’ ilma tal-bowser
Servizzi ta’ tilqim, żbir u bexx
Kiri u provvista ta’ faċilitajiet għall-friża u
bejgħ ta’ silġ
Servizzi ta’ biċċerija
Ministeru għall-Affarijiet tal-
Familja
Provvista ta’ kura residenzjali u nursing 
Provvista ta’ komunikazzjonijiet bit-telefon
Ministeru għall-Ambjent Jaġixxi bħala kuntrattur għal servizzi ta’
tindif
Bejgħ ta’ compost
Bejgħ ta’ dokumenti għall-offerti
Tiswija ta’ ħsarat 
Xogħol ta’ mastrudaxxa 
Kiri ta’ tagħmir u vetturi 
Oġġetti fis-sengħa tal-metall 
Tiswija ta’ tagħmir u vetturi 
Bejgħ ta’ pjanti
Ministeru għat-Turiżmu Bejgħ ta’ ikel imsajjar minn studenti bħala
parti mit-tagħlim tagħhom ta’ kuljum
Faċilitajiet għal akkomodazzjoni ta’ gruppi
ta’ studenti jew ta’ individwi
  40  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
IT-TIENI SKEDA
ġ Artikolu 6ħ
Provvista ta’ Oġġetti u Servizzi
Permuta
1. F’kuntratt ta’ permuta kull parti għandha titqies li tagħmel provvista ta’ kull
oġġett u servizz li tagħti jew tipprovdi wara u skond dak il-kuntratt.
Kunsinna fi żmien imtawwal
2.  Il-kunsinna tal-pussess ta’ oġġetti wara u skond ftehim għall-bejgħ ta’ dawk
l-oġġetti fi żmien imtawwal għandha titqies bħala provvista ta’ dawk l-oġġetti.
Hire purchase
3. Il-kunsinna tal-pussess ta’ oġġetti wara u skond ftehim għall-kiri ta’ dawk l-
oġġetti għal ċertu żmien bi ħsieb espress li l-proprjetà  ta’ dawk l-oġġetti tgħaddi
għal għand l-ieħor f’waqt li ma jkunx iktar tard mid-data meta jkun tħallas il-prezz
miftiehem kollu għandha titqies bħala provvista ta’ dawk l-oġġetti.
Provvisti b’xejn
4. (1) It-trasferiment jew tneħħija mingħajr korrispettiv minn persuna ta’ l-
attiv li jagħmel parti mill-attiv ta’ l-attività  ekonomika tagħha u inkluż it-
trasferiment jew tneħħija ta’ dak l-attiv minn dik il-persuna lilha nnifisha għandhom
jitqiesu bħala provvista ta’ dak l-attiv li ssir b’korrispettiv fil-kors jew fl-avvanz ta’
dik l-attività .
(2) Il-valur taxxabbli ta’ provvista li għalih japplika il-paragrafu (1) ta’ din
il-partita għandu jkun il-prezz li jkollu jitħallas minn dik il-persuna kieku jkollu
jixtri fiż-żmien ta’ dik il-provvista oġġetti identiċi jew simili għall-oġġetti involuti,
jew, meta l-valur ma jkunx jista’ jiġi hekk aċċertat, in-nefqa sabiex jiġu prodotti
dawk l-oġġetti f’dak iż-żmien.
(3) Il-paragrafu (1) ta’ din il-partita ma japplikax għal -
(a) rigal ta’ oġġetti magħmul fil-kors jew avvanz ta’ dik l-attività , minbarra
meta dak ikun jagħmel sehem minn għadd ta’ rigali li jsiru lill-istess
persuna, meta in-nefqa li d-donatur jagħmel ma’ tkunx ta’ iktar minn
għoxrin lira;
(b) rigal li jkun kampjun industrijali f’għamla li l-pubbliku ma jkunx jista’,
normalment isibha għall-bejgħ;
(ċ) trasferiment jew tneħħija ta’ attiv li tkun ġiet akkwistata bħala attiv fiss
fl-istess kundizzjoni ħlief għal xedd u kedd minn persuna meta jirriżulta
mir-records ta’ l-attività   ekonomika ta’ dik il-persuna li ma kinetx
tikkwalifika għal u ma talbetx xi kreditu ta’ input tax skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ l-Att ta’ l-1994 dwar it-Taxxa fuq
il-Valur Miżjud*, jew xi ħlas lura skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, dwar l-akkwist ta’ dak l-attiv.
Uzu privat
5. Meta xi oġġetti li jagħmlu sehem mill-attiv ta’ attività  ekonomika imwettqa
*Imħassar bl-Att XII ta’ l-1997 (Kap. 395).
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   41
minn persuna jintużaw minn (iżda mhux trasferiti lil) dik il-persuna stess jew minn
xi persuna oħra għal xi għan li ma jkunx l-għan ta’ dik l-attività  ekonomika, sew
jekk jitħallas jew ikollu jitħallas xi korrispettiv jew le, il-persuna li tkun qed twettaq
dik l-attività  għandha titqies bħala li tkun għamlet provvista ta’ servizzi
b’korrispettiv fil-kors jew avvanz ta’ dik l-attività . Il-valur taxxabbli ta’ dik il-
provvista għandu jkun in-nefqa sħiħa li tiġi lil dik il-persuna sabiex jiġu provduti
dawk is-servizzi. 
Provvista b’korrispettiv ta’ attiv li jagħmel sehem minn attività  ekonomika
6. It-trasferiment jew tneħħija b’korrispettiv minn persuna ta’ attiv li jagħmel
sehem mill-attività  ekonomika tagħha inkluż:
(a) it-trasferiment jew tneħħija ta’ dak l-attiv minn persuna lilha innifisha; 
(b) il-bejgħ b’irkant fil-qorti skond kull proċediment mibdi minn kreditur
jew kredituri ta’ dik il-persuna;
(ċ) it-trasferiment ta’ dak l-attiv bi ħlas ta’ korrispettiv b’ordni magħmul
minn jew f’isem awtorità  pubblika skond il-liġi,
għandu jitqies bħala provvista ta’ dak l-attiv fil-kors jew avvanz ta’ dik l-attività
ekonomika:
Iżda meta jirriżulta mir-records ta’ dik l-attività  ekonomika li dik il-persuna
kienet akkwistat dak l-attiv bħala attiv fiss fl-istess kundizzjoni ħlief għal xedd u
kedd u ma kinetx tikkwalifika għal u ma talbetx xi kreditu ta’ input tax skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ l-Att ta’ l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud* jew xi ħlas lura skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-
Dwana u tas-Sisa, dwar l-akkwist ta’ dak l-attiv il-valur taxxabbli ta’ dik il-provvista
għandu ikun limitat għall-eċċess, jekk ikun hemm, ta’ dak il-korrispettiv fuq il-prezz
li bih kien akkwistat dak l-attiv.
Irkant ġudizzjarju
7. (1) Meta jinbiegħ attiv li jagħmel parti mill-attività  ekonomika ta’ persuna
permezz ta’ bejgħ fl-irkant fil-qorti wara u skond kull proċediment mibdi minn
kreditur jew kredituri ta’ dik il-persuna, ir-Reġistratur tal-qorti li taħt l-awtorità
tagħha jaqa’ dak il-bejgħ għandu jħallas, wara li jinnotifika b’dan lill-persuna jew
persuni li jidhru li jkollhom interess fil-kwistjoni, lill-Kummissarju mir-rikavat li
jiġi depożitat fil-qorti, bi preferenza fuq kull persuna oħra li ma jkollhiex preċedenza
fuq it-talba tal-Kummissarju kif hemm provdut fl-artikolu 62 it-taxxa li jkollha
titħallas, jekk ikun hemm, fuq il-provvista li titqies li tkun saret skond il-partita 6 ta’
din l-Iskeda.
(2) Jista’ jagħmel oppożizzjoni li jsir il-ħlas imsemmi fil-paragrafu (1) ta’
din il-partita kull min ikollu interess fil-kwistjoni u dan bil-mezz ta’ ċitazzjoni li ssir
kontra il-Kummissarju fi żmien sitt ijiem tax-xogħol mid-data tan-notifika
imsemmija f’dak il-paragrafu.
(3) Ma għandha tiġi approvata ebda offerta animo compensandi għall-
għanijiet ta’ l-artikolu 331 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, kemm-
il darba it-taxxa li jkollha titħallas, jekk ikum hemm, fuq dik il-provvista ma tkunx
ġiet depożitata fil-qorti u mħallsa mir-Reġistratur skond il-paragrafu (1) ta’ din il-
partita.
*Imħassar bl-Att XII ta’ l-1997 (Kap. 395).
  42  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Egħluq tan-negozju u klassifikazzjoni bħala persuna eżentata
8. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(3) u ta’ l-artikolu 13(3),
meta r-reġistrazzjoni ta’ persuna li ma tkunx persuna eżentata tiġi mħassra jew meta
persuna reġistrata tiġi klassifikata bħala persuna eżentata f’data li ma tkunx dik id-
data tar-reġistrazzjoni tagħha taħt dan l-Att, għandha titqies li tkun għamlet
provvista, minnufih qabel dak it-tħassir, ta’ l-attiv kollu li kien jagħmel parti mill-
attività  ekonomika tagħha f’dak iż-żmien u għandhom japplikaw il-partiti 4 u 5 ta’
din l-Iskeda.
Trasferiment ta’ negozju vijabbli
9. (1) It-trasferiment li persuna reġistrata tagħmel ta’ l-attiv ta’ l-attività
ekonomika tagħha ma għandha titqies la bħala provvista ta’ oġġetti u lanqas bħala
provvista ta’ servizzi jekk -
(a) l-attiv jiġi provdut lil persuna reġistrata li lilha tagħmel it-trasferiment
ta’ l-attività  ekonomika tagħha, jew parti minn dik l-attivitià  li tkun
tista’ titħaddem separatament, bħala negozju vijabbli, u
(b) kull attiv bħal dak għandu jintuża minn min isirlu it-trasferiment fit-
twettiq ta’ l-istess xorta ta’ attività , sew bħala parti minn attività
ekonomika li teżisti sew jekk le, bħal dik li titwettaq minn min jagħmel
it-trasferiment, u
(ċ) dak it-trasferiment jiġi reġistrat fid-dokumentazzjoni ta’ min jagħmel it-
trasferiment billi jindika n-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ min ikun sarlu it-
trasferiment.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-partiti 4 u 6 ta’ din l-Iskeda għandhom
japplikaw bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din il-partita.
Provvisti minn aġenti indipendenti
10. Meta isiru provvisti ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ aġent li jaġixxi
f’ismu stess dik il-provvista għandha titqies kemm bħala provvista lil dak l-aġent u
provvista minn dak l-aġent.
Provvisti minn intermedjarji
11. Meta provvista issir permezz ta’ intermedjarju li jaġixxi f’isem u għal
persuna oħra u sal-limitu li l-Kummissarju jkun sodisfatt li l-provvista ssir kif
imsemmi qabel, dik il-provvista għandha titqies bħala provvista magħmula minn dik
il-persuna l-oħra.
Kuntratt ta’ xogħlijiet
12. Il-kunsinna ta’ oġġetti wara u skond kuntratt ta’ xogħlijiet, minbarra
kuntratt ta’ kostruzzjoni, sew jekk il-materjal ikun ġie provdut kollu kemm hu jew
f’parti minnu mill-kompratur sew jekk le, għandha titqies bħala provvista ta’ dawk l-
oġġetti.
Drittijiet fuq proprjetà
13. (1) It-trasferiment ta’ attiv li jkun definit mil-liġi bħala proprjetà  immobbli
għandu jitqies bħala provvista ta’ oġġetti: iżda konċessjoni ta’ ċens għal inqas minn
ħamsin sena għandha titqies bħala provvista ta’ servizzi.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita l-
assenjament ta’ kull jedd fuq proprjetà  jew ta’ kull proprjetà  intanġibbli sew jekk
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   43
tkun is-suġġett ta’ dokument li jistabbilixxi t-titolu sew jekk le huwa provvista ta’
servizzi.
Obbligazzjoni li jieqaf att jew li jiġi tollerat att
14. Obbligazzjoni li jieqaf att jew li jiġi tollerat att jew sitwazzjoni hija
provvista ta’ servizzi.
Provvisti inċidentali
15. (1) Il-provvista minn persuna ta’ oġġetti għall-għan u fil-kors ta’ servizzi
ta’ manutenzjoni jew tiswija provvisti minn dik il-persuna għandhom jitqiesu bħala
parti minn dawk is-servizzi.
(2) Salv kif hemm provdut mod ieħor fl-Att jew f’xi regolamenti
magħmula taħt l-Att, meta provvista tkun tinkludi l-provvista sew ta’ oġġetti sew ta’
servizzi u l-korrispettiv għal dik il-provvista ma jkunx jiddistingwi bejn il-
korrispettiv għall-oġġetti u il-korrispettiv għas-servizzi, il-provvista għandha titqies
bħala provvista ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi skond ix-xorta prinċipali ta’ dik
il-provvista.
  44  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
IT-TIELET SKEDA
ġ Artikolu 7ħ
Lok ta’ Provvista ta’ Servizzi
Regola ġenerali
1. Ħlief kif provdut mod ieħor f’din l-Iskeda provvista ta’ servizzi għandha
titqies bħala li tkun saret fil-pajjiż fejn il-persuna li tagħmel il-provvista tkun
qiegħda stabbilita.
Servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà  immobbli
2. Provvista ta’ servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà  immobbli,
inklużi s-servizzi ta’ perit arkitett, aġent tal-proprjetà  immobbiljari jew espert,
prezzatur jew stimatur, xogħol ta’ bini u sorveljar fuq is-sit ta’ xogħol ta’ bini
għandhom jitqiesu bħala li jkunu saru fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-proprjetà
immobbli.
Trasport
3. Provvista ta’ servizzi ta’ trasport għandha titqies li tkun saret fil-lok fejn
jibda il-vjaġġ.
Servizzi meqjusa li provduti fejn ikunu twettqu materjalment
4. Provvista ta’ servizzi elenkati f’din il-partita għandha titqies li tkun saret fil-
pajjiż fejn ikunu materjalment twettqu l-attivita jiet:
(a) attivita jiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u ta’
divertiment, l-attivita jiet ta’ promoturi u organizzaturi ta’ l-imsemmija
attivita jiet, u kull attività  li għandha x’taqsam ma’ dawn;
(b) attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mat-trasport, bħalma huma t-tagħbija,
ħatt u maniġġ;
(ċ) il-valutazzjoni ta’ proprjetà  mobbli tanġibbli;
(d) xogħol li jsir fuq proprjetà  tanġibbli.
Kiri ta’ proprjetà  mobbli tanġibbli
5. Provvista ta’ servizzi li tkun tikkonsisti fil-kiri ta’ proprjetà  mobbli
tanġibbli, bl-eċċezzjoni ta’ kull għamla ta’ trasport, għandha titqies li tkun saret fil-
pajjiż fejn il-proprjetà  tintuża mill-kerrej.
Servizzi provduti fejn ix-xerrej huwa stabbilit
6. Il-provvista ta’ servizzi elenkati f’dan il-paragrafu għandha titqies li tkun
saret fil-pajjiż fejn ix-xerrej li jingħatawlu jew għalih jintgħamlu s-servizzi ikun
qiegħed stabbilit:
(a) it-trasferiment jew assenjament ta’ copyright, patent, trademark, isem
kummerċjali jew liċenza jew ta’ kull dritt li għandu x’jaqsam magħhom;
(b) servizzi ta’ reklamar;
(ċ) servizzi ta’ konsulenti, inġinieri, consultancy bureaus, avukati,
prokuraturi legali, accountants, awdituri, konsulenti finanzjarji, data
processing u x-xandir ta’ tagħrif;
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   45
(d) obbligazzjonijiet biex wieħed jieqaf milli jwettaq jew jaħdem għal
kollox jew f’parti f’xi attività  ekonomika;
(e) transazzjonijiet bankarji, finanzjarji, assigurattivi u ri-assigurattivi,
minbarra il-kiri ta’ fond sabiex fih jiġu depożitati b’mod fiż-żgur kull
oġġett jew dokument;
(f) il-provvista ta’ personnel; 
(g) is-servizzi ta’ aġent li jaġixxi f’isem u minflok ħaddieħor, meta huwa
jipprokura għall-prinċipal tiegħu xi wieħed mis-servizzi msemmija
f’din il-partita.
  46  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Oġġetti esportati
1. (1) Il-provvista ta’ oġġetti li tikkonsisti fl-esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti
minn min jagħmel il-provvista.
(2) Il-provvista ta’ oġġetti lil persuna stabbilita f’Malta li tiġġestixxi n-
negozju ta’ organizzazzjoni jew finanzjar ta’ l-esportazzjoni ta’ oġġetti, bl-iskop li
dik il-persuna tesporta dawk l-oġġetti mingħajr il-konsenja attwali tagħhom lil dik
il-persuna, sakemm l-oġġetti jiġu fil-fatt esportati mingħajr ma jiġu b’xi mod
proċessati jew mibdula u bla ħsara għal dawk il-kundizzjonijiet, provi jew garanziji
li l-Kummissarju jista’ jordna jew jeħtieġ.
Servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġetti esportati u importati
2. (1) Li tipprovdi servizzi biex persuna li tħallas it-taxxi tesporta merkanzija
minn Malta jew tipprovdi servizzi jew merkanzija barra minn Malta.
(2) Il-provvista ta’ servizzi lil persuna stabbilita barra minn Malta li
tikkonsisti f’xogħol fuq proprjetà  mobbli li tkun importata bl-iskop li jsir dak ix-
xogħol fuqha f’Malta u li tkun esportata minn Malta mill-persuna li tkun għamlet il-
provvista ta’ dawk is-servizzi jew minn min jixtriha.
(3) Il-provvista ta’ servizzi lil persuna stabbilita barra minn Malta biex
tikseb l-importazzjoni ta’ l-oġġetti f’Malta.
Oġġetti f’depożt, provvisti minn ħwienet ħielsa minn dazju u attivitajiet ta’ Port
Ħieles
3. (1) Bejgħ ta’ oġġetti li jsir filwaqt li l-oġġetti jkunu f’depożt tad-dwana u
li jagħmel il-Kontrullur tad-Dwana bis-saħħa ta’ l-artikolu 36 ta’ l-Ordinanza tad-
Dwana jew ta’ kull disposizzjoni li temenda jew tissostitwixxi dak l-artikolu.
(2) Il-provvista ta’ oġġetti u servizzi minn operatur ta’ ħanut ħieles mid-
dazju bis-saħħa ta’ liċenza maħruġa skond ir-regolamenti ta’ l-1991 dwar Ħanut
Ħieles minn Dazju (A.L. 177 ta’ l-1991).
(3) Provvista minn kumpannija ta’ oġġetti u servizzi li sseħħ f’żona ta’
Port Ħieles kif imfissra fl-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta’ Malta meta dik il-provvista
tkun tikkostitwixxi attività  li l-imsemmija kumpannija jkollha liċenza għal daqshekk
skond dak l-Att.
Trasport internazzjonali
4. Il-provvista ta’ servizzi li jikkonsistu fit-trasport internazzjonali ta’ oġġetti
Emendata:
A.L. 17 ta’ l-1999;
A.L. 28 ta’ l-1999;
A.L. 89 ta’ l-1999;
A.L. 116 ta’ l-1999;
A.L. 142 ta’ l-1999;
A.L. 199 ta’ l-1999;
A.L. 11 ta’ l-2000;
A.L. 274 ta’ l-2000;
A.L. 23 ta’ l-2001;
A.L. 171 ta’ l-2001;
A.L. 233 ta’ l-2001
A.L. 180 ta’ l-2002;
A.L. 205 ta’ l-2002;
A.L. 39 ta’ l-2003.
IR-RABA’ SKEDA
ġ Artikolu 9 (1)ħ
Provvisti Eżentati
L-EWWEL TAQSIMA
Eżenzjonijiet bil-Kreditu
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   47
u passigġieri u ta’ servizzi li għandhom x’jaqsmu direttament ma’ dik il-provvista.
Il-provvista ta’ karburanti lil bastimenti u ajruplani
5. (1) Il-provvista ta’ karburanti u proviżjon lill-bastimenti li jivjaġġaw fil-
bogħod bil-baħar bil-għan li jwettqu attivitajiet kummerċjali, industrijali jew ta’
sajd, ta’ opri li jintużaw għas-salvataġġ u biex jagħtu għajnuna fuq il-baħar, u ta’
ajruplani li jintużaw minn linji ta’ l-ajru li joperaw b’korrispettiv fit-traffiku
internazzjonali.
(2) Li jagħtu karburanti lid-dgħajjes li jintużaw għas-sajd fl-ibħra lokali.
Provvista, tiswija, eċċ., ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru
6. (1) Il-provvista, tiswija, tibdil, chartering u kiri ta’ bastimenti jew
ajruplani msemmija fil-paragrafu (1) tal-partita 6 ta’ din l-Iskeda, u l-provvista, kiri,
tiswija u manutenzjoni ta’ apparat, inkluż apparat tas-sajd, inkorporati jew użati
fihom.
(2) Il-provvista ta’ servizzi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu (1) ta’
din il-partita, sabiex jitwettqu il-ħtiġiet diretti tal-bastimenti u ta’ l-ajruplani
imsemmija f’dak il-paragrafu jew tal-merkanzija tagħhom.
Ikel
7. Il-provvista ta’ ikel, kif imfisser fit-Tielet Taqsima ta’ din l-Iskeda,
minbarra provvista ta’ ikel fil-kors ta’ catering kif imfisser f’dik il-Parti.
Oġġetti farmaċewtiċi
8. Il-provvista ta’ oġġetti farmaċewtiċi, kif imfisser fit-Tielet Taqsima ta’ din
l-Iskeda.
Servizzi minn każini tal-banda
9. Il-provvista ta’ servizzi li tikkonsisti f’esekuzzjonijiet pubbliċi minn soċjetà
filarmonika sakemm il-Kummissarju jkun sodisfatt li tkun tikkostitwixxi każin tal-
banda bona fede.
Trasport
10. Il-provvista ta’ -
(a) trasport provvist minn scheduled bus service li jkun jikkonsisti fi vjaġġi
u fuq rotot skedati;
(b) vjaġġi bil-baħar skedati bejn gżira u oħra provvisti minn trasportaturi
awtorizzati;
(ċ) trasport għal skola provdut minn stabbiliment edukattiv magħruf mill-
Kummissarju jew li jiġi provdut minn xi stabbiliment li għandu l-iskop
li jipprovdi trasport għal skola u trasport għal skola organizzat jew
provdut minn uffiċċju ċentrali;
(d) trasport provdut jew organizzat minn prinċipal jew minn uffiċċju
ċentrali biex jittrasporta l-impjegati minn u lejn il-post tax-xogħol
tagħhom u li huwa magħruf mill-Kummissarju.
Fil-paragrafu (ċ) u (d) ta’ din il-partita "uffiċċju ċentrali" għandu jkollu t-tifsira
mogħtija bl-Avviż Legali Nru. 144 ta’ l-1991.
  48  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Provvista ta’ deheb
11. Il-provvista ta’ deheb lill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Oġġetti stampati u oġġetti oħra
12. (1) Il-provvista ta’ kotba, gazzetti, oġġetti stampati u oġġetti oħra li jaqgħu
taħt it-tifsira ta’ "Oġġetti stampati u oġġetti oħra" li tinsab fit-Taqsima Tlieta ta’ din
l-Iskeda.
(2) Il-provvista ta’ informazzjoni elettronika, manjetika, ottika jew kull
informazzjoni oħra li tinqara permezz ta’ makni li, meta tiġi stampata, ikollha il-
karatteristika ta’ kotba, gazzetti u ta’ xi għamla oħra ta’ oġġetti stampati li jaqgħu
taħt it-tifsira ta’ "Oġġetti stampati u oġġetti oħra" li tinsab fit-Taqsima Tlieta ta’ din
l-Iskeda.
IT-TIENI TAQSIMA
Eżenzjonijiet bla kreditu
Proprjetà  immobbli
1. (1) Il-kiri ta’ proprjetà  immobbli minbarra -
(a) il-kiri jew il-provvista ta’ akkomodazzjoni f’kull fond li għall-iskop ta’
dak il-kiri jew ta’ dik l-akkomodazzjoni jeħtieġ li jkollu liċenza bis-
saħħa ta’ l-Att dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel, jew
ta’ l-Att dwar il-Guest Houses u Postijiet Furnished għall-Btala, jew
ġewwa holiday camp jew camping site;
(b) il-kiri ta’ fondi u siti għall-parking ta’ vetturi meta dawk il-fondi jew
siti jkunu ġew dikjarati mill-Kummissarju li huma parking areas jew li
jmisshom jitqiesu bħala hekk skond dawk ir-regolamenti li jiġu
preskritti;
(ċ) il-kiri ta’ apparat u makkinarju installat b’mod permanenti;
(d) il-kiri ta’ proprjetà  minn limited liability company minn persuna
reġistrata għall-iskopijiet ta’ l-attività  ekonomika ta’ dik il-persuna
reġistrata.
(2) It-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli.
(3) Għall-iskopijiet ta’ din il-partita "proprjetà  immobbli" u kiri ta’
''proprjetà  immobbli" għandu jkollhom it-tifsira mogħtija fit-Tielet Taqsima ta’ din
l-Iskeda.
Servizzi ta’ assigurazzjoni
2. Il-provvista minn persuni liċenzjati skond l-Att dwar Intrapriżi ta’
Assigurazzjoni jew l-Att dwar Brokers ta’ l-Assigurazzjoni u Intermedjari oħra ta’
servizzi li għalihom huma liċenzjati.
Servizzi ta’ kreditu, bankarji u oħrajn
3. (1) In-negozjar u l-konċessjoni ta’ kreditu u l-credit management mill-
persuna li tkun tat dak il-kreditu.
(2) Kull kwalità  ta’ negozjar fi credit guarantees jew kull garanzija oħra
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   49
dwar flus u l-credit guarantees management mill-persuna li tkun qed tagħti dak il-
kreditu.
(3) Transazzjonijiet, inkluż negozjar, dwar kontijiet ta’ depożitu u
korrenti, ħlasijiet, trasferimenti, djun, cheques u strumenti negozjabbli oħra, iżda
eskluż il-ġbir u factoring ta’ djun.
(4) Transazzjonijiet, inkluż negozjar, dwar flus li jiċċirkolaw, noti bankarji
u muniti li normalment jintużaw fil-pajjiż.
(5) Transazzjonijiet, inkluż negozjar, eskluż management u safekeeping,
f’ishma, parteċipazzjoni f’kumpanniji jew assoċjazzjonijiet, debentures u titoli oħra,
esklużi dokumenti li jistabbilixxu titolu għal oġġetti.
(6) Il-provvista ta’ kull servizz li jkun jikkonsisti fl-immaniġġar jew
arranġament ta’ skema kif speċifikat fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar
Servizzi ta’ Investiment, minn persuna awtorizzata kif imiss skond liċenza maħruġa
taħt dak l-Att.
Servizzi kulturali u reliġjużi
4. (1) Servizzi reliġjużi.
(2) Il-provvista ta’ dawk is-servizzi kulturali li jistgħu jiġu approvati mill-
Ministru.
Sports
5. Il-provvista minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt ta’ dawk is-
servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ rikreazzjoni sportiva jew fiżika kif tista’ tiġi
approvata mill-Ministru.
Servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti servizzi eżentati
6. (1) Il-provvista ta’ personnel minn istituzzjoni li ma tagħmilx profitt
aċċettata mill-Kummissarju bl-iskop li tipprovdi s-servizzi imsemmija fil-paragrafi
(2) jew (4) tal-partita 10 jew tal-paragrafi (1) jew (2) tal-partita 11 ta’ din it-
Taqsima.
(2) Il-provvista ta’ oġġetti u servizzi minn organizzazzjoni li ma tagħmilx
profitt fil-kors ta’ attività  maħsuba biex jinġabru fondi li jintużaw għall-provvista ta’
oġġetti u servizzi li huma eżentati skond il-paragrafi (2) jew (4) tal-partita 10 jew
skond il-paragrafi (1) jew (2) tal-partita 11 ta’ din it-Taqsima: sakemm dik l-attività
tkun aċċettata mill-Kummissarju li tkun b’mod esklussiv maħsuba għal dak l-iskop.
Se rvizzi minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt lill-membri tagħhom
7. Il-provvista ta’ servizzi għal benefiċċju tal-membri tagħhom wara li jsir ħlas
li jiġi stabbilit skond ir-regoli ta’ l-organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt bi
skopijiet ta’ xorta politika, ta’ trade union, patrijottika, filosofika, filantropika jew
ċivika jew li l-iskop ewlieni tagħhom ikun li jirrappreżentaw u jgibu ’l quddiem in-
negozju komuni jew l-interessi personali tal-membri tagħhom: iżda f’kull każ meta,
fil-fehma tal-Ministru, dik l-eżenzjoni x’aktarx tikkaġuna tgħawwiġ fil-
kompetizzjoni, dik l-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għal dawk l-eċċezzjonijiet jew
limitazzjonijiet li l-Ministru jista’ b’ordni bil-miktub jistabbilixxi.
Lotteriji
8. Lottu u lotteriji tal-Gvern, il-provvista ta’ servizzi ta’ aġenziji li għandhom
x’jaqsmu magħhom, u dawk il-provvisti l-oħra li għandhom x’jaqsmu mal-logħob ta’
  50  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
l-ażżard li l-Ministru jista’ japprova.
Servizzi Postali
9. Il-provvista ta’ servizzi postali pubbliċi u ta’ oġġetti inċidentali għalihom.
Saħħa u welfare
10. (1) Il-provvista ta’ servizzi minn persuna fl-eżerċizzju ta’ professjoni
regolata bl-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u il-Professjonijiet li għandhom
x’jaqsmu magħha.
(2) L-għoti ta’ ħarsien jew kura medika jew kirurġika f’xi sptar jew
istituzzjoni tal-gvern jew f’kull sptar jew istituzzjoni oħra li jiġu approvati mill-
Ministru għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu.
(3) Il-provvista ta’ organi umani, demm uman u ħalib uman.
(4) Il-provvista ta’ servizzi tal-welfare, magħdudin servizzi mogħtija mid-
djar għal persuni anzjani u djar għal persuni li jbatu minn xi inkapaċità  fiżika jew
mentali permanenti, u servizzi għall-protezzjoni u ħarsien tat-tfal, żgħażagħ u
persuni li jbatu minn xi inkapaċità  fiżika jew mentali permanenti, mogħtija minn
istituzzjonijiet tal-Gvern jew minn istituzzjoni jew organizzazzjoni li jingħataw
għarfien mill-Kummissarju bħala istituzzjoni li ma għandhiex l-għan li tagħmel
profitt jew approvata mill-Ministru għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu bħala
istituzzjoni li l-attivitajiet tagħha jaqgħu fi ħdan il-politika soċjali u welfare policy
tal-gvern.
(5) Il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport għall-morda, miġruħin jew persuni
b’diżabilità  b’vetturi attrezzati proprju għan dan il-għan.
(6) Il-provvista ta’ oġġetti meta dik il-provvista ikollha x’taqsam mal-
provvista ta’ servizzi imsemmija fil-paragrafi (2) u (4) ta’ din il-partita u tkun
essenzjali għall-isptar, istituzzjoni jew dar, skond il-każ, li jkunu qegħdin jipprovdu
dawk is-servizzi.
Edukazzjoni
11. (1) Il-provvista ta’ edukazzjoni jew riċerka edukattiva, inkluż tagħlim li
jsir f’ċertu distanza, minn skola jew istituzzjoni tal-gvern, mill-Università   ta’ Malta,
minn skola jew istituzzjoni reġistrata skond l-Att dwar l-Edukazzjoni jew minn kull
stabbiliment edukattiv li jkollu għarfien bħala hekk mill-Kummissarju.
(2) Il-provvista ta’ edukazzjoni jew riċerka edukattiva, inkluż tagħlim li
jsir f’ċertu distanza, ta’ l-għamla provduti minn skola jew università , jew ta’ tagħlim
religjuż, minn istituzzjoni li ma jkollhiex bħala l-għan li tagħmel il-profitti, u li
jkollha dak l-għarfien mill-Kummissarju.
(3) Tagħlim privat mogħti minn għalliema li jaġixxu f’kapaċità
individwali f’suġġetti li s-soltu jiġu mgħallma fil-kors ta’ edukazzjoni provduta
minn skola jew università  iżda eskluż it-tagħlim ta’ attivitajiet jew dixxiplini
rikreattivi, fiżiċi jew sportivi.
IT-TIELET TAQSIMA
Tifsiriet ta’ espressjonijiet użati f’din l-Iskeda
Għall-iskopijiet ta’ din l-Iskeda, l-espressjonijiet għandhom it-tifsira hawn
mogħtija.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   51
Ikel
1. "Ikel" tfisser l-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni taħt:
(i) Kapitolu 1 iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-subintestaturi
0101.10.10.00; 0101.90.19.10; 0105.11.11.10; 0105.11.19.10;
0105.11.91.10; 0105.11.99.10; 0105.12.00.10; 0105.19.20.10;
0105.19.90.10; 0105.92.00.10; 0105.93.00.10; 0105.99.10.10;
0105.99.20.10; 0105.99.30.10; 0105.99.50.10; 0106.11.00.00;
0106.12.00.00; 0106.19.90.00; 0106.20.00.00; 0106.31.00.00;
0106.32.00.00; 0106.39.10.90; 0106.39.90.00; 0106.90.00.00.
(ii) Kapitoli 2 sa 4 inklużi, iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-
subintestaturi 0301.10.10.00; u 0301.10.90.00 fil-Kapitolu 3.
(iii) Affarijiet li jidhru taħt is-subintestaturi 0504.00.00.00;
0505.90.00.10; 0506.90.00.10; 0508.00.00.10; 0510.00.00.10;
0511.10.00.00; 0511.91.10.00; 0511.91.90.10; 0511.99.90.00 fil-
Kapitolu 5.
(iv) Affarijiet li jidhru taħt is-subintestaturi 0601.20.10.00;
0602.10.10.00; 0602.20.10.00 0602.20.90.00; 0602.90.10.00;
0602.90.20.00; 0602.90.30.00 fil-Kapitolu 6.
(v) Kapitoli 7 sa 12 inklużi, iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-
subintestaturi 1209.30.00.00; 1209.99.91.00; 1209.99.99.00 fil-
Kapitolu 12.
(vi) Kapitolu 13 iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-subintestatura
1301.10.00.00.
(vii) Kapitoli 15 sa 20 inklużi, iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-
subintestaturi1501.00.11.00; 1502.00.10.00; 1503.00.11.00;
1503.00.30.00; 1505.00.10.00; 1505.00.90.00; 1507.10.10.00;
1507.90.10.00; 1508.10.10.00; 1508.90.10.00; 1511.10.10.00;
1511.90.91.00; 1512.11.10.00; 1512.19.10.00; 1512.21.10.00;
1512.29.10.00; 1513.11.10.00; 1513.19.30.00; 1513.21.11.00;
1513.21.19.00; 1513.29.30.00; 1514.11.10.00; 1514.19.10.00;
1514.91.10.00; 1514.99.10.00; 1515.11.00.00; 1515.19.10.00;
1515.21.10.00; 1515.29.10.00; 1515.30.10.00; 1515.30.90.00;
1515.40.00.00; 1515.50.11.00; 1515.50.91.00; 1515.90.15.00;
1515.90.15.20; 1515.90.15.90; 1515.90.21.00; 1515.90.31.00;
1515.90.40.00; 1515.90.60.00; 1516.20.10.00; 1518.00.10.00;
1518.00.31.00; 1518.00.39.00; 1518.00.91.00; 1518.00.95.00;
1518.00.99.00; 1521.10.10.00; 1521.10.00.90; 1521.90.10.00;
1522.00.31.00; 1522.00.39.00; 1522.00.91.00 fil-Kapitolu 15.
(viii) Kapitolu 21 iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-subintestaturi
2105.00.10.11; 2105.00.10.90; 2105.00.91.11; 2105.00.91.90;
2105.00.99.11; 2105.00.99.90; 2106.90.20.41; 2106.90.20.47;
2106.90.20.49; 2106.90.20.92; 2106.90.20.95; 2106.90.20.98;
2106.90.98.42; 2106.90.98.46; 2106.90.98.49.
(ix) Is-subintestaturi
2202.90.10.11; 2202.90.10.31; 2202.90.10.39; 2202.90.10.91;
2202.90.10.92; 2202.90.10.99; 2202.90.91.11; 2202.90.95.11;
2202.90.99.11; 2202.90.99.40; 2209.00.11.00; 2209.00.19.00;
2209.00.91.00; 2209.00.99.00 fil-Kapitolu 22.
(x) Kapitolu 23.
  52  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(xi) Is-subintestaturi
2501.00.10.00; 2501.00.91.00 fil-Kapitolu 25.
(xii) Is-subintestaturi
3301.90.21.00; 3302.10.21.00; 3302.10.29.91; 3302.10.29.93;
3302.10.40.00; 3302.10.90.00 fil-Kapitolu 33.
Il-provvista ta’ ikel fil-kors ta’ catering
2. (1) "Il-provvista ta’ ikel fil-kors ta’ catering" tfisser ikel li jkun tajjeb
għall-konsum immedjat, sew jekk dak l-ikel jiġi kunsmat fil-post fejn ikun provdut
sew jekk le, li jikkonsisti fi -
(a) ikliet jew snacks;
(b) milkshake, te, kafè  jew ċikkulata provduti f’għamla likwida;
(ċ) ġelat jew prodotti li jkun fihom il-ġelat barra minn family packs.
(2) Għall-finijiet tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita -
(a) "ikliet jew snacks" tfisser u tinkludi -
(i) ikliet sħan jew kesħin inklużi antipasto u deżerta;
(ii) sandwiches, toast, chips tal-patata, sausage rolls, pizza, pastizzi,
qassatat u snacks simili;
(iii) gallettini, kejkijiet, ħelu u oġġetti simili, iżda esklużi dawk
siġillati f’pakketti mill-manifattur u provduti f’dak il-pakkett
oriġinali siġillat, u dawk l-oġġetti li kull wieħed waħdu jiżen 500
gramma jew aktar;
(b) ''family packs" tfisser ġelati li kull wieħed waħdu jiżen 350 gramma jew
aktar.
Oġġetti farmaċewtiċi
3. "Oġġetti farmaċewtiċi" tfisser l-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana fl-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni taħt:
(i) Is-subintestatura 2905.45.00.00 fil-Kapitolu 29.
(ii) Kapitolu 30.
(iii) Is-subintestaturi 3301.90.30.00; 3306.10.00.00; 3306.20.00.00;
3306.90.00.00; 3307.90.00.10 fil-Kapitolu 33.
(iv) Is-subintestatura 3407.00.00.10 fil-Kapitolu 34.
(v) Is-subintestatura 3507.10.00.00 fil-Kapitolu 35.
(vi) Is-subintestaturi 3822.00.00.10; 3824.91.61.00; 3824.90.61.00 u
3824.90.64.00 fil-Kapitolu 38.
(vii) Is-subintestaturi 4818.40.91.00 u 4818.40.99.00 fil-Kapitolu 48.
(viii) Is-subintestaturi 5601.10.10.90 u 5601.10.90.90 fil-Kapitolu 56.
(ix) Is-subintestatura 7015.10.00.00 fil-Kapitolu 70.
(x) Is-subintestaturi
9001.30.00.00; 9001.40.41.00; 9001.40.49.00; 9001.40.80.00;
9001.50.41.00; 9001.50.49.00; 9001.50.80.00; 9004.90.10.10;
9004.90.90.10; 
it-testaturi 
9018, 9019, 9020, 9021, 9022 u 9023; u s-subintestatura
9025.11.91.00, fil-Kapitolu 90.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   53
(xi) Is-subintestatura 9402.10.00.10 fil-Kapitolu 94.
Oġġetti stampati u oġġetti oħra 
4. "Oġġetti stampati u oġġetti oħra" ifissru l-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-
Dwana fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni taħt:
(i) Is-subintestatura 4820.20.00.00 fil-Kapitolu 48.
(ii) Kapitolu 49 iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-subintestaturi
4906.00.00.00; 4907.00.90.00; 4908.10.00.00; 4908.90.00.00;
4909.00.10.00;4909.00.90.00; 4910.00.00.90; 4911.99.00.10
fil-Kapitolu 49.
(iii) Is-subintestatura 7118.90.00.00 fil-Kapitolu 71.
(iv) Kapitoli 98 iżda esklużi affarijiet li jidhru taħt is-subintestatura
9803.00.00.00.
Proprjetà  immobbli
5. (1) Salv id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ din il-partita "proprjetà
immobbli" tfisser kull attiv li huwa proprjetà  immobbli skond kif imfisser bil-liġi.
(2) "Kiri ta’ proprjetà  immobbli" tinkludi -
(a) il-provvista ta’ kull akkomodazzjoni taħt kull titolu fi proprjetà
immobbli u kull forma oħra ta’ provvista għall-użu ta’ proprjetà
immobbli;
(b) konċessjoni ta’ ċens għal inqas minn ħamsin sena.
Organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt
6. "Istituzzjoni jew organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt" tfisser istituzzjoni
jew organizzazzjoni:
(i) li l-iskopijiet huma mfissra ċar fl-istatut tagħhom;
(ii) li l-iskopijiet tagħhom jeskludu espressament li jagħmlu xi
profitt;
(iii) li l-istatut tagħhom ikun jipprovdi li ebda parti mill-qligħ jew
proprjetà  tagħhom ma tkunx direttament jew indirettament
disponibbli lil xi membru, proprjeta rju jew azzjonist;
(iv) li, fil-fehma tal-Kummissarju, jitmexxew u jiġu amministrati
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-istatut tagħhom u bil-għan ta’ l-
iskopijiet dikjarati tagħhom;
(v) li m’għandhomx xi skop sistematiku li jagħmlu profitt.
  54  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Emendata:IL-ĦAMES SKEDA 
A.l. 24 ta’ l-2001.
ġ Artikolu 9 (2)ħ
Importazzjonijiet Eżentati
1. Ir-ri-importazzjoni ta’ -
(a) oġġetti li jiġu ri-importati mhux alterati;
(b) kampjuni li jkunu ġew esportati temporanjament.
2.  L-importazzjoni ta’ oġġetti li huma murija għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur
tad-Dwana li jkunu ġew mogħtija barra minn Malta lil xi persuna għal distinzjoni fl-
arti, letteratura, xjenza jew sport, jew għal servizz pubbliku jew xort’oħra bħala
xiehda ta’ egħmil jew kondotta meritevoli, u importati minn jew f’isem dik il-
persuna.
3. (1) L-importazzjoni ta’ idejn, dirgħajn, riglejn u saqajn artifiċjali u oġġetti
kirurġiċi oħra ta’ xorta simili, magħduda spare parts u aċċessorji, għas-serħan ta’
inkapaċità  permanenti tal-persuna, iżda illi, fil-każ ta’ spare parts u aċċessorji, il-
Kontrullur tad-Dwana ikun sodisfatt li jkunu importati sabiex isiru lokalment idejn,
dirgħajn, riġlejn u saqajn artifiċjali jew dawk l-oġġetti l-oħra, u siġġijiet ta’ l-
invalidi li l-Kontrullur tad-Dwana ikun sodisfatt li jkunu għall-użu esklużiv ta’
persuna li tkun tbati minn xi difett fiżiku jew inkapaċità  permanenti.
(2) L-importazzjoni ta’ oġġetti li jkunu speċifikament maħsuba għall-
edukazzjoni, l-impieg jew l-avvanz soċjali ta’ persuna li tbati minn xi inkapaċità
fiżika jew mentali permanenti, b’dan illi l-Kontrullur tad-Dwana ikun sodisfatt li l-
imsemmija oġġetti jkunu importati għall-użu esklużiv ta’ l-imsemmija persuna.
4.  L-importazzjoni ta’ rigali bona fede ta’ xorta mhux kummerċjali li kull tant
jiġu riċevuti minn persuna mingħand oħra li tirrisjedi barra minn Malta u li jkunu
maħsuba għall-użu persunali ta’ min jirċevihom jew għall-familja tiegħu, kemm-il
darba ir-rigal la jkun alkohol u lanqas tabakk jew prodotti tat-tabakk u l-valur totali
CIF tar-rigali kull darba ma jkunx iżjed minn ħamsin lira.
5.  L-importazzjoni ta’ braille u kull oġġett ieħor għall-użu ta’ l-għomja
importat permezz ta’ istitut rikonoxxut jekk il-Kontrullur tad-Dwana ikun sodisfatt li
dawk l-oġġetti jkunu importati għall-użu esklużiv ta’ persuna għamja.
6.  L-importazzjoni ta’ apparat li jgħin fis-smigħ maħsub għall-użu tat-torox u
partijiet tiegħu identifikabbli.
7.  L-importazzjoni ta’ oġġetti tad-dar u oġġetti persunali, għamara u oġġetti
domestiċi oħra, (minbarra armi tan-nar u armi ta’ kull xorta), li fl-opinjoni tal-
Kontrullur tad-Dwana ikunu ġew użati fid-dar tal-persuna li qed timporta jew mill-
familja tagħha, u li jkunu mportati minn dik il-persuna meta ġġorr il-mobbli tad-dar
tagħha minn pajjiż ieħor għal Malta, iżda dawn l-oġġetti għandhom jiġu mportati fi
żmien sitt xhur mid-data tal-wasla f’Malta tal-persuna li qed timportahom biex tiġi
tirrisjedi f’Malta, jew f’dak iż-żmien ieħor li l-Kontrullur tad-Dwana jista’
jippermetti.
8.  L-importazzjoni ta’ vettura bil-mutur privata importata minn emigrant Malti
(ir-raġel u l-mara jgħoddu bħala persuna waħda għall-għanijiet ta’ din il-partita) li
jiġi lura biex joqgħod f’Malta, b’dan illi dak l-emigrant jissodisfa lill-Kontrullur tad-
Dwana illi -
(a) kien ilu joqgħod barra minn Malta għal total ta’ għaxar snin matul iż-
żmien ta’ ħmistax-il sena li jiġi minnufih qabel il-wasla tiegħu biex
joqgħod għal kollox f’Malta; u
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   55
(b) il-vettura bil-mutur kienet fil-pussess tiegħu għal żmien kontinwu ta’
għall-anqas sitt xhur li jiġu minnufih qabel il-wasla tiegħu f’Malta biex
joqgħod għal kollox, sakemm ħlasijiet ta’ dwana u/jew ħlasijiet fiskali li
għalihom hija normalment suġġetta dik il-vettura jkunu tħallsu jew fil-
pajjiż ta’ oriġini jew fil-pajjiż tat-tluq u bil-kundizzjoni li dik il-vettura
bil-mutur tiġi mpurtata fi żmien sitt xhur mill-wasla f’Malta biex
joqgħod għal kollox ta’ dak l-emigrant:
Iżda fejn vettura bil-mutur importata kif imsemmi hawn fuq eżentata mit-
Taxxa fuq il-Valur Miżjud tinbiegħ jew tiġi trasferita minn dik il-persuna għall-użu
f’Malta, dik il-vettura bil-mutur titqies li nħarġet mid-depożt fiż-żmien ta’ dak il-
bejgħ jew trasferiment u t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għandha titħallas fuqha mill-
persuna li ssir is-sid tagħha.
9.  L-importazzjoni ta’ vettura bil-mutur privata mportata minn persuna (ir-
raġel u l-mara jgħoddu bħala persuna waħda għall-għanijiet ta’ din il-partita) li jiġi
biex joqgħod f’Malta, b’dan illi dik il-persuna tissodisfa lill-Kontrullur tad-Dwana
illi -
(i) għandha fil-pussess tagħha permess tar-residenza maħruġ lilha
mill-Gvern skond l-artikolu 7(1) ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni; u
(ii) il-vettura bil-mutur kienet fil-pussess tagħha għal żmien kontinwu
ta’ għall-anqas sitt xhur li jiġi minnufih qabel il-ħruġ ta’ l-
imsemmi permess, sakemm ħlasijiet ta’ dwana u/ jew ħlasijiet
fiskali li għalihom hija normalment suġġetta dik il-vettura ikunu
tħallsu jew fil-pajjiż ta’ oriġini jew fil-pajjiż tat-tluq u bil-
kundizzjoni li dik il-vettura bil-mutur tiġi mpurtata fi żmien sitt
xhur mid-data tal-ħruġ ta’ l-imsemmi permess jew mid-data tal-
wasla f’Malta biex toqgħod għall-kollox ta’ dak il-persuna, skond
liema data tiġi l-aktar tardiva:
Iżda fejn, vettura bil-mutur importata kif imsemmi hawn fuq eżentata
mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud tinbiegħ jew tiġi trasferita minn dak il-persuna għall-
użu f’Malta, dik il-vettura bil-mutur titqies li nħarġet mid-depożt fiż-żmien ta’ dak
il-bejgħ jew trasferiment u t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għandha titħallas fuqha mill-
persuna li ssir is-sid tagħha.
10.  L-importazzjoni ta’ -
(a) bagalji tal-passigġieri, magħduda ilbies u ħwejjeġ persunali użati, li l-
Kontrullur tad-Dwana ikun sodisfatt li jkunu maħsuba għall-użu
persunali tal-passiġġier, iżda esklużi armi tan-nar u armi ta’ kull xorta;
(b) (i) mitejn sigarett JEW mitt cigarillo JEW ħamsin sigarru JEW 250
gramma ta’ tabakk tat-tipjip;
(ii) litru spiriti JEW żewġ litri ta’ prodotti intermedjarji u nbid
spumanti;
(iii) żewġ litri nbid;
(iv) ħamsin gramma profumerija u 0.25 litru toilet water;
Iżda l-konċessjoni fuq il-prodotti tat-tabakk u xorb alkoholiku li
għalihom jirreferu s-subparagrafi (i), (ii) u (iii) ma għandhiex tingħata
lill-persuni taħt is-sbatax-il sena jew li kienu barra minn Malta għal
inqas minn erbgħa w għoxrin siegħa;
(ċ) dawk l-oġġetti mixtrija għall-użu tal-passigġier innifsu jew bħala rigali
bona fede, li ma jkunux l-oġġetti msemmija fis-sub-paragrafi (a) u (b)
ta’ din il-partita sa valur ta’ ħamsin lira, b’dan illi meta l-valur totali ta’
  56  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
dawk l-oġġetti jkun jaqbeż Lm50, din id-disposizzjoni ma tkunx tgħodd
u it-taxxa li titħallas fuq dawk l-oġġetti għandha titnaqqas b’Lm7.50.
11.  L-importazzjoni ta’ kampjuni ta’ ebda valur kummerċjali.
12.  L-importazzjoni ta’ strumenti jew apparat xjentifiku, maħsub esklużivament
għal skopijiet ta’ edukazzjoni jew għal riċerki purament xjentifiċi, b’dan illi-
(a) dawk l-istrumenti jew apparat xjentifiku jiġu konsenjati lil istituzzjoni
xjentifika jew edukattiva pubblika jew privata li tkun approvata mill-
Ministru responsabbli għall-edukazzjoni għall-fini ta’ din id-
disposizzjoni u jkunu wżati taħt il-kontroll u ir-reponsabbiltà  ta’ dik l-
istituzzjoni; u
(b) strumenti u apparat ta’ l-istess valur xjentifiku ma jkunux qed jiġu
fabbrikati f’Malta.
13.  L-importazzjoni ta’ reġistrazzjonijiet tal-ħoss u tal-video -
(a) ta’ karattru edukattiv, xjentifiku jew kulturali magħmula minn
Nazzjonijiet Uniti jew minn xi waħda mill-aġenziji speċjalizzati
tagħhom;
(b) ta’ xorta edukattiva mportati minn skola jew istituzzjoni tal-gvern, mill-
Università  ta’ Malta jew minn xi skola jew istituzzjoni li jkunu
reġistrati taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni kemm-il darba id-Direttur ta’ l-
Edukazzjoni jiċċertifika li l-materjal ikun ta’ karattru edukattiv biss u li
jkun se jintuża biss u għal kollox għal skopijiet edukattivi minn dik l-
iskola.
14. Statwi u dekorazzjonijiet artistiċi ffurmati barra minn Malta minn oriġinali
magħmula minn artisti lokali; kemm-il darba ikun miksub permess mill-Kontrullur
tad-Dwana qabel ma l-oriġinal jiġi mibgħut barra minn Malta għall-forma.
15. L-importazzjoni ta’ oġġetti li l-provvista tagħhom tkun, fil-każi kollha,
provvista eżentata skond ir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
16. L-importazzjoni ta’ ikel kif imfisser flt-Taqsima Tlieta tar-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att.
17. L-importazzjoni ta’ bullion tad-deheb mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
18. L-importazzjoni ta’ oġġetti meta il-Kummissarju jkun sodisfatt li dawk l-
oġġetti kienu importati għall-użu temporanju biss, u suġġett għal dawk il-
kundizzjonijiet u għall-għoti ta’ dik il-garanzija li l-Kummissarju jista’ jordna jew
jeħtieġ.
19. L-importazzjoni ta’ oġġetti li jerġġħu jiġu esportati mingħajr ma jiġu
meħlusa jew minnufih hekk kif jiġu meħlusa minn depożt tad-dwana.
20. L-importazzjoni ta’ oġġetti li jinqerdu minn sidhom qabel ma jiġu meħlusa
jew minnufih hekk kif jiġu meħlusa minn depożt tad-dwana b’dak is-sorveljar u
suġġett għal dawk il-kundizzjonijiet li l-Kummissarju jista’ jeħtieġ jew jordna.
21.  L-importazzjoni ta’ oġġetti ġewwa Port Ħieles kif imfisser fl-Att dwar il-
Portijiet Ħielsa ta’ Malta: iżda din l-eżenzjoni għandha tkun biss tapplika sal-limitu
li dik l-importazzjoni tkun eżenti mid-dazju bis-saħħa ta’ l-Att imsemmi, u tkun
suġġetta għall-kundizzjonijiet u limitazzjonijiet kollha li jistgħu ikunu japplikaw
taħt dak l-Att għal dik l-eżenzjoni mid-dazju.
25. L-importazzjoni ta’ oġġetti li tkun eżentata minn taxxa bis-saħħa ta’
eżenzjoni mogħtija taħt l-artikolu 9(3).
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   57
ġ Artikolu 16ħ
Negozji Żgħar
1. Attività  ekonomika ta’ persuna reġistrata li ma tkunx persuna eżentata
tikkwalifika bħala negozju żgħir jekk il-valur tal-bejgħ ta’ dik il-persuna għaż-żmien
relevanti ikun inqas mill-ammont ta’ threshold li hemm fit-tieni kolonna tat-Tabella
f’din l-Iskeda li jkun jikkorrispondi mal-kategorija fl-ewwel kolonna ta’ dik it-
Tabella li taħtha tiġi klassifikata dik l-attività  ekonomika mill-Kummissarju.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-Iskeda "valur ta’ bejgħ" ta’
persuna tfisser il-valur totali tal-provvisti kollha magħmula minn din il-persuna fil-
kors jew avvanz ta’ l-attività  ekonomika tagħha matul iż-żmien relevanti, eskluż:
(a) provvisti eżentati bla kreditu
(b) it-trasferiment ta’ negozju bħala negozju vijabbli
(ċ) it-trasferiment jew tneħħija ta’ attiv fiss
(d) provvisti magħmula lil dik il-persuna u meqjusa li jkunu saru minnha
skond l-artikolu 65.
3. Meta jkun jidher lill-Kummissarju li l-valur ta’ bejgħ għal żmien relevanti
jkun intlaqat ħażin minħabba ċirkostanzi speċifiċi straordinarji, inkluż il-waqfien
temporanju ta’ l-attività  ekonomika, il-valur ta’ bejgħ għandu jkun dak l-ammont li
jirriżulta wara dik it-tiswija li l-Kummissarju jista’ jqis xierqa fiċ-ċirkostanzi.
4. Fil-każ ta’ kumpannija mwaqqfa skond il-liġijiet ta’ Malta li tagħmel parti
minn grupp ta’ kumpanniji il-valur ta’ bejgħ tagħha għandu jitqies li jkun it-total ta’
l-ammonti tal-valur ta’ bejgħ tal-kumpanniji kollha fi ħdan dak il-grupp. F’din il-
partita "grupp ta’ kumpanniji" għandha it-tifsira lilha mogħtija fl-artikolu 42 ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
5. "Iż-żmien relevanti" f’xi data partikolari għandu jkun żmien ta’ tnax-il xahar
li jintemm fl-aħħar jum tat-tliet xhur kalendarji li jiġu qabel dawk li fihom tiġi dik
id-data u għall-għanijiet ta’ din il-partita u tal-partita 6 ta’ din l-Iskeda tliet xhur
kalendarji jfissru żmien ta’ tliet xhur kalendarji li jintemm fil-31 ta’ Marzu, fit-30 ta’
Ġunju, fit-30 ta’ Settembru u fil-31 ta’ Diċembru, skond il-każ.
6. Iżda, meta, persuna reġistrata tibda l-attività  ekonomika tagħha, għandhom
japplikaw dawn id-disposizzjonijiet speċjali li ġejjin:
(a) matul l-ewwel tletin jum l-attivitià  ekonomika tagħha għandha titqies li
tikkwalifika bħala negozju żgħir jekk il-Kummissarju ikun sodisfatt illi
jkun raġonevolment mistenni li l-valur ta’ bejgħ fl-ewwel tnax-il xahar
ikun inqas mit-threshold applikabbli taħt it-Tielet kolonna tat-Tabella
f’din l-Iskeda;
(b) jekk dik il-persuna tiġi klassifikata bħala persuna eżentata malli
tirreġistra għandha titqies li tibqa’ eliġibbli għal dik il-klassifika sat-
tmiem ta’ l-ewwel tliet xhur kalendarji sħaħ li jiġu wara ir-
reġistrazzjoni tagħha; wara dan għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-partiti 5 u 10 ta’ din l-Iskeda daqslikieku it-
threshold applikabbli taħt it-Tielet kolonna tat-Tabella kien ammont
imnaqqas proporzjonalment skond il-proporzjon li l-għadd ta’ xhur
kalendarji sħaħ li jkunu għaddew mid-data tar-reġistrazzjoni ikollha
għar-rigward ta’ tnax-il xahar;
IS-SITT SKEDA Emendata:A.L. 29 ta’ l-1999.
  58  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(ċ) jekk dik il-persuna ma tkunx ġiet klassifikata bħala persuna eżentata
fid-data tar-reġistrazzjoni ma jkollhiex dritt li tiġi klassifikata bħala
persuna eżentata qabal ma jiskadu tnax-il xahar kalendarji sħaħ mid-
data tar-reġistrazzjoni u minn dak iż-żmien ’il quddiem għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-Iskeda.
7.  Biex jiġi kalkolat il-valur ta’ bejgħ għal żmien li beda qabel id-data effettiva
il-valur u d-deskrizzjoni tal-provvisti magħmula qabel id-data effettiva u it-tifsiriet
l-oħra kollha relevanti għal dan il-għan għandhom jinftiehmu skond it-tifsira
tagħhom taħt dan l-Att.
8. Il-Kummissarju għandu jagħmel klassifikazzjoni ta’ l-attività  ekonomika ta’
kull persuna reġistrata għall-għanijiet ta’ din l-Iskeda u għandu javża lil dik il-
persuna b’dik il-klassifikazzjoni lil dik il-persuna.
9.  Persuna reġistrata li l-attività  ekonomika tagħha tikkwalifika bħala negozju
żgħir skond din l-Iskeda tkun tista’ tapplika għal klassifikazzjoni bħala persuna
eżentata:
Iżda:
(a) persuna li ġiet klassifikata bħala persuna eżentata u li l-klassifikazzjoni
tagħha ġiet kanċellata ma tistax tapplika għal ri-klassifikazzjoni bħala
persuna eżentata qabel ma jgħaddu sitta u tletin xhar sħiħ mid-data ta’
dik il-kanċellazzjoni;
(b) il-paragrafu (a) ta’ dan il-proviso ma għandux ikollu effett qabel l-1 ta’
Jannar, 2000; u
(ċ) persuna li tibda attività  ekonomika ġdida jkollha dritt li tapplika għall-
klassifikazzjoni malli tirreġistra fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-partita 6
ta’ din l-Iskeda.
10.  Persuna li tkun ġiet klassifikata bħala persuna eżentata ma jkollhiex id-dritt
li tibqa’ hekk klassifikata jekk il-valur tal-bejgħ ta’ l-attività  ekonomika tagħha
għaż-żmien relevanti jkun daqsinsew jew jeċċedi it-threshold imniżżla fit-Tielet
kolonna tat-Tabella ta’ din l-Iskeda li tkun tikkorrispondi mal-kategorija mniżżla fl-
Ewwel kolonna ta’ dik it-Tabella skond kif tkun ġiet ikklassifikata l-attività
ekonomika tagħha mill-Kummissarju.
11.  Persuna li tkun ġiet klassifikata bħala persuna eżentata għandha tagħti dak
it-tagħrif kollu li l-Kummissarju jista’ raġonevolment jitlob għall-għan biex jiżgura
il-korrettezza ta’ dik il-klassifikazzjoni.
12.  Kull persuna reġistrata li tkun ġiet klassifikata bħala persuna eżentata tista’
tapplika biex tħassar il-klassifikazzjoni tagħha sakemm ma jkunx mod ieħor preskritt
b’regolamenti.
13.  Il-formoli li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni ta’
persuna eżentata u għat-tħassir ta’ dik il-klassifikazzjoni, id-dikjarazzjonijiet,
tagħrif u dokumenti li għandhom jintgħamlu minn persuni eżentati kull tant żmien
jew mod ieħor, id-dettalji li persuna eżentata għandha turi fuq il-fatturi li toħroġ u
fuq il-korrispondenza tan-negozju u dawk il-ħwejjeġ l-oħra li jistgħu ikunu meħtieġa
biex jiġi żgurat l-applikazzjoni korretta tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda,
għandhom ikunu dawk li l-Kummissarju jista’ minn żmien għal żmien jidderieġi,
sakemm il-Ministru permezz ta’ regolamenti ma jippreskrivix mod ieħor.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   59
TABELLA
L-ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna  It-Tielet Kolonna
Kategorija Threshold li taħtha 
persuna tista’ 
tagħżel li toħroġ 
mis-sistema
Threshold li fuqha 
persuna trid tidħol 
fis-sistema
Lm Lm
A Attivitajiet ekonomiċi li 
jikkonsistu prinċipalment fil-
provvista ta’ oġġetti
12,000 15,000
B Attivitajiet ekonomiċi li 
jikkonsistu prinċipalment fil-
provvista ta’ servizzi b’valur 
miżjud relattivament baxx
8,000 10,000
Ċ Attivitajiet ekonomiċi oħra 5,000 6,000
  60  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
IS-SEBA’ SKEDA
ġ Artikolu 18ħ
Valur Taxxa bbli ta’ Provvisti u Importazzjonijiet
1. Ħlief kif jista’ jiġi provdut mod ieħor fid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-
Iskeda, il-valur taxxabbli ta’ provvista taxxabbli għandu jkun il-valur totali tal-
korrispettiv imħallas jew li għandu jitħallas lil min jagħmel il-provvista mix-xerrej,
kompratur jew kull min ikun, għall-provvista, iżda eskluża t-taxxa fuq il-valur
miżjud li għandha titħallas bis-saħħa ta’ dan l-Att meta ssir dik il-provvista.
2. Meta jitħallas jew ikollu jitħallas il-korrispettiv sħiħ jew parti minnu
b’oġġetti, il-valur tiegħu, sal-limitu li hekk jitħallas jew ikollu jitħallas, ikun il-valur
tiegħu fis-suq liberu.
3. Il-valur taxxabbli ta’ provvista taxxabbli għandu jinkludi:
(a) taxxi, dazji, imposti, drittijiet u kull ħlas ieħor (eskluża t-taxxa fuq il-
valur miżjud li tinġabar taħt dan l-Att) li titħallas minħabba fil-
provvista;
(b) kummissjonijiet, spejjeż ta’ pakkjar, trasport u assigurazzjoni u spejjeż
inċidentali oħra mitluba minn min jagħmel il-provvista lix-xerrej jew
kompratur.
4. Il-valur taxxabbli ta’ provvista għandu jkun l-ammont wara dan it-tnaqqis:
(a) kull tnaqqis ta’ prezz minħabba fi skonti għal ħlas malajr;
(b) kull skont fil-prezz u roħs mogħti lill-kompratur li jitqies fil-waqt tal-
provvista;
(ċ) kull skont u roħs fil-prezz mogħti lill-kompratur wara li tkun saret il-
provvista meta il-Kummissarju ikun sodisfatt li dawk hekk ingħataw
għal raġunijiet kummerċjali li jkunu saru in bona fede.
5. Meta l-korrispettiv għal provvista taxxabbli jkun inqas mill-valur fis-suq
liberu u min jagħmel il-provvista u l-persuna lil min issir il-provvista ma jkunux
indipendenti minn xulxin, jew meta l-valur tal-korrispettiv għal provvista ma jkunx
jista’ jiġi stabbilit b’mod ħafif il-valur taxxabbli ta’ dik il-provvista jkun il-valur fis-
suq liberu ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi provduti.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi ta’ qabel dan:
(a) żewġ persuni għandhom jitqiesu li ma jkunux indipendenti minn xulxin
jekk, sew direttament jew indirettament, xi wieħed minnhom ikollu xi
interess fin-negozju jew fil-proprjetà  ta’ l-ieħor, jew it-tnejn ikollhom
interess komuni fin-negozju jew fil-proprjetà,  jew xi terza persuna
jkollha interess fin-negozju jew fil-proprjetà  taż-żewg persuni, b’dan
illi, f’kull każ, dak l-interess ikun għamel influwenza, fil-fehma tal-
Kummissarju, fuq il-patti ta’ kull ftehim bejn dawk iż-żewg persuni;
(b) il-valur fis-suq liberu ta’ oġġetti jew servizzi tfisser il-prezz li dawn
iġibu jekk jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-suq liberu fid-data u fl-istat li
jkunu jinsabu fihom meta dawk l-oġġetti jiġu kunsinnati jew isiru dawk
is-servizzi.
7. Meta xi valur rilevanti biex jiġi stabbilit il-valur taxxabbli ta’ provvista
taxxabbli jingħata f’munita barranija, ir-rata ta’ kambju li tkun tapplika tkun ir-rata
tan-nofs li tkun ġiet stabbilita mill-Bank Ċentrali għal dik id-data meta jingħataw il-
provvisti.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   61
8. Meta l-ammont ta’ taxxa li titħallas bis-saħħa ta’ dan l-Att ma tkunx
identifikata fi ħlas għal provvista taxxabbli, dak il-ħlas għandu jitqies li jkun
jinkludi dik it-taxxa.
9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din il-partita, il-valur
taxxabbli ta’ oġġetti importati jkun il-valur ta’ dawk l-oġġetti fiż-żmien meta t-taxxa
fuq dik l-importazzjoni jkollha titħallas skond dan l-Att, liema valur jiġi stabbilit bl-
istess mod bħal dak li japplika skond l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni sabiex
jiġi stabbilit il-valur li fuqu jitħallas id-dazju ad valorem taħt dak l-Att, u d-
disposizzjonijiet kollha rilevanti taħt dak l-Att għandhom ikun japplikaw mutatis
mutandis u għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu ir-riferenzi għal dawk id-
disposizzjonijiet għall-Kontrullur tad-Dwana għandhom jinftiehmu bħala riferenzi
għall-Kontrullur tad-Dwana li jkun qiegħed jaġixxi f’isem il-Kummissarju.
(2) Il-valur stabbilit kif imsemmi qabel għandu jiżdied b’kull dazju ta’
importazzjoni li jitħallas fuq l-importazzjoni ta’ l-oġġetti msemmija bis-saħħa ta’ l-
Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni, b’kull imposta li titħallas fuq dik l-
importazzjoni bis-saħħa ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Prodotti Lokali, b’kull
dazju tas-sisa li jitħallas f’Malta ma’ l-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti u, fil-każ ta’
vetturi bil-mutur, bit-taxxa li titħallas bis-saħħa ta’ l-Att dwar Taxxa tar-
Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur.
(3) Meta dawk l-oġġetti jkunu trasferiti f’Malta qabel id-data meta t-taxxa fuq l-
importazzjoni tagħhom ikollha titħallas skond dan l-Att, il-valur taxxabbli jkun il-
valur tal-korrispettiv imħallas jew li jkollu jitħallas għal dak it-trasferiment jew il-
valur stabbilit bid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din il-partita, skond liema tkun ogħla.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-partiti l-oħra ta’ din l-Iskeda dwar kif jiġi stabbilit il-
valur ta’ korrispettiv imħallas jew li jkollu jitħallas għal provvista taxxabbli
għandhom japplikaw sabiex jiġi stabbilit il-valur tal-korrispettiv imsemmi fil-
paragrafu (3) ta’ din il-partita.
  62  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
ġ Artikolu 19 (ċ)ħ
Rati ta’ taxxa
It-taxxa li għandha titħallas taħt dan l-Att fuq il-valur taxxabbli tal-provvisti
msemmija fl-ewwel kolonna tat-Tabella ta’ din l-Iskeda għandha tkun bir-rata
speċifikata fit-tieni kolonna ta’ dik it-Tabella.
Emendata:
A.L. 273 ta’ l-2000;
A.L. 25 ta’ l-2001;
A.L. 388 ta’ l-2002;
A.L. 375 ta’ l-2003;
A.L. 384 ta’ l-2003.
IT-TMIEN SKEDA
TABELLA
 L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
Tip ta’ Provvisti Rata
Il-provvista ta’ akkomodazzjoni f’xi fond li għall-għan ta’ dik
il-provvista ta’ dik l-akkomodazzjoni jkun jenħtieġ li jkollu
liċenza bis-saħħa ta’ l-Att dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li
Jipprovdu Ikel jew ta’ l-Att dwar il-Guest Houses u Postijiet
Furnished għall-Btala jew xi liġi oħra li tissostitwihom. 5%
B’dan iżda li meta l-prezz li għandu jitħallas għall-provvista ta’
akkomodazzjoni jinkludi l-provvista ta’ oġġetti jew servizzi li ma
taqax fit-tifsira ta’ akkomodazzjoni l-valur taxxabbli tal-provvista
ta’ akkomodazzjoni għandu jitqies li jkun tmenin fil-mija ta’ l-
imsemmi prezz u għoxrin fil-mija ta’ dak il-prezz għandu jitqies li
hu l-valur taxxabbli ta’ provvisti li ma humiex imsemmija f’din il-
Kolonna.
L-oġġetti speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni taħt is-
subintestaturi 8419.19.00.10 f’Kapitolu 84 u taħt is-subintestaturi
8516.10.19.10; 8541.40.90.10 f’Kapitolu 85. 5%.
Provvista ta’ elettriku. 5%.
Dgħajjes u bastimenti wżati għall-passatemp jew sport
speċifikati fit-Tariffa tad-Dwana fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-
Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni taħt is-subintestaturi
8903.91.10.00, 8903.91.99.00, 8903.92.10.00 u 8903.92.99.00.
5% tal-valur
taxxabbli kif
stabbilit minn
dawk l-
apprezzaturi
hekk kif il-
Ministru jista’
japprova.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   63
ID-DISA’ SKEDA
ġ Artikolu 46ħ
Appelli quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud
Kompożizzjoni tal-Bord
1. (1) Il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (f’din l-Iskeda
imsejjaħ "il-Bord") jintgħamel minn Chairman u żewġ membri oħra li jinħatru mill-
Ministru għal żmien tliet snin.
(2) Il-Ministru jista’ jaħtar panel ta’ persuni li jistgħu jagħmluha ta’
Chairmen u panel ta’ persuni li jistgħu jagħmluha ta’ membri oħra tal-Bord, f’liema
każ il-membri għandhom hekk joqogħodu skond dik id-distribuzzjoni ta’ dmirijiet li
l-Ministru jista’ jistabbilixxi, inkluża kull disposizzjoni dwar l-inkapaċità  ta’
membri li joqogħdu u ċirkostanzi oħra.
(3) Ma jistax jitneħħa membru tal-Bord matul iż-żmien tal-ħatra tiegħu
ħlief għal imġieba ħażina bil-provi jew l-inkapaċità  tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet
tiegħu.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 733 sa 739, inklużi, tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom japplikaw għal kull Chairman u
membri oħra tal-Bord dwar appelli li jinġiebu quddiem il-Bord bl-istess mod hekk
kif japplikaw għal imħallfin għar-rigward ta’ kawża li tinġieb quddiem il-qorti.
(5) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar jew milli tkompli tkun membru
tal-Bord jekk hija tkun membru tal-Kamra tad-Deputati.
(6) Fil-każ ta’ vakanza fil-Bord li ma tkunx tista’ timtela skond id-
distribuzzjoni ta’ dmirijiet stabbilita skond is-subartikolu (2), l-Avukat Ġenerali
għandu jaħtar persuna sabiex toqgħod hi minflok fis-smigħ u deċiżjoni tal-kawża
fejn ikun hemm dik il-vakanza.
(7) Il-membri tal-Bord jirċievu dik ir-rimunerazzjoni li tista’ tiġi stabbilita
mill-President ta’ Malta.
(8) Il-membri tal-Bord ma jkunux personalment responsabbli għal xi ħaġa
li ssir jew li tonqos milli ssir in bona fede fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-Bord.
Segretarju tal-Bord
2. (1) Għandu jkun hemm segretarju tal-Bord, li jkun uffiċjal pubbliku li
jinħatar segretarju mill-Ministru.
(2) Il-Ministru jista’ jaħtar uffiċjali pubbliċi oħra biex jagħmluha ta’
segretarji deputati.
Kompetenza tal-Bord
3. (1) Il-Bord ikun kompetenti li jisma’ kull appell li jsir kontra xi stima u li
jikkonferma, inaqqas jew iżid kull valur taxxabbli jew kreditu jew taxxa li jkunu ġew
stmati mill-Kummissarju, jew li jħassar l-istima jew li jagħmel kull dikjarazzjoni
jew ordni oħra hekk kif jidhirlu xieraq.
(2) Il-Bord ikun kompetenti li jiddeċiedi kull ħaġa li ssirlu riferenza
dwarha skond l-artikolu 44.
(3) Il-Bord jista’ f’kull deċiżjoni li jagħmel, jagħti ordni fuq l-ispejjeż tal-
każ hekk kif jidhirlu xieraq.
  64  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Appelli kontra stimi
4. (1) Appell kontra stima ma jkunx validu kemm-il darba -
(a) ma tkunx saret denunzja lill-Kummissarju għaż-żmien ta’ taxxa li dwaru
tkun tirreferi l-istima qabel ma jinġieb l-appell; u
(b) ma tkunx tħallset it-taxxa kollha li m’hemmx kwistjoni dwarha li kellha
titħallas mill-appellant; u
(ċ) ma jkunx tħallas ammont ta’ ħamsa fil-mija tat-taxxa li jkun hemm
kwistjoni dwarha jew ħamsin lira skond liema jkun ogħla, u dritt
amministrattiv ta’ ħamsa u għoxrin lira; u
(d) l-appell ma jsirx fi żmien tletin jum mid-data tan-notifika ta’ l-avviż li
kontrih isir l-appell; u
(e) l-appell ma jsirx b’dik il-għamla u b’dak il-mod kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Ikun dmir ta’ l-appellant li jħib prova li xi valur taxxabbli li ssir stima
dwaru mill-Kummissarju jkun eċċessiv jew li xi kreditu li ssir stima dwaru mill-
Kummissarju ma jkunx suffiċċjenti.
(3) Il-Bord jista’ jirrifjuta li jikkonsidra xi prova bħala suffiċċjenti għall-
għanijiet tal-paragrafu (2) ta’ din il-partita jekk l-appellant ikun naqas li jżomm kull
dokumentazzjoni u dokument li huma meħtieġa li jinżammu b’dan l-Att jew jonqos
milli jipproduċi kull dokumentazzjoni jew dokument bħal dawk.
(4) Il-Bord għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu bil-miktub u jara li kopja ta’
dik id-deċiżjoni tiġi notifikata lill-appellant.
Ħlas ta’ Taxxa
5. (1) Meta ikun sar appell validu kontra stima, il-ħlas ta’ daqstant mit-taxxa
stmata li jkun hemm kwistjoni dwarha u li ma teħtieġx li titħallas qabel ma jsir l-
appell skond il-partita 4(1)(ċ) ta’ din l-Iskeda jista’ jinżamm riżervat sakemm dak l-
appell jiġi sa fl-aħħar deċiż: iżda sadattant ma għandux jiġi sospiż milli jibqa’
għaddej l-imgħax fuq dik it-taxxa.
(2) Il-mogħdija taż-żmien fl-artikolu 58(2) għandu jkun sospiż għar-
rigward ta’ kull taxxa jew multa amministrattiva għal kull żmien li matulu l-ħlas
tagħhom jista’ jinżamm riżervat skond din il-partita.
(3) Meta it-taxxa li jkollha titħallas b’riżultat ta’ deċiżjoni tal-Bord wara
appell kontra xi stima tkun iktar mit-taxxa indikata bħala li għandha titħallas f’dik l-
istima, l-ammont żejjed għandu jitħallas sa mhux iktar tard mill-aħħar tax-xahar li
matulu dik id-deċiżjoni tkun ġiet notifikata lill-appellant u jkun dovut fuq dak l-
ammont żejjed imgħax bir-rata speċifikata fl-artikolu 22 (2) mid-data msemmija
għal kull żmien li matulu dak l-ammont żejjed jibqa’ mhux imħallas.
Riferenzi lill-Bord
6. (1) Riferenza lill-Bord fuq kull ħaġa msemmija fl-artikolu 44 ma tistax
tintgħamel, sakemm ma tkunx tqajmet f’korrispondenza mal-Kummissarju, u ma
jkunx sar ħlas ta’ dritt amministrattiv ta’ ħamsa u għoxrin lira u għandha ssir bil-
mezz ta’ rikors bil-miktub li fih ikun hemm imniżżla l-fatti kollha rilevanti għal dik
il-kwistjoni u l-mod kif, fil-fehma ta’ l-applikant, dik il-kwistjoni għandha tiġi
deċiża.
(2) Il-Bord għandu, wara li jkun sema’ lil kull min kellu interess fil-
kwistjoni, u jkun kiseb it-tagħrif kollu meħtieġ, jiddeċiedi l-kwistjoni u jara li d-
deċiżjoni tiegħu tiġi notifikata lill-partijiet kollha.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   65
Proċeduri tal-Bord
7. (1) Il-Bord ikollu s-setgħa li jharrek lil kull persuna sabiex tagħti xiehda
jew sabiex iġib quddiemu kotba jew dokumenti oħra u ċ-Chairman ikollu s-setgħa li
jagħti l-ġurament lil kull persuna li tidher quddiem il-Bord.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi l-mod kif għandu jsir
appell jew rikors quddiem il-Bord, il-post fejn il-Bord iżomm is-seduti tiegħu, il-
mod kif il-partijiet jistgħu jiġu assistiti, id-drittijiet li jitħallsu għall-appelli, id-
dokumentazzjoni li għandha tinżamm mill-Bord, il-funzjonijiet tas-segretarju tal-
Bord, u b’mod ġenerali kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-proċeduri tal-Bord.
  66  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
L-GĦAXAR SKEDA
ġ Artikolu 22(3)ħ
Formoli li għandhom ikunu preżentati mal-ħlas tat-taxxa
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   67
  68  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Eliġibilità  ta’ kreditu għal input tax
l. (1) Ma għandu jitqies ebda ammont bħala input tax ta’ persuna kemm-il
darba dik il-persuna ma tkunx persuna reġistrata fiż-żmien meta jkollha titħallas dik
it-taxxa.
(2) Għall-għanijiet tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita, meta r-reġistrazzjoni
ta’ persuna li ssir f’data tintgħamel li tkun effettiva minn data li tiġi qabel, dik il-
persuna għandha titqies bħala persuna reġistrata sa minn dik id-data li tkun ġiet
qabel.
(3) Ħlief b’dak il-mod li l-Kummissarju jista’ mod ieħor jippermetti ma
għandu jiġi permess lil persuna ebda kreditu għal input tax għal xi żmien ta’ taxxa
kemm-il darba ma ssirx talba fit-taqsima xierqa fuq il-formula ta’ denunzja ta’ taxxa
li tkun saret għal dak iż-żmien.
Meta tinħoloq input tax qabel ma kumpannija tiġi reġistrata
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din il-partita, meta
kumpannija ġġib prova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li tħallset jew kellha
titħallas taxxa mal-provvista jew importazzjoni ta’ oġġetti magħmula lil jew minn
persuna għal dik il-kumpannija jew mal-provvista ta’ servizzi mogħtija lil persuna
għal benefiċċju tal-kumpannija jew bil-għan tal-formazzjoni u reġistrazzjoni tagħha,
il-Kummissarju jista’ jqis dik it-taxxa bħala sehem mill-input tax ta’ dik il-
kumpannija għall-ewwel żmien ta’ taxxa tagħha.
(2) Ma għandhom jitqiesu ebda provvista jew importazzjoni li jkunu saru
aktar kmieni minn sitt xhur qabel ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-kumpannija.
(3) Din il-partita ma tapplikax għal provvista jew importazzjoni magħmula
lil jew minn persuna -
(i) li kienet, fiż-żmien tal-provvista jew importazzjoni, persuna
taxxabbli;
(ii) li ma tkunx saret membru, direttur jew segretarju ta’ dik il-
kumpannija;
(iii) kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx ġiet imħallsa lura jew
irċeviet obbligazzjoni li titħallas lura minn dik il-kumpannija l-
ammont sħiħ tal-prezz imħallas għall-oġġetti jew servizzi;
(iv) kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx akkwistat l-oġġetti jew is-
servizzi bil-għan ta’ xi attività  ekonomika li tkun ser tiġi ġestita
minn dik il-kumpannija u ma tkunx għamlet użu minnhom għal xi
għan ieħor ħlief għan li jkollu x’jaqsam ma’ dik l-attività
ekonomika.
(4) Salv b’mod ieħor li l-Kummissarju jista’ jippermetti, talba sabiex jiġi
applikat dan ir-regolament għandha ssir minn kumpannija sa mhux aktar tard mid-
IL-ĦDAX-IL SKEDA
ġ Artikolu 24 (6)ħ
Tnaqqis
Emendata:
A.L. 60 ta’ l-1999;
A.L. 200 ta’ l-1999;
A.L. 217 ta’ l-1999;
A.L. 272 ta’ l-2000;
A.L. 93 ta’ l-2001;
A.L. 235 ta’ l-2001;
A.L. 389 ta’ l-2002.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   69
data meta din tagħmel id-denunzja tagħha għall-ewwel żmien ta’ taxxa u għandha
tkun appoġġata b’dawk id-dokumenti u provi li l-Kummissarju jista’ jqis li jkunu
xierqa.
Prova dwar input tax
3. (1) Ma għandu jitqies ebda ammont bħala input tax ta’ persuna kemm-il
darba dik il-persuna ma ġġibx prova li dik it-taxxa kellha titħallas fuq il-provvisti ta’
oġġetti u servizzi jew ma’ l-importazzjonijiet ta’ oġġetti li jkunu ġew jew se jiġu
wżati minnha fil-kors ta’ l-avvanz ta’ l-attività  ekonomika tagħha.
(2) Ħlief b’kull mod ieħor li l-Kummissarju jista’ jippermetti, ebda
ammont ma għandu jitqies bħala input tax ta’ persuna kemm-il darba -
(a) ma jkunx appoġġat b’fattura ta’ taxxa jew b’dokument ta’ importazzjoni
li jkun jindika t-taxxa mħallsa fuq dik l-importazzjoni, miżmuma, f’kull
każ, minn dik il-persuna u li tintwera, jekk hekk jintalab, lill-
Kummissarju;
(b) ma jingħatax kont sew tiegħu fid-dokumentazzjoni miżmuma minn dik
il-persuna għall-għanijiet ta’ l-Att.
Taxxa li ma għandhiex titqies bħala input tax
4. (1) Bla ħsara għall-paragrafu (2) ta’ din il-partita, ma għandu jitqies ebda
ammont bħala input tax ta’ persuna sal-limitu li dak jirrappreżenta taxxa li jkollha
titħallas dwar:
(a) il-provvista lil dik il-persuna jew importazzjoni minn dik il-persuna ta’ :
(i) tabakk jew prodotti tat-tabakk;
(ii) xorb alkoholiku;
(iii) xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni u antikitajiet;
(iv) vetturi bil-mutur, bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru, inkluż il-
provvista tagħhom għall-kiri jew arranġamenti ta’ leasing;
(v) oġġetti u servizzi bil-għan li ssir tiswija, manutenzjoni, għoti ta’
karburanti u żamma ta’ oġġett li tapplika għalih il-partita (iv) ta’
dan is-subparagrafu;
(vi) il-provvista ta’ gass f’ċilindri;
(vii) il-provvista ta’ elettriku;
(b) il-provvista ta’ kull oġġett u servizz li jintuża fl-għoti minn dik il-
persuna ta’ riċeviment, divertiment jew ospitalità  ħlief meta dak l-għoti
jsir b’kumpens fil-kors normali ta’ l-attività  ekonomika ta’ dik il-
persuna;
(ċ) il-provvista ta’ kull oġġett u servizz li jintuża fl-għoti minn dik il-
persuna lill-impjegati tagħha jew, fil-każ ta’ korp ta’ persuni, lill-
uffiċjali jew impjegati tagħha, ta’ trasport jew divertiment: b’dan illi
din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika għal trasport mogħti minn
dik il-persuna lill-impjegati tagħha fuq vetturi fejn jistgħu jiġu okkupati
mhux inqas minn seba’ postijiet.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-partiti (i) sa (v) tas-sub-paragrafu (a) tal-
paragrafu (1) ta’ din il-partita ma għandhomx japplikaw għal:
(a) oġġetti akkwistati minn persuna bil-għan li jerġġħu jinbiegħu, sew fl-
istat kif ikunu ġew akkwistati jew wara xi trattar jew proċessar jew
  70  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
inklużi f’oġġetti oħra mogħtija bi provvista minn dik il-persuna, fil-kors
normali ta’ l-attività  ekonomika ta’ dik il-persuna;
(b) vetturi bil-mutur, bastiment u ajruplani akkwistati minn persuna u li
jintużaw minnha bil-għan ta’ trasport ta’ oġġetti jew passigġieri
b’kumpens;
(ċ) bastimenti u ajruplani akkwistati minn persuna bil-għan li jiġu provduti
minnha bis-saħħa ta’ ftehim ta’ charter jew kiri;
(d) vetturi bil-mutur akkwistati minn persuna bil-għan li jiġu provduti
minnha għall-kiri bi driver jew għall-kiri self drive (eskluż l-għoti ta’
karburanti lil dawk il-vetturi bil-mutur self-drive), jew li jiġu wżati fit-
tagħlim tas-sewqan, sakemm dawn jiġu hekk użati, f’kull każ, fil-kors
normali ta’ l-attività ’ ekonomika ta’ dik il-persuna;
(e) vetturi bil-mutur disinjati u manifatturati għall-ġarr ta’ oġġetti u hekk
disinjati u manifatturati b’postijiet għal persuni bilqegħda normalment
biswit ix-xufier, jew b’postijiet bilqegħda għal disa’ persuni jew aktar.
(3) F’din il-partita, "xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni u
antikitajiet " għandu jkollha t-tifsira mogħtija bil-paragrafi (1), (2) u (3) tal-partita 1
tat-Taqsima B tal-Ħmistax- il Skeda.
Taxxa li f’parti minnha titqies bħala input tax
5. Meta xi oġġetti jew servizzi jintużaw jew ikunu ser jintużaw iżda mhux għal
kollox fil-kors jew fl-avvanz ta’ xi attività  ekonomika għandu jitqies bħala input tax
dak is-sehem mit-taxxa li jkollha titħallas fuq il-provvisti jew importazzjonijiet in
kwistjoni daqskemm il-Kummissarju jista’ jikkunsidra li jkun raġonevoli li jqis is-
sehem ta’ l-użu ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi fil-kors jew avvanz ta’ l-attività
ekonomika għall-użu sħiħ tagħhom.
Attribuzzjoni ta’ input tax
6. (1) Kull input tax għal żmien ta’ taxxa li jkun esklużivament attribwibbli
għal provvisti li japplika għalihom l-artikolu 24(3) għandu jiġi permess bħala kreditu
għal dak il-perijodu.
(2) Kull input tax li jkun esklużivament attribwibbli għal provvisti li ma
jkunux imsemmija fil-paragrafu (1) ta’ din il-partita ma għandhomx jiġu permessi
bħala kreditu.
(3) Kull input tax għal żmien ta’ taxxa attribwibbli kemm għal provvisti li
japplika għalihom l-artikolu 24(3) kif ukoll għal provvisti oħra għandu jiġi f’sehem
minnu permess bħala kreditu għal dak iż-żmien ta’ taxxa, liema sehem għandu jiġi
stabbilit skond il-partita 7 jew 8 ta’ din l-Iskeda.
Attribuzzjoni parzjali
7. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-Iskeda, is-sehem ta’
input tax permess bħala kreditu għal żmien ta’ taxxa skond il-paragrafu (3) tal-
partita 6 ta’ din l-Iskeda, ikun ekwi valenti għal dak is-sehem ta’ l-imsemmi input tax
bħalma jikkorrispondi mas-sehem li l-valur tal-provvisti li japplika għalihom l-
artikolu 24(3), magħmulin matul dak iż-żmien ta’ taxxa għandu għall-valur tal-
provvisti kollha magħmulin matul dak iż-żmien.
(2) Għall-għanijiet tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita:
(a) il-valur ta’ provvisti eżentati għandu jiġi stabbilit bil-mod li japplika
sabiex jiġi stabbilit il-valur taxxabbli ta’ provvisti taxxabbli;
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   71
(b) għandu jiġi eskluż mill-valur tal-provvisti magħmula minn dik il-
persuna matul dak iż-żmien -
(i) il-valur ta’ kull provvista ta’ oġġetti kapitali;
(ii) il-valur ta’ kull provvista li taħt jew bis-saħħa ta’ xi disposizzjoni
ta’ l-Att dik il-persuna tagħmel lilha nnifisha;
(iii) il-valur ta’ kull provvista li ma ssirx minn persuna taxxabbli li
taġixxi bħala tali;
(iv) il-valur ta’ kull provvista li titqies li tkun saret minn dik il-
persuna skond l-artikolu 65 ta’ l-Att.
(3) Il-Kummissarju jista’ jagħmel dawk l-aġġustamenti fil-valuri li
jkollhom jitqiesu bil-għan ta’ xi tqassim ta’ xi sehem li din il-partita tapplika għalih
hekk kif jidhirlu li jkun raġonevoli bil-għan li jiġi esluż kull tgħawwiġ minħabba fi
provvisti li jsiru f’xi żminijiet partikolari, mhux ordinarji, okkażjonali jew
inċidentali.
Metodi alternattivi ta’ attribuzzjoni parzjali
8. (1) Meta l-provvisti magħmulin matul żmien ta’ taxxa ma jkunux jinkludu
l-provvisti li japplika għalihom l-artikolu 24(3) ta’ dan l-Att u meta jkollu jsir
kreditu parzjali għal input tax għal dak iż-żmien, li ma kienx għad-disposizzjonijiet
tal-paragrafu (1) tal-partita 7, bis-saħħa tal-paragrafu (3) tal-partita 6 ta’ din l-
Iskeda, il-Kummissarju jista’ jippermetti bħala kreditu dak is-sehem ta’ input tax
għal dak iż-żmien li lilu jista’ jidhirlu li jkun raġonevoli, u jista’, billi jippermetti
dak il-kreditu, jimponi dawk il-kundizzjonijiiet u jeħtieġ dik il-garanzija li jqis
xierqa.
(2) Meta l-Kummissarju jkun jidhirlu li l-metodu ta’ attribuzzjoni ta’ input
tax stipulat fil-partita 7 ta’ din l-Iskeda ma jkunx jagħti riżultat ġust u raġonevoli,
huwa jista’ permezz ta’ avviż bil-miktub lil persuna reġistrata jordna li l-imsemmi
metodu ma għandux japplika għall-attribuzzjoni ta’ input tax tal-provvisti ta’ dik il-
persuna, u meta tkun ingħatat dik l-ordni, il-persuna għandha taddotta dak il-metodu
ieħor ta’ attribuzzjoni parzjali li l-Kummissarju jista’ japprova.
(3) Meta jagħti l-approvazzjoni tiegħu skond il-paragrafu (2) ta’ din il-
partita l-Kummissarju jista’ -
(a) jeħtieġ li l-istess metodu għandu jibqa’ jintuża għal dak iż-żmien li
jispeċifika;
(b) jimponi dawk il-kundizzjonijiet l-oħra u jeħtieġ dik il-garanzija li hu
jqis li tkun xierqa.
Aġġustament ta’ attribuzzjoni parzjali
9. (1) Fi żmien sitt xhur mit-tmiem ta’ sena kalendarja l-Kummissarju jista’
b’avviż bil-miktub jeħtieġ jew jippermetti persuna reġistrata li lilha jkun ġie permess
kreditu parzjali għal input tax għal xi żmien li jkun jagħlaq matul dik is-sena sabiex
jagħmel aġġustament għall-kreditu totali għal input tax permessi għal kull żmien ta’
taxxa li jagħlaq matul dik is-sena, liema aġġustament ikun jikkonsisti fid-differenza
bejn il-kreditu totali permessi kif imsemmi qabel u l-kreditu li jirriżulta minn
attribuzzjoni bażata fuq riżultati ta’ kull sena.
(2) Il-kreditu li jirriżulta minn attribuzzjoni bażata fuq riżultati ta’ kull
sena mit-total ta’ input tax għal kull żmien ta’ taxxa li jagħlaq fis-sena kalendarja in
kwistjoni.
(3) Id-disposizzjonijiiet tal-paragrafu (1) u (2) tal-partita 7 u tal-paragrafu
  72  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(2) tal-partita 8 ta’ din l-Iskeda għandu jkun japplika għall-għan ta’ taqsim f’ishma li
tapplika għalih din il-partita b’dan illi kull referenza fl-imsemmija paragrafi għal
żmien ta’ taxxa li jagħlaq f’dik is-sena.
(4) L-aġġustament mitlub jew permezz ta’ avviż li jiġi notifikat lil persuna
reġistrata skond il-paragrafu (1) ta’ din il-partita għandu jitqies għall-għanijiiet ta’
din il-partita kollha ta’ l-Att bħala kreditu ulterjuri għal input tax, jew bħala passiv
ulterjuri għal output tax, skond il-każ, għaż-żmien ta’ taxxa li jiġi minnufih wara dak
iż-żmien li matulu dak l-avviż jiġi notifikat lil dik il-persuna, u għandu jiġi reġistrat
fuq id-denunzja relattiva u jittieħed kont tiegħu skond hekk.
Rounding up
10. (1) Frazzjoni li tirriżulta mill-ħdim ta’ xi kalkolu magħmul skond din l-
Iskeda għandha tinġieb fis-sħiħ sa l-eqreb lira.
(2) Meta l-ammont ta’ input tax li jirriżulta li ma jkunx permess bħala
kreditu wara u skond taqsim f’ishma magħmul skond il-partita 7, 8, jew 9 ta’ din l-
Iskeda jkun anqas minn Lm10 moltiplikat bl-għadd ta’ xhur jew parti minnhom
inkluża fiż-żmien jew f’kull żmien ta’ taxxa li dak it-taqsim f’ishma jkollu x’jaqsam
magħhom dak l-ammont għandu jitqies, minkejja d-disposizzjonijiet oħra taħt din l-
Iskeda, bħala li hu permessibbli bħala kreditu għal input tax.
Ħelsien meta jkun hemm djun
11. (1) Meta persuna reġistrata turi għas-sodisfazzjoni tal-Kummissarju li xi
ammont lilu dovut bħala kumpens għal provvista magħmula lil persuna oħra, matul
żmien ta’ taxxa, tkun saret dejn u li tkun tħallset jew ikollha titħallas xi output tax
minn dik il-persuna reġistrata għar-rigward ta’ dik il-provvista, dik il-persuna
reġistrata tista’ titlob l-ammont ta’ dak l-output tax sabiex tiġi permess bħala tnaqqis
b’żieda ma’ kull tnaqqis ieħor lilha permess skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din
l-Iskeda għal dak iż-żmien ta’ taxxa jew għal dak iż-żmien ta’ taxxa li jiġi wara hekk
kif jista’ jippermetti l-Kummissarju.
(2) Talba għal tnaqqis dwar xi dejn għandha ssir skond kull ordni li l-
Kummissarju jista’ jagħti dwar iċ-ċirkostanzi kif dak jista’ jsir u d-dokumenti jew
kull prova oħra li jkollha tinġieb.
(3) L-irkupru ta’ debitu li jkun ġie permess dwaru tnaqqis skond dan il-
paragrafu jew ta’ parti minn dak id-debitu għandu jitqies, sal-limitu ta’ l-ammont
irkuprat, bħala provvista taxxabbli li tkun qed isseħħ f’dak il-waqt li jitħallas id-
debitu jew parti minnu u għandha titqies b’ dak il-mod mill-persuna li t-tnaqqis ikun
hekk ġie permess għaliha.
Limitazzjoni ta’ output tax attribwibbli lil xi provvisti
12. (1) Din il-partita għandha tapplika għal taxxa li għandha titħallas fuq
provvisti taxxabbli magħmula lil persuna reġistrata u għal taxxa mħallsa fuq
importazzjonijiet taxxabbli magħmula minn dik il-persuna sal-limitu li tkun
attribwibbli għal provvisti magħmula jew li għandhom isiru minn dik il-persuna u
speċifikati fis-sub-paragrafu (a) jew fis-sub-paragrafu (d) tal-paragrafu (1) tal-
partita 1 tat-Taqsima Tnejn tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att:
Iżda din il-partita ma għandhiex tapplika għal kull taxxa li tkun attribwibbli
għall-provvista ta’ akkomodazzjoni f’lukanda hekk liċenzjata taħt il-provvedimenti
ta’ l-Att dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel, jew xi Att ieħor li
jissostitwih, jew għal servizzi mogħtija lil persuni provduti b’akkomodazzjoni f’dik
il-lukanda li jikkonsistu f’faċilitajiet provduti ġewwa dik il-lukanda.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   73
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din il-partita, l-ammont ta’ taxxa
li għalih tapplika din il-partita li jista’ jitqies bħala l-input tax ta’ persuna reġistrata
għal żmien ta’ taxxa ma għandux ikun iżjed mill-ammont ta’ output tax ta’ dik il-
persuna għal dak iż-żmien fuq il-provvisti li għalihom dak l-ammont ikun
attribwibbli.
(3) Kull ammont ta’ taxxa li ma jitqiesx bħala input tax ta’ persuna
reġistrata għal żmien ta’ taxxa unikament minħabba l-limitazzjoni provduta fil-
paragrafu (2) ta’ din il-partita għandu jitqies li jkun l-input tax ta’ dik il-persuna
għaż-żmien ta’ taxxa li jiġi wara b’żieda ma’ kull input tax oħra għal dak iż-żmien,
b’dan illi -
(a) l-ammont ta’ taxxa li għalih tapplika din il-partita li jista’ jitqies bħala
input tax għal dak l-imsemmi żmien ta’ taxxa li jiġi wara għandu jerġa’
jkun suġġett għal dik il-limitazzjoni;
(b) fejn ammont ta’ taxxa ma jitqiesx bħala input tax għal żmien ta’ taxxa
minħabba dik il-limitazzjoni u l-provvisti magħmula minn dik il-
persuna reġistrata għal għadd ta’ żminijiet ta’ taxxa konsekuttivi li jiġu
wara li jkopru mill-inqas tnax-il xahar ma jkunux jinkludu xi provvisti
speċifikati fis-subparagrafu (a) jew fis-subparagrafu (d) tal-paragrafu
(1) tal-partita 1 tat-Taqsima Tnejn tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att li ma jkunux provvisti msemmija fil-proviso li jinsab mal-paragrafu
(1) ta’ din il-partita, dak l-ammont ma għandux jitqies bħala l-input tax
għal xi żmien ta’ taxxa li jiġi wara;
(ċ) ebda ħaġa f’din il-partita ma għandha tiftiehem li tqis xi ammont li ma
ġiex meqjus bħala input tax minħabba f’dik il-limitazzjoni għal xi
żmien ta’ taxxa bħala kreditu eċċessiv għal żmien ta’ taxxa.
Input tax attribwibbli għall-provvisti ta’ telefonija bil-fil
13. (1) Meta l-attività  ekonomika jew parti minn dik l-attività  ta’ persuna
reġistrata tkun tikkonsisti fil-provvista ta’ telefonija bil-fil lil persuni mhux
reġistrati, l-ammont ta’ input tax li jista’ jintalab lura minn dik il-persuna reġistrata
dwar dik il-provvista jista’ jiżdied bid-differenza bejn dak il-perċentwali tat-total ta’
dawk il-provvisti hekk kif il-Kummissarju jista’ jistabbilixxi u l-ammont ta’ input
tax li jista’ jintalab lura dwar il-provvisti kollha ta’ telefonija bil-fil:
Iżda ma għandha tintalab lura ebda żieda ta’ input tax kif hawn aktar qabel
imsemmi meta l-ammont ta’ input tax li jista’ jintalab lura jkun jeċċedi dik il-
perċentwali stabbilita mill-Kummissarju.
(2) Fi żmien tlett xhur wara tmiem is-sena, dik il-persuna reġistrata għandha
tagħmel aġġustament fit-total ta’ input tax mitlub lura matul dik is-sena fuq ir-
riżultati ta’ dik is-sena.
(3) Is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament għandu japplika sal-31 ta’
Diċembru, 2000.
  74  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
IT-TNAX-IL SKEDA
ġ Artikolu 28ħ
Dokumentazzjoni ta’ Taxx a
Dokumentazzjoni li għandha tinżamm
1. Kull persuna reġistrata għandha żżomm, bil-għan li tagħti kont tat-taxxa,
kull dokumentazzjoni u dokument kif ġej:
(a) akkonti u kull dokumentazzjoni xierqa ta’ l-attività  ekonomika tagħha; 
(b) l-akkont tagħha tat-taxxa fuq il-valur miżjud;
(ċ) l-akkont tagħha ta’ kull sena tat-taxxa fuq il-valur miżjud; 
(d) kopji ta’ kull fattura ta’ taxxa minnha maħruġa;
(e) kull fattura ta’ taxxa li tkun irċeviet;
(f) kull dokumentazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ kull importazzjoni u
esportazzjoni minnha magħmula;
(g) kopji ta’ l-irċevuti fiskali kollha maħruġa skond l-Erbatax-il Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att; u
(h) kull nota ta’ kreditu, nota ta’ debitu u dokument ieħor minnha maħruġa
jew irċevuti li jagħtu prova żieda jew tnaqqis fil-kumpens għal xi
provvisti jew għal importazzjonijiet.
Ħwejjeġ li għandhom jiġu inklużi fil-konteġġi
2. Il-konteġġi u d-dokumentazzjoni ta’ kull persuna reġistrata għandhom
jinżammu b’dak il-mod li jkun jista’ jaċċerta l-verifika ta’ dan li ġej:
(a) il-valur totali tal-provvisti magħmula minnha matul kull żmien ta’
taxxa, u kull għadd totali tal-valur ta’ -
(i) oġġetti taxxabbli b’rata ta’ 15%, eskluża t-taxxa;
(ii) servizzi taxxabbli b’rata ta’ 15%, eskluża t-taxxa;
(iii) akkomodazzjoni taxxabbli b’rata ta’ 5%, eskluża t-taxxa;
(iv) esportazzjonijiet;
(v) provvisti, li ma jkunux esportazzjonijiet, imsemmija fit-Taqsima
Wieħed tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att (eżenti bil-
kreditu);
(vi) provvisti msemmija fit-Taqsima Tnejn tar-Raba’ Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att (eżenti bla kreditu);
(b) il-valur totali ta’ l-importazzjonijiet tagħha, xiri u inputs oħra għal kull
żmien ta’ taxxa, u kull għadd totali tal-valur ta’ -
(i) oġġetti taxxabbli, mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, eskluża t-
taxxa; 
(ii) oġġetti eżentati mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu;
(iii) ix-xiri ta’ oġġetti kapitali;
(iv) servizzi taxxabbli u overheads taxxabbli, eskluża t-taxxa;
(ċ) meta l-provvisti magħmula minnha jinkludu provvisti msemmija fit-
Taqsima Tnejn tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ l-Att li l-apporzjonament
jew metodu ieħor applikabbli skond l-Att jew kull regolament magħmul
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   75
bis-saħħa ta’ l-Att għall-attribuzzjoni ta’ input tax għall-provvisti
minnha magħmula;
(d) it-taxxa li titħallas jew li għandha titħallas, it-taxxa li titħallas lura jew
li għandha titħallas lura u l-kreditu eċċessiv avvanzat, jekk ikun hemm,
għal kull żmien ta’ taxxa.
Il-Kont tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud
3. (1) Il-kont ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud għandu jkun kont separat li
jinżamm għal kull żmien ta’ taxxa tal-persuna taxxabbli u għandu jinqasam fit-
Taqsima ta’ Output Tax u it-Taqsima ta’ Input Tax.
(2) It-taqsima ta’ output tax tal-kont ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud
għandha tindika l-ammont totali ta’ output tax li għandu jitħallas għaż-żmien ta’
taxxa relattiv u għandha titħallas b’rati differenti, u għandu jkun fiha riferenza
relattiva għall-konteġġi li minnhom il-valuri tal-provvisti li għalihom tkun tirreferi
dik l-output tax ikunu jistgħu jiġu verifikati.
(3) It-Taqsima ta’ input tax tal-Kont ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud
għandha tindika l-ammont totali ta’ imput tax li tkun permessa li titnaqqas għal dak
iż-żmien, b’dan li ssir distinzjoni bejn input tax fuq importazzjoni u fuq provvisti, u
għandu jkun fiha riferenza relattiva għall-konteġġi li minnhom il-valuri tal-
importazzjoni u provvisti li għalihom tkun tirreferi dik l-input tax ikunu jistgħu jiġu
verifikati.
Tiswija ta’ żbalji
4. (1) Meta persuna reġistrata, f’denunzja għal żmien ta’ taxxa magħmula
lill-Kummissarju -
(a) jiddikjara output tax biż-żejjed jew bin-nieqes u dak iż-żejjed jew in-
nieqes ma jkunx ta’ iktar minn ħamsa fil-mija ta’ output tax dikjarat
f’dik id-denunzja, u/jew
(b) jiddikjara il-kreditu għal input tax biż-żejjed jew bin-nieqes u dak iż-
żejjed jew in-nieqes ma jkunx ta’ iktar minn ħamsa fil-mija tal-kreditu
għal input tax dikjarat f’dik id-denunzja,
hija tkun tista’ tagħmel aġġustamenti fil-Kont ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud għaż-
żmien ta’ taxxa li matulu jkun ġie skopert id-dikjarar biż-żejjed jew bin-nieqes
permezz ta’ tnaqqis minn jew ta’ żieda ma’ l-ammont totali għal-dak iż-żmien ta’
taxxa tat-taqsima ta’ output tax u/jew it-taqsima ta’ input tax, skond il-każ, u l-
output tax u l-input tax, għal dak iż-żmien għandhom jitqiesu li jkunu l-ammonti
totali rispettivi tagħhom kif aġġustati.
(2) Ma jista’ jsir ebda aġġustament skond il-paragrafu (1) ta’ din il-partita ħlief
meta d-dikjarazzjoni biż-żejjed jew bin-nieqes ta’ output tax jew ta’ input tax
tirriżulta b’konsegwenza ta’ żball tal-persuna taxxabbli.
Aġġustamenti minħabba f’tibdil fil-kumpens
5. (1) Meta output tax jew input tax dikjarati minn persuna f’denunzja ta’
taxxa jirriżulta li jkun ġie dikjarat biż-żejjed jew bin-nieqes minħabba f’żieda jew fi
tnaqqis fil-kumpens għal xi provvista jew għat-tħassir ta’ provvista magħmula lil
jew minn dik il-persuna li jitħallas jew jiġi permess jew isir f’xi żmien ta’ taxxa
sussegwenti għal dak li matulu l-provvista jkun ingħata kont tagħha, dik il-persuna
tista’ tagħmel aġġustament fil-Kont tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għal dak iż-żmien
ta’ taxxa sussegwenti permezz ta’ tnaqqis minn jew żieda ma’ l-ammont totali għal
  76  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
dak iż-żmien ta’ taxxa tat-taqsima ta’ output tax u/jew tat-taqsima ta’ input tax,
skond il-każ, u l-output tax u l-input tax għal dak iż-żmien għandu jitqies li jkun l-
ammonti totali rispettivi tagħhom kif aġġustati.
(2) Ebda ħaġa f’din il-partita ma għandha titqies li tippermetti d-
determinazzjoni tal-valur taxxabbli ta’ provvista b’mod kuntrarju għal xi
disposizzjoni li tinsab fl-Att b’mod ġenerali u fis-Seba’ Skeda li tinsab ma’ l-Att
b’mod partikolari.
Aġġustamenti bażati fuq riżultati annwali
6. Meta aġġustament ikollu jsir b’konsegwenza ta’ attribuzzjoni ta’ input tax
bażata fuq riżultati annwali skond il-Ħdax-il Skeda, dak it-tnaqqis għandu jsir fil-
kont tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud skond dik l-Iskeda.
Disposizzjonijiet oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ tnaqqis
7. (1) Kull aġġustament fil-Kont tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għandu
jagħmel riferenza b’mod ċar għad-denunzja ta’ taxxa li jkun jirreferi għaliha u għal
kull dokument li jkollu x’jaqsam mad-dikjarazzjonijiet biż-żejjed jew bin-nieqes.
(2) Ma jista’ jsir ebda aġġustament skond il-partita 4 jew 5 ta’ din l-Iskeda
fil-Kont tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għal xi żmien ta’ taxxa li jkun jibda iktar tard
minn sitt xhur wara t-temma taż-żmien ta’ taxxa li għar-rigward tiegħu output tax
jew kreditu għal input tax relattivi jkun ġie dikjarat biż-żejjed jew bin-nieqes.
(3) Ma jista’ jsir ebda aġġustament fil-Kont tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud
għal żmien ta’ taxxa għar-rigward ta’ xi provvista jew importazzjoni li jkun ingħata
kont dwarha fi żmien qabel skond din l-Iskeda.
Denunzji ta’ taxxa
8. L-ammont ta’ output tax u kreditu għal input tax li jiġi dikjarat minn persuna
f’denunzja ta’ taxxa għal żmien ta’ taxxa jkun l-ammont ta’ output tax u kreditu għal
input tax li jidher fid-dokumentazzjoni ta’ dik il-persuna skond din l-Iskeda.
Kont Annwali ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud
9. Il-kont annwali ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun kont li jsir għal
kull sena kalendarja u fih għandu jidher it-total tat-totali li jidhru fit-taqsima ta’
output tax u fit-taqsima ta’ input tax tal-Kont tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għal kull
żmien ta’ taxxa li jtemm matul dik is-sena kalendarja.
Eċċezzjonijiet
10. (1) Il-Kummissarju jista’ jeħtieġ, f’xi każijiet jew tipi ta’ każijiet
partikolari, li jinżammu kull dokumentazzjoni jew dokument addizzjonali, jew
jippermetti li dawk il-varjazzjonijiet fid-dokumentazzjoni u fid-dokumenti
għandhom jinżammu skond din l-Iskeda bil-mod li jista’ jqis li jkun xieraq għal kull
għan li joħroġ mill-Att.
(2) Din l-Iskeda għandha tkun bla ħsara għall-ħtiġiet ġenerali ta’ l-artikolu
48 ta’ l-Att u ta’ kull disposizzjoni speċjali li tinsab fl-Att jew f’kull partita li ssir
bis-saħħa ta’ l-Att.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   77
IT-TLETTAX-IL SKEDA
ġ Artikolu 50 (4)ħ
Fattura ta’ Taxxa
Għamla ta’ fattura ta’ Taxxa
l. Salv hekk kif il-Kummissarju jista’ jippermetti mod ieħor, dokument ma
jikkostitwix fattura ta’ taxxa kemm-il darba dan ma jkunx jinqara sew u kemm-il
darba l-partikolaritajiet kollha meħtieġa b’din l-Iskeda ma jkunux tniżżlu sew u fis-
sħubija kollha tagħhom.
Kontenut
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-partita 4 ta’ din l-Iskeda, fattura ta’
taxxa li tinħareġ minn persuna li ma tkunx persuna eżentata għandu jkun fiha dawn
il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) numru ta’ identifikazzjoni tal-fattura;
(b) id-data tal-provvista;
(ċ) l-isem, indirizz u numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud ta’ min jagħmel il-provvista;
(d) l-isem, indirizz u numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud ta’ min jirċievi l-provvista;
(e) it-tip tal-provvista billi ssir referenza għall-kategoriji elenkati fil-partita
3 ta’ din l-Iskeda;
(f) deskrizzjoni li tkun biżżejjed sabiex tidentifika l-oġġetti jew is-servizzi
provduti;
(g) għal kull deskrizzjoni, l-għadd ta’ oġġetti jew il-limitu tas-servizzi, ir-
rata tat-taxxa li titħallas fuqhom, u l-prezz li jkollu jitħallas għalihom
f’liri, eskluża t-taxxa;
(h) il-prezz totali li jkollu jitħallas f’liri, qabel ma jsir xi skont għal ħlas fil-
pront u eskluża t-taxxa;
(i) ir-rata mogħtija għal xi skont għal ħlas fil-pront;
(j) l-ammont f’liri tat-taxxa li għandha titħallas b’kull rata u r-rata li hekk
titħallas;
(k) l-ammont totali ta’ taxxa li jkollha titħallas f’liri.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-partita 4 ta’ din l-Iskeda, fattura
ta’ taxxa li tinħareġ minn persuna eżentata għandu jkun fiha dawn il-partikolaritajiet
li ġejjin:
(a) numru ta’ identifikazzjoni tal-fattura; 
(b)  id-data tal-provvista;
(ċ) l-isem, indirizz u numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud ta’ min jagħmel il-provvista, u, ħdejn jew minnufih taħt l-
imsemmi numru ta’ reġistrazzjoni, il-kelmiet "Persuna Eżentata";
(d) l-isem, indirizz u numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud ta’ min jirċievi l-provvista;
  78  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(e) it-tip tal-provvista billi ssir referenza għall-kategoriji elenkati fil-partita
3 ta’ din l-Iskeda;
(f) deskrizzjoni li tkun biżżejjed sabiex tidentifika l-oġġetti jew is-servizzi
provduti;
(g) għal kull deskrizzjoni l-għadd ta’ oġġetti jew il-limitu tas-servizzi, ir-
rata ta’ taxxa li titħallas fuqhom u l-prezz li jkollu jitħallas għalihom
f’liri;
(h) il-prezz totali li jkollu jitħallas f’liri, qabel ma jsir xi skont għal ħlas fil-
pront u eskluża t-taxxa;
(i) ir-rata mogħtija għal xi skont għal ħlas fil-pront.
Kategorija ta’ provvisti
3. Il-kategorija msemmija fis-sub-paragrafu (e) tal-paragrafi (1) u (2) tal-
partita 2 ta’ din l-Iskeda huma:
(a) provvista li ssir b’bejgħ;
(b) provvista ta’ oġġetti li ssir bi ftehim ta’ hire purchase jew skond patti li
bihom il-pussess ta’ oġġetti jiddewwem;
(ċ) provvista li ssir b’kiru
(d) provvista bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ permuta;
(e) provvista ta’ oġġetti magħmula minn materjal fornut mill-kompratur;
(f) provvista li ssir b’bejgħ b’kummissjoni;
(g) provvista li ssir ma’ bejgħ jew radd lura jew b’patti simili; 
(h) kull provvista oħra.
Fattura ta’ Taxxa li tingħata mill-bejjiegħa bl-imnut
4. Fattura ta’ taxxa li tenħtieġ minn bejjiegħ bl-imnut għandu jkun fiha dawn
il-partikolaritajiet biss:
(a) numru konsekuttiv tat-transazzjoni; 
(b) id-data tal-provvista;
(ċ) l-isem; indirizz u numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur
Miżjud ta’ min jagħmel il-provvista;
(d) in-numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ta’ min
jirċievi l-provvista;
(e) deskrizzjoni li tkun bizżejjed sabiex tidentifika l-oġġetti jew is-servizzi
provduti;
(f) għal kull deskrizzjoni, l-għadd ta’ oġġetti, ir-rata tat-taxxa li titħallas
fuqhom, u l-prezz li jkollu jitħallas għalihom f’liri, inkluża t-taxxa;
(g) l-ammont totali tat-taxxa li jkollha titħallas f’liri:
Iżda riċevuta fiskali maħruġa permezz ta’ Cash Register fiskali kif imfisser fl-
Erbatax-il skeda li tinsab ma’ dan l-Att għandha titqies li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dan
il-paragrafu jekk ikun fiha b’żieda ma’ tagħrif meħtieġ mill-imsemmija paragrafu in-
numru ta’ Reġistrazzjoni mitbuq permezz tal-makna, tal-persuna li tkun qed tirċievi
il-provvisti relattivi.
Fattura għal provvista eżentata
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   79
5.  Meta persuna reġistrata tagħmel fattura li jkun fiha l-partikolaritajiet
preskritti fil-partita 2 jew fil-partita 4 ta’ din l-Iskeda u jispeċifika fuqha xi oġġetti
jew servizzi li jkunu s-suġġett ta’ provvista eżentata, hija għandha tiddistingwi fuq
dik il-fattura bejn provvisti eżentati u provvisti taxxabbli u għandha tiddistingwi
bejn il-provvisti eżentati msemmija fit-Taqsima Wiehed tar-Raba’ Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att u provvisti eżentati oħra.
Reverse Charge
6. Fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi li għaliha jkun jirreferi l-artikolu 65, il-
persuna li titqies li tkun qed tagħmel dik il-provvista skond dak l-artikolu għandha
tindika l-kliem "self reverse charge" minflok it-tagħrif meħtieġ fis-sub-paragrafu (d)
tal-paragrafi (1) jew (2) tal-partita 2 ta’ din l-Iskeda.
Każijiet speċjali
7. Din l-Iskeda għandha tkun mingħajr ebda preġudizzju għal kull
disposizzjoni li tista’ tiġi preskritta f’każijiet speċjali.
  80  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
ġ Artikolu 50 (4)ħ
Riċevuti Fiskali
Tifsir
1. F’din l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ mod ieħor -
"cash register fiskali" tfisser cash register li jkun jikkonforma mal-ħtiġijiet
speċifikati fil-partita 12 ta’ din l-Iskeda;
''fi scal taxi meter" tfisser taxi meter li jkun jikkonforma mal-ħtiġijiet speċifikati
fil-partita 13 ta’ din l-Iskeda;
"riċevuta fiskali" tfisser riċevuta jew fattura maħruġa f’għamla li tiġi provduta jew
approvata bil-miktub mill-Kummissarju u li jkun fiha t-tagħrif u dettalji kollha
meħtieġa li jiġu speċifikati fuqha skond dik l-għamla, jew riċevuta maħruġa permezz
ta’ cash register fiskali, jew riċevuti maħruġa permezz ta’ fiscal taxi meter.
Obbligu li tinħareġ riċevuta
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-Iskeda, kull persuna
reġistrata li tagħmel provvista taxxabli jew provvista msemmija fit-Taqsima Wieħed
tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ l-Att (provvista eżentata bil-kreditu ) u kull persuna li
tkun ġiet klassifikata bħala persuna eżentata li tagħmel provvista li kienet tkun
tikkwalifika bħala provvista taxxabbli li kieku dik il-provvista kienet saret minn
persuna li ma tkunx ġiet hekk klassifikata għandha toħroġ, ħlief meta tenħtieġ li
toħroġ fattura ta’ taxxa għar-rigward ta’ dik il-provvista, riċevuta fiskali skond dawn
ir-regolamenti għall-kumpens lilha mħallas għal dik il-provvista u dik ir-riċevuta
fiskali għandha, sakemm ma tkunx inħarġet qabel ikun sar ħlas, tinħareġ u tingħata
lill-persuna li tkun għamlet il-ħlas, jew lill-persuna li tkun irċeviet il-provvista
minnufih wara li jkun sar il-ħlas, sal-limitu ta’ dak il-ħlas:
Iżda dwar provvista li għaliha ma jsir ebda ħlas iżda li titqies li tkun magħmula bi
ħlas skond it-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, ir-riċevuta fiskali għandha tinħareġ
fid-data li fiha ssir dik il-provvista.
Riċevuta li tinħareġ minn cash register fiskali
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-partiti 4, 5 u 6 ta’ din l-Iskeda,
riċevuta fiskali li tinħareġ minn persuna li tbiegħ bl-imnut jew li n-negozju tagħha
jinkludi provvisti ta’ ikel imsemmi fil-partita 2 tat-Taqsima Tlieta tar-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att għandha tinħareġ permezz ta’ cash register fiskali: iżda għar-
rigward ta’ xi provvista li ssir minn dik il-persuna f’xi żmien li matulu hija ma tkunx
tista’, għal raġuni valida, toħroġ riċevuta fiskali permezz ta’ cash register fiskali,
hija għandha toħroġ riċevuta fiskali f’għamla li tiġi provduta mill-Kummissarju.
(2) Riċevuta li hija meħtieġa li tinħareġ għal servizz bit-taxi, għandha
tinħareġ permezz ta’ taxi meter fiskali: iżda għar-rigward ta’ xi provvista li ssir minn
dik il-persuna f’xi żmien li matulu hija ma tkunx tista’, għal raġuni valida, toħroġ
riċevuta fiskali permezz ta’ taxi meter fiskali, hija għandha toħroġ riċevuta fiskali
f’għamla li tiġi provduta mill-Kummissarju.
L-ERBATAX-IL SKEDA Emendata:A.L. 21 ta’ l-1999;
A.L. 201 ta’ l-1999;
A.L. 94 ta’ l-2001.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   81
(3) Għall-għanijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ din il-partita, dan li ġej ma
għandux jitqies bħala raġuni valida:
(a) li wieħed ma jkollux cash register fiskali jew taxi meter fiskali;
(b) li wieħed ma jkollux il-kartolerija jew materjal ieħor meħtieġ biex
jitħaddem il-cash register fiskali jew taxi meter fiskali;
(ċ) difetti fit-tħaddim ta’ cash register fiskali jew taxi meter fiskali ħlief
meta jkunu ttieħdu miżuri ta’ malajr u raġonevoli biex dawk id-difetti
jkunu jistgħu jitranġaw.
Bejgħ li jsir bieb b’bieb, ta’ gass, ħalib jew ħobż
4. (1) Persuna li tagħmel provvista minn vettura li tikkonsisti f’konsenja bieb
b’bieb, jew f’konsenja li ssir lill-pubbliku fi triq pubblika, ta’ gas, ħalib u prodotti
tal-ħalib jew ħobż ma għandhiex tenħtieġ li toħroġ riċevuta fiskali għal kull tali
provvista jekk huwa joħroġ riċevuta fiskali waħda (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’din
il-partita msejħa "riċevuta ta’ kuljum") li tkun prova ta’ dawk il-provvisti kollha
magħmulin f’kull jum bil-mod pres kritt fid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din il-partita.
(2) Riċevuta ta’ kuljum tkun riċevuta fiskali li tagħti kont tad-differenza
bejn l-oġġetti mgħobbija fuq il-vettura li minnha jsiru dawk il-provvisti u l-oġġetti li
jifdal fuq il-vettura wara li dawk il-provvisti jkunu twasslu għal dak il jum
bħallikieku dik id-differenza kienet turi oġġetti provvisti f’konsenja waħda.
(3) Persuna li toħroġ riċevuta ta’ kuljum għandha żżomm l-oriġinal ta’
dawk ir-riċevuti flimkien mar-records l-oħra li tkun meħtieġa żżomm għall-għanijiet
ta’ dan l-Att.
(4) Persuna li toħroġ riċevuti ta’ kuljum tkun meħtieġa li toħroġ riċevuti
fiskali skond il-partiti l-oħra ta’ din l-Iskeda dwar kull provvista li ma tissemmiex
f’din il-partita.
Provvisti ta’ ħobż minn furnara
5. (1) Min jagħmel provvista ta’ ħobż mill-forn fejn ikun inħema dak il-ħobż
jista’ japplika bil-miktub għand il-Kummissarju għal awtorizzazzjoni biex joħroġ
riċevuta fiskali waħda (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’din il-partita msejħa "riċevuta
fiskali ta’ kuljum"), liema riċevuta fiskali ta’ kuljum tagħti kont ta’ dawk il-provvisti
kollha imsemmija magħmulin f’kull jum bil-mod preskritt fid-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ din il-partita.
(2) Riċevuta fiskali ta’ kuljum tkunu riċevuta fiskali li tagħti kont għall-
provvisti separati kollha ta’ dak il-jum bħallikieku dawk l-oġġetti kienu provvisti
f’konsenja separata waħda.
(3) Il-Kummissarju jista’, b’avviż bil-miktub, f’kull żmien jirtira dik l-
awtorizzazzjoni mingħajr ma jagħti ebda raġuni.
(4) Persuna li toħroġ riċevuti fiskali ta’ kuljum għandha żżomm l-oriġinal
ta’ dawk ir-riċevuti flimkien mar-records l-oħra li tkun meħtieġa żżomm għall-
għanijiet ta’ dan l-Att.
(5) Persuna li toħroġ riċevuti fiskali ta’ kuljum tkun meħtieġa li toħroġ
riċevuti fiskali skond il-partiti l-oħra ta’ din l-Iskeda dwar kull provvista oħra li ma
tissemiex f’din il-partita, sakemm dawk il-provvisti l-oħra ma jkunux f’ammonti
relattivament żgħar.
Provvisti minn pompi ta’ petrol biċ-ċomb, petrol mingħajr ċomb u diesel (gas) oil
6. (1) Min jagħmel provvista minn pompi, barra minn pompi awtomatiċi, ta’
  82  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
petrol biċ-ċomb, petrol mingħajr ċomb u diesel (gas) oil ma għandux jenħtieġ li
joħroġ riċevuta fiskali għal kull tali provvista jekk huwa joħroġ riċevuta fiskali
waħda (hawnhekk iżjed ’l quddiem f’din il-partita msejjħa ''riċevuta ta’ kuljum'') li
tkun prova ta’ dawk il-provvisti kollha magħmulin f’kull jum bil-mod preskritt fid-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ din il-partita.
(2) Riċevuta ta’ kuljum tkun riċevuta fiskali li tagħti kont għall-imsemmija
provvisti kollha ta’ dak il-jum bħallikieku kienu oġġetti provvisti f’konsenja waħda.
(3) Persuna li toħroġ riċevuta ta’ kuljum għandha żżomm l-oriġinal ta’ dawk ir-
riċevuti flimkiem mar-records l-oħra li tkun meħtieġa żżomm għall-għanijiet ta’ dan
l-Att.
(4) Persuna li toħroġ riċevuta ta’ kuljum tkun meħtieġa li toħroġ riċevuti fiskali
skond il-partiti l-oħra ta’ din l-Iskeda dwar kull provvista li ma tissemiex f’din il-
partita.
Provvista ta’ ikel u xorb minn canteen li jkun jinsab f’area tax-xogħol jew studju
7. (1) Persuna li tagħmel provvista ta’ ikel u xorb minn canteen li jkun jinsab
f’area tax-xogħol jew studju tista’ tapplika bil-miktub għand il-Kummissarju għal
awtorizzazzjoni biex toħroġ riċevuta fiskali waħda dwar il-provvista ta’ ikel u
riċevuta fiskali oħra dwar il-provvista ta’ xorb (kull tali riċevuta hawnhekk iżjed ’l
quddiem f’din il-partita msejħa ''riċevuta ta’ kuljum'') liema riċevuta ta’ kuljum tkun
prova ta’ dawk il-provvisti separati kollha magħmulin f’kull jum bil-mod preskritt
fid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din il-partita.
(2) Riċevuti ta’ kuljum jkunu riċevuti fiskali li jagħtu kont għall-imsemmija
provvisti separati kollha ta’ dak il-jum bħallikieku dawk l-oġġetti kienu provvisti
f’żewġ konsenji separati waħda dwar ikel u l-oħra dwar xorb.
(3) Il-Kummissarju jista’, b’avviż bil-miktub, f’kull żmien jirtira dik l-
awtorizzazzjoni mingħajr ma jagħti ebda raġuni.
(4) Persuna li toħroġ riċevuti ta’ kuljum għandha żżomm l-oriġinal ta’ dawk ir-
riċevuti flimkien mar-records l-oħra li tkun meħtieġa żżomm għall-għanijiet ta’ dan
l-Att.
(5) Persuna li toħroġ riċevuti ta’ kuljum tkun meħtieġa li toħroġ riċevuti fiskali
skond il-partiti l-oħra ta’ din l-Iskeda dwar kull provvista li ma tissemiex f’din il-
partita.
Provvista ta’ oġġetti li jsiru minn vending machines
8. (1) Riċevuta fiskali għar-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti li jsiru permezz
ta’ vending machine għandha tagħti kont tad-differenza fl-għadd ta’ oġġetti
magazzinati fil-makna kull darba u minnufih wara li l-oġġetti jiġu magazzinati fil-
makna u l-għadd ta’ oġġetti magazzinati fil-makna minnufih qabel ma l-oġġetti
jerġgħu jiġu magazzinati fil-makna bħallikieku dik id-differenza kienet tirrapreżenta
l-oġġetti provvisti f’konsenja waħda: b’dan illi l-ewwel riċevuta li tinħareġ skond
din il-partita minn persuna li tkun persuna taxxabbli fl-1 jum ta’ Jannar, 1999
għandha tagħti kont għad-differenza fl-oġġetti magazzinati fil-makna fl-1 ta’ Jannar,
1999 u l-oġġetti magazzinati fil-makna minnufih qabel l-ewwel darba fl-1999 li jiġu
magazzinati oġġetti fil-makna.
(2) Persuna li tagħmel provvisti ta’ oġġetti permezz ta’ vending machine
għandha tieħu qari tal-ħażniet kull darba li jiġu magazzinati oġġetti fil-makna u hija
għandha żżomm record ta’ dak il-qari u l-oriġinal ta’ kull riċevuta maħruġa skond
din il-partita flimkien ma’ kull record li hija meħtieġa li żżomm għall-għanijiet ta’
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   83
dan l-Att.
Provvista ta’ servizz li jsiru permezz ta’ makna
9. (1) Riċevuta fiskali għar-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi li jsiru minn
makna li taħdem bil-minuti għandha tinħareġ kull darba li jbattlu l-muniti minn
ġewwa l-makna, u għandha tagħti kont għall-valur ta’ servizzi mogħtija fi provvista
waħda.
(2) Persuna li tagħmel il-provisti speċifikati fil-paragrafu (1) ta’ din il-
partita għandha żżomm dokumentazzjoni tal-muniti mbattla minn ġewwa l-makna u
tal-muniti u oġġetti maħżuna minnha, jekk ikun hemm, fil-makna, u għandha żżomm
l-oriġinali ta’ kull irċevuta maħruġa skond din il-partita flimkien ma’ kull
dokumentazzjoni oħra li tenħtieġ iżżomm għall-għanijiet ta’ dan l-Att.
(3) Riċevuta fiskali għar-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi magħmula
permezz ta’ makna li titħaddem b’biljett elettroniku jew b’xi mezz ieħor għandha
tinħareġ kull darba li dak il-biljett jew mezz ieħor jiġi provvist u għandu jkun
jikkorrispondi għall-prezz imħallas jew li għandu jitħallas għall-provvista ta’ dak il-
biljett jew mezz ieħor bħalliekieku l-provvista ta’ dak il-biljett jew mezz ieħor kienet
tirrappreżenta l-provvista ta’ servizzi li jistgħu jiġu provduti permezz ta’ dak il-
biljett jew mezz ieħor.
Reżokont għal riċevuti fiskali provduti jew approvati mill-Kummissarju
10. (1) Kull persuna li tiġi provduta b’għamla ta’ riċevuti fiskali mill-
Kummissarju għandha tagħti kont ta’ kull għamla bħal dik billi żżomm għandha, u
tkun tista’ tipproduċi meta l-Kummissarju hekk jeħtieġ, kull għamla mhux użata, u
billi żżomm kopja waħda u tipproduċi lill-Kummissarju kopja oħra ta’ kull riċevuta
maħruġa fuq tali għamla u ta’ kull għamla imħassra.
(2) Il-kopji ta’ kull għamla użata jew imħassra ta’ riċevuti fiskali provduti
mill-Kummissarju għandhom jingħataw lill-Kummissarju kemm jista’ jkun malajr
wara l-ktejjeb jew għamla oħra ta’ legar li fiha jkunu ġew provduti r-riċevuti fiskali
jkunu nħlew jew f’dik id-data l-oħra li l-Kummissarju jista’ jeħtieġ.
(3) Kull persuna li toħroġ riċevuti fiskali fuq formoli approvati mill-
Kummissarju għandha tagħti kont għal dawk il-formoli kollha b’dak il-mod li jiġi
mitlub mill-Kummissarju, u għal dan il-għan il-Kummissarju jista’ jagħti dawk id-
direzzjonijiet dwar l-ipproċessar, reġistrar u ħażna tal-formoli u tat-tagħrif li għandu
jingħata fihom, kif jidhirlu xieraq.
(4) Kull persuna taxxabbli li tonqos milli tagħti kont għal għamla ta’
riċevuti fiskali bil-mod preskritt f’din il-partita għandha titqies, kemm il-darba ma
tinġiebx prova kontra, li tkun naqset li tagħti kont għal provvista taxxabbli.
Eżenzjoni mill-obbligu li tinħareġ riċevuta fiskali
11. (1) Il-Kummissarju jista’, permezz ta’ avviż bil-miktub, jeżenta lil kull
persuna, u permezz ta’ avviż pubblikat fil-Gazzetta jeżenta lil klassi ta’ persuni minn
kull obbligu impost permezz ta’ din l-Iskeda, u dik l-eżenzjoni tista’ tingħata għal
dak iż-żmien u b’dawk il-limitazzjonijiet u bla ħsara għal dawk il-kundizzjonijiet li
jistgħu jiġu speċifikati f’dak l-avviż.
(2) Il-Kummissarju jista’ f’kull żmien b’avviż bil-miktub jew b’avviż
pubblikat fil-Gazzetta, skond il-każ, jirrevoka xi eżenzjoni li tingħata bis-saħħa ta’
din il-partita.
  84  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
Obbligu li irċevuta tinżamm u tiġi prodotta
12. Kull persuna li tinħarġilha riċevuta fiskali għandha żżomm għal żmien
erbgħa w għoxrin siegħa u għandha, meta hekk tintalab matul dak iż-żmien mill-
Kummissarju jew minn uffiċjal awtorizzat mill-Kummissarju, tipproduċi dik l-
irċevuta lill-Kummissarju jew lill-uffiċjal minnu awtorizzat.
Cash register fiskali
13. (1) Cash register fiskali għandu -
(a) jkun suffiċjenti biex jagħmel dawk il-funzjonijiet li jinsabu elenkati fil-
paragrafu (2) ta’ din il-partita; u
(b) jkun ta’ tip speċifikament approvat mill-Kummissarju permezz ta’ avviż
pubblikat fil-Gazzetta jew approvat għall-għanijiet ta’ u skond l-Att
dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa jew l-Att ta’ l-1994 dwar it-Taxxa
fuq il-Valur Miżjud.
(2) Il-funzjonijiet li cash register għandu jkun suffiċjenti għalihom għall-
għanijjet tas-sub-paragrafu (a) tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita huma:
(a) l-istampar ta’ riċevuta maqsuma f’partiti għall-provvisti magħmula
f’kull transazzjoni b’mod li jiġi indikat -
(i) isem u indirizz ta’ min jagħmel il-provvista u n-numru tar-
reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;
(ii) xi jkunu l-oġġetti jew servizzi provvisti;
(iii) l-għadd ta’ kull oġġett provist;
(iv) jekk kull partita tkunx taxxabli jew eżenti mit-taxxa;
(v) it-total tal-kumpens, inkluża t-taxxa tiegħu, imħallas għall-
provvisti inklużi fit-transazzjoni;
(vi) numru konsekuttiv tat-transazzjoni;
(vii) il-logo tat-taxxa kif speċifikat mill-Kummissarju;
(viii) in-numru tal-cash register;
(ix) data u ħin tal-provvista;
(x) u/jew kull tagħrif ieħor li jista’ jenħtieġ mill-Kummissarju;
(b) ir-reġistrazzjoni ta’ kull transazzjoni odjerna fuq ġurnal stampata;
(ċ) il-ħażna ta’ tagħrif fih mgħarraf li jkun meħtieġ f’memorja li ħadd ma
jista’ jidħol jew ibagħbas fiha.
Taxi meter fiskali
14. (1) Taxi meter fiskali għandu -
(a) jkun suffiċjenti biex jagħmel dawk il-funzjonijiet li jinsabu elenkati fil-
paragrafu (2) ta’ din il-partita; u
(b) ikun ta’ tip speċifikament approvat mill-Kummissarju permezz ta’ avviż
pubblikat fil-Gazzetta.
(2) Il-funzjonijiet li taxi meter fiskali għandu jkun suffiċjenti għalihom
għall-għanijiet tas-subparagrafu (a) tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita huma:
(a) l-istampar ta’ riċevuti b’mod li jiġi ndikat:
(i) l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-taxi ta’ min jagħmel il-
provvista u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   85
Miżjud;
(ii) it-total, inkluż it-taxxa, tal-kumpens imħallas għal dak is-servizz;
(iii) numru konsekuttiv tat-transazzjoni;
(iv) il-logo tat-taxxa kif speċifikat mill-Kummissarju;
(v) in-numru tat-taxi meter fiskali;
(vi) id-data u l-ħin tal-provvista;
(vii) u/jew kull tagħrif ieħor li jista’ jenħtieġ mill-Kummissarju;
(b) ir-reġistrazzjoni ta’ kull transazzjoni odjerna fuq ġurnal stampat;
(ċ) il-ħażna ta’ tagħrif kif mgħarraf li jkun meħtieġ f’memorja li ħadd ma
jista’ jidħol jew ibagħbas fiha.
ġ Artikolu 57ħ
KAŻIJIIET SPEĊJALI
Taqsima A
Servizzi Professjonali
Tifsir
1. F’din l-Iskeda -
"riċevuta fiskali" għandu jkollu t-tifsir mogħti lilha fl-Erbatax-il Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att;
"servizzi professjonali" tfisser kull wieħed mis-servizzi speċifikati fil-partita 11
ta’ din it-Taqsima.
Żmien ta’ provvista
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima, provvista ta’
servizzi professjonali għandha titqies li tkun saret fiż-żmien li tiġi l-iżjed kmieni
minn:
(a) id-data li fattura tat-taxxa jew riċevuta fiskali, skond il-każ, tinħareġ
għal dik il-provvista, sal-limitu inkluż f’dik il-fattura jew riċevuta; u
(b) id-data meta jsir ħlas għal dik il-provvista, sal-limitu inkluż f’dak il-
ħlas.
(2) Servizzi professjonali mogħtija minn persuna taxxabbli qabel l-1 ta’
Jannar, 1999, għandhom jitqiesu li ġew provduti fid-data li fiha jkunu ġew
mogħtija.
(3) Meta jsir ħlas qabel l-1 ta’ Jannar, 1999 għal servizzi professjonali
Emendata:
A.L. 22 ta’ l-1999;
A.L. 30 ta’ l-1999;
A.L. 223 ta’ l-1999;
A.L. 271 ta’ l-2000;
A.L. 149 ta’ l-2001;
A.L. 234 ta’ l-2001.
IL-ĦMISTAX-IL SKEDA
  86  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
mogħtija minn persuna reġistrata f’dik id-data jew wara dik id-data, dawk is-servizzi
għandhom jitqiesu li ġew provvisti fl-1 ta’ Jannar, 1999.
(4) Id-data tal-provvista ta’ servizzi professjonali determinata skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda għandha titqies li tkun id-data tal-provvista ta’
dawk is-servizzi għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa. 
Data meta jingħataw servizzi
3. (1) Is-servizzi ta’ avukat jew ta’ prokuratur legali fl-assistenza li tingħata
lil xi parti fi proċeduri ġudizzjarji għandhom jitqiesu li jkunu ġew mogħtija -
(a) fejn il-proċeduri ġudizzjarji jkunu nbdew qabel l-1 ta’ Jannar, 1999, u
d-digriet finali jew sentenza jingħata fit-30 ta’ Ġunju, 1999 jew qabel
dik id-data, f’data li tiġi qabel l-1 ta’ Jannar, 1999;
(b) f’kull każ ieħor, fid-data meta digriet finali jew sentenza f’dawk il-
proċedimenti tingħata mill-qorti li fiha jkunu nfetħu dawk il-
proċedimenti (servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ proċedimenti miftuha
fi qrati differenti jitqiesu provduti separatament) jew, meta l-avukat jew
il-prokuratur legali jitlaq jew jinbidel mill-kljient tiegħu f’data li tiġi
qabel, f’dik id-data li tiġi qabel.
(2) Is-servizzi ta’ perit ġudizzjarju jew ta’ espert maħtur minn qorti jew
minn tribunal imwaqqaf skond il-liġi għandhom jitqiesu li jkun ingħataw -
(a) fejn il-ħatra tal-perit jew l-espert tkun saret qabel l-1 ta’ Jannar, 1999 u
r-rapport ikun preżentat fit-30 ta’ Ġunju, 1999 jew qabel dik id-data,
f’data li tiġi qabel l-1 ta’ Jannar, 1999;
(b) f’kull każ ieħor, fid-data li fiha r-rapport jiġi ppreżentat jew magħmul
lill-qorti jew tribunal jew, meta l-ħatra tiġi mitmuma f’xi data li tiġi
qabel, f’dik id-data li tiġi qabel.
(3) Is-servizzi ta’ arbitru għandhom jitqiesu li jkunu ngħataw -
(a) fejn il-ħatra ta’ l-arbitru tkun saret qabel l-1 ta’ Jannar, 1999 u d-
deċiżjoni tingħata fit-30 ta’ Ġunju, 1999 jew qabel dik id-data, f’data li
tiġi qabel l-1 ta’ Jannar, 1999;
(b) f’kull każ ieħor, i d-data meta tingħata d-deċiżjoni jew, meta l-ħatra tiġi
mitmuma f’xi data li tiġi qabel, f’dik id-data li tiġi qabel.
(4) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’ din il-partita,
xogħol li jkun sar qabel l-1 ta’ Jannar, 1999 minn awditur pubbliku għall-għan biex
isir rapport tal-konteġġi għal sena finanzjarja li tibda qabel l-imsemmija data,
għandha titqies li tagħmel parti minn provvista ta’ servizzi mogħtija qabel l-
imsemmija data.
(b) Meta ħlas għal xi servizzi mogħtija minn awditur pubbliku għall-għan
li jsir rapport tal-konteġġi għal sena finanzjarja li tintemm fl-1 ta’ Jannar, 1999 jew
wara dik id-data, isir wara t-30 ta’ Ġunju, 1999, l-imsemmija servizzi għandhom
jitqiesu li jkunu ngħataw kollha kemm huma wara l-1 ta’ Jannar, 1999.
Provvisti magħmula b’xejn
4. Meta ebda ħlas ma jsir jew ma għandu jsir għall-provvista ta’ servizzi
professjonali u fejn dik il-provvista għandha titqies bħala provvista taxxabbli
magħmula bi ħlas skond id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att,
id-data ta’ l-imsemmija provvista għandha tiġi stabbilita skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att mingħajr ebda referenza għal din it-Taqsima.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   87
Fatturi u riċevuti għal servizzi professjonali
5. (1) Fejn hu meħtieġ li tinħareġ fattura ta’ taxxa għal servizzi professjonali
din għandha tinħareġ mhux aktar tard minn wieħed u tletin jum mid-data li lilha jsir
il-ħlas għall-imsemmija servizzi, sal-limitu ta’ dak il-ħlas:
Iżda fil-każ ta’ provvista msemmija fil-partita 4 ta’ din it-Taqsima, il-fattura
ta’ taxxa għandha tinħareġ fi żmien wieħed u tletin jum mid-data li fiha jkunu
ingħataw is-servizzi.
(2) Fejn hu meħtieġ li tinħareġ riċevuta fiskali għal provvista ta’ servizzi
professjonali din għandha, sakemm ma tkunx inħarġet qabel ikun sar il-ħlas, tinħareġ
u tingħata lil persuna li tkun għamlet il-ħlas jew lil persuna li tkun irċeviet il-
provvista minnufih wara li jkun sar il-ħlas, sal-limitu ta’ dak il-ħlas:
Iżda fil-każ ta’ provvista msemmija fil-partita 4 ta’ din it-Taqsima, ir-
riċevuta fiskali għandha tinħareġ fid-data li fiha jkunu ingħataw is-servizzi.
(3) Fattura ta’ taxxa jew riċevuta fiskali li tinkludi ħlas għal provvista ta’
servizzi professjonali ma għandha tinkludi ebda ħlas ieħor għal xi provvista oħra.
Taxxa fuq servizzi fejn it-tariffi tal-ħlas huma stabbiliti bil-liġi
6. (1) It-taxxa li għandha titħallas fuq provvista ta’ servizzi professjonali
għandha tkun ta’ ammont b’żieda ma’ l-ammont li jirriżulta li għandu jitħallas għal
dawk is-servizzi skond xi tariffa ta’ ħlas stabbilita bis-saħħa ta’ xi liġi li tkun isseħħ
f’Malta.
(2) Ebda ħaġa f’dil-partita ma għandha titfiehem bħala li tenħtieġ lil xi
persuna li tkun meħtieġa skond il-Liġi li tistma jew tiddikjara l-ħlas li għandu
jitħallas skond dik it-tariffa milli tiddikjara jew tistma wkoll l-imsemmija taxxa.
(3) F’kull kawża għat-twettiq ta’ titolu esekuttiv imsemmi fl-artikolu
253(ċ) tal-Kodiċi ta’ l-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, l-ammont li għalih il-ħlas
jista’ jkun esegwibbli għandu jkun l-ammont li jintwera fit-taxxa ta’ l-ispejjeż in
kwestjoni miżjud b’kull taxxa li għandha titħallas fuq il-provvista ta’ servizzi
professjonali li għalihom tirreferi t-taxxa ta’ l-ispejjeż kif pruvat permezz ta’ fattura
ta’ taxxa jew riċevuta fiskali jew kopja awtentikata tagħha, mehmuża ma’ l-
imsemmija taxxa.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ din il-partita għandhom ikunu
bla preġudizzju għad-dritt tad-debitur li jitlob li jingħata il-fattura ta’ taxxa jew
riċevuta fiskali oriġinali skond il-partita 7 ta’ din it-Taqsima.
Taxxa mitluba minn terzi persuni
7. Id-disposizzjonijiet ta’ din il-partita għandhom japplikaw għal kull kawża
għall-ħlas ta’ drittijiet ta’ servizzi professjonali magħmula kontra persuna li ma
tkunx dik il-persuna li lilha tkun saret il-provvista tas-servizzi:
(a) il-persuna li kontra tagħha tkun saret il-kawża ma għandhiex tkun
marbuta li tħallas l-ammont li jirreferi għat-taxxa, jekk ikun hemm, li
għandha titħallas fuq il-provvista ta’ dawk is-servizzi sakemm l-oriġinal
tal-fattura ta’ taxxa jew riċevuta fiskali għal dawk is-servizzi kif mitlub
fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’ din il-partita ma tingħatax
lilha, jew, fejn il-kawża tkun saret kontra għadd ta’ persuni flimkien, lil
xi wieħed minnhom;
  88  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(b) fattura ta’ taxxa jew riċevuta fiskali mogħtija skond kif imsemmi hawn
fuq għandu jkun fiha, minbarra t-tagħrif meħtieġ skond l-Att:
(i) id-dikjarazzjoni li tidher hawn taħt iffirmata mill-persuna li lilha
jkunu ngħataw l-imsemmija servizzi:
"Niddikjara li ebda kreditu għall-input tax ma ntalab jew ser
jintalab lura minni fir-rigward tas-servizzi professjonali li
għalihom tirreferi din il-fattura ta’ taxxa riċevuta fiskali ";
(ii) meta l-persuna li kontra tagħha tkun saret il-kawża jew it-talba
tkun persuna reġistrata, jew, meta l-kawża tkun saret kontra għadd
ta’ persuni flimkien, jekk xi wieħed minnhom ikun persuna
reġistrata, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-
Valur Miżjud ta’ l-imsemmija persuna reġistrata;
(ċ) meta fattura ta’ taxxa jew riċevuta fiskali għall-ħlas ta’ servizzi
professjonali kif mitlub bid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’ din il-
partita tingħata lil persuna reġistrata li hi marbuta bil-liġi li tħallas jew
tirrifondi l-imsemmi ħlas din għandha għall-għanijiet ta’ dan l-Att
titqies daqslikieku kienet fattura ta’ taxxa għal servizzi professjonali
provduti lilha.
Għażla għall-adozzjoni ta’ skema bażata fuq il-ħruġ ta’ fattura
8. (1) Kull persuna li tipprovdi servizzi professjonali tista’ titlob lill-
Kummissarju jawtorizzaha li tagħti rendikont għaż-żmien ta’ provvisti magħmula
minnha bil-mod kif provdut fl-Att mingħajr ma ssir referenza għal din it-Taqsima u
kull persuna li tkun hekk awtorizzata tista’ titlob lill-Kummissarju biex jawtorizzaha
li tagħti rendikont għaż-żmien ta’ provvisti skond din it-Taqsima.
(2) Il-Kummissarju jista’ jiċħad li jagħti awtorizzazzjoni mitluba skond il-
paragrafu (1) ta’ din il-partita għal xi raguni li tidhirlu xierqa jew mingħajr ma
tingħata ebda raġuni u jista’ jagħti dik l-awtorizzazzjoni taħt dawk il-kundizzjonijiet
li jista’ jidhirlu xieraq li jagħmel, inkluż il-ħlas ta’ kull ammont stabbilit minnu li
jirrapreżenta xi taxxa li, minħabba fil-bidla fil-mod ta’ rendikont dwar it-taxxa, jista’
b’xi mod jibqa’ skopert.
Kif japplika l-Att
9.  Salv b’kull mod ieħor provdut f’din it-Taqsima, id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att u ta’ kull regolament magħmul bis-saħħa ta’ dan l-Att għandhom ikunu
jgħoddu għall-provvisti ta’ servizzi professjonali.
Servizzi
10.  Din it-Taqsima tapplika għal -
(1) Servizzi mogħtija minn persuna li jkollha warrant maħruġ bis-saħħa
ta’ xi liġi fis-seħħ f’Malta li tezerċita l-professjoni tagħha b’mod indipendenti fl-
eżerċizzju ta’ dik l-professjoni.
(2) Servizzi minn grupp ta’ persuni li għandhom warrant maħruġ bis-saħħa
ta’ xi liġi fis-seħħ f’Malta biex jeżerċita professjoni kemm jekk imsieħba f’soċjetà
sew jekk le iżda eskluża soċjetà  kummerċjali.
(3) Servizzi mogħtija minn arbitru fuq talba għal arbitraġġ magħmula
skond l-artikolu 970(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(4) Servizzi mogħtija minn perit ġudizzjarju jew minn espert appuntat
minn qorti jew minn tribunal imwaqqfa skond il-liġi.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   89
Taqsima B
Artikoli 57 u 75
Oġġetti uzati, xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni u antikitajiet
Tifsir
1. F’din it-Taqsima sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(1) "xogħlijiet artistiċi" tfisser -
(a) pitturi, tpinġijiet, u pastelli li jsiru bl-idejn, minbarra oġġetti
manifatturati li jitpinġew jew jiġu dekorati bl-idejn;
(b) inċiżjonijiet, stampi u litografiji oriġinali prodotti f’numri limitati;
(ċ) skulturi u statwarji oriġinali, ta’ kull materjal, u forom ta’ skulturi li l-
produzzjoni tagħhom tkun limitata għal tmin kopji;
(d) tapezzeriji u tessuti li jiddendlu mal-ħajt magħmulin bl-idejn minn
disinji oriġinali sakemm ma jsirux aktar minn tmin kopji.
(2) "oġġetti għall-kollezzjoni" tfisser:
(a) bolli postali, timbri postali, bolli postali ttimbrati bid-data ta’ l-ewwel
jum tal-ħruġ, karti ta’ l-ittri ttimbrati minn qabel u oġġetti simili, u jekk
mhux ittimbrati li ma’ jkunux valuta legali jew li ma jkunx maħsub biex
ikunu valuta legali;
(b) kollezzjonijiet u oġġetti għall-kollezzjoni ta’ nteress żooloġiku,
botaniku, minerarju, anatomiku, storiku, arkejoloġiku, paleontoloġiku,
etnografiku jew ta’ interess numismatiku.
(3) "antikitajiet" tfisser oġġetti minbarra xogħlijiet artistiċi jew oġġetti
għall-kollezzjoni eqdem iżjed minn mitt sena.
(4) "oġġetti użati" tfisser proprjetà  mobbli tanġibbli li tkun tista’ terġa
tintuża kif inhi jew wara li tissewwa, minbarra xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-
kollezzjoni jew antikitajiet u minbarra metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż.
(5) "bejjiegħ ta’ oġġetti użati" tfisser persuna reġistrata li, fil-kors ta’ l-
attività  ekonomika tagħha, tixtri jew takkwista bil-għan tan-negozju tagħha, jew
timporta bl-iskop li tbiegħ, oġġetti użati uċjew xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-
kollezzjoni jew antikitajiet, sew jekk dik il-persuna reġistrata tkun qed taġixxi
f’isimha sew jekk għan-nom ta’ xi persuna oħra skond ftehim li titħallas
kummissjoni fuq dak ix-xiri jew bejgħ.
(6) "irkantatur" tfisser persuna reġistrata li, fil-kors ta’ l-attività  ekonomika
tagħha, toffri oġġetti għall-bejgħ b’irkant pubbliku bl-iskop li tbiegħ dawk l-oġġetti
lil min jagħmel l-ogħla offerta.
(7) "prinċipal ta’ irkantatur" tfisser persuna li tagħti oġġetti lil irkantatur
skond kuntratt li titħallas kummissjoni fuq bejgħ  skond dawn id-disposizzjonijiet li
ġejjin:
(a) l-irkantatur joffri l-oġġetti għall-bejgħ f’ismu iżda għan-nom tal-
prinċipal tiegħu;
(b) l-irkantatur jgħodd l-oġġetti, f’ismu iżda għan-nom tal-prinċipal tiegħu,
  90  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
lill-persuna li tagħmel l-ogħla offerta f’irkant pubbliku.
Bejjiegħ ta’ oġġetti użati
2. Bejjiegħ ta’ oġġetti użati li jagħmel provvisti ta’ oġġetti użati, xogħlijiet
artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni u antikitajiet, għandu jitlob u jiġbor taxxa fuq il-
valur miżjud fuq il-marġni tal-profitt, skond id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din it-
Taqsima.
Provvisti
3. Il-provvisti ta’ oġġetti msemmija fil-partita 2 ta’ din it-Taqsima għandhom
ikunu provvisti ta’ oġġetti użati, xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni u
antikitajiet, magħmula minn bejjiegħ ta’ oġġetti użati, li jkunu ġew provvisti lilu
f’Malta:
(a) minn persuna mhux reġistrata; jew
(b) minn persuna reġistrata oħra, sakemm dik il-provvista ta’ oġġetti minn
dik il-persuna reġistrata l-oħra tkun provvista eżentata skond ta’ t-
Taqsima Tnejn tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ l-Att; jew
(ċ) minn persuna reġistrata oħra, sakemm dik il-persuna reġistrata l-oħra
tkun klassifikata bħala persuna eżentata u tkun tinvolvi kapital attiv;
jew
(d) minn bejjiegħ ieħor ta’ oġġetti użati sakemm il-provvista ta’ oġġetti
minn dak il-bejjiegħ l-ieħor ta’ oġġetti użati tkun tħallset fuqha t-taxxa
fuq il-valur miżjud skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima.
Valur Taxxabbli
4. (1) Il-valur taxxabbli tal-provvisti ta’ oġġetti msemmija fil-partita 3 ta’ din
it-Taqsima għandu jkun il-marġni ta’ profitt magħmul minn dak il-bejjiegħ ta’
oġġetti użati wara li jitnaqqas l-ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud li jirrelata għal
dak il-marġni ta’ profitt.  Dak il-marġni ta’ profitt għandu jkun daqs id-differenza
bejn il-prezz tal-bejgħ mitlub mill-bejjiegħ ta’ oġġetti użati għal dawk l-oġġetti u l-
prezz imħallas għall-akkwist tagħhom.
(2) Għall-għanijiet tal-paragrafu (1) ta’ din il-partita:
(a) "prezz tal-bejgħ" tfisser kull ammont li jagħmel parti mill-prezz mitlub,
jew li għandu, jintalab mill-bejjiegħ ta’ oġġetti użati mingħand ix-
xerrej, u għandu jinkludi kull sussidju li jkollu x’jaqsam direttament
ma’ dik it-transazzjoni, taxxi, dazji, imposti u ħlasijiet jew spejjeż
inċidentali bħal ma huma kummissjoni, ippakkjar, trasport u spejjeż ta’
assigurazzjoni mitluba minn dak il-bejjiegħ ta’ oġġetti użati lix-xerrej
iżda eskluż kull skontijiet, jew ħlas lura ta’ spejjeż imħallsa għan-nom u
akkont tax-xerrej;
(b) "prezz tax-xiri" tfisser kull ma jagħmel parti mill-ħlas kif imfisser fis-
subparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu, imħallas jew li għandu jitħallas,
mill-bejjiegħ ta’ oġġetti użati lill-persuna li tagħmillu l-provvista.
Għażla applikabbli
5. (1) Bejjiegħa ta’ oġġetti użati għandu jkollhom l-għażla li japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, wara li jkun ingħatalhom il-permess bil-miktub
mill-Kummissarju, dwar provvisti ta’:
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   91
(a) xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni jew antikitajiet li jkunu
importaw huma stess;
(b) xogħlijiet artistiċi pprovduti lilhom mill-artist li jkun għamilhom jew
mill-eredi tiegħu.
(2) Meta bejjiegħ ta’ oġġetti użati jagħmel l-għażla imsemmija fil-paragrafu (1)
ta’ din il-partita, dik l-għażla għandha tkun tkopri mill-inqas, sentejn kalendarji.
(3) Meta bejjiegħ ta’ oġġetti użati jagħmel l-għażla imsemmija fil-paragrafu (1)
ta’ din il-partita, il-valur taxxabbli għandu jiġi kalkolat skond il-partita 4 ta’ din it-
Taqsima.  Meta l-provvista tkun provvista li għaliha jirreferi is-subparagrafu (a) tal-
paragrafu (1) ta’ din il-partita, il-prezz tax-xiri li għandu jittieħed kont tiegħu fil-
kalkolu tal-marġni ta’ profitt għandu jkun daqs il-valur taxxabbli ta’ l-importazzjoni,
b’żjieda tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa jew li għandha titħallas fuq l-
importazzjoni.  
Input tax
6. (1) Persuni reġistrati ma jkollhomx dritt inaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud
dovuta jew li tkun ħallset fuq oġġetti li ġew, jew li għandhom jiġu, pprovduti lilhom
minn bejjiegħa ta’ oġġetti użati, meta l-provvista ta’ dawk l-oġġetti tkun saret skond
id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.
(2) Meta bejjiegħ ta’ oġġetti użati ikun ta rendikont tat-taxxa fuq il-valur miżjud
skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, ma jkollux dritt jitlob lura:
(a) taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa jew li għandha titħallas fuq xogħlijiet
artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni jew antikitajiet li jkun importa hu
stess;
(b) taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa fuq xogħlijiet pprovduti,
jew li għandhom jiġu provduti, lilu mill-artist li jkun għamilhom jew
mill-eredi tiegħu;
(ċ) taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa fuq xogħlijiet artistiċi
provduti, jew li għandhom jiġu provduti, lilu minn persuna reġistrata li
ma tkunx bejjiegħ ta’ oġġetti użati.
Konteġġi separati
7. Meta bejjiegħ ta’ oġġetti użati jagħmel provvisti li għalihom tirreferi din it-
Taqsima u provvisti oħra, huwa għandu jżomm kontijiet separati biex jiddistingwi
bejn il-provvisti li għalihom tirreferi din it-Taqsima u dawk il-provvisti l-oħra.
Fattura ta’ xiri
8. Meta provvista ta’ oġġetti użati lill-bejjiegħ ta’ oġġetti użati tkun saret minn
persuna li ma tkunx għamlet il-provvista ta’ dawk l-oġġetti fit-twettiq ta’ l-attività
ekonomika tagħha, dak il-bejjiegħ għandu joħroġ fattura ta’ xiri fiż-żmien meta
dawk l-oġġetti ikunu ġew provduti lilu, u għandu jkun fiha dan it-tagħrifli ġej:
(a) in-numru tal-fattura ta’ xiri;
(b) id-data tax-xiri;
(ċ) l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;
(d) l-isem u l-indirizz tax-xerrej;
(e) deskrizzjoni ta’ l-oġġetti;
(f) il-prezz sħiħ imħallas;
  92  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(g) referenza relattiva għar-reġistrazzjoni fil-kotba tal-kontijiet tax-xerrej
dwar dik it-transazzjoni;
(h) il-firma tal-bejjiegħ.
Fattura ta’ bejgħ
9. Bejjiegħ ta’ oġġetti użati li jagħmel provvista li għaliha tirreferi din it-
Taqsima ma għandux joħroġ fattura ta’ taxxa jew xi dokument ieħor li jkun juri li xi
ammont jkun taxxa jew li jkun attribwibbli għal taxxa, iżda għandu joħroġ fattura ta’
bejgħ li jkun fiha t-tagħrif li ġej u għandu jżomm kopja tagħha:
(a) in-numru tal-fattura tal-bejgħ;
(b) id-data tal-bejgħ;
(ċ) l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur
miżjud tal-bejjiegħ;
(d) l-isem u l-indirizz tax-xerrej;
(e) deskrizzjoni ta’ l-oġġetti;
(f) il-prezz sħiħ inkluża t-taxxa;
(g) referenza relattiva għar-reġistrazzjoni fil-kotba tal-kontijiet tal-bejjiegħ
dwar dik it-transazzjoni;
(h) din id-dikjarazzjoni li ġejja li tiġi ffirmata mill-bejjiegħ: "Niddikjara li
ma ntalab jew ser jintalab ebda kreditu għal input tax minni dwar
oġġetti mibjugħin f’din il-fattura."
Għażla li tista’ ssir minn bejjiegħa ta’ oġġetti użati
10. (1) Bejjiegħ ta’ oġġetti użati jista’ jagħti kont għat-taxxa fuq il-valur
miżjud skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ l-Att dwar kull provvista li għaliha
jirreferu il-partiti 2 u 3 ta’ din it-Taqsima, mingħajr ebda referenza għal din it-
Taqsima.
(2) Meta bejjiegħ ta’ oġġetti użati hekk jagħżel dwar:
(a) il-provvista ta’ xogħlijiet artistiċi, oġġetti għall-kollezzjoni jew
antikitajiet li jkun importa hu stess, ikollu d-dritt jitlob lura it-taxxa fuq
il-valur miżjud imħallsa jew li għandha titħallas fuq l-importazzjoni ta’
dawk l-oġġetti;
(b) il-provvista ta’ xogħlijiet artistiċi li tkun saret lilu minn min ikun
għamilhom, ikollu d-dritt jitlob lura t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta
jew imħallsa fuq dawk ix-xogħlijiet artistiċi provduti lilu;
(ċ) il-provvista ta’ xogħlijiet artistiċi li tkun saret lilu minn persuna
reġistrata li ma tkunx bejjiegħ ta’ oġġetti użati, ikollu d-dritt jitlob lura
it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa fuq ix-xogħol artistiku
provdut lilu.
(3) Id-dritt li tintalab lura input tax fuq provvisti li għalihom jirreferi il-
paragrafu (1) ta’ din il-partita iseħħ fiż-żmien li fih għandha tinbagħat id-denunzja
tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
Bejgħ b’irkant pubbliku
11. (1) Meta irkantatur jagħmel provvista ta’ oġġetti użati, xogħlijiet artistiċi,
oġġetti għall-kollezjoni jew antikitajiet b’irkant pubbliku, meta jkun qed jaġixxi
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   93
f’ismu, skond ftehim li bis-saħħa tiegħu titħallas kummissjoni fuq il-bejgħ ta’ dawk
l-oġġetti b’irkant pubbliku, għan-nom ta’:
(a) persuna mhux reġistrata’; jew
(b) persuna reġistrata oħra sakemm il-provvista ta’ l-oġġetti mill-persuna
registrata l-oħra isir skond ftehim li bis-saħħa tiegħu titħallas
kummissjoni fuq il-bejgħ jew ix-xiri u tkun provvista eżentata skond it-
Taqsima Tnejn tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ l-Att; jew
(ċ) persuna reġistrata oħra sakemm il-provvista ta’ l-oġġetti mill-persuna
registrata l-oħra tkun tinvolvi attiv kapital u ssir skond ftehim li bis-
saħħa tiegħu titħallas kummissjoni fuq il-bejgħ jew ix-xiri u sakemm
dik il-persuna reġistrata l-oħra tkun klassifikata bħala persuna eżentata;
jew
(d) bejjiegħ ta’ oġġetti użati ieħor, sakemm il-provvista ta’ oġġetti minn
dak il-bejjiegħ ta’ oġġetti użati l-ieħor issir skond kuntratt li bis-saħħa
tiegħu titħallas kummissjoni fuq il-bejgħ jew ix-xiri u jkun suġġett għat-
taxxa fuq il-valur miżjud skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-
Taqsima.
Il-valur taxxabbli ta’ kull provvista ta’ oġġetti għandu jkun dak speċifikat
fil-paragrafi l-oħra ta’ din il-partita.
(2) Il-valur taxxabbli ta’ kull provvista ta’ oġġetti li għalihom japplika l-
paragrafu (3) ta’ din il-partita jkun l-ammont sħiħ mitlub lix-xerrej mill-irkantatur
skond il-paragrafu (4) ta’ din il-partita, nieqes:
(a) l-ammont nett mħallas jew li għandu jitħallas mill-irkantatur lill-
prinċipal tiegħu, stabbilit skond il-paragrafu (3) ta’ din il-partita, u
(b) l-ammont ta’ taxxa dovut mill-irkantatur dwar dik il-provvista.
(3) l-ammont nett li mħallas jew li għandu jitħallas mill-irkantatur lill-prinċipal
tiegħu għandu jkun daqsinsew id-differenza bejn:
(a) il-prezz ta’ l-oġġetti fl-irkant pubbliku, u
(b) l-ammont ta’ kummissjoni miksuba jew li għandha tinkiseb mill-
irkantatur mingħand il-prinċipal tiegħu, taħt kuntratt li bis-saħħa tiegħu
titħallas dik il-kummisjoni fuq dak il-bejgħ.
(4) Irkantatur għandu jagħti lix-xerrej fattura ta’ bejgħ li jkun fiha dan it-tagħrif
li ġej:
(a) in-numru tal-fattura tax-xiri;
(b) id-data tal-bejgħ;
(ċ) l-isem, l-indirizz u numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur
miżjud tal-bejjiegħ;
(d) l-isem u l-indirizz tax-xerrej;
(e) deskrizzjoni ta’ l-oġġetti;
(f) il-prezz ta’ l-oġġetti fl-irkant;
(g) taxxi, dazji, imposti u spejjeż;
(h) spejjeż inċidentali bħal ma huma kummissjoni, pakkettjar, spejjeż ta’
trasport u assigurazzjoni mitluba  mill-irkantatur lix-xerrej;
(i) referenza relattiva għat-transazzjoni mniżżla fil-kotba tal-kontijiet tal-
bejjiegħ;
  94  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(j) din id-dikjarazzjoni li ġejja li tiġi ffirmata mill-bejjiegħ: "Niddikjara li
ma ntalab jew ser jintalab ebda kreditu għal input tax minni dwar l-
oġġetti mibjugħin fuq din il-fattura.".
Il-fattura ta’ bejgħ m’għandha turi ebda ammont ta’ taxxa fuq il-valur
miżjud separatament.
(5) L-irkantatur li lilu jkunu ngħataw l-oġġetti skond ftehim li bis-saħħa tiegħu
titħallas kummissjoni fuq bejgħ b’irkant pubbliku għandu joħroġ fattura lill-
prinċipal tiegħu, li jkun fiha dan it-tagħrif li ġej:
(a) numru konsekuttiv tal-fattura;
(b) id-data tat-transazzjoni;
(ċ) l-isem u l-indirizz tal-prinċipal;
(d) l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur
miżjud ta’ l-irkantatur;
(e) deskrizzjoni ta’ l-oġġetti;
(f) l-ammont tat-transazzjoni (jiġifieri l-prezz ta’ l-irkant ta’ l-oġġetti
nieqes l-ammont tal-kummissjoni miksuba jew li għandha tinkiseb
mingħand il-prinċipal;
(g)  il-firma tal-prinċipal:
Iżda meta l-prinċipal ikun persuna reġistrata, il-fattura hekk maħruġa
għandha sservi bħala l-fattura ta’ taxxa li tkun meħtieġa li tinħareġ skond it-Tlettax-
il Skeda li tinsab ma’ l-Att.
(6) Irkantaturi li jipprovdu oġġetti skond il-kondizzjonijiet speċifikati fit-
paragrafu (1) ta’ din il-partita, għandhom juru fis-suspense account tal-kotba
tagħhom:
(a) l-ammonti miksuba jew li għandhom jinkisbu  mix-xerrej ta’ l-oġġetti;
(b) l-ammont imħallas lura jew li għandu jitħallas lura lill-bejjiegħ ta’ l-
oġġetti.
L-ammonti msemmija hawn qabel għandhom ikunu sostanzjati bid-
dokumentazzjoni relevanti.
(7) Il-provvista ta’ oġġetti minn irkantatur għandha titqies li tkun saret fiż-
żmien meta jsir il-bejgħ ta’ dawk l-oġġetti b’irkant pubbliku.
Oġġetti li jittieħdu lura fil-pussess
12. Meta xi oġġetti jittieħdu lura fil-pussess -
(a) taħt il-patti ta’ xi ftehim finanzjarju; jew
(b) minn xi assiguratur fil-konklużjoni ta’ claim taħt polza ta’ l-
assigurazzjoni; jew
(ċ) minn mortgagee skond id-drittijiet tiegħu taħt mortgage fuq bastiment
jew ajruplan,
u jiġu provvduti mill-persuna li tkun ħadithom lura fil-pussess tagħha fl-istess
kundizzjoni bħal ma kienu fiha fiż-żmien meta ttieħdu lura fil-pussess, dik il-
provvista minn dik il-persuna ma għandha titqies la bħala provvista ta’ oġġetti u
lanqas bħala provvista ta’ servizzi.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   95
Taqsima Ċ
ġ Artikolu 57 (2) (ċ) (e)ħ
Provvisti minn Bejjiegħa bl-Imnut u minn Kuntratturi ta’ Inġinerija Ċivili,
Mekkanika u Elettrika
1.  Din it-Taqsima tirreferi għal -
(a) bejjiegħa bl-imnut;
(b) kuntratturi ta’ inġinerija ċivili, mekkanika u elettrika.
2.  Il-Kummissarju jista’ jordna li ż-żmien ta’ provvisti magħmula minn jew lil
persuna reġistrata li għaliha tirreferi din it-Taqsima għandu jkun iż-żmien meta jsir
jew jiġi riċevut ħlas, skond il-każ, ta’ dawk il-provvisti, sal-limitu ta’ kull ħlas bħal
dak, u li l-valur taxxabbli ta’ dawk il-provvisti għandu jiġi stabbilit b’riferenza għal
kull ħlas bħal dak li jkun sar jew ġie riċevut.
3.  Direttiva skond il-partita 2 ta’ din it-Taqsima għandha tingħata bil-mezz ta’
avviż bil-miktub jew b’avviż li jiġi pubblikat fil-Gazzetta, u tista’, b’avviż bħal dak,
tiġi emendata jew revokata. Sakemm ma jiġix speċifikat xort’oħra, dik id-direttiva
għandha tkun tapplika għall-provvisti kollha magħmula mill-persuna jew lill-
persuna li tkun irċeviet dik id-direttiva b’seħħ mid-data ta’ dik id-direttiva u sakemm
dik id-direttiva tiġi revokata.
4.  Meta ordni mogħti skond il-partita 2 ta’ din it-Taqsima jiġi msewwi jew
imħassar, il-Kummissarju jista’ jeħtieġ lill-persuna li lilha jkun ingħata dak l-ordni,
li tħallas taxxa f’dak l-ammont li l-Kummissarju jista’ jidhirlu xieraq u raġonevoli
biex jagħmel tajjeb għat-taxxa fuq provvisti li, minħabba dik it-tiswija jew tħassir,
jista’ ma jkunx b’mod ieħor kopert u dik it-taxxa titqies, għall-għanijiet kollha ta’
dan l-Att li tkun it-taxxa li għandha titħallas fuq provvisti taxxabbli magħmula min
dik il-persuna fid-data li dik it-tiswija jew tħassir isir effettiv.
5.  Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima ordni li jingħata skond
id-disposizzjonijiet tal-partita 1 ta’ din it-Taqsima, ma għandux japplika għal xi
provvista li għaliha jirreferu l-partiti 4, 5 u 8 tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Taqsima D
ġ Artikolu 57 (2)(a)ħ
Aġenti ta’ l-Ivvjaġġar
Tifsir
1. F’din it-Taqsima "aġent ta’ l-ivvjaġġar" għandha l-istess tifsira mogħtija
lilha fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Servizz ta’ l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta,
jew f’xi Att ieħor li jissostitwih, u għandha tinkludi operatur ta’ vjaġġi: iżda meta
tirreferi għal persuna stabbilita barra minn Malta, din it-tifsira għandha tiftiehem
daqslikieku r-referenza għal liċenza kienet imħollija barra.
Applikazzjoni
2. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom joperaw għall-operat ta’
aġenti ta’ l-ivvjaġġar, meta l-aġent ta’ l-ivvjaġġar jaġixxi max-xerrej f’ismu stess u
juża l-provvisti u servizzi ta’ persuna oħra fil-provvista ta’ faċilitajiet għall-
ivvjaġġar:
Iżda din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għal aġent ta’ l-ivvjaġġar li jkun
  96  KAP. 406. ħ     TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
qiegħed jaġixxi bħala intermedjarju u jkun qiegħed sempliċement iħallas lura spejjeż
lil persuna oħra għan-nom u in akkont ta’ dik il-persuna li tkun ser tivvjaġġa.
Is-servizzi provduti għandhom jitqiesu li jkunu saru fi transazzjoni waħda
3. Kull transazzjoni magħmula minn aġent ta’ l-ivvjaġġar għall-benefiċċju ta’
persuna li tkun ser tivvjaġġa li jkollha x’taqsam ma’ dak il-vjaġġ għandha titqies
bħala provvista waħda ta’ servizzi provduti minnu lil dik il-persuna.
Lok ta’ provvista
4. Il-lok ta’ provvista ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar għandu jitqies li jkun il-lok fejn
dak l-aġent ikun stabbilit.
Valur taxxabbli
5. Il-valur taxxabbli ta’ proovisti li għalihom tirreferi l-partita 3 ta’ din it-
Taqsima magħmula minn agent ta’ l-ivvjaġġar għandu jkun id-differenza bejn in-
nefqa, inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ l-aġent ta’ l-ivvjaġġar għall-akkwist
ta’ dawk il-provvisti u l-prezz totali, eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, imħallas
mill-persuna li tkun ser tivvjaġġa, meta l-provvisti jkunu għall-benefiċċju dirett ta’
dik il-persuna li tkun ser tivvjaġġa:
Iżda meta provvista magħmula lil aġent ta’ l-ivvjaġġar tkun meħtieġa skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li tkun appoġġata minn fattura ta’ taxxa, għandu
jittieħed kont biss tan-nefqa ta’ dik il-provvista għall-għanijiet ta’ din il-partitita,
jekk l-aġent ta’ l-ivvjaġġar ikollu f’idejh dik il-fattura ta’ taxxa.
Input tax
6. It-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa minn aġent ta’ l-ivvjaġġar lil persuni
reġistrati oħra fuq provvisti magħmula minn dawk il-persuni reġistrati lil dak l-aġent
ta’ l-ivvjaġġar għall-benefiċċju dirett tal-persuna li tkun ser tivvjaġġa ma għandhiex
tkun eliġibbli li titnaqqas jew titħallas lura.
Setgħat tal-Kummissarju
7. Il-Kummissarju jista’ jagħti dawk id-direttivi lil, u jeħtieġ dak it-tagħtif
mingħand, aġent ta’ l-ivvjaġġar hekk kif huwa jista’ jqis li jkun meħtieġ sabiex tkun
tista’ titħaddem sew din it-Taqsima.
Dokumentazzjoni
8. Aġent ta’ l-ivvjaġġar għandu jżomm, b’żieda ma’ kull dokumentazzjoni
meħtieġa skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, dik id-dokumentazzjoni
oħra li tkun meħtieġa hekk li jkun jista’ jiġi aċċertat l-ammont ta’ taxxa li għandu
jitħallas taħt din it-Taqsima.
Taqsima E
( Artikoli 57 u 75)
Taxxa fil-Periklu
1. Meta f’kuntratt partikolari ta’ provvista, u biex ikun assigurat il-ħlas
regolari tat-taxxa skond l-Att, il-Kummissarju jista’ permezz ta’ avviż bil-miktub
lill-partijiet ta’ dak il-kuntratt jordna li l-persuna li tkun irċeviet il-provvista
għandha titqies li tkun għamlet dik il-provvista lilha nnifisha fit-twettiq jew fit-
tkomplija ta’ l-attività  ekonomika tagħha u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att, inkluż l-
obbligu li tagħti rendikont u tħallas it-taxxa, għandhom hekk jinqraw u jiftehmu.
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD ġ KAP. 406.   97
2. Meta ordni li għaliha tirreferi l-partita 1 ta’ din it-Taqsima jkun ingħata
mill-Kummissarju, il-persuna li tkun irċeviet dik il-provvista għandha żżomm,
b’żieda ma’ kull dokumentazzjoni meħtieġa skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
l-Att, kull dokumentazzjoni oħra li tista’ tkun meħtieġa hekk li jkun jista’ jiġi
aċċertat l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas taħt din it-Taqsima.
3. Meta tkun ingħatat ordni mill-Kummissarju skond id-disposizzjonijiet tal-
partita 1 ta’ din it-Taqsima, il-fattura ta’ taxxa li tenħtieġ li tinħareġ skond l-Att
mill-persuna li tagħmel il-provvista, għandha minflok it-tagħrif meħtieġ fil-partita
2(1)(j) tat-Tlettax-il Skeda li tinsab ma’ l-Att, tindika l-kliem "ordni skond it-
Taqsima E tal-Ħmistax-il Skeda li tinsab ma’ l-Att".
4. Meta tkun ingħatat ordni mill-Kummissarju skond id-disposizzjonijiet tal-
partita 1 ta’ din it-Taqsima, dik l-ordni ma għandha bl-ebda mod tillimita d-dritt li
tintalab lura xi input tax li għaliha xi waħda minn dawn il-persuni li tkun
ingħatatilhom l-ordni, ikun għad għandha d-dritt li titlob skond id-disposizzjonijiet
l-oħra ta’ l-Att.
