RESPONSABBILTÀ  ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT ġ KAP. 412. 1
KAPITOLU 412
ATT DWAR RESPONSABBILTÀ  ĊIVILI U 
KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT
Biex jipprovdi biex Malta taċċedi għall-Protokoll ta’ l-1992 li jemenda
l-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1969 dwar Responsabbiltà  Ċivili għal
ħsara mit-Tinġis biż-Żżejt, u l-Protokoll ta’ l-1992 li jemenda l-
Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1971 dwar it-Twaqqif ta’ Fond
Internazzjonali għal Kumpens għal ħsara mit-Tinġis biż-Żejt, u għall-
implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Protokolli. 
17 ta’ Diċembru, 1999;
6 ta’ Jannar, 2001
L-ATT XX ta’ l-1999.
Titolu.
Kumpens għal Tinġis miż-Żejt.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 226.
" ibħra territorjali ta’ Malta"  għandha l-istess tifsir kif mogħti
lilha fl-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-żona Kontigwa; 
" IOPC Fund"  tfisser l-International Oil Pollution Compensation
Fund 1992 imwaqqaf taħt id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’
l-1992 dwar il-Fond; 
" Konvenzjonijiet"  tfisser il-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-Fond
u l-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-responsabbiltà ;
" Konvenzjoni dwar il-Fond"  tfisser il-Konvenzjoni
Internazzjonali dwar it-Twaqqif ta’ Fond Internazzjonali għal
Kumpens għal ħsara mit-Tinġis biż-Żejt, adottata fi Brussels fit-18
ta’ Diċembru, 1971, kif emendata bil-Protokoll għaliha magħmul
f’Londra fid-19 ta’ Novembru, 1976; 
" Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà"  tfisser il-Konvenzjoni
Internazzjonali dwar Responsabbiltà  Ċivili għal ħsara mit-Tinġis
biż-Żejt adottata fi Brussels fid-29 ta’ Novembru, 1969, kif
emendata bil-Protokoll għaliha magħmul f’Londra fid-19 ta’
Novembru, 1976; 
" Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-Fond"  tfisser il-Konvenzjoni
dwar il-Fond kif emendata bil-Protokoll ta’ l-1992 dwar il-Fond
magħrufa bhala l-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1992 dwar it-
Twaqqif ta’ Fond Internazzjonali għal Kumpens għal ħsara mit-
Tinġis biż-Żejt, u kull emenda għaliha aċċettata mill-Gvern ta’
Malta; 
" Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà"  tfisser il-
Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà  kif emendata bil-Protokoll ta’
l-1992 dwar ir-Responsabbiltà  magħrufa bħala l-Konvenzjoni
Internazzjonali ta’ l-1992 dwar Responsabbiltà  Ċivili għal ħsara
mit-Tinġis biż-Żejt, u kull emenda għaliha aċċettata mill-Gvern ta’
Malta;
2 KAP. 412. ħ RESPONSABBILTÀ  ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT
" Ministru"  tfisser il-Ministru responsabbli għall-bastimenti u
ħlief għas-setgħa li jagħmel regolamenti mogħtija lill-Ministru bis-
saħħa ta’ dan l-Att, tinkludi uffiċjal pubbliku jew xi uffiċjal ta’
korp ġuridiku mwaqqaf bil-liġi, li jaġixxi taħt l-awtorità  tiegħu;
" Protokoll ta’ l-1992 dwar il-Fond"  tfisser il-Protokoll ta’ l-
1992, magħmul f’Londra fis-27 ta’ Novembru, 1992, li jemenda l-
Konvenzjoni dwar il-Fond; 
" Protokoll ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà"  tfisser il-Protokoll
ta’ l-1992, magħmul f’Londra fis-27 ta’ Novembru, 1992, li
jemenda l-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà ; 
Kap. 234.
" Reġistratur Ġenerali"  tfisser ir-Reġistratur Ġenerali tal-
Bastimenti Merkantili u tal-Baħrin maħtur taħt l-artiklu 363 ta’ l-
Att dwar il-Bastimenti Merkantili u tinkludi kull persuna li taġixxi
taħt l-awtorità  tiegħu.
(2) F’dan l-Att u f’kull regolament magħmul bis-saħħa tiegħu,
jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u t-test Malti, għandu
jipprevali t-test Ingliż. 
(3) Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, il-
kliem u l-espressjonijiet użati f’dan l-Att għandu jkollhom l-istess
tifsir mogħti lilhom fil-Konvenzjonijiet. 
Ratifika tal-
Konvenzjonijiet u 
denunzja tal-
Konvenzjoni dwar 
il-Fond u l-
Konvenzjoni dwar 
ir-Responsabbiltà.
3. Għall-finijiet ta’ kull liġi applikabbli għalihom il-Gvern ta’
Malta huwa b’dan awtorizzat li jaċċedi għall-Protokoll ta’ l-1992
dwar il-Fond u l-Protokoll ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà  u li
jiddenunzja l-Konvenzjoni dwar il-Fond u l-Konvenzjoni dwar ir-
Responsabbiltà  biex b’hekk isir parti fil-Konvenzjoni ta’ l-1992
dwar il-Fond u fil-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà . 
Ċerti 
disposizzjonijiet 
tal-Konvenzjoni ta’ 
l-1992 dwar ir-
Responsabbiltà  
mogħtija forza ta’ 
liġi f’Malta.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) sa
(5) ta’ dan l-artikolu u minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi
oħra, dawk id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-
Responsabbiltà , li hemm fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att,
għandhom jagħmlu parti mill-Liġi ta’ Malta u jkunu esegwibbli
bħala parti minnha. 
(2) Meta xi azzjoni tkun qed tinġieb f’Malta skond id-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà
kull riferenza f’dik il-konvenzjoni għal " il-Qorti" , jew għal " il-
Qorti jew awtorità  kompetenti oħra" , għandha f’kull każ tinqara u
tinftiehem bħala riferenza għall-Qorti Ċivili, Prim’Awla. 
Kap. 12.
(3) Meta l-ħsara mit-tinġis, li tirrizulta minn inċident, ikollha
effett f’Malta, inklużi l-ibħra territorjali ta’ Malta u xi żona
ekonomikament esklużiva ta’ Malta kif tista’ tiġi stabbilita skond
id-dritt internazzjonali jew arja simili stabbilita minn Malta skond
id-dritt internazzjonali, inklużi l-ibħra magħluqa fi ħdan iż-żona
kontigwa pretiża ta’ Malta u l-ibħra sovrajaċenti għall-blata
kontinentali ta’ Malta, jew jekk ikunu ittieħdu miżuri għall-
prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ dik il-ħsara f’dik l-area, l-azzjoni
għal kumpens taħt id-dispozizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ 1992
dwar ir-Responsabbiltà  għandha ssir f’Malta quddiem il-Prim Awla
tal-Qorti Ċivili, billi tiġi ppreżentata talba quddiem dik il-Qorti.
Talba bħal dik għandha ssir skond ma hemm fis-subtitolu III tat-
Titolu VIII tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
RESPONSABBILTÀ  ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT ġ KAP. 412. 3
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili: 
Iżda meta xi żona ekonomikament esklużiva bhal dik jew
xi area simili bħal dik ikunu ġew stabbiliti minn Malta, il-Ministru
jista’ b’Ordni fil-Gazzetta jippreskrivi li d-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att għandhom ikunu japplikaw ukoll għal dik iż-żona
ekonomikament esklużiva jew għal dik l-area simili hekk kif jista’
jiġi stabbilit f’dik l-Ordni. 
(4) Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili għandha tiddeċiedi dwar xi
tkun id-distribuzzjoni tal-fond ta’ limitazzjoni, u meta dak il-fond
ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa t-talbiet ta’ dawk li jkollhom il-
jedd għal kumpens, għandu jitnaqqas l-ammont ta’ kumpens ta’
kull pretendent pro rata. 
(5) L-awtorità  idonea għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’
assigurazzjoni bħalma hemm imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ l-artikolu
VII tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà , dwar
bastimenti Maltin għandu jkun ir-Reġistratur Ġenerali li għandu,
għall-finijiet tal-paragrafu 6 ta’ l-artikolu VII ta’ dik il-
konvenzjoni u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dik l-istess
konvenzjoni u ta’ kull regolament magħmul bis-saħħa ta’ dan l-Att
jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ħruġ u l-validità  ta’ dak iċ-
ċertifikat u, dwar bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ stat mhux parti
fil-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà  għandu jkun l-
imsemmi Reġistratur Ġenerali li għandu jkollu dwak il-poteri
msemmija hawn aktar qabel jew l-awtorità  propizja ta’ Stat li jkun
parti fil-Konvenzjoni skond id-disposizzjonijiet tagħha. 
Ċerti 
disposizzjonijiet 
tal-Konvenzjoni ta’ 
l-1992 dwar il-
Fond mogħtija 
forza ta’ liġi 
f’Malta.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) sa
(6) ta’ dan l-artikolu, dawk id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’
l-1992 dwar il-Fond, li hemm fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att, għandhom jiffurmaw parti mil-Liġi ta’ Malta u jkunu
esegwibbli bħala parti minnha. 
(2) Kull persuna li f’sena kalendarja tkun irċeviet contributing
oil hekk li tkun suġġetta li tikkontribwixxi għall-IOPC Fund skond
l-artikolu 10 tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-Fond, għandha,
mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, tinforma lill-
Ministru bil-kwantità  ta’ dak il-contributing oil li hija tkun irċeviet. 
(3) Il-Ministru għandu, fi żmien u bil-mod preskritt fir-
Regolamenti Interni ta’ IOPC Fund, jikkomunika l-informazzjoni
msemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ l-
1992 dwar il-Fond lid-Direttur ta’ l-IOPC Fund. 
(4) (a) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu " persuna assoċjata"
tfisser kumpanija jew korp magħqud ieħor li fil-każ il-
wieħed u l-ieħor ikun is-sussidjarju, l-assoċjat jew il-
holding company ta’ kumpanija oħra, jew ikun il-
manager ta’ jew immexxi minn dak il-korp magħqud,
jew b’xi mod ieħor jikkontrolla jew ikun ikkontrollat
minn dak il-korp magħqud, jew ikun is-sussidjarju jew
l-assoċjat tal-holding company ta’ dak il-korp
magħqud - u assoċjat ta’ korp magħqud tfisser korp
magħqud li jkun sussidjarju ta’ l-istess holding
company. 
4 KAP. 412. ħ RESPONSABBILTÀ  ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT
(b) Kull persuna li f’sena kalendarja tkun irċeviet
contributing oil f’portijiet jew stallazzjonijiet f’Malta
bil-mod speċifikat fis-subparagrafi (a) u (b) tal-
parargrafu 1 ta’ l-artikolu 10 tal-Konvenzjoni ta’ l-
1992 dwar il-Fond fi kwantitajiet totali li jeċċedu
150,000 tunellata metrika għandha tħallas
kontribuzzjonijiet lill-IOPC Fund skond l-artikoli 10,
12 u 13 ta’ dik il-konvenzjoni f’dak l-ammont u sa dik
id-data li jiġu stabbiliti mill-Assemblea ta’ l-IOPC
Fund:
Iżda, minkejja li l-kwantità  li tkun ġiet riċevuta
f’Malta f’sena kalendarja minn xi persuna bħal dik ma
tkunx teċċedi 150,000 tunellata metrika imma meta
aggregata mal-kwantità  ta’ contributing oil riċevuta fl-
istess sena kalendarja f’Malta minn persuna assoċjata
jew persuni assoċjati tkun teċċedi 150,000 tunellata
metrika, dik il-persuna għandha tħallas
kontribuzzjonijiet dwar il-kwantità  attwali riċevuta
minnha. 
(5) Meta l-ħsara mit-tinġis li tirriżulta minn inċident ikollha
effett f’Malta, inklużi l-ibħra territorjali ta’ Malta u xi area
stabbilita b’Ordni tal-Ministru magħmula għall-finijiet tal-proviso
għas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att, jew jekk ikunu
ttieħdu miżuri għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ dik il-ħsara
f’dik l-area, kull azzjoni kontra l-IOPC Fund għal kumpens taħt l-
artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-Fond għandha tinġieb
f’Malta quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. 
(6) In-notifikazzjoni lill-IOPC Fund taħt il-paragrafu 6 ta’ l-
artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-Fond għandha ssir
permezz ta’ att ġudizzjarju kontra l-IOPC Fund u tiġi notifikata fl-
uffiċċju tal-Ministru. 
(7) L-IOPC Fund ikollha d-dritt li tieħu azzjoni quddiem il-
Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra kontributuri ħatja ta’ nuqqas. 
Proċedura. 6. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra - 
(a) il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili għandu jkollha
ġurisdizzjoni li tisma’ u tiddeċiedi kawżi u azzjonijiet
li skond dan l-Att isiru quddiemha;
(b) meta xi talba bil-miktub jew att ġudizzjarju ieħor
ikunu jridu jiġu preżentati kontra l-IOPC Fund, ikun
biżżejjed jekk f’dik il-proċedura jew att ikun hemm
imsemmi l-IOPC Fund u ma jkunx meħtieġ li f’dik il-
proċedura jew att tissemma l-kariga jew l-isem tal-
persuna li f’dak iż-żmien tkun tokkupa l-kariga li
jkollha, skond il-kostituzzjoni ta’ l-IOPC Fund, ir-
rappreżentanza ġudizzjarja ta’ dak il-Fond; 
(ċ) it-talbiet u l-atti msemmijin fil-paragrafu (b) ta’ dan l-
artikolu għandhom jiġu notifikati fl-uffiċċju tal-
Ministru li għandu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol
jgħaddihom lill-kwartieri ġenerali ta’ l-IOPC Fund
permezz tal-Ministeru responsabbli għall-affarijiet
RESPONSABBILTÀ  ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT ġ KAP. 412. 5
barranin; 
(d) kull żmien ġudizzjarju għall-preżentata ta’ proċeduri
bil-miktub jew atti oħra mill-IOPC Fund għandu
jittawwal b’ħamest ijiem tax-xogħol u ebda żmien bħal
dak ma jista’ jiġi mqassar għal inqas minn ħamest
ijiem tax-xogħol. 
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
7. (1) Bla ħsara għas-setgħat mogħtija mill-artikolu 8 ta’ dan
l-Att, il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti, regoli jew ordnijiet,
jew jagħti istruzzjonijiet, li jkunu meħtieġa biex jagħti effett lid-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-Responsabbiltà
jew tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-Fond.
(2) Kull setgħa mogħtija lill-Ministru b’dan l-Att biex jagħmel
regolamenti, regoli jew ordnijiet jew jagħti istruzzjonijiet, għandu
jinkludi wkoll is-setgħa - 
(a) li jibdel, ibiddel jew iħassar kull regolament, regola,
ordni jew istruzzjoni bħal dawk, bla ħsara għall-
għemil ta’ xi regolament ġdid, regola ġdida jew ordni
ġdid, jew għall-għoti ta’ istruzzjoni ġdida; 
(b) biex jippreskrivi li persuna suġġetta li tagħmel xi
kontribuzzjoni taħt dan l-Att tagħti dik il-garanzija
għall-ħlas relattiv kif jista’ jiġi preskritt; 
(ċ) biex jagħmel dawk id-disposizzjonijiet transitorji jew
xi disposizzjoni oħra inċidentali jew supplementari kif
ikun xieraq fil-fehma tal-Ministru; 
(d) biex jippreskrivi kull ħaġa li b’dan l-Att tista’ jew
għandha tkun preskritta. 
(3) Regolamenti, regoli u ordnijiet magħmula taħt kwalunkwe
disposizzjoni ta’ dan l-Att jistgħu jsiru bl-ilsien Ingliż biss. 
Ilsien u emendar 
ta’ l-Iskedi.
8. (1) L-Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att għandhom ikunu fl-
ilsien Ingliż biss, u dak it-test għandu japplika wkoll għat-test
Malti ta’ dan l-Att. 
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jemenda, jżid ma’, jibdel,
jirrevoka jew jissostitwixxi l-Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att biex
dawn ikunu jaqblu ma’ xi emendi għall-Konvenzjoni ta’ l-1992
dwar ir-Responsabbiltà  jew il-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-
Fond, magħmula skond id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija
Konvenzjonijiet u aċċettati mill-Gvern ta’ Malta u jista’ b’xi
regolamenti bħal dawk ibiddel ir-riferenza f’kull artikolu ta’ dan l-
Att għal kull disposizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar ir-
Responsabbiltà  jew il-Konvenzjoni ta’ l-1992 dwar il-Fond
b’riferenza għal dik id-disposizzjoni tal-konvenzjoni li skond l-
emenda magħmula għaliha u aċċettata mill-Gvern ta’ Malta
tissostitwixxi dik id-disposizzjoni. 
6 KAP. 412. ħ RESPONSABBILTÀ  ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 4 u 8)
(pubblikata bl-ilsien ingliż biss u riprodotta fit-test ingliż 
tal-Kapitolu 412).
IT-TIENI SKEDA
(Artikoli 5 u 8)
(pubblikata bl-ilsien ingliż biss u riprodotta fit-test ingliż 
tal-Kapitolu 412).
