SELF LOKALI ġ KAP. 407.        1
KAPITOLU 407
ATT DWAR SELF LOKALI
Biex jawtorizza li somma ta’ mhux iżjed minn mitt miljun lira Maltija
tinġabar b’self f’Malta sabiex tkopri nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul is-sena 1998 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-
sena 1999.
7 ta’ Mejju, 1999
Sar liġi bl-Att III ta’ 1-1999.
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
Kap. 174.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Att, "dħul" għandha l-istess tifsir
bħalma għandha fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
Finanzjarja u l-Verifika, iżda ma tinkludix dħul minn self lokali.
Awtorità  li 
jinġabar self.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Gvern
ta’ Malta jista’ jiġbor b’self f’Malta somma ta’ flus li ma tkunx
iżjed minn mitt miljun lira Maltija.
Kap. 161.
(2) Sabiex jinġabar is-self imsemmi, il-Ministru responsabbli
għall-finanzi huwa b’dan awtorizzat li joħrog stock f’Malta taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli
Reġistrati) b’dawk il-patti u kundizzjonijiet hekk kif l-imsemmi
Ministru jista’ japprova.
Skop.
tiġi approprjata u wżata biex tkopri nefqa ikbar mid-dħul li seħħet
fil-Fond Konsolidat matul is-sena 1998, u n-nefqa li hemm
maħsuba li sseħħ matul is-sena 1999:
Iżda kull ammont misluf bis-saħħa ta’ dan l-artikolu iktar
mill-ammont attwalment meħtieġ għal dawk l-għanijiet u li jifdal
bħala bilanċ fil-Fond Konsolidat fi tmiem is-sena 1999, għandu
jintuża biex jagħmel tajjeb għan-nefqa ikbar mid-dħul fil-Fond
Konsolidat matul l-ewwel sena sussegwenti, u li fiha ssir dik in-
nefqa akbar.
