IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 1
KAPITOLU 410
ATT DWAR IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA 
TA’ MINURI
Biex jagħti s-setgħta lil Malta tirratifika żewġ Konvenzjonijiet
internazzjonali li għandhom x’jaqsmu rispettivament ma’ l-aspetti ċivili ta’
sekwestru internazzjonali ta’ minuri u mar-rikonoxximent u l-infurzar ta’
deċiżjonijiet dwar kustodja.
1 ta’ Awissu, 2000
L-Att XIII ta’ l-1999, kif emendat bl-Att VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
l-Kustodja ta’ Minuri. 
(2) Dan l-Att għandu jibda jseħħ f’dak il-jum li l-Ministru
responsabbli għall-affarijiet barranin jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta u dati differenti jistgħu jiġu hekk stabbiliti għal
disposizzjonijiet differenti u għal għanijiet differenti ta’ l-Att.
Tifsir. 
teħtieġx xort’oħra -
"Malta" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha bil-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja;
"minuri" tfisser persuna li ma tkunx għalqet is-sittax-il sena;
"sekwestru" tfisser is-serq jew ħtif ta’ persuna.
(2) Fl-Ewwel u fit-Tieni Skedi li jinsabu ma’ dan l-Att, jekk
ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u t-test Malti, għandu
jipprevali t-test Ingliż.
TAQSIMA I
Sekwestru Internazzjonali ta’ Minuri
Il-Konvenzjoni ta’ 
l-Ajja.
3. (1) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att "il-Konvenzjoni" tfisser
il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali
ta’ Minuri, li kienet ġiet iffirmata f’L-Ajja fil-25 ta’ Ottubru, l980,
u li l-Artikoli rilevanti tagħha qegħdin fl-Ewwel Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li qegħdin fl-Ewwel
Skeda għandhom jkollhom is-saħħa ta’ liġi f’Malta.
Stati Kontraenti.
liġi f’Malta taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, l-Istati Kontraenti
minbarra Malta għandhom ikunu dawk li fiż-żmien li jkun jiġu
speċifikati mill-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Barranin
b’ordni fil-Gazzetta taħt dan l-artikolu.
(2) L-imsemmi ordni għandu jispeċifika d-data tal-bidu fis-
seħħ tal-Konvenzjoni bejn Malta u l-Istat speċifikat fih; u, ħlief
2 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
fejn l-ordni jipprovdi xort’oħra, il-Konvenzjoni għandha tapplika
bejn Malta u dak l-Istat biss għal każijiet ta’ trasferiment illegali
jew ritenzjoni ta’ minuri li jokkorru f’dik id-data jew wara dik id-
data.
(3) Fejn il-Konvenzjoni tapplika, jew tapplika biss, għal
territorju partikolari jew territorji partikolari speċifikati
f’dikjarazzjoni magħmula minn Stat Kontraenti taħt l-Artikolu 39
jew 40 tal-Konvenzjoni, ir-riferenzi għal dak l-Istat fis-subartikoli
(1) u (2) għandhom jiftiehmu bħala riferenzi għal dak it-territorju
jew dawk it-territorji.
Awtorità  ċentrali. 5. Il-funzjonijiet ta’ awtorità  ċentrali taħt il-Konvenzjoni
għandhom jiġu esegwiti mid-Direttur responsabbli għall-welfare u
kull applikazzjoni magħmula taħt il-Konvenzjoni minn jew fl-isem
ta’ persuna barra minn Malta tista’ tiġi indirizzata lill-uffiċċju tad-
Direttur responsabbli għall-welfare.
Ġurisdizzjoni. 6. (1) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jew kull qorti oħra li l-
Ministru jista’ b’ordni jsemmi għandu jkollha ġurisdizzjoni biex
titratta applikazzjonijiet taħt il-Konvenzjoni.
(2) Meta jiġri li xi ħadd li jkollu interess jew id-Direttur tal-
welfare jallega li minuri jkun tneħħa b’mod illeċitu fil-kuntest tat-
tifsira ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, huwa jista’, mingħajr ebda
preġudizzju għal kull azzjoni oħra dwar l-istess kwistjoni li tista’
leġittament tittieħed, jagħmel applikazzjoni taħt is-subartikolu (1)
sabiex jingħata rimedju.
(3) Kull min ikun parti fil-proċedimenti jkollu dritt ta’ appell
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
Setghat interim. 7. Meta tkun saret applikazzjoni taħt il-Konvenzjoni lill-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jew lil kull qorti oħra li l-Ministru jista’
b’ordni jsemmi, il-qorti tista’, f’kull żmien qabel ma tiġi deċiża l-
applikazzjoni, tagħti dawk id-direttivi interim li jidhrilha li jkunu
xierqa biex jiġi żgurat il-benesseri tal-minuri konċernat jew għall-
prevenzjoni li jinbidlu ċ-ċirkostanzi rilevanti għad-deċiżjoni ta’ l-
applikazzjoni.
Rapporti. 8. Meta d-Direttur responsabbli għall-welfare jiġi mitlub biex
jipprovdi tagħrif dwar minuri taħt l-Artikolu 7(d) tal-Konvenzjoni
huwa jista’ -
(a) jitlob lil kull persuna biex tagħmillu rapport bil-
miktub dwar kull ħaġa li jidhirlu li tkun rilevanti;
(b) jitlob lil kull qorti li lilha jkun sar rapport bil-miktub
dwar il-minuri biex tibgħatlu kopja tar-rapport,
u dik it-talba għandha tiġi milqugħa kif imiss.
Prova b’dokumenti 
u provi oħra.
9. (1) Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni,
deċiżjoni jew determinazzjoni ta’ awtorità  ġudizzjarja jew
amministrattiva barra minn Malta tista’ tiġi ppruvata b’kopja
awtentikata kif imiss tad-deċiżjoni jew determinazzjoni; u kull
dokument li jkun jidher li jkun kopja bħal dik għandu jitqies li jkun
kopja vera kemm-il darba ma jintweriex il-kuntrarju.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), kopja tkun awtentikata kif
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 3
imiss jekk ikollha s-siġill, jew tkun iffirmata minn imħallef jew
uffiċjal ta’ l-awtorità  in kwistjoni.
(3) Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 14 u 30 tal-Konvenzjoni, kull
dokument kif hemm imsemmi fl-Artiklu 8 tal-Konvenzjoni, jew
kopja ċertifikata ta’ kull dokument bħal dak, għandu jkun prova
biżżejjed ta’ kull ħaġa ddikjarata.
Dikjarazzjonijiet 
mill-Prim’Awla 
tal-Qorti Ċivili jew 
minn kull qorti 
oħra msemmija.
10. Il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili jew kull qorti oħra msemmija
b’ordni tal-Ministru tista’, fuq applikazzjoni magħmula għall-
finijiet ta’ l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni minn xi persuna li l-qorti
tara li jkollha interess fil-kwistjoni, tiddikjara li t-trasferiment ta’
xi minuri minn Malta, jew ir-ritenzjoni tiegħu barra minn Malta,
kien jew kienet illeċità  fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni.
Sospensjoni tas-
setgħat tal-qorti 
f’każijiet ta’ 
trasferiment 
illeċitu.
Kap. 16.
11. Ir-riferenza fl-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni għad-deċiżjoni
fuq il-meriti ta’ jeddijiet ta’ kustodja għandha tiftiehem bħala
riferenza għal -
(a) l-għemil, tibdil jew tħassir ta’ ordni ta’ kustodja taħt l-
artikoli 47, 56, 60, 61 jew 149 tal-Kodiċi Ċivili;
(b) ir-reġistrazzjoni jew l-infurzar ta’ deċiżjoni taħt it-
Taqsima II ta’ dan l-Att.
Regoli tal-Qrati.
Kap. 12.
12. Il-Bord tar-Regoli mwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jipprovdi sabiex dak li
jinsab f’din it-Taqsima jkun effettiv skond kif ikun jidhirlu li jkun
meħtieġ jew spedjenti.
Riservi.
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att) kif hemm imsemmija fit-tielet
paragrafu ta’ l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni, l-ispejjeż imsemmija
f’dak il-paragrafu ma għandhomx jitħallsu minn xi Ministru jew xi
awtorità  f’Malta.
(2) Malta qegħda wkoll tagħmel riserva b’dan illi
komunikazzjonijiet li jintbagħtu lill-awtorità  ċentrali għandhom
ikunu mseħbin bi traduzzjoni fl-ilsien Ingliż.
TAQSIMA II
Rikonoxximent u Infurzar ta’ Deċiżjonijiet ta’ Kustodja
Il-Konvenzjoni 
Ewropea.
14. (1) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att "il-Konvenzjoni" tfisser
il-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’
Deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kustodja ta’ Minuri u
dwar ir-Restituzzjoni tal-Kustodja ta’ Minuri li kienet ġiet iffirmata
fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Mejju, 1980, u li l-Artikoli rilevanti
tagħħa huma miġjuba fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, id-disposizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni miġjuba fit-Tieni
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att (li jinkludu l-Artikoli 9 u 10 kif
għandhom effett b’konsegwenza ta’ riserva magħmula minn Malta
taħt l-Artikolu 17, liema riserva hija riprodotta fir-Raba’ Skeda li
tinsab ma’ dan l-Att) għandu jkollhom is-saħħa ta’ liġi f’Malta.
Stat Kontraenti.
4 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
liġi f’Malta taħt din it-Taqsima, l-Istati Kontraenti minbarra Malta
għandhom ikunu dawk li fiż-żmien li jkun jiġu speċifikati mill-
Ministru responsabbli għall-Affarijiet Barranin b’ordni fil-Gazzetta
taħt dan l-artikolu.
(2) Dak l-ordni għandu jispeċifika d-data tal-bidu fis-seħħ tal-
Konvenzjoni bejn Malta u l-Istat speċifikat fl-ordni.
(3) Fejn il-Konvenzjoni tapplika, jew tapplika biss, għal
territorju partikolari jew territorji partikolari speċifikati minn Stat
Kontraenti taħt l-Artikolu 24 jew 25 tal-Konvenzjoni, ir-riferenzi
għal dak l-Istat fis-subartikoli (1) u (2) għandhom jiftiehmu bħala
riferenzi għal dak it-territorju jew dawk it-territorji.
Awtorità  ċentrali. 16. (1) Il-funzjonijiet ta’ awtorità  ċentrali taħt il-Konvenzjoni
għandhom jiġu esegwiti mid-Direttur responsabbli għall-welfare.
(2) Kull applikazzjoni magħmula taħt il-Konvenzjoni minn jew
fl-isem ta’ persuna barra minn Malta tista’ tiġi indirizzata lid-
Direttur responsabbli għall-welfare.
Rikonoxximent ta’ 
deċiżjonijiet.
17. (1) L-Artikoli 7 u 12 tal-Konvenzjoni għandu jkollhom
effett skond dan l-artikolu.
(2) Deċiżjoni li għaliha japplika l-wieħed jew l-ieħor minn
dawk l-Artikoli li tkun saret fi Stat Kontraenti minbarra Malta
għandha tkun rikonoxxuta f’Malta bħallikieku saret minn qorti
f’Malta iżda -
(a) il-Qorti ta’ l-Appell tista’, fuq rikors ta’ xi persuna li l-
Qorti tara li jkollha interess fil-kwistjoni, tiddikjara
għal xi raġuni speċifikata fl-Artikolu 9 jew 10 tal-
Konvenzjoni illi d-deċiżjoni ma għandhiex tkun
rikonoxxuta f’Malta; u
(b) id-deċiżjoni ma għandhiex tkun esegwibbli f’Malta
kemm-il darba ma tkunx reġistrata fil-qorti idonea
skond l-artikolu 18.
(3) Ir-riferenzi fl-Artiklu 9(1)(ċ) tal-Konvenzjoni għat-
trasferiment tal-minuri huma għat-trasferiment tiegħu bla dritt fis-
sens tal-Konvenzjoni.
Reġistrazzjoni ta’ 
deċiżjonijiet.
18. (1) Persuna li lilha jingħataw xi drittijiet b’deċiżjoni li
għandha x’taqsam mal-kustodja magħmula minn awtorità  fi Stat
Kontraenti minbarra Malta tista’ tagħmel rikors għar-reġistrazzjoni
tad-deċiżjoni fir-reġistru tal-Qorti ta’ l-Appell.
(2) L-awtorità  ċentrali f’Malta għandha tassisti lil dik il-
persuna biex tagħmel l-imsemmi rikors jekk issir talba għal dik l-
għajnuna minn dik il-persuna jew f’isimha mill-awtorità  ċentrali ta’
l-Istat Kontraenti in kwistjoni.
(3) Rikors skond is-subartikolu (1) jew talba skond is-
subartikolu (2) għandhom jiġu trattati bħala talbiet għall-
esekuzzjoni għall-finijiet ta’ l-Artikoli 10 u 13 tal-Konvenzjoni.
(4) Il-Qorti ta’ l-Appell għandha tirrifjuta li tirreġistra
deċiżjoni jekk -
(a) il-Qorti tkun tal-fehma li għal xi raġuni speċifikata fl-
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 5
Artikolu 9 jew 10 tal-Konvenzjoni d-deċiżjoni ma
għandħiex tkun rikonoxxuta f’Malta;
(b) il-qorti tkun tal-fehma li d-deċiżjoni ma tkunx
esegwibbli fl-Istat Kontraenti fejn tkun saret u ma
tkunx deċiżjoni li għaliha japplika l-Artikolu 12 tal-
Konvenzjoni; jew
(ċ) ikun hemm pendenti applikazzjoni dwar il-minuri taħt
it-Taqsima I ta’ dan l-Att.
(5) F’dan l-artikolu "deċiżjoni li għandħa x’taqsam mal-
kustodja" għandha l-istess tifsir bħalma għandħa fil-Konvenzjoni.
Tibdil u tħassir ta’ 
deċiżjonijiet 
reġistrati.
19. (1) Meta deċiżjoni li tkun ġiet reġistrata taħt l-artikolu 18
tiġi mibdula jew imħassra minn awtorità  fl-Istat Kontraenti li fih
tkun saret, il-persuna li f’isimha jkun sar ir-rikors għar-
reġistrazzjoni tad-deċiżjoni għandha tinnotifika lill-Qorti ta’ l-
Appell bit-tibdil jew tħassir.
(2) Meta l-Qorti ta’ l-Appell tiġi notifikata skond is-
subartikolu (1) li tħassret xi deċiżjoni, hija għandħa -
(a) tħassar ir-reġistrazzjoni, u
Kap. 12.
(b) tinnotifika b’dak it-tħassir lil dawk il-persuni li jistgħu
ikunu msemmija f’dawk ir-regoli tal-qrati li jistgħu
isiru mill-Bord tar-Regoli mwaqqaf taħt l-artikolu 29
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Meta qorti tiġi notifikata taħt is-subartikolu (1) bit-tibdil ta’
deċiżjoni, hija għandha -
(a) tinnotifika b’dak it-tibdil lil dawk il-persuni li jistgħu
ikunu msemmija fir-regoli tal-qrati li jistgħu isiru; u
(b) taħt kull kondizzjoni li tista’ tiġi preskritta b’dawk ir-
regoli, tibdel ir-reġistrazzjoni.
(4) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ wkoll, fuq ir-rikors ta’ xi persuna
li l-qorti tara li jkollha interess fil-kwistjoni, tħassar jew tibdel ir-
reġistrazzjoni jekk tkun sodisfatta li d-deċiżjoni tkun ġiet imħassra
jew, skond il-każ, mibdula minn awtorità  fl-Istat Kontraenti li fih
tkun saret.
Esekuzzjoni ta’ 
deċiżjonijiet.
20. Meta deċiżjoni dwar il-kustodja tkun ġiet reġistrata taħt l-
artikolu 18, il-Qorti ta’ l-Appell għandu jkollha l-istess setgħat
għall-esekuzzjoni tad-deċiżjoni daqslikieku kienet ġiet magħmula
minnha; kik ukoll il-proċeduri għall-esekuzzjoni li jistgħu jittieħdu.
Setgħat interim.
reġistrazzjoni ta’ deċiżjoni taħt l-artikolu 18 jew għall-esekuzzjoni
ta’ dik id-deċiżjoni il-Qorti tista’, f’kull żmien qabel ma jiġi deċiż
ir-rikors, tagħti dawk id-direttivi interim li jidhrilha li jkunu xierqa
biex jiġi żgurat il-benesseri tal-minuri konċernat jew għall-
prevenzjoni li jinbidlu ċ-ċirkostanzi rilevanti għad-deċiżjoni tar-
rikors jew, fil-każ ta’ rikors għar-reġistrazzjoni, għad-deċiżjoni ta’
kull rikors sussegwenti għall-esekuzzjoni tad-deċiżjoni.
Sospensjoni tas-
setgħat tal-qorti.
22. (1) Meta xi qorti li fiha jkun hemm pendenti dwar xi
minuri proċeduri bħal dawk msemmija fis-subartikolu (2) ssib illi -
6 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
(a) ikun sar rikors għar-reġistrazzjoni ta’ deċiżjoni dwar
il-minuri taħt l-artikolu 18 (li ma tkunx deċiżjoni li
għaliha japplika s-subartikolu (3)) jew li dik id-
deċiżjoni tkun irreġistrata; u
(b) id-deċiżjoni tkun saret fi proċeduri mibdija qabel il-
proċeduri li jkun hemm pendenti,
is-setgħat tal-Qorti dwar il-minuri f’dawk il-proċeduri għandhom
ikunu ristretti kif imsemmi fis-subartikolu (2) kemm-il darba, fil-
każ ta’ rikors għar-reġistrazzjoni, ir-rikors ma jiġix rifjutat.
(2) Fejn japplika s-subartikolu (1) l-Qorti ma għandhiex fil-każ
ta’ proċeduri ta’ kustodja tagħmel, tibdel jew tħassar xi ordni ta’
kustodja.
(3) Id-deċiżjoni msemmija fis-subartikolu (1) hija deċiżjoni li
hi biss deċiżjoni li jkollha x’taqsam mal-kustodja fis-sens ta’ l-
artikolu 18 bis-saħħa li tkun deċiżjoni dwar il-jeddijiet ta’ aċċess.
(4) Il-paragrafu (b) ta’ l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni
għandu jiftiehem bħala li jirreferi għal proċeduri ta’ kustodja fis-
sens ta’ dan l-Att.
Rapporti. 23. Meta d-Direttur responsabbli għall-welfare jiġi mitlub biex
jistħarreġ dwar xi minuri taħt l-Artikolu 15(1)(b) tal-Konvenzjoni,
huwa jista’ -
(a) jitlob lil kull persuna biex tagħmillu rapport bil-
miktub dwar kull ħaġa li jkollha x’taqsam mal-minuri
konċernat li jidhirlu li tkun rilevanti;
(b) jitlob lil kull Qorti li lilha jkun sar rapport bil-miktub
dwar il-minuri biex tibgħatlu kopja tar-rapport,
u kull talba bħal dik għandha tiġi milqugħa kif imiss.
Prova b’dokumenti 
u provi oħra.
24. (1) F’kull proċeduri taħt din it-Taqsima, deċiżjoni ta’
awtorità  barra minn Malta tista tiġi ppruvata b’kopja awtentikata
tad-deċiżjoni; u kull dokument li jkun jidher li jkun kopja bħal dik
għandu jitqies li jkun kopja vera kemm-il darba ma jintweriex il-
kuntrarju.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), kopja tkun awtentikata kif
imiss jekk ikollha s-siġill, jew tkun iffirmata minn imħallef jew
uffiċjal ta’ l-awtorità  in kwistjoni.
(3) F’kull proċeduri taħt din it-Taqsima kull dokument kif
imsemmi fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni, jew kopja ċċertifikata ta’
kull dokument, għandu jkun prova biżżejjed ta’ kull ħaġa ddikjarata
fih.
Deċiżjonijiet tal-
Qrati Maltin.
25. (1) Meta persuna li lilha jingħataw xi jeddijiet b’deċiżjoni
li għandha x’taqsam mal-kustodja magħmula minn qorti f’Malta
tagħmel applikazzjoni lid-Direttur responsabbli għall-welfare taħt
l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni bl-iskop li tiżgura r-rikonoxximent
jew l-esekuzzjoni tagħha fi Stat Kontraenti ieħor, l-imsemmi
Direttur jista’ jitlob lill-qorti li tkun għamlet id-deċiżjoni biex
tagħtih kull dokument jew xi dokument imsemmi fl-Artikolu
13(1)(b),(ċ) u (d) tal-Konvenzjoni.
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 7
(2) Meta f’xi proċeduri ta’ kustodja qorti f’Malta tieħu
deċiżjoni dwar minuri li jkun ġie trasferit minn Malta, il-qorti tista’
wkoll, fuq applikazzjoni magħmula minn xi persuna għall-finijiet
ta’ l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni, tiddikjara li t-trasferiment kien
kontra l-liġi jekk tkun sodisfatta li r-rikorrent ikollu interess fil-
kwistjoni u li l-minuri ttieħed minn Malta jew intbagħat jew
inżamm barra minn Malta mingħajr il-kunsens tal-persuna (jew,
jekk iżjed minn waħda, tal-persuni kollha) li jkollha l-jedd li
tiddeċiedi l-post ta’ residenza tal-minuri f’Malta.
(3) F’dan l-artikolu "deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-
kustodja" għandha l-istess tifsir bħalma għandha fil-Konvenzjoni.
Regoli tal-qrati.
Emendat:
VI. 2001.33.
Kap. 12.
26. (1) Il-Bord tar-Regoli mwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jipprovdi
sabiex dak li jinsab f’din it-Taqsima jkun effettiv skond kif jidhirlu
meħtieġ jew spedjenti.
(2) Ir-regoli tal-qrati jistgħu jipprovdu speċjalment -
(a) dwar il-proċedura fuq rikorsi lil Qorti skond xi
disposizzjoni ta’ din it-Taqsima u dwar id-dokumenti,
l-informazzjoni u l-avviżi li għandhom jingħataw
b’kull rikors;
(b) jingħataw direttivi li jkunu jeħtieġu li tingħata
informazzjoni dwar xi minuri li jkun suġġett għal
proċedimenti taħt din it-Taqsima u biex jiġi
salvagwardat il-benesseri tiegħu.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-rigward tal-preżentata
ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ xi proċedura taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att:
Kap. 12.
Iżda sakemm jiġu hekk stabbiliti dawk id-drittijiet mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
TAQSIMA III
Supplimentari
Temm ta’ ordnijiet 
eżistenti ta’ 
kustodja, eċċ.
27. (1) Meta -
(a) isir ordni biex jiġi ritornat xi minuri taħt it-Taqsima I;
jew
(b) deċiżjoni dwar minuri (li ma tkunx deċiżjoni li għaliha
japplika s-subartikolu (2)) tiġi reġistrata taħt l-artikolu
18,
kull ordni ta’ kustodja inkonsistenti ma’ dak l-ordni jew deċiżjoni
m’għandux jkollha effett.
(2) Id-deċiżjoni msemmija fis-subartikolu (1)(b) hija deċiżjoni
li hi biss deċiżjoni li jkollha x’taqsam mal-kustodja fis-sens ta’ l-
artikolu 18 bis-saħħa li tkun deċiżjoni dwar il-jeddijiet ta’ aċċess.
8 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
Spejjeż. 28. L-ispejjeż li jsiru mid-Direttur tal-welfare għall-finijiet ta’
dan l-Att għandhom jitħallsu minn flus provduti mill-Kamra tad-
Deputati għal dak l-iskop.
Ratifika ta’ trattati. 29. Bis-saħħa ta’ dan l-Att, il-Gvern ta’ Malta huwa awtorizzat
li jirratifika l-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru
Internazzjonali ta’ Minuri, li kienet ġiet iffirmata f’L-Ajja fil-25 ta’
Ottubru, 1980, u l-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u
l-Infurzar ta’ Deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kustodja tal-
Minuri, iffirmata f’Lussemburgu fl-20 ta’ Mejju, 1980.
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 9
SKEDI
L-EWWEL SKEDA
ġ Artikolu 3(1)ħ
KONVENZJONI DWAR L-ASPETTI ĊIVILI FIS-SEKWESTRU 
INTERNAZZJONALI TA’ MINURI
KAPITOLU I - GĦAN TAL-KONVENZJONI
Artikolu 3
Ir-rimozzjoni jew ir-ritenzjoni ta’ minuri għandhom jitqiesu bħala illeċiti
meta -
(a) dan ikun bi ksur tad-drittijiet ta’ kustodja, vestiti f’persuna, istituzzjoni
jew enti oħra, kemm singolarment, kif ukoll konġuntement, taħt il-liġi
ta’ l-Istat fejn il-minuri kien soltu joqgħod minnufih qabel ir-rimozzjoni
jew ritenzjoni;
(b) fil-waqt tar-rimozzjoni jew tar-ritenzjoni dawk id-drittijiet kienu
attwalment eżerċitati, jew konġuntement sew singolarment, jew kienu
jkunu hekk eżerċitati kieku ma kienx għar-rimozzjoni jew għar-
ritenzjoni.
Id-drittijiet ta’ kustodja imsemmija fis-subparagrafu (a) hawn aktar qabel
jistgħu joriġinaw b’mod partikolari mill-operat tal-liġi jew bis-saħħa ta’ deċiżjoni
ġudizzjarja jew amministrattiva, jew bis-saħħa ta’ ftehim li jkollu effett legali skond
il-liġi ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
Il-Konvenzjoni tapplika għal kull minuri li kien soltu joqgħod fi Stat
Kontraenti minnufih qabel ikunu nkisru d-drittijiet ta’ kustodja jew ta’ aċċess. Il-
Konvenzjoni ma tibqax tapplika meta l-minuri jagħlaq is-sittax il-sena.
Artikolu 5
Għall-għanijiet ta’ din il-Konvenzjoni -
(a) "drittijiet ta’ kustodja" jinkludu d-drittijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
kura tal-persuna tal-minuri u, b’mod partikolari, id-dritt li jiġi
determinat il-post tar-residenza tal-minuri;
(b) "drittijiet ta’ aċċess" jinkludu d-dritt li minuri jittieħed għal żmien
limitat f’post differenti minn fejn soltu joqgħod.
KAPITOLU II - AWTORITAJIET ĊENTRALI
Artikolu 7
L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u jippromwovu l-
koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati rispettivi tagħhom biex jiżguraw
ir-ritorn malajr tal-minuri u biex jintlaħqu l-għanijiet l-oħra ta’ din il-Konvenzjoni.
B’mod partikolari, sew direttament sew permezz ta’ xi intermedjarju, huma
għandhom jieħdu il-miżuri kollha idoneji biex -
(a) jiskopru fejn ikun jinstab il-minuri li kien tneħħa jew ġie miżmum
b’mod illeċitu;
(b) jipprevjenu milli ssir iktar ħsara lill-minuri jew li jiġu ulterjorment
preġudikati partijiet interessati billi jieħdu jew jaraw li jittieħdu miżuri
10 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
proviżorji;
(ċ) jiksbu r-ritorn volontarju tal-minuri jew iwasslu għal soluzzjoni
amikevoli tal-kwistjonijiet;
(d) jiskambjaw, fejn desiderabbli, informazzjoni dwar l-isfond soċjali li
minnu jkun ġej il-minuri;
(e) jipprovdu informazzjoni ta’ xorta ġenerali dwar il-liġi ta’ l-Istat
tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni;
(f) jibdew jew jgħinu biex jinfetħu proċeduri ġudizzjarji jew
amministrattivi bil-għan li jinkiseb ir-ritorn tal-minuri u, fil-każijiet
idoneji jagħmlu l-arranġamenti biex jiġi organizzat jew assigurat l-
eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta’ aċċess;
(g) fejn iċ-ċirkostanzi jkunu hekk jeħtieġu, li jipprovdu jew jiffaċilitaw l-
għoti ta’ għajnuna u pariri legali, inkluża l-parteċipazzjoni ta’ avukati u
konsulenti;
(h) jipprovdu dawk l-arranġamenti amministrattivi li jistgħu jkunu
meħtieġa flokhom biex jiżguraw ir-ritorn tal-minuri qawwi u shiħ;
(i) iżommu lil xulxin infurmati dwar kif qed titħaddem din il-Konvenzjoni
u, sa fejn ikun possibbli, jeliminaw kull xkiel għall-applikazzjoni
tagħha.
KAPITOLU III - RITORN TA’ MINURI
Artikolu 8
Kull persuna, istituzzjoni jew enti oħra li tallega li l-minuri tneħħa jew
inżamm bi ksur ta’ drittijiet ta’ kustodja, jista’ japplika sew lill-Awtorità  Ċentrali
tal-post fejn soltu joqgħod il-minuri sew lill-Awtorità  Ċentrali ta’ kull Stat
Kontraenti ieħor għall-assistenza biex jinkiseb ir-ritorn tal-minuri.
L-applikazzjoni għandu jkun fiha -
(a) informazzjoni dwar l-identità  ta’ l-applikant, tal-minuri u tal-persuna li
allegatament neħħiet jew żammet il-minuri;
(b) meta jkun disponibbli, id-data tat-twelid tal-minuri;
(ċ) ir-raġunijiet li fuqhom l-applikant ikun qed jibbaża t-talba tar-ritorn tal-
minuri;
(d) kull informazzjoni disponibbli dwar il-post fejn ikun jinsab il-minuri u
l-identità  tal-persuna li magħha x’aktarx ikun qiegħed il-minuri.
L-applikazzjoni jista’ jkollha magħha jew tiġi supplimentata -
(e) b’kopja awtentika ta’ kull deċiżjoni jew ftehim rilevanti;
(f) b’ċertifikat jew affidavit maħruġ mill-Awtorità  Ċentrali, jew minn xi
awtorità  kompetenti oħra ta’ l-Istat fejn il-minuri jkun soltu jgħix, jew
minn persuna kwalifikata, dwar il-liġi rilevanti f’dak l-Istat;
(g) b’kull dokument ieħor rilevanti.
Artikolu 9
Jekk l-Awtorità  Ċentrali li tirċievi applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8
għandha għaliex taħseb li l-minuri jinsab fi Stat Kontraenti ieħor, hija għandha
tibgħat direttament u mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-Awtorità  Ċentrali ta’ dak
l-Istat Kontraenti u tgħarraf lill-Awtorità  Ċentrali rikjedenti, jew lill-applikant,
skond il-każ.
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 11
Artikolu 10
L-Awtorità  Ċentrali ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-minuri għandha tieħu jew
iġġiegħel li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jinkiseb ir-ritorn volontarju tal-
minuri.
Artikolu 11
L-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom imexxu bil-ħeffa l-proċeduri għar-ritorn ta’ minuri.
Jekk l-awtorità  ġudizzjarja jew amministrattiva li tkun, ma tkunx waslet
għal deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-bidu tal-proċedimenti, l-applikant
jew l-Awtorità  Ċentrali ta’ l-Istat rikjest, sew b’inizjattiva tagħha sew jekk mitluba
mill-Awtorità  Ċentrali ta’ l-Istat rikjedenti, jkollha d-dritt li titlob stqarrija bir-
raġunijiet għad-dewmien. Jekk l-Awtorità  Ċentrali ta’ l-Istat rikjest tirċievi risposta,
dik l-Awtorità  għandha tgħaddi r-risposta lill-Awtorità  Ċentrali ta’ l-Istat rikjedenti,
jew lill-applikant, skond il-każ.
Artikolu 12
Meta minuri jkun tneħħa jew inżamm b’mod illeċitu skond l-Artikolu 3 u,
fid-data tal-bidu tal-proċedimenti quddiem l-awtorità  ġudizzjarja jew
amministrattiva ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-minuri, ikun għadda perjodu
ta’ inqas minn sena mid-data tar-rimozzjoni jew ritenzjoni illeċita, l-awtorità  li tkun
għandha tordna r-ritorn tal-minuri biex dan isir minnufih.
L-awtorità  ġudizzjarja jew amministrattiva, ukoll meta il-proċedimenti
jkunu inbdew wara li jkun għalaq il-perjodu ta’ sena msemmi fil-paragrafu ta’ qabel,
għandha tordna wkoll ir-ritorn tal-minuri kemm-il darba ma jiġix pruvat li l-minuri
jkun issa adatta ruħu fl-ambjent ġdid tiegħu.
Meta l-awtorità  ġudizzjarja jew amministrattiva ta’ l-Istat rikjest ikollha
għaliex tissuspetta li l-minuri jkun ittieħed fi Stat ieħor, din tista’ twaqqaf il-
proċedimenti jew tiċħad l-applikazzjoni għar-ritorn tal-minuri.
Artikolu 13
Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu ta’ qabel, l-awtorità  ġudizzjarja
jew amministrattiva ta’ l-Istat rikjest m’hiex marbuta li tordna r-ritorn tal-minuri
jekk il-persuna, istituzzjoni jew enti oħra li topponi r-ritorn iġġib prova li -
(a) il-pesuna, istituzzjoni jew enti oħra li jkunu vestiti bil-kura tal-persuna
tal-minuri ma kienux attwalment qegħdin jeżerċitaw id-drittijiet tal-
kustodja fiż-żmien meta jkun tneħħa jew inżamm il-minuri jew li taw il-
kunsens tagħhom jew sussegwentement baqgħu siekta għar-rimozzjoni
jew ritenzjoni tal-minuri; jew
(b) jkun hemm riskju kbir li r-ritorn tal-minuri se jesponih għal dannu
fiżiku jew psikoloġiku jew inkella jqiegħed lill-minuri f’sitwazzjoni
intollerabbli.
L-awtorità  ġudizzjarja jew amministrattiva tista’ wkoll tirrifjuta li tordna r-
ritorn tal-minuri jekk issib li l-minuri joġġezzjona għar-ritron tiegħu u jkun laħaq età
u livell ta’ maturità  li jkun tajjeb li wieħed jagħti każ tal-fehmiet tiegħu.
Meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi msemmija f’dan l-Artiklu, l-awtoritajiet
ġudizzjarji u amministrattivi għandhom iqisu l-informazzjoni li jkollha x’taqsam
ma’ l-isfond soċjali tal-minuri kif provduta mill-Awtorità  Ċentrali jew minn xi
awtorità  kompetenti oħra tal-post fejn ikun soltu joqgħod il-minuri.
12 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
Artikolu 14
Sabiex jiġi aċċertat jekk kienx hemm rimozzjoni jew ritenzjoni illeċita kif
imfissra fl-Artikolu 3, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ l-Istat rikjest
jistgħu jagħtu każ direttament tal-liġi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji jew
amministrattivi li jkunu jew ma jkunux rikonoxxuti formalment fl-Istat fejn il-minuri
jkun soltu joqgħod, mingħajr ma jirrikorru għall-proċeduri speċifiċi għall-prova ta’
dik il-liġi jew għar-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet ta’ pajjiżi barranin li kienu jkunu
applikabbli mod ieħor.
Artikolu 15
L-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ Stat Kontraenti jistgħu,
qabel ma jagħmlu ordni għar-ritorn ta’ minuri, jeħtieġu lill-applikant li jikseb
mingħand l-awtoritajiet ta’ l-Istat fejn ikun soltu joqgħod il-minuri sentenza jew
deċiżjoni oħra fis-sens illi r-rimozzjoni jew ir-ritenzjoni kienet waħda illeċita għat-
tenur ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, meta dik is-sentenza jew deċiżjoni tkun tista’
tinkiseb f’dak l-Istat. L-Awtoritajiet Ċentrali ta’ l-Istati Kontraenti għandhom sa fejn
dan ikun prattikabbli jassistu lill-applikanti fil-ksib ta’ dik is-sentenza jew deċiżjoni.
Artikolu 16
Wara li jkunu rċevew l-avviż ta’ rimozzjoni jew ritenzjoni illeċita ta’ minuri
għat-tenur ta’ l-Artikolu 3, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ l-Istat
Kontraenti fejn ikun ittieħed jew inżamm il-minuri m’għandhomx jiddeċiedu fuq il-
mertu tad-drittijiet tal-kustodja qabel ma jiġi deċiż illi l-minuri m’għandux jiġi
ritornat taħt din il-Konvenzjoni jew kemm-il darba ma ssirx applikazzjoni skond din
il-Konvenzjoni fi żmien raġonevoli minn meta jkunu irċevew l-avviż.
Artikolu 17
Il-fatt uniku li tkun ingħatat deċiżjoni dwar il-kustodja jew li dik id-
deċiżjoni tista’ tiġi rikonoxxuta fl-Istat rikjest m’għandux ikun motiv biex jiġi
rifjutat ir-ritorn ta’ minuri taħt din il-Konvenzjoni, iżda l-awtoritajiet ġudizzjarji jew
amministrattivi ta’ l-Istat rikjest jistgħu iqisu xi jkunu r-raġunijiet għal dik id-
deċiżjoni meta jiġu biex japplikaw din il-Konvenzjoni.
Artikolu 18
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitlu ma jillimitawx is-setgħa ta’ xi
awtorità  ġudizzjarja jew amministrattiva li tordna r-ritorn tal-minuri f’kull żmien li
jkun.
Artikolu 19
Deċiżjoni li tittieħed taħt din il-Konvenzjoni dwar ir-ritorn ta’ minuri
m’għandhiex titqies bħala li tkun qed tiddeċiedi wkoll il-mertu ta’ xi kwistjoni dwar
il-kustodja.
KAPITOLU IV - DRITTIJIET TA’ AĊĊESS
Artikolu 21
Tista’ ssir applikazzjoni lill-Awtoritajiet Ċentrali ta’ l-Istati Kontraenti biex
isiru arranġamenti għall-organizzazzjoni jew biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv ta’
drittijiet ta’ aċċess bl-istess mod bħalma ssir applikazzjoni għar-ritorn ta’ minuri.
L-Awtoritajiet Ċentrali huma marbuta b’kull obbligu ta’ koperazzjoni kif
imsemmi fl-Artikolu 7 biex iġibu ’l quddiem it-tgawdija paċifika tad-drittijiet ta’
aċċess u l-adempiment ta’ kull kondizzjoni li għalihom jista’ jkun suġġett l-
eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet. L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jaraw kif, sa fejn
ikun possibbli, ineħħu l-ostakoli kollha għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet. L-
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 13
Awtoritajiet Ċentrali jistgħu jibdew, jew jgħinu sew direttament sew permezz ta’
intermedjarji f’li jinbdew, proċedimenti bil-għan li jiġu organizzati jew protetti
dawn id-drittijiet u biex jiġi żgurat kull rispett għall-kondizzjonijiet li għalihom ikun
suġġett l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet.
KAPITOLU V - DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 22
Ebda garanzija, rahan jew depożitu, jkunu kif ikunu msejħa, m’għandhom
jenħtieġu biex jagħmlu tajjeb għall-ħlas ta’ nfieq u spejjeż fil-proċeduri ġudizzjarji
jew amministrattivi li jidħlu fl-iskopijiet ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 24
Kull applikazzjoni, komunikazzjoni jew dokument ieħor li jintbagħat lill-
Awtorità  Ċentrali ta’ l-Istat rikjest għandu jkun fl-ilsien oriġinali, u jkun imsieħeb bi
traduzzjoni fl-ilsien uffiċjali jew f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat rikjest jew,
fejn dan mhux possibbli, bi traduzzjoni fl-ilsien Franċiż jew Ingliż.
Artikolu 26
Kull Awtorità  Ċentrali għandha tbati l-ispejjeż tagħħa filli tapplika din il-
Konvenzjoni.
L-Awtoritajiet Ċentrali u servizzi pubbliċi oħra ta’ Stati Kontraenti
m’għandhomx jitolbu ebda ħlas għal applikazzjonijiet preżentati taħt din il-
Konvenzjoni. B’mod partikolari m’għandhomx jitolbu ebda ħlas mingħand l-
applikant għal infieq u spejjeż tal-proċedimenti jew, fejn dan japplika, dawk
konnessi mad-drittijiet ta’ avukati jew konsulenti. Iżda huma jistgħu jitolbu l-ħlas ta’
l-ispejjeż li jsiru jew li jkunu se jsiru sabiex jitwettaq ir-ritorn tal-minuri.
Iżda, Stat Kontraenti jista, billi jagħmel riserva skond l-Artikolu 42,
jiddikjara li mhux ser ikun marbut li jassumi spejjeż imsemmija fil-paragrafu ta’
qabel li joħorġu mill-parteċipazzjoni ta’ avukati jew konsulenti jew minn
proċedimenti fil-qorti, ħlief sal-limitu li dawk l-ispejjeż ikunu koperti bis-sistema
tiegħu ta’ għajnuna u pariri legali.
Meta jiġi ordnat ir-ritorn tal-minuri jew tinħareġ ordni li jkollha x’taqsam
mad-drittijiet ta’ aċċess taħt din il-Konvenzjoni, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew
amministrattivi jistgħu, meta jkun hekk sew li jsir, jordnaw lill-persuna li tkun
neħħiet jew żammet il-minuri, jew li tkun ċaħdet l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ aċċess,
li tħallas l-ispejjeż meħtieġa magħmula minn jew f’isem l-applikant, inklużi l-
ispejjeż tal-vjaġġ, kull spiża jew ħlas li jsir biex jinstab il-minuri, l-ispejjeż għar-
rappreżentanza legali ta’ l-applikant, u dawk għar-ritorn tal-minuri.
Artikolu 27
Meta jkun jidher ċar li l-obbligi li joħorġu minn din il-Konvenzjoni ma
jkunux qegħdin jitwettqu jew li l-applikazzjoni hi xort’oħra bla bażi, l-Awtorità
Ċentrali ma tkunx marbuta li taċċetta l-applikazzjoni. F’dak il-każ, l-Awtorità
Ċentrali għandha minnufih tgħarraf lill-applikant jew lill-Awtorità  Ċentrali li
permezz tagħha tkun saret l-applikazzjoni, skond il-każ, bir-raġunijiet tagħha.
Artikolu 28
Awtorità  Ċentrali tista’ teħtieġ li l-applikazzjoni tkun imsieħba
b’awtorizzazzjoni bil-miktub li tagħtiha s-setgħa li taġixxi f’isem l-applikant, jew li
taħtar rappreżentant biex hekk jaġixxi.
Artikolu 29
Din il-Konvenzjoni ma żżomm lil ebda persuna, istituzzjoni jew enti li
14 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
tallega li kien hemm xi ksur tad-drittijiet tal-kustodja jew ta’ aċċess skond it-tifsira
ta’ l-Artikolu 3 jew 21 milli japplikaw direttament lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew
amministrattivi ta’ Stat Kontraenti, sew skond sew mhux skond id-disposizzjonijiet
ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 30
Kull applikazzjoni li ssir lill-Awtoritajiet Ċentrali jew direttament lill-
awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ Stat Kontraenti skond id-
disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, flimkien mad-dokumenti u kull tagħrif ieħor
mehmuż magħha jew provdut minn Awtorità  Ċentrali, jkun ammissibbli fil-qrati jew
quddiem l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Kontraenti.
Artikolu 31
Meta fi Stat li, għar-rigward tal-kustodja ta’ minuri, jkollu żewġ sistemi ta’
liġi jew aktar applikabbli f’oqsma territorjali differenti -
(a) kull referenza għall-post fejn wieħed soltu joqgħod f’dak l-Istat
għandha tinftihem li tirreferi għall-post fejn wieħed soltu joqgħod
f’taqsima territorjali ta’ dak l-Istat;
(b) kull referenza għal-liġi ta’ l-Istat tal-post fejn wieħed soltu joqgħod
għandha tinftihem li tirreferi għall-liġi tat-taqsima territorjali f’dak l-
Istat fejn il-minuri ikun soltu joqgħod.
Artikolu 32
Meta fi Stat li, għar-rigward tal-kustodja tal-minuri, jkollu żewġ sistemi ta’
liġi jew aktar applikabbli għal kategoriji differenti ta’ persuni, kull referenza li ssir
għal-liġi ta’ dak l-Istat għandha tinftihem bħala li tkun qegħda tirreferi għas-sistema
legali speċifikata mil-liġi ta’ dak l-Istat.
IT-TIENI SKEDA
ġ Artikolu 14(2)ħ
KONVENZJONI EWROPEA DWAR IR-RIKONOXXIMENT U 
L-INFURZAR TA’ DEĊIŻJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU 
MAL-KUSTODJA TA’ MINURI
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta’ din il-Konvenzjoni -
(a) "minuri" tfisser persuna ta’ kull nazzjonalità  li tkun, sakemm tkun taħt
is-sittax il-sena u ma jkollhiex id-dritt li tiddeċiedi dwar il-post tar-
residenza tagħha taħt liġi li tirregola fejn wieħed soltu joqgħod, il-liġi
dwar in-nazzjonalità  tagħħa jew il-liġi domestika ta’ l-Istat indirizzat;
(b) "awtorità " tfisser awtorità  ġudizzjarja jew amministrattiva;
(ċ) "deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-kustodja" tfisser deċiżjoni ta’
awtorità  sakemm din ikollha x’taqsam mal-kura tal-persuna tal-minuri,
inklużi id-dritt ta’ deċiżjoni dwar il-post ta’ residenza, jew dwar id-dritt
ta’ aċċess għalih;
(d) "rimozzjoni bla dritt" tfisser ir-rimozzjoni ta’ minuri billi tinqabeż il-
fruntiera internazzjonali bi ksur ta’ deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-
kustodja tiegħu mogħtija fi Stat Kontraenti li tista’ tiġi infurzata f’dak l-
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 15
Istat; u "rimozzjoni bla dritt" tinkludi wkoll:
(i) billi ma jiġix ritornat il-minuri billi tinqabeż il-fruntiera
internazzjonali meta jgħaddi l-perjodu ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’
aċċess għal dan il-minuri jew meta jgħaddi kull żmien ieħor ta’
qagħda f’territorju li ma jkunx dak fejn tkun qed tiġi eżerċitata l-
kustodja;
(ii) rimozzjoni li sussegwentement tiġi dikjarata kontra l-liġi skond
it-tifsira ta’ l-Artikolu 12.
Artikolu 4
(1) Kull persuna li tkun kisbet fi Stat Kontraenti deċiżjoni li għandha x’taqsam
mal-kustodja ta’ minuri u li tixtieq li dik id-deċiżjoni tiġi rikonoxxuta jew infurzata
fi Stat Kontraenti ieħor tista’ tindirizza applikazzjoni għal dan l-għan lill-awtorità
ċentrali f’kull Stat Kontraenti li jkun.
(2) L-applikazzjoni għandha tkun imsieħba bid-dokumenti msemmija fl-
Artikolu 13.
(3) L-awtorità  ċentrali li tirċievi l-applikazzjoni, jekk din ma tkunx l-awtorità
ċentrali fl-Istat indirizzat, għandha tibgħat id-dokumenti direttament u mingħajr
dewmien lil dik l-awtorità  ċentrali.
(4) L-awtorità  ċentrali li tirċievi l-applikazzjoni għandha żżomm lill-applikant
mgħarraf mingħajr ebda dewmien dwar f’hiex tkun waslet l-applikazzjoni tiegħu.
Artikolu 5
(1) L-awtorità  ċentrali fl-Istat indirizzat għandha tmexxi jew tara li jitmexxa
mingħajr dewmien dak kollu li taħseb li jkun sew li jsir, jekk ikun meħtieġ billi
jinbdew proċedimenti quddiem l-awtoritajiet kompetenti tagħha, sabiex -
(a) jinstab fejn ikun qiegħed il-minuri;
(b) jiġi evitat, b’mod partikolari b’kull miżura proviżorja meħtieġa, kull
preġudizzju għall-interess tal-minuri jew ta’ l-applikant;
(ċ) jiġi żgurat ir-rikonoxximent jew l-infurzar tad-deċiżjoni;
(d) tiġi żgurata l-konsenja tal-minuri lill-applikant meta jkun ġie ordnat l-
infurzar;
(e) tiġi mgħarrfa l-awtorità  rikjedenti bil-miżuri li jittieħdu u r-riżultati
tagħhom.
(2) Fejn l-awtorità  ċentrali fl-Istat indirizzat ikollha għaliex tifhem li l-minuri
jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Kontraenti ieħor hija għandha tibgħat id-dokumenti
direttament u mingħajr dewmien lill-awtorità  ċentrali ta’ dak l-Istat.
(3) B’eċċezzjoni ta’ l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni, kull Stat Kontraenti jintrabat li
ma jitlob ebda pagament mingħand applikant dwar miżuri meħuda taħt il-paragrafu
(1) mill-awtorità  ċentrali ta’ dak l-Istat f’isem l-applikant, inklużi l-ispejjeż tal-
proċedimenti u, fejn japplika, l-ispejjeż magħmula għall-assistenza ta’ avukat.
(4) Jekk ir-rikonoxximent jew l-infurzar jiġu miċħuda, u jekk l-awtorità  ċentrali
ta’ l-Istat indirizzat tqis li għandha tħares talba li ssir mill-applikant biex iġib f’dak
l-Istat proċeduri li jkollhom x’jaqsmu mal-mertu tal-każ, dik l-awtorità  għandha
tagħmel mill-aħjar biex tiġi żgurata r-rappreżentanza ta’ l-applikant fil-proċedimenti
taħt kondizzjonijiet li ma jkunu xejn anqas favorevoli minn dawk disponibbli għal
persuna li tkun residenti u ċittadin ta’ dak l-Istat u għal dan l-għan tista’, b’mod
partikolari, tibda proċedimenti quddiem l-awtoritajiet kompetenti tagħha.
16 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
Artikolu 7
Deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-kustodja li tingħata f’xi Stat Kontraenti
għandha tiġi rikonoxxuta u, jekk din tkun tista’ tiġi infurzata fl-Istat ta’ oriġini
tagħha, din għandha tiġi infurzata f’kull Stat Kontraenti ieħor.
Artikolu 9
(1) ġ Ir-rikonoxximent u l-infurzar jistgħu ma jintlaqgħuxħ  jekk:
(a) fil-każ ta’ deċiżjoni li tingħata fil-kontumaċja ta’ konvenut jew tar-
rappreżentant legali tiegħu, il-konvenut ma kienx ġie notifikat
regolarment bid-dokument li bih inbdew il-proċedimenti jew dokument
ekwivalenti fi żmien adegwat biex ikun jista’ jagħmel id-difiża tiegħu;
iżda dak in-nuqqas ta’ notifika m’għandux jikkostitwixxi r-raġuni biex
jiġu miċħuda r-rikonoxximent jew l-infurzar meta n-notifika ma tkunx
saret għax il-konvenut ikun ħeba l-post fejn kien joqgħod mill-persuna
li bdiet il-proċedimenti fl-Istat ta’ oriġini;
(b) fil-każ ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja tal-konvenut jew tar-
rappreżentant legali tiegħu, il-kompetenza ta’ l-awtorità  li tat id-
deċiżjoni ma kinitx bażata -
i. fuq il-post fejn soltu joqgħod il-konvenut; jew
ii. fuq l-aħħar post komuni fejn kienu joqogħdu l-ġenituri tal-minuri,
jekk mill-anqas wieħed mill-ġenituri jkun għadu soltu joqgħod
hemmhekk; jew
iii. fuq il-post fejn soltu joqgħod il-minuri;
(ċ) id-deċiżjoni tkun inkompatibbli ma’ deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-
kustodja li setgħet tiġi infurzata fl-Istat indirizzat qabel ir-rimozzjoni
tal-minuri, kemm-il darba l-minuri kien soltu joqgħod fit-territorju ta’ l-
Istat rikjedenti għal sena qabel ir-rimozzjoni tiegħu.
(3) Taħt ebda ċirkostanza m’għandha deċiżjoni barranija tiġi eżaminata fil-
meritu.
Artikolu 10
(1) ġ Ir-rikonoxximent u l-infurzar jistgħu ma jintlaqgħux ukollħ  għal xi waħda
mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) jekk jinstab li l-effetti tad-deċiżjoni huma b’mod ċar inkompatibbli mal-
prinċipji fondamentali tal-liġi li għandha x’taqsam mal-familja u mal-
minuri fl-Istat indirizzat;
(b) jekk jinstab li minħabba f’tibdil fiċ-ċirkostanzi li jinkludu ż-żmien li
jgħaddi iżda li ma jinkludux it-tibdil biss fil-post fejn joqgħod il-minuri
wara rimozzjoni illeċita, l-effetti tad-deċiżjoni oriġinali b’mod ċar ma
jibqgħux aktar fl-interess tal-minuri;
(ċ) jekk fiż-żmien meta l-proċedimenti nbdew fl-Istat ta’ oriġini -
i. il-minuri kien ċittadin ta’ l-Istat indirizzat jew kien soltu joqgħod
hemmhekk u ma kien hemm ebda konnessjoni bħal dik ma’ l-Istat
ta’ oriġini;
ii. il-minuri kien ċittadin sew ta’ l-Istat ta’ oriġini sew ta’ l-Istat
indirizzat u kien soltu joqgħod fl-Istat indirizzat;
(d) jekk id-deċiżjoni tkun inkompatibbli ma’ deċiżjoni mogħtija fl-Istat
indirizzat jew tista’ tiġi infurzata f’dak l-Istat wara li tkun ingħatat fi
Stat ieħor, bħala segwitu għal proċedimenti mibdija qabel ma tkun ġiet
IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI ġ KAP. 410. 17
preżentata l-applikazzjoni għar-rikonoxximent jew infurzar, u jekk ir-
rifjut ikun fl-interess tal-minuri.
(2) Il-proċedimenti għar-rikonoxximent jew infurzar jistgħu jiġu sospiżi għal xi
motiv minn dawn:
(a) jekk tkun inbdiet proċedura ordinarja ta’ reviżjoni tad-deċiżjoni
oriġinali;
(b) jekk il-proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-kustodja tal-minuri, li
jkunu nbdew qabel ma l-proċedimenti fl-Istat ta’ oriġini jkunu ġew
istitwiti, ikunu pendenti fl-Istat indirizzat;
(ċ) jekk deċiżjoni oħra li għandha x’taqsam mal-kustodja tal-minuri
tifforma l-meritu ta’ proċedimenti għall-infurzar jew ta’ xi proċedimenti
oħra li għandhom x’jaqsmu mar-rikonoxximent tad-deċiżjoni.
Artikolu 11
(1) Deċiżjonijiet fuq id-drittijiet ta’ aċċess u provvedimenti ta’ deċiżjonijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-kustodja u li huma relatati mad-drittijiet ta’ aċċess
għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati skond l-istess kondizzjonijiet bħal kull
deċiżjoni oħra li għandha x’taqsam mal-kustodja.
(2) Iżda, l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat indirizzat tista’ tistabbilixxi l-
kondizzjonijiet biex jitwettaq u jiġi eżerċitat id-dritt ta’ aċċess partikolarment, jekk
tqis l-obbligazzjonijiet li jkunu intrabtu bihom il-partijiet fuq din il-kwistjoni.
(3) Meta ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni fuq id-dritt ta’ aċċess jew meta ma
jkunux intlaqgħu r-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ deċiżjoni li għandha x’taqsam
mal-kustodja, l-awtorità  ċentrali ta’ l-Istat indirizzat tista’ tapplika lill-awtoritajiet
kompetenti tagħha għal deċiżjoni fuq id-dritt ta’ aċċess jekk il-persuna li tallega dritt
ta’ aċċess hekk titlob.
Artikolu 12
Meta, waqt ir-rimozzjoni tal-minuri billi tinqabeż il-fruntiera
internazzjonali, ma jkun hemm ebda deċiżjoni li tista’ tiġi infurzata mogħtija fi Stat
Kontraenti li għandha x’taqsam mal-kustodja tiegħu, id-disposizzjonijiet ta’ din il-
Konvenzjoni għandhom ikunu japplikaw għal kull deċiżjoni li tiġi wara, li għandha
x’taqsam mal-kustodja ta’ dak il-minuri u li tiddikjara r-rimozzjoni bħala waħda
illeċita, li tingħata fi Stat Kontraenti fuq talba ta’ kull persuna li jkollha interess.
Artikolu 13
(1) Applikazzjoni għar-rikonoxximent jew infurzar fi Stat Kontraenti ieħor ta’
deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-kustodja għandu jentehmeż magħha -
(a) dokument li jkun jawtorizza lill-awtorità  ċentrali ta’ l-Istat indirizzat
biex jaġixxi f’isem l-applikant jew biex jinħatar rappreżentant ieħor
għal dak l-għan;
(b) kopja ta’ deċiżjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa ta’
awtentiċità ;
(ċ) fil-każ ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja tal-konvenut jew tar-
rappreżentant legali tiegħu, dokument li jistabbilixxi li l-konvenut kien
ġie regolarment notifikat bid-dokument li bih inbdew il-proċedimenti
jew dokument ekwivalenti;
(d) jekk ikun japplika, kull dokument li jistabbilixxi li, skond il-liġi ta’ l-
Istat ta’ oriġini, id-deċiżjoni tkun tista’ tiġi infurzata;
(e) jekk ikun possibbli, dikjarazzjoni li tkun tindika l-post jew postijiet fejn
18 KAP. 410. ħ IS-SEKWESTRU U L-KUSTODJA TA’ MINURI
il-minuri x’aktarx joqgħod fl-Istat indirizzat;
(f) proposti dwar kif il-kustodja tal-minuri għandha tiġi restitwita.
Artikolu 15
(1) Qabel ma’ tittieħed deċiżjoni skond il-paragrafu (1)(b) ta’ l-Artikolu 10, l-
awtorità  interessata fl-Istat indirizzat -
(a) għandha taċċerta ruħha dwar il-fehmiet tal-minuri kemm-il darba dan
ma jkunx imprattikabbli minħabba fl-età  u l-fehma tal-minuri; u
(b) tista’ titlob li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
(2) L-ispejjeż ta’ investigazzjonijiet f’kull Stat Kontraenti għandhom ikunu
mgħejjuna mill-awtoritajiet ta’ l-Istat fejn dawn isiru.
Applikazzjonijiet għal investigazzjonijiet u r-riżultanzi tagħħom jistgħu
jintbagħtu lill-awtorità  interessata permezz ta’ l-awtoritajiet ċentrali.
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 13)
Riservi
(1) Il-Gvern ta’ Malta jiddikjara li mhux ser jkun marbut li jagħmel xi spejjeż li
jirriżultaw mill-parteċipazzjoni ta’ avukati jew konsulenti jew minn proċedimenti
fil-qrati, ħlief meta dawk l-ispejjeż jistgħu jkunu koperti bl-għajnuna legali.
(2) Skond l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni, Malta tirriserva d-dritt li taċċetta
traduzzjonijiet tad-dokumenti oriġinali biss bl-ilsien Ingliż.
IR-RABA’ SKEDA
ġ Artikolu 14(2)ħ
Riserva
Skond l-Artikolu 17, paragrafu 1 tal-Konvenzjoni, il-Gvern ta’ Malta jirriserva d-
dritt li ma jilqax ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet li għandhom
x’jaqsmu mal-kustodja, fil-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 8 u 9 jew xi wieħed minn
dawn l-Artikoli, għal xi waħda mir-raġunijiet li dwarhom hemm provdut fl-Artikolu
10, paragrafu 1(a), (b), (ċ) u (d).
