DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  INTELLETTWALI 
(MIŻURI INTRAKONFINI) ġ KAP. 414. 1
KAPITOLU 414
ATT DWAR DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  
INTELLETTWALI (MIŻURI INTRAKONFINI)
Biex jistabbilixxi miżuri li jirrigwardaw id-dħul ġewwa Malta, u l-
esportazzjoni u r-ri-esportazzjoni minn Malta, ta’ oġġetti li
jikkontravvjenu d-drittijiet dwar Proprjetà  Intellettwali.
29 ta’ Frar, 2000
L-Att VIII ta’ l-2000.
Titolu.
Intellettwali (Miżuri Intrakonfini).
Tifsir.
teħtieġx xort’ oħra:
"detentur ta’ dritt" tfisser id-detentur ta’ xi trade mark, privattiva
jew dritt dwar proprjetà  intellettwali jew kull persuna oħra li tkun
awtorizzata li tuża dik it-trade mark, privattiva jew dawk id-
drittijiet, jew rappreżentant tagħha. Id-detentur ta’ dritt jew kull
persuna oħra awtorizzata li tuża d-dritt tista’ tkun rappreżentata
minn persuna fiżika jew ġuridika. Dik il-persuna għandha tinkludi
collecting society, li jkollha bi skop uniku jew prinċipali il-maniġġ,
jew l-amministrazzjoni tad-drittijiet ta’ awtur jew drittijiet relatati;
"dikjarant" tfisser l-importatur, id-destinatarju, l-esportatur jew
is-sid ta’ l-oġġetti jew kull persuna oħra nvoluta fl-operazzjonijiet
imsemmija fl-artikolu 4;
"dritt dwar proprjetà  intellettwali" tfisser kull dritt imsemmi fit-
tifsira ta’ oġġetti li jikkontravvjenu dritt dwar proprjetà
intellettwali;
"oġġetti li jikkontravvjenu dritt dwar proprjetà  intellettwali"
tfisser:
(a) oġġetti falsifikati, jiġifieri:
(i) oġġetti, inkluż l-ippakkettjar tagħhom, li
jkollhom fuqhom mingħajr awtorizzazzjoni
trade mark li tkun identika mat-trade mark
validament reġistrata għar-rigward ta’ l-istess
tip ta’ oġġetti, jew li ma tkunx tista’ tiġi distinta
fl-aspetti essenzjali tagħha minn trade mark tali,
u li b’daqstant tikkontravvjeni d-drittijiet tat-
trade mark involuta taħt il-liġi ta’ Malta;
(ii) kull simbolu ta’ trade mark (logo,  tikketta,
sticker, brochure,  struzzjonijiet għall-użu jew
dokument ta’ garanzija) sew jekk preżentat
separatament sew jekk le, fl-istess ċirkostanzi
bħalma jkunu l-oġġetti msemmija fil-paragrafu
(i);
(iii) materjal tal-ippakkettjar li jkun fih it-trade
marks ta’ oġġetti falsifikati, ippreżentati
separatament fl-istess ċirkostanzi bħalma jkunu
2 KAP. 414. ħ  
DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  INTELLETTWALI 
(MIŻURI INTRAKONFINI)
l-oġġetti msemmija fis-subparagrafu (i);
(b) oġġetti mdaħħla b’piraterija, jiġifieri: oġġetti, li jkunu
jew ikun fihom kopji magħmulin mingħajr il-kunsens
tad-detentur ta’ drittijiet ta’ awtur jew drittijiet
relatati, jew tad-detentur ta’ dritt ta’ disinn, sew
reġistrat taħt il-liġi nazzjonali sew mhux, jew ta’
persuna debitament awtorizzata mid-detentur fil-pajjiż
ta’ produzzjoni, fejn l-għemil ta’ dawk il-kopji, li
kieku kien ikun sar f’Malta, kien jikkontravvjeni d-
dritt involut taħt il-liġi ta’ Malta;
(ċ) oġġetti li jikkontravvjenu privattiva taħt il-liġi ta’
Malta.
(2)  Kull materjal u tagħmir li l-użu predominanti tagħhom
ikun għall-manifattura ta’ trade mark falsifikata jew ta’ oġġetti li
jkollhom fuqhom trade mark bħal dik, għall-manifattura ta’ oġġetti
li jikkontravvjenu privattiva jew għall-manifattura ta’ oġġetti
mdaħhla b’piraterija għandhom jiġu ttrattati bħallikieku oġġetti li
jikkontravvjenu dritt dwar proprjetà  intellettwali, sakemm l-użu ta’
materjal u tagħmir bhal dak ikun jikkontravvjeni d-drittijiet tad-
detentur ta’ dritt involut taħt il-liġijiet ta’ Malta.
Applikabilità  ta’ 
dan l-Att.
3.  (1) Dan l-Att ma japplikax għal oġġetti li jkollhom fuqhom
trade mark bil-kunsens tad-detentur ta’ dik it-trade mark jew li
jkunu protetti permezz ta’ privattiva, drittijiet ta’ awtur jew
drittijiet relatati jew dritt ta’ disinn u li jkunu ġew manifatturati bil-
kunsens tad-detentur ta’ dritt minkejja li setgħu ġew imqegħda
f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 4 mingħajr il-
kunsens tad-detentur ta’ dritt, trade mark jew privattiva.
(2)  Dan l-Att ma għandux japplika għal oġġetti msemmija fis-
subartikolu (1) meta l-oġġetti jkunu ġew manifatturati jew
ikollhom trade mark taħt kondizzjonijiet li ma jkunux dawk
miftehma mad-detentur ta’ drittijiet involuti.
(3)  Dan l-Att ma għandux japplika għal oġġetti ta’ xorta mhux
kummerċjali li jkunu jinsabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi fil-
limiti stabbiliti għar-rigward ta’ ħelsien minn dazju doganali.
Projbizzjoni ta’ 
oġġetti li 
jikkontravvjenu 
ċertu drittijiet ta’ 
proprjetà  
intellettwali.
4. Id-dħul ġewwa Malta, l-esportazzjoni jew ir-ri-
esportazzjoni għal ċirkolazzjoni ħielsa, importazzjoni temporanja,
tqegħid ġewwa żona ħielsa jew maħżen ħieles ta’ oġġetti li jinsabu
li jkunu oġġetti li jikkontravjenu dritt ta’ proprjetà  intellettwali
huwa pprojbit. 
Applikazzjoni għal 
azzjoni mill-
awtoritajiet tad-
Dwana.
5.  (1)  Id-detentur ta’ dritt jista’ jagħmel applikazzjoni bil-
miktub lill-Kontrollur tad-Dwana sabiex l-awtoritajiet tad-Dwana
jieħdu azzjoni meta oġġetti li jkunu allegati li jikkontravvjenu
drittijiet ta’ proprjetà  intellettwali jitqegħdu f’waħda mis-
sitwazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 4.
(2)  L-applikazzjoni msemmija fis-subartikolu (1) għandha
tinkludi:
(i) deskrizzjoni dettaljata biżżejjed ta’ l-oġġetti
sabiex l-awtoritajiet tad-Dwana jkunu jistgħu
jagħrfuhom; u
DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  INTELLETTWALI 
(MIŻURI INTRAKONFINI) ġ KAP. 414. 3
(ii) prova li l-applikant ikun id-detentur ta’ dritt
għall-oġġetti involuti u li prima facie l-oġġetti
jkunu jikkontravvjenu dak id-dritt.
(3)  Il-prova meħtieġa għall-iskop tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu tista’ tkun kif ġej:
(a)  Meta jkun id-detentur ta’ dritt innifsu li japplika -
(i) fil-każ ta’ dritt li jkun reġistrat jew li dwaru tkun
saret applikazzjoni bħala trade mark, privattiva
jew dritt ta’ disinn: prova tar-reġistrazzjoni jew
għemil ta’ l-applikazzjoni ma’ l-uffiċċju
rilevanti;
(ii) fil-każ ta’ dritt ta’ awtur, dritt relatat jew dritt ta’
disinn li ma jkunx wieħed reġistrat jew li dwaru
ma tkunx saret applikazzjoni: kull prova li
wieħed ikun l-awtur jew l-istatus tal-persuna
bħala d-detentur oriġinali.
(b)  Meta l-applikazzjoni ssir minn xi persuna oħra li tkun
awtorizzata li tuża dritt ta’ proprjetà  intellettwali,
b’żieda mal-prova meħtieġa skond il-paragrafu (a):
għandu jinġieb ukoll jew ikun ikkwotat b’mod
suffiċjenti d-dokument li bis-saħħa tiegħu l-persuna
tkun awtorizzata li tuża d-dritt involut.
(ċ) Meta l-applikazzjoni ssir minn rappreżentant tad-
detentur ta’ dritt jew ta’ xi persuna oħra awtorizzata li
tuża dritt ta’ proprjetà  intellettwali, b’żieda mal-prova
meħtieġa taħt il-paragrafi (a) u (b), għandha tinġieb
ukoll prova li dak ir-rappreżentant ikun jista’ jaġixxi
bħala tali.
(4) Id-detentur ta’ dritt għandu wkoll jipprovdi kull
informazzjoni pertinenti li jista’ jkollu li permezz tagħha l-
Kontrollur tad-Dwana jkun jista’ jiddeċiedi filwaqt li jkollu
konoxxenza sħiħa tal-fatti, madankollu bla ma dik l-informazzjoni
tkun xi kondizzjoni ta’ ammissibilità  ta’ l-appikazzjoni.
(5) Fil-każ ta’ oġġetti mdaħħla b’piraterija jew ta’ oġġetti li
jikkontravvjenu xi privattiva, dik l-informazzjoni għandha, kull
meta jkun possibbli, tinkludi bħala indikazzjoni:
(i) il-post fejn ikunu jinsabu l-oġġetti jew id-
destinazzjoni ppjanata għalihom;
(ii) partikolaritajiet li jkunu jidentifikaw il-kunsinna
jew il-pakketti;
(iii) id-data skedata għall-wasla jew it-tluq ta’ l-
oġġetti;
(iv) il-mezz ta’ trasport użat;
(v) l-identità  ta’ l-importatur, esportatur jew
detentur.
(6) L-applikazzjoni għandha tkun tispeċifika f’kemm żmien il-
Kontrollur tad-Dwana jkun meħtieġ li jieħu azzjoni.
(7) (i) L-applikant ikun responsabbli li jkopri l-ispejjeż
amministrattivi li jsiru fl-iskrutinju ta’ l-applikazzjoni.
4 KAP. 414. ħ  
DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  INTELLETTWALI 
(MIŻURI INTRAKONFINI)
(ii) L-applikant jew ir-rappreżentant tiegħu jkun ukoll
responsabbli li jkopri l-ispejjeż amministrattivi li jsiru
fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kontrollur tad-
Dwana msemmija f’dan l-artikolu.
(iii) Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu deċiżi mill-Kontrollur
tad-Dwana u ma għandhomx ikunu sproporzjonati
mas-servizz provdut.
(8) Il-Kontrollur tad-Dwana għandu jiskrutinja l-applikazzjoni
u għandu minnufih javża lill-applikant bil-miktub dwar dak li huwa
jiddeċiedi.
(9) Meta l-Kontrollur tad-Dwana jilqa’ l-applikazzjoni, huwa
għandu jispeċifika x’ikun il-perijodu li matulu l-awtoritajiet tad-
Dwana ma għandhomx iħallu li jsir ir-rilaxx ta’ l-oġġetti, jew
iżommu l-oġġetti, sakemm jinbdew il-proċedimenti fil-Qorti Ċivili.
Jekk issir applikazzjoni mid-detentur ta’ dritt, dak il-perijodu jista’
jittawwal mill-Kontrollur tad-Dwana.
(10) Meta applikazzjoni tinċaħad, għandhom jingħataw ir-
raġunijiet għal dak iċ-ċħid li jkun jista’ jsir appell minnu quddiem
il-Ministru responsabbli għad-Dwana fi żmien tliet ijiem tax-
xogħol minn meta jiġi notifikat l-avviż dwar dak iċ-ċħid lill-
applikant.
(11)  L-appell imsemmi fis-subartikolu (10) ta’ dan l-artikolu
għandu:
(i) jkun bil-miktub u jkun fih dikjarazzjoni qasira
tal-fatti u jiddikjara xi jkunu r-raġunijiet għall-
appell;
(ii) jiġi notifikat lill-Kontrollur tad-Dwana li jkollu
tliet ijiem tax-xogħol biex iwieġeb minn meta
jasallu l-appell.
(12) Il-Kontrollur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lid-detentur ta’ dritt,
meta tintlaqa’ l-applikazzjoni tiegħu, li jipprovdi garanzija li tkun:
(i) tkopri kull obbligu li jista’ jinqala’ min-naħa tal-
Kontrollur tad-Dwana għar-rigward ta’ persuni
involuti f’xi waħda mill-operazzjonijiet
imsemmija fl-artikolu 4 meta l-proċedura
mibdija skond l-artikolu 5 ma titkompliex
minħabba f’xi att jew ommissjoni tad-detentur
ta’ dritt jew meta l-oġġetti involuti wara jinstabu
li ma jkunux l-oġġetti 1i jikkontravvjenu dritt ta’
proprjetà  intellettwali;
(ii) tiżgura ħlas ta’ l-ispejjeż magħmulin skond dan
l-Att, fit-tiżmim ta’ l-oġġetti taħt kontroll
doganali skond l-artikolu 5.
(13) Id-detentur ta’ dritt għandu jinforma lill-Kontrollur tad-
Dwana minnufih jekk id-dritt tiegħu ma jibqax iktar reġistrat
validament jew jekk dan jiskadi.
(14) Is-subartikoli (1) sa (13) għandhom japplikaw mutatis
mutandis għall-estenzjoni tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni
oriġinali.
DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  INTELLETTWALI 
(MIŻURI INTRAKONFINI) ġ KAP. 414. 5
Azzjoni ex officio.
mill-proċeduri doganali msemmija fl-artikolu 4 u qabel ma ssir jew
tiġi approvata applikazzjoni mid-detentur ta’ dritt, jkun jidher
b’mod prima facie ċar lill-Kontrollur tad-Dwana li l-oġġetti jkunu
oġġetti li jikkontravvjenu dritt ta’ proprjetà  intellettwali, il-
Kontrollur tad-Dwana jista’ javża lid-detentur ta’ dritt, meta dan
ikun magħruf, li jista’ jkun qed issir kontravvenzjoni ta’ dak id-
dritt.
Il-Kontrollur tad-Dwana jista’ jissospendi r-rilaxx ta’ l-
oġġetti jew iżommhom għal perijodu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol
sabiex id-detentur tad-dritt ikun jista’ jagħmel applikazzjoni għal
azzjoni skond l-artikolu 5 ta’ dan l-Att.
Kondizzjonijiet li 
jirregolaw l-
azzjoni tal-
Kontrollur tad-
Dwana.
7. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 6, meta l-Kontrollur tad-Dwana jkun sodisfatt, wara li
jikkonsulta lill-applikant meta jkun hekk meħtieġ, li oġġetti
imqegħda f’wahda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 4
jkunu jikkorrispondu mad-deskrizzjoni ta’ oġġetti li
jikkontravvjenu dritt ta’ proprjetà  intellettwali, huwa għandu
jissospendi r-rilaxx ta’ l-oġġetti jew iżommhom u l-Kontrollur
għandu minnufih jgħarraf lid-dikjarant u lill-persuna li tkun
applikat għall-azzjoni li jkollha tittieħed, jekk ikun il-każ.
(2)  Bla ħsara għal kull liġi dwar il-protezzjoni ta’ data
personali, segretezza kummerċjali u industrijali, u konfidenzjalità
professjonali u amministrattiva, il-Kontrollur tad-Dwana għandu
javża lid-detentur ta’ dritt, meta d-detentur innifsu jitlob dan, bl-
isem u l-indirizz tad-dikjarant u, jew ir-riċevitur sabiex jassisti lid-
detentur ta’ dritt biex ikun jista’ jinġieb f’qagħda li jibda
proċedimenti fil-Qorti li bihom ikun jista’ jħares l-interessi tiegħu.
(3)  Mingħajr preġudizzju għat-tħaddim ta’ kull liġi li
tirrigwarda l-ħarsien ta’ informazzjoni konfidenzjali, il-Kontrollur
tad-Dwana għandu jagħti lill-applikant u lill-persuni involuti f’xi
waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att l-
opportunità  li jispezzjonaw dawk l-oġġetti li jkun ġie sospiż ir-
rilaxx tagħhom jew li jkunu nżammu. Waqt l-eżami ta’ l-oġġetti, l-
Kontrollur tad-Dwana jista’ jieħu kampjuni sabiex jgħaġġel il-
proċedura li jkollha x’taqsam ma’ dawk l-oġġetti.
(4) Jekk, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara li l-applikant
ikun ġie notifikat b’avviż tas-sospensjoni tar-rilaxx ta’ oġġetti jew
tat-tiżmim tagħhom, wara deċiżjoni tal-Kontrollur tad-Dwana
magħmula skond l-artikolu 5(9), il-Kontrollur tad-Dwana ma jkunx
ingħata prova li jkunu nbdew proċedimenti fil-Qorti Ċivili li
jwasslu għal deċiżjoni sostantiva dwar il-merti tal-każ jew inkella
jekk il-Kontrollur tad-Dwana ma jkunx adotta provvedimenti jew
miżuri li jtawlu s-sospensjoni tar-rilaxx ta’ l-oġġetti, dawk l-
oġġetti għandhom jiġu rilaxxati, sakemm tkun tħarset kull
kondizzjoni oħra għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni. Dak it-
terminu jista’ jittawal b’għaxart ijiem tax-xogħol oħra mill-
Kontrollur tad-Dwana:
Iżda jekk ikunu nbdew proċedimenti f’Qorti Ċivili dwar
oġġetti li jkun inżamm ir-rilaxx tagħhom mill-Kontrollur tad-
Dwana taħt dan l-Att, il-Qorti tista’, fuq talba ta’ xi parti, tirrevedi
6 KAP. 414. ħ  
DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  INTELLETTWALI 
(MIŻURI INTRAKONFINI)
d-deċiżjoni tal-Kontrollur tad-Dwana bil-għan li tiddeċiedi jekk l-
oġġetti għandhomx jiġu rilaxxati jew assolutament jew taħt dawk
il-kondizzjonijiet li l-Qorti tista’ timponi.
(5) Fil-każ ta’ oġġetti b’suspett li jikkontravvjenu xi privattiva
jew dritt ta’ disinn, is-sid, l-importatur jew ir-riċevitur ta’ l-oġġetti
ikunu jistgħu jieħdu l-oġġetti invo1uti b’rilaxx jew ikollhom it-
tiżmim ta’ l-oġġetti revokat wara li tingħata garanzija, sakemm:
(a) il-Kontrollur tad-Dwana jkun ġie mgħarraf fit-terminu
msemmi fis-subartikolu (4) li jkunu nbdew
proċedimenti fil-Qorti Ċivili li jwasslu għal deċiżjoni
sostantiva dwar il-merti tal-każ;
(b) meta jiskadi t-terminu, il-Qorti ma tkunx imponiet
miżuri temporanji, u
(ċ) tkun intemmet kull formalità  doganali.
Il-garanzija għandha tkun biżżejjed biex tħares l-interessi
tad-detentur ta’ dritt u jew issir bħala depożitu li jsir għand il-
Kontrollur tad-Dwana ta’ dak l-ammont li jista’ jiġi stabbilit mill-
Kontrollur tad-Dwana jew bħala garanzija minn xi bank li l-
Kontrollur tad-Dwana jaċċetta, ta’ dak l-ammont li jista’ jiġi
stabbilit mill-Kontrollur tad-Dwana. L-għoti tal-garanzija għandu
jkun mingħajr preġudizzju għal kull rimedju ieħor li jkollu d-
detentur ta’ dritt.
(6) Meta l-kwistjoni tkun ġiet riferita lill-Kontrollur tad-
Dwana b’mod differenti milli b’inizjattiva tad-detentur ta’ dritt, il-
garanzija li titħallas mill-importatur, mir-riċevitur, mill-esportatur
jew mis-sid ta’ l-oġġetti għandha tkun rilaxxata jekk min japplika
għas-sospensjoni tar-rilaxx ta’ l-oġġetti jew għat-tiżmim tagħhom
ma jeżerċitax id-dritt tiegħu li jibda proċedimenti legali fi żmien
għoxrin ġurnata tax-xogħol minn meta jiġi avżat bis-sospensjoni
tar-rilaxx jew bid-detenzjoni:
Iżda dak il-perijodu jista’ jittawwal sa massimu ta’ tletin
jum fid-diskrezzjoni tal-Kontrollur tad-Dwana.
(7)  Il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ħażna ta’ l-oġġetti matul
il-perijodu ta’ sospensjoni ta’ rilaxx jew tiżmim, għandhom ikunu
skond dak li jiġi stabbilit mill-Kontrollur tad-Dwana.
Provvedimenti li 
japplikaw għal 
oġġetti li 
jirriżultaw li jkunu 
oġġetti li 
jikkontravvjenu 
dritt ta’ proprjetà  
intellettwali.
8.  (1)  Fi proċedimenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-infurzar
tal-jeddijiet tad-detentur ta’ dritt, il-Qorti għandha:
(a) b’regola ġenerali, tordna lill-Kontrollur tad-Dwana li
jiddisponi minn oġġetti stabbiliti bħala oġġetti li
jikkontravvjenu dritt ta’ proprjetà  intellettwali ’1 hinn
mill-kanali tal-kummerċ b’dak il-mod li jipprekludu xi
ħsara lid-detentur ta’ dritt jew tordna lill-Kontrollur
tad-Dwana li jiddistruġġi dawk l-oġġetti, f’kull każ
mingħajr ebda kumpens lil, u għas-spejjeż ta’, l-
importatur, esportatur jew sid ta’ l-oġġetti;
(b)  tieħu, jew tordna lill-Kontrollur tad-Dwana li jieħu
dwar dawk l-oġġetti, kull miżura oħra li jkollha l-effett
li effettivament iċċaħħad lill-persuni involuti mill-
benefiċċji ekonomiċi tat-transazzjoni.
DRITTIJIET DWAR PROPRJETÀ  INTELLETTWALI 
(MIŻURI INTRAKONFINI) ġ KAP. 414. 7
Salv f’każijiet eċċezzjonali, it-tneħħija sempliċi tat-trade
marks, li jkunu twaħħlu ma’ l-oġġetti falsifikati mingħajr
awtorizzazzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala li jkollhom dak l-
effett:
Iżda fl-ordnar ta’ miżuri li għandhom jittieħdu taħt dan l-
artikolu, il-Qorti għandha tqis kif dovut, il-ħtieġa għal
proporzjonalità  bejn il-gravità  tal-kontravvenzjoni u r-rimedji li
jkunu ordnati kif ukoll l-interessi ta’ terzi.
(2)  B’żieda ma’ l-informazzjoni mogħtija skond l-artikolu 7(2)
u taħt il-kondizzjonijiet stipulati fih, il-Kontrollur tad-Dwana
għandu jgħarraf lid-detentur ta’ dritt, meta hekk mitlub, bl-ismijiet
u l-indirizzi tal-kunsinnatarju, ta’ l-importatur jew esportatur u tal-
manifattur ta’ l-oġġetti stabbiliti bħala oġġetti li jikkontravvjenu
dritt ta’ proprjetà  intellettwali u bil-kwantità  ta’ l-oġġetti
msemmija.
Eżenzjonijiet minn 
responsabbiltà .
9.  (1) Id-detentur ta’ dritt ma jkollux jedd għal kumpens meta
l-oġġetti ma jkunux identifikati mill-awtoritajiet tad-Dwana u jiġu
rilaxxati jew meta ma tittieħhed ebda azzjoni għat-tiżmim tagħhom
jew biex jinżamm ir-rilaxx tagħhom.
(2)  L-eżerċizzju tas-setgħat lilu mogħtija għar-rigwwd ta’
oġġetti falsifikati jew imdaħħla b’piraterija ma jirrendux lill-
Kontrollur tad-Dwana responsabbli lejn il-persuni involuti fl-
operazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 4, jekk dawn il-persuni
jġarrbu xi ħsara jew telf bħala riżultat ta’ l-azzjoni tagħhom.
Abbuz minn 
proċeduri.
10.  Fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-provvedimenti
ta’ dan l-Att, il-Qorti jkollha jedd tordna lill-parti, li fuq talba
tagħha jkunu ttieħdu l-miżuri taħt dan l-Att u li tkun instabet bħala
li abbużat il-proċeduri ta’ infurzar, li tipprovdi lil xi parti li tkun
ġiet milquta jew miżmuma ħażin, kumpens adegwat għall-ħsara
mġarrba kaġun ta’ dak l-abbuż. Dak il-kumpens jista’ wkoll
jinkludi kumpens għal kull nefqa u spiża legali u ġudizzjarja li ssir.
Reati u pieni.
importati xi oġġetti li jkunu jikkontravvjenu dritt ta’ proprjetà
intellettwali, dik il-persuna tista’ teħel, għal kull reat bħal dak,
multa ekwivalenti għad-doppju tal-valur ta’ dawk l-oġġetti.
Kap. 9.
(2) Kull proċediment taħt dan l-artikolu għandu jittieħed
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u għandu jkun skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali li jirregolaw il-proċedura
quddiem dik il-Qorti jew Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali u l-għoti u
I-eżekuzzjoni tal-pieni minnha mposti.
Kap. 9.
Avukat Ġenerali għandu dejjem ikollu dritt ta’ appell quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali minn kull sentenza mogħtija mill-Qorti
tal-Maġistrati għar-rigward ta’ proċedimenti kriminali li jsiru bis-
saħħa ta’ dan l-Att.
