OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 1
KAPITOLU 413
ATT DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS 
(PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
10 ta’ Frar, 2000
1 ta’ Ottubru, 2000
L-Att I ta’ l-2000.
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabilità .
Tifsir.
xort’oħra -
"aġenzija ta’ impieg" tfisser kull min jew kull korp li, sew jekk
bi ħlas sew le, jassisti lil persuni jsibu impieg jew xogħol ieħor jew
li jkun jassisti lil prinċipali jsibu impjegati jew ħaddiema, u
tinkludi kull attività  mwettqa f’Malta għar-reklutaġġ ta’ persuni
biex jiġu impjegati f’Malta jew barra minn Malta;
"akkomodazzjoni" tinkludi akkomodazzjoni residenzjali jew
kummerċjali, u adattament strutturali jew bidliet f’bini eżistenti;
"awtorità  edukattiva" tfisser korp jew persuna li jkunu qed
jamministraw istituzzjoni edukattiva;
"diżabilità " tfisser nuqqas fiżiku jew mentali li jillimita b’mod
sostanzjali xi attività  vitali maġġuri waħda jew iktar minn waħda
ta’ dik il-persuna;
"età  pensjonabbli", għar-rigward ta’ persuna, tfisser kull età  li
matulha din il-persuna jkollha jedd għal pensjoni għal min jirtira
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali; 
"età  ta’ skola obbligatorja", għar-rigward ta’ persuna, tfisser l-
età  meta dik il-persuna tkun suġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar l-Edukazzjoni sal-limitu li dawn ikunu jirrelataw għal dik
l-età ;
"impieg" tfisser impieg b’kuntratt ta’ servizz;
"istituzzjoni edukattiva" tfisser kindergarten, skola, kulleġġ,
università  jew istituzzjoni oħra li fihom jiġu provduti edukazzjoni
jew taħriġ;
"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni
b’Diżabilità  mwaqqfa skond ma hemm fl-artikolu 21 ta’ dan l-Att,
u tinkludi lil kull uffiċjal tal-Kummissjoni minnha debitament
awtorizzat biex jaġixxi f’isimha għal xi għan speċifiku jew
kategorija ta’ għanijiet taħt dan l-Att;
"kuntratt ta’ servizz" tfisser ftehim ta’ impieg bejn żewġ persuni,
jew bejn persuna u korp ta’ persuni, sew bil-miktub, bil-fomm jew
mifhum, li bih l-impjegat ikollu obbligu li jagħti servizzi lill-
prinċipal għal għadd ta’ sigħat stabbiliti, fuq bażi sew ta’ full-time
jew ta’ part-time, sew temporanja, b’paga, salarju, rimunerazzjoni
2 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
bi ħlas jew kull benefiċċju jew privileġġ ieħor hekk kif kollha
stabbiliti bla ħsara għall-jedd li jkollu l-prinċipal li jikkontrolla,
jissorvelja, imexxi u jieħu kull għamla ta’ azzjoni dixxiplinarja fuq
l-impjegat skond kif dak iwettaq dmirijietu;
"membru tal-familja", għar-rigward ta’ individwu,
tinkludi -
(a) il-ġenituri;
(b) il-mara jew ir-raġel;
(ċ) l-iben, il-bint, ħu jew oħt, li jkollhom tmintax-il sena
jew aktar; u
(d) tutur legali jew kuratur, ta’ dak l-individwu;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ħarsien soċjali u
l-iżvilupp ta’ dan il-qasam, u tinkludi kull persuna li tkun
debitament awtorizzata mill-Ministru msemmi biex taġixxi f’ismu
għal għan speċifiku jew kategorija ta’ għanijiet taħt dan l-Att;
"nuqqas", fil-kuntest ta’ diżabilità , tfisser kull telfien,
restrizzjoni jew anormalità  ta’ funzjoni psikoloġika, fiżjoloġika jew
struttura anatomika;
"għajnuna awżiljarja" tfisser kull mezz palljattiv (li jtaffi) jew
terapewtiku, kull għajnuna prostetika, jew kull mezz ieħor jew
għajnuna oħra li jistgħu jinħtieġu minn persuna b’diżabilità  b’mod
speċifiku minħabba f’dik id-diżabilità ;
"persuna b’diżabilità  kwalifikata" tfisser -
(a) għar-rigward ta’ xi impieg bħal dak imsemmi fit-
Titolu I tat-Taqsima III ta’ dan l-Att, persuna
b’diżabilità  li jkollha iktar mill-età  ta’ skola
obbligatorja iżda li tkun għadha ma laħqitx l-età
pensjonabbli, u li, sew jekk ikollha sew jekk ma
jkollhiex xi akkomodazzjoni skond it-Titolu msemmi
qabel, tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet essenzjali tal-
kariga fl-impieg li jkollha jew li tapplika għaliha jew li
jista’ jkollha jew li tista’ tapplika għaliha; u
(b) għar-rigward tal-provvediment ta’ oġġetti, faċilitajiet
jew servizzi kif imsemmi fit-Titolu 4 tat-Taqsima III
ta’ dan l-Att, persuna b’diżabilità  li jkollha l-ħtiġiet ta’
eliġibiltà  essenzjali għall-provvediment ta’ dawk l-
oġġetti, faċilitajiet jew servizzi jew sabiex hija
tipparteċipa f’dawk il-programmi jew attivitajiet
bħalma jistgħu jiġu provduti minn xi persuna jew korp
skond it-Taqsima qabel imsemmija ta’ dan l-Att.
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 3
TAQSIMA II
TIFSIRA TA’ DISKRIMINAZZJONI MINĦABBA 
F’DIŻABILITÀ
Diskriminazzjoni 
minħabba 
f’diżabilità  dovuta 
għal xi trattaament 
inqas favorevoli.
3. (1) Persuna tkun qiegħda tiddiskrimina kontra persuna
oħra minħabba f’diżabilità  f’ċirkostanzi relevanti għall-għanijiet
ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jekk - 
(a) f’ċirkostanzi li huma simili jew li m’humiex
materjalment differenti, hija tittratta jew tipproponi li
tittratta persuna b’diżabilità  b’mod inqas favorevoli
milli tittratta jew kieku tittratta persuna li ma jkollhiex
diżabilità  bħal dik; jew 
(b) hija tittratta jew tipproponi li tittratta persuna b’mod
inqas favorevoli minħabba f’xi karatteristika li soltu
jkollhom persuni li jkollhom dik id-diżabilità  jew
karatteristika mistħajla li soltu tkun fuq persuni li
jkollhom diżabilità  bħal dik.
(2) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu, il-fatt li l-persuna b’diżabilità  tista’ teħtieġ
akkomodazjoni differenti u, jew, servizzi differenti, m’għandu
f’ebda każ jitqies bħala li jkun qed jikkostitwixxi ċirkostanzi li
huma materjalment differenti.
Diskriminazzjoni 
minħabba 
f’diżabilità  dovuta 
għal xi nuqqas ta’ 
konformità  ma xi 
ħtieġa jew 
kondizzjoni.
4. Persuna tkun qiegħda tiddiskrimina ma’ persuna oħra
minħabba f’diżabilità  jekk dik il-persuna l-oħra tenħtieġ li
tikkonforma ma’ xi ħtieġa jew kondizzjoni li magħha
jikkonformaw jew ikunu jistgħu jikkonformaw il-maġġoranza ta’
persuni li ma jkollhomx dik id-diżabilità , u
(a) li ma tkunx raġonevoli fiċ-ċirkostanzi tal-każ; u
(b) li magħha dik il-persuna l-oħra ma tkunx tikkonforma
jew ma tkunx tista’ tikkonforma.
Diskriminazzjoni 
minħabba 
f’diżabilità  dovuta 
għal kull għajnuna 
awżiljarja.
5. Persuna tkun qiegħda tiddiskrimina ma’ persuna oħra
minħabba f’diżabilità  jekk hija tittratta, jew tipproponi li tittratta,
lil dik il-persuna l-oħra b’mod inqas favorevoli milli tittratta jew
kieku tittratta lil persuni oħrajn li ma jkollhomx dik id-diżabilità
minħabba fil-fatt li dik il-persuna l-oħra tkun akkumpanjata bi jew
ikollha għajnuna awżiljarja li tintuża minn dik il-persuna l-oħra jew
minħabba f’kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ dak il-fatt, sew jekk
tkun sew jekk ma tkunx il-prattika li tittratta b’mod hekk inqas
favorevoli lil xi persuna li tkun akkumpanjata bi jew li jkollha xi
għajnuna awżiljarja bħal dik.
Diskriminazzjoni 
minħabba 
f’diżabilità  dovuta 
għal xi assistenza.
6. Persuna tkun qegħda tiddiskrimina ma’ persuna oħra
minħabba f’diżabilità  jekk hija tittratta, jew tipproponi li tittratta,
lil dik il-persuna l-oħra b’mod inqas favorevoli milli tittratta jew
kieku tittratta lil persuni oħrajn li ma jkollhomx dik id-diżabilità
minħabba fil-fatt li dik il-persuna l-oħra tkun akkumpanjata minn -
(a) interpretu; jew
(b) qarrej; jew
(ċ) assistent; jew
4 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
(d) persuna li tieħu ħsiebha,
li jipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni, qari jew servizzi oħra lil
dik il-persuna l-oħra minħabba fid-diżabilità  ta’ dik il-persuna l-
oħra jew minħabba f’kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ dak il-fatt,
sew jekk tkun sew jekk ma tkunx il-prattika li tittratta b’mod inqas
favorevoli lil xi persuna li tkun akkumpanjata minn interpretu,
qarrej, assistent jew persuna li tieħu ħsieb, skond il-każ.
TAQSIMA III
PROJBIZZJONI TA’ DISKRIMINAZZJONI MINĦABBA 
F’DIŻABILITÀ
TITOLU I - IMPIEG
7. (1) Ebda prinċipal ma jista jiddiskrimina minħabba
f’diżabilità  kontra persuna b’diżabilità  kwalifikata għar-rigward
ta’-
(a) proċeduri li jkollhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet
għal impieg;
(b) l-ingaġġ, promozzjoni jew tkeċċija ta’ impjegati;
(ċ) il-kumpens li jingħata lil impjegat;
(d) taħriġ f’xi okkupazzjoni; u
(e) kull patt, kondizzjoni u privileġġ ieħor li għandu
x’jaqsam ma’ impieg.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u
mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tat-Taqsima II ta’ dan l-Att,
prinċipal jitqies li jkun qed jiddiskrimina minħabba f’diżabilità
kontra persuna kif hemm imsemmi, jekk dak il-prinċipal b’mod li
mhux raġonevoli -
(a) jillimita, jissegrega jew jikklassifika lil dik il-persuna
b’mod li dan itellef  l-opportunitajiet jew il-grad ta’
dik il-persuna; jew
(b) jipparteċipa f’xi kuntratt, jew arranġament ieħor jew
relazzjoni oħra, li t-twettiq tagħhom ikollu l-effett li
jagħmel lil dik il-persuna suġġetta għal
diskriminazzjoni; jew
(ċ) juża livelli, kriterji jew metodi ta’ amministrazzjoni li
jkollhom effett kuntarju għall-opportunitajiet, grad
jew benefiċċji ta’ dik il-persuna; jew
(d) jonqos milli jipprovdi bdil raġonevoli għad-diżabilità
ta’ dik il-persuna, ħlief jekk il-prinċipal jista’ jġib
prova li l-bdil meħtieġ ser jippreġudika b’mod mhux
xieraq, it-tħaddim tas-sengħa jew tan-negozju li dak il-
prinċipal jiġġestixxi; jew
(e) jiċħad opportunitajiet ta’ impieg lil dik il-persuna meta
dik iċ-ċaħda tkun fondata fuq il-ħtieġa tal-prinċipal li
jipprovdi bdil raġonevoli għad-dizabilità  ta’ dik il-
persuna; jew
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 5
(f) juża livelli ta’ kwalifika, provi dwar l-impieg, jew
kriterji ta’ għażla oħra li jaqtgħu ’l barra jew jistgħu
jaqtgħu ’l barra lil xi persuna jew klassi ta’ persuni li
jkollhom xi diżabilità  kemm-il darba l-prinċipal ma
jġibx prova li l-livelli, provi jew kriterji ta’ għażla
oħra jkunu kwalifika jew ħtieġa essenzjali għall-kariga
li tkun; jew 
(g) jonqos milli jagħżel u jagħmel provi dwar xi impieg
bil-mod l-iktar effettiv sabiex jiżgura li, meta ssir il-
prova fuq dik il-persuna, u dik il-persuna tinzerta
jkollha diżabilità  li tnaqqas il-kapaċitajiet tagħha ta’
kif tħoss, tuża jdejha jew titkellem, ir-riżultati ta’
dawk il-provi jkunu jirriflettu b’mod preċiż il-
kapaċitajiet jew ix-xeħtiet ta’ dik il-persuna.
(3) Meta prinċipal jeskludi minn xi impieg jew tkomplija ta’
impieg lil xi persuna li jkollha l-kwalifiki li tingħata dak l-impieg
jew li tkompli f’dak l-impieg jew xort’oħra jillimita l-
opportunitajiet, grad jew benefiċċji ta’ dik il-persuna minħabba fid-
diżabilità  ta’ persuna oħra li magħha dik il-persuna tkun magħrufa
jew suspetta li jkollha relazzjoni jew assoċjazzjoni, dik l-esklużjoni
jew limitazzjoni għandhom, għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu,
jitqiesu bħallikieku kienu diskriminazzjoni minħabba f’diżabilità
kontra persuna bħalma hemm imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu.
(4) Għall-għanijiet tal-paragrafu (d) tas-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu, il-fatturi li għandhom jitqiesu sabiex jiġi stabbilit jekk
tibdil ikunx se jippreġudika b’mod mhux xieraq it-tħaddim ta’
sengħa jew negozju ġestit mill-prinċipal għandhom ikunu
jinkludu;-
(a) ix-xorta u n-nefqa tat-tibdil;
(b) ir-riżorsi finanzjarji totali tal-post tax-xogħol involuti
fl-għemil tat-tibdil;
(ċ) l-għadd ta’ impjegati fuq il-post tax-xogħol li jkunu
jeħtieġu tibdil;
(d) l-effett fuq l-ispejjeż u r-riżorsi u l-impatt li t-tibdil
meħtieġ se jkollu fuq it-tħaddim tal-post tax-xogħol;
(e) ir-riżorsi finanzjarji totali tal-prinċipal;
(f) il-qies totali tan-negozju tal-prinċipal inkluż l-għadd
ta’ impjegati, u l-għadd u t-tip tal-postijiet tax-xogħol
u fejn dawn ikunu jinsabu;
(g) it-tip ta’ kull ħidma li jagħmel il-prinċipal, inklużi l-
għamla, l-istruttura u l-funzjonijiet ta’ dawk li jaħdmu
u x-xogħol li jagħmlu; u
(h) kemm ikunu jistgħu jingħataw flus minn fondi
pubbliċi biex itaffu n-nefqa li ssir għal xi tibdil.
(5) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "jipprovdi tibdil
raġonevoli" tinkludi -
(a) li faċilitajiet eżistenti li jintużaw mill-impjegati jsiru
b’mod li jkunu faċilment aċċessibbli għal, u jkunu
6 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
jistgħu jintużaw minn persuni li jkollhom
diżabilitajiet; u
(b) ristrutturar ta’ impiegi, it-tnedija ta’ sistemi ta’ xogħol
part-time jew skeda ta’ xogħol modifikata, it-tqassim
mill-ġdid ta’ karigi battala, l-akkwist jew il-modifika
ta’ tagħmir jew mezzi, l-aġġustament jew tibdil xieraq
ta’ eżamijiet jew materjal ta’ taħriġ jew policies, il-
provvediment ta’ qarrejja jew interpreti, u l-għemil ta’
kull tibdil ieħor simili għal persuna b’diżabilità .
Eżamijiet mediċi. 8. (1) Salv kif hemm provdut fis-subartikoli (2) u (3) ta’ dan
l-artikolu, prinċipal m’għandux imexxi jew jesiġi xi eżami mediku
jew xort’oħra jitkixxef dwar min japplika għal xi impieg miegħu
jew xi impjegat tiegħu dwar jekk min ikun applika jew l-impjegat
tiegħu jkunx persuna b’diżabilità  jew dwar ix-xorta jew il-gravità
ta’ dik l-inkapaċità  ħlief biex jaċċerta ruħu mill-kapaċità  li jwettaq
ċerti funzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu max-xogħol tiegħu jew
sabiex jagħraf xi tkun in-nefqa li se jkollu jagħmel fit-tibdiliet li
jistgħu jenħtieġu b’riżultat ta’ dik id-diżabilità .
(2) Wara li ssir offerta ta’ impieg lil min japplika sabiex dan
jiġi impjegat u qabel ma dak l-impieg fil-fatt jibda jseħħ, prinċipal
jista’ jipprovdi għall-għemil ta’ eżami mediku, jew jesiġi li dan
isir, jew inkella jagħmel l-offerta ta’ dak l-impieg kondizzjonata
mir-riżultati ta’ dak l-eżami biss jekk kull min japplika għal din l-
istess għamla ta’ impieg ikunu wkoll suġġetti għal dak l-eżami.
(3)Meta jiġri li fil-fatt isir eżami bħal dak imsemmi fis-
subartikolu (1) u (2) ta’ dan l-artikolu, kull tagħrif li jinkiseb dwar
il-kondizzjoni u l-istorja medika ta’ min japplika dwar id-diżabilità
li jkollu għandu -
(a) jinġabar u jibqa’ jinżamm fuq formoli separati;
(b) jinżammu f’files mediċi separati; u
(ċ) jitqies bħala notament mediku konfidenzjali.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu, jekk min japplika jiġi sussegwentement impjegat, ebda
ħaġa m’għandha żżomm lill-prinċipal tiegħu milli jgħarraf,  jekk
iqis li jkun hekk xieraq, lil
(a) supervisors u managers fi ħdan l-istess stabbiliment
dwar kull restrizzjoni meħtieġa fuq ix-xogħol jew id-
dmirijiet ta’ dik il-persuna li tkun applikat u kull tibdil
li jista’ jinħtieġ u,
(b) persunal li jagħti l-ewwel għajnuna u jieħu ħsieb l-
inkolumità  ta’ l-impjegati dwar kull kura ta’
emerġenza li tkun tista’ tenħtieġ dik il-persuna li tkun
applikat minħabba fid-diżabilità  tagħha jew dwar kull
prekawzjoni speċjali li tista’ tkun meħtieġa minħabba
f’dik id-diżabilità .
(5) B’żieda mad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, iżda bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (3) u
(4) ta’ dan l-artikolu, prinċipal jista’ jitlob li jsiru eżamijiet mediċi
fuq bażi volontarji, inkluż il-ġbir ta’ kull storja medika b’mod
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 7
volontarju, li jkunu jagħmlu sehem minn programm ta’ saħħa għall-
impjegati.
(6) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, kull eżami mediku
bħalma hemm imsemmi fih għandu jinkludi kull eżami mediku u,
jew, psikoloġiku li jista’ jsir fiċ-ċirkostanzi tal-każ.
Trade Unions.
Kap. 452.
9. Organizzazzjoni reġistrata skond l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali jew kumitat tat-tmexxija jew membru
tal-kumitat tat-tmexxija ta’ organizzazzjoni reġistrata bħal dik ma
jistgħux jiddiskriminaw kontra -
(a) persuna, minħabba fid-diżabilità  ta’ dik il-persuna jew
id-diżabilità  ta’ xi wieħed mill-membri tal-familja ta’
dik il-persuna -
(i) billi jiċħdu jew jonqsu milli jaċċettaw l-
applikazzjoni tagħha għas-sħubija; jew
(ii) fil-patti jew kondizzjonijiet li bihom dik l-
organizzazzjoni tkun lesta li taċċetta l-
applikazzjoni tagħha għas-sħubija; u, jew 
(b) membru ta’ organizzazzjoni reġistrata bħal dik,
minħabba fid-diżabilità  ta’ dak il-membru jew id-
diżabilità  ta’ xi membru tal-familja ta’ dak il-membru
billi -
(i) jiċħadlu l-jedd għal xi benefiċċju provdut mill-
organizzazzjoni jew jillimitalu l-jedd tiegħu
għal dak il-benefiċċju; jew
(ii) ineħħilu s-sħubija mill-organizzazzjoni; jew
jibdillu l-kundizzjonijiet ta’ dik is-sħubija.
Aġenzija ta’ l-
impieg.
10. (1) Aġenzija ta’ l-impieg ma tistax tiddiskrimina kontra
persuna minħabba fid-diżabilità  tagħha jew id-diżabilità  ta’ xi
wieħed mill-membri tal-familja tagħha -
(a) billi tiċħad milli tipprovdi lil dik il-persuna xi servizz
li l-aġenzija tagħti; jew
(b) fil-patti jew kondizzjonijiet li l-aġenzija toffri li
tipprovdi lil dik il-persuna bis-servizzi tagħha; jew
(ċ) fil-mod kif l-aġenzija tipprovdi lil dik il-persuna xi
servizz li tagħti.
(2) Għall-iskop ta’ dan l-artikolu aġenzija ta’ l-impieg ma
għandhiex titqies li qed tiddiskrimina kontra persuna minħabba fid-
diżabilità  tagħha jekk, meta jkun ikkunsidrat it-taħriġ ta’ dik il-
persuna, il-kwalifiki u l-esperjenza rilevanti għax-xogħol li hija
tkun qiegħda tfittex, u l-fatturi rilevanti l-oħra kollha li għandhom
raġonevolment jitqiesu, dik il-persuna ma tkunx kapaċi, minħabba
fid-diżabilità  tagħha, li twettaq il-ħtiġiet neċessarji tax-xogħol li
tkun qed tfittex.
TITOLU 2 - EDUKAZZJONI
Edukazzjoni.
artikolu, awtorità  jew istituzzjoni edukattiva ma tistax
tiddiskrimina kontra -
8 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
(a) min japplika biex jiddaħħal bħala student minħabba
f’xi diżabilità  tiegħu jew xi diżabilità  ta’ xi wieħed
mill-membri tal-familja tiegħu -
(i) billi tiċħadlu jew tonqos milli tilqa’ l-
applikazzjoni tiegħu għal dak id-dħul, jew
(ii) fil-patti jew kondizzjonijiet li bihom dik l-
awtorità  jew istituzzjoni edukattiva tkun lesta li
ddaħħlu bħala student; u, jew,
(b) student minħabba f’xi diżabilità  tiegħu jew xi
diżabilità  ta’ xi wieħed mill-membri tal-familja tiegħu
billi -
(i) tiċħadlu l-jedd għal xi benefiċċju provdut minn
dik l-awtorità  jew istituzzjoni edukattiva jew
tillimitalu l-jedd tiegħu għal dak il-benefiċċju;
jew
(ii) tkeċċih mill-istituzzjoni edukattiva fejn huwa
jkun qiegħed jattendi.
(2) Meta awtorità  jew istituzzjoni edukattiva jkunu ġew għal
kollox jew primarjament imwaqqfa għal studenti li jkollhom xi
diżabilità  partikolari jew speċifika, dik l-awtorità  jew istituzzjoni
edukattiva jistgħu jagħmlu restrizzjoni ta’ dħul f’dik l-istituzzjoni
biss għal persuni li jkollhom dik id-diżabilità  partikolari jew
speċifika u jiċħdu d-dħul lil persuni oħra li ma jkollhomx dik id-
diżabilità  partikolari jew speċifika iżda jkollhom diżabilità  oħra.
(3) Meta d-dħul ta’ persuna b’diżabilità  bħala student
f’istituzzjoni edukattiva jkun jenħtieġ l-għoti ta’ servizzi jew
faċilitajiet li ma jkunux meħtieġa minn studenti li ma jkollhomx
diżabilità , l-awtorità  jew istituzzjoni edukattiva involuta tista’
tiċħad jew tonqos milli tħalli li jsir id-dħul bħala student ta’ dik il-
persuna f’dik l-istituzzjoni edukattiva jekk dik l-awtorità  jew
istituzzjoni ġġib prova li d-dħul ta’ dik il-persuna f’dik l-
istituzzjoni jkun jeħtieġ servizzi jew faċilitajiet li l-għoti tagħhom
jimponi piż mhux ġustifikat fuq l-istituzzjoni jew awtorità
edukattiva involuta.
TITOLU 3 - DĦUL
Dħul ġewwa 
postijiet.
12. (1) Salv kif provdut fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu,
ħadd ma jista’ jiddiskrimina kontra persuna oħra minħabba fid-
diżabilità  ta’ dik il-persuna l-oħra jew f’diżabilità  ta’ xi wieħed
mill-membri tal-familja  ta’ dik il-persuna l-oħra - 
(a) billi jiċħad milli jħalli lil dik il-persuna l-oħra milli
tidħol ġewwa jew tuża xi post, jew xi faċilitajiet li
jkunu jinsabu f’dak il-post, li l-pubbliku jew settur tal-
pubbliku jkollhom jedd jew permess biex jidħlu fih
jew jużawh (sew bi ħlas sew le); jew
(b) fil-patti jew kondizzjonijiet li bihom dik il-persuna
tkun lesta tħalli lil dik il-persuna l-oħra li tidħol
ġewwa, jew li tuża dak il-post jew dawk il-faċilitajiet;
jew
(ċ) għar-rigward ta’ l-għoti ta’ mezzi ta’ dħul f’dak il-post
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 9
inkluż kull tibdil meħtieġ f’dak il-post jew faċilitajiet
sabiex id-dħul ikun possibbli; jew
(d) billi jġiegħel lil dik il-persuna l-oħra li titlaq minn dak
il-post jew li tieqaf milli tibqa’ tuża dawk il-faċilitajiet
jew li jagħmel restrizzjonijiet mhux ġustifikati b’kull
mod li jkun fuq l-użu tagħhom.
(2) Meta -
(a) il-post jew faċilitajiet imsemmija qabel f’dan l-
artikolu jkunu mfasslin jew mibnija b’tali mod li
persuna b’diżabilità  ma tkunx tista’ tidħol fihom
b’mod faċli; u
(b) it-tibdil li jsir f’dak il-post jew faċilitajiet jimponi piż
mhux ġustifikat fuq kull min jista’ jkun meħtieġ li
jipprovdi dak id-dħul,
ma jkunx kontra l-liġi li dik il-persuna tiddiskrimina kontra persuna
b’diżabilità  billi tiċħadlu d-dħul ġewwa, jew l-użu ta’ xi post jew
faċilitajiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu jew li tiċħad li twettaq xi tibdil f’dak il-post
jew faċilitajiet li kieku xort’oħra jagħmlu d-dħul ġewwa dak il-post
jew f’dawk il-faċilitajiet possibbli għal persuna b’diżabilità .
TITOLU 4 - GĦOTI TA’ OĠĠETTI, FAĊILITAJIET JEW 
SERVIZZI
Għoti ta’ oġġetti u 
servizzi lil persuni 
b’diżabilità  
kwalifikata.
13. (1) Salv kif provdut fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu,
ebda persuna b’diżabilità  kwalifikat m’għandha, minħabba
f’diżabilità , tkun eskluża milli tipparteċipa fi jew tiċċaħħad mill-
benefiċċji tal-programmi jew attivitajiet ta’ xi persuna jew korp
għar-rigward ta’ l-oġġetti, faċilitajiet  jew servizzi li dan l-artikolu
japplika għalihom jew li ssir diskriminazzjoni kontriehom minn xi
persuna jew korp li jkunu jipprovdu dawn l-oġġetti, faċilitajiet jew
servizzi li l-persuna kwalifikata tkun qiegħda tfittex li tikseb jew li
tuża.
(2) Dan l-artikolu japplika għall-għoti (sew bi ħlas sew le) ta’
oġġetti, faċilitajiet u servizzi lill-pubbliku jew lil xi settur tal-
pubbliku u jinkludi b’mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel -
(a) id-dħul ġewwa u l-użu ta’ kull post li fih jitħallew
jidħlu l-membri tal-pubbliku jew settur tal-pubbliku;
(b) l-għoti ta’ jeddijiet dwar il-proprjetà  u d-djar;
(ċ) l-akkomodazzjoni f’lukanda, dar ta’ alloġġ jew
stabbiliment simili;
(d) faċilitajiet bankarji jew għal assigurazzjoni jew għal
għotjiet, self, kreditu, jew finanzi;
(e) parteċipazzjoni fi skemi okkupazzjonali u skemi oħra
ta’ pensjoni;
(f) faċilitajiet edukattivi;
(g) faċilitajiet għal divertiment, sports jew rikreazzjoni;
(h) faċilitajiet għal trasport jew ivvjaġġar fuq l-art, bil-
10 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
baħar jew bl-ajru;
(i) is-servizzi ta’ xi professjoni jew sengħa, jew ta’ xi
awtorità  lokali jew awtorità  oħra pubblika;
(j) is-sħubija f’assoċjazzjonijiet, clubs jew organizzaz-
zjonijiet oħra;
(k) tgawdija ta’ jeddijiet ċiviċi u twettiq ta’ dmirijiet
ċiviċi; u
(l) dawk il-faċilitajiet u servizzi oħra li l-Ministru jista’
jippreskrivi b’regolamenti li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-
Att.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-
artikolu m’għandhomx ikunu japplikaw meta t-tħaris ta’ dawk id-
disposizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ persuna b’diżabilità
kwalifikata ma jkunx prattiku jew inkolumi u ma jkunx jista’ jsir
prattiku jew inkolumi permezz ta’ bdil raġonevoli fir-regoli,
prinċipji ta’ eżekuzzjoni jew prattika, jew bit-tneħħija ta’ ostakoli
arkitettoniċi, ta’ komunikazzjoni jew fit-trasport jew l-għoti ta’
kull għajnuna jew servizzi awżiljarji.
TITOLU 5 - AKKOMODAZZJONI
Akkomodazzjoni. 14. (1) Salv kif provdut fis-subartikoli (2) u (3) ta’ dan l-
artikolu ebda persuna, sew jekk prinċipal sew jekk aġent, ma
għandha tiddiskrimina kontra persuna oħra minħabba fid-diżabilità
ta’ dik il-persuna l-oħra jew f’diżabilità  ta’ xi wieħed mill-membri
tal-familja ta’ dik il-persuna l-oħra -
(a) billi jiċħad applikazzjoni li ssir minn dik il-persuna l-
oħra għall-akkomodazzjoni; jew 
(b) fil-patti jew kondizzjonijiet li bihom tiġi offerta l-
akkomodazzjoni lil dik il-persuna l-oħra; jew
(ċ) billi tiddiferixxi l-applikazzjoni ta’ dik il-persuna l-
oħra għall-akkomodazzjoni jew billi tagħti lil dik il-
persuna l-oħra ordni ta’ preċedenza inqas f’xi lista ta’
applikanti għal dik l-akkomodazzjoni; jew 
(d) billi tiċħad id-dħul lil dik il-persuna l-oħra, jew
tillimita d-dħul ta’ dik il-persuna l-oħra, għal kull
benefiċċju li jkollu x’jaqsam ma’ akkomodazzjoni
okkupata minn dik il-persuna l-oħra; jew
(e) billi tkeċċi lil dik il-persuna l-oħra minn kull
akkomodazzjoni li tkun okkupata minn dik il-persuna
l-oħra; jew
(f) billi tikkondizzjona lil dik il-persuna l-oħra għal xi
detriment ieħor f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-
akkomodazzjoni okkupata minn dik il-persuna l-oħra;
jew
(g) billi tiċħad milli tħalli lil dik il-persuna l-oħra li
tagħmel bdil raġonevoli f’akkomodazzjoni okkupata
minn dik il-persuna l-oħra jekk - 
(i) dik il-persuna l-oħra tkun qablet li treġġà  lura l-
akkomodazzjoni bi spejjeż tagħha għall-
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 11
kondizzjoni li kienet tinsab fiha qabel il-bdil
malli hija titlaq mill-akkomodazzjoni, u x-
xogħol meħtieġ biex jerġa’ jġib lura l-
akkomodazzjoni għall-kondizzjoni li kellha
qabel il-bdil ikun fil-fatt prattiku li jsir;
(ii) il-bdil ma jkunx jinvolvi l-bdil ta’ postijiet oħra
okkupati minn persuni oħra.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ma japplikawx jekk -
(a) il-persuna li tipprovdi jew tipproponi li tipprovdi l-
akkomodazzjoni jew qarib viċin ta’ dik il-persuna,
tkun toqgħod u tkun bi ħsiebha tkompli toqgħod f’dak
il-post; u
(b) l-akkomodazzjoni provduta f’dak il-post ma tkunx
abitabbli minn iktar minn erba’ persuni.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
japplikawx ukoll jekk l-għoti ta’ akkomodazzjoni f’postijiet fejn
ikunu jenħtieġu servizzi jew faċilitajiet speċjali mill-persuna
b’diżabilità  jkunu jimponu piż mhux ġustifikat fuq il-persuna li
tkun qed tipprovdi jew tipproponi li tipprovdi l-akkomodazzjoni
sew bħala prinċipal sew bħala aġent.
TITOLU 6 - EŻENZJONIJIET
Diskriminazzjoni 
pożitiva.
15. Ebda ħaġa taħt dan l-Att m’għandha b’xi mod tinftiehem
bħala li tipprojbixxi xi għamla ta’ azzjoni li tista’ tittieħed fiċ-
ċirkostanzi tal-każ minn xi persuna, awtorità  jew istituzzjoni sabiex
tiżgura li persuni li jkollhom diżabilità  b’xi mod jew ieħor
jingħataw -
(a) opportunitajiet indaqs ma’ persuni oħra li ma
jkollhomx diżabilità ; jew
(b) trattament speċjali li jkun konformi mal-ħtiġiet
speċjali tagħhom fl-għoti ta’ oġġetti, faċilitajiet,
servizzi jew opportunitajiet sabiex jiġu sodisfatti dawk
il-ħtiġiet speċjali; jew
(ċ) għotjiet, benefiċċji jew programmi, sew diretti sew
indiretti, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet speċjali
tagħhom,
bil-għan li dawk il-persuni jiġu integrati ma’ persuni oħra li ma
jkollhomx diżabilità  fi ħwejjeġ li jkollhom x’jaqsmu ma’ impieg,
edukazzjoni, akkomodazzjoni, l-għoti ta’ oġġetti, servizzi u
faċilitajiet, l-amministrazzjoni ta’ liġijiet u l-kapaċità  tagħhom li
jgħixu ħajja indipendenti fi ħdan il-komunità  kollha kemm hi.
Protezzjoni 
permezz ta’ 
assigurazzjoni.
16. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ qabel ta’ dan l-
Att, persuna ma għandhiex titqies li qed tiddiskrimina kontra
persuna oħra minħabba f’diżabilità  ta’ dik il-persuna l-oħra billi
tiċħad milli toffri lil dik il-persuna l-oħra jew billi toffri lil dik il-
persuna l-oħra patti jew kondizzjonijiet diskriminatorji għal
protezzjoni permezz ta’   assigurazzjoni, b’dan illi -
(i) deċiżjoni bħal dik tkun bażata fuq bażi ta’
12 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
tagħrif statistiku jew ta’ attwarju li jkun
raġonevolment rilevanti għal kalkolu tar-riskju
li jkun ser jiġi assigurat; u
(ii) meta dak it-tagħrif statistiku jew ta’ attwarju ma
jkunx disponibbli u ma jkunx jista’ jinkiseb
raġonevolment, dik id-deċiżjoni tkun waħda
raġonevoli wara li jitqiesu l-fatturi kollha
rilevanti għal kalkolu tar-riskju li jkun ser jiġi
assigurat.
(2) Għal fini ta’ dan l-artikolu biss, persuna tista’ titlob
mingħand persuna oħra li titlob polza ta’ assigurazzjoni, kull
informazzjoni oħra li tkun rilevanti għall-kalkolu tar-riskju li ser
ikun assigurat.
Atti magħmula 
b’awtorità .
17. Ebda ħaġa magħmula bis-saħħa ta’ dan l-Att m’għandha
b’xi mod tinftiehem bħala li tipprojbixxi lil xi persuna, awtorità
jew istituzzjoni milli tħares xi ordni jew deċizjoni ta’ qorti jew
tribunal.
Mard infettiv. 18. Ebda ħaġa f’dan l-Att m’għandha b’xi mod tinftiehem
bħala li tipprojbixxi lil xi persuna, awtorità  jew istituzzjoni milli
tiddiskrimina kontra persuna minħabba fid-diżabilità  tagħha jekk -
(a) dik id-diżabilità  tkun tikkonsisti f’marda infettiva jew
li tittieħed; u 
(b) id-diskriminazzjoni kif hawn aktar kmieni msemmija
titqies mill-awtoritajiet tas-saħħa bħala xi ħaġa li trid
issir ta’ bil-fors fl-interess tas-saħħa pubblika.
Eżenzjonijiet għal 
Filantropija.
19. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att m’għandhomx jolqtu xi
disposizzjoni f’xi att filantropiku li jagħti benefiċċji filantropiċi,
jew li jagħmilha possibbli li jingħataw benefiċċji filantropiċi, għal
kollox jew f’parti minnhom biss, lil persuni b’diżabilità  jew b’xi
diżabilità  partikolari.
TAQSIMA IV
EŻAMI LI JIDDETERMINA X’INHU RAĠONEVOLI
Eżami li 
jiddetermina 
x’inhu raġonevoli.
20. (1) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, sabiex jiġi stabbilit
x’inhu raġonevoli -
(a) f’kull bdil fir-regoli, prinċipji ta’ eżekuzzjoni jew kull
prattika; jew
(b) fit-tneħħija ta’ ostakoli arkitettoniċi, ta’
komunikazzjoni jew ta’ trasport; jew
(ċ) fl-għoti ta’ kull għajnuna awżiljarja jew servizzi,
għandu jitqies kemm dawk l-azzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu
mingħajr ma jġibu piż mhux ġustifikat.
(2) Il-fatturi li jitqiesu sabiex jiġi stabbilit jekk dawk l-
azzjonijiet jistgħux jitwettqu mingħajr ma jġibu piż mhux ġustifikat
għandhom jinkludu -
(a) ix-xorta u n-nefqa ta’ l-azzjonijiet involuti;
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 13
(b) ir-riżorsi finanzjarji totali tal-persuna, korp, awtorità
jew istituzzjoni involuti u l-effett fuq l-ispejjeż u r-
riżorsi jew l-impatt ta’ dawk l-azzjonijiet fuq il-
ħidmiet ta’ dik il-persuna, korp, awtorità  jew
istituzzjoni; u
(ċ) id-disponibilità  ta’ għotjiet minn fondi pubbliċi biex
minnhom jitħallsu l-ispejjeż ta’ dawk l-azzjonijiet.
TAQSIMA V
KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Ħatra u għamla tal-
Kummissjoni 
Nazzjonali Persuni 
b’Diżabilità .
21. (1) Il-Prim Ministru għandu fuq parir tal-Ministru jaħtar
Kummissjoni, li tissejjaħ il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni
b’Diżabilità  (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmija "il-
Kummissjoni") li tkun magħmula minn mhux inqas minn erbatax-il
membru.  Seba’ membri jinħatru minn fost dawk il-persuni li l-
Prim Ministru jkun jidhirlu li l-aktar jirrappreżentaw lill-Ministeri
responsabbli għall-Affarijiet tal-Familja, il-Ħarsien Soċjali, ix-
Xogħol, is-Saħħa, l-Edukazzjoni, d-Djar u l-Ippjanar Ekonomiku.
Seba’ membri oħra jinħatru minn fost dawk il-persuni li, fil-fehma
tal-Prim Ministru, ikunu l-aħjar jirrappreżentaw organizzazzjonijiet
volontarji li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità . 
(2) Mill-inqas nofs l-għadd totali tal-membri tal-Kummissjoni
għandhom ikunu persuni b’diżabilità  jew membri tal-familja ta’
persuni b’diżabilità  mentali u sa fejn ikun possibbli, għandu jkun
hemm rappreżentanza bilanċjata ta’ nisa u rġiel.
(3) Il-Prim Ministru għandu jaħtar Chairman u Viċi Chairman
minn fost il-membri tal-Kummissjoni, u wieħed minnhom ikun hu
nnifsu persuna b’diżabilità  jew membru tal-familja ta’ persuna
b’diżabilità  mentali.
Funzjonijiet tal-
Kummissjoni.
22. Il-Kummissjoni, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali għal
bżonnijiet differenti ta’ tfal, nisa u rġiel b’diżabilità , għandha -
(a) tidentifika, tistabbilixxi u taġġorna kull prinċipju ta’
eżekuzzjoni nazzjonali li sew direttament sew
indirettament ikollu x’jaqsam ma’ affarijiet ta’
diżabilità ;
(b) tidentifika l-ħtiġiet ta’ persuni b’diżabilità , tal-familji
tagħhom u ta’ korpi volontarji li jkunu jaħdmu fil-
qasam tad-diżabilità  u tieħu dawk il-passi kollha
meħtieġa jew tipproponi miżuri xierqa sabiex kemm
jista’ jkun tipprovdi għal dawk il-ħtiġiet;
(ċ) tiżgura li kull programm tal-Gvern li jkun jolqot l-
affarijiet u l-interessi ta’ persuni b’diżabilità , tal-
familji tagħhom u ta’ korpi volontarji li jkunu jaħdmu
fil-qasam tad-diżabilità , jitwettaq skond il-prinċipji ta’
eżekuzzjoni nazzjonali dwar affarijiet li jkollhom
x’jaqsmu mad-diżabilità ;
(d) tiżgura li jkun hemm il-ko-ordinazzjoni meħtieġa bejn
id-dipartimenti u aġenziji kollha tal-Gvern fit-twettiq
ta’ miżuri, servizzi jew inizjattivi li jiġu proposti mill-
14 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
Gvern jew mill-Kummissjoni minn żmien għal żmien;
(e) iżżomm kuntatt dirett u kontinwu ma’ korpi lokali u
barranin li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità , u ma’
gruppi, aġenziji jew individwi oħra skond il-ħtieġa;
(f) tissorvelja l-għoti ta’ servizzi offruti mill-Gvern jew l-
aġenziji tiegħu jew minn kull persuna jew grupp ta’
persuni oħra, meta l-klijenti ta’ dawk is-servizzi jkunu
persuni b’diżabilità ;
(g) taħdem biex titneħħa kull diskriminazzjoni kontra
persuni b’diżabilità ;
(h) twettaq investigazzjonijiet ġenerali bil-għan li
tistabbilixxi jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
ikunux qegħdin jitħarsu;
(i) tinvestiga dawk l-ilmenti li jistgħu isirulha dwar xi
nuqqas ta’ tħaris ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att f’xi
każ individwali u, meta dan ikun jista’ jsir, tikkonċilja
għar-rigward ta’ dawk l-ilmenti;
(j) tidħol fil-mertu ta’ kwistjonijiet, u tiddeċiedi
dwarhom, meta dawn jiġu lilha riferiti mill-Ministru;
(k) tipprovdi għajnuna, skond iċ-ċirkostanzi, inkluża
għajnuna legali u finanzjarja lil persuni b’diżabilità
fil-ksib ta’ jeddijiethom bis-saħħa ta’ dan l-Att;
(l) tibqa’ tissorvelja t-tħaddim ta’ dan l-Att u, meta l-
Kummissjoni jkun hekk jidhrilha jew hekk tinħtieġ li
tagħmel mill-Ministru, tabbozza u tissottometti lill-
Ministru proposti għal emendi fl-Att;
(m) teżamina liġijiet, u (meta l-Ministru hekk jitlobha li
tagħmel) tipproponi liġijiet, bil-għan li taċċerta jekk il-
liġijiet attwali jew proposti jkunux jew jistgħux ikunu
inkonsistenti ma’ l-għanijiet ta’ dan l-Att jew imorru
kontriehom, u jwasslu rapport lill-Ministru dwar ir-
riżultati ta’ kull analiżi simili;
(n) tipprovdi dawk is-servizzi kollha li jistgħu jinħtieġu
jew jintalbu mill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’
tilħaq l-għanijiet tagħha;
(o) tiġbor, tanalizza u tippubblika statistika dwar il-qasam
tal-persuni b’diżabilità  li, fost ħwejjeġ oħra, tkun turi
l-livell nazzjonali milħuq fil-politika dwar l-
inklużjoni.
Status legali tal-
Kummissjoni.
23. (1) Malli l-Prim Ministru jaħtar l-ewwel membri, il-
Kummissjoni jkollha personalità  ġuridika għaliha u r-
rappreżentanza legali u ġuridika tagħha tiġi vestita fiċ-Chairman
jew fil-Viċi Chairman, b’dan illi l-Kummissjoni tista’ taħtar lil xi
membru wieħed jew iktar jew lil xi funzjonarju jew impjegat
wieħed jew iktar biex jidhru f’isimha u għaliha f’kull proċediment
ġudizzjarju u fuq kull att, kuntratt, ftehim jew dokument ieħor li
jkun.
Żmien ta’ kariga tl-
membri tal-
Kummissjoni.
24. (1) Kull membru tal-Kummissjoni jibqa’ fil-kariga għal
żmien sentejn u jista’ jerġa’ jinħatar fi tmiem dak iz-żmien ta’
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 15
kariga.
(2) Il-Prim Ministru jista’ jtemm il-ħatra ta’ membru tal-
Kummissjoni jekk ikun sodisfatt li -
(a) mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni, huwa naqas
milli jattendi l-laqgħat tal-Kummissjoni matul żmien
kontinwu ta’ sitt xhur;
(b) ikun fallut, jew ikun għamel arranġament mal-
kredituri tiegħu, jew ikun insolventi jew ikun instab
ħati ta’ xi delitt volontarju kontra l-persuna;
(ċ) ma jkunx kapaċi jwettaq dmirijietu;
(d) jekk, billi jkun membru magħżul minħabba fl-istat
rappreżentattiv tiegħu, huwa jtemm milli jibqa’ jkollu
dak l-istat rappreżentattiv.
Proċediment u 
xogħol tal-
Kummissjoni.
25. (1) Il-quorum tal-Kummissjoni jkun ta’ ħames membri, li
wieħed minnhom ikun iċ-Chairman jew il-Viċi Chairman.
(2) Il-validità  ta’ kull proċediment tal-Kummissjoni
m’għandhiex tintlaqat b’xi vakanza fost il-membri tal-
Kummissjoni jew b’xi difett fil-ħatra ta’ xi membru.
(3) Id-deċizjonijiet tal-Kummissjoni jittieħdu b’maġġoranza
tal-voti tal-membri preżenti.  Iċ-Chairman jew, fin-nuqqas tiegħu,
il-Viċi Chairman, ikollhom ukoll casting vote.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u tar-
regolamenti kollha magħmula bis-saħħa tiegħu, il-Kummissjoni
tista’ taħtar sotto-kummissjonijiet u, b’mod ġenerali, tirregola l-
proċedimenti tagħha nnifisha.
Uffiċjali u 
impjegati tal-
Kummissjoni.
26. (1) Il-Kummissjoni għandha tiġi amministrata minn
Direttur Eżekuttiv full-time li jokkupa l-kariga b’dawk il-patti u l-
kondizzjonijiet li l-Kummissjoni, bi ftehim mal-Ministru, tista’
tistabbilixxi.  Meta d-Direttur Eżekuttiv ikun uffiċjal pubbliku
sekondat minn mal-Gvern, huwa jkollu l-jedd, malli jtemm milli
jibqa’ sekondat, illi jerġa’ lura għall-post li kien jokkupa qabel
mingħajr ma jitlef il-pożizzjoni jew l-anzjanità  tiegħu.
(2) Il-Kummissjoni tista’ taħtar, wara li tikkonsulta lill-
Ministru, dawk l-uffiċjali li jidhrilha li għandu jkollha, skond l-
approvazzjoni tal-Ministru għal dak li hu l-għadd u rimunerazzjoni
u patti u kondizzjonijiet tas-servizz oħra.
(3) Il-Kummissjoni għandha tittratta bħala kunfidenzjali, id-
dokumenti kollha u kull informazzjoni oħra li tkun fil-pussess jew
taħt il-kontroll tagħha, jew li b’xi mod tiġi għall-attenzjoni tagħha,
u li jkunu jikkonċernaw persuni b’diżabilità  flimkien ma’ kull
kwistjoni jew ħwejjeġ oħra relatati ma’ l-imsemmija persuni
b’diżabilità , u l-obbligu tall-kunfidenzjalità  hekk imqiegħed fuq il-
Kummissjoni għandu jestendi għall-membri kollha tal-
Kummissjoni, id-Direttur Eżekuttiv u l-uffiċjali u l-impjegati tal-
Kummissjoni.
Allokazzjoni ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
għal xogħol mal-
Kummissjoni.
27. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba tal-Kummissjoni,
minn żmien għal żmien jordna li xi uffiċjal pubbliku jkun allokat
għal xogħol mal-Kummissjoni f’dik il-kariga u b’effett minn dik
16 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
id-data li tista’ tiġi speċifikata fl-ordni.
(2) Il-perijodu li matulu ordni kif intqal qabel għandu japplika
għal kull uffiċjal speċifikat fih, kemm-il darba l-uffiċjal ma jirtirax
mis-servizz pubbliku, jew xort’oħra ma jtemmx qabel milli jżomm
kariga, jew kemm-il darba ma tkunx speċifikata fl-ordni data
differenti, għandu jtemm malli sseħħ xi waħda mill-ġrajjiet li
ġejjin, jiġifieri -
(a) l-aċċettazzjoni minn dak l-uffiċjal ta’ offerta ta’
trasferiment għas-servizz ta’, u impieg permanenti
mal-Kummissjoni li ssir skond is-subartikolu (8) ta’
dan l-artikolu; jew
(b) ir-revoka mill-Prim Ministru ta’ xi ordni magħmul
minnu taħt dan l-artikolu dwar dak l-uffiċjal.
(3) Meta ordni dwar xi uffiċjal kif imsemmi qabel ikun revokat
mill-Prim Ministru, il-Prim Ministru jista’, b’ordni ieħor, jalloka lil
dak l-uffiċjal biex jagħmel xogħol mal-Kummissjoni, f’dik il-
kariga u b’effett minn dik id-data li tista’ tkun speċifikata fl-ordni
l-ieħor, u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu
għandhom japplikaw sakemm idum iseħħ l-ordni l-iehor dwar dak
l-uffiċjal.
(4) Meta uffiċjal pubbliku jkun allokat għal xogħol mal-
Kummissjoni skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, dak l-uffiċjal għandu, matul iż-żmien li fih l-ordni jkollu
effett dwaru, ikun taħt l-awtorità  amministrattiva u l-kontroll tal-
Kummissjoni, iżda għandu għall-finijiet u effetti oħra jibqa’, u
jitqies u jiġi trattat bħala uffiċjal pubbliku.
(5) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li msemmi qabel, uffiċjal
allokat għal xogħol kif ingħad qabel -
(a) m’għandux matul iż-żmien li dwaru jkun hekk
allokat-
(i) ikun prekluż milli japplika għal trasferiment
għal Dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ servizz annessi mal-ħatra
tiegħu li kellu mal-Gvern fid-data li fiha jkun
ġie allokat għal xogħol; jew
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu jkunu anqas
vantaġġjużi minn dawk annessi mal-ħatra tiegħu
li kellu mal-Gvern fid-data li fiha jkun ġie
allokat għal xogħol kif imsemmi qabel jew li
kienu jkunu annessi ma’ dik il-ħatra, matul dak
il-perijodu, kieku dak l-uffiċjal ma kienx allokat
għal xogħol mal-Kummissjoni; u
Kap. 93.
Kap. 58.
(b) ikollu l-jedd li s-servizz tiegħu mal-Kummissjoni
jitqies bħala servizz mal-Gvern għall-fini ta’ kull
pensjoni, gratifikazzjoni taħt Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol
u Tfal Iltima, u ta’ kull jedd jew privileġġ ieħor li
għalih kien ikollu dritt, u suġġett għal kull
responsabilità  li għaliha kien ikun suġġett, kieku mhux
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 17
għall-fatt li hu kien allokat għal xogħol mal-
Kummissjoni.
(6) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-subparagrafu (i) tal-
paragrafu (a) tas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, din għandha
tingħata l-istess konsiderazzjoni bħallikieku l-applikant ma kienx
allokat għal xogħol mal-Kummissjoni.
(7) Il-Kummissjoni għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-Finanzi għal kemm jiswew il-
pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal allokat għal
xogħol mal-Kummissjoni kif imsemmi qabel matul il-perijodu li fih
ikun hekk allokat.
(8) Il-Kummissjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil kull uffiċjal pubbliku allokat għal xogħol mal-
Kummissjoni taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu impieg
permanenti mal-Kummissjoni b’rimunerazzjoni u b’pattijiet u
kondizzjonijiet speċifikati fl-offerta.
Kap. 93.
Kap. 58.
(9) Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti mal-
Kummissjoni li jkun offrut lilu taħt dan l-artikolu għandu, għall-
finijiet kollha, barra dawk ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u ta’
l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema, jitqies li
temm milli jkun fis-servizz tal-Gvern u jidħol fis-servizz tal-
Kummissjoni b’seħħ mid-data li fiha jkun aċċetta l-offerta jew dik
id-data aktar tard miftiehma bejnu u l-Kummissjoni; u għall-finijiet
ta’ l-imsemmi Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, servizz mal-
Kummissjoni jitqies servizz mal-Gvern skond it-tifsir relattiv:
Iżda għall-għanijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet, l-emolumenti pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal meta
jirtira għandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti pensjonabbli li
jitħallsu lil xi uffiċjal fis-servizz tal-Gvern fi grad u f’livell
inkrementali li jikkorrispondi għall-kariga u livell inkrementali li
jkollu l-uffiċjal meta jirtira minn mal-Kummissjoni.
Iffinanzjar tal-
Kummissjoni..
28. Mill-anqas xahrejn qabel tmiem is-sena finanzjarja tagħha,
il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Ministru pjan ta’ azzjoni
(inkluż pjan finanzjarju) li jkun ikopri l-attivitajiet proposti tal-
Kummissjoni matul is-sena finanzjarja li tkun tmiss.  Jekk dak il-
pjan ta’ azzjoni u l-pjan finanzjarju jiġu approvati mill-Ministru kif
ukoll mill-Ministru tal-Finanzi, dawn isiru l-estimi approvati tal-
Kummissjoni.
Kontijiet u 
verifika.
29. (1) Il-Kummissjoni għandha żżomm kontijiet sew tad-
dħul u l-ħruġ tagħha u għandha tħejji u tibgħat lill-Ministru
dikjarazzjonijiet li juru l-kontijiet tagħha għal kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet tal-Kummissjoni għandhom jiġu vverifikati
minn awditur jew awdituri li jinħatru minnha u li jiġu approvati
mill-Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-Finanzi jista’ jordna li l-
kotba u kull dokumentazzjoni oħra tal-Kummissjoni jiġu vverifikati
jew spezzjonati mid-Direttur tal-Verifika li għal dan l-għan ikollu
s-setgħa li jagħmel kull verifika materjali u verifika oħra, u jista’
jitlob u jakkwista dak it-tagħrif li huwa jista’ jqis li jkun xieraq.
18 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
(3) Is-sena finanzjarja tal-Kummissjoni tkun ta’ tnax-il xahar
li jintemmu fil-31 ta’ Diċembru, b’dan illi l-ewwel sena finanzjarja
tal-Kummissjoni għandha tibda fid-data li fiha dan l-Att jiġi fis-
seħħ u tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi immedjatament
wara.
Rapport Annwali. 30. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara t-tmiem ta’ kull sena
kalendarja, iżda f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-
sena li tiġi minnufih wara, il-Kummissjoni għandha tagħmel
rapport lill-Ministru dwar l-attivitajiet tagħha matul is-sena, hawn
iżjed ’il quddiem imsejjaħ "Rapport Annwali".
(2) Kull Rapport Annwali għandu jinkludi rapport ġenerali ta’
kull żvilupp li jkun seħħ matul il-perjodu li jkun jirreferi għalih
għar-rigward ta’ dawk l-affarijiet li jaqgħu fl-ambitu tad-dmirijiet
tal-Kummissjoni u għandu jinkludi wkoll l-attivitajiet u inizjattivi
meħuda biex jeżaminaw u, jew, jipprovdu għal bżonnijiet ta’ tfal,
nisa u rġiel b’diżabilità .
(3) Il-Ministru għandu jara, kemm jista’ jkun malajr iżda
f’ebda każ iktar tard minn xahrejn wara li jasallu mingħand il-
Kummissjoni, li kopja ta’ dak ir-rapport flimkien ma’ kopji tal-pjan
ta’ azzjoni u tal-pjan finanzjarju korrenti tal-Kummissjoni,
jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
Eżenzjoni minn 
taxxa tad-dħul.
31. Il-Kummisjoni tkun eżenti mid-dover li tħallas taxxa fuq
id-dħul.
TAQSIMA VI
ILMENTI, INVESTIGAZZJONIJIET U TWETTIQ
Ilmenti u 
investigazzjonijiet.
32. (1) Il-Kummissjoni tista’ hi nnifisha tibda
investigazzjonijiet dwar kull ħaġa li tkun tinvolvi att li
allegatament jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Il-Kummissjoni tista’ wkoll tibda investigazzjonijiet wara
li tkun irċeviet ilment bil-miktub li jkun jallega li xi persuna tkun
għamlet xi att li jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Dak l-ilment ikun jista’ jsir lill-Kummissjoni minn -
(a) kull min iħoss ruħu aggravat b’dak l-att; jew
(b) kull min ikun il-ġenitur, jew kuratur legali jew
membru tal-familja ta’ persuna b’diżabilità  mentali.
(3) Jekk il-Kummissjoni jidhrilha li persuna tkun tixtieq
tagħmel ilment bis-saħħa tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu u li
dik il-persuna tkun teħtieġ l-għajnuna biex tifformola dak l-ilment
bil-fomm u, jew, bil-miktub, ikun id-dmir tal-Kummissjoni li tieħu
passi raġonevoli biex tipprovdi għajnuna xierqa lil dik il-persuna.
Proċeduri 
investigattivi.
33. (1) Għar-rigward ta’ investigazzjonijiet ġenerali jew ta’
investigazzjonijiet ta’ ilmenti li l-Kummissjoni tagħmel, il-
Ministru għandu permezz ta’ regolamenti jippreskrivi -
(a) il-proċedura li biha l-Kummissjoni tista’ ġġiegħel
persuna tagħtiha xi tagħrif kif ikun meħtieġ sabiex
isiru l-investigazzjonijiet imsemmija qabel f’dan l-
OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ ) ġ KAP. 413. 19
artikolu, u ż-żmien li fih, il-mod kif u l-għamla li biha
dak it-tagħrif għandu jingħata;
(b) il-proċeduri li jkollhom jiġu segwiti meta persuna
tonqos milli tagħti dak it-tagħrif;
(ċ) iċ-ċirkostanzi li bihom, wara li jsiru dawk l-
investigazzjonijiet imsemmija, il-Kummissjoni tkun
tista’ tieħu azzjoni legali xierqa.
(2) Kull regolament li jsir bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu għandu jippreskrivi, fil-każ ta’ diskriminazzjoni allegata
ta’ persuna kontra persuna oħra, l-arranġamenti li bihom il-
Kummissjoni tista’ hi nnifisha tirriferixxi l-kwistjoni lill-Prim’
Awla tal-Qorti Ċivili:
Iżda ebda riferiment simili m’għandu jżomm lil xi
individwu li jkollu interess legali milli jressaq pretenzjoni ta’
diskriminazzjoni bħala l-mertu ta’ azzjoni, inkluża azzjoni għad-
danni quddiem dik il-Qorti.
Proċedimenti 
ċivili.
34. Meta ssir pretenzjoni minn persuna li jkollha interess legali
fi kwistjoni, sew jekk din issir personalment kif ukoll jekk issir
permezz tar-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha, li xi persuna
oħra tkun wettqet xi att illegali ta’ diskriminazzjoni kontrieh jew
kontrieha skond kif hemm provdut taħt dan l-Att, din għandha tiġi
trattata b’azzjoni ċivili l-istess bħalma tiġi trattata kull pretenzjoni
oħra għad-danni; u d-danni li jingħataw minħabba f’att illegali ta’
diskriminazzjoni jistgħu ukoll jinkludu kumpens għal danni morali
sew jekk dawn jinkludu sew ma jinkludux kumpens taħt xi kap
ieħor, sa massimu ta’ mitejn lira hekk kif il-qorti tista’ tiddikjara.
TAQSIMA VII
MIXELLANJI
Regolamenti.
sabiex jagħti seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u t-twettiq
tiegħu, u b’mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel -
(a) sabiex jipprovdi dwar kull ħaġa li tenħtieġ jew li tkun
awtorizzata b’dan l-Att li tiġi provduta; u, jew,
(b) għall-eżenzjoni ta’ kull persuna, jew kategorija ta’
persuni jew korp, minn xi ħtieġa tat-Taqsima III ta’
dan l-Att hekk kif jiġi speċifikat fir-regolamenti
msemmija qabel; iżda kull eżenzjoni bħal dik għandha
tiġi biss iddikjarata mill-Ministru wara konsultazzjoni
mal-Kummissjoni, b’dan illi dik l-eżenzjoni għandha
tkun għal perijodu ta’ żmien speċifiku li jista’
jiġġedded mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-
Kummissjoni.
(2) Kull regolament magħmul bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jista’
jispeċifika żminijiet ta’ eżenzjoni differenti għar-rigward ta’ -
(a) l-għoti ta’ oġġetti, faċilitajiet jew servizzi differenti;
(b) persuni jew korpi differenti; jew
20 KAP. 413. ħ OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ )
(ċ) kategoriji ta’ persuni jew korpi differenti.
