ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI) ġ KAP. 408. 1
KAPITOLU 408
ATT DWAR ATTI NUTARILI 
(PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
Biex jipprovdi dwar it-tqegħid ta’ Atti Nutarili fl-Arkivji qabel ma dawn
jiġu spezzjonati skond l-artikolu 117 ta’ l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u
l-Arkivji Nutarili, Kap. 55.
12 ta’ Lulju, 1999
L-Att X ta’ l-1999, kif emendat bl-Att VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor. 
(Provvedimenti Temporanji).
Tifsir. 
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 296.
"applikazzjonijiet li jsiru fir-Reġistru ta’ l-Artijiet" tfisser talbiet
li jsiru skond u b’mod konformi mal-provvedimenti ta’ l- Att dwar
ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet;
"arkivji" u "arkivist" tfisser l-arkivji u 1-arkivist imsemmija fl-
artiko1u 95 tal-Liġi Nutarili;
"atti nutarili mhux spezzjonati" u "atti mhux spezzjonati" tfisser
dawk l-atti nutarili oriġinali li ma jkunux ġew spezzjonati u
mqegħdin fl-arkivji skond l-artikolu 117 tal-Liġi Nutarili;
"kummissarju speċjali" tfisser kummissarju speċjali għall-atti
nutarili maħtur skond l-artikolu 3;
Kap. 55.
Arkivji Nutarili;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Arkivji Nutarili;
Kap. 56.
"noti li jsiru fir-Reġistru Pubbliku" tfisser noti li jiddaħħlu fir-
Reġistru Pubbliku skond u b’mod konformi mal-Liġi Nutarili jew
ma’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku;
"Qorti ta’ Reviżjoni" tfisser il-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti
Nutarili, li hemm imsemmija fl-artikolu 110 tal-Liġi Nutarili.
(2) Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra,
indiċijiet, atti nutarili, reġistri u volumi jirreferu għal dawk il-
frażijiet bħalma huma wżati fil-Liġi Nutarili.
Kummissarju 
speċjali għall-atti 
nutarili.
Emendat:
VI. 2001.31.
3. (1) Il-Ministru għandu sa mhux aktar tard minn xahrejn
mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att jaħtar Kummissarju li jkollu s-
setgħat u l-funzjonijiet stabbiliti b’dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ f’kull żmien jaħtar aktar kummissarji
speċjali hekk kif iċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu.
(3) Kummissarju speċjali għandu jinħatar mill-Ministru għal
żmien mhux aktar minn tlett snin hekk kif jista’ jiġi stabbilit fl-ittra
tal-ħatra tiegħu, u huwa jista’ jerġa’ jinħatar mill-ġdid għal perijodi
oħra li kull wieħed minnhom ma jkunx ta’ iżjed minn tmintax-il
2 KAP. 408. ħ ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
xahar.
(4) (a) Ħadd ma jkun kwalifikat li jinhatar bħala kummissarju
speċjali kemm-il darba huwa ma jkunx -
(i) mħallef irtirat jew maġistrat irtirat ; jew
(ii) nutar li jkun irtira mill-prattika legali; jew
(iii) avukat jew prokuratur legali; jew
(iv) uffiċċjal pubbliku mpjegat mal-Gvern mhux
inqas minn grad ta’ prinċipal:
Iżda uffiċċjal pubbliku li jkun assenjat fl-
Arkivji ma jkunx kwalifikat li jinħatar bħala
kummissarju speċjali.
(b) Kummissarju speċjali li ma jkunx imħallef irtirat jew
maġistrat irtirat, jew nutar irtirat, avukat jew
prokuratur legali, ma jistax jitħalla jispezzjona
testmenti.
(ċ) Kummissarju speċjali ma jistax jibda jispezzjona atti
kemm-il darba huwa ma jkunx ħalef quddiem l-Avukat
Ġenerali l-ġurament tal-kariga kif ġej:
"Jiena.........................naħlef li nwettaq bl-aħjar ħila li
għandi l-kariga ta’ Kummissarju Speċjali għall-Atti
Nutarili. Hekk Alla jgħinni.".
Nutar jista’ jitlob li 
jqiegħed fl-Arkivji 
atti mhux 
spezzjonati.
4. (1) Kull nutar jista’ jitlob li jqiegħed fl-Arkivji atti nutarili
mhux spezzjonati li huwa jkun irċieva:
Iżda ma tista’ ssir ebda talba bhal dik għar-rigward ta’ atti
mhux spezzjonati li n-nutar ikun irċieva wara Ġunju tas-sena li fiha
ssir it-talba jekk it-talba ssir wara Ġunju ta’ xi sena li tkun, u wara
Diċembru tas-sena ta’ qabel jekk it-talba ssir qabel Ġunju ta’ xi
sena li tkun.
(2) Dik it-talba għandha ssir permezz ta’ rikors li jiġi
ppreżentat fil-Qorti ta’ Reviżjoni li fih il-kummissarju speċjali
jintalab biex jistabbilixxi l-jum, ħin u lok meta l-kummissarju
speċjali jkun se jispezzjona l-atti nutarili.
(3) Flimkien mar-rikors in-nutar għandu jippreżenta nota li
tkun turi:
(a) l-għadd ta’ volumi ta’ atti inter vivos u testmenti li
dwarhom tkun tirreferi t-talba;
(b) l-għadd ta’ atti f’kull volum;
(ċ) l-għadd ta’ paġni f’kull volum fejn jiġi ndikat in-
numru ta’ l-ewwel u ta’ l-aħħar paġna;
(d) in-numru progressiv ta’ l-ewwel att u ta’ l-aħħar att f’
kull volum;
(e) id-data ta’ l-ewwel att u ta’ l-aħħar att f’kull volum;
(f) dikjarazzjoni li tkun tgħid li r-reġistri ta’ dawk l-atti
jkunu tlestew; u
(g) dikjarazzjoni li n-noti li jsiru fir-Reġistru Pubbliku
jkunu kollha ġew imdaħħla fir-Reġistru Pubbliku u li l-
applikazzjonijiet li jsiru fir-Reġistru ta’ l-Artijiet dwar
ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI) ġ KAP. 408. 3
dawk l-atti li jkunu jinsabu ġewwa l-volumi jkunu
kollha saru.
(4) Ir-rikors u n-nota li jkunu ġew ippreżentati skond ma
hemm f’dan l-artikolu għandhom jiġu notifikati lill-kummissarju
speċjali mir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Reviżjoni fi żmien tlett ijiem
tax-xogħol minn meta dawn ikunu ġew ippreżentati.
(5) (a) Il-kummissarju speċjali għandu, sa mhux aktar tard
minn xahar mid-data tal-preżentata tar-rikors magħmul
skond ma hemm fis-subartikolu (2), b’taħrika ffirmata
minnu, jordna lin-Nutar sabiex iġib miegħu l-atti mhux
spezzjonati f’għamla llegata flimkien mal-indiċijiet
rispettivi tagħhom f’dak il-jum, hin u lok kif jiġu
ndikati fit-taħrika, u kull volum għandu jiġi spezzjonat
mill-kummissarju speċjali limitatament biex jiġi żgurat
li n-nota ppreżentata skond ma hemm fis-subartikolu
(3) tkun waħda korretta għar-rigward tal-
partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi (b) sa (e) ta’ l-
istess subartikolu ta’ dan l-artikolu għar-rigward ta’
kull volum.
(b) Il-kummissarju speċjali jista’ jistaqsi lin-Nutar, meta
jkun possibbli, li jikkorreġi kull nuqqas ta’ akkuratezza
fin-numerazzjoni ta’ l-atti, fl-impaġnar tagħhom u fis-
sekwenza tagħhom.
(ċ) Il-kummissarju speċjali għandu fuq 1-aħħar paġna ta’
kull volum jikteb u jiffirma d-dikjarazzjoni li dak il-
volum ġie spezzjonat minnu skond ma jeħtieġ dan l-
Att.
(6) (a) Il-kummissarju speċjali għandu iktar minn hekk
jagħmel proċess verbal ta’ dik l-ispezzjoni fejn jindika
kull diskrepanza li tirriżulta mill-partikolaritajiet
mogħtija fin-nota ppreżentata skond is-subartikolu (3)
ta’ dan l-artikolu. Il-proċess verbal għandu jkun
ffirmat mill-kummissarju speċjali u min-nutar.
Flimkien mal-proċess verbal il-kummissarju speċjali
għandu jehmeż kopja tan-nota hawn aktar qabel
imsemmija, li għandha tkun iffirmata wkoll mill-
kummissarju speċjali u min-nutar.
(b) Fi żmien sebat ijiem tax-xogħol mid-data tal-proċess
verbal, il-kummissarju speċjali għandu jara li -
(i) kopja tiegħu tiġi ppreżentata fir-Reġistru tal-
Qorti ta’ Reviżjoni; u
(ii) kopja tiegħu tiġi notifikata lin-nutar.
(7) Fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol mid-data tal-
proċess verbal imsemmi fis-subartikolu (6), il-kummissarju speċjali
għandu jqiegħed fl-Arkivji l-volumi ta’ l-atti oriġinali spezzjonati
minnu u l-indiċijiet relattivi tagħhom: Il-kummissarju speċjali
għandu jibgħat żewġ kopji tal-proċess verbal lill-arkivist li għandu
jirnkonoxxi li dawk il-volumi u indiċijiet ikunu waslulu billi
jiffirma kopja minnhom u jibgħatha lura lill-kummissarju speċjali.
(8) Malli l-volumi u l-indiċijiet ikunu għaddew għand l-
4 KAP. 408. ħ ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
Arkivist, dawn għandhom jitqiesu li jkunu ġew regolarment
depożitati fl-Arkivju skond id-disposizzjonijiet tal-Liġi Nutarili:
Iżda ebda ħaġa li tinsab f’dan is-subartikolu ma għandha
tipprekludi xi spezzjoni milli ssir skond id-disposizzjonijiet tal-
Liġi Nutarili ta’ dawk l-atti u tar-reġistri rispettivi tagħhom. Dik l-
ispezzjoni ta’ l-atti li ġew depożitati fl-arkivji għandha ssir ġewwa
l-istess arkivji.
(9) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal nutar għar-
rigward ta’ l-atti nutarili mhux spezzjonati li huwa jkun
konservatur tagħhom skond il-Liġi Nutarili.
Tqegħid bi dmir ta’ 
atti.
5. (1) Kull nutar għandu, sa mhux aktar tard mill-1 ta’
Ottubru, 2000, jippreżenta fir-Reġistru tal-Qorti ta’ Reviżjoni nota
li jkun fiha t-tagħrif u d-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu (3)
ta’ l-artikolu 4 għar-rigward ta’ atti mhux spezzjonati minnu
riċevuti sat-30 ta’ Ġunju, 2000.
(2) In-noti li jiġu ppreżentati skond dan is-subartikolu
għandhom jiġu notifikati lill-kummissarju speċjali għall-Atti
Nutarili fi żmien tlett ijiem tax-xogħol.
(3) Nutar li ma jkunx ħejja r-reġistri kollha għar-rigward ta’
atti mhux spezzjonati li dwarhom jirreferi dan l-artikolu, għandu
jindika fin-nota liema jkunu dawk l-atti li dwarhom għad ikunu
jridu jsiru r-reġistri.
(4) Nutar li jkun għadu ma ppreżentax in-noti li jsiru fir-
Reġistru Pubbliku kollha jew għamel l-applikazzjonijiet li jsiru fir-
Reġistru ta’ l-Artijiet kollha li jirrigwardaw jew li jkunu skond u
konformi ma’ atti mhux spezzjonati li dwarhom jirreferi dan l-
artiko1u, għandu jindika fin-nota liema jkunu dawk l-atti li
dwarhom dawk in-noti u applikazzjonijiet ma jkunux saru jew ma
ġewx preżentati.
(5) Kull nutar għandu fi żmien sena min-nota magħmula skond
ma hemm fis-subartikolu (1) ta dan l-artikolu iħejji dawk ir-reġistri
li jkunu għad iridu jsiru.
(6) Kull nutar għandu fi żmien xahrejn mill-imsemmija nota
jdaħħal fir-Reġistru Pubbliku dawk in-noti li jkunu għadhom
meħtieġa u jagħmel fir-Reġistru ta’ l-Artijiet dawk l-
applikazzjonijiet li jkunu meħtieġa li jsiru.
(7) Mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  ċivili għal
danni, meta xi wieħed mir-reġistri jkun għadu ma ġiex imħejji jew
xi noti tar-Reġistru Pubbliku ma jkunux għadhom ġew reġistrati
jew xi applikazzjonijiet tar-Reġistru ta’ l-Artijiet ma jkunux
għadhom saru, ma jistgħu jiġu mposti ebda pieni dixxiplinari skond
il-Liġi Nutarili u l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet għar-
rigward ta’ xi ommissjoni bħal dik dikjarata skond is-subartikoli
(3) u (4), sakemm ir-reġistri jiġu mħejjija saż-żmien speċifikat fis-
subartikolu (5) u n-noti kollha jiġu mdaħħlin u l-applikazzjonijiet
kollha jsiru fiż-żmien speċifikat fis-subartikolu (6).
(8) Minkejja kull disposizzjoni tal-Liġi Nutarili, meta Nutar
ikun għamel dikjarazzjoni skond is-subartikolu (3) ta’ dan l-
ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI) ġ KAP. 408. 5
artikolu, huwa jista’ jħejji reġistru bhal dak li d-dikjarazzjoni tkun
tirreferi għalih, sew kollu kemm hu sew f’parti minnu, billi jagħmel
fotokopja fuq karta normali ta’ l-atti oriġinali u tad-dokumenti li
jkunu jinsabu ma’ dawk l-atti.
(9) Nutar li jkun għamel dikjarazzjoni skond is-subartikoli (3)
u (4) għandu fi żmien sena mid-dikjarazzjoni msemmija fis-
subartikolu (1) fil-każ tar- reġistri, u fi żmien xahrejn mid-
dikjarazzjoni msemmija fil-każ tan-Noti fir-Reġistru Pubbliku u
applikazzjonijiet fir-Reġistru ta’ l-Artijiet, jippreżenta noti separati
fil-Qorti ta’ Reviżjoni li fihom jindika li kull reġistru pendenti
msemmi fid-dikjarazzjoni jkun ġie mħejji u li kull nota u
applikazzjoni msemmija fid-dikjarazzjoni tkun iddaħħlet jew saret.
In-noti li jkunu ġew ippreżentati skond dan is-subartikolu
għandhom jiġu notifikati fi żmien tlett ijiem tax-xogħol lill-
kummissarju speċjali.
(10) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel dan għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal nutar għar-rigward ta’ atti nutarili
mhux spezzjonati li huwa jkun il-konservatur tagħhom skond il-
Liġi Nutarili.
Spezzjoni ta’ atti li 
għalihom jirreferi 
l-artikolu 5.
6. (1) Il-kummissarju speċjali għandu minn żmien għal żmien
wara l-1 ta’ Ottubru, 2001, b’avviż ffirmat minnu, jħarrek lil dawk
in-Nutara li jkollhom atti mhux spezzjonati skond l-artikolu 5,
sabiex huma jġibu magħhom kull att nutarili mhux spezzjonat
f’għamla llegata bl-indiċijiet rispettivi tagħhom f’dak il-jum, ħin u
lok kif jiġi ndikat fit-taħrika, u kull volum għandu jiġi spezzjonat
mill-kummissarju speċjali limitatament sabiex jaċċerta li l-
partikolaritajiet msemmija fl-artikolu 4(3)(b) sa (e) kif jinsabu fin-
nota magħmu1a skond l-artikolu 5 ikunu korretti.
(2) L-artikolu 4(6) sa (9) għandhom ikunu japplikaw għall-
ispezzjoni li ssir mill-kummissarju speċjali skond is-subartikolu
(1).
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel dan għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal nutar għar-rigward ta’ atti nutarili
mhux spezzjonati li huwa jkun Konservatur tagħhom skond il-Liġi
Nutarili.
Pieni għal ksur ta’ 
dan l-Att.
7. Nutar li jikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att ikun ħati ta’
nuqqas mid-dmirijiet tiegħu u jista’ jeħel il-piena dixxiplinari li
hemm maħsuba fl-artikolu 132 tal-Liġi Nutarili. Dik il-piena
għandha tingħata mill-Qorti ta’ Reviżjoni wara li jkunu saru
proċeduri li għandhom jinbdew permezz ta’ rikors li jiġi ppreżentat
għal dak l-għan mill-kummissarju speċjali. Id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 112 u tat-Titolu II tat-Taqsima VI tal-Liġi Nutarili
għandhom ikunu japplikaw għal dik il-piena dixxiplinari.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
8. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti b’mod ġenerali biex
jitwettqu aħjar id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod
partikolari, huwa jista’ b’dawk ir-regolamenti:
(a) jippreskrivi kull proċedura li għandha tiġi segwita biex
jitwettqu id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
(b) jestendi d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għal atti
6 KAP. 408. ħ ATTI NUTARILI (PROVVEDIMENTI TEMPORANJI)
nutarili mhux spezzjonati wara t-30 ta’ Ġunju, 2000.
