SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 1
KAPITOLU 409
ATT DWAR SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
Sabiex jipprovdi għall-promozzjoni tat-turiżmu, biex jirregola s-servizzi u attivitajiet
turistiċi, biex titwaqqaf awtorità  b’setgħa għal dak il-għan, u għal ħwejjeġ oħra li għandhom
x’jaqsmu magħhom jew li huma inċidentali għalihom.
1 ta’ Settembru, 1999;
11 ta’ Ottubru, 2000;
23 ta’ Frar, 2001;
1 ta’ Jannar, 2002;
31 ta’ Mejju, 2002;
9 ta’ Lulju, 2002;
14 ta’ Marzu, 2003
L-ATT XII ta’ l-1999, kif emendat bl-Atti XXVI ta’ l-2000 u VI ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
TAQSIMA I. Preliminari 1-2
TAQSIMA II.  Amministrazzjoni 3-17
Titolu I - L-Awtorità  tat-Turiżmu ta’ Malta 3-11
Titolu II - Id-Direttorati 12
Titolu III - Il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Turiżmu 13-14
Titolu IV - Disposizzjonijiet ġenerali 15-17
TAQSIMA III. Alloġġ u Stabbilimenti li jipprovdu Ikel 18-26
TAQSIMA IV. Aġenziji tat-Turiżmu li ġej minn barra, Aġenziji ta’ l-
ivvjaġġar u Destination Management Companies 27-31
TAQSIMA V. Ġiti organizzati 32-35
TAQSIMA VI. Gwidi tat-turisti 36-39
TAQSIMA VII. Biex jiġi nfurzat il-kontroll 40-42
TAQSIMA
VIII.
Reati u Pieni 43-45
TAQSIMA IX. Supplimentari 46-53
SKEDI
L-EWWEL SKEDA Provvedimenti dwar il-proċedimenti ta’ l-
Awtorità
IT-TIENI SKEDA Direttorati Eżekuttivi
IT-TIELET SKEDA Proċedimenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar
it-Turiżmu, u appelli minn deċiżjonijiet ta’ dak
il-Bord
IR-RABA’ SKEDA Regolamenti li jibqgħu fis-seħħ
2 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Servizzi ta’ l-
Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"aġent ta’ l-ivvjaġġar" tfisser persuna li, sew bħala prinċipali
sew bħala aġent, tirranġa, tagħti pariri dwar jew tieħu ħsieb li
tipprovdi lil turisti u persuni oħra, sew individwalment sew fi
gruppi, arranġamenti għall-ivvjaġġar għal barra minn Malta,
inklużi l-alloġġ f’lukanda, guest house, hostel, postijiet għall-
vaganzi jew dar li tintuza biex jiġi provdut alloġġ lit-turisti; vjaġġi
bl-ajru, fuq l-art jew bil-baħar; ġiti organizzati u l-affarijiet l-oħra
kollha li normalment jew b’konswetudni huma konnessi ma’ l-
industrija tat-turiżmu; iżda ma tinkludix diriġenti ta’ lukanda,
diriġenti ta’ guest house, diriġenti ta’ postijiet għall-vaganza,
persuna li tipprovdi alloġġ lit-turisti f’dar, gwida tat-turisti,
persuna li tipprovdi servizzi ta’ trasport, aġenzija tat-turiżmu li ġej
minn barra, destination management company, jew operatur ta’ ġiti
organizzati u "aġenzija ta’ l-ivvjaġġar" għandha tiftiehem bl-istess
mod;
"aġent tat-turiżmu li ġej minn barra" tfisser persuna li, sew bħala
prinċipal sew bħala aġent, tirranġa u tagħti pariri jew tieħu ħsieb li
tipprovdi għal turisti u persuni oħra, sew individwalment sew fi
gruppi, arranġamenti ta’ vjaġġar dwar vjaġġar barra mill-pajjiż,
inkluż l-alloġġ f’lukanda, guest house, hostel, post għall-vaganzi
jew dar użata biex tipprovdi alloġġ lit-turisti; l-ivvjaġġar; ġiti
organizzati u l-ħwejjeġ l-oħra kollha li normalment jew
b’konswetudni jkollhom x’jaqsmu ma’ l-industrija tat-turiżmu, iżda
ma tinkludix diriġenti ta’ lukanda, diriġenti ta’ guest house,
diriġenti ta’ hostel, diriġenti ta’ post għall-vaganzi, persuna li
tipprovdi alloġġ lil turisti f’dar, gwida tat-turisti, persuna li
tipprovdi servizzi ta’ trasport, aġenzija ta’ l-ivvjaġġar, destination
management company, jew operatur ta’ ġiti organizzati u "aġenzija
ta’ turiżmu li ġej minn barra" għandha tiftiehem bl-istess mod;
"aġenzija tal-gvern" tfisser korp ġuridiku mwaqqaf b’liġi jew
kumpannija li fiha l-Gvern jew korp ieħor, jew it-tnejn flimkien,
ikollhom il-jedd ta’ kontroll jew li tkun sussidjarja ta’ kumpannija
bħal dik;
"alloġġ" tfisser kamra jew kmamar li jkunu hekk arredati u
mgħammra biex jipprovdu alloġġ li persuna tista’ tgħix fih;
"alloġġjant" tfisser persuna li tiġi provduta b’alloġġ ġewwa
lukanda, guest house, hostel, post għall-vaganzi, post ta’ alloġġ jew
dar li tintuża biex jiġi provdut alloġġ lit-turisti, jew li jkollha dan l-
alloġġ provdut f’xi wieħed minn dawk il-postijiet;
"attività  turistika" tfisser lukanda, guest house, hostel, post
għall-vaganzi, dar li tintuża biex tipprovdi alloġġ lit-turisti,
stabbiliment li jipprovdi ikel, aġenzija ta’ l-ivvjaġġar, destination
management company, aġenzija ta’ turiżmu li ġej minn barra,
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 3
operatur ta’ ġiti organizzati, gwida tat-turisti, u servizzi oħra ta’
turiżmu, sew jekk mogħti liċenza sew jekk le:
Iżda, għall-finijiet ta’ l-artikolu 48(2), il-frażi "attività
turistika" ma tinkludix dar li tintuża biex jiġi provdut alloġġ lit-
turisti meta dik id-dar tkun tikkostitwixxi r-residenza permanenti
tal-persuna li tipprovdi dak l-alloġġ;
"avviż ta’ infurzar" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 41;
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  tat-Turiżmu ta’ Malta mwaqqfa
bl-artikolu 3 u tinkludi kull persuna li taġixxi f’isimha bis-saħħa ta’
setgħat delegati mill-Awtorità  taħt dan l-Att;
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Turiżmu mwaqqaf
bl-artikolu 13;
"dar" tfisser kull bini, ikun kif ikun deskritt, li ma jkunx lukanda,
guest house, hostel, post għall-vaganzi jew post ta’ alloġġ, li jkun
użat jew maħsub li jintuża, għal kollox jew f’parti minnu bħala
abitazzjoni;
"destination management company" tfisser kull persuna li l-linja
prinċipali tal-kummerċ tagħha, kemm bħala prinċipal jew aġent, hi
li toħloq, tippjana u topera programmi motivati u speċjalizzati għal
turisti jew persuni oħra, sew individwalment kif ukoll fi gruppi, u
liema programmi jinkludu li jipprovdu kollha jew xi wħud minn
dawn is-servizzi li ġejjin: alloġġ f’lukanda jew f’xi stabbiliment
ieħor xieraq; ivvjaġġar; faċilitajiet għal konferenzi; ġiti; gwidi;
interpreti; għajnuna teknika; divertiment u kull ħaġ’oħra li hi
normalment konnessa ma’ programmi motivati, kungressi, laqgħat
u konferenzi u incentive travel. Il-kliem "destination management
company" ma jinkludux diriġent ta’ lukanda, diriġent ta’ guest
house, diriġent ta’ postijiet għall-vaganzi, persuna li tipprovdi
alloġġ lit-turisti f’dar, gwida tat-turisti, persuna li tipprovdi
servizzi ta’ trasport, aġent tat-turiżmu li ġej minn barra, aġent ta’ l-
ivvjaġġar jew operatur ta’ ġiti organizzati;
"id-Direttorati" tfisser id-Direttorat ta’ l-Infurzar u dawk id-
direttorati eżekuttivi l-oħra li jiġu stabbiliti taħt l-artikolu 12;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern;
"ġita  organizzata" tfisser kull ġita  organizzata jew tour għal
ħames jew aktar turisti jew persuni oħra lejn wieħed jew aktar
postijiet f’Malta jew madwarha jew trasport, iżda ma tinkludix
servizz li jkun unikament intiż biex jipprovdi trasport; u "operatur
ta’ ġiti organizzati" għandha tiftiehem bl-istess mod;
"guest house" tfisser kull bini, ikun kif ikun deskritt, iżda li ma
jkunx lukanda, u li fih jiġu provduti għall-pubbliku minn tmexxija
komuni, alloġġ, servizzi u faċilitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’
alloġġ; u "diriġent ta’ guest house" għandha tiftiehem bl-istess
mod;
"ġurnata stabbilita", dwar id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 50, 51
u 52, tfisser il-ġurnata li fiha dawn l-artikoli jiġu fis-seħħ;
"gwida tat-turisti" tfisser persuna li tipprovdi servizz ta’ gwida u
li ssieħeb persuni f’Malta u madwarha jew xi parti minnha, jew fi
jew madwar mużewijiet, monumenti u postijiet oħra ta’ interess
4 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
f’Malta;
"hostel" tfisser kull bini, jkun kif ikun deskritt, iżda li ma jkunx
lukanda jew guest house, li fih jiġu provduti għall-pubbliku minn
tmexxija komuni, alloġġ, servizzi u faċilitajiet li għandhom
x’jaqsmu ma’ alloġġ li jkunu ta’ standard bażiku; u "diriġent ta’
hostel" għandha tiftiehem bl-istess mod;
"liċenza" tfisser liċenza maħruġa bis-saħħa ta’ dan l-Att mill-
Awtorità ;
"lukanda" tfisser kull bini, ikun kif ikun deskritt, li fih ikun
provdut għall-pubbliku minn direzzjoni komuni, alloġġ, servizzi u
faċilitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ alloġġ, u jinkludi kull numru
ta’ bini bħal dak li jkun raggruppat flimkien; u "diriġent ta’
lukanda" għandha tiftiehem bl-istess mod;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbii għat-turiżmu;
"operatur", dwar attività  turistika li ma tkunx gwida tat-turisti,
tfisser persuna, li ma tkunx sid, li tkun intitolata li tħaddem dik l-
attività  turistika minn jeddha kif intitolata, direttament jew
indirettament, minn sid;
"pakkett ta’ l-ivvjaġġar" tfisser li tlaqqa’ flimkien u tirranġa bil-
quddiem mhux inqas minn żewġ elementi minn dawn li ġejjin meta
dawn jinbiegħu jew jiġu offerti għall-bejgħ bi prezz wieħed u meta
s-servizz ikun ikopri perijodu ta’ iktar minn erbgħa u għoxrin
siegħa jew ikun jinkludi akkomodazzjoni matul il-lejl:
(a) trasport;
(b) akkomodazzjoni;
(ċ) servizzi oħra tat-turiżmu li ma jkunux anċillari mat-
trasport jew l-akkomodazzjoni u li jkunu l-kawża ta’
proporzjon imdaqqas mill-pakkett, u jkunu jinkludu
dawk l-attivitajiet jew servizzi rranġati bil-quddiem
ukoll, anki meta dawn id-diversi komponenti jinħareġ
għalihom kont separat;
"post għall-vaganzi" jfisser kull bini, ikun kif ikun deskritt, iżda
li ma jkunx lukanda, guest house, hostel jew residenza ordinarja
tas-sid jew tal-kerrej, skond il-każ, li fih jiġu provduti għat-turisti
alloġġ, servizzi, inklużi servizzi ta’ self catering, u faċilitajiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ alloġġ; u jinkludi kull numru ta’ bini bħal
dak li jkun raggruppat flimkien; u "diriġent ta’ post għall-vaganzi"
għandha tiftiehem bl-istess mod;
"reklam" tfisser l-għemil ta’ kull xbiha, kelma, ittra, mudell,
sinjal, kartellun, tabella, avviż, brochure jew disinn, sew jekk
imdawlin sew jekk le, li jkollhom ix-xejra ta’ reklam u li jkunu
wżati għal kollox jew f’parti għal dak l-iskop, avviż jew direzzjoni,
u kull tavlar jew struttura simili wżati jew addattati biex jintwera
reklam; u "tirreklama" għandha tiftiehem bl-istess mod;
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jtemm fil-
31 ta’ Diċembru ta’ sena li tkun:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
mad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att u tintemm fil-31 ta’ Diċembru tas-
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 5
sena ta’ wara;
"sid", dwar attività  turistika li ma tkunx gwida tat-turisti, tfisser
persuna li minn jeddha jew bħala aġent ta’ ħaddieħor ikollha dritt
tirċievi l-kera ta’ l-attività  fejn din tkun mikrija, jew, jekk din ma
tkunx mikrija, li kien ikollha dak id-dritt li kieku dik l-attività
kienet mikrija:
Iżda meta  attività  turistika tkun suġġetta għall-użufrutt, il-
frazi "sid" tinkludi s-sid tan-nuda proprjetà;
"stabbiliment li jipprovdi ikel" tfisser kull bini, lokal jew
stabbiliment ieħor, inkluż kull kjosk, ikun kif ikun deskritt, li
jipprokura b’kumpens ikel u, jew, xorb inkluż kull inbid u spirti,
għall-konsum;
"turist" tfisser persuna li tivvjaġġa lejn post li ma jkunx dak tas-
soltu ambjent tagħha għal inqas minn tnax-il xahar u li toqgħod
għal mill-inqas lejl wieħed fil-post li żżur;
"uffiċjal pubbliku" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"vjaġġatur" tfisser persuna li tidħol f’kuntratt ma’ attività
turistika li jkollha liċenza għall-provdiment ta’ kull servizz dwar l-
ivvjaġġar jew li jkollha x’taqsam ma’ l-ivvjaġġar ta’ xi xorta u ta’
kull xorta minn dik l-attività  turistika li jkollha liċenza.
TAQSIMA II
AMMINISTRAZZJONI
Titolu I - L-Awtorità  tat-Turiżmu ta’ Malta
Twaqqif ta’ l-
Awtorità  tat-
Turiżmu ta’ Malta.
3. (1) B’dan l-Att qed tiġi mwaqqfa awtorità , li tkun
magħrufa bħala l-Awtorità  tat-Turiżmu ta’ Malta, li tkun magħmula
minn hdax-il membru bil-jedd ta’ vot u minn uffiċjal eżekuttiv li ex
officio jkun membru mingħajr vot.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità  li jkollhom vot ikunu:
(a) sitt persuni li jiġu maħtura mill-Ministru minn fost
persuni li jkollhom konoxxenza u esperjenza fuq
ħwejjeġ li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ivvjaġġar u mat-
turiżmu, u li wieħed minnhom għandu jkollu
konoxxenza u esperjenza fuq dak li jigri f’Għawdex; u
(b) persuna li tiġi maħtura mill-Ministru fuq
rakkomandazzjoni ta’ dik l-assoċjazzjoni li l-Ministru
jagħraf bħala li tkun l-aktar rappreżentattiva tas-settur
tal-lukandi; u 
(ċ) persuna li tiġi maħtura mill-Ministru fuq
rakkomandazzjoni ta’ dik l-assoċjazzjoni li l-Ministru
jagħraf bħala li tkun l-aktar rappreżentattiva tas-settur
ta’ aġenti tat-turiżmu u ta’ l-ivvjaġġar; u
(d) persuna li tiġi maħtura mill-Ministru fuq
rakkomandazzjoni tal-linja ta’ l-ajru nazzjonali; u
(e) żewġ persuni li jiġu maħtura mill-Ministru fuq
rakkomandazzjoni ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet l-oħra
6 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
li l-Ministru jagħraf bħala li l-aktar jirrappreżentaw
setturi oħra li jipprovdu servizzi ta’ l-ivvjaġġar u tat-
turiżmu.
(3) Il-president ta’ l-Awtorità  għandu jiġi maħtur mill-Ministru
minn fost dawk il-persuni li jkunu ġew maħtura minnu skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (2). L-uffiċjal
eżekuttiv għandu jiġi maħtur mill-Awtorità  li, għall-għanijiet ta’
dik il-ħatra, għandha titqies li tkun magħmula biss minn dawk il-
membri li jkollhom vot.
(4) Ebda persuna ma tikkwalifika biex tiġi nominata, jew biex
tibqa’, membru ta’ l-Awtorità  jekk hija tkun membru tal-Kamra
tad-Deputati.
(5) Il-membri ta’ l-Awtorità  għandhom jibqgħu fil-kariga għal
żmien ta’ mhux iktar minn tliet snin. Kull membru jista’, qabel ma
jintemm il-perijodu tal-kariga tiegħu, jirriżenja b’ittra indirizzata
lill-Ministru:
Iżda:
(a) il-membri ta’ l-Awtorità  jistgħu jitneħħew mill-kariga
mill-Ministru qabel ma jiskadi l-perijodu tal-kariga
tagħhom meta, fil-fehma tal-Ministru, ikunu ħatja ta’
mġieba ħażina jew meta, fil-fehma tal-Ministru, ikunu
inkapaċi li jaqdu d-dmirijiet tal-kariga tagħhom;
(b) persuna li tkun inħatret mill-Ministru fuq ir-
rakkomandazzjoni ta’ xi persuna oħra ma tibqax f’dik
il-kariga meta  l-persuna li tkun għamlitilha r-
rakkomandazzjoni tiddikjara lill-Ministru li tkun
qiegħda tirtira r-rakkomandazzjoni tagħha dwar dik il-
persuna.
(6) Persuna li ma tibqax membru ta’ l-Awtorità , jekk tkun
kwalifikata, tista’ terga’ tiġi maħtura.
(7) Il-provvedimenti ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att
għandhom japplikaw għall-Awtorità  u jirregolaw il-proċeduri
tagħha.
Setgħat u 
personalità 
ġuridika ta’ l-
Awtorità .
4. (1) L-Awtorità  tkun korp b’personalità  ġuridika distinta u
kapaċi li tħarrek u tiġi mħarrka, li tikkuntratta, li takkwista,
iżżomm u tiddisponi minn proprjetà  u li tagħmel kull ħaġ’oħra jew
li tagħmel kull transazzjoni tkun liema tkun.
(2) Ir-rappreżentanza ta’ l-Awtorità  tkun vestita  fil-president:
Iżda l-Awtorità  tista’ taħtar wieħed jew aktar mill-membri
tagħha, jew wieħed jew aktar mill-uffiċjali tagħha, biex jidhru
f’isimha f’xi proċedimenti ġudizzjarji jew f’xi att, kuntratt, kitba
jew dokument ieħor ikun x’jkun:
Iżda wkoll fejn xi wħud mis-setgħat ta’ l-Awtorità  huma
delegati skond is-subartikolu (3), ir-rappreżentanza ta’ l-Awtorità
tkun vestita  ukoll f’dak l-uffiċjal eżekuttiv jew uffiċjali eżekuttivi
hekk delegat jew delegati safejn ikun neċessarju biex jaqdu tajjeb
is-setgħat lilhom mogħtija.
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 7
(3) L-Awtorità  tista’ tiddelega kull setgħa eżekuttiva tagħha lil
wieħed jew iżjed mill-uffiċjali eżekuttivi tagħha b’dawk il-
kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa:
Iżda s-setgħat ta’ l-Awtorità  li huma konnessi ma’
standards u kontroll jistgħu jiġu biss delegati lid-Direttorat ta’ l-
Infurzar.
Funzjoni ta’ l-
Awtorità.
5. (1) Il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  jkunu:
(a) li tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika;
(b) li tagħti pariri lill-Gvern dwar attivitajiet turistiċi u li
toħroġ liċenzi skond dan l-Att;
(ċ) li tissorvelja, tikklassifika u tikkontrolla l-liċenzjar ta’
u l-istandards li għandhom jiġu provduti minn
attivitajiet turistiċi;
(d) li tikkontribwixxi biex jitjieb il-livell tar-riżorsi umani
fl-industrija tat-turiżmu;
(e) li tagħti pariri lill-Gvern dwar l-ippjanar u l-iżvilupp
ta’ l-industrija tat-turiżmu kif ukoll dwar l-
infrastruttura li ssostni l-industrija tat-turiżmu; u
(f) ġeneralment li tassisti u tagħti pariri lill-Gvern dwar
kull ħaġa li għandha x’taqsam, jew li tolqot, it-
turiżmu, u li torganizza dawk l-attivitajiet u proġetti li
tqis li jkunu idonei għall-funzjonijiet tagħha.
(2) Fl-esekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità  taddotta u
ssegwi l-politika u l-pjanijiet tal-Gvern u barra minn hekk taġixxi
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi oħra li
tapplika; u l-Awtorità  tista’ tagħmel dawk l-investimenti, kif
japprova l-Ministru, u li jkunu meqjusa li jgħinu fil-promozzjoni u
l-avvanz ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika.
(3) Il-Ministru jista’, skond kif jidhirlu xieraq, minn żmien
għal żmien, jagħti bil-miktub u jippubblika dawk id-direttivi dwar
il-politika u l-pjanijiet tal-Gvern li għandhom jiġu addottati u
segwiti mill-Awtorità , u l-Awtorità  għandha, kemm jista’ jkun
malajr, taddotta u ssegwi dawk id-direttivi kollha.
Ħatra ta’ uffiċjali.
li l-Awtorità  minn żmien għal żmien tqis li huma meħtieġa għall-
qadi tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att.
(2) L-Awtorità  għandha wkoll taħtar wieħed mill-uffiċjali
tagħha biex jaġixxi bħala s-segretarju ta’ l-Awtorità .
(3) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-sub-
artikolu (1) l-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil kull uffiċjal pubbliku li jkun qed iwettaq dmirijiet mad-
dipartiment tat-turiżmu impieg permanenti ma’ l-Awtorità  bil-
benefiċċji speċifikati fis-subartikolu (4).
Kap. 93.
Kap. 58.
(4) Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-
Awtorità  offert lilu skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)
għandu, għall-finijiet kollha barra minn dawk ta’ l-Ordinanza dwar
il-Pensjonijiet, u ta’ l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal
8 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
Iltiema, jitqies li temm is-servizz tiegħu mal-Gvern u jidħol fis-
servizz ta’ l-Awtorità  b’effett mid-data li fiha jkun aċċetta l-offerta
jew f’dik id-data li aktar tard jiftiehem ma’ l-Awtorità ; u għall-
finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, servizz ma’
l-Awtorità  jitqies servizz mal-Gvern skond it-tifsir relattiv:
Kap. 93. Iżda għall-għanijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet, l-emolumenti pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal meta
jirtira għandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti pensjonabbli li
jitħallsu lil xi uffiċjal fis-servizz tal-Gvern fi grad u f’livell
inkrementali li jikkorrispondi għall-kariga u livell inkrementali li
jkollu l-uffiċjal meta  jirtira minn ma’ l-Awtorità .
(5) (a) Għall-għanijiet tal-proviso li hemm mas-subartikolu
(4), il-kariġi u l-gradi salarjali ta’ l-Awtorità
għandhom ikunu klassifikati kemm jista’ jkun b’mod
korrispondenti għall-gradi u livelli inkrementali fis-
servizz mal-Gvern ta’ Malta b’riferenza għad-
deskrizzjoni tal-kariga, ħila fis-sengħa, responsabbiltà
u fatturi oħra bħal dawn.
(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) għandha
ssir minn bord magħmul minn president li jiġi maħtur
mill-Ministeru responsabbli għall-finanzi u minn żewġ
membri oħra, wieħed maħtur mill-Ministeru
ċentralment responsabbli għal affarijiet li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-impjegati fis-servizz pubbliku u
wieħed maħtur mill-Awtorità . Il-klassifikazzjoni tkun
suġġetta għall-approvazzjoni finali tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
(ċ) Dik il-klassifikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur
minn kull aġġustament ta’ salarji ta’ impjegati fis-
servizz tal-Gvern u, jew, ta’ impjegati ta’ l-Awtorità .
(d) Ebda kariga m’għandha tiġi klassifikata fi grad ogħla
minn dak ta’ grad 3 fis-servizz tal-gvern jew f’dak il-
grad li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’,
minn żmien għal żmien, jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta.
Kap. 93.
(e) Ħadd ma jista’, wara l-klassifikazzjoni msemmija,
ikollu jedd għal xi dritt skond l-imsemmija Ordinanza
dwar il-Pensjonijiet li jkun inqas favorevoli minn dawk
li kien ikollu jedd għalihom qabel dik il-
klassifikazzjoni.
(6) L-Awtorità  għandha f’Jannar ta’ kull sena tħallas lill-Gvern
id-differenza bejn in-nefqa ta’ pensjonijiet u gratifikazzjonijiet li
jitħallsu fil-waqt ta’ l-irtir mill-Awtorità  u n-nefqa tal-pensjoni jew
gratifikazzjoni skond il-każ, komputata fil-waqt tat-terminazzjoni
tas-servizz ta’ l-uffiċjal mal-Gvern biex jiġi impjegat ma’ l-
Awtorità .
Disposizzjonijiet 
finanzjarji.
7. (1) L-Awtorità  għandha tingħata b’kapital inizjali l-
ammont ta’ mitejn u ħamsin elf lira li jiġi mħallas mill-Gvern mill-
Fond Konsolidat, mingħajr approprjazzjoni oħra barra minn dan l-
Att, b’warrant taħt il-firma tal-Ministru responsabbli għall-finanzi
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 9
li jawtorizza lill-Accountant General biex jagħmel il-ħlas.
(2) Wara dan il-ħlas, l-Awtorità  għandha titħallas mill-Fond
Konsolidat dawk is-somom li l-Kamra tad-Deputati tista’ tapprova.
(3) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47, il-
Ministru jista’, fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità  jagħmel
regolamenti li jippreskrivu l-kontribuzzjonijiet li għandhom
jitħallsu lill-Awtorità  minn attivitajiet turistiċi u minn dawk il-
persuni l-oħra li l-Ministru jista’ jiddikjara li huma benefiċjarji
mill-industrija tat-turiżmu.
(4) L-Awtorità  għandha tara li jiġi mħejji f’kull sena
finanzjarja, u mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat qabel l-għeluq
ta’ dik is-sena, taddotta, estimi tad-dħul u ħruġ ta’ l-Awtorità  għas-
sena finanzjarja li tiġi minnufih wara:
Iżda dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità  għandha
tħejji u taddotta estimi mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara li
jidħol fis-seħħ ta’ dan l-Att.
(5) L-estimi għandhom isiru f’dik l-għamla u għandu jkollhom
dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ estimi ta’ qabel hekk
kif il-Ministru jista’ jordna.
(6) Kopja ta’ l-estimi ta’ l-Awtorità  għandha, malli dawn jiġu
addottati mill-Awtorità , jintbagħtu minnufih lill-Ministru.
(7) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar
tard minn tmien ġimgħat minn mindu jirċievi kopja ta’ l-estimi ta l-
Awtorità , jew, jekk f’xi żmien il-Kamra tad-Deputati ma tkunx qed
tiltaqa’, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi
minnufih wara, jara li dawk l-estimi jitqiegħdu quddiem il-Kamra
flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra tapprova dawk l-estimi. Għandha
tingħata seduta ta’ ġurnata għad-diskussjoni fil-Kamra ta’ dik il-
mozzjoni; u kemm il-mozzjoni kemm l-approvazzjoni ta’ l-estimi
mill-Kamra jistgħu jkunu sew b’emendi sew mingħajr emendi għal
dawk l-estimi.
(8) L-Awtorità  ma tista’ tidħol għal ebda spiza li ma tkunx ġiet
approvata mill-Kamra tad-Deputati:
Iżda:
(a) sakemm jgħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena, l-Awtorità  tista’ tonfoq jew tidħol għal nefqa
biex taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att li
b’kollox ma tkunx akbar minn nofs l-ammont approvat
għas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) kull nefqa approvata dwar kap jew sotto-kap ta’ l-
estimi tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, issir dwar
kap jew sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) jekk f’xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont approvat
mill-Kamra mhux biżżejjed, jew jekk tinqala’ l-ħtieġa
ta’ nefqa għal xi skop mhux provdut fl-estimi, l-
Awtorità  tista’ taddotta estimi supplimentari għall-
approvazzjoni tal-Kamra u, sakemm tingħata dik l-
approvazzjoni, iżda suġġett għall-għoti tagħha, l-
10 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
Awtorità  tista’ f’ċirkostanzi speċjali bl-approvazzjoni
tal-Ministru, tidħol għall-ispiza relattiva; u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att applikabbli għall-estimi
għandhom, sa fejn hu prattikabbli, japplikaw għall-
estimi supplimentari:
Iżda wkoll, dwar l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità ,
dan is-subartikolu għandu japplika bħallikieku n-nefqa totali li l-
Awtorità  tista’ tonfoq jew tidħol għaliha, sakemm l-estimi għal dik
is-sena jiġu approvati mill-Kamra, ma tistax tkun akbar minn nofs
l-ammont muri f’dawk l-estimi.
(9) L-estimi u l-estimi supplimentari kollha approvati mill-
Kamra għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jiġu ppubblikati fil-
Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika.
8. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kontijiet u
dokumentazzjoni oħra xierqa dwar il-ħidma tagħha u għandha tara
li jitlesta prospett ta’ kontijiet għal kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri maħtura minnha:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-Finanzi jista’ jeħtieġ li l-
kotba u dokumentazzjoni oħra ta’ l-Awtorità  jiġu verifikati jew
eżaminati mill-Awditur Ġenerali li, għal dan il-għan, ikollu s-
setgħa li jagħmel dik il-verifika fiżika u kull verifika oħra, u li
jitlob dik l-informazzjoni, kif jidhirlu meħtieġ.
(3) Wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, fl-istess ħin li r-
rapport ta’ ħidma ta’ l-Awtorità  jintbagħat lill-Ministru skond l-
artikolu 9, l-Awtorità  għandha tara li kopja tal-prospett ta’ kontijiet
verifikati kif dovut jiġu mogħtija lill-Ministru flimkien ma’ kopja
ta’ kull rapport magħmul mill-awditur jew awdituri dwar dak il-
prospett jew dwar il-kontijiet ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu jara li kopja ta’ kull prospett u rapport
titqiegħed quddiem il-Kamra flimkien mal-mozzjoni skond l-
artikolu 9 imsemmi.
Rapport annwali. 9. (1) L-Awtorità  għandha, mhux aktar tard minn tnax-il
ġimgħa wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat
lill-Ministru rapport tal-ħidma tagħha matul dik is-sena, li jkun fih
dik l-informazzjoni dwar il-funzjonijiet u l-proċeduri ta’ l-Awtorità
hekk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jeħtieġ flimkien
mal-prospett tal-kontijiet verifikati kif provdut fl-artikolu 8.
(2) Il-Ministru għandu jara li kopja ta’ kull rapport bħal dak
titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fi żmien
ġimgħatejn, jew, jekk f’xi żmien il-Kamra tad-Deputati ma tkunx
qed tiltaqa’ f’sessjoni, fi żmien ġimgħatejn mill-bidu ta’ l-ewwel
sessjoni li tiġi minnufih wara.
Kuntratti ta’ 
provvista jew 
xogħlijiet.
10. Ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru, l-Awtorità
m’għandhiex tagħmel kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew
materjal jew għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew għall-għoti ta’
servizzi, lil jew favur l-Awtorità , li jkun stmat mill-Awtorità  bħala
li jinvolvi spiża li teċċedi l-mitt elf lira jew kull ammont ieħor li l-
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 11
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jippreskrivi, ħlief wara li
jkun ġie pubblikat avviż dwar l-intenzjoni ta’ l-Awtorità  li tagħmel
dak il-kuntratt u jkunu nħarġu offerti kompetittivi.
Eżenzjoni minn 
taxxa.
11. L-Awtorità  tkun eżenti minn ħlas ta’ taxxa fuq l-income
jew taxxa fuq dokumenti.
Titolu II - Id-Direttorati
L-Awtorità  tista’ 
tiddelega 
funzjonijiet 
eżekuttivi lid-
direttorati.
12. (1) Għandu jkun hemm direttorat eżekuttiv li jkun
magħruf bħala d-Direttorat ta’ l-Infurzar li jkun magħmul minn:
(a) persuna, li tinħatar mill-Awtorità , li taġixxi bħala
president; u
(b) żewġ persuni, li jinħatru mill-Ministru, fuq
rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità , u li wieħed
minnhom ikun persuna li jkollu warrant li jeżerċita
bħala avukat jew warrant li jeżerċita  bħala prokuratur
legali li jkun ilu jeżerċita  għal mhux anqas minn
ħames snin.
(2) Għandu jkun hemm ukoll id-direttorati eżekuttivi elenkati
fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, li jkunu magħmula kif
jinsabu hemmhekk deskritti. Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni
ma’ l-Awtorità , b’ordni fil-Gazzetta, jabolixxi xi wieħed jew iktar
minn dawk id-direttorati, jibdel l-għamla tagħhom kif ukoll
jistabbilixxi dawk id-direttorati eżekuttivi l-oħra li huwa jista’
minn żmien għal żmien iqis li jkunu xierqa. Kull direttorat li jiġi
hekk stabbilit ikun magħmul minn president u minn dawk il-
membri l-oħra kif il-Ministru jista’ jistabbilixxi, u dawn għandhom
kollha jiġu maħtura minnu:
Iżda l-Ministru għandu jaħtar lil dawk il-membri minn fost
persuni li jkollhom il-konoxxenza u l-esperjenza fil-qasam tal-
ħidma ta’ xi direttorat partikolari, u li wieħed minnhom għandu
jkollu konoxxenza u esperjenza għar-rigward ta’ Għawdex:
Iżda wkoll il-parti l-kbira minn dawk il-membri għandha
tinħatar minn fost operaturi fis-settur tat-turiżmu.
(3) L-Awtorità  tista’ tiddelega lil dawk id-direttorati u
teħtieġhom iwettqu dawk il-funzjonijiet tagħha li fost ħwejjeġ oħra
jirrigwardaw marketing u promozzjoni, żvilupp ta’ riżorsi umani, l-
ippjanar u l-iżvilupp tal-prodott, servizzi ta’ appoġġ fit-turiżmu,
standards, u dawk il-ħwejjeġ l-oħra kif hija tista’ minn żmien għal
żmien tqis li jkun xieraq; u kull delega tal-funzjonijiet tagħha ssir
kif suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Awtorità  tqis li jkunu
xierqa u dik is-setgħa tista’, f’kull waqt, tittieħed lura, għal kollox
jew in parti, mill-Awtorità .
(4) Id-deċiżjonijiet tad-direttorati, inklużi dawk dwar kull
liċenza u klassifikazzjoni li huma jagħmlu, għandhom jitqiesu
bħala, u għandu jkollhom l-istess saħħa u effett daqslikieku kienu,
deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità , ħlief dwar dawk il-ħwejjeġ li l-
Awtorità  tirriserva b’mod espress għaliha nnifisha jew teħtieġ li
jiġu lilha riferiti biex tieħu deċiżjoni dwarhom.
(5) (a) L-uffiċjal eżekuttiv ewlieni jista’ jattendi għal kull
laqgħa tad-direttorati minbarra dawk tad-Direttorat ta’
12 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
l-Infurzar.
(b) Id-direttur eżekuttiv ta’ direttorat jista’ jattendi għal
kull laqgħa ta’ dak id-direttorat.
(6) Il-membri tad-Direttorat ta’ l-Infurzar u tad-direttorati
eżekuttivi, mwaqqfa skond is-subartikolu (2), għandhom jibqgħu
fil-kariga għal żmien mhux aktar minn tliet snin u għandhom, jekk
ikunu xort’oħra kwalifikati, ikunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
u għal kull regola li tista’ tagħmel l-Awtorità , id-direttorati jistgħu
jirregolaw il-proċeduri tagħhom infushom.
(8) Kull ordni li jsir bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jista’ jiġi emendat, sostitwit jew revokat b’ordni
sussegwenti li jsir bl-istess mod.
Titolu III - Il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Turiżmu
Ħatra ta’ Bord ta’ 
l-Appelli dwar it-
Turiżmu.
13. (1) Għandu jkun hemm bord, li jkun magħruf bħala l-Bord
ta’ l-Appelli dwar it-Turiżmu, magħmul minn avukat li jkun ilu
jipprattika għal mhux anqas minn seba’ snin, li jippresjedi, u minn
żewġ persuni esperti fl-ivvjaġġar u fit-turiżmu, li kull waħda
minnhom tkun maħtura mill-Prim Ministru.
(2) Il-Prim Ministru jista’ wkoll jaħtar listi ta’ membri u f’dan
il-każ tkun responsabbiltà  tas-segretarju tal-Bord li jiddeċiedi kif
għandu jkun magħmul il-Bord biex jisma’ xi appell wieħed jew
aktar, u huwa għandu, sakemm ikun prattiku, jiddeċiedi dwar dan
fuq bażi ta’ rotazzjoni.
(3) Ebda persuna ma tikkwalifika biex tiġi maħtura, jew biex
tibqa’, membru tal-Bord jekk hija tkun -
(a) membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b) uffiċjal pubbliku.
(4) Membru tal-Bord ikun skwalifikat milli jisma’ appell
f’dawk iċ-ċirkostanzi li jiskwalifikaw imħallef f’kawża ċivili, u
f’dan il-każ il-membru jiġi sostitwit b’persuna oħra maħtura mill-
Prim Ministru.
(5) Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal
perijodu ta’ tliet snin, u jkunu jistgħu jerġgħu jinħatru f’dik il-
kariga.
(6) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Prim
Ministru minħabba f’negliġenza gravi, konflitt ta’ interessi, nuqqas
ta’ kompetenza, jew aġir jew ommissjonijiet li ma jixirqux lil
membru tal-Bord.
Funzjonijiet u 
proċedura tal-Bord 
ta’ l-Appelli dwar 
it-Turiżmu.
Emendat:
VI. 2001.32.
14. (1) Il-Bord ikun kompetenti -
(a) li jisma’ u jiddeċiedi appelli magħmula minn xi
persuna li tħoss ruħha aggravata b’deċiżjoni ta’ l-
Awtorità  li tiċhad milli tagħti jew iġġedded, jew li
tirrevoka, jew tissospendi, liċenza; jew li timponi
kondizzjonijiet, limitazzjonijiet jew esklużjonijiet
f’liċenza; u
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 13
(b) li jisma’ u jiddeċiedi appelli magħmula minn xi
persuna li tħoss ruħha aggravata b’deċiżjoni ta’ l-
Awtorità  fuq kull ħaġa li tirrigwarda il-
klassifikazzjoni jew klassifikazzjoni mill-ġdid ta’
attivitajiet tat-turiżmu u l-infurzar ta’ kontroll:
Iżda l-kompetenza tal-Bord tkun limitata li tiżgura li l-
politika tal-Gvern u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi
oħra applikabbli jkunu ġew implimentati jew applikati sew u li d-
diskrezzjoni vestita  fl-Awtorità  tkun ġiet użata b’mod raġonevoli.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu konklużivi ħlief dwar punti
ta’ dritt deċiżi mill-Bord li minnhom ikun hemm appell quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri).
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu jorbtu jekk jittieħdu skond
il-fehma ta’ tnejn mill-membri tiegħu, u l-membru li ma jkunx
jaqbel, jekk ikun hemm, jista’ jagħti l-fehma tiegħu separata; u d-
deċiżjonijiet kollha tal-Bord għandhom jinqraw fil-pubbliku u jiġu
ppubblikati malajr kemm jista’ jkun wara s-seduta li fiha jkunu
ngħataw.
(4) Għandu jingħata avviż minn qabel ta’ mhux inqas minn
erbatax-il jum ta’ kull laqgħa tal-Bord b’dak il-mod li l-Bord
jidhirlu xieraq jew kif jista’ jiġi preskritt taħt l-artikolu 47. Il-Bord
għandu jiltaqa’ għall-ewwel smigħ ta’ l-appell mhux aktar tard
minn xahar minn meta  jkun ġie preżentat l-appell.
(5) Il-Bord jista’ jaħtar esperti u jista’ jeħtieġ kull dipartiment
tal-Gvern jew aġenzija tal-Gvern li jagħtu lill-Bord dik l-
informazzjoni jew parir li l-Bord jista’ jqis li jkun meħtieġ biex
jaqdi kif jixraq il-funzjonijiet tiegħu.
(6) Il-Bord għandu jkollu segretarjat amministrattiv
indipendenti magħmul minn segretarju għall-Bord u dawk l-
uffiċjali jew impjegati oħra li jistgħu jkunu meħtieġa biex il-
kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu jinqatgħu malajr u
b’mod effiċjenti. Is-segretarjat jiġi magħżul u maħtur mill-Bord.
(7) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (6), l-appoġġ amministrattiv u tekniku meħtieġ mill-
Bord biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu għandhom jiġu provduti mill-
Awtorità .
(8) Appelli lill-Bord u t-tmexxija tal-ħidma tal-Bord għandhom
isiru skond ir-regoli li hemm fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att; u fin-nuqqas ta’ regoli, il-Bord jista’ jirregola l-proċeduri
tiegħu stess.
Kap. 12.
(9) Appelli quddiem il-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza
Inferjuri) minn deċiżjonijiet tal-Bord kif provdut fis-subartikolu (2)
għandhom isiru fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta  tkun
ingħatat id-deċiżjoni; u dawk l-appelli għandhom jigu regolati
minn Regoli tal-Qrati magħmula bis-saħħa ta’ l-artikolu 29 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(10) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-rigward tal-preżentata
ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ appelli lill-Qorti ta’ l-Appell
14 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
(Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-artikolu:
Iżda sakemm jiġu stabbiliti dawk id-drittijiet mill-Ministru,
għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li tinsab mal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Titolu IV - Disposizzjonijiet ġenerali
Membri ta’ l-
Awtorità , eċċ., 
jitqiesu uffiċjali 
pubbliċi għal ċerti 
għanijiet.
Kap. 9.
15. Għall-għanijiet tal-Kodiċi Kriminali u ta’ kull
disposizzjoni ta’ xorta penali f’kull liġi oħra, il-membri ta’ l-
Awtorità  u ta’ kull kumitat, bord, kummissjoni jew korp ieħor
imwaqqaf b’dan l-Att, u kull uffiċjal u impjegat tagħhom,
għandhom jitqiesu li huma u jiġu trattati bħallikieku kienu uffiċjali
pubbliċi.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-ismijiet tal-
membri ta’ l-
Awtorità , eċċ.
16. L-ismijiet tal-membri kollha ta’ l-Awtorità , u ta’ kull
kumitat, bord, kummissjoni jew korp ieħor imwaqqaf b’dan l-Att,
inklużi l-listi li minnhom jiġi kostitwit il-Bord, u kull tibdil ieħor
f’dawk il-membri, għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta.
Dikjarazzjoni ta’ 
interess f’kuntratt.
17. (1) Membru ta’ l-Awtorità  u ta’ xi kumitat, kummissjoni
jew korp ieħor imwaqqaf b’dan l-Att (minbarra l-Bord) li jkollu
interess dirett jew indirett f’xi ħaġa partikolari li tiġi kkunsidrata
jew li għandha tiġi kkunsidrata quddiem l-Awtorità  jew dak il-korp
ieħor, għandu jiddikara x-xorta ta’ l-interess tiegħu jew fil-laqgħa
fejn il-kwistjoni tiġi kkunsidrata għall-ewwel darba jew, jekk fid-
data ta’ dik il-laqgħa ma kienx interessat f’dik il-ħaġa, fl-ewwel
laqgħa li jmiss wara li jkun sar hekk interessat.
(2) Membru illi jkollu obbligu li jiddikjara l-interess tiegħu
skond is-subartikolu (1) ma għandux jivvota f’xi laqgħa dwar dik
il-ħaġa partikolari li għandu interess fiha, u jekk jivvota l-vot
tiegħu ma jingħaddx, u lanqas ma għandu jingħadd biex jiġi
stabbilit il-quorum għal dik il-laqgħa.
TAQSIMA III
ALLOĠĠ U STABBILIMENTI LI JIPPROVDU IKEL
Liċenza biex 
tinżamm lukanda, 
guest house, hostel, 
postijiet għall-
vaganzi, 
stabbiliment li 
jipprovdi ikel jew 
dar li tintuża biex 
jiġi provdut alloġġ 
lit-turisti.
18. (1) Ħadd ma jista’ jżomm jew imexxi lukanda, guest
house, hostel, postijiet għall-vaganzi jew stabbiliment li jipprovdi
ikel jekk ma jkunx qabel akkwista u ma jkollux liċenza.
(2) Ħadd ma jista’ jipprovdi alloġġ f’dar lil turisti qabel ma
jikseb liċenza:
Iżda dan is-subartikolu m’għandux japplika għall-
provdiment ta’ akkomodazzjoni bħal dik lil qraba jew ħbieb ta’
bona fidi meta  dik l-akkomodazzjoni tiġi provduta bla ebda ħlas.
(3) Ebda persuna ma tista’ tikri lil turist jew tħalli lil turist
jokkupa taħt xi titolu, xi dar, u lanqas ma tista’ tittrasferixxi lil xi
turist xi jedd għal kiri, jew xi titolu ieħor għal okkupazzjoni, ta’ xi
dar, u ebda turist ma jista’ jikri jew taħt xi titolu jokkupa dar,
lanqas ma jista’ jakkwista xi jedd għal kiri jew xi titolu ieħor għal
okkupazzjoni ta’ xi dar, kemm-il darba ma jkunx hemm dwar dik
id-dar liċenza valida maħruġa mill-Awtorità  li tawtorizza dak il-
kiri, trasferiment jew okkupazzjoni.
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 15
(4) Sakemm ma jkunx ġie provdut xort’oħra fil-liċenza jew
sakemm ma tkunx ġiet revokata skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liċenza bħal dik għandha tibqa’
valida sal-wieħed u tletin ta’ Diċembru li jaħbat minnufih wara d-
data tal-ħruġ tagħha u tista’, wara dak inhar, tiġi mġedda minn sena
għal sena jew għal perijodu ieħor jew perijodi oħra itwal kif jiġi
speċifikat.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), liċenza
tista’ f’ċirkostanzi speċjali tingħata fuq bażi temporanja għal
perijodu ta’ mhux aktar minn disgħin ġurnata, liema perijodu jista’,
jekk tiġi murija raġuni valida, jiġi mġedded għal perijodu ieħor jew
perijodi oħra itwal li b’kollox ma jkunux ta’ iżjed minn disgħin
ġurnata.
(6) Kull liċenza li tkun ġiet revokata jew li ma tkunx ġiet
imġedda għandha tingħata lura lill-Awtorità .
(7) Liċenza tista’ tingħata jew tiġi mġedda suġġetta għal dawk
il-kondizzjonijiet, limitazzjoniiet u esklużjonijiet li l-Awtorità  tqis
li jkunu xierqa.
(8) Fil-każ li lukandier jagħmel kuntratt jew xort’oħra jintrabat
biex jipprovdi akkomodazzjoni u servizzi oħra, jekk ikun il-każ,
fil-lukanda tiegħu u ma jżommx il-kuntratt jew ir-rabta, mingħajr
preġudizzju għal kull jedd jew rimedju ieħor disponnibli lill-
persuna li magħha l-lukandier ikun għamel il-kuntratt jew xort’oħra
ntrabat u mingħajr preġudizzju għal kull linja difensiva li l-
lukandier jista’ jkollu, huwa għandu jara li t-turist jew it-turisti li
lilhom, jew li dwarhom, l-akkomodazzjoni u servizzi oħra kellhom
jiġu provduti, jingħataw akkomodazzjoni u servizzi simili
f’lukanda oħra ta’ l-istess kategorija jew ta’ kategorija ogħla li tkun
tinsab kemm jista’ jkun viċion il-lukanda tiegħu u l-lukandier ikun
responsabbli għall-ħlas ta’ kull differenza bejn il-prezz għall-
akkomodazzjoni u għal servizzi oħra li kellhom jiġu provduti fil-
lukanda tal-lukandier u l-prezz li jitħallas f’dik il-lukanda l-oħra:
Iżda meta  turist jiġi akkomodat f’lukanda ta’ kategorija
iktar baxxa minn dik li fiha kellha tiġi provduta l-akkomodazzjoni
sew għax hekk jagħżel li jagħmel sew għax il-lukandier ma jkunx
jista’ jsiblu lukanda alternattiva kif provdut f’dan is-subartikolu, il-
lukandier għandu, salv kull rimedju ieħor li jista’ jkun disponibbli
għat-turisti jew għall-persuna li tkun għamlet il-kuntratt mal-
lukandier, iħallas minnufih lill-persuna li magħha jkun għamel il-
kuntratt kull differenza bejn il-prezz għall-akkomodazzjoni u
servizzi oħra li kellhom jiġu provduti fil-lukanda tal-lukandier u l-
prezz imħallas fil-lukanda tal-kategorija iktar baxxa.
Kondizzjonijiet li 
taħthom tingħata 
liċenza.
19. (1) Ma għandha tingħata jew tiġi mġedda ebda liċenza
għall-finijiet ta’ l-artikolu 18 ħlief jekk -
(a) il-persuna li tapplika għaliha hi ta’ kondotta tajba u
hija persuna tajba u idonea biex tingħata liċenza għar-
rigward ta’ lukanda, guest house, hostel, postijiet
għall-vaganzi jew stabbiliment li jipprovdi ikel jew li
tipprovdi alloġġ lil turisti f’dar, skond il-każ; iżda jekk
l-applikant tkun persuna ġuridika jew persuna li ma
tkunx il-persuna li sejra tmexxi jew fil-fatt tmexxi l-
16 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
lukanda, guest house, hostel, postijiet għall-vaganzi
jew stabbiliment li jipprovdi ikel jew li sejra tipprovdi
alloġġ f’dar, l-attributi msemmija f’dan il-paragrafu
għandhom f’kull waqt ikunu addottati mill-persuna li
attwalment tkun responsabbli li jitmexxa jew jingħata
dak l-alloġġ jew dik il-persuna illi fil-fatt tesegwixxi
dik it-tmexxija jew tipprovdi dak l-alloġġ. Barra minn
dan, il-persuna li tkun fil-fatt ser tmexxi għandha tkun
kwalifikata u, jew, ikollha esperjenza kif tmexxi għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità ;
(b) il-post li dwaru tkun saret l-applikazzjoni jkun xieraq
u adegwat għall-użu bħala lukanda, guest house,
hostel, post għall-vaganzi, stabbiliment li jipprovdi
ikel jew dar li tintuża biex jiġi provdut alloġġ lit-
turisti;
(ċ) l-użu tal-post bħala lukanda, guest house, hostel,
postijiet għall-vaganzi, stabbiliment li jipprovdi ikel
jew dar li tintuża biex jiġi provdut alloġġ lit-turisti
jkun skond kif mixtieq mill-politika tal-Gvern fiż-
żmien tal-konsiderazzjoni ta’ l-applikazzjoni biex
tingħata l-liċenza.
(2) Lukanda, guest house, hostel, postijiet għall-vaganzi,
stabbiliment li jipprovdi ikel jew dar li tintuża biex jiġi provdut
alloġġ lit-turisti ma għandhiex tuża isem li fil-fehma ta’ l-Awtorità
jkun wieħed mhux mixtieq, mhux xieraq jew qarrieqi.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
20. Liċenza għal lukanda, guest house, hostel, postijiet għall-
vaganzi, stabbiliment li jipprovdi ikel jew dar li tintuża biex jiġi
provdut alloġġ lit-turisti tista’, bil-kunsens bil-miktub ta’ l-
Awtorità , tiġi trasferita  lil kull persuna li fil-fehma ta’ l-Awtorità
għandha attributi msemmija fl-artikolu 19(1)(a).
Klassifikazzjoni. 21. (1) Lukanda, guest house, hostel, postijiet għall-vaganzi,
stabbiliment li jipprovdi ikel liċenzjati għandhom jingħataw dik il-
klassifikazzjoni jew klassifikazzjoni mill-ġdid b’dak il-mod li tkun
tirrifletti l-istandard u l-livell ta’ servizz provdut minn kull wieħed
minnhom skond il-każ:
Iżda l-Awtorità  ma tkunx obbligata li toħroġ klassifika
ġdida qabel ma tgħaddi sena mill-aħħar klassifikazzjoni li tkun tat.
(2) Meta  l-Awtorità  jkun jidhrilha, wara li tkun għamlet dak l-
istħarriġ li jidhrilha xieraq, li lukanda, guest house, hostel, postijiet
għall-vaganzi jew stabbiliment li jipprovdi ikel, ma jkunx qed
jinżamm jew jitmexxa skond l-istandard li titlob il-kategorija fi
żmien il-klassifika, l-Awtorità  tista’ toħroġ klassifika f’kategorija
inqas. Kull klassifikazzjoni mill-ġdid għandha tiġi notifikata lid-
detentur tal-liċenza u għandu jkollha effett mid-data tan-notifika.
(3) Meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14, isir appell
kontra klassifikazzjoni magħmula mill-Awtorità  skond is-
subartikolu (1), dik il-klassifikazzjoni ma tibdiex isseħħ qabel ma
l-appell jiġi deċiż.
(4) Kull ċertifikat ta’ klassifikazzjoni li jkun ġie revokat jew
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 17
sostitwit għandu jingħata lura lill-Awtorità  .
Reklami u wiri.
house, hostel, postijiet għall-vaganzi jew stabbiliment li jipprovdi
ikel, bħala li jkunu ta’ kategorija ogħla minn dik li tagħhom
attwalment ikunu skond il-klassifikazzjoni tagħhom, jew bħala li
joffru faċilitajiet jew servizzi partikolari li fil-fatt ma jkunux
jipprovdu fiż-żmien ta’ dak ir-reklam.
Liċenza u 
klassifikazzjoni 
flimkien.
23. Meta  lukanda, guest house jew postijiet għall-vaganzi
iħaddnu wieħed jew aktar stabbilimenti li jipprovdu ikel, li kollha
kemm huma jkunu taħt l-istess direzzjoni, dawn jistgħu jingħataw
liċenza waħda u klassifikazzjoni waħda:
Iżda l-Awtorità  tista’ tagħti lill-istabbiliment jew
stabbilimenti li jipprovdu ikel eżistenti f’dik il-lukanda, guest
house, jew postijiet għall-vaganzi, klassifikazzjoni jew
klassifikazzjonijiet differenti jekk il-livell tas-servizz li hu provdut
ikun hekk jeħtieġ jew jitlob.
Reġistru ta’ 
alloġġjanti.
24. Kull diriġent ta’ lukanda, guest house, hostel, u ta’ postijiet
għall-vaganzi, għandu jżomm reġistru fil-forma preskritta li fih
għandu jara li kull alloġġjant jikteb ismu flimkien ma’ dawk il-
partikolaritajiet l-oħra li jiġu preskritti.
Ir-reġistru għandu 
jinżamm miftuħ 
għall-ispezzjon tal-
pulizija, eċċ.
25. Kull lukanda, guest house, hostel jew postijiet għall-
vaganzi, għandhom jippreżentaw dak ir-reġistru għall-ispezzjon
kull meta  jkun hekk meħtieġ minn xi uffiċjal tal-pulizija tal-grad
ta’ spettur jew minn xi membru ta’ l-Awtorità  jew minn xi persuna
awtorizzata bil-miktub mill-president ta’ l-Awtorità .
Applikabilità .
tapplika jew titqies li tapplika b’xi mod għal xi monasteru,
kunvent, boarding school (li ma tkunx skola li tipprovdi tagħlim
f’ilsien jew ilsna barranin lit-turisti), kulleġġ jew istitut ta’ karità .
TAQSIMA IV
AĠENZIJI TAT-TURIŻMU LI ĠEJ MINN BARRA, AĠENZIJI 
TA’ L-IVVJAĠĠAR U DESTINATION MANAGEMENT 
COMPANIES
Liċenza għat-
tmexxija ta’ 
aġenzja tat-turiżmu 
li ġej minn barra, 
aġenzija ta’ l-
ivvjaġġar jew 
destination 
management 
company.
27. (1) Ħadd ma jista’ jmexxi, jew ikun responsabbli għat-
tmexxija ta’, negozju ta’ aġenzija tat-turiżmu li ġej minn barra,
aġenzija ta’ l-ivvjaġġar jew destination management company jekk
ma jkunx minn qabel kiseb liċenza.
(2) Sakemm ma tkunx ġiet revokata qabel, kull liċenza għandha
tibqa’ valida sal-wieħed u tletin ta’ Diċembru li jaħbat minnufih
wara d-data tal-ħruġ tagħha u tista’, wara dik id-data, tiġi mġedda
minn sena għal sena jew għal dak il-perijodu jew dawk il-perijodi
itwal kif jiġi speċifikat.
(3) Kull liċenza li tkun ġiet revokata jew li ma tkunx ġiet
imġedda għandha tingħata lura lill-Awtorità .
(4) Tista’ tinħareġ jew tiġġedded liċenza kif suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet, limitazzjonijiet u esklużjonijiet li l-
Awtorità  tista’ tikkonsidra xierqa.
18 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
Kondizzjonijiet li 
taħthom tingħata 
liċenza.
28. Ma għandha tinħareġ jew tiġġedded ebda liċenza għall-
finijiet ta’ l-artikolu 27 ħlief jekk -
(a) il-persuna li tapplika għaliha hi ta’ kondotta tajba u
hija persuna tajba u idonea biex tingħata liċenza għar-
rigward tan-negozju ta’ aġent tat-turiżmu li ġej minn
barra, aġent ta’ l-ivvjaġġar jew destination
management company skond il-każ; iżda jekk l-
applikant tkun persuna ġuridika jew persuna li ma
tkunx il-persuna fiżika li fil-fatt tkun sejra tmexxi l-
aġenzija jew kumpannija, il-persuna li tkun
responsabbli għal dik it-tmexxija jew dik il-persuna
illi fil-fatt tesegwixxi dik it-tmexxija għandha wkoll,
minbarra l-attributi msemmija f’dan il-paragrafu, tkun
kwalifikata u, jew, ikollha esperjenza għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità;
(b) il-persuna li tapplika għal dik il-liċenza jkollha post u
mezzi xierqa għad-disposizzjoni tagħha għat-tmexxija
sew u effiċjenti tan-negozju ta’ aġenzija tat-turiżmu li
ġej minn barra, aġenzija ta’ l-ivvjaġġar jew destination
management company, skond il-każ; u
(ċ) il-persuna li tapplika għal dik il-liċenza turi għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  li f’kull waqt ser ikollha
assigurazzjoni adegwata skond il-ħtiġiet ta’ l-artikolu
31.
Isem ta’ l-aġent tat-
turiżmu li ġej minn 
barra, aġent ta’ l-
ivvjaġġar jew 
destination 
management 
company.
29. Aġent tat-turiżmu li ġej minn barra jew aġent ta’ l-
ivvjaġġar jew destination management company, ma għandux
jipprovdi xi servizz taħt xi isem li fil-fehma ta’ l-Awtorità  jkun
mhux mixtieq jew qarrieqi.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
30. (1) Liċenza biex jitmexxa n-negozju ta’ aġenzija tat-
turiżmu li ġej minn barra jew aġenzija ta’ l-ivvjaġġar jew
destination management company tista’, bil-kunsens bil-miktub ta’
l-Awtorità  miksub minn qabel, tiġi trasferita  fl-isem ta’ kull
persuna li fil-fehma ta’ l-Awtorità  tissodisfa d-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 28.
(2) Aġent tat-turiżmu li ġej minn barra u aġent ta’ l-ivvjaġġar u
destination management company għandhom juru l-liċenza
tagħhom f’post u b’mod prominenti fil-post tan-negozju tagħhom.
Jekk aġent tat-turiżmu li ġej minn barra jew aġent ta’ l-ivvjaġġar
jew destination management company ikunu jaħdmu minn iktar
minn post wieħed ta’ negozju, il-liċenza tagħhom għandha tiġi
murija fil-post prinċipali tan-negozju tagħhom u kopja jew kopji
tal-liċenza tagħhom, maħruġa u hekk ċertifikata mill-Ministru mal-
ħlas tad-dritt preskritt, għandha bl-istess mod tiġi murija f’kull post
ieħor tan-negozju li jkollhom barra mill-post prinċipali tan-negozju
tagħhom.
Assigurazzjoni u 
fond għall-
insolvenza.
31. (1) Kull attività  turistika li teħtieġ liċenza, ħlief għal
liċenza biex wieħed jagħmilha ta’ gwida tat-turisti, għandha
tissodisfa lill-Awtorità l i f’kull waqt tkun koperta b’polza ta’ l-
assigurazzjoni dwar responsabbiltà  lejn terzi persuni. Barra minn
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 19
dan, jekk l-Awtorità  teħtieġ, b’polza ta’ assigurazzjoni addizzjonali
għal indennizz professjonali, liema polza jew poloz għandhom
ikunu jindennizzaw lill-attività  nnifisha, u lil kull persuna li tkun
impjegata magħha, jew li tkun qiegħda xort’oħra taġixxi għal dik l-
attività , f’dak l-ammont, b’dak il-mod u dwar dawk l-affarijiet kif
l-Awtorità  tiddeċiedi.
(2)* Kull attività  turistika li teħtieġ liċenza skond dan l-Att
għandha, minn dik id-data li tiġi speċifikata mill-Awtorità ,
tikkontribwixxi għall-fond ta’ insolvenza li l-Awtorità,  b’dak il-
mod u għal dawk l-ammonti u skond dawk il-kondizzjonijiet, tista’
tistabbilixxi. Il-fond ikun immexxi minn dawk il-persuni, kif l-
Awtorità  tiddeċiedi. Il-fond għandu jipprovdi kumpens lil kull
vjaġġatur, attività  turistika liċenzjata jew turist għal djun li ma
jkunx hemm kontestazzjoni dwarhom jew għal spejjeż inevitabbli
iżda meħtieġa li jitnisslu mill-insolvenza ta’ attività  turistika
liċenzjata.
(3)* L-Awtorità  għandha tara li dawk il-kontribuzzjonijiet li
jkunu meħtieġa li jitħallsu minn attivitajiet turistiċi li jkollhom
liċenza u li l-kondizzjonijiet, esklużjonijiet u limitazzjonijiet tal-
fond għall-insolvenza msemmi fis-subartikolu (2), għandhom kull
sena jiġu pubblikati. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu
raġonevolment relatati mad-daqs u max-xorta ta’ riskju li jkun qed
jiġi aċċettat mill-fond minn kull attività  turistika li jkollha liċenza
partikolari; kull kumpens li jiġi offert mill-fond għandu jiġi
pubblikat fi żmien sitt xhur mill-insolvenza ta’ l-attività  turistika
liċenzjata.
TAQSIMA V
ĠITI ORGANIZZATI
Liċenza biex 
jitmexxa n-negozju 
ta’ operatur ta’ ġiti 
organizzati.
32. (1) Ħadd ma jista’ jmexxi, jew ikun responsabbli għat-
tmexxija ta’ negozju ta’ operatur ta’ ġiti organizzati, jekk ma jkunx
qabel akkwista u ma jkollux liċenza.
(2) Kull liċenza, jekk ma tiġix revokata qabel, għandha tibqa’
valida sal-wieħed u tletin ta’ Diċembru li jaħbat minnufih wara d-
data tal-ħruġ tagħha u tista’, wara dik id-data, tiġi mġedda minn
sena għal sena jew għal dak il-perijodu jew dawk il-perijodi itwal
kif jiġi speċifikat.
(3) Kull liċenza li tkun ġiet revokata jew li ma tkunx ġiet
imġedda għandha tingħata lura lill-Awtorità .
(4) Tista’ tingħata jew tiġġedded liċenza kif suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet, limitazzjonijiet u esklużjonijiet li l-
Awtorità  tikkonsidra xierqa.
Kondizzjonijiet li 
taħthom tingħata 
liċenza.
33. Ma għandha tinħareġ jew tiġġedded ebda liċenza għall-
finijiet ta’ l-artikolu 32 ħlief jekk -
(a) il-persuna li tapplika għaliha hi ta’ kondotta tajba u
hija persuna tajba u idonea biex tingħata liċenza għar-
rigward tan-negozju ta’ operatur ta’ ġiti organizzati;
*Dan is-subartikolu għadu mhux fis-seħħ.
20 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
iżda jekk l-applikant tkun persuna ġuridika jew il-
persuna fiżika li ma tkunx il-persuna li fil-fatt tkun
sejra torganizza l-ġiti organizzati, il-persuna li tkun
responsabbli għal dik l-attività  jew dik il-persuna illi
fil-fatt tesegwixxi dik l-attività  għandha wkoll,
minbarra l-attributi msemmija f’dan il-paragrafu, tkun
kwalifikata u, jew, ikollha esperjenza għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità;
(b) il-persuna li tapplika għal dik il-liċenza jkollha l-
mezzi xierqa għad-disposizzjoni tagħha għat-tmexxija
sew u effiċjenti ta’ ġiti organizzati.
Provdiment ta’ 
servizzi minn 
operatur ta’ ġiti.
34. Operatur ta’ ġiti organizzati m’għandu jipprovdi ebda
servizz - 
(a) taħt isem li fil-fehma ta’ l-Awtorità  ma jkunx wieħed
mixtieq jew xieraq jew ikun wieħed qarrieqi, u
(b) kemm-il darba ma jiġux provduti s-servizzi ta’ gwida
tat-turisti għal xi ġita  bħal dik.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
35. (1) Liċenza biex jitmexxa n-negozju ta’ operatur ta’ ġiti
organizzati tista’, bil-kunsens bil-miktub ta’ l-Awtorità  miksub bil-
quddiem, tiġi trasferita  f’isem kull persuna li fil-fehma ta’ l-
Awtorità  tissodisfa d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 33.
(2) Operatur ta’ ġiti organizzati għandu juri l-liċenza tiegħu
b’mod prominenti fil-post tan-negozju tiegħu. Jekk operatur ta’ ġiti
organizzati jkun jaħdem minn iktar minn post wieħed ta’ negozju,
il-liċenza tiegħu għandha tiġi murija fil-post prinċipali tan-negozju
u kopja jew kopji tagħha, maħruġa u ċertifikata mill-Awtorità  mal-
ħlas tad-dritt preskritt, għandha bl-istess mod tintwera f’kull post
ieħor tan-negozju li jkollu barra mill-post prinċipali tan-negozju
tiegħu.
TAQSIMA VI
GWIDI TAT-TURISTI
Liċenza għal gwida 
tat-turisti.
36. (1) Ebda persuna ma għandha tagħmilha, jew tkun
responsabbli bħala li qiegħda tagħmilha, ta’ gwida tat-turisti jekk
ma tkunx qabel kisbet u ma jkollhiex liċenza.
(2) Kull liċenza, jekk ma tiġix revokata qabel, għandha tibqa’
valida sal-wieħed u tletin ta’ Diċembru li jaħbat minnufih wara d-
data tal-ħruġ tagħha u tista’, wara dik id-data, tiġi mġedda minn
sena għal sena jew għal dak il-perijodu jew dawk il-perijodi itwal
kif jista’ jiġi speċifikat.
(3) Kull liċenza li tkun ġiet revokata jew li ma tkunx ġiet
imġedda għandha tingħata lura lill-Awtorità .
(4) Tista’ tinħareġ jew tiġġedded liċenza suġġetta għal dawk il-
kondizzjonijiet, limitazzjonijiet u esklużjonijiet li l-Awtorità
tikkonsidra xierqa.
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 21
Kondizzjonijiet li 
taħthom tingħata 
liċenza.
37. Ma għandha tinħareġ jew tiġġedded ebda liċenza għall-
finijiet ta’ l-artikolu 36 ħlief jekk -
(a) il-persuna li tapplika għaliha tkun ta’ kondotta tajba u
persuna idonea, tajba u kwalifikata biex tagħmilha ta’
gwida tat-turisti; u
(b) dik il-liċenza, meta toħroġ, tkun skond il-politika
magħrufa tal-Gvern fiż-żmien li dik il-liċenza tkun qed
tiġi konsiderata.
Isem tal-gwida tat-
turisti.
38. Gwida tat-turisti għandha tipprovdi s-servizzi tagħha
f’isimha personali.
Trasferiment ta’ 
liċenza.
39. (1) Liċenza biex tagħmilha ta’ gwida tat-turisti ma tistax
tiġi trasferita  jew assenjata.
(2) Gwida tat-turisti għandha turi l-liċenza tagħha fuq talba ta’
xi membru ta’ l-Awtorità  jew ta’ xi persuna oħra li tkun ġiet
awtorizzata bil-miktub għal hekk mill-Awtorità  jew mill-uffiċjal
eżekuttiv ewlieni ta’ l-Awtorità  jew ta’ xi persuna li tkun talbet is-
servizzi tagħha jew li lilha jkunu ġew offerti s-servizzi tagħha.
TAQSIMA VII
BIEX JIĠI NFURZAT IL-KONTROLL
Sorvejlar fuq 
attivitajiet turistiċi.
40. L-Awtorità  għandha tissorvelja u tikkontrolla kull attività
turistika biex tiżgura li attivitajiet turistiċi huma mwettqin biss
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’osservanza ta’ kull
deċiżjoni leġittima skond dan l-Att; u għall-għanijiet ta’ dak is-
sorveljar u kontroll il-President tad-Direttorat ta’ l-Infurzar jew
kull persuna minnu awtorizzata biex jiġi nfurzat il-kontroll għandu
jkollha l-jedd f’kull ħin li tidħol u tispezzjona kull attività  turistika,
li ma tkunx gwida tat-turisti.
Notifika ta’ avviż.
titwettaq mingħajr il-liċenza, jew li xi kondizzjonijiet li għalihom
il-liċenza għal attività  turistika tkun soġġetta ma jkunux qegħdin
jiġu mħarsa, jew li xi attività  turistika li jkollha liċenza tkun
qiegħda titmexxa kontra xi disposizzjonijiet u regolamenti ta’ dan
l-Att jew li ġraw ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-revoka ta’ liċenza, l-
Awtorità  għandha tinnotifika lis-sid ta’ l-attività  turistika jew lill-
gwida tat-turisti, skond il-każ, b’avviż biex l-attività  turistika tieqaf
minnufih, jew, f’dawk il-każijiet li ma jkunux jirrigwardaw attività
turistika li ma jkollhiex liċenza, li dik l-attività  turistika tieqaf
minnufih jew li dik l-irreġolarità  tiġi korretta.
(2) Kopja ta’ l-avviż mogħti taħt is-subartikolu (1) tiġi
notifikata wkoll lill-operatur ta’ dik l-attività  turistika u lil kull
wieħed mill-impjegati f’dik l-attività  turistika u kopja ta’ l-avviż
għandha titwaħħal f post prominenti fid-dħul ta’ kull bini użat għal
attività  turistika jew li jkollu x’jaqsam ma’ dik l-attività .
(3) Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan l-artikolu, avviż mogħti
taħt is-subartikolu (1) (f’dan l-Att imsejjaħ ukoll "avviż ta’
infurzar") għandu -
(a) dwar kull ħtieġa li twaqqaf jew tipprojbixxi l-
22 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
oprazzjoni ulterjuri ta’ attività  turistika, jkollu effett
minnufih hekk kif l-avviż jiġi notifikat;
(b) f’każijiet oħra jkollu effett minnufih hekk kif l-avviż
jiġi notifikat jew meta jgħalaq iż-żmien li jiġi
speċifikat fl-avviż.
(4) Kull persuna li tħossha aggravata b’avviż ta’ infurzar lilha
notifikat tista’, fi żmien ħmistax-il ġurnata min-notifika ta’ l-avviż,
tappella quddiem il-Bord; u l-Bord -
(a) jekk ikun sodisfatt li liċenza kienet fis-seħħ taħt dan l-
Att għal dik l-attività  turistika li għaliha jirreferi l-
avviż ta’ infurzar, jew li ma kienet meħtieġa ebda
liċenza għaliha, skond il-każ, jew li l-kondizzjonijiet li
għalihom dik il-liċenza kienet suġġetta ġew imħarsa, u
li l-attività  turistika li għaliha l-avviż ta’ infurzar
jirreferi kienet qiegħda titmexxa skond id-
disposizzjonijiet u kull regolament ta’ dan l-Att,
għandu jħassar l-avviż ta’ infurzar appellat jew dik il-
parti minnu kif il-Bord jidhirlu;
(b) f’kull każ ieħor, għandu jiċħad l-appell.
(5) Appell jissospendi l-effett ta’ l-avviż appellat ħlief meta
dan ikun ipprojbixxa u/jew waqqaf attività  turistika. Jekk l-appell
jiġi milqugħ, l-avviż ma jkollux aktar effett.
(6) Meta  l-appell ma jiġix milqugħ, il-Bord jista’, barra milli
jwaqqaf jew jipprojbixxi kull attività  turistika, jindika data li fiha l-
avviż jibda jseħħ.
Disposizzjonijiet 
supplementari 
dwar l-infurzar.
42. (1) Jekk xi passi jew azzjonijiet oħra, li jistgħu jittieħdu
fl-avviż ta’ infurzar, iżda ma jkunux ittieħdu fiż-żmien speċifikat
fl-avviż, l-Awtorità  tista’ tidħol fl-attività  turistika, minbarra gwida
tat-turisti, u tieħu dawk il-passi li jkun hemm bżonn anki dik li
tagħlaq dik l-attività  turistika jew azzjoni oħra skond iċ-
ċirkostanzi, u tista’ għal dak l-iskop titlob l-għajnuna tal-pulizija li
jistgħu jeżerċitaw is-setgħat li għandhom biex jipprevjenu r-reati u
biex jinfurzaw il-liġi u jżommu l-bonordni.
 (2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, ebda mandat
kawtelatorju jew ordni oħra m’għandha tinħareġ jew tingħata minn
ebda qorti, li żżomm l-Awtorità  milli tezerċita  xi waħda mis-
setgħat mogħtija lilha b’dan l-artikolu.
(3) L-ispejjeż kollha li tkun daħlet għalihom l-Awtorità  biex
tesegwixxi avviż ta’ infurzar taħt dan l-artikolu jkunu jistgħu jiġu
rkuprati bħala dejn ċivili mill-Awtorità , mingħand il-persuna li
f’dak iż-żmien tkun is-sid ta’ l-attività  turistika jew, fil-każ ta’
gwida tat-turisti, mingħand il-gwida tat-turisti li għaliha jirreferi l-
avviż ta’ infurzar, bla ħsara għall-jedd ta’ dik il-persuna li
tiġborhom mingħand xi persuna oħra.
TAQSIMA VIII
REATI U PIENI
Reati u pieni. 43. (1) Kull min -
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 23
(a) mingħajr ma jkollu liċenza, imexxi xi attività  turistika
jew jippermetti li xi attività  turistika titmexxa minn
jew fi proprjetà  li tagħha jkun is-sid jew koproprjetarju
jew li minnha jew fiha jkun seta’ mexxa dik l-attività  li
kieku kellu liċenza valida; jew
(b) meta jkollu liċenza, jonqos li jħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi kondizzjoni,
restrizzjoni jew limitazzjoni oħra li għaliha tkun
suġġetta l-liċenza; jew
(ċ) wara li jkun ġie notifikat b’avviż ta’ infurzar jew avviż
ieħor taħt l-artikolu 41, jonqos milli jħares xi waħda
mill-ħtiġiet ta’ dak l-avviż fiż-żmien speċifikat fih jew
minnufih, skond il-każ; jew
(d) iżomm, jostakola, jimmolesta jew xort’oħra jfixkel,
jew jipprova jżomm, jostakola, jimmolesta jew ifixkel,
xi uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-Awtorità , jew xi
uffiċjal tal-pulizija, fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu
skond il-liġi, jew jonqos milli jagħmel dak li
raġonevolment jiġi mitlub li jagħmel minn uffiċjal,
impjegat, aġent jew uffiċjal tal-pulizija jew xort’oħra
milli jgħinhom fil-qadi ta’ dawk id-dmirijiet tagħhom,
jew li xjentement jagħti lil dak l-uffiċjal jew impjegat
jew aġent jew uffiċjal tal-pulizija informazzjoni falza;
jew
(e) xjentement jagħmel dikjarazzjoni għal xi skop
partikolari ta’ dan l-Att li tkun falza, qarrieqa jew
mhux korretta f’xi aspett materjali; jew
(f)* jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31,
ikun ħati ta’ reat u għandu, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux
anqas minn ħames mitt lira u mhux aktar minn għaxart elef lira, u
f’kaz ta’ reat taħt il-paragrafu (b), jew dwar reat taħt il-paragrafu
(ċ), jekk il-ħati jibqa’ għaddej bir-reat għal aktar minn tliet xhur,
ukoll għal priġunerija għal żmien ta’ mhux anqas minn tliet xhur u
mhux aktar minn tliet snin.
(2) Il-qorti, minbarra li tagħti l-piena msemmija fis-subartikolu
(1), għandha tordna lill-ħati biex ineħħi l-kawżi tar-reat u li jreġga’
lura kull ħaġa li tkun saret mingħajr liċenza jew li jħares il-
kondizzjonijiet imposti fil-liċenza, skond il-każ, fi żmien biżżejjed
għal dak l-iskop, iżda f’ebda każ għal żmien itwal minn tliet xhur
mid-data tas-sentenza, kif jiġi stabbilit mill-qorti; u, jekk il-ħati
jonqos milli jħares xi ordni fiż-żmien hekk stabbilit, jeħel multa ta’
mhux anqas minn ħames mitt lira u mhux aktar minn ħamest elef
lira, kif il-qorti tistabbilixxi, għal kull ġurnata li n-nuqqas ikompli
wara li jiskadi l-imsemmi żmien.
Kap. 446.
japplikawx dwar reati msemmija fis-subartikolu (1).
*Fis-seħħ għal dak li jirreferi biss għall-artikolu 31(1).
24 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
Kap. 9.
(4) Proċedimenti kontra persuna għal xi reat imsemmi fis-
subartikolu (1) għandhom jittieħdu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati
(Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), skond il-każ, bħala
qorti ta’ ġudikatura kriminali skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali:
Kap. 9.
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 376(1)(b)
tal-Kodiċi Kriminali, il-qorti għandha, fuq talba tal-prosekuzzjoni
jew ta’ l-akkużat, tniżżel ix-xiehda mogħtija bil-mod provdut jew
fl-artikolu 390(6) ta’ l-imsemmi Kodiċi jew f’xi liġi oħra.
(5) Fi prosekuzzjoni kontra persuna akkużata li tkun żammet
jew mexxiet lukanda, guest house, hostel, jew postijiet għall-
vaganzi mingħajr liċenza kif provdut fl-artikolu 18(1), jew li tkun
akkużata li pprovdiet alloġġ lit-turisti, li ma jkunux ħbieb jew
qraba in bona fide li jiġu provduti b’dak l-alloġġ mingħajr ebda
ħlas, mingħajr liċenza kif provdut fl-artikolu 18(2), ikun biżżejjed
għall-prosekuzzjoni li tipprova li l-akkużat kellu l-kontroll tal-fond
li dwaru jkun akkużat; u li meta  saret spezzjoni f’dak il-fond,
nstabu fih xi turist; li f’dak il-fond kien hemm faċilitajiet għall-
irqad; li f’dak il-fond nstabu oġġetti personali ta’ dak it-turist; u li
l-fond ma kellux liċenza, u ma jkunx meħtieġ li jinġiebu bħala
xhieda dak it-turist jew dawk it-turisti jew dawk l-oġġetti personali
bi prova, u l-qorti għandha tqis dik l-akkuża bħala waħda ppruvata
kemm-il darba l-akkużat ma jġibx prova li dak it-turist jew dawk it-
turisti kienu debitament alloġġati ġewwa fond liċenzjat jew li dak
it-turist jew dawk it-turisti kienu ħbieb jew qraba in bona fide.
(6) Fi prosekuzzjoni kontra persuna li tiġi akkużata bħala
kompliċi f’xi reat wieħed jew aktar minn dawk elenkati fis-
subartikolu (5), ikun biżżejjed għall-prosekuzzjoni li tipprova li l-
fond li dwaru tkun qiegħda ssir l-akkuża ma kienx liċenzjat kif
hemm provdut fl-artikolu 18(1) u (2), skond il-każ; li, meta  saret l-
ispezzjon f’dak il-fond, kien nstab fih xi turist; li f’dak il-fond kien
hemm faċilitajiet għall-irqad; li f’dak il-fond nstabu oġġetti
personali ta’ dak it-turist; u li l-akkomodazzjoni fil-fond tkun
inkisbet minn jew għal dik il-persuna permezz ta’ l-intervent, isir
kif isir, ta’ l-imputat, u l-prosekuzzjoni ma jkollhiex il-ħtieġa li
ġġib bħala xhud lil dak it-turist jew bħala prova dawk l-oġġetti
personali, u l-qorti għandha tqis dik l-akkuża bħala ppruvata
kemm-il darba l-imputat ma jġibx prova li qabel ma daħal biex
jikseb dik l-akkomodazzjoni, għamel stħarrig diliġenti dwar il-
liċenza tal-fond jew li, fiċ-ċirkostanzi, huwa ma setax b’mod
raġonevoli jkun jaf li l-fond ma kellux liċenza.
Kopji ċertifikati ta’ 
ċerti dokumenti.
44. F’kull proċediment jew prosekuzzjoni skond dan l-Att,
kopja ta’ kull ordni, avviż, deċiżjoni jew dokument ieħor li juri li
jkun sar skond dan l-Att u li juri li jkun ġie ffirmat mill-President
ta’ l-Awtorità  jew mill-Uffiċjal Eżekuttiv ta’ l-Awtorità , għandha
tiġi aċċettata bħala prova ta’ l-ordni, avviż, deċiżjoni jew dokument
ieħor, u tal-fatti li jidhru fiha, mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda prova
oħra.
Proċedura speċjali. 45. (1) Minkejja kull liġi oħra li tipprovdi għal proċedimenti u
pieni dwar reati, meta  l-Awtorità  jkollha tassew għaliex taħseb li
persuna tkun ikkommettiet reat kontra dan l-Att, barra minn reat
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 25
skond l-artikolu 43(1)(ċ), l-Awtorità  tista’ tagħti lil dik il-persuna
avviż bil-miktub fejn tiddeskrivi r-reat lil dik il-persuna li tkun
qiegħda tiġi akkużata u tindika l-passi li għandhom jittieħdu sabiex
jiġi rimedjat dak ir-reat u l-penali li tbati għal dak ir-reat:
Iżda l-Awtorità  ma tistax titlob il-ħlas ta’ penali ta’ aktar
minn elf lira.
(2) Meta  jkun ingħata avviż skond dan l-artikolu, il-persuna
msemmija fl-avviż tista’, fi żmien wieħed u għoxrin ġurnata min-
notifika ta’ l-avviż, taċċetta r-responsabbiltà  għar-reat speċifikat fl-
avviż u f’dak l-istess żmien, jew dak iż-żmien ulterjuri li l-Awtorità
tista’ tippermetti, tirrimedja għar-reat u tħallas, jew tintrabat bil-
miktub li tħallas, il-penali indikata fl-avviż jew dik il-penali li l-
Awtorità  tista’ taċċetta minflokha, u f’kull każ bħal dan -
(a) il-persuna msemmija fl-avviż titqies li tkun għamlet ir-
reat u li tkun ammettiet il-ħtija tagħha, u l-penali
mħallsa, jew li tkun intrabtet li tħallas, għandha tkun
il-penali li kellha titħallas;
(b) jekk ir-reat jiġi rimedjat u l-penali titħallas f’dak iż-
żmien, ebda proċedimenti oħra ma jkunu jistgħu
jittieħdu kontra dik il-persuna dwar l-istess fatti;
(ċ) jekk il-penali ma titħallasx f’dak iż-żmien ulterjuri kif
imsemmi qabel, din għandha titqies bħallikieku kienet
multa ordnata biex titħallas mill-qorti li kien ikollha
kompetenza li tisma’ l-każ dwar ir-reat, u jistgħu
jittieħdu proċedimenti bħallikieku kienet ordni ta’ dik
il-qorti.
Kap. 9.
(3) Jekk persuna li lilha jingħata avviż taħt is-subartikolu (1)
ma taċċettax ir-responsabbiltà  għar-reat jew, wara li tkun aċċettat
dik ir-responsabbiltà  , tonqos milli tirrimedja r-reat fiż-żmien
imsemmi, għandhom jinbdew kontriha l-proċedimenti ordinarji
skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, ta’ dan l-Att u ta’
kull liġi oħra li tapplika għal dak ir-reat.
Kap. 9.
Ġenerali għandu dejjem ikollu dritt ta’ appell quddiem il-Qorti ta’
Appelli Kriminali minn kull sentenza mogħtija fi proċedimenti li
joħorġu minn dan l-Att jew minn kull regolamenti, regoli jew
ordnijiet magħmulin biss-saħħa tiegħu.
TAQSIMA IX
SUPPLIMENTARI
Setgħa li tagħmel 
regolamenti 
tinkludi s-setgħa li 
tirrevoka, eċċ.
Kap. 249.
46. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Interpretazzjoni, kull setgħa mogħtija b’dan l-Att biex jinħarġu
liċenzi, jingħataw klassifikazzjonijiet u jinħarġu regolamenti,
regoli, ordnijiet, listi u skedi tinkludi s-setgħa li minn żmien għal
żmien dawn jiġu revokati, sospiżi, sostitwiti, emendati jew
mibdula.
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
Emendat:
XXVI. 2000.18.
47. (1) Il-Ministru jista’, bir-rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità,
jagħmel regolamenti biex jirregola jew xort’oħra jipprovdi dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet turistiċi sabiex
26 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
jagħti effett aktar sħiħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, b’mod
partikolari, jista’ b’dawk ir-regolamenti -
(a) jirregola l-istandards, il-livell ta’ servizzi u faċilitajiet
f’attivitajiet turistiċi, kif ukoll kull ħaġ’oħra li
għandha x’taqsam magħhom, wara li titqies kull
konsiderazzjoni rilevanti, inkluża l-politika dwar it-
turiżmu;
(b) jeħtieġ li xi kategorija jew klassi ta’ impjegati f’xi
ħidma tat-turiżmu għandu jkollha dawk il-liċenzi jew
għandu jkollha dawk iċ-ċertifikati ta’ kompetenza kif
jiġi preskritt;
(ċ) jirregola kuntratti ta’ time-share u l-promozzjoni ta’, u
servizzi provduti ġewwa fondi ta’ time-sharing,
inklużi mingħajr preġuduzzju għall-ġeneralità  ta’ dak
hawn aktar qabel imsemmi l-informazzjoni li għandha
tingħata lil xerrejja prospettivi u l-ilsien li bih għandha
tingħata dik l-informazzjoni, il-forma li fiha għandu
jiġi abbozzat dak il-kuntratt, l-għemil ta’ dawk il-
perjodi ta’ transizzjoni li matulhom u dawk iċ-
ċirkostanzi l-oħra li fihom ix-xerrej jista’ jirtira mill-
kuntratt, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ xi pagamenti jew
ta’ dawk il-pagamenti li jistgħu jiġu stabbiliti qabel ma
jitlesta kull fond li għalih jirreferixxi l-kuntratt jew il-
kuntratti, kif ukoll l-impożizzjoni ta’ obbligazzjoni
għall-ħlas lura ta’ dawk id-depożiti li jistgħu jiġu
preskritti jekk issir rexissjoni tal-kuntratt jew ix-xerrej
jirtira minnu.
Dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu li l-
kuntratt ta’ time-sharing għandu jieħu dik il-forma li
tista’ tiġi preskritta minkejja kull provvediment ta’ xi
liġi oħra li tgħid il-kuntrarju u li għandu jiġi abbozzat
f’dak l-ilsien jew dawk l-ilsna li jistgħu jiġu preskritti.
Dawk ir-regolamenti jistgħu wkoll jipprovdu li
fil-każ ta’ nuqqas li wieħed jimxi skond xi wieħed
mill-provvedimenti tiegħu skond kif jista’ jiġi
preskritt, il-kuntratt ikun null. Dawk ir-regolamenti
jistgħu wkoll jirregolaw faċilitajiet ta’ kreditu li
jistgħu jiġu konċessi ma’ dawk il-kuntratti u l-effett li
rexissjoni jew irtirar mill-kuntratt jista’ jkollhom fuq
kull ftehim dwar kreditu bħal dak, u kull ħaġ‘oħra li
jkollha x’taqsam mal-bejgħ ta’ time-share u ftehim ta’
time-share.;
(d) jirregola kull provdiment dwar servizzi f’pakkett ta’ l-
ivvjaġġar;
(e) jippreskrivi l-għamla ta’ kull avviż, ordni jew
dokument ieħor li dan l-Att jawtorizza jew jeħtieġ li
jsir jew li jiġi notifikat jew li jingħata;
(f) jippreskrivi l-mod kif id-dritt għal liċenza jew ħlas
ieħor dovut skond dan l-Att għandu jiġi stabbilit,
magħmul, kontrollat, miġbur, allokat jew xort’oħra
trattat;
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 27
(g) sakemm mhux provdut xort’oħra, jippreskrivi l-
proċedura li xi korp imwaqqaf b’dan l-Att għandu
jsegwi, u jemenda, iżid jew xort’oħra jibdel kull ħaġa
li hemm fl-iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att;
(h) jippreskrivi d-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-
Awtorità  għas-servizzi provduti minnha, jew dwar xi
ħaġa li dwarha huwa meqjus li għandu jitħallas dritt;
(i) jistabbilixxi kodiċijiet ta’ etika u ta’ kondotta għal
attivitajiet turistiċi: iżda, meta  tkun qiegħda tagħmel
ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Ministru, l-
Awtorità  għandha tikkonsulta u, sakemm ikun jaqbel u
possibbli, taddotta dawk ir-rakkomandazzjonijiet li
tirċievi mingħand l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti mill-
Ministru bħala li jirrappreżentaw is-setturi diversi
b’interess fit-turizmu;
(j) jippreskrivi x’ikunu dawk il-poloz ta’ assigurazzjoni li
d-detenturi ta’ liċenzi skond dan l-Att għandhom ikunu
koperti bihom;
(k) jipprovdi dwar kull għan li dwaru huma awtorizzati
jew meħtieġa li jsiru regolamenti minbarra dawk li
jsiru mill-Awtorità  nnifisha.
(2) Kull regolament magħmul skond dan l-Att jista’ jipprovdi
dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mar-responsabbilità  biex
jitħarsu dawk ir-regolamenti, u għall-persuni li jistgħu jkunu
responsabbli, u għal kull ħaġa li għandha x’taqsam biex jiġu
nfurzati l-imsemmija regolamenti, inklużi provvedimenti dwar
multi ta’ mhux aktar minn elf lira għal kull ksur jew nuqqas skond
id-dispozizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti.
Għotja ta’ servizzi 
minn aġenzija tal-
Gvern.
48.  (1) Ebda servizz li jikkonsisti fil-provvista ta’ ilma,
elettriku, telefon, telex, facsimile, jew ta’ xi servizz ieħor jew ta’ xi
utilità , ma għandu jingħata lil attività  turistika ġdida, minbarra
gwida tat-turisti, minn aġenzija tal-Gvern jekk dik l-attività
turistika ma jkollhiex ċertifikat maħruġ mill-Awtorità  li jkun
jiddikjara li dik l-attività  turistika hi waħda approvata u li l-
kondizzjonijiet kollha tal-liċenza li għandha tinħarġilha huma, fid-
data taċ-ċertifikat, imwettqa. F’dan is-subartikolu "attività  turistika
ġdida" tfisser attività  turistika li tibda jew tinbeda wara d-data li
fiha dan l-Att jiġi fis-seħħ.
(2) Kull servizz li jikkonsisti fil-provvista ta’ ilma jew elettriku
provdut minn aġenzija tal-Gvern lil xi attività  turistika, minbarra
gwida tat-turisti, jista’ jiġi sospiż jew irtirat jekk dik l-attività
turistika ma jkollhiex liċenza jew, jekk ikollha liċenza, ikun ħareġ
kontra tagħha avviż li jrid jiġi nfurzat.
Notifika ta’ avviżi.
meħtieġ jew awtorizzat biex jiġi notifikat jew mogħti skond dan l-
Att, dan jista’ jiġi notifikat jew mogħti f’kull wieħed mill-modi li
ġejjin:
(a) billi jingħata f’idejn il-persuna li għandha tiġi
notifikata jew li lilha għandu jingħata; jew
28 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
(b) billi jitħalla fil-post fejn soltu toqgħod, jew fejn l-
aħħar kienet toqgħod, dik il-persuna jew, jekk dik il-
persuna tkun tat indirizz għall-iskop ta’ notifika, f’dak
l-indirizz; jew
(ċ) billi jintbagħat b’ittra reġistrata indirizzata lil dik il-
persuna fil-post ta’ abitazzjoni jew fl-indirizz għall-
iskop ta’ notifika kif hawn aktar qabel imsemmi; jew
(d) fil-każ ta’ persuna ġuridika jew għaqda oħra ta’
persuni, billi jingħata f’idejn uffiċjal jew impjegat
tagħhom fl-uffiċċju reġistrat jew prinċipali, jew billi
jintbagħat b’ittra reġistrata indirizzata lil dak il-korp
f’dak l-uffiċċju; jew
(e) f’kull każ li fih ma jkunx raġonevolment possibbli li
ssir notifika b’xi wieħed mill-modi hawn imsemmija,
sew lil kull waħda mill-persuni li lilhom għandha ssir
in-notifika jew jingħata l-avviż, sew lil xi waħda jew
aktar minnhom, billi d-dokument li għandu jiġi
notifikat jew mogħti jitwaħħal f’post prominenti fil-
fond li jkun jirreferi għalih u jibqa mwaħħal għal
żmien mhux anqas minn sebat ijiem tax-xogħol u billi
jiġi ppubblikat il-kontenut tiegħu fil-Gazzetta.
(2) Meta  l-avviż jew dokument ieħor huwa meħtieġ jew
awtorizzat li jiġi notifikat jew mogħti lil xi persuna li għandha xi
interess f’attività  turistika, u l-isem ta’ dik il-persuna ma jkunx
jista’ jiġi aċċertat wara li jsir stħarriġ raġonevoli jew huwa meħtieġ
jew awtorizzat li jiġi notifikat lil operatur ta’ attività  turistika, l-
avviż jitqies bħala li ġie notifikat jew mogħti kif imiss jekk jiġi
notifikat jew mogħti f’xi wieħed mill-modi msemmija fis-
subartikolu (1) u indirizzat lill-persuna li għandha interess fl-
attività  turistika deskritta bħala "sid" jew "operatur", jew "sidien"
jew "operaturi", skond il-ħtieġa tal-każ.
Trasferiment ta’ 
proprjetà  lill-
Awtorità .
50. (1) B’effett mill-ġurnata stabbilita  kull proprjetà  li,
minnufih qabel il-ġurnata stabbilita, kienet vestita  jew kienet
proprjetà  ta’ l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għandha,
bis-saħħa ta’ dan l-Att, tiġi trasferita  lil u tiġi vestita  fl-Awtorità
taħt l-istess titolu li bih kienet miżmuma mill-Organizzazzjoni
Nazzjonali tat-Turiżmu minnufih qabel dik il-ġurnata.
(2) Dak it-trasferiment għandu jestendi għal dawk il-
proprjetajiet kollha, mobbli u immobbli, attiv, setgħat, drittijiet,
kemm reali kif ukoll personali, privileġġi u jeddijiet ta’ azzjoni li
għandhom x’jaqsmu magħhom.
Effett tat- 
trasferimenti.
51. Kull liġi, regola, regolament, ordni, sentenza, dokument,
mandat jew arrangament dwar xogħol, li kienu jeżistu minnufih
qabel il-ġurnata stabbilita, li jolqtu, jew li għandhom x’jaqsmu ma’
xi waħda mill-proprjetajiet trasferiti għandu jkollhom saħħa u effett
sħiħ kontra jew favur l-Awtorità , u għandhom jiġu esegwiti għal
kollox u effettivament bħallikieku, minflok l-Organizzazzjoni
Nazzjonali tat-Turiżmu, l-Awtorità  kienet imsemmija fihom jew
kienet parti fihom, skond il-każ.
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 29
Disposizzjonijiet 
transitorji.
52. (1) Meta  xi ħaġa tkun inbdiet bl-awtorità ta’  l-
Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu qabel il-ġurnata stabbilita,
u dik il-ħaġa tkun dwar xi proprjetà  trasferita jew xi dritt jew
responsabbiltà  trasferiti b’dan l-Att, dik il-ħaġa tista’ titkompla u
tiġi mitmuma taħt l-awtorità  ta’ l-Awtorità .
(2) Meta  fil-ġurnata stabbilita  xi proċedura legali li fiha l-
Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu tkun jew ikollha l-jedd li
tkun parti tkun għadha pendenti, u dik il-proċedura jkollha
riferenza għal xi proprjetà  trasferita  jew għal xi dritt jew obbligu
trasferit b’dan l-Att, l-Awtorità  għandha tidħol f’dak il-
proċediment minflok l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel kull provvediment
inċidentali, konsegwenzjali u supplimentari li jista’ jkun meħtieġ
jew spedjenti sabiex jiżgura u jagħti effett sħiħ għat-trasferiment
ta’ kull proprjetà , dritt jew obbligu lill-Awtorità  skond dan l-Att u
jista’ jagħmel dawk l-ordnijiet li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex xi
setgħat u dmirijiet eżerċitati mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-
Turiżmu, dwar xi proprjetà  trasferita, jistgħu jiġu eżerċitati f’isem
l-Awtorità .
Riżerva.
Kap. 190.
Kap. 197.
Kap. 240.
Kap. 264.
Kap. 310.
53. (1) Ir-regolamenti magħmula taħt l-Att dwar is-Servizzi
ta’ Gwidi tat-Turisti, l-Att dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li
Jipprovdu Ikel, l-Att dwar il-Guest Houses u Postijiet Furnished
għall-Btala, l-Att dwar l-Aġenziji ta’ l-Ivvjaġġar u Servizzi tal-
Lukandi u l-Att dwar l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu,
imħassrin b’dan l-Att, kif murija fir-Raba’ Skeda ta’ dan l-Att,
għandhom, sakemm isir provvediment ieħor bis-saħħa ta’ dan l-Att,
jibqgħu fis-seħħ u jibqa’ jkollhom effett bħallikieku magħmula taħt
dan l-Att u, minkejja kull ħaġa li tinsab f’dawk ir-regolamenti u fl-
Atti hawn aktar qabel imsemmija dwar reati, pieni u proċedimenti
kriminali, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 43, 44 u 45 għandhom,
mutatis mutandis, japplikaw għal dawk ir-regolamenti.
(2) Kull liċenza, permess jew awtorità  oħra mogħtija skond xi
liġi jew xi provvediment tagħha, imħassra b’dan l-Att, u li kienet
għadha fis-seħħ minnufih qabel dak it-tħassir, għandhom jibqgħu
fis-seħħ bħallikieku kienu liċenza, permess jew awtorità  mogħtija
taħt provvediment korrispondenti ta’ dan l-Att, skond il-ħtieġa tal-
każ, kif ukoll kull liċenza, permess jew awtorità.
30 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
SKEDI
L-EWWEL SKEDA
ġ Artikolu 3 (7)ħ
Provvedimenti dwar il-proċedimenti ta’ l-Awtorità
1. L-Awtorità  tista’ taġixxi minkejja kull vakanza fost il-
membri tagħha, sakemm ikun hemm quorum preżenti għal-laqgħa.
2. Il-quorum ta’ l-Awtorità  għandu jikkonsisti fil-President
jew aġent president, li, fl-assenza tal-President għal xi laqgħa
partikolari, għandu jiġi maħtur mill-membri preżenti għal-laqgħa, u
minn mhux anqas minn ħames membri oħra li jivvutaw li jagħmlu
l-Awtorità  fil-ħin tal-laqgħa.
3. Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  jissejħu mill-President jew fuq
inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ tliet membri ta’ l-Awtoriità , u
għandha tiġi speċifikata xi tkun l-aġenda; , u l-Awtorità  għandha
tiltaqa’ wkoll fiż-żminijiet li jidhrilha.
4. Il-President, jew aġent president li jkun qed jaġixxi floku,
ikollhom vot oriġinali, u meta  l-voti jkunu maqsumin indaqs, vot
ieħor jew casting vote.
5. Membru ta’ l-Awtorità  li għandu interess dirett jew indirett
f’xi ħaġa li tiġi quddiem l-Awtorità  biex tiġi kkunsidrata minnha
għandu, hekk kif ikun sar jaf biċ-ċirkostanzi rilevanti, juri x-xorta
ta’ l-interess tiegħu. Dan għandu jitniżżel fil-minuti tal-laqgħa u l-
membru -
(a) m’għandux jieħu sehem f’xi diskussoni jew deċiżjoni
ta’ l-Awtorità  dwar dik il-ħaġa; u
(b) m’għandux jingħadd għall-għan li jiġi stabbilit il-
quorum għal dik id-diskussjoni jew deċiżjoni.
6. Kull att magħmul b’bonafidi minn persuna bħala membru
ta’ l-Awtorità  jkun validu u jkollu effett bħal li kieku kienet
membru anki jekk wara jinstab li kien hemm xi difett fil-kwalifika
tagħha għall-ħatra.
7. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
44, kull dokument li juri li hu dokument magħmul jew maħruġ mill-
Awtorità  u ffirmat mill-President ta’ l-Awtorità  jew mill-Uffiċjal
Eżekuttiv f’isem l-Awtorità  għandu jiġi aċċettat bħala prova u
għandu, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju, jitqies li hu
dokument magħmul jew maħruġ mill-Awtorità .
8. Barra mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, inkluża din l-
Iskeda, l-Awtorità  tista’ tirregola l-proċeduri tagħha nnifisha.
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 31
IT-TIENI SKEDA
ġ Artikolu 12 (2)ħ
Direttorati Eżekuttivi
Bla ħsara għas-setgħat li għandu l-Ministru taħt l-artikolu 12, u
barra mid-Direttorat ta’ l-Infurzar, għandu jkun hemm ukoll dawn
it-tliet direttorati eżekuttivi li ġejjin, li jkunu magħrufa bħala d-
Direttorat tal-Marketing u Promozzjoni, id-Direttorat ta’ Servizzi
ta’ Appoġġ, u l-Utilizzazzjoni u Taħriġ ta’ Riżorsi Umani, u d-
Direttorat ta’ Product Planning u Żvilupp. Id-direttorati jkunu
magħmula kif ġej:
(a) id-Direttorat tal-Marketing u Promozzjoni, ikun
magħmul minn:
(i) erba’ persuni maħtura mill-Ministru minn fost
persuni li jkollhom konoxxenza u esperjenza fil-
marketing u fil-promozzjoni, li wieħed minnhom
għandu jkollu dik il-konoxxenza u esperjenza
kif japplikaw għal Għawdex, u li tnejn minnhom
għandhom ikunu minn fost operaturi fis-settur
tat-turiżmu. Il-Ministru għandu jaħtar lil wieħed
minn dawk l-erba’ persuni biex ikun president;
(ii) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni li tkun
rikonoxxuta mill-Ministru bħala rappreżen-
tattiva tas-settur tal-lukandi;
(iii) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni li tkun
rikonoxxuta mill-Ministru bħala rappreżen-
tattiva tas-settur ta’ aġenti tat-turiżmu u ta’ l-
ivvjaġġar; u
(iv) persuna maħtura mill-Ministru fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-linja nazzjonali ta’ l-ajru;
(b) id-Direttorat ta’ Servizzi ta’ Appoġġ, u l-
Utilizzazzjoni u Taħriġ ta’ Riżorsi Umani, ikun
magħmul minn:
(i) ħames persuni maħtura mill-Ministru minn fost
persuni li jkollhom konoxxenza u esperjenza fl-
iżvilupp ta’ riżorsi umani, li wieħed minnhom
għandu jkollu dik il-konoxxenza u esperjenza
kif japplikaw għal Għawdex, u li tnejn minnhom
għandhom ikunu minn fost operaturi fis-settur
tat-turiżmu. Il-Ministru għandu jaħtar lil wieħed
minn dawk il-ħames persuni biex ikun president;
(ii) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni li tkun
rikonoxxuta mill-Ministru bħala l-aktar
rappreżentattiva ta’ l-akbar għadd ta’ lukandi u
stabbilimenti li jipprovdu l-ikel;
(iii) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni li tkun
rikonoxxuta mill-Ministru bħala li tiġbor
32 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
flimkien lill-klassi professjonali fit-tmexxija ta’
lukandi u stabbilimenti li jipprovdu l-ikel;
(iv) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni
rikonoxxuta mill-Ministru bħala dik
rappreżentattiva ta’ aġenti tat-turiżmu li ġej
minn barra; u
(v) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet l-
oħra li jkunu rikonoxxuti mill-Ministru bħala
dawk rappreżentattivi ta’ setturi oħra li
jipprovdu servizzi tat-turiżmu;
(ċ) id-Direttorat ta’ Product Planning u Żvilupp, ikun
magħmul minn:
(i) sitt persuni maħtura mill-Ministru minn fost
persuni li jkollhom konoxxenza u esperjenza fil-
product planning, fl-iżvilupp, u fis-servizzi ta’
appoġġ, li wieħed minnhom għandu jkollu dik
il-konoxxenza u esperjenza kif japplikaw għal
Għawdex. Il-Ministru għandu jaħtar lil wieħed
minn dawk is-sitt persuni biex ikun president;
(ii) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni li tkun
rikonoxxuta mill-Ministru bħala dik
rappreżentattiva tas-settur tal-lukandi;
(iii) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni li tkun
rikonoxxuta mill-Ministru bħala dik
rappreżentattiva tas-settur ta’ aġenti tat-turiżmu
u ta’ l-ivvjaġġar;
(iv) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ l-assoċjazzjoni li tkun
rikonoxxuta mill-Ministru bħala dik
rappreżentattiva tas-settur tat-trasport;
(v) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet l-
oħra li jkunu rikonoxxuti mill-Ministru bħala
dawk rappreżentattivi ta’ setturi oħra li
jipprovdu servizzi tat-turiżmu; u
(vi) persuna maħtura mill-Ministru bir-
rakkomandazzjoni tal-linja nazzjonali ta’ l-ajru.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(5), inklużi d-
disposizzjonijiet tal-proviso li hemm miegħu, għandhom ikunu
japplikaw, mutatis mutandis, għall-membri tad-direttorati
eżekuttivi.
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA ġ KAP. 409. 33
IT-TIELET SKEDA
ġ Artikolu 14(8)ħ
Proċedimenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar it-Turiżmu, u 
appelli minn deċiżjonijiet ta’ dak il-Bord
1. Kull persuna li tħoss ruħha aggravata minn deċiżjoni ta’ l-
Awtorità , kif provdut fl-artikolu 14(1), tista’ tappella quddiem il-
Bord ta’ l-Appelli dwar it-Turiżmu, flimkien mal-ħlas tad-dritt
preskritt, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data meta  d-deċiżjoni li
fuqha jsir l-appell tiġi komunikata lill-persuna nteressata.
2. L-applikazzjoni għandha jkollha r-raġunijiet għal dak l-
appell u t-talba ta’ l-appellant, u kopja tagħha għandha tiġi
komunikata lill-Awtorità  qabel ma jinstema’ l-appell.
3. L-appellant jista’ jidher quddiem il-Bord personalment jew
permezz ta’ rappreżentat jew aġent fil-ġurnata u l-ħin appuntati
għas-smigħ biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu u jipproduċi
dawk il-provi li l-Bord jippermetti:
Iżda l-Bord jista’ jipposponi s-smigħ ta’ l-appell jekk ikun
sodisfatt li l-appellant ma setax jidher quddiemu minħabba f’mard
jew għax kien barra minn Malta jew minħabba f’xi ħaġ’oħra simili
u raġonevoli.
4. Il-Bord għandu jagħti lill-Awtorità  l-opportunità  li tagħmel
is-sottomissjonijiet tagħha biex tiġġustifika d-deċiżjonijiet tagħha,
u li ġġib dawk il-provi li l-Bord jista’ jqis li jkunu meħtieġa.
5. Il-Bord ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li jagħti l-
ġurament lil kull min jidher quddiemu.
6. Il-Bord ikollu s-setgħa li jikkonferma, iħassar jew ibiddel
deċiżjoni li kontra tagħha jkun sar l-appell u li jagħti dawk id-
direttivi li jidhirlu xierqa.
7. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu finali u ma jkun hemm ebda
appell minnhom ħlief fuq punti ta’ liġi biss.
8. Jekk l-appellant jew l-Awtorità , skond il-każ, ma jaqblux
ma’ xi punt ta’ liġi deċiż mill-Bord, huma jistgħu jappellaw
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell b’rikors preżentat kif provdut fl-
artikolu 14(9).
9. Is-seduti kollha tal-Bord għandhom jinżammu bil-miftuħ u
d-deċiżjonijiet kollha tal-Bord għandhom jingħataw bil-miftuħ.
10. Barra minn dawn id-disposizzjonijiet u d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, il-Bord għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.
34 KAP. 409. ħ  
SERVIZZI TA’ L-IVVJAĠĠAR U 
TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA
Emendata:
A.L. 124 ta’ l-
2002.
IR-RABA’ SKEDA
ġ Artikolu 53 (2)ħ
Regolamenti li jibqgħu fis-seħħ
Regolamenti ta’ l-1972 dwar
il-Lukandi u l-Istabbilimenti li
Jipprovdu Ikel - sakemm dawn
jirreferu biss għal stabbilimenti
li jipprovdu ikel
L-Avviż Legali 67 ta’ l-1972
kif sussegwentement emendat bl-
Avviżi Legali: 85 ta’ l-1978; 19
ta’ l-1986; 135 ta’ l-1990; u 100
ta’ l-1991
