PROTEZZJONI ĊIVILI ġ KAP. 411. 1
KAPITOLU 411
ATT DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili u
ta’ Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ, u għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
ma’ dan jew anċillari għall-istess.
1 ta’ Diċembru, 1999
L-Att XV ta’ l-1999.
Titolu.
Tifsiriet.
teħtieġ xort’oħra -
"id-Dipartiment" tfisser id-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili
mwaqqaf bl-artikolu 3;
"id-Direttur" tfisser id-Direttur tad-Dipartiment għall-
Protezzjoni Ċivili u tinkludi lil kull uffiċjal maħtur jew awtorizzat
mid-Direttur biex jaġixxi minfloku;
"diżastru" tfisser ġrajja mhux prevedibbli li tikkaġuna jew
thedded li tikkaġuna ħsara fil-ħajja jew fis-saħħa ta’ għadd sew ta’
bnedmin, jew lill-proprjetà  jew lill-provvista ta’ riżorsi vitali tal-
popolazzjoni jew lill-ambjent, u l-urġenza tas-sitwazzjoni tkun
teħtieġ il-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u
organizzazzjonijiet għall-azzjoni immedjata ta’ rimedju;
"il-Forza" tfisser il-Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ mwaqqfa bl-
artikolu 8 ta’ dan l-Att;
"il-Kmandant" tfisser il-kmandant maħtur biex jaġixxi bħala tali
taħt l-artikolu 9 ta’ dan l-Att;
"il-Kunsill" tfisser il-Kunsill għall-Protezzjoni Ċivili mwaqqaf
skond l-artikolu 5 ta’ dan l-Att;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Protezzjoni
Ċivili u tinkludi, sal-limitu u skond l-awtorità  mogħtija, kull
persuna jew korp ta’ persuni awtorizzati mill-imsemmi Ministru
għal xi skop ta’ dan l-Att.
Twaqqif ta’ 
Dipartiment.
3. Għandu jitwaqqaf Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili li
jkun dipartiment tal-Gvern li jitmexxa minn uffiċjal pubbliku li
jkun magħruf bħala d-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, li jkollu l-
funzjonijiet stabbiliti fl-artikolu 4.
Funzjonijiet tad-
Dipartiment.
4. Il-funzjonijiet tad-Dipartiment ikunu - 
(a) sabiex iħejji pjani ta’ kontinġenza f’każ ta’ xi diżastru
kif ukoll dawk l-emerġenzi naturali, industrijali jew
oħrajn li jistgħu jinqalgħu;
(b) sabiex jorganizza u jikkordina faċilitajiet ta’ taħriġ u
korsijiet għall-persunal li jistgħu jenħtieġu f’każ ta’
diżastru nazzjonali jew reġjonali jew ta’ emerġenza;
(ċ) sabiex iwaqqaf l-infrastruttura meħtieġa biex jiżġura li
2 KAP. 411. ħ PROTEZZJONI ĊIVILI
jkun hemm kordinazzjoni bejn id-diversi dipartimenti
tal-Gvern, Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet mhux
governattivi li jistgħu jkunu involuti biex jaġixxu
flimkien fil-każ ta’ diżastru nazzjonali jew reġjonali
jew ta’ emerġenza;
(d) sabiex jagħmel riċerka dwar vulnerabbilità  u risk
assessment;
(e) sabiex iġib ’l quddiem konoxxenza pubblika dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ċivili;
(f) sabiex iżomm u jmexxi forza ta’ għajnuna u salvataġġ;
Kap. 178.
(g) sabiex iħejji regolamenti bis-saħħa ta’ dan l-Att u ta’ l-
Att dwar Setgħat ta’ Emerġenza li jistgħu jenħtieġu
f’każ ta’ diżastru nazzjonali jew reġjonali jew ta’
emerġenza; u
(h) b’mod ġenerali, sabiex iwettaq kull funzjoni oħra li
jkollha x’taqsam mal-protezzjoni ċivili kif jista’ jiġi
lilha assenjat mill-Ministru minn żmien għal żmien.
Kunsill għall-
Protezzjoni Ċivili.
5. (1) Għandu jitwaqqaf Kunsill, li jkun magħruf bħala l-
Kunsill għall-Protezzjoni Ċivili, li jkollu dawk il-funzjonijiet u
dmirijiet stabbiliti f’dan l-Att.
(2) Il-Kunsill jinħatar mill-Prim Ministru kif ġej -
(a) għadd ta’ membri rappreżentattivi, li ma jkunux iktar
minn ħamsa, li jintagħżlu minn fost uffiċjali pubbliċi li
jkollhom kariga għolja u li jkunu qegħdin jaqdu
dmirijiet fil-ministeri responsabbli għax-xogħlijiet
pubbliċi, ambjent, servizzi ta’ telekomunikazzjoni u
trasport, servizzi tas-saħħa, affarijiet ekonomiċi,
affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-karburanti u l-
enerġija, u l-affarijiet ta’ Għawdex; 
(b) membru li jintagħżel minn fost persuni li jkollhom
konoxxenza u esperjenza f’dak li għandu x’jaqsam
mal-protezzjoni ċivili wara li jiġu ikkonsultati
rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet volontarji
involuti f’dawk l-oqsma;
L.S. 363.06
(ċ) membru li jiġi nominat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli
Lokali mwaqqfa skond ir-regolament 3 tar-
Regolamenti dwar l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
(3) Iċ-Chairman ikun il-Ministru responsabbli għall-
Protezzjoni Ċivili u d-Deputy Chairman ikun is-Segretarju
Permanenti fl-istess Ministeru, u l-Kummissarju tal-Pulizija, il-
Kmandant tal-Forzi Armati u d-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili
jkunu membri ex officio.
(4) Il-membri l-maħtura jibqgħu f’dik il-kariga għal dak iż-
żmien, li ma jkunx ta’ iktar minn tlett snin, kif jista’ jiġi speċifikat
fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
(5) Meta jiġi vakat il-post ta’ xi membru maħtur qabel ma jkun
għadda ż-żmien stabbilit fl-ittra tal-ħatra tiegħu, il-Prim Ministru
għandu jaħtar persuna oħra biex tieħu post dak il-membru għal dak
PROTEZZJONI ĊIVILI ġ KAP. 411. 3
iż-żmien, li ma jkunx żmien ta’ iktar minn tlett snin, kif il-Prim
Ministru jista’ jistabbilixxi fl-ittra tal-ħatra tiegħu;
Iżda l-Kunsill jista’ dejjem jibqa’ jaġixxi minkejja li jkun
hemm dik il-vakanza.
(6) Id-Deputy Chairman għandu jaġixxi minflok iċ-Chairman
kull meta ċ-Chairman ikun assenti minn laqgħa tal-Kunsill jew
inkella ma jkunx jista’ jaġixxi ta’ Chairman għal kull raġuni li
tkun.
(7) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-artikolu l-Prim
Ministru jista’ f’kull żmien itemm il-ħatra ta’ xi membru maħtur,
jekk fil-fehma tiegħu dak il-membru maħtur ma jibqax idoneu biex
ikompli f’dik il-kariga jew ikun sar inkapaċi milli jwettaq
dmirijietu sew.
(8) Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili għandu jagħmilha ta’
segretarju tal-Kunsill.
(9) Il-Kunsill għandu jiltaqa’ għal kemm il-darba jkun meħtieġ
li jiltaqa’, iżda f’ebda każ inqas minn darba f’kull tlett xhur.
(10) Il-Kunsill għandu jirregola l-proċedimenti tiegħu nnifsu.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
6. (1) Tkun il-funzjoni tal-Kunsill -
(a) li jifformula, jmexxi u jikkordina kull kwistjoni u
prattika ta’ politika nazzjonali dwar il-protezzjoni
ċivili;
(b) li jmexxi u jikkordina dak li jidħol fil-kompetenza
tiegħu biex iħejji u jwettaq kull azzjoni ta’ protezzjoni
ċivili meħtieġa fil-każ ta’ emerġenza pubblika jew
diżastru;
(ċ) li jagħti pariri u jirrakkomanda lill-Ministru dwar l-
idoneità  ta’ persuna, minħabba fil-kwalitajiet personali
speċjali tagħha ta’ deċiżjoni, kompetenza u esperjenza,
li taġixxi ta’ kmandant u kordinatur nazzjonali suprem
tas-servizzi u miżuri ta’ protezzjoni ċivili f’xi
emerġenza jew diżastru partikolari;
(d) li japprova pjani ta’ kontinġenza u linji direttivi u
kodiċijiet assoċjati li jkollhom x’jaqsmu ma’
emerġenzi u diżastri pubbliċi;
(e) li jissorvelja l-ħidmiet tad-Dipartiment għall-
Protezzjoni Ċivili;
(f) li jagħti pariri lill-Ministru dwar il-miżuri kollha li
jagħtu protezzjoni lill-pubbliku fil-każ ta’ emerġenza
pubblika jew diżastru;
(g) li jinkoraġġixxi u jagħti sostenn fuq livelli nazzjonali u
lokali dwar it-tħejjija għal xi emerġenza ġenerali li
tkun kapaċi li tirrispondi għal kull xorta ta’
emerġenza, tkun xi tkun il-kawża tagħha;
(h) li jikkoordina u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’
organizzaz-zjonijiet volontarji ta’ protezzjoni ċivili.
(2) Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien, bi ftehim mal-
4 KAP. 411. ħ PROTEZZJONI ĊIVILI
Ministru, jistabbilixxi dawk il-kummissjonijiet konsultattivi hekk
kif jista’ jqis li jkun meħtieġ sabiex jgħinuh fil-funzjonijiet tiegħu;
dawk il-kummissjonijiet ikollhom funzjoni konsultattiva, u r-
riżultanzi jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom m’għandhomx
ikunu vinkolanti fuq il-Kunsill jew fuq il-Ministru.
Setgħat tal-
Ministru li jagħmel 
regolamenti.
7. (1) Il-Ministru responabbli għall-Protezzjoni Ċivili jista’
jipprovdi b’regolamenti -
(a) b’mod ġenerali sabiex jirregola dak kollu li għandu
x’jaqsam mal-protezzjoni ċivili;
(b) dwar il-proċeduri li għandhom jittieħdu dwar xi
diżastru jew emerġenza pubblika li jiġru f’Malta,
inkluża kull investigazzjoni li ssir dwarhom; u r-
regolamenti li jsiru taħt dan il-paragrafu jista’
jkollhom disposizzjonijiet -
(i) li jkunu jeħtieġu li jingħata avviż dwar diżastri
jew emerġenza f’dawk iż-żminijiet, b’dak il-
mod u minn dawk il-persuni li jiġu speċifikati
fir-regolamenti;
(ii) li japplikaw, mingħajr tibdil, f’xi investigaz-
zjonijiet li jsiru dwar xi inċident bħal dak, xi
disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra li jkollha
x’taqsam ma’ investigazzjonijiet f’każijiet ta’
diżastru;
(iii) li jipprojbixxu, sakemm issir l-investigazzjoni,
aċċess għaż-żona fejn ikun ġara d-diżastru, u li
jawtorizzaw lil xi persuna, kemm jkun meħtieġ
għall-għanijiet ta’ xi investigazzjoni, li jkollha
aċċess biex teżamina, tneħħix, tippreserva u
tagħmel dak li jkun meħtieġ f’dik iż-żona;
(ċ) sabiex jiġu stabbiliti l-għanijiet u l-provvedimenti,
direttivi, kodiċijiet ta’ prattika u linji direttivi li
jkollhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ preparazzjoni
u ta’ rispons;
(d) sabiex jiġu stabbiliti s-sistema u l-ħtiġiet għall-
ippjanar tal-protezzjoni ċivili;
Kap. 178.
(e) sabiex jiġi stabbilit, bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, il-metodu u l-ħlas ta’ livelli
ta’ kumpens għal telf materjali mġarrab minn persuni
matul emerġenza skond l-Att dwar Setgħat ta’
Emerġenza u matul diżastru kif imfisser f’dak l-Att; 
(f) sabiex jiġi preskritt jew isiru provvedimenti dwar kull
ħaġa li tista’ tiġi preskritta skond dan l-Att; u
(g) dwar penalitajiet amministrattivi. 
(2) Il-ħlas ta’ kull kumpens taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawk
ir-regolamenti isir mill-Fond Konsolidat.
(3) Bla ħsara għas-setgħat tal-Ministru skond l-artikolu ta’
qabel dan kull uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jista’
jipprojbixxi l-aċċess għal xi żona meta jkun hemm xi diżastru jew
emerġenza oħra filwaqt li tkun qed issir l-operazzjoni ta’ salvataġġ
PROTEZZJONI ĊIVILI ġ KAP. 411. 5
u l-investigazzjoni dwar id-diżastru jew il-kawża ta’ l-emerġenza.
Twaqqif ta’ Forza 
ta’ Għajnuna u 
Salvataġġ.
8. (1) Qiegħda b’dan titwaqqaf forza li tkun magħrufa bħala
Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ.
(2) Il-Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ għandha titmexxa minn
Uffiċjal Kap għall-Għajnuna u s-Salvataġġ.
(3) Qabel ma uffiċjal jibda jwettaq il-kariġa tiegħu fil-Forza
ta’ Għajnuna u Salvataġġ, huwa għandu jieħu l-ġurament tal-kariga
skond ma hemm fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(4) Il-funzjonijiet tal-Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ ikunu -
(a) li tara li jkun hemm servizz adegwat għal intervent
immedjat fil-każ ta’ ħruq, għargħar, salvataġġ fuq il-
baħar u ħelsien mill-għarqa u appoġġ fuq il-baħar għal
kontra t-tniġġis jew f’kull sitwazzjoni oħra ta’ diżastru
sew naturali sew kaġunat mill-bniedem li tkun teħtieġ
l-għajnuna immedjata ta’ forza pubblika jew ta’
tagħmir speċjali;
(b) li tintervjeni f’kaz ta’ emerġenza jew ta’ diżastru;
(ċ) li twettaq kull dmir lilha assenjat mid-Direttur tal-
Protezzjoni Ċivili.
(5) L-amministrazzjoni u d-dixxiplina tal-Forza jkunu dawk li
jiġu preskritti b’regolamenti magħmulin mill-Ministru skond l-
artikolu 7 ta’ dan l-Att u dawk ir-regolamenti jista’ jkollhom
disposizzjonijiet dwar ir-reklutaġġ fil-Forza u l-patti u l-
kondizzjonijiet tas-servizz, l-għoti ta’ sensja mill-Forza u t-taħriġ
tagħha, inkluż it-trasferiment ta’ kull membru tagħha għal xi forza
oħra, kif ukoll dwar kull ħaġ’oħra li jkollha x’taqsam mal-Forza.
(6) Ir-regolamenti msemmija qabel jistgħu jipprovdu dwar l-
estensjoni għall-membri tal-Forza ta’ xi dmir u setgħa, ta’ l-
uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija jew li jappartjenu lilhom, kif suġġetti
għal dawk il-modifiki, adattamenti u restrizzjonijiet, f’dawk iċ-
ċirkostanzi li jiġu speċifikati fir-regolamenti.
(7) (a) Fl-interess tas-sigurezza pubblika, l-ordni pubbliku u
s-saħħa pubblika, meta jiġi ngaġġat kull membru tal-
Forza jenħtieġ il-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun qed
tiġi ingaġġata, li ma tifformax, jew tkun membru ta’
trade union; iżda l-membri tal-Forza jistgħu jifformaw
assoċjazzjoni għalihom infushom.
(b) Assoċjazzjoni mwaqqfa taħt dan is-subartikolu
għandha, bil-għan li tagħmilha possibbli għal min ikun
ta’ rank kif jiġi stabbilit mill-Ministru jew li jkun taħt
dak ir-rank, tikkonsidra u ġġib quddiem l-awtoritajiet
kompetenti kull ħaġa li tolqot il-welfare u l-effiċjenza
professjonali tal-membri ta’ dik l-assoċjazzjoni, inkluż
dak li jolqot is-siegħat tax-xogħol tagħhom, leave, ħlas
u allowances, pensjonijiet u kondizzjonijiet tas-servizz
u regoli tad-dixxiplina oħra b’mod ġenerali, u
tiddefendi individwi fi proċedimenti dixxiplinari.
(ċ) L-istatut u r-regoli li jirregolaw xi assoċjazzjoni
mwaqqfa taħt dan is-subartikolu u kull emenda
6 KAP. 411. ħ PROTEZZJONI ĊIVILI
relattiva, għandhom qabel jiġu approvati mill-
Ministru. 
(d) Assoċjazzjoni mwaqqfa skond dan is-subartikolu
għandha tkun għal kollox indipendenti minn, u l-anqas
assoċjata ma’, xi korp li ma jkunx jeżisti fi ħdan il-
Forza.
(e) Is-sħubija f’assoċjazzjoni mwaqqfa skond dan is-
subartikolu għandha tkun waħda volontarja.
(f) Ebda persuna ma tista’ tkun membru ta’ xi
assoċjazzjoni bħal dik kemm-il darba ma tkunx
membru tal-Forza; iżda l-assoċjazzjoni tista’ tingaġġa
impjegati jew konsulenti minn barra l-Forza.
Ħatra u setgħat tal-
Kmandant.
9. (1) Il-Ministru jista’ jaħtar, f’xi diżastru jew emerġenza
nazzjonali jew reġjonali, jew b’antiċipazzjoni ta’ dawn, persuna
biex taġixxi bħala Kmandant suprem kif provdut fl-artikolu 6(1)(ċ)
ta’ dan l-Att u jista’ jħassar kull ħatra bħal dik.
(2) Fil-każ ta’ xi emerġenza, diżastru jew avveniment ieħor li
jaqa’ taħt dan l-Att, il-Kmandant, jekk ikun ġie maħtur, jew id-
Direttur jew l-ogħla uffiċjal għall-Għajnuna u Salvataġġ li jkun
hemmhekk preżenti, għandu jkollu dawn is-setgħat, b’żieda ma’
kull setgħa oħra li jkollu skond il-kariga tiegħu -
(a) li jordna immedjatament li tittieħed kull ħaġa mobbli
jew immobbli, li fil-fehma tiegħu tkun b’mod
indispensabbli meħtieġa għal xi attività ;
(b) li jordna l-evakwazzjoni ta’ persuni minn kull fond u li
ma jħallix persuni jidħlu f’dak il-fond;
(ċ) li jidħol ġewwa fond, inkluża residenza privata, f’kull
ħin mingħajr il-ħtieġa ta’ xi warrant minn awtorità
superjuri;
(d) li jagħmel ħsara fi proprjetà  privata meta dan ikun
meħtieġ b’mod indispensabbli sabiex tiġi evitata kull
theddida għall-ħajja ta’ l-oħrajn, jew inkella t-tifrix ta’
l-effetti ta’ xi avveniment.
(3) F’kull wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi (a), (b)
u (d) tas-subartikolu ta’ qabel dan, is-sid ikollu jedd għal kumpens.
(4) It-talba għal dak il-kumpens għandha ssir fi żmien sena
minn meta jkun ġara l-avveniment, u l-Qorti tal-Maġistrati fil-
ġurisdizzjoni ċivili tagħha tkun kompetenti li tittratta u tiddeċiedi
dwar kull talba bħal dik, minkejja kull liġi oħra li tkun tillimita l-
kompetenza tagħha.
Reati. 10. (1) Kull min ineħħi minn xi post u juża mingħajr ebda
dritt għal benefiċċju tiegħu jew dak ta’ l-oħrajn xi ħaġa li tkun ġiet
abbandunata minn sidha, minħabba f’xi diżastru, ħruq, jew
avveniment ieħor li matulu il-ħajja tas-sid jew ta’ xi persuna oħra
kienet fil-periklu, ikun ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab ħati, jeħel
priġunerija għal żmien mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed
minn għaxar snin:
Iżda meta l-Qorti tiġi biex tagħti l-piena, hija għandha tqis
PROTEZZJONI ĊIVILI ġ KAP. 411. 7
mhux biss il-valur tal-ħaġa, iżda wkoll iċ-ċirkostanzi ta’ tbatija li s-
sid kien jinsab fihom meta abbanduna dik il-ħaġa.
(2) Meta r-reat isir minn persuna li jkollha x’inkarigu bis-
saħħa ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra sabiex tgħin lil persuni li
jkunu fil-periklu li jitilfu ħajjithom jew ġidhom, il-piena għandha
dejjem tiżdied b’żewġ gradi.
(3) Kull min jidħol mingħajr awtorizzazzjoni ġewwa xi żona li
tkun indikata bħala żona fejn wieħed ma jistax jidħol minn uffiċjali
tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ikun ħati, minħabba biss il-
fatt li jkun daħal f’dik iż-żona, ta’ reat u jista’ jeħel, meta jinsab
ħati, priġunerija għal żmien mhux inqas minn xahar u mhux iżjed
minn sitt xhur.
(4) Kull min jirrifjuta li minnufih jobdi xi ordni biex tittieħed
xi ħaġa skond xi setgħa mogħtija b’dan l-Att, ukoll jekk din tiġi
mogħtija lilu bil-fomm biss, ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel, meta
jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tlett xhur.
(5) Kull min jirrifjuta, jew jonqos milli jobdi xi ordni li
tingħatalu, ukoll jekk bil-fomm biss, minn uffiċjal li jkun qed
jaġixxi bis-saħħa tas-setgħat mogħtija b’dan l-Att, jew li jindaħal
jew jostakola l-ħidma ta’ għajnuna u li ma jieqafx milli jkompli
jagħmel dan meta jingħata ordni, ukoll jekk bil-fomm biss, ikun
ħati ta’ reat u jista’ jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tlett xhur.
(6) Kull min jonqos milli jħares xi regolament maħruġ taħt dan
l-Att ikun ħati ta’ kontravvenzjoni, kemm-il darba regolament
speċifiku ma jimponix piena li tiġi dikjarata bħala piena
amministrattiva.
(7) F’każ ta’ akkuża skond dan l-artikolu mhix ammessa l-
eċċezzjoni li l-persuna kienet qed twettaq dmirijietha fil-
professjoni ta’ komunikazzjonijiet tal-massa u li l-aġir tagħha kien
biss maħsub biex twettaq il-jedd tagħha li tgħarraf lill-oħrajn.
Riżerva.
Għajnuna u Salvataġġ imwaqqfa skond dan l-Att jew li ma jibqax
membru tal-Korp tal-Pulizija minnufih qabel ma jiġi trasferit biex
isir membru tal-Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ, għandu għall-
iskopijiet ta’ kull liġi li tapplika għal pensjonijiet li jitħallsu lil
membri tal-Korp tal-Pulizija, jitqies bħallikieku huwa baqa’ fil-
Korp tal-Pulizija matul iż-żmien ta’ servizz tiegħu mal-Forza ta’
Għajnuna u Salvataġġ, u għall-iskopijiet ta’ dawk il-liġijiet servizz
mal-Forza ta’ Għajnuna u Salvataġġ minn dawk il-membri għandu
jitqies bħala servizz mal-Korp tal-Pulizija, u l-jedd tiegħu għal
pensjoni taħt dawk il-liġijiet għandu jkun regolat bihom.
8 KAP. 411. ħ PROTEZZJONI ĊIVILI
SKEDA
(Artikolu 8)
Ġurament tal-Kariga ta’ Uffiċjal fil-Forza 
ta’ Għajnuna u Salvataġġ
''Jien ................................................. solennement naħlef/
niddikjara li naqdi fedelment skond il-liġi u mingħajr biża’ jew
favur il-kariga ta’ ........................ * fil-Forza ta’ Għajnuna u
Salvataġġ imwaqqfa skond l-artikolu 8 ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni
Ċivili.''
* hawnhekk indika xi tkun il-kariga fil-Forza ta’ Għajnuna u
Salvataġġ.
